Emenda tar-Regoli ta' Proċedura meta jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar l-emenda tar-Regoli ta' Proċedura meta jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona (2011/2266(REG))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tiegħu bid-data tal-4 ta' Marzu 2011,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0039/2012),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.
Test fis-seħħ
Emenda
Emenda 1 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 116 – paragrafu 1
1. Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni f'kull seduta parzjali fil-ħinijiet li jiġu deċiżi mill-Parlament fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti.
1. Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni f'kull sessjoni parzjali fil-ħinijiet li jiġu deċiżi mill-Parlament fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti.
Emenda 2 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 116 – paragrafu 2
2. Ebda Membru ma jista' jagħmel aktar minn mistoqsija waħda lill-Kunsill u mistoqsija waħda lill-Kummissjoni f'seduta parzjali waħda.
2. Ebda Membru ma jista' jagħmel aktar minn mistoqsija waħda lill-Kummissjoni f'sessjoni parzjali waħda.
Emenda 3 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 116 – paragrafu 5
5. Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jista' jkun hemm ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Eurogroup.
5. Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jistgħu jiġu organizzati ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-Kunsill, mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Grupp tal-euro.
Emenda 4 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness II – parti A – paragrafu 1 – inċiż 2
– ikunu jaqgħu fi ħdan il-kompetenza u l-isfera ta' responsabbilitàtal-Kummissjoni u tal-Kunsill u jkunu ta' interess ġenerali;
– ikunu jaqgħu fi ħdan il-kompetenza u l-isfera ta' responsabilitàtad-destinatarju tagħhom u jkunu ta' interess ġenerali;
Emenda 5 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness II – parti A - paragrafu 1 – inċiż 2a (ġdid)
– ikunu jirrigwardaw, peress li jittrattaw kwestjonijiet speċifiċi għall-Kunsill, b'mod partikolari l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu ta' definizzjoni, ta' koordinament jew ta' eżekuzzjoni tal-linji politiċi tal-Unjoni, jew inkella il-prerogattivi tiegħu fil-qafas ta' proċeduri ta' nomina jew dawk marbutin mal-funzjonament tal-istituzzjonijiet, korpi jew organizzazzjonijiet tal-Unjoni jew dawk marbutin ma' reviżjoni tat-trattati,
Emenda 6 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness II – parti A – paragrafu 2
2. Mistoqsija għandha tkun inammissibbli jekk l-aġenda tkun diġà tipprovdi għal diskusssjoni dwar is-suġġett bil-parteċipazzjoni ta' l-istituzzjoni kkonċernata.
2. Mistoqsija għandha tkun inammissibbli jekk l-aġenda tkun diġà tipprovdi għal diskusssjoni dwar is-suġġett bil-parteċipazzjoni tal-istituzzjoni kkonċernata, jew jekk il-mistoqsija tkun tikkonċerna t-twettiq tal-funzjoni leġislattiva u dik baġitarja tal-Kunsill imsemmija fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 16, , tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.