Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 74kWORD 32k
Il-Ħamis, 15 ta' Marzu 2012 - Strasburgu
L-istabbiliment ta' limitu massimu ta' 8 sigħat ta' vvjaġġar għall-bhejjem li jiġu ttrasportati fl-Unjoni Ewropea biex jittieħdu għall-qatla
P7_TA(2012)0096P7_DCL(2011)0049

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2012 dwar l-istabbiliment ta' limitu massimu ta' 8 sigħat ta' vvjaġġar għall-bhejjem li jiġu ttrasportati fl-Unjoni Ewropea biex jittieħdu għall-qatla

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar evalwazzjoni u bilanċ tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Benessri tal-Annimali 2006-2010(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 fil-premessi tiegħu jirrikonoxxi li “t-trasport tal-annimali fit-tul, li jinkludi annimali għall-qatla, għandu jkun limitat kemm jista” jkun' imma xora jippermetti traportazzjonijiet twal ħafna f'dawk li huma distanza u tul ta' ħin, li jikkawżaw għeja severa, tbatija u anke l-mewt waqt tali vjaġġi;

1.  Jinnota li l-petizzjoni 8hours.eu li titlob li jiġi stabbilit limitu massimu ta' 8 sigħat ta' vvjaġġar għall-annimali mibgħuta għall-qatla hija appoġġjata minn kważi miljun persuna Ewropea;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jeżaminaw mill-ġdid ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 biex jistabbilixxu limitu massimu ta' 8 sigħat għall-vjaġġi tal-annimali ttrasportati biex jittieħdu għall-qatla;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji(2), lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 25.
(2) Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 2 għall-Minuti tal-15 ta' Marzu 2012 (P7_PV(2012)03-15(ANN2).

Avviż legali - Politika tal-privatezza