Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0442(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0142/2012

Testi mressqa :

A7-0142/2012

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/06/2012 - 7.6
CRE 13/06/2012 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0244

Testi adottati
PDF 288kWORD 35k
L-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2012 - Strasburgu
Twessigħ tal-ambitu ġeografiku tal-ħidma tal-BERŻ għar-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran ***I
P7_TA(2012)0244A7-0142/2012
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar emendi għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (il-BERŻ) li jwessgħu l-ambitu ġeografiku tal-ħidma tal-BERŻ għar-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran. (COM(2011)0905 – C7-0523/2011 – 2011/0442(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0905),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0523/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenji meħuda mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-3 ta' Mejju 2012, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0142/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Ġunju 2012 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar emendi għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (il-BERŻ) li jwessgħu l-ambitu ġeografiku tal-operazzjonijiet tal-BERŻ għar-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran
P7_TC1-COD(2011)0442

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Deċiżjoni Nru 602/2012/UE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza