Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' April 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni (08136/2012 – C7-0088/2012 – 2012/2011(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, adottat b'mod definittiv fl-1 ta' Diċembru 2011(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba(3),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-27 ta' Jannar 2012 (COM(2012)0031),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 1/2012, li l-Kunsill stabbilixxa fis-26 ta' Marzu 2012 (08136/2012 – C7-0088/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0097/2012),
A. billi l-iskop tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2012 huwa li jinkorpora fil-baġit 2012 ammont ta' EUR 650 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji fl-Artikolu 08 20 02 Euratom – Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4E),
B. billi dan l-aġġustament baġitarju huwa totalment konformi mal-ftehim li laħqu l-Parlament u l-Kunsill f'Diċembru 2011 biex ikopru l-kostijiet addizzjonali ta' EUR 1 300 miljun tal-proġetti ITER fl-2012-2013,
1. Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2012;
2. Japprova, mingħajr emenda, il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2012 u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 1/2012 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.