It-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro (COM(2011)0819 – C7-0449/2011 – 2011/0385(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) Il-kriżi globali mingħajr preċedenti li laqtet lid-dinja tul l-aħħar tliet snin iddanneġġat gravement it-tkabbir ekonomiku u l-istabilità finanzjarja u pprovokat deterjorament qawwi fid-defiċit tal-gvern u l-pożizzjoni tad-dejn tal-Istati Membri, li wasslet lil uħud minnhom biex ifittxu assistenza finanzjarja barra l-qafas tal-Unjoni.
(1) Il-kriżi globali mingħajr preċedenti li laqtet lid-dinja sa mill-2007 iddanneġġat gravement it-tkabbir ekonomiku u l-istabilità finanzjarja u pprovokat deterjorament qawwi fid-defiċit tal-gvern u l-pożizzjoni tad-dejn tal-Istati Membri, li wasslet lil uħud minnhom biex ifittxu assistenza finanzjarja barra u fi ħdan il-qafas tal-Unjoni.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdida)
(1a)L-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li, meta tkun qed tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tikkunsidra r-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' okkupazzjoni, il-garanzija ta' ħarsien soċjali adegwat, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Il-konsistenza sħiħa bejn il-qafas ta' sorveljanza multilaterali tal-Unjoni stabilit mit-Trattat u l-kundizzjonijiet ta' politika possibbli marbuta ma' din l-assistenza finanzjarja għandhom jissejsu fid-dritt tal-Unjoni. L-integrazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro teħtieġ rinfurzar tas-sorveljanza biex jiġi pprevenut il-kontaġju minn Stat Membru li jesperjenza diffikultajiet fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tiegħu għall-bqija taż-żona tal-euro.
(2) Il-konsistenza sħiħa bejn il-qafas ta' sorveljanza multilaterali tal-Unjoni stabilit mit-Trattat u l-kundizzjonijiet ta' politika possibbli marbuta ma' din l-assistenza finanzjarja għandhom jissejsu fid-dritt tal-Unjoni. L-integrazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-Istati Membri kollha, partikolarment ta' dawk li l-munita tagħhom tkun l-euro, teħtieġ tisħiħ tas-sorveljanza biex jiġi pprevenut il-kontaġju minn Stat Membru li jesperjenza diffikultajiet fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tiegħu għall-bqija taż-żona tal-euro u, b'mod iktar ġenerali, għall-Unjoni b'mod ġenerali.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) L-intensità tas-sorveljanza ekonomika u fiskali għanda tikkommensura mal-gravità tad-diffikultajiet finanzjarji eventwali u għandha tqis in-natura tal-assitenza finanzjarja rċevuta, li tista' tkun minn sempliċiment sostenn prekawzjonarju msejjes fuq kundizzjonijiet għall-eliġibilità sa programm ta' aġġustament makroekonomiku sħiħ, li jinvolvi kundizzjonalità stretta ta' politika.
(3) L-intensità tas-sorveljanza ekonomika u fiskali għanda tikkommensura mal-gravità tad-diffikultajiet finanzjarji eventwali u b'mod proporzjonat għaliha u għandha tqis in-natura tal-assitenza finanzjarja rċevuta, li tista' tkun minn sempliċiment sostenn prekawzjonarju msejjes fuq kundizzjonijiet għall-eliġibilità sa programm ta' aġġustament makroekonomiku sħiħ, li jinvolvi kundizzjonalità stretta ta' politika. Kwalunkwe programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu jqis il-programm ta' riforma nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat fil-kuntest tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro għandu jkun soġġett għal sorveljanza msaħħa meta jesperjenza - jew jissogra li jesperjenza - taqlib finanzjarju sever, bil-ħsieb li jiġi żgurat treġġigħ lura malajr għan-normalità u li jiġu protetti l-Istati Membri l-oħra taż-żona tal-euro kontra effetti negattivi possibbli minħabba t-tifrix. Din is-sorveljanza msaħħa għandha tinkludi aċċess usa' għall-informazzjoni meħtieġa għal monitoraġġ metikoluż tas-sitwazzjoni ekonomika, fiskali u finanzjarja u rapportar regolari lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF)jew kwalunkwe sottokumitat li jista' jinħatar mill-KEF għal dak l-iskop. L-istess modalitajiet ta' sorveljanza għandhom japplikaw għall-Istati Membri li jitolbu assistenza prekawzjonarja mill-Faċilità Ewropew ta' Stabilità Finanzjarja (FESF), il-Mekkaniżmu ta' Stabilità Finanzjarja (MES), il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) jew istitutuzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra.
(4) Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro għandu jkun soġġett għal sorveljanza msaħħa meta jesperjenza - jew jissogra li jesperjenza - taqlib finanzjarju sever, bil-ħsieb li jiġi żgurat treġġigħ lura malajr għan-normalità u li jiġu protetti l-Istati Membri l-oħra taż-żona tal-euro kontra effetti negattivi possibbli minħabba t-tifrix. Din is-sorveljanza msaħħa għandha tkun proporzjonata għall-gravità tal-problemi u għandha tiġi ggradata skont dan. Għandha tinkludi aċċess usa' għall-informazzjoni meħtieġa għal monitoraġġ metikoluż tas-sitwazzjoni ekonomika, fiskali u finanzjarja u rapportar regolari lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew kif ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF) jew lil kwalunkwe sottokumitat li jista' jinħatar mill-KEF għal dak l-iskop. L-istess modalitajiet ta' sorveljanza għandhom japplikaw għall-Istati Membri li jitolbu assistenza prekawzjonarja mill-Faċilità Ewropew ta' Stabilità Finanzjarja (FESF), il-Mekkaniżmu ta' Stabilità Finanzjarja (MES), il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) jew istitutuzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida)
(4a)Stat Membru soġġett għal sorveljanza msaħħa għandu jadotta wkoll miżuri bl-għan li jindirizza s-sorsi jew is-sorsi potenzjali tad-diffikultajiet tiegħu. Għal dak l-għan, għandhom jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet kollha indirizzati lilu matul proċedura ta' żbilanċ eċċessiv jew fi proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku eċċessiv.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Is-sorveljanza tas-sitwazzjoni ekonomika u fiskali għandha tiġu rinfurzata sew għall-Istati Membri fi programm ta' aġġustament makroekonomiku. Minħabba n-natura komprensiva ta' dan tal-aħħar, il-proċessi l-oħra ta' sorveljanza ekonomika u fiskali għandhom jiġu sospiżi matul il-programm ta' aġġustament makroekonomiku, bil-ħsieb li tiġi evitata dupplikazzjoni tal-obbligi ta' rapportar.
(5) Is-sorveljanza tas-sitwazzjoni ekonomika u fiskali għandha tiġu rinfurzata sew għall-Istati Membri fi programm ta' aġġustament makroekonomiku. Minħabba n-natura komprensiva ta' dan tal-aħħar, il-proċessi l-oħra ta' sorveljanza ekonomika u fiskali għandhom jiġu sospiżi jew, meta jkun xieraq, simplifikati matul il-programm ta' aġġustament makroekonomiku, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza tas-sorveljanza tal-politika ekonomika u tiġi evitata dupplikazzjoni tal-obbligi ta' rapportar. Madankollu, meta jkun qed jitħejja l-programm ta' aġġustament makroekonomiku, għandhom jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet kollha li ġew indirizzati lill-Istat Membru matul proċedura ta' żbilanċ eċċessiv jew fi proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku eċċessiv.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida)
(5a)Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea1, il-moviment liberu tal-kapital, bħala prinċipju fundamentali tat-TFUE, jista' jiġi limitat b'regolament nazzjonali jekk dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika. Raġunijiet ta' sigurtà pubblika jistgħu jinkludu l-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali, b'mod partikolari għall-Istati Membri li jkunu qed jesperjenzaw diffikultajiet serji jew li jkunu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro.
1Ara l-Kawżi C-463/00 u C-174/04.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 5b (ġdida)
(5b)Tali evażjoni fiskali tirrappreżenta nuqqas ta' dħul, li jista' jkun ugwali jew saħansitra superjuri għall-ammont tal-għajnuna finanzjarja minn Stat Membru jew minn diversi Stati Membri, l-FMI, l-FESF, l-MESF, jew l-MES, u l-ewwel u qabel kollox hija r-riżultat tal-implimentazzjoni difettuża tal-politika nazzjonali fiskali.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 5c (ġdida)
(5c)Fuq talba tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill jista' jawtorizza restrizzjonijiet li jikkonċernaw pajjiżi terzi responsabbli għal movimenti ta' kapital perikoluż għall-funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja, skont l-Artikolu 66 TFUE.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 6a (ġdida)
(6a)L-Istati Membri, bi qbil mar-regoli u l-prattiki nazzjonali attwali, għandhom jinvolvu s-sħab soċjali kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi ta' assistenza teknika.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 7
(7)Id-deċiżjoni dwar in-nonkonformità ta' Stat Membru mal-programm ta' aġġustament tiegħu tkun tinvolvi wkoll sospensjoni tal-pagamenti jew l-impenji tal-fondi tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) Nru°XXX li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd koperti mill-qafas strateġiku komuni u li jistipula d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru°1083/2006,
imħassar
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida)
(7a)Jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn il-protezzjoni ta' Stat Membru mill-volatilità tas-suq toffri riżultat fit-tul aħjar b'rabta mal-istabilizzazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika ta' dak l-Istat Membru u tal-kapaċità tiegħu li jħallas id-dejn tiegħu. F'każijiet bħal dawn, Stat Membru jista' jitqiegħed b'mod temporanju taħt protezzjoni legali fuq bażi ta' deċiżjoni mill-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jkun jista' jirrevoka tali deċiżjoni tal-Kummissjoni b'maġġoranza adegwata.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 7b (ġdida)
(7b)Ir-referenzi għall-assistenza finanzjarja f'dan ir-Regolament għandhom jinkludu wkoll il-kopertura finanzjarja mogħtija fuq bażi ta' prekawzjoni, sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 7c (ġdida)
(7c)Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tqiegħed Stat Membru taħt sorveljanza msaħħa skont ir-Reglament għandha tittieħed f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF), il-Korp Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej relevanti. Il-Kummissjoni għandha tikkoopera wkoll mal-KEF biex tiddeċiedi jekk għandhiex ittawwal is-sorveljanza msaħħa.
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1
1. Dan ir-Regolament jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jkunu qed jesperjenzaw jew mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom u/jew li talbu jew jirċievu assistenza finanzjarja minn wieħed jew bosta mill-Istati l-oħra, il-Faċilità Ewropew ta' Stabilità Finanzjarja (FESF), il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilità Finanzjarja (MESF), il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilità (MES) jew Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFI) oħra, bħalma hu l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI).
1. Dan ir-Regolament jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u li:
- jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom u/jew is-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi tagħhom, li jwassal għal effetti potenzjalment negattivi ta' tixrid lejn Stati Membri oħra taż-żona tal-euro; u/jew
- jitolbu jew jirċievu assistenza finanzjarja minn wieħed jew bosta mill-Istati l-oħra, il-Faċilità Ewropew ta' Stabilità Finanzjarja (FESF), il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilità Finanzjarja (MESF), il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilità (MES) jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, bħalma hu l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI).
2a.Matul l-applikazzjoni tar-Regolament, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom josservaw bis-sħiħ l-Artikolu 152 TFUE, u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw l-istituzzjonijiet u l-prattiċi nazzjonali għall-formazzjoni tal-pagi. Meta japplikaw dan ir-Regolament u r-rakkomandazzjonijiet adottati skontu, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant,l-applikazzjoni tagħhom m'għandhiex taffettwa d-dritt li wieħed jinnegozja, jikkonkludi u jinforza ftehimiet kollettivi u li tittieħed azzjoni kollettiva skont il-liġi u l-prattika nazzjonali.
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 1a (ġdid)
Artikolu 1a
Regoli baġitarji u koordinazzjoni ekonomika msaħħa
1.Bl-għan li jkun ikkoordinat aħjar l-ippjanar tal-ħruġ tad-dejn nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jirrapurtaw minn qabel dwar il-pjanijiet ta' ħruġ tad-dejn pubbliku lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.
2.Bl-għan tal-valutazzjoni komparattiva tal-aħjar prattiki u ħidma favur politika ekonomika koordinata aħjar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riformi ekonomiċi ewlenin kollha li biħsiebhom iwettqu jiġu diskussi minn qabel u, meta jkun xieraq, għandhom jikkoordinaw dawk ir-riformi mal-Istati Membri l-oħra.
3.Bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1466/97, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pożizzjoni baġitarja tal-gvern ġenerali hija bbilanċjata jew għandha bilanċ favorevoli fuq medda ta' żmien medja.
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tpoġġi taħt sorveljanza msaħħa Stat Membru li jkun qed jesperjenza diffiklutajiet severi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tiegħu. L-Istat Membru konċernat għandu jingħata l-possibilità li jesprimi l-opinjoni tiegħu qabel dan. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien sitt xhur jekk ittawwalx is-sorveljanza msaħħa.
1. Abbażi tal-aħħar reviżjoni fil-fond bi qbil mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011, u filwaqt li jitqiesu l-kriterji addizzjonali oġġettivi, inklużi twissijiet tal-BERS, kif ukoll ir-rapporti msemmija fir-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro], il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tpoġġi taħt sorveljanza msaħħa Stat Membru. Il-Kunsill jista“, fi żmien għaxart ijiem minn din id-deċiżjoni, jneħħiha permezz ta' maġġoranza kkwalifikata. L-Istat Membru konċernat għandu jingħata l-possibilità li jesprimi l-opinjoni tiegħu qabel ma tittieħed id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien sitt xhur jekk ittawwalx is-sorveljanza msaħħa.
1a.Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tpoġġi Stat Membru taħt sorveljanza msaħħa skont l-ewwel paragrafu, għandha tinnotifika kif xieraq lill-BERS u, meta jkun relevanti, għandha tinfurma lill-Istat Membru dwar ir-riżultati tas-sorveljanza msaħħa.
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tpoġġix taħt sorveljanza msaħħa Stat Membru li jirċievi assistenza finanzjarja fuq bażi prekawzjonarja minn wieħed jew aktar Stati oħra, il-FESF, il-MES jew kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja Internazzjonali oħra, bħall-FMI. Il-Kummissjoni għandha tistabilixxi lista tal-istrumenti ta' assistenza finanzjarja prekawzjonarja konċernati u żżommha aġġornata sabiex tikkunsidra l-bidliet possibbli fil-politika tas-sostenn finanzjarju tal-FESF, il-MES jew ta' kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja Internazzjonali rilevanti oħra.
2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tpoġġix taħt sorveljanza msaħħa Stat Membru li jitlob jew jirċievi assistenza finanzjarja fuq bażi prekawzjonarja minn wieħed jew aktar Stati oħra, il-FESF, il-MESF, il-MES jew kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra, bħall-FMI.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika kull deċiżjoni meħuda skont il-paragrafi 1 u 2.
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3
3. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għal Stat Membru li jirċievi assistenza finanzjarja fuq bażi prekawzjonali fil-forma ta' linja ta' kreditu li ma tkunux soġġetta għall-adozzjoni ta' provvedimenti ġodda ta' politika mill-Istat Membru konċernat, sakemm il-linja ta' kreditu ma tkunx ġiet prelevata.
3. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-paragrafu 2 ma għandux japplika għal Stat Membru li jirċievi assistenza finanzjarja fuq bażi prekawzjonali fil-forma ta' linja ta' kreditu li ma tkunux soġġetta għall-adozzjoni ta' provvedimenti ġodda ta' politika mill-Istat Membru konċernat, sakemm il-linja ta' kreditu ma tkunx ġiet prelevata.
3a.Il-Kummissjoni għanda tistabbilixxi lista ta' strumenti għal għajnuna finanzjarja li jistgħu jwasslu għas-sorveljanza msaħħa skont il-paragrafu 2 u għanda żżomm din il-lista aġġornata.
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1
1. Stat Membru taħt sorveljanza msaħħa għandu, b'konsultazzjoni u kooperazzjoni mal-Kummissjoni, b'kordinament mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), jadotta miżuri mmirati lejn l-indirizzar tas-sorsi jew sorsi potenzjali tad-diffikultajiet.
1. Stat Membru soġġett għal sorveljanza msaħħa għandu, b'konsultazzjoni u kooperazzjoni mal-Kummissjoni, b'kordinament mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2 u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3 (kollettivament imsejħa l-ASEs), il-BERS u, meta jkun xieraq, il-FMI, jadotta miżuri mmirati lejn l-indirizzar tas-sorsi jew sorsi potenzjali tad-diffikultajiet, filwaqt li titqies kwalunkwe rakkomandazzjoniji indirizzati lilhom skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1466/97, (KE) Nru 1467/97 u (KE) Nru 1176/2011 dwar il-programmi ta' riforma nazzjonali tagħhom u l-istabilità tagħhom jew il-programmi ta' konverġenza. Il-Grupp ta' Ħidma Ewrogrupp, il-KEF, il-kumitat relevanti tal-Parlament Ewropew u l-parlament tal-Istat Membru kkonċernat għandhom ikunu infurmati dwar dawn il-miżuri.
1a.Il-Kummissjoni għandha teżamina l-konsegwenzi negattivi ta' tixrid potenzjali ġġenerati minn Stati Membri oħrajn, inkluż fil-qasam tat-tassazzjoni. Meta l-Kummissjoni tidentifika tali konsegwenzi negattivi ta' tixrid, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, u bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 121(2) TFUE, għandu jindirizza r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-Istati Membri li jiġġeneraw il-konsegwenzi negattivi ta' tixrid.
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 – parti tal-bidu
3. Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istat Membru taħt sorveljanza msaħħa għandu:
3. Fuq talba mill-Kummissjoni, Stat Membru taħt sorveljanza msaħħa, b'segwitu għal deċiżjoni skont l-Artikolu 2(1), għandu:
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt a
(a) jikkomunika lill-Kummissjoni, lill-BĊE u lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) skont il-frekwenza mitluba informazzjoni diżaggregata dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu taħt is-sorveljanza tas-superviżuri nazzjonali tiegħu;
(a) jikkomunika lill-ASEs relevanti, bi qbil mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010, skont il-frekwenza mitluba, informazzjoni diżaggregata dwar l-iżviluppi fis-sistema finanzjarja tiegħu, inklużi analiżi tar-riżultati tal-eżerċizzji ta' test tal-istress u l-analiżi tas-sensittività mwettqa skont il-punt (b). Abbażi tal-konklużjonijiet misluta mill-indikaturi sottostanti tat-tabella ta' valutazzjoni għall-iżbilanċi makroekonomiċi, l-ASEs relevantirelevanti, b'koordinazzjoni mal-BERS, għandhom iħejju valutazzjoni tal-vulnerabilitajiet potenzjali tas-sistema finanzjarja u jibagħtuha lill-Kummissjoni skont il-frekwenza indikata minn din tal-aħħar u lill-BĊE;
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt b
(b) iwettaq, taħt is-superviżjoni tal-ABE, eżerċizzji ta' test tal-istress jew analiżijiet tas-sensittività kif meħtieġ biex tiġi vvalutata r-reżiljenza tas-settur bankarju għal xokkijiet makroekonomiċi u finanzjarji varji, kif speċifikat mill-Kummissjoni u l-BĊE, u jikkondividi r-riżultati dettaljati magħhom;
(b) iwettaq, taħt is-superviżjoni tal-ESAs relevanti, eżerċizzji ta' test tal-istress jew analiżijiet tas-sensittività kif meħtieġ biex tiġi vvalutata r-reżiljenza tas-settur finanzjarju għal xokkijiet makroekonomiċi u finanzjarji varji, kif speċifikat mill-Kummissjoni u l-BĊE b'koordinazzjoni mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej relevanti u l-BERS;
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt c
(c) ikun soġġett għal valutazzjonijiet regolari tal-kapaċitajiet superviżorji tiegħu fuq is-settur bankarju fil-qafas tal-eżami mill-pari speċifiku mwettaq mill-ABE;
(c) ikun soġġett għal valutazzjonijiet regolari tal-kapaċitajiet superviżorji tiegħu fuq is-settur finanzjarju fil-qafas tar-reviżjoni bejn il-pari speċifika mwettqa mill-ESAs relevanti;
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt d
(d) jikkomunika kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-makrożbilanċi stabiliti bir-Regolament Nru XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi;
(d) jikkomunika kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-makrożbilanċi bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 1176/2011.
3a.Fuq talba mill-Kummissjoni, Stat Membru taħt sorveljanza msaħħa, b'segwitu għal deċiżjoni skont l-Artikolu 2(2), għandu:
(a) jikkomunika lill-Kummissjoni, lill-BĊE u lill-ASEs relevanti, bi qbil mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010, skont il-frekwenza mitluba, informazzjoni diżaggregata dwar l-iżviluppi fis-sistema finanzjarja tiegħu, inklużi analiżi tar-riżultati tal-eżerċizzji ta' test tal-istress u l-analiżi tas-sensittività mwettqa skont il-punt (b). Il-Kummissjoni, il-BĊE, u l-ESAs relevanti għandhom iżommu dik id-data diżaggregata kunfidenzjali;
(b) iwettaq, taħt is-superviżjoni tal-ESAs relevanti, eżerċizzji ta' test tal-istress jew analiżijiet tas-sensittività kif meħtieġ biex tiġi vvalutata r-reżiljenza tas-settur finanzjarju għal xokkijiet makroekonomiċi u finanzjarji varji, kif speċifikat mill-Kummissjoni u l-BĊE b'koordinazzjoni mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej relevanti u l-BERS;
(c) ikun soġġett għal valutazzjonijiet regolari tal-kapaċitajiet superviżorji tiegħu fuq is-settur finanzjarju fil-qafas tar-reviżjoni bejn il-pari speċifika mwettqa mill-ESAs relevanti;
(d) jikkomunika kwalunkwe informazzjoni li hemm bżonn biex ikunu sorveljati l-żbilanċi makroekonomiċi stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1176/2011.
Barra minn hekk, l-Istati Membri li jkunu qed jirċievu appoġġ finanzjarju għar-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrapportaw dwar il-kondizzjonalità imposta fuq dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-eżekuttiv u l-kondizzjonijiet ta' kreditu applikabbli għall-ekonomija reali.
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha twettaq, b'kordinazzjoni mal-BĊE, missjonijiet regolari ta' rieżami fl-Istat Membru taħt sorveljanza biex tivverifika l-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3. Hi għandha tikkomunika kull trimestru s-sejbiet tagħha lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF)- jew lil kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dak il-għan - u tivvaluta notevolment jekk jeħtieġx miżuri ulterjuri. Dawn il-missjonijiet ta' rieżami għandhom jissostitwixxu l-monitoraġġ fuq il-post previst fl-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97.
4. Il-Kummissjoni għandha twettaq, b'kordinazzjoni mal-BĊE u l-ESAs relevanti u, meta jkun xieraq, mal-FMI, missjonijiet regolari ta' rieżami fl-Istat Membru taħt sorveljanza msaħħa biex tivverifika l-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 3a. Hi għandha tikkomunika kull trimestru s-sejbiet tagħha lill-KEF u lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u tivvaluta b'mod partikolari jekk jeħtieġx miżuri ulterjuri. Dawn il-missjonijiet ta' rieżami għandhom jissostitwixxu l-monitoraġġ fuq il-post previst fl-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97.
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 5
5. Fejn ikun konkluż - abbażi tal-valutazzjoni prevista fil-paragrafu 4 - li jeħtieġ aktar miżuri u li s-sitwazzjoni finanzjarja ta' Stat Membru konċernat ikollha effetti avversi sinifikanti fuq l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista“ jirrakkomanda lill-Istat Membru konċernat li jfittex assistenza finanzjarja u jħejji programm ta' aġġustament makroekonomiku. Il-Kunsill jista” jiddeċiedi li jippubblika din ir-rakkomandazzjoni.
5. Fejn ikun valutat - abbażi tal-missjonijiet ta' reviżjoni previsti fil-paragrafu 4 - li jeħtieġ aktar miżuri u li s-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta' Stat Membru konċernat tippreżenta riskju għall-istabilità finanzjarja jew għat-tħaddim mingħajr ostakli taż-żona tal-euro, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista“ b'mod simultanju:
(a) jirrakkomanda lill-Istat Membru konċernat li jfittex assistenza finanzjarja u jħejji programm ta' aġġustament makroekonomiku;
(b) jirrakkomanda lill-FESF jew lill-MES joffri assistenza finanzjarja, marbuta b'kondizzjonalità xierqa kif previst f'dan ir-Regolament.
Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jippubblika r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
Fejn Stat Membru jfittex assistenza finanzjarja mill-MES skont il-paragrafu 3a, l-Istati Membri l-oħra għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-MES jipprovdi assistenza lil dak l-Istat Membru, u li dan isir f'waqtu.
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 6 – punt a
(a) il-Kumitat relevanti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden rappreżentanti mill-Istat Membru konċernat biex jipparteċipaw fi skambju ta' fehmiet;
(a) il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat u lill-Kummissjoni biex jipparteċipaw fi skambju ta' fehmiet;
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 6 – punt ba (ġdid)
(ba) il-Kummissjoni għandha tinforma fil-ħin dovut lill-kumitat relevanti tal-Parlament Ewropew dwar il-kontenut tar-rakkomandazzjoni.
6a.Matul il-proċess kollu, il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew u l-parlament tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jistiednu rappreżentanti mill-FMI, mill-BĊE u mill-Kummissjoni biex jipparteċipaw fi djalogu ekonomiku dwar kwestjonijiet importanti b'rabta mat-tħaddim kif xieraq tal-ekonomija.
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 4
Stat Membru li jkun jixtieq jikseb assistenza finanzjarja minn wieħed jew aktar mill-Istati l-oħra, il-FESF, il-MES, il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) jew istituzzjoni oħra barra l-qafas tal-Unjoni għandu immedjatament jinforma lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-BĊE bl-intenzjoni tiegħu. Il-KEF, jew kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dawk il-finijiet, għandu jorganizza diskussjoni dwar din it-talba prevista, wara li jkun irċieva valutazzjoni mill-Kummissjoni.
Stat Membru li għandu l-ħsieb jitlob assistenza finanzjarja minn wieħed jew aktar mill-Istati l-oħra, il-FESF, il-MES, il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) jew istituzzjoni oħra barra l-qafas tal-Unjoni għandu immedjatament jinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-BĊE bl-intenzjoni tiegħu. Il-KEF għandu jorganizza diskussjoni dwar din it-talba prevista, wara li jkun irċieva valutazzjoni mill-Kummissjoni bil-ħsieb li jeżamina - fost affarijiet oħra - il-possibbiltajiet disponibbli skont strumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni jew taż-żona tal-euro qabel ma l-Istat Membru konċernat jindirizza lil selliefa potenzjali.
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 5
Fejn tintalab assistenza finanzjarja mill-FESF jew il-MES, il-Kummissjoni għandha tipprepara – b'kordinazzjoni mal-BĊE u kull fejn possibbli, l-IMF - analiżi tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern tal-Istat Membru konċernati, inkluż l-abilita tal-Istat Membru li jħallas lura l-assistenza finanzjarja prevista, u tgħaddiha lill-KEF jew lil kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dak l-iskop.
Fejn tintalab assistenza finanzjarja mill-FESF, l-MEFS jew il-MES, il-Kummissjoni għandha tipprepara – b'kordinazzjoni mal-BĊE u kull fejn xieraq u adegwat, l-IMF - analiżi tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern kif ukoll il-ħtiġijiet attwali jew potenzjali ta' finanzjament tal-Istat Membru konċernati, inkluż l-impatt ta' kwalunkwe programm ta' aġġustament makroprudenzjali fuq l-abilità tal-Istat Membru li jħallas lura l-assistenza finanzjarja prevista, u tgħaddiha lill-KEF.
Il-valutazzjoni tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern għandha tkun ibbażata fuq previżjonijiet makroekonimiċi u baġitarji prudenti bl-użu tal-informazzjoni l-aktar aġġornata u filwaqt li jitqies kif dovut l-eżitu tar-rapport imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(3) kif ukoll kwalunkwe kompitu superviżorju eżerċitat skont il-punt (b) tal-Artikolu 3(3). Il-previżjonijiet għandhom jevalwaw l-impatt tax-xokkijiet makroekonomiċi u finanzjarji varji u l-iżviluppi negattivi fuq is-sostenibilità tad-dejn tal-gvern.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-metodoloġija, is-suppożizzjonijiet u l-mudelli ekonomiċi u ekonometriċi sottostanti, inkluża stima tal-prodott potenzjali u tal-effetti multiplikaturi makroekonomiċi, kif ukoll kwalunkwe parametru relevanti ieħor li fuqu tkun imsejsa l-valutazzjoni tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern.
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1
1. Stat Membru li jirċievi assistenza finanzjarja minn wieħed jew aktar mill-Istati l-oħra, il-FMI, il-FESF jew il-MES għandu jipprepara bi qbil mal-Kummissjoni - li taġixxi b'kordinament mal-BĊE - abbozz ta' programm ta' aġġustament mmirati sabiex tiġi ristabilita sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tajba u sostenibbli u tiġi restawrata l-kapaċità tiegħu li jiffinanzja lilu nnifsu fis-swieq finanzjarji bis-sħiħ. L-abbozz ta' programm ta' aġġustament għandu jqis kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet kurrenti indirizzati lill-Istat Membru konċernat skont l-Artikoli 121, 126 u/jew 148 tat-Trattat - u l-azzjonijiet tiegħu biex jikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet - filwaqt li jimmira lejn it-twessigħ, it-tisħiħ u l-approfondiment tal-miżuri ta' politika meħtieġa.
1. Stat Membru li jitlob jew jirċievi assistenza finanzjarja minn wieħed jew aktar mill-Istati l-oħra, il-FMI, il-FESF, il-MEFS jew il-MES għandu jipprepara bi qbil mal-Kummissjoni - li taġixxi b'kordinament mal-BĊE u, meta jkun xieraq, mal-FMI- abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku li għandu jibni fuq u jissostitwixxi kwalunkwe programm ta' sħubija ekonomika skont ir-Regolament (UE) Nru .../2012 [dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta' abbozzi ta' pjani baġitarji u li jiżgura l-korrezzjoni ta' defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-Zona tal-ewro, li għandu wkoll jinkludi mira baġitarja annwali. Il-programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu jindirizza r-riskji speċifiċi li joħorġu minn dak l-Istat Membru għall-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro u għandu jimmira li jirristabbilixxi malajr sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tajba u sostenibbli u tiġi restawrata l-kapaċità tiegħu li jiffinanzja lilu nnifsu fis-swieq finanzjarji bis-sħiħ. L-abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern u għandu jqis kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Istat Membru konċernat skont l-Artikoli 121, 126, 136 u/jew 148 TFUE - u l-azzjonijiet tiegħu biex jikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet - filwaqt li jimmira lejn it-twessigħ, it-tisħiħ u l-approfondiment tal-miżuri ta' politika meħtieġa. Il-programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu, fejn ikun possibbli, jirrispetta l-prattiki u l-istituzzjonijiet għall-formazzjoni tal-pagi u s-sistemi tar-relazzjonijiet industrijali fl-Unjoni u, fejn possibbli, għandu jqis il-programm ta' riforma nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat fil-kuntest tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u tal-impjiegi. L-abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu josserva bis-sħiħ l-Artikolu 151 TFUE u l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
1a.Stat Membru li jkun qed iħejji abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku skont l-ewwel paragrafu għandu jistabbilixxi, bi ftehim mal-Kummissjoni, programm ta' sħubija ta' rkupru sostenibbli aġġornat li jkollu l-għan li joħloq il-kondizzjonijiet neċessarji biex jinkisbu finanzi pubbliċi sostenibbli.
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 6 − paragrafu 2
2. Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu japprova l-programm ta' aġġustament.
2. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku fi żmien ġimgħa mit-tressiq ta' dak il-programm.
Jekk il-Kummissjoni tqis li l-abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku jkun biżżejjed, għandha tapprovah. Il-Kunsill jista“, fi żmien għaxart ijiem minn dik id-deċiżjoni, jirrevoka din id-deċiżjoni permezz ta' maġġoranza kwalifikata.
Jekk il-Kummissjoni tqis li l-abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku ma jkunx biżżejjed, għandha tadotta rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru biex, fi żmien ġimgħa, iressaq abbozz ġdid ta' programm ta' aġġustament filwaqt li ssemmi r-raġunijiet għaliex tkun qieset li l-programm oriġinali ma kienx biżżejjed. L-abbozz tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu, minbarra f'każ ta' emerġenza, jiġi bbażat fuq Memorandum ta' Qbil, programm jew ftehim tekniku konkluż mal-partijiet rilevanti li jipprovdu assistenza finanzjarja. Il-konsistenza bejn id-dokumenti rilevanti differenti relatati mal-assistenza finanzjarja u l-verżjonijiet aġġornati tal-abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku kif ukoll il-konsistenza mal-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika u tal-impjiegi għandhom jiġu ġustifikati kif xieraq. Il-Kunsill jista“, fi żmien għaxart ijiem mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, jirrevokaha permezz ta' maġġoranza kwalifikata.
2a.Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament u l-pjanijiet baġitarji annwali marbuta miegħu.
Fil-proċess ta' sorveljanza ekonomika u fiskali għandu jkun hemm konsistenza fir-rigward ta' Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro li jkun għaddej minn programm ta' aġġustament mekroekonomiku sabiex tiġi evitata duplikazzjoni tal-obbligi ta' rapportar.
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni, b'kordinament mal-BĊE, għandha timmonitorja l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament u tinforma kull tliet xhur lill-KEF jew kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dak l-iskop. L-Istat Membru konċernat għandu jikkopera bis-sħiħ mal-Kummissjoni. Partikolarment hu għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li din tqis neċessarja għall-monitoraġġ tal-programm. L-Artikolu 3(3) għandu japplika.
3. Il-Kummissjoni, b'kordinament mal-BĊE, għandha timmonitorja l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament u tinforma kull tliet xhur lill-KEF. L-Istat Membru konċernat għandu jikkopera bis-sħiħ mal-Kummissjoni u mal-BĊE. Partikolarment hu għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u l-BĊE l-informazzjoni kollha li din tqis neċessarja għall-monitoraġġ tal-programm. L-Artikolu 3(3) għandu japplika. F'każ ta' kooperazzjoni insuffiċjenti, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jindirizza rakkomandazzjoni pubblika lill-Istat Membru kkonċernat fejn jistipula l-azzjoni li għandha tittieħed minn dak l-Istat Membru.
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni - b'kordinazzjoni mal-BĊE - għandha teżamina mal-Istat Membru konċernat il-bidliet li jistgħu jkunu meħtieġa fil-programm ta' aġġustament tiegħu. Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi dwar kwalunkwe bidla li trid ssir fil-programm ta' aġġustament.
4. Il-Kummissjoni - b'kordinazzjoni mal-BĊE u kull meta jkun xieraq mal-IMF, - għandha teżamina mal-Istat Membru konċernat il-bidliet u l-aġġornamenti li jistgħu jkunu meħtieġa fil-programm ta' aġġustament tiegħu sabiex tikkunsidra sew inter alia kull nuqqas sinifikanti bejn il-previżjonijiet makroekonomiċi u ċ-ċifri realizzati, inklużi konsegwenzi possibbli li jirriżultaw mill-programm ta' aġġustament, effetti ta' riperkussjonijiet negattivi kif ukoll xokkijiet makroekonomiċi u finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar kwalunkwe bidla li trid issir fil-programm ta' aġġustament makroekonomiku. Il-Kunsill jista“, fi żmien għaxart ijiem minn dik id-deċiżjoni, jneħħiha permezz ta' maġġoranza kwalifikata.
4a.L-Istat Membru kkonċernat għandu, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, iħeġġeġ investituri privati biex iżommu l-iskopertura totali tagħhom fuq bażi volontarja.
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 5
5. Jekk il-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 3 jiżvela devjazzjonijiet sinifikanti mill-programm ta' aġġustament makroekonomiku, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jiddeċiedi li l-Istat Membru konċernat ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' politika inklużi fil-programm ta' aġġustament.
5. Jekk il-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 3 jiżvela devjazzjonijiet sinifikanti mill-programm ta' aġġustament makroekonomiku, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-Istat Membru konċernat ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' politika inklużi fil-programm ta' aġġustament. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis b'mod ċar jekk id-devjazzjoni sinifikanti tkunx dovuta għal raġunijiet li ma jkunux fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kunsill jista“, fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, jneħħiha permezz ta' maġġoranza kwalifikata. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet ta' nuqqas ta' konformità u n-neċċessità u l-proporzjonalità tal-bidliet li jkunu saru fil-programm ta' aġġustament makroekonomiku msemmija fil-paragrafu 4.
Il-programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu b'mod partikolari jenfasizza miżuri prekawzjonarji u pjanijiet ta' kontinġenza li għandhom jiġu adottati f'każ ta' żviluppi mhux previsti bħal pereżempju xokkijiet eżoġeni.
L-isforzi ta' konsolidazzjoni fiskali stabbiliti fil-programm ta' aġġustament makroekonomiku għandhom iqisu l-bżonnijiet għall-iżgurar ta' mezzi suffiċjenti għal politiki fundamentali bħall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa.
Meta l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni skont l-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-BĊE, jieħu miżuri bl-għan li jevita t-taqlib fis-suq u jżomm il-funzjonament tajjeb tas-settur finanzjarju tiegħu.
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 6
6. Stat Membru soġġett għal programm ta' aġġustament li jesperjenzja kapaċità amministrattiva insuffiċjenti jew problemi sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament tiegħu għandu jfittex assistenza teknika mill-Kummissjoni.
6. Stat Membru soġġett għal programm ta' aġġustament makroekonomiku li jesperjenzja kapaċità amministrattiva insuffiċjenti jew problemi sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament tiegħu għandu jfittex assistenza teknika mill-Kummissjoni, li għal dan l-għan tista' tikkostitwixxi gruppi ta' esperti ma' Stati Membri u istituzzjonijiet Ewropej u/jew internazzjonali relevanti oħra. L-objettivi u l-mezzi tal-assistenza teknika għandhom jiġu enfasizzati b'mod espliċitu fil-verżjonijiet aġġornati tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku. Barra minn hekk,għandha tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali tal-proċess ta' implimentazzjoni tal-assistenza teknika. L-assistenza teknika għandha tkun iffukata fuq osma bħal: it-titjib tal-akkwist pubbliku, il-promozzjoni tal-kompetizzjoni, il-ġlieda tal-korruzzjoni u ż-żieda fl-effiċjenza tad-dħul mit-taxxa biex tiġi promossa s-sostenibilità finanzjarja.
Il-programm ta' aġġustament makroekonomiku u l-valutazzjoni tal-impatt soċjali għandhom isiru pubbliċi.
Il-valutazzjoni tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern għandha tkun annessa mal-programm ta' aġġustament makroekonomiku.
6a.Stat Membru li jkun soġġett għal programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu jwettaq awditjar komprensiv tal-ħażna tad-dejn pendenti tiegħu sabiex inter alia jwettaq valutazzjoni tar-raġunijiet li wasslu għall-bini ta' livelli eċċessivi ta' dejn kif ukoll kull irregolarità involuta fil-proċess tal-ħruġ tad-dejn.
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 7
7. Il-Kumitat relevanti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden rappreżentanti mill-Istat Membru konċernat biex jipparteċipaw fi skambju ta' fehmiet dwar il-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament.
7. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat u lill-Kummissjoni biex jipparteċipaw fi skambju ta' fehmiet dwar il-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament.
8a.Dan l-Artikolu ma japplikax għal assistenza finanzjarja mogħtija fuq bażi ta' prekawzjoni u għal self magħmul għar-rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji.
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 6a (ġdid)
Artikolu 6a
L-involviment tas-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili.
Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-sħab soċjali kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet pubbliċi tal-Kummissjoni previsti f'dan ir-Regolament kif ukoll dwar ir-rapporti u l-abbozzi ta' rapporti tal-Istati Membri previsti fl-Artikoli 2 sa 7 ta' dan ir-Regolament. Dawn il-fehmiet għandhom ikunu pubbliċi.
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 6b (ġdid)
Artikolu 6b
Miżuri biex jissalvagwardjaw id-dħul mit-taxxi
1.L-Istat Membru kkonċernat għandu, skont l-Artikolu 65 tat-TFUE u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-BĊE, jieħu miżuri maħsuba biex jipprevjenu l-ksur tal-liġi u tar-regolamenti nazzjonali b'mod partikolari fil-qasam tat-tassazzjoni.
2.L-Istat Membru konċernat għandu jitlob lill-Kummissjoni tagħmel proposta lill-Kunsill, skont l-Artikolu tat-TFUE, sabiex jiġu salvagwardjati miżuri rigward movimenti ta' kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw diffikultajiet serji għall-operazzjoni tal-unjoni monetarja u ekonomika. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-BĊE qabel ma tagħmel il-proposta tagħha.
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 7 – titolu
Konsistenza mal-proċedura tad-defiċit eċċessiv
Konsistenza mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1
1. Il-programm ta' aġġustament u l-bidliet fih kif previst fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jissostitwixxu s-sottomissjoni ta' programmi ta' stabilità previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97.
1. Il-programm ta' aġġustament makroekonomiku u l-bidliet fih kif previst fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament għandhom jissostitwixxu s-sottomissjoni ta' programmi ta' stabilità previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97.
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a
(a) Il-programm ta' aġġustament previst fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament għandu wkoll jitqies li jissostitwixxi kif xieraq ir-rapporti previsti mill-Artikolu 3(4a) u l-Artikolu 5(1a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97;
(a) Il-programm ta' aġġustament makroekonomiku previst fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament għandu wkoll jissostitwixxi kif xieraq ir-rapporti previsti mill-Artikolu 3(4a) u l-Artikolu 5(1a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97;
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b
(b) Il-miri baġitarji annwali fil-programm ta' aġġustament previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jissostitwixxu kif xieraq il-miri baġitarji annwali previsti skont l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 fir-rakkomandazzjoni u l-avviż imsemmija. Jekk l-Istat Membru konċernat ikun suġġett għal avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat, il-programm ta' aġġustament previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandu wkoll jitqies li jissostitwixxi l-indikazzjonijiet dwar miżuri li jwasslu għal dawk il-miri previsti fl-avviż skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97.
(b) Il-miri baġitarji annwali fil-programm ta' aġġustament previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandhom jissostitwixxu kif xieraq il-miri baġitarji annwali previsti skont l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 fir-rakkomandazzjoni u l-avviż imsemmija. Jekk l-Istat Membru konċernat ikun suġġett għal avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat, il-programm ta' aġġustament previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandu wkoll jissostitwixxi l-indikazzjonijiet dwar miżuri li jwasslu għal dawk il-miri previsti fl-avviż skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97.
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c
(c) il-monitoraġġ previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandu jitqies li jissostitwixxi l-monitoraġġ previst mill-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 u l-monitoraġġ sottostanti għal kwalunkwe deċiżjoni prevista bl-Artikoli 4(2) u 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97.
(c) il-monitoraġġ previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandu jissostitwixxi l-monitoraġġ previst mill-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 u l-monitoraġġ sottostanti għal kwalunkwe deċiżjoni prevista bl-Artikoli 4(2) u 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97.
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 8
L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru°XXX dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi għandu jkun sospiż għall-Istati Membri li jkunu suġġetti għal programm ta' aġġustament makroekonomiku approvat mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament. Din is-sospensjoni għandha tkun applikabbli matul il-programm ta' aġġustament makroekonomiku.
L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru°1176/2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi għandu jkun sospiż għall-Istati Membri li jkunu suġġetti għal programm ta' aġġustament makroekonomiku approvat mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament bl-eċċessjoni tal-miżuri pprovduti fl-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 dwar it-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi makroekonomiċi u makrofinanzjarji, il-mekkaniżmu ta' twissija u r-reviżjoni fil-fond. Din is-sospensjoni għandha tkun applikabbli matul il-programm ta' aġġustament makroekonomiku.
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 9
Il-monitoraġġ previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandu jitqies li jissostitwixxi l-monitoraġġ u valutazzjoni tas-Simestru Ewropew għall-kordinazzjoni tal-politika ekonomika previsti fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika.
Il-monitoraġġ previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandu jissostitwixxi l-monitoraġġ u valutazzjoni tas-Simestru Ewropew għall-kordinazzjoni tal-politika ekonomika previsti fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika. Is-sospensjoni għandha tkun applikabbli matul il-programm ta' aġġustament makroekonomiku.
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 10
L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru°XXX dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro għandha tkun sospiża għall-Istati Membri li jkunu soġġetti għal programm ta' aġġustament makroekonomiku approvat mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament. Din is-sospensjoni għandha tkun applikabbli matul il-programm ta' aġġustament makroekonomiku.
L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru°XXX dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro għandha tkun sospiża għall-Istati Membri li jkunu soġġetti għal programm ta' aġġustament makroekonomiku approvat mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli minn 1 sa 4 tar-Regolament (UE) Nru .../2012. Din is-sospensjoni għandha tkun applikabbli matul il-programm ta' aġġustament makroekonomiku.
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 10a (ġdid)
Artikolu 10a
It-tqegħid ta' Stat Membru taħt protezzjoni legali
1.Fejn il-miżuri previsti fl-Artikolu 3(5) ma jistabbilixxux mill-ġdid is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Stat Membru u fejn dak l-Istat Membru jkun f'riskju li jaqa' fi stat kontinwu ta' inadempjenzajew sospensjoni tal-ħlasijiet, il-Kummissjoni tista“, wara li tikkonsulta mal-Kunsill, tadotta deċiżjoni li tqiegħed lil dak l-Istat Membru taħt protezzjoni legali. Il-Kunsill jista”, fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, jneħħiha permezz ta' maġġoranza sempliċi.
2.L-għan ta' dan l-Artikolu huwa li l-Istat Membru konċernat jitħalla jistabilizza s-sitwazzjoni ekonomika tiegħu u jkun kapaċi jħallas id-dejn tiegħu.
Deċiżjoni li tqiegħed Stat Membru taħt protezzjoni legali jkollha l-implikazzjonijiet li ġejjin:
(a) id-dispożizzjonijiet ta' “close-out netting” jew “credit event” ma jibqgħux operattivi;
(b) ir-rati applikabbli ta' interess fuq is-self jinżammu u l-għotjiet ta' self ġodda lill-Istat Membru, bl-eċċezzjoni tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 1(1), għandhom jitħallsu lura bħala prijorità;
(c) il-kredituri tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jiżvelaw id-dettalji tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tqiegħed l-Istat Membru kkonċernat taħt protezzjoni legali f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; jekk jonqsu milli jagħmlu dan id-dejn tagħhom jintemm;
(d) l-awtoritajiet tal-Istat Membru konċernat għandhom jimplimentaw il-miżuri rakkomandati fl-assistenza teknika prevista fl-Artikolu 6(6) u jippreżentaw pjan ta' rkupru u ta' saldu tad-dejn biex jiġi approvat mill-Kummissjoni.
3.Dan l-Artikolu għandu japplika mill-2017.
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1
1. Stat Membru għandu jkun taħt sorveljanza ta' wara l-programm sakemm minimu ta' 75 % tal-assistenza finanzjarja mogħtija minn wieħed jew bosta mill-Istat Membri l-oħra, il-MESF, il-FESF jew il-MES ma tkunx tħallset lura. Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jestendi t-tul tas-sorveljanza ta' wara l-programm.
1. Stat Membru għandu jkun taħt sorveljanza ta' wara l-programm sakemm minimu ta' 75 % tal-assistenza finanzjarja mogħtija minn wieħed jew bosta mill-Istat Membri l-oħra, il-MESF, il-FESF jew il-MES ma tkunx tħallset lura. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li testendi t-tul tas-sorveljanza ta' wara l-programm. Il-Kunsill jista“, fi żmien għaxart ijiem minn din id-deċiżjoni, jneħħiha permezz ta' maġġoranza kwalifikata.
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha twettaq, b'kordinament mal-BĊE, missjonijiet regolari ta' rieżami fl-Istat Membru taħt sorveljanza ta' wara l-programm biex tivvaluta l-qagħda finanzjarja, ekonomika u fiskali tiegħu. Hi għandha tikkomunika kull semestru s-sejbiet tagħha lill-KEF jew kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dak l-iskop, u tivvaluta notevolment jekk jeħtiġux miżuri korrettivi.
3. Il-Kummissjoni għandha twettaq, b'kordinament mal-BĊE, missjonijiet regolari ta' rieżami fl-Istat Membru taħt sorveljanza ta' wara l-programm biex tivvaluta l-qagħda finanzjarja, ekonomika u fiskali tiegħu. Hi għandha tikkomunika kull semestru s-sejbiet tagħha lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew, lill-KEF jew kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dak l-iskop u lill-parlament tal-Istat Membru konċernat, u tivvaluta notevolment jekk jeħtiġux miżuri korrettivi.
Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat biex jipparteċipa fi skambju ta' fehmiet dwar il-progress li jkun sar taħt is-sorveljanza ta' wara l-programm.
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4
4. Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jirrakkomanda lill-Istat Membru taħt sorveljanza ta' wara l-programm biex jadotta miżuri korrettivi.
4. Il-Kummissjoni tista tirrakkomanda li l-Istat Membru taħt sorveljanza ta' wara l-programm jadotta miżuri korrettivi. Il-Kunsill jista“, fi żmien għaxart ijiem minn din ir-rakkomandazzjoni, ineħħiha permezz ta' maġġoranza kwalifikata.
4a.Il-parlament tal-Istat Membru kkonċernat jista' jistieden lill-Kummissjoni biex tipparteċipa fi skambju ta' fehmiet dwar il-monitoraġġ ta' wara l-programm.
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1
Għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 2(1), 3, 6(2), 6(4) u 11(4), jivvotaw biss il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u l-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru konċernat.
Għall-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament, għandhom jivvotaw biss il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u l-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru konċernat.
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 13
Artikolu 13
imħassar
Tipi ta' assistenza u selfiet esklużi mill-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 6
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 u 6 ma japplikawx għal assistenza finanzjarja mogħtija fuq bażi prekawzjonali u għal selfiet magħmula għar-rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji.
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 13a (ġdid)
Artikolu 13a
Notifikazzjoni lill-Parlament Ewropew
Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw b'mod regolari lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 13b (ġdid)
Artikolu 13b
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-Istati Membri li jkunu diġà soġġetti għall-programm ta' assistenza fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 13c (ġdid)
Artikolu 13c
Rapport
Sal-1 ta' Jannar 2014 u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:
(a) l-effikaċja ta' dan ir-Regolament;
(b) il-progress fl-iżgurar ta' koordinazzjoni eqreb tal-politiki ekonomiċi u l-konverġenza kontinwa fil-prestazzjoni ekonomika tal-Istati Membri skont it-TFUE.
(c) il-kontribuzzjoni ta' dan ir-Regolament għall-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjieg.
(d) l-adegwatezza tal-estensjoni tal-iskop ta' dan ir-Regolament għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro.
2.Fejn xieraq, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.
3.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.