Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0382(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0099/2012

Testi mressqa :

A7-0099/2012

Dibattiti :

PV 19/04/2012 - 4
CRE 19/04/2012 - 4

Votazzjonijiet :

PV 19/04/2012 - 6.5
CRE 19/04/2012 - 6.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0134

Testi adottati
PDF 264kWORD 38k
Il-Ħamis, 19 ta' April 2012 - Strasburgu
Ftehim bejn l-Istati Uniti u l-UE dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti ***
P7_TA(2012)0134A7-0099/2012

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Siġurtà Interna tal-Istati Uniti (17433/2011 – C7-0511/2011 – 2011/0382(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (17433/2011),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti, anness ma' dak l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (17434/2011),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) flimkien mal-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, punt (d) u l-Artikolu 87(2), punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0511/2011),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta' data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi (COM(2010)0492),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Frar 2007 dwar SWIFT, il-ftehim PNR u d-djalogu transatlantiku dwar dawn il-kwestjonijiet(1), tat-12 ta' Lulju 2007 dwar il-valutazzjoni tal-ftehim mal-Istati Uniti tal-Amerika(2), tal-5 ta' Mejju 2010 dwar it-tnedija ta' negozjati għal ftehimiet dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) mal-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Kanada(3), u tal-11 ta' Novembru 2010 dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta' data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi u dwar ir-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni lill-Kunsill sabiex jinfetħu n-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti(4),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tas-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta' data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi(5) u tal-9 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti(6),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni 7/2010 tat-12 ta' Novembru 2010 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta' data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għal pajjiżi terzi adottata mill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni ta' Data, u l-ittra tiegħu tas-6 ta' Jannar 2012 dwar il-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0099/2012),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu dwar il-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Iqis li l-proċedura 2009/0187(NLE) issa skadiet ġaladarba l-Ftehim PNR tal-2007 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ġie sostitwit bil-Ftehim PNR il-ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika.

(1) ĠU C 287 E, tal-29.11.2007, paġ. 349.
(2) ĠU C 175 E, tal-10.7.2008, paġ. 564.
(3) ĠU C 81 E, tal-15.3.2011, paġ. 70.
(4) ĠU C 74 E, 13.3.2012, paġ. 8.
(5) ĠU C 357, 30.12.2010, p. 7.
(6) ĠU C 35, 9.2.2012, p. 16.

Avviż legali - Politika tal-privatezza