Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-UE u l-Liberja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (11104/2011 – C7-0241/2011 – 2011/0160(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11104/2011),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (11101/2011),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 207(3) u (4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0241/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0081/2012),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;
2. Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-Parlament dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija Volontarji (VPAs) u fin-negozjati u l-implimentazzjoni ta' Ftehimiet ta' Sħubija Volontarji ġodda.
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Liberja.