Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2011)0451 – C7-0205/2011 – 2011/0196(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0451),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0205/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2011(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tal-5 ta' Ottubru 2011(2)
– wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0195/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li ntbagħat l-abbozz ta' att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data(2),
Waqt li jimxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85(4) jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-użu u l-ittestjar ta' apparat ta' reġistrazzjonitakografi. Dan ġie sostanzjalment emendat f'ħafna okkażjonijiet, u sabiex tiġi żgurata aktar ċarezza, id-dispożizzjonijiet ewlenin tiegħu għandhom jiġu simplifikati u ristrutturati. [Em. 8, l-emenda “takografu” tapplika matul it-test kollu]
(2) L-esperjenza turi li sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, jeħtieġ li jitjiebu ċerti elementi tekniċi u proċeduri ta' kontroll.
(3) Ċerti vetturi huma soġġetti għal eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq(5). Sabiex tiġi żgurata l-koerenza, għandu jkun possibbli li vetturi bħal dawn jiġu eżentati mill-ambitu tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85.
(4) Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-eżenzjonijiet differenti stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, sabiex u jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-impriżi tat-trasport, sabiex titnaqqas il-burokrazija u sabiex jiġi żgurat li l-apparat ta' reġistrazzjonit-takografi jkomplu jiżviluppaw skont il-prattika fil-qasam, filwaqt li jiġu rispettati l-għanijiet ta' dak ir-Regolament, id-distanzi massimi permissibbli stabbiliti fih għandhom jiġu riveduti. [Em. 2]
(5) Ir-reġistrazzjoni tad-data tal-lokazzjoni tiffaċilita l-kontroverifika tal-ħinijiet tas-sewqan u tal-perjodi ta' mistrieħ sabiex jiġu skoperti anomaliji u frodi. L-użu tat-apparat ta' reġistrazzjonitakografi mqabbda ma' sistema satellitari tan-navigazzjoni globali huwa mezz xieraq u kosteffikaċi li jippermetti r-reġistrazzjoni awtomatika ta' data bħal din sabiex jgħin lill-uffiċjali tal-kontroll matul il-kontrolli, u għalhekk għandu jiddaħħal.
(6) Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq(6) teħtieġ li l-Istati Membri jwettqu għadd minimu ta' kontrolli fil-ġenb tat-triq. Il-komunikazzjoni mill-bogħod bejn l-apparat ta' reġistrazzjonit-takografu u l-awtoritajiet tal-kontroll għal skopijiet ta' kontroll mill-ġenb tat-triq tiffaċilita l-kontrolli mill-ġenb tat-triq immirati, li jrendi possibbli t-tnaqqis tal-piż amministrattiv maħluq minn kontrolli aleatorji fuq impriżi tat-trasport, u għalhekk għandha tiġi introdotta.
(7) Is-sistemi ta' trasport intelliġenti (STI) jistgħu jgħinu biex jingħelbu l-isfidi quddiem il-politika tat-trasport Ewropea, bħall-volumi u l-konġestjoni li qed jikbru tat-trasport bit-triq u l-konsum dejjem jogħla tal-enerġija. Għandhom jiġu pprovduti interfaċċji standardizzati fl-apparat ta' reġistrazzjoni fit-takografi sabiex tkun żgurata l-interoperabblità mal-applikazzjonjiet tal-STI.
(8) Is-sigurtà tal-apparat ta' reġistrazzjonitat-takografu u s-sistema tiegħu hija essenzjali biex jiġi żgurat li tiġi prodotta data affidabbli. Il-manifatturi għandhom għalhekk jiddisinjaw, jittestjaw u jirrevedu kontinwament l-apparat ta' reġistrazzjoniit-takografu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu sabiex jiskopru, jipprevjenu u jimmitigaw il-vulnerabbiltajiet tas-sigurtà.
(9) Testijiet fuq il-post tal-apparat ta' reġistrazzjonitat-takografu li għad ma għandux approvazzjoni tat-tip jippermettu li l-apparat jiġi ttestjat f'sitwazzjonijiet tal-ħajja reali qabel jiġi introdott fuq bażi wiesgħa, li jippermetti titjib aktar malajr. It-testijiet fuq il-post għalhekk għandhom ikunu permessi, sakemm il-parteċipazzjoni f'testijiet bħal dawn u l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jkunu sorveljati u kontrollati b'mod effettiv.
(10) Il-fitters u l-ħwienet tax-xogħol għandhom parti importanti fis-sigurtà tal-apparat ta' reġistrazzjonitat-takografi. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stipulati ċerti rekwiżiti minimi għall-aġġrovazzjoni u l-verifika tagħhom u li tiġi żgurata l-prevenzjoni ta' kunflitti bejn il-ħwienet tax-xogħol u l-impriżi.
(11) Sabiex jiġu żgurati skrutinju u kontroll iżjed effettivi tal-kards tas-sewwieqa, u jiġu ffaċilitati l-kompiti tal-uffiċjali tal-kontroll, għandhom jiġu stabbiliti r-reġistri elettroniċi nazzjonali, u għandu jkun hemm provvediment għall-interkonnessjoni ta' dawk ir-reġistri.
(12) Minħabba li l-frodi u l-użu ħażin relatati mal-liċenzji tas-sewqan huma anqas possibbli li jseħħu milli bil-kards tas-sewwieqa, is-sistema tal-apparat ta' reġistrazzjonitat-takografu tkun iżjed affidabbli u effettiva kieku l-kards tas-sewwieqa kellhom fil-futur jiġu inkorporati fil-liċenzi tas-sewqan. Dan l-approċċ inaqqas il-piż amministrattiv għas-sewwieqa li ma jkollhomx aktar bżonn japplikaw għal, jirċievu u jżommu żewġ dokumenti differenti. Għalhekk għandu jkun hemm provvediment għal emenda għad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan(7).
(13) Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq is-sewwieq u l-impriżi, għandu jiġi kkjarifikat li mhemm ebda bżonn għal prova bil-miktub ta' perjodi ta' mistrieħ kuljum jew kull ġimgħa. Għal skopijiet ta' kontroll, il-perjodu li matulhom ma tiġix reġistrata attività għas-sewwieq għandhom jitqiesu bħala perjodi ta' mistrieħ.
(14) L-uffiċjali ta' kontroll jiffaċċjaw sfidi kontinwi bħala riżultat tal-bidliet għall-apparat ta' reġistrazzjonigħat-takografi u għal tekniki ġodda ta' manipulazzjoni. Sabiex ikun żgurat kontroll aktar effikaċi u sabiex titjieb l-armonizzazzjoni tal-approċċi ta' kontroll mal-Unjoni kollha, għandha tiġi adottata metodoloġija komuni għat-taħriġ inizjali u kontinwu tal-uffiċjali ta' kontroll.
(15) Ir-reġistrazzjoni tad-data mill-apparat ta' reġistrazzjonimit-takografi, kif ukoll l-iżvilupp ta' teknoloġiji għar-reġistrazzjoni ta' data tal-lokazzjoni, il-komunikazzjoni mill-bogħod u l-interfaċċja mall-STI jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tikkonċerna l-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' data bħal din, b'mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data(8) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika(9) għandha tiġi applikata.
(16) Sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq intern tat-trasport bit-triq u jingħata messaġġ ċar lis-sewwieqa u lill-impriżi tat-trasport, id-definizzjoni ta' ksur serju ħafna kontra dan ir-Regolament għandha tkun armonizzata u tkun torbot fin-natura tagħha u l-ogħla kategorija ta' pieni tal-Istati Membri għandhom jiġu imposti fuq ksur “serju ħafna” (kif stipulat fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/5/KE tat-30 ta' Jannar 2009 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq(10)), mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tas-sussidjarjetà. Għandhom isiru wkoll sforzi biex jiġi żgurat li l-pieni imposti għal kwalunkwe ksur ikunu dejjem effettivi, proporzjonati u dissważivi. B'mod partikolari għandhom jittieħdu passi konkreti biex tiġi eliminata l-prattika ta' multi għoljin wisq għal ksur minuri.[Em. 3]
(16a)Regoli differenti għall-kalkolu tal-ħin tas-sewqan ta' kuljum iwasslu għal nuqqas ta' uniformità fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u joħolqu inċertezza legali għas-sewwieqa u għall-impriżi tat-trasport fit-trasport transkonfinali. Fl-interess ta' implimentazzjoni ċara, effettiva, proporzjonali u uniformi tar-regoli tas-sigurtà soċjali fir-rigward tat-trasport bit-triq huwa indispensabbli li l-awtoritajiet tal-Istati Membri japplikaw ir-regoli b'mod uniformi.[Em. 4]
(17) Permezz tal-adattamenti tal-ftehim Ewropew li jikkonċerna x-xogħol ta' ekwipaġġi ta' vetturi impenjati fit-trasport bit-triq internazzjonali (AETR), iffirmat f'Ġinevra fl-1 ta' Lulju 1970, inklużi s-sitt emendi tiegħu, depożitati mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-użu tal-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IBtat-takografu diġitali sar obbligatorju fir-rigward ta' vetturi rreġistrati f'pajjiżi terzi tal-viċinat. Minħabba li dawn il-pajjiżi huma affettwati direttament mill-bidliet fl-apparat ta' reġistrazzjonifit-takografi introdotti minn dan ir-Regolament, dawn għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fid-djalogu dwar kwistjonijiet tekniċi u dwar it-twaqqif ta' sistema elettronika unika għall-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kards tas-sewwieqa. Għalhekk għandu jiġi stabbilit Forum dwar it-Takografi. [Em. 5, din l-emenda 'takografu diġitali“tapplika matul it-test kollu]
(18) Sabiex ikunu jistgħu jiġu riflessi l-iżviluppi tekniċi, il-Kummisjsoni għandha tingħata b'delega s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattament dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-adattament tal-Annessi I, IB u II għall-progress tekniku u s-supplimentar tal-Anness IB bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi neċessarji għar-reġistrazzjoni awtomatika tad-data tal-lokazzjoni, sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni mill-bogħod u sabiex tiġi żgurata interfaċċja mas-STI. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u l-abbozzar tal-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(19) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw it-testijiet fil-post, l-iskambju elettroniku ta' informazzjoni dwar il-kards tas-sewwieqa bejn l-Istati Membri u t-taħriġ tal-uffiċjali tal-kontroll, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(11).
(20) Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-proċeduri li jridu jiġu segwiti għat-twettiq tat-testijiet fuq il-post u l-formoli li jridu jintużaw għall-monitoraġġ ta' testijiet bħal dawn, kif ukoll il-metodoloġija għat-taħriġ inizjali u kontinwu tal-uffiċjali tal-kontroll.
(21) Il-proċedura tal-eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni ta' speċifikazzjonijiet għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni fuq il-kards tas-sewwieqa bejn l-Istati Membri.
(21a)It-trasport ta' passiġġieri u oġġetti jsir taħt klawżoli u kundizzjonijiet differenti ferm. Għaldaqstant, għandha tiġi ppreżentata mill-aktar fis possibbli, u fi kwalunkwe każ sal-aħħar tal-2013, reviżjoni tar-rekwiżiti tat-takografi u tar-regoli dwar il-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ għas-sewwieqa tal-kowċis.[Em. 6]
(21b)Standards u speċifikazzjonijiet għandhom jiġu elaborati bħala standards miftuħin, li jippermettu l-integrazzjoni ta' funzjonalitajiet oħra bħal apparat tar-reġistrazzjoni ta' aċċidenti u sejħa ta' emerġenza lill-112, wara eżami mill-Kummissjoni, fl-istess apparat. [Em. 7]
(22) Ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 għalhekk għandu jiġi emendat kif xieraq,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa b'dan emendat kif ġej:
(-1)It-titolu jinbidel b'dan li ġej:"
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar takografi għat-trasport bit-triq‘[Em. 8]
(1) L-Artikoli 1 sa 21 huma mibdula bl-artikoli li ġejjin:
'Kapitolu I
Prinċipji u, ambituu rekwiżiti [Em. 9]
Artikolu 1
Suġġett u prinċipjuprinċipji[Em. 10]
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għall-kostruzzjonil-obbligi u r-rekwiżiti fir-rigward tal-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-użu, l-ittestjar u l-kontroll tat-takografi użati fit-trasport bit-triq għall-kontroll tal-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq*, id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq**, u d-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE ta' l-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità***. [Em. 11]
1a.Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom l-informazzjoni u d-data rreġistrata, ipproċessata jew maħżuna minn takografu kif definit fl-Artikolu 2 jistgħu jintużaw għal skopijiet oħra għajr dawk tal-kontroll tal-konformità mal-leġiżlazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.[Em. 12]
2.L-apparat ta' reġistrazzjoniIt-takografi għandhom, fir-rigward tal-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-użu u l-ittestjar, jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-fini ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li hemm fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.
2. B'żieda mad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
(a)
‘apparat ta' reġistrazzjonitakografu’ tfisser l-apparat intiż għall-installazzjoni f'vetturi tat-triq għall-wiri, ir-reġistrazzjoni, l-istampar, il-ħżin u l-ħruġ awtomatiku jew semiawtomatiku tad-dettalji tal-moviment ta' vetturi bħal dawn u ta' ċerti perjodi tax-xogħol tas-sewwieqa tagħhomb'rabta mal-perjodi differenti ta' żmien li huma parti mill-perjodi ta' xogħol ta' kuljum tas-sewwieqa, u ta' data msemmija fl-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament; [Em 13+147+148]
(b)
‘unità ta' vettura’ tfisser l-apparat ta' reġistrazzjoniit-takografu minbarra s-senser tal-moviment u l-kejbils li jikkonnettjaw is-senser tal-moviment. L-unità ta' vettura tista' tkun unità waħda jew ħafna unitajiet distribwiti fil-vettura, sakemm din tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sigurtà ta' dan ir-Regolament; L-unità tal-vettura tinkludi unità tal-ipproċċessar, memorja tad-data, arloġġ tal-ħin reali, żewġ mezzi ta' interfaċċja għal smart cards (tas-sewwieq u l-kosewwieq), tagħmir li jistampa, apparat li juri karattri fuq skrin, twissija viżwali, konnettur tal-kalibrazzjoni/downloading, u faċilitajiet għad-dħul tal-inputs tal-utent; [Em. 14]
(c)
‘senser tal-moviment’ tfisser parti mill-apparat ta' reġistrazzjonimit-takografu li jipprovdi sinjal rappreżentattiv tal-veloċità tal-vettura u/jew id-distanza vjaġġata;
(ca)
‘sensur tal-piż’ ifisser parti mit-takografu diġitali li tipprovdi informazzjoni dwar il-piż tal-vettura, u għalhekk tirreġistra data dwar it-tagħbija u l-ħatt tal-vettura; [Em. 149]
(d)
‘kard tat-takografu’ tfisser kard intelliġenti maħsuba għall-użu mal-apparat ta' reġistrazzjonimat-takografu li tippermetti għal-identifikazzjoni mit-tagħmir ta' reġistrazzjonimit-takografu tar-rwol tad-detentur tal-kard, u d-drittijiet tiegħu ta' aċċess għad-data u t-trasferiment u għal-ħżin tad-data; [Em. 15]
(e)
‘formula ta' reġistrazzjoni’ tfisser formula maħsuba biex taċċetta u żżomm id-data reġistrata, li trid titpoġġa fl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness Ifit-takografu analogu u li fuqha jinkiteb rekord kontinwu tal-informazzjoni li trid tiġi reġistrata; [Em. 16, din l-emenda ‘takografu analogu’ tapplika matul it-test kollu]
(f)
‘kard tas-sewwieq’ tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta' Stat Membru lil sewwieq partikolari li tidentifika s-sewwieq u tippermetti l-ħżin tad-data tal-attività tas-sewwieq;
(fa)
'takografu analogu' tfisser takografu li juża formola ta' reġistrazzjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament;[Em. 17]
(fb)
'takografu diġitali' tfisser takografu li juża kard tat-takografu f'konformità ma' dan ir-Regolament;[Em. 18]
(g)
‘kard tal-kontroll’ tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta' Stat Membru lil awtorità tal-kontroll nazzjonali kompetenti li tidentifika l-korp tal-kontroll u b'mod mhux obbligatorju l-uffiċjal tal-kontroll u tippermetti aċċess għad-data maħżuna fil-memorja tad-data jew il-kards personali tas-sewwieq u fil-kard tal-ħanut tax-xogħol għall-qari, l-istampar u/jew it-tniżżil; [Em. 19]
(h)
‘kard tal-kumpanija’ tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta' Stat Membru lis-sid jew lid-detentur tal-vetturi armati b'apparat ta' reġistrazzjonib'takografu u li tidentifika s-sid jew id-detentur u tippermetti l-wiri, it-tniżżil u l-istampar tad-data maħżuna fl-apparat ta' reġistrazzjonif'takografu li jkun ġie magħluq b'mod sigur minn dak is-sid jew detentur;
(i)
‘kard tal-ħanut tax-xogħol’ tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta' Stat Membru lil persunal maħtur ta' manifattur ta' apparat tar-reġistrazzjonitakografi, fitter, manifattur tal-vetturi jew ħanut tax-xogħol approvat minn dak l-Istat Membru li tidentifika d-detentur tal-kard u tippermetti l-ittestjar u l-kalibrazzjoni ta' u/jew it-tniżżil tal-apparat ta' reġistrazzjonimit-takografi; [Em. 20]
(j)
‘perjodu ta' xogħol ta' kuljum’ tfisser il-perjodu li jinkludi l-ħin tas-sewqan, il-perjodi l-oħra kollha tax-xogħol, il-perjodi ta' disponibbiltà, il-pawżi fix-xogħol u l-perjodi ta' mistrieħ li ma jaqbżux disa' sigħat.li jibda fil-ħin li s-sewwieq jattiva t-takografu wara perjodu ta' mistrieħ ta' ġimgħa jew ta' jum, jew, jekk il-perjodu ta' mistrieħ ta' kuljum jinqasam f'perjodi separati, wara perjodu ta' mistrieħ li jdum mill-inqas disa' sigħat. Huwa jispiċċa fil-bidu ta' perjodu ta' mistrieħ għal jum jew, jekk il-mistrieħ għal jum jinqasam f'perjodi ta' mistrieħ separati, fil-bidu ta' perjodu ta' mistrieħ li jestendi aktar mill-minimu ta' disa' sigħat konsekuttivi;[Em. 21]
(ja)
'attivazzjoni' tfisser fażi fejn it-takografu jsir kompletament operattiv u jimplimenta l-funzjonijiet kollha, inklużi l-funzjonijiet tas-sigurtà; l-attivazzjoni ta' takografu jeħtieġ l-użu ta' kard tal-ħanut tax-xogħol;[Em. 22]
(jb)
'awtentikazzjoni' tfisser funzjoni maħsuba biex tistabbilixxi u tivverifika l-identità ddikjarata;[Em. 23]
(jc)
‘l-awtentiċità’ tfisser informazzjoni ġejja minn xi ħadd li l-identità tiegħu tista' tiġi vverifikata;[Em. 24]
(jd)
'kalibrazzjoni' tfisser l-aġġornament jew l-ikkonfermar ta' parametri tal-vettura li għandhom jinżammu fil-memorja tad-data. Il-parametri tal-vettura jinkludu l-identifikazzjoni u l-karatteristiċi tal-vettura. Il-kalibrazzjoni ta' takografu teħtieġ l-użu ta' kard tal-ħanut tax-xogħol;[Em. 25]
(je)
'it-tniżżil tad-data' tfisser l-ikkupjar, flimkien mal-firma diġitali, ta' parti, jew ta' sett komplut ta' fajls tad-data li huma maħżuna fil-memorja tad-data tal-vettura jew fil-memorja tal-kard tat-takografu, li għalih din id-data hija meħtieġa biex tkun stabbilita l-konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 561/2006;[Em. 26]
(jf)
'avveniment' tfisser operazzjoni li nqabdet mit-takografu li tista' tiġi minn tentattiv ta' frodi;[Em. 27]
(jg)
'ħsara' tfisser operazzjoni anormali mikxufa mit-takografu li setgħet irriżultat minħabba li t-tagħmir ħadem ħażin jew ma ħadimx;[Em. 28]
(jh)
'installazzjoni' tfisser l-armar tat-takografu ġo vettura;[Em. 29]
(ji)
'kard mhux valida' tfisser kard li ntgħarfet bħala difettuża, jew li l-awtentikazzjoni inizjali tagħha falliet, jew li l-bidu tad-data tal-validità għadha ma ntlaħqitx, jew li d-data tal-iskadenza għaddiet;[Em. 30]
(jj)
'spezzjoni perjodika' tfisser sett ta' operazzjonijiet imwettqa biex ikun hemm kontroll li t-takografu jaħdem kif suppost u li l-issettjar jikkorrispondi mal-parametri tal-vettura;[Em. 31]
(jk)
'printer' tfisser komponent tat-takografu li jipprovdi kopji stampati tad-data maħżuna;[Em. 32]
(jl)
‘tiswija’ tfisser kull tiswija ta' sensorju ta' moviment jew ta' unità ta' vettura li jenħtieġ l-iskonnettjar tal-provvista tal-elettriku, jew skonnettjar minn komponenti oħra tat-takografu, jew il-ftuħ tagħha;[Em. 33]
(jm)
'l-approvazzjoni tat-tip' tfisser il-proċess biex ikun iċċertifikat, minn Stat Membru, li t-takografu (jew komponent), is-softwer jew il-kard tat-takografiku taħt investigazzjoni jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;[Em. 34]
(jn)
'l-identifikazzjoni tal-vettura' tfisser numri li jiddentifikaw il-vettura: in-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura (NRV) bl-indikazzjoni tal-Istat Membru li rreġistraha u n-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura (NIV);[Em. 35]
(jo)
‘interoperabbiltà’ tfisser il-kapaċità tas-sistemi, u tal-proċessi industrijali li dawn is-sistemi jissejsu fuqhom, li jiskambjaw id-data u jikkondividu l-informazzjoni u l-konoxxenza;[Em. 36]
(jp)
'interfaċċja' tfisser faċilità bejn sistemi li tipprovdi l-mezzi li bihom jistgħu jikkollegaw u jaġixxu ma' xulxin.[Em. 37]
Artikolu 3
Ambitu
1. L-apparat ta' reġistrazzjoniGħandhom jiġu stallati u wżati takografi f'vetturi reġistrati fi Stat Membru li jintużaw għat-trasport ta' passiġġieri jew ta' merkanzija bit-triq li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-vetturi msemmija fl-Artikolu 13(1) u 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri jistgħu, wara awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, jeżentaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament il-vetturi użati għall-operazzjonijiet tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament vetturi użati għall-operazzjonijiet ta' trasport imsemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006; dawn għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
3a.Sal-2020 il-vetturi kollha li mhumiex eżenti mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skont il-paragrafi 2 u 3 għandu jkollhom takografu intelliġenti installat skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament.[Em. 38]
4. Fil-każ ta' operazzjonijiet nazzjonali tat-trasport, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-installazzjoni u l-użu ta' apparat ta' reġistrazzjonitakografi skont dan ir-Regolament f'kull waħda mill-vetturi li għaliha mhux meħtieġ skont il-paragrafu 1 l-installazzjoni u l-użu ta' takografu.
Artikolu 3a
Rekwiżiti bażiċi
1.It-takografi, il-kards tat-takografi u l-folji ta' reġistrazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti tekniċi, funzjonali u oħrajn stretti sabiex ikun żgurat li jaqdu l-ħtiġijiet essenzjali stipulati fil-paragrafu 2 u li jiksbu l-objettivi ta' dan ir-Regolament.
2.Biex jippermetti li l-konformità mal-leġiżlazzjoni soċjali applikabbli tkun kontrollata b'mod effiċjenti, it-takografu għandu jkun konformi mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin. Għal dan il-għan għandu:
(a)
jirreġistra data eżatta u affidabbli li hija relatata mal-attività tas-sewwieq u l-vettura;
(b)
ikun sigur, sabiex tkun garantita l-integrità u l-oriġini tas-sors ta' data rreġistrata u miksuba minn unitajiet tal-vettura, sensuri tal-moviment u kards tat-takografu;
(c)
ikun interoperabbli;
(d)
ikun faċli biex jintuża.
3.It-takografu għandu jiġi ddisinjat u użat b'tali mod li jiżgura l-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali.
4.It-takografi għandhom jiġu ppożizzjonati fil-vettura b'tali mod li jintlaħqu u jinqraw kompletament mill-pożizzjoni bilqiegħda normali tas-sewwieq, jippermettu lis-sewwieq jaċċessa u jopera b'mod sikur waqt is-sewqan il-funzjonijiet neċessarji minn pożizzjoni bilqiegħda u ma jneħħux l-attenzjoni tas-sewwieq minn fuq it-triq.
5.It-tniżżil tad-data għandu jitwettaq b'dewmien minimu għall-intrapriżi tat-trasport jew għas-sewwieqa.
6.It-tniżżil ta' data ma jistax iwassal għal alterazzjoni jew tħassir ta' data. It-tniżżil tal-fajl iddettaljat tal-veloċità mhux bilfors li jkun meħtieġ biex tkun stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006, imma madankollu jista' jsir u jintuża għal raġunijiet oħrajn, bħal fl-investigazzjoni ta' xi inċident.[Em. 39]
Artikolu 3b
Il-funzjonijiet tat-takografu
It-takografu għandu jiżgura l-funzjonijiet li ġejjin:
(1)
Inserzjoni u rtirar ta' kards ta' monitoraġġ,
(2)
kejl tal-veloċità u tad-distanza,
(3)
kejl tal-ħin,
(4)
monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sewwieq,
(5)
monitoraġġ tal-istat tas-sewqan,
(6)
tniżżil manwali tas-sewwieq,
(7)tniżżil ta' postijiet fejn jibdew u/jew jispiċċaw perjodi tax-xogħol ta' kuljum,
(8)
tniżżil manwali tal-attivitajiet tas-sewwieq,
(9)
tniżżil ta' kondizzjonijiet speċifiċi,
(10)
amministrazzjoni tas-serraturi tal-kumpanija,
(11)
monitoraġġ tal-attivitajiet tal-kontroll,
(12)
kxif ta' avvenimenti u/jew ħsarat,
(13)
testijiet mibnija fih u dawk tiegħu stess,
(14)
qari mill-memorja tad-data,
(15)
reġistrazzjoni u ħżin fil-memorja tad-data,
(16)
qari minn kards tat-takografu,
(17)
reġistrazzjoni u ħżin fuq kards tat-takografu,
(18)
it-turija ta' karattri fuq skrin,
(19)
stampar,
(20)
twissijiet,
(21)
tniżżil ta' data għal fuq medja esterna,
(22)
data ta' ħruġ għall-apparati esterni addizzjonali,
(23)
kalibrazzjoni,
(24)
aġġustament tal-ħin,
(25)
apparat li juri l-kumplament tal-ħin tas-sewqan,
(26)
apparat li juri l-ħin tal-pawża li jkun ittieħed.[Am. 40]
Artikolu 3c
Data li trid tiġi rreġistrata
1.It-takografu diġitali għandu jirreġistra d-data li ġejja:
(a)
id-distanza vvjaġġata, u l-veloċità tal-vettura;
(b)
il-kejl tal-ħin;
(c)
il-pożizzjoni tal-bidu u t-tmiem tal-perjodu ta' ħidma ta' kuljum tas-sewwieq u ta' kull operazzjoni ta' trasport;
(d)
l-identità tas-sewwieq;
(e)
l-attività tas-sewwieq;
(f)
id-data ta' kalibrazzjoni, inkluż l-identità tal-ħanut tax-xogħol;
(g)
avvenimenti u ħsarat.
2.It-takografu analogu għandu jirreġistra mill-inqas id-data msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (e).
3.L-aċċess għad-data miġbura fit-takografu jista' jingħata f'kull ħin:
(a)
lill-awtoritajiet ta' kontroll kompetenti għall-verifiki ta' kontroll, u,
(b)
lill-impriża tat-trasport rilevanti sabiex tikkonforma mal-obbligi legali tagħha, b'mod partikolari kif stipulat fl-Artikoli 28 u 29.
L-aċċess għal data li fiha data personali għandu jingħata biss wara l-awtorizzazzjoni xierqa f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-ħarsien tad-data.[Em. 41]
Artikolu 3d
Stampa fuq l-iskrin
1.It-takografu għandu jkun jista' juri:
(a)
data tal-mankanza,
(b)
data relatata ma' twissijiet,
(c)
data relatata mal-aċċess tal-menu,
(d)
data oħra rikjesta mill-utent f'konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3c,
(e)
informazzjoni relatata mas-sewwieq:
–
jekk l-attività kurrenti hija ‘QED ISSUQ’, il-ħin kurrenti ta' sewqan kontinwu tiegħu u l-ħin kumulattiv kurrenti ta' pawża tiegħu,
–
jekk l-attività kurrenti tiegħu hija ‘MHUX QED ISSUQ’, id-dewmien kurrenti tal-attività (minn meta ntgħażlet) u l-ħin kumulattiv kurrenti ta' pawża tiegħu.
2.Informazzjoni addizzjonali tista' tintwera mit-takografu, basta tingħaraf b'mod ċar mill-informazzjoni meħtieġa hawn fuq.
3.Meta l-ebda informazzjoni oħra ma teħtieġ li tintwera, it-takografu għandu juri, b'mankanza, is-segwenti:
–
ħin,
–
mod ta' tħaddim,
–
l-attività kurrenti tas-sewwieq u l-attività kurrenti tal-kosewwieq.
Il-wiri ta' data relatata ma' kull sewwieq għandha tkun ċara, sempliċi u mhux ambigwa. Fil-każ fejn l-informazzjoni relatata mas-sewwieq u mal-kosewwieq ma tistax tintwera fl-istess ħin, it-takografu għandu juri b'mankanza l-informazzjoni relatata mas-sewwieq u għandu jippermetti lill-utent biex juri l-informazzjoni relatata mal-kosewwieq.
4.It-takografu għandu juri informazzjoni ta' twissija skont l-Artikolu 3d. Deskrizzjoni letterali tat-twissija tista' tiżdied ukoll fil-lingwa magħżula tas-sewwieq.[Em. 42]
Artikolu 3e
Twissijiet
1.It-takografu għandu jagħti twissija lis-sewwieq meta jinduna b'xi kwalunkwe avveniment u/jew difett. It-takografu għandu jagħti twissija lis-sewwieq 15-il minuta qabel ma jinqabeż il-ħin massimu ta' sewqan kontinwu permess u fil-ħin li dan jinqabeż.
2.It-twissijiet għandhom ikunu viżwali. It-twissijiet viżwali għandhom jintgħarfu b'mod ċar mill-utent, ikunu eżibiti b'mod li s-sewwieq jarahom u għandhom ikunu leġibbli b'mod ċar kemm bi nhar kif ukoll bil-lejl. Twissijiet bis-smigħ jistgħu jingħataw ukoll mat-twissijiet viżwali.
3.Twissijiet għandhom idumu mill-inqas 30 sekonda, sakemm ma jkunx rikonoxxut mill-utent billi jagħfas kwalunkwe buttuna fuq it-takografu.
4.Il-kawża tat-twissija għandha tintwera fuq it-takografu u tibqa' viżibbli sakemm ikun rikonoxxut mill-utent billi juża buttuna jew kmand speċifiku tat-takografu. Twissijiet addizzjonali jistgħu jkunu pprovduti, basta li dawn ma jħawdux lis-sewwieqa meta mqabbla ma' dawk definiti qabel.[Em. 43]
Artikolu 3f
Protezzjoni tad-data u privatezza
1.L-ipproċessar ta' data personali fil-kuntest ta' dan ir-Regolament għandu jitwettaq skont id-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE u taħt is-superviżjoni tal-awtorità indipendenti pubblika tal-Istat Membru rilevanti msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE.
2.Id-data strettament neċessarja għall-iskop tal-ipproċessar biss għandha tiġi proċessata.
3.L-ispeċifikazzjonijiet imsemmija f'dan ir-Regolament għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data personali reġistrata, proċessata u maħżuna mit-takografu, l-integrità tad-data u l-prevenzjoni tal-frodi kif ukoll il-manipulazzjoni illegali ta' din id-data.
Miżuri ta' sigurtà xierqa għandhom jiġu adottati biex jiggarantixxu li d-data personali tkun protetta b'mod partikolari fir-rigward ta':
–
l-użu ta' sistema satellitari tan-navigazzjoni globali (GNSS) għar-reġistrazzjoni tad-data tal-lokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4,
–
l-użu ta' komunikazzjoni mill-bogħod għal skopijiet ta' kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 5,
–
l-użu ta' takografu b'interfaċċja armonizzata kif imsemmi fl-Artikolu 6,
– l-iskambju elettroniku ta' informazzjoni fuq il-kards tas-sewwieqa kif imsemmi fl-Artikolu 26,
–
iż-żamma ta' rekords mill-impriżi tat-trasport kif imsemmi fl-Artikolu 29.
4.Is-sidien tal-vetturi u/jew tal-impriżi tat-trasport għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data personali.
5.Sabiex ikunu promossi l-prattiki tal-protezzjoni tad-data tajba, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Artikolu 29 għandhom ikunu parti mill-Forum tat-Takografu previst fl-Artikolu 41 ta' dan ir-Regolament.
6.Kull skambju ta' data transkonfinali ma' awtoritajiet ta' pajjżi terzi fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jeħtieġ l-eżistenza ta' salvagwardji ta' protezzjoni tad-data adegwati biex ikun żgurat li livell adegwat ta' protezzjoni jkun garantit, f'konformità mal-Artikoli 25 u 26 tad-Direttiva 95/46/KE.[Em. 44]
Artikolu 3g
Speċifikazzjonijiet
1.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 39 biex tadotta l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati neċessarji biex jiġu emendati u ssupplimentati l-Annessi ma' dan ir-Regolament biex jiġi żgurat li t-takografu, il-kards tat-takografu u s-softwer użat mill-uffiċjali tal-kontroll għall-analiżi u l-interpretazzjoni tad-data maħżuna fit-takografu jikkonformaw mal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari fil-Kapitoli I u II.
2.Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati msemmija fil-paragrafu 1 sa ...(12).
3.Fejn hu relevanti, u skont il-qasam kopert bl-ispeċifikazzjoni, l-ispeċifikazzjoni tista' tinkludi waħda jew aktar mit-tipi ta' dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a)
dispożizzjonijiet funzjonali li jiddeskrivu r-rwoli tad-diversi utenti u l-fluss tal-informazzjoni bejniethom;
(b)
dispożizzjonijiet tekniċi li jipprevedu li l-mezzi tekniċi jissodisfaw id-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti funzjonali stabbiliti f'dan ir-Regolament;
(c)
dispożizzjonijiet organizzazzjonali li jiddeskrivu l-obbligi proċedurali tad-diversi partijiet interessati;
(d)
dispożizzjonijiet ta' servizz li jiddeskrivu d-diversi livelli ta' servizzi u l-kontenut tagħhom.
4.L-ispeċifikazzjonijiet għandhom, fejn xieraq, ikunu bbażati fuq standards u għandhom jiggarantixxu l-interoperabbiltà u l-kompatibbiltà bejn id-diversi verżjonijiet u ġenerazzjonijiet ta' unitajiet tal-vetturi, kards tat-takografi u tagħmir tal-awtoritajiet tal-infurzar.
5.Fir-rigward tal-prestazzjoni tal-funzjonijiet tat-takografu intelliġenti msemmija fil-Kapitolu II, l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jinkludu r-rekwiżiti meħtieġa li jiggarantixxu l-akkuratezza u l-affidabilità tad-data pprovduta mill-użu ta' apparti esterni mwaħħal mat-takografu.
6.Kwalunkwe data li tista' tiġi trażmessa jew miġbura ġewwa jew barra mit-takografu, kemm jekk bla fili jew elettronikament, kemm jekk tifforma parti minn rekwiżit legali jew le, għandha tkun fil-forma ta' protokolli pubblikament disponibbli.
7.Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt inkluż analiżi dwar il-benefiċċji tan-nefqa qabel l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-Kapitoli II.[Em. 45]
KAPITOLU II
Apparat ta' reġistrazzjoniTakografi intelliġenti
Artikolu 4
Reġistrazzjoni tad-data ta' lokazzjoni
1.Id-data ta' lokazzjoni għandha tiġi reġistrata biex tippermetti l-identifikazzjoni tal-post tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu tax-xogħol ta' kuljum.Sabiex tkun faċilitatà l-verifika tal-konformità mal-leġiżlazzjoni relevanti, il-pożizzjoni tal-post tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu tax-xogħol ta' kuljum u ta' kull operazzjoni ta' trasport għandha tiġi reġistrata b'mod awtomatiku. Għal dak il-fini, il-vetturi fis-servizz għall-ewwel darba 48 xahar24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-ispeċifikazzjonijiet kif imsemmija f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 3gta' dan ir-Regolament għandhom ikunu mgħammra b‘apparat ta' reġistrazzjonitakografu konness ma' GNSS. [Em. 46]
1a.Fir-rigward tal-konnessjoni tat-takografu ma' sistema ta' satellita ta' navigazzjoni globali (GNSS), kif imsemmija fil-paragrafu 1, għandu jsir użu biss minn konnessjonijiet ta' servizz ta' lokalizzazzjoni ta' satellita li jisfruttaw servizz ta' lokalizzazzjoni bla ħlas. M'għanda tinħażen fit-takografu ebda data oħra ta' lokazzjoni minbarra dik espressa, kull fejn possibbli, f'koordinati ġeografiċi għad-determinazzjoni tal-postijiet tal-bidu u tat-tmiem imsemmija fil-paragrafu 1.[Em. 47]
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 li jirrigwardaw is-supplimentar tal-Anness IB bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċil-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati neċessarji li jippermettu l-ipproċessar tad-data ta' lokazzjoni riċevuta mill-GNSS mill-apparat ta' reġistrazzjonimit-takografu kif stabbilit f'dan l-Artikolu.
B'mod partikolari, l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
–
għandhom ikunu bbażati fuq l-użu ta' servizz ta' GNSS mingħajr ħlas;
–
hija biss id-data ta' lokazzjoni meħtieġa strettament biex tiġi kkontrollata l-informazzjoni rreġistrata mit-takografu mill-awtoritajiet ta' kontroll li għandha tiġi reġistrata awtomatikament u b'mod obbligatorju;
–
għandha titwettaq u tkun pubblikament disponibbli valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-data qabel l-adozzjoni tal-atti delegati msemmija f'dan l-Artikolu;
–
l-użu ta' sinjali awtentikati m'għandux ikun obbligatorju sakemm ma jkunux jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas.
L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jistabbilixxu t-tip ta' avvenimenti li jistgħu jikkawżaw reġistrazzjoni awtomatika ta' pożizzjoni u s-sitwazzjoni li għaliha għandha tibqa' possibbli reġistrazzjoni manwali. L-ispeċifikazzjoni għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti differenti għar-riċevitur tal-GNSS dwar jekk huwiex barra t-takografu jew huwiex integrat fih, u jekk ikun barra, kif il-GNSS għandha tiġi kkorrelata ma' data oħra dwar il-moviment tal-vettura.[Em. 48]
2a.Kull użu ieħor tad-data ta' lokazzjoni rreġistrata mit-takografu għandu jkun volontarju għal impriżi tat-trasport u għandu jkun konformi mal-qafas legali tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.[Em. 49]
Artikolu 5
KomunikazzjoniIdentifikazzjonimill-bogħod għal skopijiet ta' kontrollbikrija ta' manipulazzjoni jew użu ħażin possibbli[Em. 50]
1. Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli mmirati fil-ġenb tat-triq mill-awtoritajiet tal-kontroll kompetenti, l-apparat ta' reġistrazzjoniit-takografu installat fil-vetturi fis-servizzreġistrati għall-ewwel darba [48 xahar24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]tal-ispeċifikazzjonijiet imesmmija f'dan l-Artikolu u l-Artikolu 3g għandhom ikunu jistgħu jikkomunikaw lildata lil dawk l-awtoritajiet waqt li l-vettura tkun miexja. [Em. 51]
1a.L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet tal-kontroll tagħhom tagħmir ta' ditezzjoni bikrija mill-bogħod li huwa meħtieġ biex jippermetti l-komunikazzjoni tal-informazzjoni stipulata f'dan l-Artikolu.[Em. 52]
2. Għandha tiġi stabbilita komunikazzjoni mal-apparat ta' reġistrazzjoni bissl-komunikazzjoni tad-data, imsemmija fil-paragrafu 1, mat-takografu meta jkun mitlub mill-apparat tal-awtoritajiet tal-kontroll. Din għandha tkun sigura sabiex jiġu żgurati l-integrità tad-data u l-awtentifikazzjoni tal-apparat ta' reġistrazzjoni u ta' kontroll. L-aċċess għad-data kkomunikata għandu jkun ristrett għal dawk awtorizzati biex jinfurzaw biex jiġi kkontrollat il-ksur ta' dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) 561/2006 u għall-ħwienet tax-xogħol safejn ikun meħtieġ li jiġi vverifikat il-funzjonament tajjeb tat-takografu.[Em. 53]
3. Id-data skambjata matul il-komunikazzjoni għandha tkun limitata għad-data neċessarja għall-iskop tal-kontrolli mmirati fil-ġenb tat-triq. Tali data għandha tirrigwarda l-avvenimenti li ġejjin jew data rreġistrata mit-takografu:
–
It-tentattiv ta' ksur ta' sigurtà l-aktar riċenti
–
L-itwal interruzzjoni tal-provvista tal-elettriku
–
Ħsara fis-senser
–
Żball f'data ta' moviment
–
Kunflitt fil-moviment tal-vettura
–
Sewqan mingħajr kard valida
–
Introduzzjoni tal-kard waqt is-sewqan
–
Data dwar l-aġġustament tal-ħin
–
Kalibrazzjoni tad-data inkluż id-dati tal-aħħar żewġ kalibrazzjonijiet
–
Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Vettura
Id-data li tikkonċerna l-identità u n-nazzjonalità tas-sewwieq, l-attivitajiet tas-sewwieq u l-veloċità ma għandhiex tiġi komunikata. [Em. 54]
4. Id-data skambjata għandha tintuża għall-iskop uniku tal-kontroll tal-konformità ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament (KE) Nru 561/2006. Din ma għandhiex tiġi trażmessa lil entitajiet minbarra l-awtoritajiet ta' kontroll jew korpi ġudizzjarji, fil-qafas ta' proċedura ġudizzjarja li tkun għadha għaddejja. [Em. 55]
5. Id-data tista' tiġi maħżuna biss mill-awtoritajiet ta' kontroll għad-dewmien ta' kontroll fil-ġenb tat-triq, u għandha tiġi mħassra mhux aktar tard minn sagħtejn wara li din tiġi konklużali tkun ġiet ikkomunikata sakemm id-data ma tindikax manipulazzjoni jew użu ħażin possibbli tat-takografu. Jekk matul il-kontroll fil-ġenb tat-triq sussegwenti l-manipulazzjoni jew l-użu ħażin ma jiġix ikkonfermat, id-data trażmessa għandha titħassar. Data marbuta mal-identifikazzjoni tal-vettura jew ma' paremtru tekniku li ma fih ebda data personali jista' jintuża mill-awtoritajiet ta' kontroll għal raġunijiet statistiċi.[Em. 56]
6. Is-sid jew id-detentur tal-vettura għandu jkunL-impriża tat-trasport li tħaddem il-vettura għandha tkun responsabbli li jinformatinforma lis-sewwieq dwar il-possibbiltà ta' komunikazzjoni mill-bogħod. [Em. 57]
7. F'ebda ċirkostanza l-komunikazzjoni tal-kontroll mill-bogħod tat-tip deskritt f'dan l-Artikolu ma twassal għal multi jew pieni awtomatiċi għas-sewwieq jew l-impriża. L-awtorità tal-kontroll kompetenti, abbażi tad-data skambjata, tista' tiddeċiedi li twettaq kontroll fuq il-vettura u t-takografu. Ir-riżultat tal-komunikazzjoni mill-bogħod ma għandux iwaqqaf l-awtoritajiet ta' kontroll mill-jwettqu kontrolli mal-ġenb tat-triq ibbażta fuq is-sistema tal-klassifikazzjoni tar-riskju introdotta mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq****. [Em. 58]
8. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 li jikkonċernaw is-supplimentar tal-Anness IB bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċil-iżvilupp ta' speċifikazzjonijiet dettaljati neċessarji biex jippermettu l-komunikazzjoni mill-bogħod bejn l-apparat ta' reġistrazzjoniit-takografu u l-awtoritajiet tal-kontroll kompetenti stabbiliti f'dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni tista' wkoll testendi l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1 jekk tkun tista' turi fl-aħħar ta' dak il-perjodu li għad m'hemm l-ebda apparat xieraq disponibbli li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet mitluba.[Em 59+122]
Artikolu 6
Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (STI)
1. L-apparat ta' reġistrazzjoniIt-takografu diġitali għandu jkun interoperabbli mal-applikazzjonijiet tal-STI kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport*****.
1a.Hija biss data rreġistrata mit-takografu li hi strettament meħtieġa għall-ipproċessar f'applikazzjoni ta' STI li tista' tkun aċċessibbli.
Data rreġistrata mit-takografu tista' tiġi trasmessa lill-applikazzjonijiet tal-ITS sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a)
l-interfaċċja ma taffettwax l-awtentiċità u l-integrità tad-data tat-takografu;
(b)
l-apparat estern konness mal-interfaċċja għandu aċċess għal data personali, inkluż data ta' ġeolokalizzazzjoni, wara biss il-kunsens verifikabbli tas-sewwieq li għalih id-data hija relatata.[Em. 60]
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-vetturi fis-servizz għall-ewwel darba [48 xahar24 xahar wara d-dħul fis-seħħ dan ir-Regolament]tal-ispeċifikazzjoni tekniċi msemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu mgħammra b'apparat ta' reġistrazzjonib'takografu b'interfaċċja armonizzata li tippermettijippermetti li d-data reġistrata jew prodottali għandha tintuża għall-applikazzjonijiet tal-STI. [Em. 61]
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 li jikkonċernaw is-supplimentar tal-Anness IB bl-ispeċifikazzjonijietl-iżvilupp ta' speċifikazzjonijiet tal-interfaċċja armonizzata, id-drittijiet tal-aċċess u l-lista tad-data li jista' jkun hemm aċċess għaliha.
Il-Kummissjoni tista' wkoll testendi l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1 jekk tkun tista' turi fl-aħħar ta' dak il-perjodu li għad m'hemm l-ebda apparat xieraq disponibbli li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet mitluba.
Prijorità għandha tingħata lill-iżvilupp ta' applikazzjoni tal-ITS armonizzata li tippermetti li s-sewwieqa jinterpretaw id-data reġistrata fit-takografu sabiex tgħinhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni soċjali.[Em 62+123]
KAPITOLU III
Approvazzjoni tat-tip
Artikolu 7
Applikazzjonijiet
1. Il-manifatturi jew l-aġenti tagħhom għandhom jissottomettu applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' unità ta' vettura, senser tal-piż,senser tal-moviment, mudell tal-formula ta' reġistrazzjoni jew kard tat-takografu jew softwer li jintuża mill-awtoritajiet tal-kontroll kompetenti biex janalizzaw id-data, lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip magħżula għal dan l-iskop minn kull Stat Membru u li l-kundizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tagħhom huma rikonoxxuti mill-kumitat ta' ġestjoni tal-Grupp Uffiċjali Għoli dwar Is-Siġurtà tat-Tagħrif (SOG-IS) fil-qafas tal-ftehima Ewropea ta' għarfien reċiproku. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat tal-Ġestjoni tal-ftehim SOG-IS qabel ma tittieħed kull deċiżjoni ta' rikonoxximent ta' organizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni ta' pajjiż terz. [Em 63+150]
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni tal-anqas tliet xhur wara ...(13) l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtoritajiet magħżula skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-awtoritajiet magħżula għall-approvazzjoni tat-tip fuq il-websajt tagħha. [Em. 64]
2a.L-approvazzjoni tat-tip ta' takografi u ta' kards takografiċi għandhom jinkludu testijiet relatati mas-sigurtà, testijiet funzjonali u testijiet tal-interoperabbiltà. Riżultati pożittivi għal kull wieħed minn dawn it-testijiet għandhom jiġu ċċertifikati kif xieraq.[Em. 65]
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandha tkun akkumpanjata mill-ispeċifikazzjonijiet xierqa u miċ-ċertifikati msemmija fit-Taqsima VIII tal-Anness IB. Il-Kummissjoni għandha taħtar l-evalwaturi indipendenti li għandhom jagħtu ċ-ċertifikat tas-sigurtàdwar is-sigurtà, l-funzjonalità u l-interoperabilità. Għandha tipprovdi wkoll tagħrif dwar kif elementi tat-takografu jiġu siġillati. [Em. 66]
3a.Iċ-ċertifikat tas-sigurtà li jiddikjara l-konformità ma' miri ta' sigurtà għandu jingħata skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Iċ-ċertifikat tas-sigurtà għandu jinħareġ minn korp taċ-ċertifikazzjoni rikonoxxut mill-Kummissjoni.
Ċertifikat funzjonali għandu jinħareġ lill-manifattur biss wara li t-testijiet funzjonali kollha speċifikati skont dan ir-Regolament, li jiċċertifika li l-oġġett ittestjat jissodisfa r-rekwiżiti xierqa f'termini ta' funzjonijiet imwettqa, kejl eżatt u karatteristiċi ambjentali, ikunu għaddew b'suċċess. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha toħroġ iċ-ċertifikat funzjonali.
Ċertifikat tal-interoperabilità jingħata minn laboratorju wieħed bl-awtorità u r-responsabbiltà tal-Kummissjoni. It-testijiet ta' interoperabilità, li jiċċertifikaw li t-takografi u l-kard tat-takografu huma interoperabbli totalment mat-takografi meħtieġa jew mal-mudelli tal-kards tat-tokografi, għandhom jitwettqu f'konformità ma' dan ir-Regolament. Ebda test ta' interoperabilità ma għandu jitwettaq mil-laboratorju għal takografu jew kards tat-takografu li ma ngħatawx ċertifikat tas-sigurtà u ċertifikat ta' funzjonalità, ħlief fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija f'dan ir-Regolament.[Em. 67]
3b.Kull modifika fis-softwer jew ħardwer tat-takografu jew fin-natura tal-materjali użati għall-manifattura tiegħu għandhom, qabel ma jintużaw, jiġu nnotifikati lill-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip għat-tagħmir. Din l-awtorità għandha tikkonferma lill-manifattur l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip, jew tista' tirrikjedi aġġornament jew konferma taċ-ċertifikati rilevanti funzjonali, tas-sigurtà u/jew tal-interoperabilità.[Em. 68]
4. Applikazzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe tip wieħed ta' unità ta' vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta' reġistrazzjoni jew kard tat-takografu tista' tiġi ppreżentata biss lil Stat Membru wieħed.
Artikolu 8
L-għoti ta' approvazzjoni tat-tip
Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-komponent lil kwalunkwe xorta ta' unità ta' vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta' reġistrazzjoni jew, kard tat-takografu jew softwer għall-interpretazzjoni mill-awtoritajiet ta' kontroll ta' data maħżuna mit-takografu li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I jew IBstipulati fl-ispeċifikazzjonijiet imsemmija f'dan ir-Regolament, kemm-il darba dak l-Istat Membru jkun f'pożizzjoni li jikkontrolla li l-mudelli ta' produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. [Em. 69]
Kwalunkwe modifika fil-mudell approvat jew xi żidiet miegħu jridu jirċievu approvazzjoni tat-tip tal-UE addizzjonali mill-Istat Membru li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip tal-UE oriġinali.
Artikolu 9
Marka tal-approvazzjoni tat-tip
L-Istati Membri għandhom joħorġu lill-applikant marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE li għandha taqbel mal-mudell muri fl-Anness II, għal kull tip ta' unità ta' vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta' reġistrazzjoni jew kard tat-takografu li dawn japprovaw skont l-Artikolu 8.
Artikolu 10
Approvazzjoni jew ċaħda
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom, fir-rigward ta' kull tip ta' unità ta' vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta' reġistrazzjoni jew, kard tat-takografu jew softwer għall-interpretazzjoni mill-awtoritajiet ta' kontroll ta' data maħżuna mit-takografu, li dawn japprovaw, għandhom jibagħtu fi żmien xahar kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni flimkien ma' kopji tal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti inkluż informazzjoni dwar is-siġilli, lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra. [Em. 70]
Meta l-awtoritajiet kompetenti ma japprovawx l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, dawn għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra li l-approvazzjoni ġiet miċħuda u għandhom jikkomunikaw ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni.
Artikolu 11
Konformità tal-apparat mal-approvazzjoni tat-tip
1. Jekk Stat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Artikolu 8 isib li kwalunkwe unità ta' vettura, senser tal-moviment, formula ta' reġistrazzjoni jew kard tat-takografu li jkollhom il-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE li huwa jkun ħareġ ma jkunux jaqblu mal-prototip li huwa jkun approva, huwa għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-mudelli tal-produzzjoni jaqblu mal-prototip approvat. Il-miżuri li jistgħu jittieħdu, jekk dan ikun meħtieġ, jistgħu jwasslu għall-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.
2. Stat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jirtira din l-approvazzjoni jekk unità ta' vettura, senser tal-moviment, formula ta' reġistrazzjoni jew kard tat-takografu li jkunu ġew approvati ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament jew jekk juru waqt l-użu xi difett ġenerali li jagħmilhom mhux xierqa għall-iskop li huma maħsubin għalih.
3. Jekk Stat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip tal-UE jiġi nnotifikat minn Stat Membru ieħor dwar wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, huwa għandu wkoll, wara li jikkonsulta lill-Istat Membru l-ieħor, jieħu l-passi msemmija f'dawk il-paragrafi, soġġett għall-paragrafu 5.
4. Stat Membru li jivverifika li seħħ wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jista' jipprojbixxi, sa ma jingħata avviż ulterjuri, it-tpoġġija fis-suq u l-użu ta' unità ta' vettura, senser tal-moviment, formuli ta' reġistrazzjoni jew kards tat-takografu. L-istess japplika fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward ta' unità ta' vettura, senser tal-moviment, formuli ta' reġistrazzjoni jew kards tat-takografu li jkunu ġew eżentati mill-verifika inizjali tal-UE, jekk il-manifattur, wara li jkun ingħata twissija, ma jġibx l-apparat konformi mal-mudell approvat jew mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
F'kull każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lil xulxin u lill-Kummissjoni, fi żmien xahar, b'kull irtirar ta' approvazzjonjijiet tat-tip tal-UE jew b'kull miżuri oħrajn meħuda skont il-paragrafi 1, 2, u 3, u għandhom jispeċifikaw ir-raġunijet għal din l-azzjoni.
5. Jekk Stat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip tal-UE joġġezzjona dwar l-eżistenza ta' xi wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jiġu nnotifikati lilu, l-Istati Membri involuti għandhom jippruvaw isolvu t-tilwima u għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata.
Jekk taħditiet bejn l-Istati Membri ma jirriżultawx fi ftehim fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta ma' esperti mill-Istati Membri kollha u wara li tkun ikkunsidrat il-fatturi rilevanti kollha, bħal fatturi ekonomiċi u tekniċi, għandha tieħu deċiżjoni fi żmien sitt xhur mill-iskadenza ta' dak il-perjodu ta' erba' xhur li trid tiġi nnotifikata lill-Istati Membri involuti u fl-istess ħin kkomunikata lill-Istati Membri l-oħra. F'kull każ il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-limitu taż-żmien għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni.
Artikolu 12
Approvazzjoni tal-formuli ta' reġistrazzjoni
1. Applikant għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' mudell ta' formula ta' reġistrazzjoni jrid jistqarr fl-applikazzjoni tiegħu it-tip jew tipi ta' apparat ta' reġistrazzjoni msemmija fl-Annesstakografi analogi li għalihom hija intiża biex tintuża l-formula inkwistjoni, u għandu jipprovdi apparat xieraq ta' dan it-tip sabiex tkun tista' tiġi ittestjata l-formula.
2. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom jindikaw fuq iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni għall-mudell tal-formula ta' reġistrazzjoni t-tip jew tipi ta' apparat ta' reġistrazzjonitakografi analogi li għalihom jista' jintuża l-mudell tal-formula.
Artikolu 13
Ġustifikazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' ċaħda
Kull deċiżjoni meħuda taħt dan ir-Regolament li tiċħad jew li tirtira l-approvazzjoni tat-tip ta' unità ta' vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta' reġistrazzjoni jew kard tat-takografu għandha tispeċifika fid-dettall ir-raġunijet li hija bbażata fuqhom. Għandha tiġi kkomunikata deċiżjoni lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi infurmata dwar ir-rimedji li għandha għad-dispożizzjoni tagħha taħt il-liġijiet tal-Istati Membri u dwar il-limiti ta' żmien għall-użu ta' dawn ir-rimedji.
Artikolu 14
Rikonoxximent ta' apparat ta' reġistrazzjonitakografibl-approvazzjoni tat-tip
L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta li jirreġistra vetturi mgħammra b'apparat ta' reġistrazzjoni b'takografi, jew jipprojbixxi l-għoti ta' servizzi jew l-użu ta' din il-vettura għal xi raġuni marbuta mal-fatt li l-vettura hija mgħammra b'apparat bħal dan, jekk l-apparat ikollu l-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmija fl-Artikolu 9 u l-plakka ta' installazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(4).
Artikolu 15
Sigurtà
1. Il-manifatturi għandhom jiddisinjaw, jittestjaw u jirrevedu unitajiet ta' vettura, sensers tal-moviment, sensers tal-piż jew kards tat-takografu mmanifatturati sabiex jiskopru l-vulnerabbiltajiet li jinqalgħu fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, u jipprevjenu jew jimmitigaw l-isfruttament possibbli tagħhom. Il-frekwenza tat-testijiet għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru li jkun ta ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni, f'limitu ta' żmien li ma għandux jaqbeż is-sentejn.[Em 71+151]
2. Għal dan l-iskop, il-manifatturi għandhom jissottomettu d-dokumentazzjoni xierqa lill-evalwatur indipendentilill-korp taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7(3)fl-Artikolu 7(3a) għall-analiżi tal-vulnerabbiltajiet. [Em. 72]
3. Evalwaturi indipendentiGħall-finijiet tal-paragrafu 1, il-korp taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7(3a) għandhom iwettqu testijiet ta' penetrazzjonijiet fuq l-unitajiet tal-vetturi, is-sensers tal-moviment u l-kards tat-takografi biex jikkonfermaw li l-vulnerabbiltajiet magħrufa ma jistgħux jiġu sfruttati minn individwi fil-pussess ta' għarfien magħruf b'mod pubbliku. [Em. 73]
3a.Jekk matul it-testijiet kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 3, jiġu skoperti vulnerabbiltajiet fl-unità tal-vettura, is-sensers tal-moviment jew il-kards tat-takografi, dawn l-elementi ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq. F'każijiet bħal dawn, l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip għandu jirtiraha, f'konformità mal-Artikolu 11(2).[Em. 74]
3b.Meta manifattur jew korp ta' ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(3a) jidentifika vulnerabilità serja ħafna fl-unità tal-vettura, is-sensers tal-moviment jew il-kards tat-takografi u dawn l-elementi jkunu diġà tqiegħdu fis-suq, il-manifattur jew il-korp ta' ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7(3a) għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru mingħajr dewmien.[Em. 75]
3c.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-problema msemmija fil-paragrafu 3b tiġi indirizzata, b'mod partikolari mill-manifattur, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bil-vulnerabilitajiet misjuba u l-miżuri previsti jew meħuda. [Em. 76]
Artikolu 16
Testijiet fuq il-post
1. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw testijiet fuq il-post ta' apparat ta' reġistrazzjonitakografu li ma jkollux approvazzjoni tat-tip. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu b'mod reċiproku l-awtorizzazzjonijiet mogħtija minn Stat Membru wieħed.
2. Sewwieqa u impriżi tat-trasport li jipparteċipaw f'test fuq il-post għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 561/2006. Sabiex juru tali konformità, is-sewwieqa għandhom isegwu l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31(2).
3. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-proċeduri li jridu jiġu segwiti fit-twettiq ta' testijiet fuq il-post u l-formoli li jridu jintużaw sabiex jiġu mmonitorjati dawn it-testijiet fuq il-post. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 40(2).
KAPITOLU IV
Installazzjoni u spezzjoni
Artikolu 17
Installazzjoni u tiswija
1. L-apparat ta' reġistrazzjoniTakografi jistgħu jiġu installati jew imsewwija biss minn fitters jew minn ħwienet tax-xogħol approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għal dak il-għan b'konformità mal-Artikolu 19.
2. Il-fitters jew il-ħwienet tax-xogħol approvati għandhom jissiġillaw l-apparat ta' reġistrazzjoniit-takografu skont l-ispeċifikazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Artikolu 10, wara li jkunu vverifikaw il-funzjonament tajjeb tiegħu, u b'mod partikolari li l-ebda apparat ta' manipulazzjoni ma jista' juża jew ibiddel id-data reġistrata. [Em. 77]
3. Il-fitter jew il-ħanut tax-xogħol approvat għandu jpoġġi marka speċjali fuq is-siġilli li jwaħħal u, barra minn hekk, għat-takografu diġitali, għandu jniżżel id-data elettronika ta' sigurtà biex jitwettqu l-kontrolli tal-awtentikazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom iżommu reġistru tal-marki u tad-data elettronika tas-sigurtà użati u tal-kards tal-ħanut tax-xogħol u tal-fitters approvati maħruġa.
4. Sabiex jiġi ċċertifikat li l-installazzjoni tal-apparat ta' reġistrazzjonitat-takografu seħħet skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandha tintuża plakka ta' installazzjoni mwaħħla kif stipulat fl-Annessi I u IB.
5.Siġill għandu jitneħħa mill-fitters jew mill-ħwienet tax-xogħol approvati mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-paragrafu 1 jew mill-uffiċjali tal-kontroll, jew fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Anness I, it-Taqsima V, il-punt 4 jew fl-Anness IB, it-Taqsima V, il-punt 3. [Em. 78]
Artikolu 17a
Siġillar
1.Il-parti li ġejja tat-takografu għandha tiġi ssiġillata:
–
kull konnessjoni li, jekk tkun skonnettjata, tikkawża bidliet li ma jintgħarfux jew telf ta' data li ma jkunx jista' jiġi identifikat;
–
il-plakka tal-installazzjoni, sakemm ma tkunx imwaħħla b'tali mod li ma tkunx tista' titneħħa mingħajr ma l-marki tagħha jinqerdu.
2.Siġill jista' jitneħħa biss minn fitters jew ħwienet tax-xogħol approvati mill-awtoritajiet kompetenti skont Artikolu 17(1) jew mill-uffiċjali ta' kontroll ċertifikati, jew fiċ-ċirkostanzi deskritti f'dan ir-Regolament.
3.Kull darba li jinkiser siġill għandha titħejja stqarrija bil-miktub li tagħti r-raġunijiet għal din l-azzjoni u għandha titqiegħed għad-disponibbiltà tal-awtorità kompetenti.[Em. 79]
Artikolu 18
Spezzjonijiet tal-apparat ta' reġistrazzjonitat-takografi
L-apparat ta' reġistrazzjoniIt-takografi għandhom jkunu soġġetti għal spezzjoni regolari minn ħwienet tax-xogħol approvati. Għandha titwettaq spezzjoni regolari mill-anqas kull sentejn.
Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jinkludu l-kontrolli minimi li ġejjin:
(1)
li t-takografu qed jaħdem kif suppost;
(2)
li t-takografu għandu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip;
(3)
li l-marka tal-installazzjoni hija mwaħħla;
(4)
li s-siġilli fuq it-takografu u fuq partijiet oħra tal-installazzjoni huma intatti;
(5)
li ma hemm ebda tagħmir ta' manipulazzjoni mwaħħal mat-takografu.[Em. 80]
Il-ħwienet tax-xogħol għandhom iħejju rapport ta' spezzjoni fil-każijiet fejn kellhom jissewwew irregolaritajiet fil-funzjonament tal-apparat ta' reġistrazzjonitat-takografu, irrispettivament minn jekk dan iseħħx bħala riżultat ta' spezzjoni perjodika, jew spezzjoni mwettqa fuq talba speċifika tal-awtorità kompetenti nazzjonali. Il-ħwienet tax-xogħol għandhom iżommu lista tar-rapporti kollha ta' spezzjoni li jiġu ppreparati.
Ir-rapporti tal-ispezzjoni għandhom jinżammu mill-ħanut tax-xogħol għal perjodu minimu ta' sentejn minn meta jsir ir-rapport. Fuq talba mill-awtorità kompetenti, il-ħwienet tax-xogħol għandhom jagħmlu disponibbli r-rapporti tal-ispezzjonijiet u l-kalibrazzjonijiet imwettqa matul dak il-perjodu.
Artikolu 19
Approvazzjoni tal-fitters u l-ħwienet tax-xogħol
L-Istati Membri għandhom japprovaw, jikkontrollaw regolarment u jiċċertifikaw lill-fitters u l-ħwienet tax-xogħol li jistgħu jwettqu l-installazzjonijiet, il-kontrolli, l-ispezzjonijiet u t-tiswijiet tal-apparat ta' reġistrazzjoni tat-takografi.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fitters u l-ħwienet tax-xogħol ikunu kompetenti u affidabbli. Għal dan l-iskop, dawn għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw sett ta' proċeduri nazzjonali ċari u għandhom jiżguraw li l-kriterji minimi li ġejjin jiġu sodisfati:
(a)
il-persunal ikun imħarreġ kif xieraq;
(b)
l-apparat neċessarju għat-twettiq tat-testijiet u l-kompiti rilevanti jkun disponibbli;
(c)
il-fitters u l-ħwienet tax-xogħol huma ta' reputazzjoni tajba.
3. Il-verifiki tal-fitters u l-ħwienet tax-xogħol approvati għandhom jitwettqu kif ġej:
(a)
Fitters jew ħwienet tax-xogħol approvati għandhom ikunu soġġetti għal verifika annwali tal-proċeduri applikati mill-ħanut tax-xogħol fil-ġestjoni tal-apparat ta' reġistrazzjonitat-takografi. Il-verifika għandha tiffoka b'mod partikolari fuq il-miżuri ta' sigurtà meħuda u l-ġestjoni tal-kards tal-ħanut tax-xogħol.
(b)
Kontrolli tekniċi mingħajr preavviż tal-fitters jew tal-ħwienet tax-xogħol approvati għandhom jitwettqu għall-kontroll tal-kalibrazzjonijiet u tal-installazzjonijiet li jkunu twettqu. Dawn il-kontrolli għandhom ikopru mill-anqas 10 %20 % tal-ħwienet tax-xogħol approvati kull sena. [Em. 81]
4. L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu kunflitti ta' interess bejn il-fitters u l-ħwienet tax-xogħol u l-impriżi tat-trasport tat-triq. B'mod partikolari, jekk impriża tat-trasport qed topera wkoll bħala fitter jew ħanut tax-xogħol approvat, din ma għandhiex tkun awtorizzata tinstalla u tikkalibra apparat tar-reġistrazzjoni fil-vetturi tagħha stess.fil-każ ta' risku serju ta' kunflitt ta' interess, għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi addizzjonali biex jiżguraw li l-fitter jew il-ħanut tax-xogħol jikkonforma ma' dan ir-Regolament. [Em. 82]
5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-listi ta' fitters u ħwienet tax-xogħol approvati u l-kards maħruġin minnhom, kif ukoll kopji tal-marki u tal-informazzjoni neċessarja relatata mad-data tas-sigurtà elettronika użata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-fitters u l-ħwienet tax-xogħol approvati fuq il-websajt tagħha.
6. L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-approvazzjoni, jew temporanjament jew inkella b'mod permanenti, mill-fitters u l-ħwienet tax-xogħol li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament.
6a.L-Istati Membri għandhom jissorveljaw u jipprosegwixxu l-offerta dejjem tikber ta' installazzjonijiet frodulenti u l-installazzjoni ta' strumenti ta' manipulazzjoni għat-takografi fuq l-internet. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-attivitajiet tagħhom f'dan ir-rigward; il-Kummissjoni għandha imbagħad tagħmel l-informazzjoni disponibbli lill-awtoritajiet l-oħra kollha ta' kontroll tal-UE sabiex tinfurmahom dwar il-prattiki l-aktar ġodda f'installazzjoni u manipulazzjoni frodulenti. [Em. 152]
Artikolu 20
Kards tal-ħanut tax-xogħol
1. Il-perjodu ta' validità amministrattiva tal-kards tal-ħwienet tax-xogħol ma jistgħux jaqbżu aktar minn sena. Meta tiġġedded il-kard tal-ħanut tax-xogħol, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-kriterji elenkati fl-Artikolu 19(2) jkunu ssodisfati mill-fitters jew mill-ħanut tax-xogħol. [Em. 83]
2. Jekk il-kard tal-ħanut tax-xogħol tiġi estiża, issirilha ħsara, taħdem ħażin, jew tintilef jew tinsteraq, l-awtorità għandha tipprovdi kard ta' sostituzzjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi talba dettaljata għal dan. L-awtorità li toħroġ il-kard għandha żżomm reġistru tal-kards mitlufin, misruqin jew difettużi.
3. Meta Stat Membru jirtira l-approvazzjoni ta' fitter jew ħanut tax-xogħol kif stabbilit fl-Artikolu 19, dan għandu jirtira wkoll il-kards tal-ħanut tax-xogħol maħruġin lilu.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jevitaw li l-kards tal-ħwienet tax-xogħol distribwiti lil fitters u ħwienet tax-xogħol approvati jiġu ffalsifikati.
KAPITOLU V
Kards tas-sewwieqa
Artikolu 21
Ħruġ tal-kards tas-sewwieqa
1. Il-kard tas-sewwieq għandha tinħareġ, fuq talba tas-sewwieq, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn is-sewwieq ikun normalment residenti. Din għandha tinħareġ fi żmien xahar15 il-ġurnata minn meta l-awtorità kompetenti tirċievi t-talba. [Em. 84]
2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ‘residenza normali’ tfisser il-post fejn il-persuna normalment tgħix, jiġifieri mill-anqas għal 185 jum f'kull sena kalendarja, minħabba rbit personali u okkupazzjonali, jew, fil-każ ta' persuna mingħajr irbit okkupazzjonali, minħabba rbit personali li juri konnessjonijiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn qed tgħix; madankollu, ir-residenza normali ta' persuna li l-irbit okkupazzjonali tagħha huwa f'post differenti mill-irbit personali tagħha u li konsegwentement tgħix f'postijiet differenti li jinsabu f'żewġ Stati Membri jew iżjed għandha titqies li hija l-post tal-irbit personali tagħha, sakemm persuna bħal din tirritorna f'dak il-post regolarment. Mhijiex meħtieġa konformità ma' din l-aħħar kundizzjoni jekk il-persuna tkun qed tgħix fi Stat Membru biex twettaq inkarigu fuq perjodu fiss.
3. Is-sewwieqa għandhom jagħtu xhieda tar-residenza normali tagħhom permezz ta' mezzi approprjati, bħalma hi l-kard tal-identità jew dokument validu ieħor. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-kard tas-sewwieq ikollu dubji dwar il-validità ta' dikjarazzjoni dwar ir-residenza normali, jew għal finijiet ta' ċerti kontrolli speċifiċi, dawn jistgħu jitolbu aktar informazzjoni jew evidenza.
3a.Mingħajr preġudizzju għall-post ta' residenza tas-soltu u bil-għan li tiġi garantita kompetizzjoni ġusta fit-trasport bit-triq internazzjonali, il-kuntratt ta' impjieg individwali tas-sewwieqa internazzjonali għandu jkun regolat mid-dritt tal-pajjiż li fih, jew alternattivament, li minnu, fid-dawl tal-fatturi kollha li jikkaratterizzaw l-attivitajiet tiegħu, is-sewwieq jaqdi, fuq bażi regolari, il-maġġoranza tal-obbligi tiegħu fil-konfront ta' min iħaddmu, fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt tiegħu.[Em. 132]
4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru awtorizzanti għandhom, sa fejn ikun possibbli, jiżguraw li l-applikant ma jkollux diġà kard valida ta' sewwieq u għandhom jippersonalizzaw il-kard tas-sewwieq skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness IB.
5. Għal skopijiet amministrattivi, il-kard tas-sewwieq ma tistax tkun valida għal aktar minn ħames snin.
6. Kard tas-sewwieq valida ma tistax tiġi rtirata jew sospiża ħlief meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jindunaw li l-kard ġiet falsifikata, jew is-sewwieq ikun qiegħed juża kard li huwa mhuwiex id-detentur tagħha, jew li l-kard li jkollu tkun inkisbet bis-saħħa ta' dikjarazzjonijiet foloz u/jew dokumenti ffalsifikati. Jekk dawn il-miżuri ta' sospensjoni jew ta' rtirar jittieħdu minn Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru konċernat, dan tal-ewwel għandu jirritorna l-kard lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ħariġha, mill-aktar fis possibbli, u għandu jindika r-raġunijiet għalfejn qiegħed jirritornahagħall-irtirar jew is-sospensjoni. [Em. 85]
7. Il-kards tas-sewwieqa għandhom jinħarġu biss lill-applikanti li jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.
8. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw kull possibbiltà li l-kards tas-sewwieqa jiġu ffalsifikati.
Artikolu 22
Użu tal-kards tas-sewwieqa
1. Il-kard tas-sewwieq hija personali.
2. Is-sewwieq jista' jkollu kard valida waħda biss, u huwa awtorizzat li juża biss il-kard tiegħu personalizzata ta' sewwieq. Sewwieq ma għandux juża kard tas-sewwieq li tkun diffettuża jew li tkun skadiet.
Artikolu 23
Tiġdid tal-kards tas-sewwieqa
1. Meta sewwieq ikun jixtieq iġedded il-kard tas-sewwieq tiegħu, għandu japplika mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza normali mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol qabel l-iskadenza tal-kard.
2. Meta l-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza normali jkunu differenti minn dawk li jkunu ħarġu l-kard u fejn dawn ta' qabel ikunu mitluba jġeddu l-kard tas-sewwieq, dawn għandhom jinformaw lill-awtoritajiet li ħarġu l-kard l-antika bir-raġunijiet għat-tiġdid tagħha.
3. Fil-każ ta' talba għat-tiġdid ta' kard li d-data tal-iskadenza tagħha tkun qed toqrob, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi kard ġdida wara d-data tal-iskadenza sakemm dik it-talba tkun intbagħtet fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 1.
Artikolu 24
Kards tas-sewwieqa misruqin, mitlufin jew difettużi
1. L-awtorità li toħroġ il-kards għandha żżomm rekords tal-kards tas-sewwieqa maħruġin, misruqin, mitlufin jew difettużi għal perjodu mill-anqas ekwivalenti għall-perjodu tagħhom ta' validità amministrattiva.
2. Jekk kard tas-sewwieq ikollha l-ħsara jew ma taħdimx sew, is-sewwieq għandu jirritornaha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza normali. Is-serq tal-kard tas-sewwieq għandu jiġi ddikjarat formalment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat fejn ikun seħħ is-serq.
3. It-telf tal-kard tas-sewwieq għandu jiġi rrapportat f'dikjarazzjoni formali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħariġha u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza normali jekk dan ikun differenti.
4. Jekk il-kard tas-sewwieq issirilha ħsara, taħdem ħażin jew tintilef jew tinsteraq, is-sewwieq għandu fi żmien sebat ijiem kalendarji japplika għas-sostituzzjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza normali tiegħu. Dawn l-awtoritajiet għandhom jipprovdu kard ta' sostituzzjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li jirċievu talba dettaljata għal dan.
5. Fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 4, is-sewwieq jista' jkompli jsuq mingħajr kard tas-sewwieq għal perjodu massimu ta' 15-il jum kalendarju jew għal perjodu itwal jekk dan ikun neċessarju għall-vettura biex tmur lura lejn is-sit tagħha, sakemm is-sewwieq jista' juri l-impossibbiltà li jipproduċi jew juża l-kard matul dan il-perjodu.
Artikolu 25
Rikonoxximent reċiproku u skambju tal-kards tas-sewwieqa
1. Il-kards tas-sewwieqa maħruġa mill-Istati Membri għandhom ikunu rikonoxxuti reċiprokament.
2. Meta d-detentur ta' kard tas-sewwieq valida maħruġa minn Stat Membru jkun stabbilixxa r-residenza normali tiegħu fi Stat Membru ieħor, jista' jitlob li l-kard tiegħu tiġi mibdula għal kard tas-sewwieq ekwivalenti. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istat Membru li jagħmel il-bidla li jivverifika jekk il-kard li ġiet ippreżentata għadhiex valida.
3. L-Istati Membri li jwettqu dan il-bdil għandhom jirritornaw il-kard il-qadima lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ħariġha u jindikaw ir-raġunijiet għaliex.
4. Meta Stat Membru jissostitwixxi jew ibiddel kard tas-sewwieq, is-sostituzzjoni jew il-bidla għandha tiġi rreġistrata f'dak l-Istat Membru.
Artikolu 26
Skambju elettroniku ta' informazzjoni dwar il-kards tas-sewwieqa
1. Sabiex jiġi żgurat li applikant ma jkollux diġà kard tas-sewwieq valida kif imsemmi fl-Artikolu 21(4), l-Istati Membri għandhom iżommu reġistri elettroniċi nazzjonali li jkun fihom l-informazzjoni li ġejja dwar il-kards tas-sewwieqa għal perjodu li huwa mill-anqas ekwivalenti għall-perjodu ta' validità amministrattiva tagħhom:
–
Il-kunjom u l-ewwel isem tas-sewwieq
–
Id-data u l-post tat-twelid tas-sewwieq
–
In-numru tal-liċenzja tas-sewqan validu u l-pajjiż li jkun ħareġ il-liċenzja tas-sewqan (jekk applikabbli) [Em. 86]
–
L-istatus tal-kard tas-sewwieq.
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi jkunu interkonnessi u aċċessibbli fl-Unjoni kollha, bl-użu tas-Sistema ta' Messaġġi TACHOnet jew sistema kompatibbli. [Em. 87]
3. Meta joħorġu, iġeddu jew jissostitwixxu kard tas-sewwieq, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw permezz ta' skambju ta' data elettronika li s-sewwieq ma għandux diġà kard tas-sewwieq valida oħra. Id-data skambjata għandha tkun limitata għad-data neċessarja għall-fini ta' din il-verifika.
4. L-uffiċjali tal-kontroll jista‘għandu jkollhom aċċess għar-reġistru elettroniku sabiex jikkontrollow l-istatus tal-kard tas-sewwieq. [Em. 88]
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi proċeduri komuni u speċifikazzjonijiet neċessarji għall-interkonnessjoni msemmija fil-paragrafu 2, inkluż il-format għad-data skambjata, il-proċeduri tekniċi għall-konsulenza elettronika tar-reġistri elettroniċi nazzjonali, il-proċeduri ta' aċċess u l-mekkaniżmi ta' sigurtà. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 40(3).
Il-kards tas-sewwieqa għandhom jinħarġu skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu sat-18 ta' Jannar 2018. B'effett mid-19 ta' Jannar 2018, il-kards tas-sewwieqa għandhom ikunu inkorporati fil-liċenzji tas-sewqan u maħruġa, mġedda, mibdula u ssostitwiti skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126/KE.
Fi żmien 24 xahar minn ...(14), il-Kummissjoni għandha twettaq Valutazzjoni tal-Impatt dwar il-fattibilità u l-merti li jkunu amalgamati l-kards kollha użati minn sewwieqa professjonali, b'mod partikolari l-kard tas-sewwieq mal-liċenzja tas-sewwieq, sabiex jitnaqqas l-ammont ta' frodi li qed iseħħ bħalissa fir-rigward tal-kards. B'mod partikolari l-Kummissjoni għandha teżamina s-soluzzjonijiet tekniċi kollha li huma disponibbli, il-problemi ta' kompatibilità tal-kards u l-kwistjonijiet relatati mal-ħarsien tad-data. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika s-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew fi żmien 30 xahar minn ...+.[Em. 89]
KAPITOLU VI
Użu ta' apparat
Artikolu 28
Użu korrett tal-apparat ta' reġistrazzjonitat-takografi
1. L-impriża tat-trasport, is-sid tal-vettura u s-sewwieq għandhom jiżguraw il-funzjonament korrett u l-użu xieraq tal-apparat ta' reġistrazzjonitat-takografu u l-kard tas-sewwieq fejn sewwieq ikun meħtieġ isuq vettura armata bl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IBb'takografu diġitali. Kull meta jintuża takografu analogu, l-impriża tat-trasport u s-sewwieq għandhom jiżguraw il-funzjonament tajjeb tiegħu u l-użu xieraq tal-folja ta' reġistrazzjoni. [Em. 90]
1a.It-takografu diġitali m'għandux jiġi stabbilit b'mod li jaqleb awtomatikament għal indikazzjoni speċifika meta l-magna jew l-ignition tal-vettura tintefa. Is-sewwieq għandu jkun jista' jagħżel manwalment kategorija, skont l-attività jew il-mistrieħ tiegħu wara t-tifi.[Em. 91]
2. Għandu jkun ipprojbit li wieħed jiffalsifika, jaħbi, jissopprimi jew jeqred id-data rreġistrata fuq il-formula ta' reġistrazzjoni, li tkun maħżuna fl-apparat ta' reġistrazzjonifit-takografu jew fuq il-kard tas-sewwieq, jew fuq il-kopji stampati li joħorġu mill-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IBmit-takografu diġitali. Kwalunkwe manipulazzjoni tal-apparat ta' reġistrazzjonitat-takografi, tal-formula ta' reġistrazzjoni jew tal-kard tas-sewwieq li tista' tirriżulta fil-falsifikazzjoni, soppressjoni jew qerda tad-data u/jew tal-informazzjoni stampata għandha tkun ipprojbita wkoll. Ebda apparat li jista' jintuża għal dan il-għan ma għandu jkun preżenti fuq il-vettura.
3. Il-vetturi ma għandhomx ikunu armati b'aktar minn apparat ta' reġistrazzjonitakografu wieħed ħlief għall-fini tat-testijiet fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 16.
4. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, ir-reklamar u/jew il-bejgħ ta' apparat mibni u/jew maħsub għall-manipulazzjoni tal-apparat ta' reġistrazzjoni tat-takografi.
4a.L-Istati Membri għandhom jissorveljaw u jipprosegwixxu l-offerta dejjem tikber ta' installazzjonijiet frodulenti u l-installazzjoni ta' strumenti ta' manipulazzjoni għat-takografi fuq l-internet. [Em. 153]
Artikolu 29
Ir-responsabbiltà tal-impriża
-1.L-impriża tat-trasport għandha:
(1)
tagħti lis-sewwieqa li timpjega jew li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha t-taħriġ u l-istruzzjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-funzjonament korrett tat-takografi;
(2)
twettaq kontrolli regolari biex tiżgura li s-sewwieqa li timpjega jew li huma għad-dispożizzjoni tagħha jagħmlu użu tajjeb mit-takografi u;
(3)
ma tagħti ebda inċentivi diretti jew indiretti lis-sewwieqa li timpjega jew li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha li jistgħu jinkoraġġixxu l-użu ħażin tat-takografi.[Em. 92]
1. L-impriża tat-trasport għandha toħroġ għadd suffiċjenti ta' formuli tar-reġistrazzjoni lis-sewwieqa tal-vetturi mgħammra bl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness Ib'takografu analogu b'kunsiderazzjoni tal-fatt li dawn il-formuli huma ta' natura personali, it-tul tal-perjodu tas-servizz u l-possibbiltà tal-bżonn li jinbidlu l-formuli li ssirilhom ħsara, jew li jkunu ttieħdu minn uffiċjal awtorizzat tal-ispettorat. L-impriża tat-trasport għandha toħroġ lis-sewwieqa formuli ta' reġistrazzjoni ta' mudell approvat biss li huwa xieraq għall-użu fl-apparat installat fil-vettura.
Meta l-vettura tkun mgħammra bl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IBb'takografu diġitali l-impriża tat-trasport u s-sewwieq għandhom jiżguraw li, b'kunsiderazzjoni tat-tul tal-perjodu ta' servizz, l-istampar meta mitlub kif imsemmi fl-Anness IB jista' jsir b'mod korrett fil-każ ta' spezzjoni.
2. L-impriża tat-trasport għandha żżomm il-formuli ta' reġistrazzjoni u l-kopji stampati, kull meta jkunu nħarġu kopji stampati b'konformità mal-Artikolu 31, f'ordni kronoloġika u f'forma li tista' tinqara għal mill-inqas sena wara l-użu tagħhom u għandha tagħti kopji lis-sewwieqa kkonċernati li jitolbuhom. L-impriża tat-trasport għandha wkoll tagħti kopja tad-data mniżżla mill-kards tas-sewqan, lis-sewwieqa kkonċernati li jitolbuhom u l-verżjonijiet tal-kopji stampati ta' dawn il-kopji. Il-formuli ta' reġistrazzjoni, il-kopji stampati u d-data mniżżla għandhom jintwerew jew jingħataw meta mitluba minn kwalunkwe uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.
3. Impriża tat-trasport għandha tkun responsabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament imwettaq mis-sewwieqa tal-impriża. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membrijew minn dawk li jkunu għad-dispożizzjoni tagħha. Waqt li Stati Membri jistgħu li jżommu l-impriżi tat-trasport kompletament responsabbli, jekk jagħmlu dan l-Istati Membri jistgħu madankollu jqisu kwalunkwe prova li turi li l-impriża tat-trasport ma tistax raġonevolment tinżamm responsabbli għall-ksur li jkun sar.
L-awtoritajiet ta' kontroll għandhom jagħmlu kontrolli regolari skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006. [Em 94+124+133]
Artikolu 30
Użu tal-kards tas-sewwieqa u l-formuli ta' reġistrazzjoni
1. Is-sewwieqa għandhom jużaw il-formuli ta' reġistrazzjoni jew il-kards tas-sewwieqa kull jum li fih isuqu, li jibda mill-mument meta jieħdu f'idejhom il-vettura. Il-formula ta' reġistrazzjoni jew il-kard tas-sewwieq ma għandhiex tiġi rtirata qabel it-tmiem tal-perjodu tax-xogħol ta' kuljum sakemm dan l-irtirar ma jiġix awtorizzat mod ieħor. Ebda formula ta' reġistrazzjoni jew kard tas-sewwieq ma tista' tintuża fuq perjodu itwal minn dak li hija maħsuba għalih.
2. Is-sewwieq għandu jipproteġi b'mod xieraq il-formuli ta' reġistrazzjoni jew il-kards tas-sewwieqa, u ma għandux juża formuli jew kards li jkunu maħmuġin jew bil-ħsara.
3. Meta s-sewwieq ma jkunx jista' juża l-apparat ta' reġistrazzjonit-takografu installat fil-vettura minħabba li s-sewwieq kien ‘il bogħod mill-vettura, il-perjodi tal-ħin imsemmija fil-punti (ii) u (iii) tal-paragrafu 5(b) għandhom:
(a)
jekk il-vettura tkun mgħammra bl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness Ib'takografu analogu jiddaħħlu fil-formula ta' reġistrazzjoni, jew manwalment, jew b'reġistrazzjoni awtomatika jew b'mezzi oħra, b'mod li jistgħu jinqraw u mingħajr ma titħammeġ il-formula; jew
(b)
jekk il-vettura tkun mgħammra bl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IBb'takografu diġitali, jiddaħħlu fil-kard tas-sewwieq bl-użu tal-faċilità ta' dħul manwali li hemm fl-apparat ta' reġistrazzjonifit-takografu.
Għal fini ta' kontroll, il-perjodi ta' ħin li matulhom ma tiġix irreġistrata attività għandhom jitqiesu bħala mistrieħ jew pawża. Is-sewwieqa mhumiex obbligati jirreġistraw il-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u ta' kull ġimgħa metaL-Istati Membri m'għandhom jimponu rekwiżit fuq is-sewwieqa li jippreżentaw formoli li juru l-attivitajiet tagħhom waqt li jkunu ‘l bogħod mill-vettura. [Em. 95]
4. Fejn ikun hemm aktar minn sewwieq wieħed fuq il-vettura mgħammra bl-apparat ta' reġistrazzjonib'takografu diġitali, kull sewwieq għandu jiżgura illi l-kard tas-sewwieq tiegħu tiddaħħal fl-islott it-tajjeb fl-apparat ta' reġistrazzjonifit-takografu.
Meta jkun hemm iktar minn sewwieq wieħed f'vettura mgħammrabl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IBb'takografu analogu, is-sewwieqa għandhom jemendaw il-formuli ta' reġistrazzjoni skont kif ikun hemm bżonn, sabiex l-informazzjoni msemmija fit-Taqsima II (a), (b) u (c) tal-Anness I tiġi rreġistrata fuq il-formula ta' reġistrazzjoni tas-sewwieq li jkun attwalment qiegħed isuq.
5. Is-sewwieqa għandhom:
(a)
jiżguraw li l-ħin irreġistrat fuq il-formula jaqbel mal-ħin uffiċjali fil-pajjiż ta' reġistrazzjoni tal-vettura;
(b)
joperaw il-mekkaniżmi tal-iswiċċ li jippermettu li l-perjodi ta' ħin li ġejjin jiġu rreġistrati separatament u b'mod distint:
(i)
taħt is-sinjal : ħin ta' sewqan,
(ii)
taħt is-sinjal : ‘xogħol ieħor’, li tfisser kull attività minbarra s-sewqan, kif definita fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2002/15/KE, kif ukoll kull xogħol għall-istess persuna li tħaddem jew għal xi persuna oħra li tħaddem kemm fis-settur tat-trasport jew barra minnu,
(iii)
taħt is-sinjal : ‘disponibbiltà’, kif definita fl-Artikolu 3(b) tad-Direttiva 2002/15/KE;
(iv)
taħt is-sinjal : pawżi fix-xogħol u perjodi ta' mistrieħ.
6. Kull sewwieq għandu jdaħħal l-informazzjoni li ġejja fuq il-formula ta' reġistrazzjoni tiegħu:
(a)
meta jibda juża l-formula ‐ kunjomu u l-ewwel isem tiegħu;
(b)
id-data u l-post fejn jibda l-użu tal-formula u d-data u l-post fejn jintemm dan l-użu;
(c)
in-numru ta' reġistrazzjoni ta' kull vettura li huwa jkun ġie assenjat għaliha, kemm fil-bidu tal-ewwel vjaġġ irreġistrat fuq il-formula kif ukoll, fil-każ ta' bdil tal-vettura, waqt l-użu tal-formula;
(d)
il-qari tal-odometru:
(i)
fil-bidu tal-ewwel vjaġġ irreġistrat fuq il-formula,
(ii)
fit-tmiem tal-aħħar vjaġġ irreġistrat fuq il-formula,
(iii)
fil-każ ta' bidla fil-vetturi waqt ġurnata tax-xogħol, il-qari fuq l-ewwel vettura li huwa ġie assenjat għaliha u l-qari fuq il-vettura ta' wara;
(e)
il-ħin ta' kull bidla tal-vettura.
7. Is-sewwieq għandu jdaħħal fl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IBfit-takografu diġitali is-simboli tal-pajjiżi li fihom jibda u jtemm il-perjodu tax-xogħol tiegħu ta' kuljum. Madankollu, Stat Membru jista' jeħtieġ li s-sewwieqa ta' vetturi involuti f'operazzjonijiet ta' trasport fit-territorju tiegħu jżidu aktar speċifikazzjonijiet ġeografiċi dettaljati mas-simbolu tal-pajjiż sakemm l-Istat Membru jkun innotifikahom lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' April 1998. [Em. 96]
Mhuwiex neċessarju li s-sewwieqa jdaħħlu din l-informazzjoni jekk l-apparat ta' reġistrazzjonitakografu jirreġistra awtomatikament id-data tal-lokazzjoni skont l-Artikolu 4.
Artikolu 31
Kards tas-sewwieqa jew formuli ta' reġistrazzjoni bil-ħsara
1. Fil-każ li ssir ħsara lill-formula li jkun fiha reġistrazzjonijiet jew lill-kard tas-sewwieq, is-sewwieqa għandhom iwaħħlu l-formula jew il-kard tas-sewwieq li tkun ġratilha l-ħsara mal-formula żejda użata biex tibdilha.
2. Jekk il-kard tas-sewwieq ikollha l-ħsara, ma tkunx taħdem sew, jew tkun intilfet jew insterqet, is-sewwieq għandu:
(a)
fil-bidu tal-vjaġġ tiegħu, jistampa d-dettalji tal-vettura li jkun qiegħed isuq, u għandu jdaħħal f'dik il-kopja stampata:
(i)
id-dettalji li bihom is-sewwieq jista' jiġi identifikat (l-isem, in-numru tal-kard tas-sewwieq jew tal-liċenzja tas-sewqan), inkluża l-firma tiegħu;
fl-aħħar tal-vjaġġ, jistampa l-informazzjoni dwar il-perjodi ta' ħin irreġistrati mill-apparat ta' reġistrazzjonimit-takografu, jirreġistra kull perjodu ta' xogħol ieħor, disponibbiltà u mistrieħ li jkun ħa mill-ħin mindu saret il-kopja stampata fil-bidu tal-vjaġġ, meta ma jkunx irreġistrat mill-apparat ta' reġistrazzjoni mit-takografu, u jimmarka fuq dak id-dokument id-dettalji li bihom is-sewwieq jista' jiġi identifikat (l-isem, in-numru tal-kard s-sewwieq jew tal-liċenzja tas-sewqan), inkluża l-firma tiegħu.
Artikolu 32
Rekords li jridu jinġarru mis-sewwieq
1. Fejn is-sewwieq isuq vettura li tkun mgħammrabl-apparat ta' reġistrazzjonib'takografu anologu msemmi fl-Anness I, is-sewwieq għandu jkun kapaċi juri, kull meta jintalab minn uffiċjal li jispezzjona:
(i)
il-formuli ta' reġistrazzjoni għall-jum attwali u dawk użati mis-sewwieq fit-28 jum ta' qabel,
(ii)
il-kard tas-sewwieq jekk dan ikollu waħda, u
(iii)
kull rekord manwali u kopji stampati li jkunu saru matul il-jum attwali u t-28 jum ta' qabel kif meħtieġ taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006.
2. Meta s-sewwieq isuq vettura mgħammrabl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IBb'takografu diġitali, hu għandu jkun kapaċi juri, kull meta jintalab minn uffiċjal li jispezzjonaw:
(i)
il-kard tas-sewwieq tiegħu,
(ii)
kull rekord manwali u kopja stampata li tkun saret matul il-jum attwali u t-28 jum ta' qabel kif mitlub taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006, u
(iii)
il-formuli ta' reġistrazzjoni li jaqblu mal-istess perjodu bħal dak imsemmi fil-punt (ii) li matulu huwa saq vettura mgħammrabl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness Ib'takografu analogu.
3. Uffiċjal ta' spezzjoni awtorizzatċċertifikat jista' jivverifika l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006 billi janalizza l-formuli ta' reġistrazzjoni, tad-data murija jew stampata jew imniżżla li tkun ġiet irreġistrata mill-apparat ta' reġistrazzjonimit-takografu jew mill-kard tas-sewwieq jew, fin-nuqqas ta' dan, billi janalizza kwalunkwe dokument ieħor ta' appoġġ illi jiġġustifika n-nuqqas ta' konformità ma' xi disposizzjoni, bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 24(2) u 33(2) ta' dan ir-Regolament. [Em. 97]
3a.Il-Kummissjoni għandha twettaq studju tar-reġimi ta' infurzar fl-Istati Membri kollha, fi żmien 18-il xahar mill-għoti tal-ewwel Ċertifikati tal-Uffiċjali tal-Infurzar, biex tistabbilixxi kemm hemm uffiċjali ċċertifikati f'kull Stat Membru.
Minn hemm ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sena, jippreċiżaw it-taħriġ li rċevew l-uffiċjali, u n-numru ta' Uffiċjali tal-Infurzar attivi li jkunu kisbu ċ-Ċertifikat ta' Nfurzar Ewropew.[Em. 98]
Artikolu 33
Proċeduri fil-każ ta' apparat li ma jaħdimx sew
1. Fil-każ ta' ħsara jew operazzjoni difettuża tal-apparat ta' reġistrazzjonitat-takografu, l-impriża tat-trasport trid tieħdu għat-tiswija għand fitter jew ħanut tax-xogħol approvat, hekk kif jippermettu ċ-ċirkostanzi.
Jekk il-vettura ma tkunx tista' tittieħed lura lejn il-post fi żmien perjodu ta' ġimgħa kkalkulat mill-ġurnata tal-ħsara jew ta' meta tinstab l-operazzjoni difettuża, it-tiswija għandha ssir fit-triq.
Miżuri meħuda minn Stati Membri skont l-Artikolu 37 jistgħu jagħtu setgħa lill-awtoritajiet kompetenti sabiexgħandhom jinkludu s-setgħa tal-awtoritajiet kompetenti li jipprojbixxu l-użu tal-vettura f'każijiet fejn ħsara jew operazzjoni difettuża ma tkunx ġiet irranġata skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan l-Artikolu. [Em. 99]
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tagħmel verifiki ta' trattament indaqs bejn vetturi nazzjonali u barranin sabiex tiġi evitata d-diskriminazzjoni.[Em. 100]
2. Waqt li l-apparat ta' reġistrazzjonit-takografu jkun bil-ħsara jew ma jkunx qiegħed jaħdem sew, is-sewwieqa għandhom jimmarkaw data li tippermetti l-identifikazzjoni tas-sewwieq (l-isem, in-numru tal-kard tas-sewwieq jew tal-liċenzja tas-sewqan), inkluża l-firma, kif ukoll l-informazzjoni kollha għad-diversi perjodi ta' żmien li ma jkunux għadhom irreġistrati jew stampati b'mod korrett mill-apparat ta' reġistrazzjonimit-takografu:
(a)
fuq il-formula jew formuli ta' reġistrazzjoni, jew
(b)
fuq formula temporanja li trid tiġi mehmuża mal-formula ta' reġistrazzjoni jew tinżamm flimkien mal-kard tas-sewwieq.
KAPITOLU VII
Protezzjoni tad-data, Infurzar u pieni [Em. 101]
Artikolu 34
Protezzjoni ta' data personali
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar ta' data personali fil-kuntest ta' dan ir-Regolament jitwettaq skont id-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE u taħt is-superviżjoni tal-awtorità indipendenti pubblika tal-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE.
2.L-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jiżguraw li d-data personali tkun protetta fir-rigward ta':
–
l-użu ta' sistema satellitari tan-navigazzjoni globali (GNSS) għar-reġistrazzjoni tad-data tal-lokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4,
–
l-użu ta' komunikazzjoni mill-bogħod għal skopijiet ta' kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 5,
–
l-użu ta' apparat ta' reġistrazzjoni ma' interfaċċja armonizzata kif imsemmi fl-Artikolu 6,
–
l-iskambju elettroniku ta' informazzjoni fuq il-kards tas-sewwieqa kif imsemmi fl-Artikolu 26,
–
iż-żamma ta' rekords mill-impriżi tat-trasport kif imsemmi fl-Artikolu 29.
3.L-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB għandu jkun magħmul f'mod li jiżgura l-privatezza. Id-data strettament neċessarja għall-iskop tal-ipproċessar biss għandha tiġi proċessata.
4.Is-sidien tal-vetturi u/jew tal-impriżi tat-trasport għandhom jikkonformaw, fejn applikabbli, mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data personali. [Em. 102]
Article 34a
L-uffiċjali tal-kontroll
1.Biex tiġi mmonitorjata kif jixraq il-konformità ma' dan ir-Regolament, għandhom ikunu disponibbli biżżejjed tagħmir standard u setgħat legali xierqa għall-uffiċjali kollha ċetifikati tal-kontroll biex ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari:
(a)
L-uffiċjali ċċertifikati tal-kontroll għandu jkollhom fil-pussess tagħhom kards ta' kontroll li jippermettulhom aċċess għad-data rreġistrata fit-takografu u fil-kards tat-takografi, inkluża l-kard tal-ħanut tax-xogħol.
(b)
L-uffiċjali ċċertifikati tal-kontroll għandu jkollhom l-għodod armonizzati u standardizzati u s-softwer tat-tip approvat biex iniżżlu l-fajls tad-data tal-unità tal-vettura u l-kards tat-takografu u jkunu jistgħu janalizzaw malajr dawn il-fajls tad-data u l-kopji stampati mit-takografu diġitali flimkien mal-folji jew ċarts mit-takografu analogu.
2.Jekk wara li jkunu wettqu kontroll, l-uffiċjali ċċertifikati tal-kontroll isibu biżżejjed provi li jqajmu suspett raġonevoli ta' frodi, għandu jkollhom is-setgħa li jakkumpanjaw il-vettura sa ħanut tax-xogħol awtorizzat biex jitwettqu aktar testijiet biex jiġi kkontrollat, b'mod partikolari:
(a)
li t-takografu jaħdem kif suppost;
(b)
li t-takografu jirreġistra u jaħżen id-data korrettament; u
(c)
li l-parametri tal-kalibrazzjoni huma korretti.
3.L-uffiċjali ċċertifikati tal-kontroll għandu jkollhom is-setgħa li jagħtu istruzzjonijiet lill-ħwienet tax-xogħol awtorizzati biex iwettqu t-test imsemmi fil-paragafu 2 u testijiet speċifiċi mfassla biex jittestjaw il-preżenza ta' apparat ta' manipulazzjoni. Jekk jinstab apparat ta' manipulazzjoni, it-tagħmir, inkluż l-apparat innifsu, l-unità tal-vettura jew il-komponenti tagħha u l-kard tas-sewwieq jistgħu jitneħħew mill-vettura u jintużaw bħala provi f'konformità mar-regoli nazzjonali tal-proċedura relatati mat-trattament ta' provi bħal dawn.
4.L-uffiċjali ċċertifikati tal-kontroll għandhom jagħmlu użu mill-possibilità li jiċċekkjaw it-takografi u l-kards tas-sewwieqa li jkunu fil-post matul kontroll tal-uffiċċji tal-impriża.
5.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 39 biex tiżviluppa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali rigward l-apparat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.[Em. 103]
Artikolu 35
Taħriġ tal-uffiċjali ta' kontroll
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjali ta' kontroll ikunu mħarrġa kif xieraq għall-analiżi tad-data rreġistrata u l-kontroll tal-apparat ta' reġistrazzjonitat-takografi.
2. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar ir-rekwiżiti ta' taħriġ għall-uffiċjali ta' kontroll tagħhom sa ...(15).
2a.Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet biex tistabbilixxi sistema komuni ta' taħriġ tal-uffiċjali ta' kontroll sa ...(16)+. [Em. 104]
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet dwar il-metodoloġijametodoloġija għat-taħriġ tal-bidu u kontinwu tal-uffiċjali ta' kontroll, inkluż dwar tekniki għall-immirar tat-tekniki u għall-iskoperta ta' apparat ta' manipulazzjoni u ta' frodi. Din il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq linji gwida li jipprovdu interpretazzjoni komuni ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 biex tiġi garantita analiżi uniformi tad-data rreġistrata minn takografu fl-Istati Membri kollha. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattivata' eżami msemmija fl-Artikolu 40(2)fl-Artikolu 40(3). [Em. 105]
3a.Sa ...(17), l-uffiċjali ta' kontroll għandhom jgħaddu minn eżami biex jiksbu Ċertifikat Ewropew tal-Infurzar. Din iċ-ċertifikazzjoni armonizzata għandha tkun prova li għandhom il-ħiliet xierqa biex iwettqu l-kompiti tagħhom ta' kontroll b'mod effiċjenti kif definit f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 34a.[Em. 106]
3b.Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet dwar ir-rekwiżiti u l-kontenut tal-eżami msemmi fil-paragrafu 3a ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 40(3).[Em. 107]
3c.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kull sentejn rigward in-numru ta' uffiċjali ta' kontroll li jkunu qed jitħarrġu f'kull Stat Membru u li jiksbu ċ-Ċertfikat Ewropew ta' Infurzar.[Em. 108]
Artikolu 35a
Ksur serju ħafna
Il-ksur li ġej tal-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament, minħabba n-natura speċjalment gravi tiegħu u l-konsegwenzi possibbli għas-sikurezza fit-toroq, għandu jitqies bħala ksur serju ħafna fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri:
(1)
Fir-rigward tal-obbligi rigward l-installazzjoni tat-tagħmir ta' takografi: l-installazzjoni u l-użu ta' takografu mhux tat-tip approvat;
(2)
Fir-rigward tal-obbligi li jikkonċernaw l-użu tat-takografi, tal-kard tas-sewwieq jew tal-folja ta' reġistrazzjoni:
(a)
l-użu ta' takografu li ma jikkonformax mal-obbligi relatati mal-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 18;
(b)
l-użu ta' takografu li ma jkunx ġie spezzjonat, ikkalibrat jew issiġillat kif jixraq;
(c)
l-użu ta' kard tas-sewwieq li ma tkunx valida;
(d)
impriża li ma żżommx folji ta' reġistrazzjoni, kopji stampati jew imniżżla;
(e)
sewwieq li jkollu aktar minn kard waħda valida tas-sewwieq;
(f)
l-użu ta' kard tas-sewwieq li ma tkunx il-kard valida tas-sewwieq stess;
(g)
l-użu ta' kard tas-sewwieq difettuża jew skaduta;
(h)
id-data rreġistrata jew maħżuna ma tkunx disponibbli għal tal-anqas 365 jum;
(i)
l-użu ta' folji jew kards tas-sewwieq maħmuġin jew li tkun saritilhom ħsara u data li ma tkunx tista' tinqara;
(j)
użu mhux korrett tal-folji ta' reġistrazzjoni/kards tas-sewwieq;
(k)
il-folja ta' reġistrazzjoni jew il-kard tas-sewwieq tintuża biex tkopri perjodu itwal minn dak li hija intenzjonata għalih u tintilef id-data;
(l)
ma jsirx tidħil manwali meta dan ikun meħtieġ;
(m)
ma jintużawx il-folji ta' reġistrazzjoni jew kards tas-sewwieqa t-tajbin fl-islott it-tajjeb (multipreżenza).
(3)
Fir-rigward tal-obbligu li tiddaħħal l-informazzjoni: l-isem u l-kunjom ma jkunux imniżżla fil-folja ta' reġistrazzjoni.
(4)
Fir-rigward tal-obbligu li tingħata l-informazzjoni:
(a)
rifjut li jsir il-kontroll;
(b)
in-nuqqas mhux ġustifikat ta' rekords għall-jum attwali;
(c)
in-nuqqas mhux ġustifikat ta' rekords għat-28 jum preċedenti;
(d)
in-nuqqas mhux ġustifikat ta' rekords tal-kard tas-sewwieq jekk is-sewwieq ikollu waħda;
(e)
in-nuqqas mhux ġustifikat ta' rekords manwali u kopji stampati magħmula waqt il-ġimgħa attwali u t-28 jum preċedenti;
(f)
li wieħed ma jkunx jista' jipproduċi kard tas-sewwieq;
(g)
li wieħed ma jkunx jista' jipproduċi kopji stampati magħmula matul dik il-ġimgħa u matul it-28 jum preċedenti.
(5)
Diżaggregazzjoni:
It-takografu ma jkunx issewwa minn fitter jew ħanut tax-xogħol approvat.
(6)
Tidħil manwali fuq il-kopji stampati:
(a)
is-sewwieq ma jkunx immarka l-informazzjoni kollha għall-perjodi ta' żmien li ma jiġux irreġistrati waqt li t-tagħmir ta' takografu ma jkunx jista' jitħaddem jew ikun qed jaħdem ħażin;
(b)
in-numru tal-kard tas-sewwieq u/jew l-isem u/jew in-numru tal-liċenzja tas-sewqan ma jiddaħħlux fuq il-folja temporanja;
(c)
it-telf jew is-serq tal-kard tas-sewwieq ma jiġux iddikjarati formalment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun seħħ it-telf jew is-serq.
(7)
Fir-rigward tal-frodi:
(a)
li wieħed jiffalsifika, jissopprimi jew jeqred id-data rreġistrata fuq il-folji ta' reġistrazzjoni, maħżuna fit-takografu jew fuq il-kard tas-sewwieq, jew fuq il-kopji stampati li joħorġu mit-takografu;
(b)
il-manipulazzjoni tat-tagħmir ta' takografu, tal-folja ta' reġistrazzjoni, tal-kard tas-sewwieq jew tal-kard tal-kumpanija, li jirriżulta fil-falsifikazzjoni tad-data u/jew tal-informazzjoni fuq il-kopja stampata;
(c)
li jkun hemm fil-vettura apparat ta' manipulazzjoni li jista' jintuża biex jiffalsifika d-data u/jew l-informazzjoni fuq il-kopja stampata.[Em. 109]
Artikolu 36
Assistenza reċiproka
L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u fil-verifika tal-konformità miegħu.
Fi ħdan il-qafas ta' din l-assistenza reċiproka, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jibagħtu lil xulxin regolarment l-informazzjoni l-oħra kollha disponibbli dwar il-ksur ta' dan ir-Regolament minn fitters u ħwienet tax-xogħol, tipi ta' prattiki ta' manipulazzjoni u kwalunkwe pieni imposti għal ksur bħal dan. [Em. 110]
Artikolu36a
Linja telefonika ‘hotline’
Il-Kummissjoni għandha tinstalla website u numru tat-telefon ‘hotline’ fl-UE kollha li s-sewwieqa jew kwalunkwe parti interessata oħra kkonċernata, li jkunu jixtiequ jirrapportaw frodi li jaqa' fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, ikunu jistgħu jċemplu bla ħlas u anonimament.[Em. 111]
Artikolu 37
Pieni
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, dissważivi u mhux diskriminatorji. Fil-każ ta' ħwienet tax-xogħol li jkunu kisru d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, dan jista' jinkludi l-kanċellazzjoni tal-approvazzjoni u l-irtirar tal-kard tal-ħanut tax-xogħol.
2. Ebda ksur ta' dan ir-Regolament ma għandu jkun soġġett għal aktar minn piena jew proċedura waħda.
3. Il-pieni stabbiliti mill-Istati Membri għal ksur serju ħafna kif stipulat fid-Direttiva 2009/5/KEfl-Artikolu 35a ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu l-ogħla kategoriji applikabbli fl-Istat Membru għall-ksur tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport bit-triq. [Em. 112]
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawn il-miżuri u r-regoli dwar il-pieni sa ...(18). Dawn għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-miżuri.
KAPITOLU VIII
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 38
Adattament għall-progress tekniku
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 għall-fini tal-adattament tal-Annessi I, IB u II għall-progress tekniku.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati msemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6 sa ...(19). Hi tista' tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 biex testendi l-iskadenza jekk tkun tista' turi li f'dik id-data għad m'hemm l-ebda apparat adattat disponibbli li jikkorrispondi għall-ispeċifikazzjonijiet mitluba.[Em. 125]
Artikolu 39
Eżerċizzju tad-delegazzjoni
1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 4, 5, 6 u 38fl-Artikoli 3g, 4, 5, 6 u 34a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ta' żmien indeterminat mill-[id-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].ħames snin minn ...(20). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delegazzjoni tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delegazzjoni ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. [Em. 113]
3. Id-delegazzjoni tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 4, 5, 6 u 38fl-Artikoli 3g, 4, 5, 6 u 34a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f‘Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ. [Em. 114]
4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 4, 5, 6 u 38l-Artikoli 3g, 4, 5, 6 u 34a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn ta' notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 115]
Artikolu 40
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fejn l-opinjoni tal-Kumitat tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, dan jiġi deċiż mill-president tal-Kumitat jew meta dan jintalab sempliċement mill-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat.
3. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fejn l-opinjoni tal-Kumitat tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, dan jiġi deċiż mill-president tal-Kumitat jew meta dan jintalab sempliċement mill-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat.
Artikolu 41
Forum dwar it-Takografu
1. Għandu jiġi stabbilit Forum dwar it-Takografu sabiex jappoġġja d-djalogu dwar kwistjonijiet tekniċi li jikkonċernaw l-apparat ta' reġistrazzjonit-takografi fost l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti minn pajjiżi terzi li jużaw l-apparat ta' reġistrazzjonit-takografi taħt il-Ftehim Ewropew dwar ix-xogħol tal-ekwipaġġi li jaħdmu fuq vetturi użati għat-trasport fuq it-toroq internazzjonali (AETR).
2. L-Istati Membri għandhom jinnominaw espert għall-Forum dwar it-Takografi.
3. Il-Forum dwar it-Takografu għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni minn esperti minn Partijiet Kontraenti mhux tal-UE għall-AETR.
4. Il-partijiet interessati, ir-rappreżentanti tal-manifatturi tal-vetturi, il-manifatturi tat-takografi u l-imsieħba soċjali, għandhom jiġu mistiedna għall-Forum dwar it-Takografu.
5. Il-Forum dwar it-Takografu għandu jaddotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
6. Il-Forum dwar it-Takografu għandu jiltaqa' mill-anqas darba fis-sena.
Artikolu 42
Komunikazzjoni tal-miżuri nazzjonali
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil-Kummissjoni t-test tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jadottaw fil-qasam ikkontrollat minn dan ir-Regolament mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data tal-adozzjoni tiegħu u għall-ewwel darba [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament...(21).
* ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.
** ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35.
*** ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27.
**** ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.
***** ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.
"
(2) L-Anness I huwa emendat kif ġej:
(a)
fil-Kapitolu I Definizzjonijiet, il-punt (b) huwa mħassar;
(b)
fil-Kapitolu III (c), fil-punt 4.1, ir-referenza għal “Artikolu 15(3), it-tieni inċiż (b), (c) u (d) tar-Regolament” huwa mibdul b'“Artikolu 30(5), it-tieni inċiż (b), (c) u (d) ta' dan ir-Regolament”;
(c)
fil-Kapitolu III (c), fil-punt 4.2, ir-referenza għal “Artikolu 15 tar-Regolament” hija mibdula b'“Artikolu 30 tar-Regolament”;
(d)
fil-Kapitolu IV (a) il-punt 1, it-tielet subparagrafu, ir-referenza għal “Artikolu 15(5) tar-Regolament” hija mibdula b'“Artikolu 30(6) tar-Regolament”.
(3) L-Anness IB huwa emendat kif ġej:
(a)
Fil-Kapitolu I Definizzjonijiet, il-punti (l), (o), (t), (y), (ee), (kk), (oo) u (qq) huma mħassra:
(b)
Il-Kapitolu VI huwa emendat kif ġej:
(i)
fl-ewwel paragrafu, ir-referenza għal “Artikolu 12(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2135/98” hija mibdula b'“Artikolu 24(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85”;
(ii)
it-Taqsima 1 “Approvazzjoni ta' fitters jew ħwienet tax-xogħol” hija mħassra.
(c)
Fil-Kapitolu VIII, il-punt 271, ir-referenza għal “Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament” hija mibdula b'referenza għal “Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament”.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 huwa emendat kif ġej:
(-1)Fl-Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a) huwa emendat kif ġej:"
(a)
ta' merkanzija fejn il-massa massima permessa tal-vetturi, inkluż kwalunkwe karru, jew nofs-karru, taqbeż it-2,8 tunnellati, jew‘.[Em. 134]
(-1a)
Fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-punt li ġej:
’(aa) vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li jintużaw għat-trasport ta' materjal, tagħmir jew magni għall-użu tas-sewwieq fl-eżerċizzju tax-xogħol tiegħu, u li jintużaw biss f'distanza ta' 100 kilometru mis-sede tal-impriża u li jintużaw biss bil-kundizzjoni li s-sewqan tal-vettura ma tkunx l-attività ewlenija għas-sewwieq;‘. [Em 126+135]
(-1b)
Fl-Artikolu 7, jiddaħħal il-punt li ġej:
'Permezz ta' deroga mill-ewwel u mit-tieni paragrafi, sewwieq involut fil-ġarr ta' passiġġieri għandu, wara perjodu ta' sewqan ta' erba' sigħat u nofs, jieħu brejk ta' mhux inqas minn 45 minuta. Dan il-brejk jista' jiġi sostitwit minn numru ta' brejks ta' mill-inqas 15-il minuta kull wieħed.‘.[Am. 127]
(-1c)
Fl-Artikolu 8, paragrafu 6a jiġi mibdul kif ġej:
'6a.B'deroga mill-paragrafu 6, sewwieq involut fil-ġarr ta' passiġġieri għandu, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, jista' jipposponi l-perjodu ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa b'sa 12-il perjodu konsekuttiv ta' 24 siegħa wara perjodu regolari preċedenti ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa, kemm-il darba:
(a)
wara l-applikazzjoni tad-deroga s-sewwieq jieħu perjodu regolari wieħed ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa;
(b)
f'perjodu ta' żmien ta' erba' ġimgħat jittieħdu total ta' 140 siegħa bħala perjodu ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa.[Em. 128]
*ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88.
"
(1)Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:"
Sakemm ma jkunux preġudikati l-għanijiet ta' l-Artikolu 1, kull Stat Membru jista' jagħti eċċezzjonijiet għall-Artikoli 5 sa 9 u jagħmel tali eċċezzjonijiet soġġetti għal kondizzjonijiet individwali fit-territorju tiegħu stess jew, bi ftehim ma' l-Istati kkonċernati, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, li jkunu applikabbli għat-trasport b' dawn li ġejjin:
(a)
vetturi li huma proprjetà ta', jew li jkunu mikrija mingħajr xufier minn awtoritajiet pubbliċi biex jagħmlu trasport fit-triq li ma jikkompetix ma' impriżi privati tat-trasport;
(b)
vetturi wżati jew mikrija mingħajr ix-xufier minn impriżi ta' agrikoltura, ortikultura, forestrija, biedja jew sajd għat-trasport ta' merkanzija bħala parti mill-attività intraprenditorjali tagħhom stess f'raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi ta' l-impriża;
(ċ)
tractors għall-agrikoltura u tractors għall-forestrija wżati għal attivitajiet agrikoli jew ta' forestrija, f'raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi ta' l-impriża li tkun il-proprjetarja tal-vettura, jew tikriha jew twelliha;
(d)
vetturi jew kombinazzjoni ta' vetturi b'massa massima permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati bl-iskop li jitwasslu oġġetti tal-posta. Dawn il-vetturi għandhom jintużaw biss f'raġġ ta' 50 kilometru100 kilometru mill-bażi ta' l-impriża, u bil-kondizzjoni illi s-sewqan tal-vetturi ma jkunx l-attività prinċipali tax-xufier; [Em. 117]
(e)
vetturi li joperaw b'mod esklużiv fuq gzejjer li ma jaqbżux l-2 300 kilometru kwadru f'żona li ma tkunx magħquda mal-bqija tat-territorju nazzjonali permezz ta' pont, baxxfond jew mina miftuħa għall-użu minn vetturi bil-mutur;
(f)
vetturi wżati għat-trasport tal-merkanzija f'raġġ ta' 50 km100 km mill-bażi ta' l-impriża u li jaħdmu bil-gass naturali jew likwifikat jew bl-elettriku b'massa massima permissibbli li, meta jkun inkluż il-piż ta' karru jew nofs-karru, ma jaqbiżx is-7,5 tunnellati;
(g)
vetturi wżati għat-tagħlim u l-eżaminazzjoni bl-iskop li tinkiseb liċenzja tas-sewqan jew ċertifikat ta' kompetenza professjonali, sakemm dawn ma jkunux qegħdin jintużaw għat-trasport kummerċjali ta' merkanzija jew ta' passiġġieri;
(h)
vetturi wżati b'konnessjoni ma' servizzi ta' dranaġġ, ta' protezzjoni mill-għargħar, manutenzjoni ta' l-ilma, gass u elettriku, mal-kostruzzjoni, l-manutenzjoni u kontroll tat-toroq, ma' servizzi ta' ġbir ta' skart bieb b'bieb u ta' rimi, ma' servizzi tat-telegraf u telefon, ma' xandir tar-radju u televixin u mal-iskoperta ta' trasmettituri u riċevituri tar-radju jew tat-televixin; [Em. 118]
(i)
vetturi b'10 sa 17-il sedil użati esklużivament għat-trasport mhux kummerċjali tal-passiġġieri;
(j)
vetturi speċjalizzati li jġorru tagħmir taċ-ċirku u ta' fun-fairs;
(k)
vetturi mgħammra partikolarment għal proġetti mobbli, li l-iskop primarju tagħhom huwa li jintużaw bħala faċilità edukattiva meta jkunu wieqfa;
(l)
vetturi wżati għall-ġbir tal-ħalib minn irziezet u/jew-twassil lura fl-irziezet ta' kontenituri tal-ħalib jew it-twassil ta' prodotti tal-ħalib intiżi bħala għalf għall-annimali; [Em. 119]
(m)
vetturi speċjalizzati li jġorru flus u/jew oġġetti ta' valur;
(n)
vetturi wżati sabiex iġorru skart jew karkassi ta' annimali li ma jkunux intiżi għall-konsum mill-bniedem;
(o)
vetturi wżati esklużivament f'toroq li jinsabu f'faċilitajiet ċentrali ta' attività bħal portijiet, interportijet u termini tal-ferrovija;
(p)
vetturi wżati għat-trasport ta' annimali ħajjin mill-irziezet lejn is-swieq lokali u viċi-versa jew mis-swieq lejn il-biċċeriji lokali f'distanza ta' mhux aktar minn 50100 km;
(q)
vetturi li jintużaw għat-trasport lejn u minn sit ta' kostruzzjoni għall-provvista u kunsinna ta' materjali tal-bini.
"
[Em. 120]
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika b'effett minn [sena waħda wara d-dħul fis-seħħ].…(22).
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.