Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/2573(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0177/2012

Testi mressqa :

B7-0177/2012

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/03/2012 - 11.3
CRE 15/03/2012 - 11.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0088

Testi adottati
PDF 215kWORD 47k
Il-Ħamis, 15 ta' Marzu 2012 - Strasburgu
Ir-riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali fir-Russja
P7_TA(2012)0088B7-0177/2012

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2012 dwar ir-riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali fir-Russja (2012/2573(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa, li daħal fis-seħħ fl-1997 u li ġie estiż fl-istennija li jkun hemm ftehim ġdid minfloku,

–  wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bħalissa għal ftehim ġdid li jipprovdi qafas komprensiv ġdid għar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja, kif ukoll is-“Sħubija għall-Modernizzazzjoni” li nbdiet fl-2010,

–  wara li kkunsidra r-rapporti u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta' Frar 2012(1) dwar l-elezzjonijiet presidenzjali imminenti fir-Russja, tal-14 ta' Diċembru 2011(2) dwar l-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat, b'mod speċjali l-kritika tiegħu dwar kif saru l-elezzjonijiet tad-Duma, u tas-7 ta' Lulju 2011(3) dwar it-Tħejjijiet għall-Elezzjonijiet ta' Diċembru tad-Duma tal-Istat Russu,

–  wara li kkunsidra l-Istqarrija Komuni dwar is-Sejbiet Preliminari u l-Konklużjonijiet tal-5 ta' Marzu 2012 tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-OSKE, l-Assemblea Parlamentari tal-OSKE u l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-4 ta' Marzu 2012 dwar l-elezzjonijiet presidenzjali fir-Russja tal-4 ta' Marzu 2012 u d-diskorsi tagħha tal-14 ta' Diċembru 2011 fi Strasburgu dwar is-Samit bejn l-UE u r-Russja u tal-1 ta' Frar 2012 fi Brussell dwar is-sitwazzjoni politika fir-Russja,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-UE, bħala s-sieħba strateġika u ġara diretta tar-Russja, segwiet b'interess partikolari l-proċess tal-elezzjonijiet u d-dibattitu pubbliku u l-protesti mifruxa li għadhom għaddejjin fir-Russja relatati mal-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat ta' Diċembru 2011 u l-elezzjonijiet presidenzjali tal-4 ta' Marzu 2012;

B.  billi għad hemm tħassib serju dwar il-progress fil-Federazzjoni Russja fir-rigward tar-rispett u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal prinċipji demokratiċi, regoli elettorali u proċeduri rikonoxxuti b'mod komuni; billi l-Federazzjoni Russa hija membru sħiħ tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurta? u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u għalhekk intrabtet mal-prinċipji tad-demokrazija u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;

C.  billi fit-12 ta' April 2011, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tat sentenza kontra l-proċeduri kkumplikati ta' reġistrazzjoni għall-partiti politiċi fir-Russja, li mhumiex konformi mal-istandards elettorali stabbiliti mill-Kunsill tal-Ewropa u mill-OSCE; billi l-illimitar tar-reġistrazzjoni tal-partiti u tal-kandidati politiċi jirrestrinġi l-kompetizzjoni politika u l-pluraliżmu politiku fir-Russja;

D.  billi minkejja inizjattivi limitati meħuda dan l-aħħar biex jittejbu l-liġijiet elettorali, ir-regoli ġenerali għadhom kumplessi wisq u f'xi każijiet iwasslu għal applikazzjoni inkonsistenti tal-bażi legali;

E.   billi l-awtoritajiet Russi ppruvaw itellfu l-krettu tal-NGOs involuti fl-osservazzjoni elettorali u b'mod partikolari ta' Golos, li tkeċċiet mill-uffiċċji prinċipali tagħha f'Moska u kienet suġġetta għal kampanja fil-midja intiża biex tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tagħha u li l-uffiċċji reġjonali tagħha kienu suġġetti għall-investigazzjonijiet tat-taxxa; billi l-midja indipendenti wkoll tqiegħdu taħt pressjoni serja;

F.  billi l-Istqarrija Komuni dwar is-Sejbiet u l-Konklużjonijiet tal-5 ta' Marzu 2012 tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-OSKE, l-Assemblea Parlamentari tal-OSKE u l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tgħid li l-proċess elettorali ma kienx ħieles u ġust, minħabba li kien “ixaqleb ħafna favur kandidat partikolari” minħabba denunzja waqt il-proċess tar-reġistrazzjoni tal-kandidati potenzjalment kompetituri, kopertura tal-midja inugwali u preġudikat u l-użu tar-riżorsi tal-Istat favur kandidat wieħed;

G.  billi, permezz ta' għadd ta' demostrazzjonijiet li bdew wara l-elezzjonijiet tad-Duma fl-4 ta' Diċembru 2011, il-poplu Russu esprima r-rieda tiegħu għal aktar demokrazija u għal riforma komprensiva tas-sistema elettorali, partikolarment “l hekk imsejħa dimostranti ”taż-żigarelli bojod“;

1.  Jieħu nota tar-riżultati tal-elezzjonijiet elettorali fid-dawl tal-konklużjonijiet preliminari tal-tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-OSKE; kif ukoll tal-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni domestiċi, eż: Golos, Grazhdanin Nabludatel, il-Lega tal-Votanti u r-rappreżentanti tal-partiti politiċi;

2.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' involviment kritiku mar-Russja, b'appoġġ sħiħ tal-aġenda ta' modernizzazzjoni li tkopri djalogu dwar ir-riformi ekonomiċi u politiċi bil-għan li jiġu introdotti u implimentati riformi li jindirizzaw id-defiċjenzi eżistenti;

3.  Jikkritika bil-qawwa n-nuqqasijiet u l-irregolaritajiet fit-tħejjija u fit-twettiq ta' dawn l-elezzjonijiet, u l-fatt li l-għażla tal-votanti kienet limitata; jisħaq li l-midja tax-xandir Russa ma pprovdietx kopertura bilanċjata tal-kandidati kollha waqt il-kampanja elettorali, li tikser ir-rekwiżiti legali; jilqa' l-involviment ċiviku sinifikanti fil-kampanja, u jitlob li jsiru analiżijiet komprensivi u trasparenti tal-irregolaritajiet kollha u li jiġu introdotti, msaħħa u implimentati r-regoli demokratiċi għal elezzjonijiet ġejjiena; jikkundanna l-arrest ta' għexieren ta' dimostranti madwar ir-Russja waqt protesti;

4.  Jistieden lill-President Medvedev biex isegwi l-kliem bil-fatt u biex jiggarantixxi l-adozzjoni tar-riformi meħtieġa għas-sistema politika, u jistenna li l-President Russu l-ġdid ikun lest li jmexxihom “il quddiem, fosthom is-simplifikazzjoni meħtieġa ħafna tar-regoli tar-reġistrazzjoni tal-partiti politiċi; jitlob li jkun hemm impenn serju biex jiġu indirizzati wkoll il-problemi tal-libertà tal-midja u tal-libertà ta' għaqda u ta' espressjoni; itenni r-rieda tal-UE li tikkoopera mar-Russja, inkluż fil-qafas ipprovdut mis-Sħubija għall-Modernizzazzjoni, biex ittejjeb ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, li f'dan ir-rigward ir-rilaxx tal-priġunieri politiċi huwa kwistjoni ewlenija, u l-effikaċja ta' sistema ta' stat ta' dritt indipendenti fir-Russja;

5.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet u lill-partiti politiċi Russi rappreżentati fid-Duma tal-Istat biex jinvolvu rwieħhom fi djalogu ta' sustanza mad-dimostranti favur id-demokrazija u mal-oppożizzjoni fl-interessi ta' riforma komprensiva, it-trasparenza u d-demokrazija; jappella lill-President elett Vladimir Putin biex irattab it-ton tar-retorika tiegħu kontra d-dimostranti u jipparteċipa magħhom fi djaloġu sinċier dwar il-ġejjieni tal-pajjiż;

6.  Iħeġġeġ lid-diversi gruppi tal-oppożizzjoni demokratika Russi biex flimkien iħaddnu aktar mill-qrib programm pożittiv ta' riformi politiċi, biex b'hekk iċ-ċittadini Russi jkolhom alternattiva aktar kredibbli;

7.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-President Dmitry Medvedev li jordna lill-Prosekutur Ġenerali jeżamina l-legalità ta' 32 każ kriminali, inkluża s-sentenza ta' ħabs ta' Mikhail Khodorkovsky; jitlob lill-President elett Vladimir Putin jordna eżami simili tal-każ ta' Sergey Magnitsky;

8.  Jinnota l-approvazzjoni inizjali tad-Duma tal-Istat tal-abbozz tal-liġijiet Presidenzjali mmirati lejn tibdiliet komprensivi tas-sistema politika, inkluża simplifikazzjoni tar-regoli tar-reġistrazzjoni tal-partijiet politiċi u l-aċċess tagħhom għall-elezzjonijiet; iħeġġeġ lid-Duma tal-Istat biex fl-adozzjoni tal-liġijiet meħtieġa, tqis l-emendi imressqa b'mod konġunt mill-partiti mhux reġistrati; jistenna lin-naħat kollha jieħdu l-opportunità qabel l-inawgurazzjoni tal-President elett biex jiddeċiedu dwar pakkett ta' riformi komprensivi inklużi tibdiliet tal-liġi elettorali; jesprimi x-xewqa kbira tiegħu li jara riżultati tajba u implimentazzjoni sħiħa tal-proposti ta' riforma kollha li qed jiġu diskussi fil-grupp ta' ħidma Medvedev; jinsab konvint li liġi elettorali ġdida u r-reġistrazzjoni ta' partiti politiċi fl-oppożizzjoni għandhom jipprovdu bażi għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti fid-Duma tal-Istat;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurta? u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.

(1) Testi adottati, P7_TA(2012)0054.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0575.
(3) Testi adottati, P7_TA(2011)0335.

Avviż legali - Politika tal-privatezza