Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-ħatra proposta ta' Iliana Ivanova bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0111/2012 – 2012/0803(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0111/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0188/2012),
A. billi l-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
B. billi waqt il-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Ġunju 2012, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri,
1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Iliana Ivanova bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
2. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.