Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0092(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0052/2012

Testi mressqa :

A7-0052/2012

Dibattiti :

PV 18/04/2012 - 17
CRE 18/04/2012 - 17

Votazzjonijiet :

PV 19/04/2012 - 6.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0136

Testi adottati
PDF 760kWORD 291k
Il-Ħamis, 19 ta' April 2012 - Strasburgu
It-Tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku *
P7_TA(2012)0136A7-0052/2012

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (COM(2011)0169 – C7-0105/2011 – 2011/0092(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0169),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0105/2011),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fi ħdan il-qafas ta' Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Bulgaru, il-Kungress tad-Deputati Spanjol u s-Senat Spanjol, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għas-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu kif ukoll tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0052/2012),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE kienet adottata sabiex ikun żgurat il-funzjonament kif jixraq tas-suq intern fir-rigward tat-tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku. F'konformità mal-Artikolu 6 tat-Trattat, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali ġew integrati fit-termini ta' dik id-Direttiva, fid-dawl, b'mod partikolari, tal-protokoll ta' Kjoto.
(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE kienet adottata sabiex ikun żgurat il-funzjonament kif jixraq tas-suq intern fir-rigward tat-tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku. F'konformità mal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali ġew integrati fit-termini ta' dik id-Direttiva, fid-dawl, b'mod partikolari, tal-protokoll ta' Kjoto. Huwa importanti li, skont l-Artikolu 9 TFUE, jiġi żgurat jekk ikunx qed jitqies biżżejjed il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, pereżempju fil-kuntest tat-tniġġis tal-arja.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Fl-indirizzar ta' kwistjoni daqshekk wiesgħa u fundamentali bħat-tassazzjoni tal-enerġija fl-Unjoni, il-kunsiderazzjoni tal-imperattivi fil-materja tal-politika dwar il-klima u dik ambjentali, indipendentement minn kemm ikunu meħtieġa, mhijiex suffiċjenti. Għall-Unjoni, l-objettivi tal-politika tal-enerġija kif ukoll dawk tal-politika industrijali jikkostitwixxu kwistjonijiet delikati ta' importanza ugwalment essenzjali. Barra minn hekk, sabiex is-suq intern jiffunzjona b'mod xieraq u effiċjenti fil-qasam tal-enerġija, l-inizjattivi u l-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni relatati ma' dan is-settur iridu jkunu kkoordinati kontinwament u bir-reqqa. Mhux biss l-emendi għad-Direttiva 2003/96/KE għandhom ikunu kompatibbli ma' politiki oħra relatati mal-enerġija, iżda dawk il-politiki għandhom jiġu adattati b'mod adegwat għall-qafas tat-tassazzjoni dwar l-enerġija. B'mod partikolari, il-problemi eżistenti relatati mal-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tal-Unjoni taħt id-Direttiva tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità1għandhom jiġu trattati b'riżolutezza sabiex din tkun tista' tiffunzjona b'mod effettiv. Kull nuqqas ta' koerenza jkun detrimentali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni fuq żmien twil għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.
1 ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Huwa meħtieġ li jkun żgurat li s-suq intern ikompli jiffunzjona kif jixraq fl-ambitu ta' rekwiżiti ġodda relatati mal-limitazzjoni tat-tibdil fil-klima, għall-użu tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għall-iffrankar tal-enerġija, kif approvat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007 u tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008.
(2)  Huwa meħtieġ li jkun żgurat li s-suq intern jiffunzjona b'mod ottimali fl-ambitu ta' rekwiżiti ġodda relatati mal-limitazzjoni tat-tibdil fil-klima, għall-użu tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għall-iffrankar tal-enerġija, kif approvat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007 u tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008. Għaldaqstant għandu jiġi ggarantit, skont din id-Direttiva 2003/96/KE, trattament konsistenti tas-sorsi tal-enerġija sabiex jingħataw kundizzjonijiet verament indaqs għall-konsumaturi tal-enerġija irrispettivament mis-sors tal-enerġija użat.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  It-tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija għandha tiġi mwettqa b'manjiera teknoloġikament newtrali sabiex jkunu jistgħu jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  It-tassazzjoni relatata mal-emissjonijiet tas-CO2tista' tkun mezz li jkun ta' benefiċċju mil-lat tal-ispejjeż għall-Istati Membri biex jiksbu t-tnaqqis tal-gassijiet serra meħtieġ skont id-Deċiżjoni 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 fir-rigward ta' sorsi mhux koperti mill-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE. Minħabba l-irwol potenzjali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern jirrikjedi regoli komuni dwar dik it-tassazzjoni.
(3)  It-tassazzjoni relatata mal-emissjonijiet tas-CO2hija ġeneralment mezz li jkun ta' benefiċċju mil-lat tal-ispejjeż għall-Istati Membri biex jiksbu t-tnaqqis tal-gassijiet serra meħtieġ skont id-Deċiżjoni 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 fir-rigward ta' sorsi mhux koperti mill-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE. Minħabba l-irwol attwali u potenzjali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern jirrikjedi regoli komuni dwar dik it-tassazzjoni.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  It-tassazzjoni tal-enerġija m'għandhiex tirrigwarda l-irkupru tal-enerġija mill-iskart u, b'mod partikulari, l-użu tal-iskart bħala fjuwil alternattiv, billi l-għan tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart1huwa li l-produtturi u d-detenturi tal-iskart jarmu l-iskart bl-aktar mod effiċjenti fl-użu tal-enerġija u bl-aktar mod favorevoli għall-ambjent possibbli u tagħti prijorità għall-irkupru tal-enerġija fuq ir-rimi.
1 ĠU L 312, 22.11.2008, p.3.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdida)
(4b)  L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li japplikaw livell ta' tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija “l isfel sa żero fuq il-konsum tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati għall-agrikoltura, l-ortikultura, il-pixxikoltura u l-forestrija.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Għaldaqstant, għandha ssir dispożizzjoni għat-tassazzjoni tal-enerġija biex din tkun tikkonsisti minn żewġ komponenti, it-tassazzjoni relatata mas-CO2 u t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Sabiex it-tassazzjoni tal-enerġija tadatta għat-tħaddim tal-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu mitlubin jiddistingwu b'mod espliċitu bejn dawn iż-żewġ komponenti. Dan jippermetti wkoll it-trattament distint tal-fjuwils li huma bijomassa jew magħmula minn bijomassa.
(5)  Għaldaqstant, għandha ssir dispożizzjoni għat-tassazzjoni tal-enerġija biex din tkun tikkonsisti minn żewġ komponenti, it-tassazzjoni relatata mas-CO2 u t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Sabiex it-tassazzjoni tal-enerġija tadatta għat-tħaddim tal-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu mitlubin jiddistingwu b'mod espliċitu bejn dawn iż-żewġ komponenti. Dan jippermetti wkoll it-trattament distint tal-fjuwils li huma bijomassa jew magħmula minn bijomassa fid-dawl tal-vantaġġi li joffru bħala sors ta' enerġija rinnovabbli bi prezz baxx u kważi newtrali fir-rigward tal-gass b'effett ta' serra, sakemm jissodisfaw il-kriterji ta' sostenibbiltà stipulati fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih teżamina jekk, minbarra l-emissjonijiet tas-CO2, għandhomx jitqiesu wkoll l-emissjonijiet ta' gassijiet oħra li jagħmlu l-ħsara, bil-għan li titħares is-saħħa pubblika.
1 ĠU L 140, 5.6.2009, p.16.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Kull wieħed minn dawn il-komponenti għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, li jippermettu t-trattament ugwali ta' sorsi differenti tal-enerġija. Għall-finijiet tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, għandha ssir referenza għall-emissjonijiet tas-CO2 kkawżati mill-użu ta' kull prodott tal-enerġija kkonċernat, bl-użu tal-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 ta' referenza stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta' Lulju 2007 li tistabbilixxi linji ta' gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għall-finijiet tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, għandha ssir referenza għall-kontenut tal-enerġija tal-prodotti tal-enerġija differenti u tal-elettriku kif imsemmi fid-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE. F'dan il-kuntest, għandhom jitqiesu l-vantaġġi ambjentali tal-bijomassa jew prodotti magħmula mill-bijomassa. Dawn il-prodotti għandhom ikunu intaxxati fuq il-bażi tal-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifikati fid-Deċiżjoni 2007/589/KE għal bijomassa jew prodotti magħmula minn bijomassa u l-kontenut tal-enerġija tagħhom kif speċifikat fl-Anness III għad-Direttiva 2009/28/KE. Il-bijofjuwils u l-bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli huma bla dubju l-aktar kategorija kkonċernata importanti. Minħabba li l-vantaġġi ambjentali ta' dawn il-prodotti jvarjaw, skont jekk ikunux jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà mniżżlin fl-Artikolu 17 ta' dik id-Direttiva, il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-bijomassa u għal prodotti magħmulin mill-bijomassa għandhom japplikaw biss fejn dawn il-kriterji jkunu ssodisfati.
(6)  Kull wieħed minn dawn il-komponenti għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, li jippermettu t-trattament ugwali ta' sorsi differenti tal-enerġija. Għall-finijiet tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, għandha ssir referenza għall-emissjonijiet tas-CO2 kkawżati mill-użu ta' kull prodott tal-enerġija kkonċernat, bl-użu tal-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 ta' referenza stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta' Lulju 2007 li tistabbilixxi linji ta' gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE . Għall-finijiet tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, għandha ssir referenza għall-kontenut tal-enerġija tal-prodotti tal-enerġija differenti u tal-elettriku kif imsemmi fid-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE. F'dan il-kuntest, għandhom jitqiesu l-vantaġġi ambjentali tal-bijomassa jew prodotti magħmula mill-bijomassa. Dawn il-prodotti għandhom ikunu intaxxati fuq il-bażi tal-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifikati fid-Deċiżjoni 2007/589/KE għal bijomassa jew prodotti magħmula minn bijomassa u l-kontenut tal-enerġija tagħhom kif speċifikat fl-Anness III għad-Direttiva 2009/28/KE. Il-bijofjuwils u l-bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE huma bla dubju l-aktar kategorija kkonċernata importanti. Minħabba li l-vantaġġi ambjentali ta' dawn il-prodotti jvarjaw, skont jekk ikunux jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà mniżżlin fl-Artikolu 17 ta' dik id-Direttiva, il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-bijomassa u għal prodotti magħmulin mill-bijomassa għandhom japplikaw biss fejn dawn il-kriterji jkunu ssodisfati. Malli l-kriterji ta' sostenibbiltà għall-prodotti tal-bijomassa għajr bijofjuwils u bijolikwidi jiġu stabbiliti skont id-Direttiva 2009/28/KE, dawk il-valuri speċifiċi ta' referenza għandhom jiġu applikati għall-prodotti tal-bijomassa għajr il-bijofjuwils biss jekk ikunu konformi mal-kriterji l-ġodda ta' sostenibbiltà.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  It-tassazzjoni relatata mas-CO2 għandha tkun addattata għat-tħaddim tad-Direttiva 2003/87/KE sabiex tikkumplimentaha b'mod effettiv. Dik it-tassazzjoni għandha tkun applikata għall-użu kollu, inkluż dak għal finijiet differenti mit-tisħin, ta' prodotti tal-enerġija li jikkawżaw l-emissjonijiet tas-CO2 fl-installazzjonijiet fi ħdan it-tifsira ta' dik id-Direttiva, sakemm l-installazzjoni kkonċernata ma tkunx soġġetta għall-iskema għan-negozjar ta' emissjonijiet taħt dik id-Direttiva. Madankollu, minħabba li l-applikazzjoni kumulattiva taż-żewġ strumenti ma tippermettix it-tnaqqis tal-emissjonijiet lil hinn minn dawk miksuba, b'mod ġenerali, permezz tal-iskema għan-negozjar ta' emissjonijiet waħedha, iżda twassal sempliċiment għal żieda fl-ispiża totali ta' dak it-tnaqqis, it-tassazzjoni relatata mas-CO2 ma għandhiex tapplika għall-konsum fl-installazzjonijiet soġġetti għall-iskema tal-Unjoni.
(7)  It-tassazzjoni relatata mas-CO2 għandha tkun addattata għat-tħaddim tad-Direttiva 2003/87/KE sabiex tikkumplimentaha b'mod effettiv. Dik it-tassazzjoni għandha tkun applikata għall-użu kollu, inkluż dak għal finijiet differenti mit-tisħin, ta' prodotti tal-enerġija li jikkawżaw l-emissjonijiet tas-CO2 fl-installazzjonijiet fi ħdan it-tifsira ta' dik id-Direttiva, sakemm l-installazzjoni kkonċernata ma tkunx soġġetta għall-iskema għan-negozjar ta' emissjonijiet taħt dik id-Direttiva. Madankollu, minħabba li l-applikazzjoni kumulattiva taż-żewġ strumenti ma tippermettix it-tnaqqis tal-emissjonijiet lil hinn minn dawk miksuba, b'mod ġenerali, permezz tal-iskema għan-negozjar ta' emissjonijiet waħedha, iżda twassal sempliċiment għal żieda fl-ispiża totali ta' dak it-tnaqqis, it-tassazzjoni relatata mas-CO2 ma għandhiex tapplika għall-konsum dirett jew indirett fl-installazzjonijiet soġġetti għall-iskema tal-Unjoni. Piż doppju f'forma ta' tassazzjoni doppja u regolamentazzjoni doppja jwassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jrid jiġi eskluż.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Fl-interess tan-newtralità fiskali, għandhom japplikaw l-istess livelli minimi ta' tassazzjoni għal kull komponent tat-tassazzjoni tal-enerġija, għall-prodotti tal-enerġija kollha li jintużaw għal skop partikolari. Meta l-livelli minimi tat-tassazzjoni huma hekk preskritti, l-Istati Membri għandhom, anki għal raġunijiet ta' newtralità fiskali, jiżguraw livelli ugwali ta' tassazzjoni nazzjonali fuq il-prodotti kollha kkonċernati. Meta jkun meħtieġ, għandhom jiġu previsti perjodi ta' transizzjoni għall-finijiet ta' ugwaljanza ta' dawk il-livelli.
imħassar
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Għandu jkun żgurat li l-livelli minimi tat-tassazzjoni jippriservaw l-effetti intenzjonati tagħhom. Minħabba li t-tassazzjoni relatata mas-CO2 tikkumplimenta t-tħaddim tad-Direttiva 2003/87/KE, il-prezz tas-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jkun issorveljat mill-qrib fl-analiżi perjodika tad-Direttiva, li huwa inkarigu tal-Kummissjoni. Il-livelli minimi tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija għandhom f'intervalli regolari jiġu allinjati b'mod awtomatiku biex titqies l-evoluzzjoni tal-valur reali tagħhom sabiex ikun ippriservat il-livell attwali tal-armonizzazzjoni tar-rata; biex titnaqqas il-volatilità li titnissel mill-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel, dan l-allinjament għandu jsir fuq il-bażi tat-tibdil fl-indiċi armonizzat tal-Unjoni kollha tal-prezzijiet tal-konsumatur minbarra l-enerġija u l-ikel mhux ipproċessat kif ippubblikat mill-Eurostat.
(11)  Għandu jkun żgurat li l-livelli minimi tat-tassazzjoni jippriservaw l-effetti intenzjonati tagħhom. Għal dak il-għan, il-livelli minimi tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija għandhom jiġu eżaminati f'intervalli regolari.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 11a (ġdida)
(11a)  Minħabba n-natura kumplessa tar-rekwiżiti li ż-żewġ komponenti taż-żewġ sistemi, jiġifieri it-tassazzjoni tal-enerġija u t-tassazzjoni relatata mas-CO2, huma maħsuba li jissodisfaw, għandhom jiġu stipulati fil-livelli kollha regoli ċari li, fl-interessi tal-konsumaturi kollha, ikunu trasparenti u li jinftiehmu mill-ewwel, sabiex jiġi ggarantit li s-sistema tkun tista' tiġi amministrata sewwa.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)  Fil-qasam tal-fjuwils tal-karozzi, l-aktar livell minimu favorevoli ta' tassazzjoni applikabbli għan-nafta, prodott li fil-parti l-kbira tiegħu oriġinarjament kien iddedikat għal użu kummerċjali u għaldaqstant tradizzjonalment intaxxat f'livell aktar baxx, joħloq effett ta' tgħawwiġ fir-rigward tal-petrol, il-fjuwil li huwa l-kompetitur ewlieni tiegħu. L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/96/KE għaldaqstant jipprevedi l-ewwel passi ta' allinjament gradwali għal livell minimu ta' tassazzjoni applikabbli għall-petrol. Huwa meħtieġ li dan l-allinjament jitlesta u gradwalment ikun hemm ċaqliq għal sitwazzjoni fejn in-nafta u l-petrol ikunu intaxxati f'livell ugwali.
imħassar
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  L-implimentazzjoni tal-istruttura l-ġdida tat-taxxa se tinvolvi ż-żieda tar-rata ta' tassazzjoni tan-nafta biex tiġi allinjata ma' dik tal-petrol. Dan jista' jippreġudika kemm id-deċiżjoni meħuda mill-industrija tal-karozzi tal-Unjoni li tiffoka fuq magni konvenzjonali nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, kif ukoll il-kisba tal-objettivi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-Unjoni, peress li l-valuri limitu ffissati fir-rigward tas-CO2 jistgħu biss jintlaħqu jekk għadd suffiċjenti ta' vetturi fit-triq ikunu jaħdmu bin-nafta. Għandhom jittieħdu miżuri flessibbli xierqa sabiex jiżguraw li l-kompetittività tas-settur tal-karozzi u s-suċċess tal-istrateġija tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 f'dak is-settur ma jkunux ipperikolati. It-taxxi fuq ix-xiri, fuq ir-reġistrazzjoni u t-taxxi ta' kull sena fuq l-użu tat-toroq għandhom jiġu armonizzati u, bi prinċipju, stabbiliti biss abbażi tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  Hemm il-ħtieġa li jiġi limitat l-impatt tal-ispiża potenzjali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 fuq is-setturi jew is-subsetturi meqjusin bħala esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonjiet tal-karbonju skont l-Artikolu 10a(13) tad-Direttiva 2003/87/KE. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu previsti miżuri tranżizzjonali korrispondenti li, madankollu, għandhom jippriservaw ukoll l-effikaċja ambjentali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2.
(14)  Hemm il-ħtieġa li jiġi limitat l-impatt tal-ispiża potenzjali tal-istruttura l-ġdida tat-taxxa fuq is-setturi jew is-subsetturi meqjusin bħala esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonjiet tal-karbonju. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu previsti miżuri korrispondenti li, madankollu, għandhom jippriservaw ukoll l-effikaċja ambjentali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  Kwalunkwe ristrutturazzjoni tat-tassazzjoni tal-enerġija għandha tiżgura li s-setturi li ma jkunux suġġetti għall-iskema tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet taħt id-Direttiva 2003/87/KE ma jkunux penalizzati fir-rigward tas-setturi koperti minn din l-iskema.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti l-applikazzjoni ta' rati ddifferenzjati ta' tassazzjoni f'ċerti każijiet. Madankollu, sabiex tkun żgurata l-konsistenza tas-sinjal tal-prezz tas-CO2, il-possibbiltà għall-Istati Membri li jiddifferenzjaw ir-rati nazzjonali għandha tkun ristretta għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Barra minn hekk, il-possibbiltà li jkun applikat livell aktar baxx ta' tassazzjoni għall-fjuwil tal-karozzi użat mit-taxis mhijiex aktar kompatibbli mal-objettiv tal-politiki li jippromwovu l-fjuwils alternattivi u t-trasportaturi tal-enerġija u l-użu ta' vetturi aktar nodfa fit-trasport urban u għaldaqstant għandha titneħħa.
(15)  L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti l-applikazzjoni ta' rati ddifferenzjati ta' tassazzjoni f'ċerti każijiet. Madankollu, sabiex tkun żgurata l-konsistenza tas-sinjal tal-prezz tas-CO2, il-possibbiltà għall-Istati Membri li jiddifferenzjaw ir-rati nazzjonali għandha tkun ristretta għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Barra minn hekk, il-possibbiltà li jkun applikat livell aktar baxx ta' tassazzjoni għall-fjuwil tal-karozzi derivat miż-żejt użat mit-taxis mhijiex aktar kompatibbli mal-objettiv tal-politiki li jippromwovu l-fjuwils alternattivi u t-trasportaturi tal-enerġija u l-użu ta' vetturi aktar nodfa fit-trasport urban u għaldaqstant għandha titneħħa.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  Peress li l-introduzzjoni tal-vetturi ibridi hija importanti ħafna biex ma jibqax ikun hemm daqshekk dipendenza fuq il-fjuwils minn sorsi mhux rinnovabbli, fis-settur tat-trasport, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, għal perjodu limitat, japplikaw eżenzjoni jew tnaqqis fil-livell ta' tassazzjoni fuq l-elettriku utilizzat biex dawn il-vetturi jiġu ċċarġjati.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)  Eżenzjonijiet jew tnaqqis għall-benefiċċju tad-djar u organizzazzjonijiet rikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali jistgħu jifformaw parti minn miżuri soċjali ddefiniti mill-Istati Membri. Il-possibbiltà li jkunu applikati tali eżenzjonijiet jew tnaqqis għandha, għal raġunijiet ta' trattament ugwali bejn is-sorsi tal-enerġija, tkun estiża għall-prodotti tal-enerġija kollha użati bħala fjuwils tat-tisħin u l-elettriku. Sabiex ikun żgurat li l-impatt tagħhom fuq is-suq intern jibqa' limitat, tali eżenzjoniiet u tnaqqis għandhom ikunu applikati biss għal attivitajiet mhux tan-negozju.
(17)  L-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis li jibbenefikaw id-djar u organizzazzjonijiet rikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali jostakolaw milli jingħata sinjal ta' valur korrett u b'hekk ikunu jfissru t-telfa ta' inċentiv importanti biex jitnaqqsu l-kontijiet u l-użu tal-enerġija. Il-possibbiltà fid-Direttiva 2003/96/KE li jkunu applikati tali eżenzjonijiet jew tnaqqis għandha, għalhekk, wara perjodu twil ta' tneħħija gradwali, titneħħa. Fl-Istati Membri fejn dan jaffettwa l-prezzijiet tal-enerġija, il-familji bi dħul baxx u l-organizzazzjonijiet tal-karità għandhom ikunu kkumpensati permezz ta' miżuri soċjali solidi u komprensivi.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 18
(18)  Fil-każ tal-gass tal-pitrolju likwifikat (LPG) u l-gass naturali użati bħala propellanti, il-vantaġġi f'forma ta' livelli minimi aktar baxxi ta' tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija jew il-possibbiltà li dawk il-prodotti tal-enerġija jkunu eżentati mit-tassazzjoni mhumiex aktar iġġustifikati, b'mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa li jiżdied is-sehem tas-suq tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu u għandhom għaldaqstant jitneħħew fuq medda medja ta' żmien.
(18)  Fil-każ tal-gass tal-pitrolju likwifikat (LPG) u l-gass naturali użati bħala propellanti, il-vantaġġi f'forma ta' livelli minimi aktar baxxi ta' tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija jew il-possibbiltà li dawk il-prodotti tal-enerġija jkunu eżentati mit-tassazzjoni mhumiex iġġustifikati għall-perijodu fit-tul u għandhom għaldaqstant jitneħħew, b'mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa li fjuwils rinnovabbli jkunu jistgħu jżidu s-sehem tagħhom mis-suq. Madankollu, peress li l-LPG u l-gass naturali għandhom impatt anqas ta' ħsara fuq l-ambjent minn fjuwils fossili oħrajn, u peress li l-infrastruttura tad-distribuzzjoni tagħhom tista' tkun ta' benefiċċju fl-introduzzjoni ta' fjuwils alternattivi rinnovabbli, il-vantaġġi għandhom jitneħħew pass pass.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 20
(20)  L-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti lill-Istati Membri japplikaw għax-xogħlijiet tal-agrikoltura, l-ortikoltura u l-pixxikoltura kif ukoll għall-forestrija mhux biss id-dispożizzjoijiet ġenerali applikabbli għan-negozji iżda wkoll livell ta' tassazzjoni li jinżel għal żero. Eżami ta' dik l-għażla wera li safejn hija kkonċernata t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, iż-żamma tagħha tkun kontra l-objettivi tal-politika usa' tal-Unjoni sakemm ma tkunx marbuta ma' kontraparti li tiżgura l-avvanzi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija. Fir-rigward tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 it-trattament tas-setturi kkonċernati għandu jkun allinjat mar-regoli li japplikaw għas-setturi industrijali.
(20)  L-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti lill-Istati Membri japplikaw għax-xogħlijiet tal-agrikoltura, l-ortikoltura u l-pixxikoltura kif ukoll għall-forestrija mhux biss id-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għan-negozji iżda wkoll livell ta' tassazzjoni li jinżel għal żero, bl-għan li tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika ta' dawn is-setturi, li diġà huma mxekkla minn rekwiżiti soċjali, fitosanitarji u ambjentali kbar li għalihom is-suq ma jipprovdix kumpens xieraq. Minkejja dan, eżami ta' dik l-għażla wera li safejn hija kkonċernata t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, iż-żamma tagħha tkun kontra l-objettivi tal-politika usa' tal-Unjoni sakemm ma tkunx marbuta ma' kontraparti li tiżgura l-avvanzi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija. Dan il-progress fl-effiċjenza enerġetika għandu jagħmel parti minn ċiklu ta' snin twil biżżejjed u għandu jkun sottomess għall-ippjanar pubbliku u monitoraġġ mill-entitajiet pubbliċi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu gwida teknika lill-operaturi f'dawn is-setturi jekk jiġu applikati rekwiżiti addizzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija relatati mar-rati tat-taxxa. Fir-rigward tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, it-trattament tas-setturi kkonċernati għandu jqis il-kapaċitajiet speċifiċi ta' qbid u ħżin tal-karbonju u r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għal kull wieħed mis-setturi u s-subsetturi kkonċernati, kif ukoll l-impatt possibbli fuq il-produttività u l-vijabbiltà tagħhom. Is-setturi li jipproduċu l-bijomassa b'ħafna potenzjal ta' assorbiment tal-karbonju għandhom ikunu eżentati. Huwa essenzjali li f'reġjuni li huma suġġetti għal kapaċità eċċezzjonali li jipproduċu enerġija minn sorsi rinnovabbli tiġi mħeġġa l-indipendenza enerġetika tal-attivitajiet agrikoli u tat-trobbija tal-bhejjem tagħhom.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 21
(21)  Ir-regoli ġenerali introdotti minn din id-Direttiva jqisu l-ispeċifiċitajiet tal-fjuwils li huma bijomassa jew magħmulin minn bijomassa li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE fir-rigward kemm tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-bilanċ tas-CO2 kif ukoll għall-kontentut tal-enerġija aktar baxx għal kull unità kwantitattiva, kif imqabbla ma' wħud mill-fjuwils tal-fossili li jikkompetu magħhom. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2003/96/KE li jawtorizzaw it-tnaqqis jew l-eżenjonijiet għal dawk il-fjuwils għandhom jitneħħew fuq medda medja ta' żmien. Għall-perjodu interim, għandu jkun żgurat li l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet issir konsistenti mar-regoli ġenerali introdotti permezz ta' din id-Direttiva. Għalhekk, il-bijofjuwils u l-bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE għandhom jibbenefikaw minn vantaġġi addizzjonali tat-taxxa biss jekk ikunu jissodisfaw il-kriterji dwar is-sostenibbiltà mniżżlin fl-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva.
(21)  Ir-regoli ġenerali introdotti minn din id-Direttiva jqisu l-ispeċifiċitajiet tal-fjuwils li huma bijomassa jew magħmulin minn bijomassa li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE fir-rigward kemm tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-bilanċ tas-CO2 kif ukoll għall-kontentut tal-enerġija aktar baxx għal kull unità kwantitattiva, kif imqabbla ma' wħud mill-fjuwils tal-fossili li jikkompetu magħhom. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2003/96/KE li jawtorizzaw it-tnaqqis jew l-eżenjonijiet għal dawk il-fjuwils għandhom jitneħħew fuq medda medja ta' żmien. Għall-perjodu interim, għandu jkun żgurat li l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet issir konsistenti mar-regoli ġenerali introdotti permezz ta' din id-Direttiva. Għalhekk, il-bijofjuwils u l-bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE għandhom jibbenefikaw minn vantaġġi addizzjonali tat-taxxa biss jekk ikunu jissodisfaw il-kriterji dwar is-sostenibbiltà mniżżlin fl-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva. Dan l-Artikolu jimplika li l-kriterji ta' sostenibbiltà jsiru aktar restrittivi fl-2017 u l-2018. Sabiex jiġu sodisfatti l-kriterji, l-iffrankar tal-emissjonijiet b'effett ta' serra mill-1 ta' Jannar 2017 għandu jkun mill-inqas ta' 50%. Mill-1 ta' Jannar 2018 l-iffrankar għandu jkun mill-inqas ta' 60% għal prodotti magħmula f'installazzjonijiet li fihom il-produzzjoni bdiet fl-1 ta' Jannar 2017 jew wara. Malli l-kriterji ta' sostenibbiltà għall-prodotti tal-bijomassa għajr bijofjuwils u bijolikwidi jiġu stabbiliti skont id-Direttiva 2009/28/KE, tali prodotti għandhom jibbenefikaw minn vantaġġi addizzjonali fit-taxxa biss jekk ikunu konformi ma' dawn il-kriterji l-ġodda.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 28
(28)  Kull ħames snin, u għall-ewwel darba sa qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, billi teżamina b'mod partikolari l-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prezz tas-suq fl-UE tal-kwoti tal-emissjonijiet, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi u l-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis stabbiliti f'din id-Direttiva, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-ajru u bil-baħar. Il-lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandha tkun irriveduta b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa.
(28)  Kull tliet snin, u għall-ewwel darba sa qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, billi teżamina b'mod partikolari l-livelli minimi tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija sabiex jiġi żgurat li jippreservaw l-effetti intenzjonati tagħhom, il-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prezz tas-suq fl-UE tal-kwoti tal-emissjonijiet, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi, l-impatt ta' emissjonijiet li huma ta' ħsara jew potenzjalment ta' ħsara għas-saħħa għajr is-CO2, il-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis stabbiliti f'din id-Direttiva, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-ajru u bil-baħar, kif ukoll l-iżviluppi fl-użu ta' bijogass, il-gass naturali u l-LPG fit-trasport fit-toroq. Dan ir-rapport għandu jinkludi ħarsa ġenerali tad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar taxxa li jinsabu fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru. Ir-rapport għandu jeżamina wkoll l-impatt fuq l-istabbiliment ta' prijoritajiet tal-politika industrijali fl-industrija Ewropea tal-karozzi. Lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandha titfassal u tiġi rieżaminata b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
It-tassazzjoni relatata mas-CO2 għandha tiġi kkalkulata f'EUR/t ta' emissjonijiet tas-CO2, fuq il-bażi tal-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 ta' referenza stipulati fil-punt 11 tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta' Lulju 2007 li tistabbilixxi linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*). Il-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifikati f'din id-Deċiżjoni għal bijomassa jew prodotti magħmulin mill-bijomassa għandhom, fil-każ tal-bijofjuwils u bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE, japplikaw biss meta l-prodott ikkonċernat jikkonforma mal-kriterji tas-sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli(**). Meta l-bijofjuwils u l-bijolikwidi ma jkunux jikkonformaw ma' dawk il-kriterji, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-fattur tal-emissjoni tas-CO2 ta' referenza għall-fjuwil tat-tisħin jew il-fjuwil tal-karozzi ekwivalwenti li għalihom il-livelli minimi ta' tassazzjoni huma speċifikati f'din id-Direttiva.

It-tassazzjoni relatata mas-CO2 għandha tiġi kkalkulata f'EUR/t ta' emissjonijiet tas-CO2, fuq il-bażi tal-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 ta' referenza stipulati fil-punt 11 tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta' Lulju 2007 li tistabbilixxi linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE . Il-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifikati f'din id-Deċiżjoni għal bijomassa jew prodotti magħmulin mill-bijomassa għandhom, fil-każ tal-bijofjuwils u bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE, japplikaw biss meta l-prodott ikkonċernat jikkonforma mal-kriterji tas-sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE. Meta l-bijofjuwils u l-bijolikwidi ma jkunux jikkonformaw ma' dawk il-kriterji, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-fattur tal-emissjoni tas-CO2 ta' referenza għall-fjuwil tat-tisħin jew il-fjuwil tal-karozzi ekwivalwenti li għalihom il-livelli minimi ta' tassazzjoni huma speċifikati f'din id-Direttiva. B'konformità mad--Direttiva 2009/28/KE u sabiex jiġu sodisfatti l-kriterji, l-iffrankar tal-emissjonijiet b'effett ta' serra għandu jkun mill-inqas ta' 50% mill-1 ta' Jannar 2017 u mill-inqas ta' 60% għal prodotti magħmula f'installazzjonijiet li fihom il-produzzjoni bdiet fl-1 ta' Jannar 2017 jew wara, mill-1 ta' Jannar 2018.

Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 1 – paragrafu 4
4.  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw kemm għat-tassazzjoni relatata mas-CO2 kif ukoll għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija.
4.  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw kemm għat-tassazzjoni relatata mas-CO2 kif ukoll għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Malli l-kriterji ta' sostenibbiltà għall-prodotti tal-bijomassa għajr bijofjuwils u bijolikwidi jiġu stabbiliti skont id-Direttiva 2009/28/KE, il-fatturi ta' referenza tal-emmissjonijiet tas-CO2 stipulati fil-punt (11) tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE u l-valuri ta' referenza kalorifiċi netti stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 2009/28/KE għandhom jiġu applikati għal tali prodotti tal-bijomassa biss jekk ikunu konformi ma' dawk il-kriterji ta' sostenibbiltà. Meta tali prodotti tal-bijomassa ma jkunux konformi ma' dawn il-kriterji ta' sostenibbiltà, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-fattur ta' referenza tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-valur ta' referenza kalorifiku nett għall-fjuwil tal-magni jew għat-tisħin ekwivalenti li għalihom il-livelli minimi ta' tassazzjoni huma speċifikati f'din id-Direttiva.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt b
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 2 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li la l-użu dirett u lanqas indirett tal-prodotti tal-enerġija f'installazzjoni fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2003/87/KE u la l-użu dirett u lanqas indirett tal-prodotti tal-enerġija f'installazzjonijiet intaxxati permezz ta' miżuri għat-tnaqqis tas-CO2 ma jkunu soġġetti għal tassazzjoni doppja jew regolamentazzjoni doppja.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a a (ġdid)
(aa) elettriku użat biex jiġi ppumpjat l-ilma għall-irrigazzjoni;
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 3 – paragraafu 1 - punt b – it-tieni inċiż
użu doppju ta' prodotti tal-enerġija
l-industriji b'intensità għolja ta' enerġija u l-użu doppju tal-prodotti tal-enerġija
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 3 – paragrafu 1 - punt b – inċiż 2a (ġdid)
- skart użat bħala fjuwil alternattiv jew skart irkuprat b'mod termali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(15) u l-Anness II,R1 tad-Direttiva 2008/98/KE.
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt b
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet, differenzjazzjonijiet u tnaqqis previsti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta livelli minimi ugwali ta' tassazzjoni huma stabbiliti fl-Anness I fir-rigward ta' użu speċifiku, livelli ugwali ta' tassazzjoni huma stabbiliti għal prodotti li jintużaw għal dak l-użu. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1)(i), għall-fjuwils tal-karozzi msemmija fl-Anness I Tabella A, dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2023.
imħassar
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, kull użu li għalih huwa stabbilit livell minimu ta' tassazzjoni, rispettivment, fit-Tabelli A, B u Ċ fl-Anness I għandu jitqies bħala użu waħdieni.

Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt b
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 a (ġdid)
Fil-każ tal-gass naturali u l-bijometan użat bħala fjuwil tal-magni, livelli minimi ta' tassazzjoni ogħla fuq il-konsum ġenerali tal-enerġija għandhom japplikaw biss wara valutazzjoni, li trid issir mill-Kummissjoni sal-2023, tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-livell ta' tassazzjoni applikabbli għall-gass naturali fit-trasport bit-triq. Dik il-valutazzjoni għandha, inter alia, teżamina l-progress fid-disponibilità tal-gass naturali u tal-bijometan, it-tkabbir tan-netwerk tal-istazzjonijiet għar-riforniment tal-fjuwil fl-Unjoni, is-sehem tas-suq ta' vetturi li jużaw il-gass naturali fl-Unjoni, l-innovazzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi tal-bijometan bħala fjuwil tat-trasport u l-valur reali tal-livell minimu ta' tassazzjoni.

Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt b
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
4.  Il-livelli minimi tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom jiġu addattati kull tliet snin li jibdew mill-1 ta' Lulju 2016 sabiex jitqiesu l-bidliet fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur minbarra l-enerġija u l-ikel mhux ipproċessat kif ippubblikati mill-Eurostat. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-livelli minimi riżultanti tat-tassazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
4.  Il-livelli minimi tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom jiġu riveduti kull tliet snin sabiex jiġi żgurat li jżommu l-effetti intenzjonati tagħhom, skont l-Artikolu 29. Jekk jitqies neċessarju, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti biex dawk il-livelli minimi jinbidlu.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt b
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Il-livelli minimi għandhom jiġu addattati awtomatikament, biż-żieda jew it-tnaqqis tal-ammont bażi f'ewro bil-bidla perċentwali f'dak l-indiċi matul it-tliet snin kalendarji preċedenti. Jekk il-bidla perċentwali mill-aħħar addattament tkun inqas minn 0.5%, ma jseħħ l-ebda addattament.“

Il-livelli minimi ta' tassazzjoni relatata mas-CO2 stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom, kull tliet snin mill-1 ta' Lulju 2016, jiġu allinjati mal-prezz medju tas-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet taħt id-Direttiva 2003/87/KE tul it-18-il xahar ta' qabel Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 27 li jistabbilixxi l-formula li abbażi tagħha dak l-allinjament għandu jiġi kkalkolat.

Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – sottopunt b
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 5 - inċiż 3
– għall-użi li ġejjin: it-trasport pubbliku lokali tal-passiġġieri (minbarra t-taxis), il-ġbir tal-iskart, il-forzi armati u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-persuni b'diżabilità, l-ambulanzi;
– għall-użi li ġejjin: it-trasport pubbliku lokali tal-passiġġieri (minbarra t-taxis), il-ġbir tal-iskart, il-forzi armati u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-persuni b'diżabilità, l-ambulanzi, il-vetturi tat-tifi tan-nar u l-vetturi tal-pulizija;
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 7
B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2013, mill-1 ta' Jannar 2015 u mill-1 ta' Jannar 2018, il-livelli minimi ta' tassazzjoni applikabbli għall-fjuwils tal-karozzi għandhom ikunu ffissati kif stipulat fl-Anness I, Tabella A.“

1.  B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2013, mill-1 ta' Jannar 2015 u mill-1 ta' Jannar 2018, il-livelli minimi ta' tassazzjoni applikabbli għall-fjuwils tal-karozzi għandhom ikunu ffissati kif stipulat fl-Anness I, Tabella A.“
2.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn nafta kummerċjali u mhux kummerċjali.
'Nafta kummerċjali użata bħala propellant' tfisser nafta użata bħala propellant għall-iskopijiet li ġejjin:
(a) il-ġarr ta' oġġetti għall-kiri jew bħala kumpens, jew għall-persuna stess, permezz ta' karozzi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi artikulati intenzjonati esklussivament għall-ġarr ta' oġġetti bit-triq [...];
(b) il-ġarr ta' passiġġieri, kemm permezz ta' servizz regolari jew okkażjonali, permezz ta' vettura bil-magna [...].
3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-possibbiltà għat-trasportaturi kummerċjali li japplikaw sistema differenti għar-rendikont tat-taxxa.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 11 – punt a – punt i
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Minbarra d-dispożizzjonijiet ġenerali stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE(*) fuq l-użu eżentat ta' prodotti taxxabli, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jeżentaw dan li ġej mit-tassazzjoni b'kundizzjonijiet li huma għandhom jistabbilixxu bil-għan li jiżguraw l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta' tali eżenzjonijiet u biex jevitaw kwalunkwe evażjoni, ħrib mit-taxxa jew abbuż:

1.  Minbarra d-dispożizzjonijiet ġenerali stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa fuq l-użu eżentat ta' prodotti taxxabli, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jeżentaw dan li ġej mit-tassazzjoni b'kundizzjonijiet li huma għandhom jistabbilixxu bil-għan li jiżguraw l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta' tali eżenzjonijiet u biex jevitaw faqar tal-enerġija, evażjoni, ħrib mit-taxxa jew abbuż:
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 11 – punt a – punt iii
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt e
(e) sal-31 ta' Diċembru 2020, l-elettriku pprovdut direttament lil bastimenti rmiġġati fil-portijiet.
(e) sal-31 ta' Diċembru 2025, l-elettriku pprovdut direttament lil bastimenti rmiġġati fil-portijiet mal-baħar u interni.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 12
Direttiva 2003/96/KE
Article 14a – paragrafu1
1.  Sal-31 ta' Diċembru 2020, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kreditu rigward it-tassazzjoni relatata mas-CO2 fir-rigward tal-użu tal-prodotti tal-enerġija minn installazzjonijiet li jinsabu f'setturi jew subsetturi li jitqiesu li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.
1.  Sal-31 ta' Diċembru 2025, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kreditu rigward it-tassazzjoni relatata mas-CO2 fir-rigward tal-użu tal-prodotti tal-enerġija minn installazzjonijiet li jinsabu f'setturi jew subsetturi li jitqiesu li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.
Emenda 43
Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt -i  (ġdid)
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(-i) jiddaħħal il-punt li ġej:
“(ba) sal-1 ta' Jannar 2023, l-elettriku użat għaċ-ċarġjar tal-vetturi elettriċi u ibridi għat-trasport bit-triq.”
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt i
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt h
(h) prodotti tal-enerġija użati bħala fjuwil tat-tisħin u l-elettriku jekk użat mid-djar u/jew mill-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali mill-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ ta' tali organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali, l-Istati Membri għandhom jirrestrinġu l-eżenzjoni jew it-tnaqqis għal użu għall-finijiet ta' attivitajiet mhux tan-negozju. Meta jsir użu mħallat, it-tassazzjoni għandha tapplika bi proporzjon għal kull tip ta' użu. Jekk użu huwa insinifikanti, dan jista' jkun ittrattat bħala żero;
(h) sal-ewwel ta' Jannar 2025, prodotti tal-enerġija użati bħala fjuwil tat-tisħin u l-elettriku jekk użati mid-djar u/jew mill-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali mill-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ ta' tali organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali, l-Istati Membri għandhom jirrestrinġu l-eżenzjoni jew it-tnaqqis għal użu għall-finijiet ta' attivitajiet mhux tan-negozju. Meta jsir użu mħallat, it-tassazzjoni għandha tapplika bi proporzjon għal kull tip ta' użu. Jekk użu huwa insinifikanti, dan jista' jkun ittrattat bħala żero;
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt i
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt i
(i)  Sal-1 ta' Jannar 2023, il-gass naturali u l-LPG użati bħala propellanti;
(i) sal-1 ta' Jannar 2023, il-gass naturali, il-bijogass, u l-LPG użati bħala propellanti u l-LPG użat bħala fjuwil; Mill-1 ta' Jannar 2023 sal-1 ta' Jannar 2030, l-Istati Membri jistgħu japplikaw tnaqqis sa 50 % tal-livelli minimi ta' tassazzjoni fuq dawk il-fjuwils.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 13 – sottopunt b
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 15 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri jistgħu japplikaw livell ta' tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija “l isfel sa żero fuq il-konsum tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati għall-agrikoltura, l-ortikultura, xogħlijiet akwakulturali u fil-forestrija. Il-benefiċjarji għandhom ikunu soġġetti għal arranġamenti li jridu jwasslu għal effiċjenza akbar tal-enerġija ekwivalenti b'mod wiesa” għal dawk li setgħu inkisbu kieku r-rati minimi standard tal-Unjoni kienu ġew osservati.
3.  L-Istati Membri jistgħu japplikaw livell ta' tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija “l isfel sa żero fuq il-konsum tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati għall-agrikoltura, l-ortikultura, xogħlijiet pixxikulturali u fil-forestrija. L-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom jiżviluppaw strateġji mmirati li jridu jwasslu għal effiċjenza akbar tal-enerġija ekwivalenti b'mod wiesa” għal dawk li setgħu inkisbu kieku r-rati minimi standard tal-Unjoni kienu ġew osservati.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 13 – punt b (ġdid)
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu gwida ġenerali lill-benefiċjarji, inklużi l-impriżi agrikoli żgħar u ta' daqs medju, rigward l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' effiċjenza enerġetika marbuta mar-rata ta' taxxa mnaqqsa.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 13a* – punt a – punt ia (ġdid)
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
(ia) is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:
Malli jiġu stabbiliti l-kriterji għall-prodotti tal-bijomassa għajr il-bijofjuwils u bijolikwidi skont id-Direttiva 2009/28/KE, tista” tiġi applikata eżenzjoni jew rata mnaqqsa għal dawk il-prodotti biss jekk ikunu konformi mal-kriterji ta' sostenibbiltà.
*NB: imniżżel bħala “(1)” bi żball fil-proposta' tal-Kummissjoni.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 14
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a – paragrafu 1
Negozju li juża l-enerġija b'mod intensiv' għandha tfisser entità tan-negozju, kif imsemmi fl-Artikolu 11, fejn ix-xiri ta' prodotti tal-enerġija u l-elettriku jammontaw għal mill-inqas 3.0 % tal-valur tal-produzzjoni jew fejn it-taxxa nazzjonali pagabbli fuq l-enerġija tammonta għal mill-inqas 0.5 % tal-valur miżjud. F'din id-definizzjoni, l-Istati Membri jistgħu japplikaw kunċetti iktar ristretti, li jinkludu d-definizzjonijiet tal-valur tal-bejgħ, tal-proċess u tas-settur.

'Negozju li juża l-enerġija b'mod intensiv' għandha tfisser entità tan-negozju, kif imsemmi fl-Artikolu 11, fejn ix-xiri ta' prodotti tal-enerġija u l-elettriku jammontaw għal mill-inqas 5.0 % tal-valur tal-produzzjoni jew fejn it-taxxa nazzjonali pagabbli fuq l-enerġija tammonta għal mill-inqas 0,5 % tal-valur miżjud. F'din id-definizzjoni, l-Istati Membri jistgħu japplikaw kunċetti iktar ristretti, li jinkludu d-definizzjonijiet tal-valur tal-bejgħ, tal-proċess u tas-settur.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 21
Direttiva 2003/96/KE
Artikolu 29
Kull ħames snin, u għall-ewwel darba qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u, fejn ikun xieraq, proposta biex tiġi mmodifikata.

Kull tliet snin, u għall-ewwel darba qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u, fejn ikun xieraq, proposta biex tiġi mmodifikata.

Ir-rapport mill-Kummissjoni għandu, inter-alia, jeżamina l-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, tal-użu tal-elettriku fit-trasport u tal-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-arja u bil-baħar, stabbiliti f'din id-Direttiva.

Ir-rapport mill-Kummissjoni għandu, inter-alia, jeżamina:

(i) il-livelli minimi tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, sabiex jiġi żgurat li jippreservaw l-effetti intenzjonati tagħhom,
(ii) l-iżviluppi fil-prezz tas-CO2relatati mal-iskema għall-iskambju ta' kwoti taħt id-Direttiva 2003/87/KE,
(iii) l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija,
(iv) l-użu tal-elettriku fit-trasport,
(v) il-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-arja u bil-baħar, stabbiliti f'din id-Direttiva,
(vi) l-impatt ta' din id-Direttiva fuq l-istabbiliment ta' prijoritajiet tal-politika industrijali fl-industrija Ewropea tal-karozzi, inter alia fir-rigward ta' magni tal-kombustjoni interna konvenzjonali nodfa u effikaċi fl-użu tal-enerġija u tal-miri tal-Unjoni għat-tnaqqis tas-CO2 fis-settur tal-karozzi,
(vii) żviluppi fl-użu tal-bijogass, il-gass naturali u l-LPG fit-trasport bit-triq, u
(viii) jekk emissjonijiet li jagħmlu ħsara jew li potenzjalment jagħmlu ħsara għajr is-CO2 għandhomx jiġu kkunsidrati wkoll.
Ir-rapport għandu jinkludi wkoll ħarsa ġenerali tad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar it-taxxazzjoni li jinsabu fil-ftehimiet bilaterali tas-servizzi bl-ajru. Ir-rapport għandu jqis it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern, il-valur reali tal-livelli minimi tat-tassazzjoni u l-objettivi usa' tat-Trattat.

Fi kwalunkwe każ, il-lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-finijiet tal-Artikolu 14a ta' din id-Direttiva għandha tkun irriveduta b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa.“

Fi kwalunkwe każ, il-lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandha tkun irriveduta b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa. F'dak il-kuntest, il-kundizzjonijiet nazzjonali ta' implimentazzjoni għandhom jiġu eżaminati bir-reqqa sabiex jiġi żgurat li jkunu ċari, mhux ambigwi u trasparenti għall-konsumaturi kollha.

Avviż legali - Politika tal-privatezza