Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0345(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0145/2012

Testi mressqa :

A7-0145/2012

Dibattiti :

PV 14/06/2012 - 7
CRE 14/06/2012 - 7

Votazzjonijiet :

PV 14/06/2012 - 11.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0253

Testi adottati
PDF 422kWORD 60k
Il-Ħamis, 14 ta' Ġunju 2012 - Strasburgu
L-istokk ta' aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk ***I
P7_TA(2012)0253A7-0145/2012
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokk ta' aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk. (COM(2011)0760 – C7-0432/2011 – 2011/0345(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0760),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0432/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Jannar 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0145/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwestjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 68, 6.3.2012, p.74


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Ġunju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali multiannwali għall-istokk ta' aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk
P7_TC1-COD(2011)0345

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali multiannwali għall-istokk ta' aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk(3), jagħti s-setgħa lill-Kunsill li jsegwi u jirrevedi r-rati massimi ta' mortalità mis-sajd u l-livelli relatati ma' bijomassa ta' stokkijiet li jbidu speċifikati fl-Artikolu 3(2) u msemmija fl-Artikoli 4(2), 4(5) u 9 tiegħufih. [Em. 1]

(2)  Skont l-Artikolu 290 tat-Trattat il-Kummissjoni tista' tingħata s-setgħa li tissupplimenta jew temenda elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv permezz ta' atti delegati. [Em. 2]

(3)  Biex ikun hemm lok għal twettiq effiċjenti tal-mirijiġi żgurat li l-miri stipulati fil-pjan multiannwali jintlaħqu b'mod effiċjenti u għal reazzjoni fil-prontli r-reazzjoni għal bidliet fil-kundizzjonijiet tal-istokk isseħħ malajr, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni biex jiġu riveduti r-rati massimi ta' mortalità mis-sajd u l-livelli relatati mal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu, meta data xjentifika tindika li dawn il-valuri m'għadhomx adattati biex jintlaħaq l-għan tal-pjan., għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 tat-TrattatHuwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, waqt it-tħejjija u t-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 3]

(4)  Minħabba li l-aringa fil-Punent tal-Iskozja hija speċi li temigramigratorja, l-ispeċifikazzjoni taż-żona li jgħix fiha bħalissa l-istokk tal-aringi li jinsab distribwuit lejn il-Punent tal-Iskozja għandha sservi biex tiġi identifikatadistinta minn stokkijiet oħrajn, iżda m'għandhiex timpedixxi lil dan il-pjan milli japplika f'każ li l-ispeċi tibdeldak l-istokk jibdel ix-xejriet ta' mobilità tagħhatiegħu. L-Artikoli 1u 2 għandhom jiġu modifikati skont dan. [Em. 4]

(5)  Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. [Em. 5]

(6)  Il-Kummissjoni, fil-preparazzjoni u t-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 6]

(7)  Fl-okkażjoni ta' din l-emenda, għandu jiġi kkoreġut żball fit-titlu tal-Artikolu 7. [Em. 7]

(8)  Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1300/2008 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1300/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:"

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokk tal-aringi fil-Punentfiż-żona li tinsab in-naħa tal-Punent tal-Iskozja.‘ [Em. 8]

(2)  Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt (e) li ġej:

‘(e) ’stokk ta' aringi fil-Punentfiż-żona li tinsab in-naħa tal-Punent tal-Iskozja' jfisser l-istokk ta' aringi (clupea harengus) distribwit lejn il-Punent tal-Iskozja li bħalissa jgħix fl-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali tad-diviżjonijiettaż-żoni tal-ICES Vb, VIa u VIb kif ukoll il-parti taż-żoni tal-ICES VIa li tinsab in-naħa tal-Lvant tal-meridjan tal-lonġitudni 7° W u n-naħa tat-Tramuntana tal-parallel tal-latitudni 55° N, jew in-naħa tal-Punent tal-meridjan tal-lonġitudni 7° W u n-naħa tat-Tramuntana tal-parallel tal-latitudni 56° N, bl-esklużjoni tal-Clyde.‘ [Em. 9]

(3)  L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 7

Reviżjoni tar-rati massimi tal-mortalità mis-sajd u tal-livelli relatati mal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu

Fejn il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' parir mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u possibilment data xjentifika tindikaoħra u wara li tikkonsulta bir-reqqa kollha mal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali Pelaġiku, issib li l-valuri għar-ratir-rati tal-mortalità mis-sajd u l-livelli relatati mal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu speċifikati fl-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(2) sa (5) u l-Artikolu 9 m'għadhomx xierqa biex jintlaħaq l-għan stipulatstabbilit fl-Artikolu 3(1), il-Kummissjonihija għandha tistabbilixxitadotta atti delegati skont l-Artikolu 9a li jiffissaw valuri ġodda għal talidawk rati u livelli permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 9a.‘ [Em. 10]

(4)  L-Artikolu 8 jinbidel b'dan li ġej:

'Artikolu 8

Evalwazzjoni u reviżjoni tal-pjan pluriennali

1.  Tal-inqas kull erba' snin, mit-18 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-operat u l-adegwatezza tal-pjan pluriennali. Għall-finijiet ta' din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tfittex il-parir tal-STECF u tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali Pelaġiku. Fejn hu xieraqikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tipproponi adattamenti għall-pjangħandha tagħmel proposti xierqa, għall-adozzjoni skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għall-emendar tal-pjan pluriennali jew tadotta atti delegati skont l-Artikolu 7.

"

2.  Il-paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għad-delega tas-setgħa fl-Artiklu 7.“[Em. 11]

(5)  L-Artikolu 9a li ġej jiddaħħal:"

'Artikolu 9a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati qiegħda tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Id-delega tas-setgħaIs-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 7 u 8 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta' żmientliet snin minn ...(4)[jj/xx/ssss] [daħħal id-data tad-dħulIl-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża taċitament għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu. [Em. 12]

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7 u 8fl-Artikolu 7 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revokabiex issir revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f‘Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ. [Em. 13]

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 7 u 8l-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn ta' notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

"

[Em. 14]

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

(1) ĠU C 68, 6.3.2012, p. 74.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012.
(3) ĠU L 344, 20.12.2008, p. 6.
(4)* Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Avviż legali - Politika tal-privatezza