Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 75kWORD 32k
L-Erbgħa, 18 ta' April 2012 - Strasburgu
Tfal bis-sindromu Down
P7_TA(2012)0130P7_DCL(2011)0052

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2012 dwar tfal bis-sindromu Down

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi huwa stmat li l-possibbiltajiet li tarbija titwieled bis-sindromu Down huma ta' bejn 600 u 1000 għal kull 1;

B.  billi s-sindromu Down huwa wieħed mill-iktar kawżi ġenetiċi komuni ta' diżabbiltajiet fit-tagħlim;

C.  billi abnormalitajiet konġenitali huma waħda mill-kawżi prinċipali tal-imwiet tat-trabi u diżabbiltà fit-tul, u tfal bis-sindromu Down jistgħu ibatu minn numru ta' disturbi konġenitali, bl-iktar waħda komuni tkun il-mard tal-qalb;

D.  billi fl-Artikolu 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Istati tal-Unjoni Ewropea: “L-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-drittijiet tal-persuni diżabbli li jibbenefikaw minn miżuri intiżi sabiex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u professjonali tagħhom, u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità”;

E.  billi l-UE rratifikat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà, li tistabbilixxi standards universali minimi li jipproteġu u jiggarantixxu għażla vasta ta' drittijiet, politiċi, soċjali u ekonomiċi;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri biex:

   jikkontribwixxu fl-inklużjoni soċjali tat-tfal bis-sindromu Down permezz ta' kampanji ta' sensibilizzazjoni fuq livell nazzjonali u Ewropew;
   jippromwovu r-riċerka pan-Ewropea fit-trattament ta' din il-kundizzjoni;
   jfasslu strateġija għall-Ewropa kollha biex tħares id-drittijiet tat-tfal bis-sindromu Down fl-UE;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji(1), lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati.

(1) Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 2 għall-Minuti tat-18 ta' April 2012 (P7_PV(2012)04-18(ANN2)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza