Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0137(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0046/2012

Testi mressqa :

A7-0046/2012

Dibattiti :

PV 02/07/2012 - 19
CRE 02/07/2012 - 19

Votazzjonijiet :

PV 03/07/2012 - 6.7
CRE 03/07/2012 - 6.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0272

Testi adottati
PDF 928kWORD 328k
It-Tlieta, 3 ta' Lulju 2012 - Strasburgu
L-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ***I
P7_TA(2012)0272A7-0046/2012
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (COM(2011)0285 – C7-0139/2011 – 2011/0137(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u l-Kunsill (COM(2011)0285),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni preżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0139/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0046/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
P7_TC1-COD(2011)0137

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data(1),

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)  Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea talab, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Settembru 2008 dwar pjan Ewropew globali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija(3), li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra oġġetti suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra oġġetti li jinstabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet(4) jiġi rivedut.

(2)  Il-kummerċ ta' oġġetti li jiksru d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali jagħmel ħsara konsiderevoli lid-detenturi tad-drittijiet, lill-manifatturi u lill-kummerċjanti li jħarsu l-liġi. Huwa qiegħed ukoll iqarraq bil-konsumaturi, u f'ċerti każijiet jista' jipperikola s-saħħa u s-sigurtà tagħhom. Dawn l-oġġetti għandhom, safejn ikun possibbli, jiġu pprojbiti milli jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni u jinżammu barra mis-suq u għandhom jiġu adottati miżuri li jindirizzaw din l-attività illegali mingħajr ma jfixklu l-kummerċ leġittimu. Għal din ir-raġuni, jeħtieġ li l-konsumaturi jkunu infurmati sew dwar ir-riskji involuti meta jixtru dawk l-oġġetti. [Em. 1]

(3)  Ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003 uriet li huwa meħtieġ ċertu titjib fil-qafas legali sabiex jissaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali mill-awtoritajiet doganali, kif ukoll sabiex tiġi żgurata ċarezza legali xierqa, biex b'hekk jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fl-oqsma ekonomiċi, kummerċjali u legali. [Em. 2]

(4)  L-awtoritajiet doganali għandhom ikunu jistgħu jikkontrollaw l-oġġetti, li huma jew kellhom ikunu soġġetti għas-superviżjoni doganali fit-territorju doganali tal-Unjoni, inklużi l-oġġetti mqiegħda taħt proċedura sospensiva, bil-għan li jinfurzaw id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali. L-infurzar ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali fuq il-fruntieri, kull fejn l-oġġetti huma jew kellhom ikunu, taħt “superviżjoni doganali” kif spjegat mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju(5), jagħmel użu tajjeb mir-riżorsi. Fejn l-oġġetti jinżammu mid-dwana fil-fruntiera, tkun meħtieġa proċedura legali waħda, filwaqt li jkunu meħtieġa diversi proċeduri separati għall-istess livell ta' infurzar għall-oġġetti li jinstabu fis-suq, li jkunu ġew diżaggregati u mwassla lill-bejjigħa bl-imnut. Għandha ssir eċċezzjoni għall-oġġetti rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera taħt is-sistema ta' użu aħħari, minħabba li dawn l-oġġetti jibqgħu taħt is-sorveljanza tad-dwana, anki jekk ikunu ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera. Ikun f'loku wkoll jekk dan ir-Regolament ma jiġix applikat għall-oġġetti li l-passiġġieri jkunu qed iġorru fil-bagalji personali tagħhom sakemm dawn l-oġġetti jkunu għall-użu personali u ma jkunx hemm indikazzjoni li jkun hemm involut traffiku kummerċjali. [Em. 3]

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 ma jkoprix ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u jeskludi ċertu ksur. Sabiex jissaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, il-kontroll doganali għandu għalhekk jiġi estiż għal tipi oħrajn ta' ksurbħal ksur li jirriżulta mill-kummerċ parallel, kif ukoll ksur ieħor ta' drittijiet diġà infurzati mill-awtoritajiet doganali iżda li m'humiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 1383/2003. Għall-istess għanGħal dak l-għan huwa xieraq li jkunu inklużi fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, minbarra d-drittijiet diġà koperti mir-Regolament (KE) Nru 1383/2003, ismijiet kummerċjali sakemm ikunu protetti bħala drittijiet ta' proprjetà esklużivi taħt il-liġi nazzjonali, topografiji ta' prodotti semikondutturi, mudelli ta' utilità u apparat li jaħrab il-miżuri teknoloġiċi, kif ukoll kull dritt ta' proprjetà intellettwali esklużiv stabbilit mil-liġi tal-Unjoni. [Em. 4]

(5a)  L-Istati Membri għandhom jimpenjaw biżżejjed riżorsi sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jwettqu r-responsabilitajiet estiżi tagħhom u jipprovdu taħriġ xieraq għall-uffiċjali doganali. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jadottaw linji gwida biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta u uniformi tal-kontrolli doganali għat-tipi differenti ta' ksur koperti minn dan ir-Regolament. [Em. 5]

(5b)  Dan ir-Regolament, meta jiġi implimentat bis-sħiħ, għandu jikkontribwixxi għal suq uniku li jiżgura protezzjoni aktar effettiva lid-detenturi tad-drittijiet, jagħti impetu lill-kreattività u l-innovazzjoni u jipprovdi lill-konsumaturi prodotti affidabbli u ta' kwalità għolja, li min-naħa tagħhom għandhom isaħħu t-tranżazzjonijiet transkonfinali bejn il-konsumaturi, in-negozji u n-negozjanti. [Em. 6]

(5c)  Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tiżgura applikazzjoni armonizzata, mingħajr dewmien bla bżonn, mill-awtoritajiet doganali tal-qafas legali l-ġdid fl-Unjoni kollha biex tiżgura infurzar effiċjenti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li jipproteġu lid-detenturi tad-dritt mingħajr ma jfixklu l-kummerċ. L-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Modernizzat u b'mod partikolari sistema “eCustoms” interoperabbli jistgħu“, fil-ġejjieni, jiffaċilitaw tali infurzar. [Em. 7]

(5d)  L-Istati Membri dejjem qed jiffaċċaw aktar riżorsi limitati fil-qasam tad-dwana. Għalhekk, kwalunkwe regolament ġdid ma għandux jirriżulta f'piżijiet finanzjarji addizzjonali għall-awtoritajiet nazzjonali. Il-promozzjoni ta' teknoloġiji u strateġiji ġodda ta' ġestjoni tar-riskju biex jiġu massimizzati r-riżorsi disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali għandha tiġi appoġġata. [Em. 8]

(6)  Dan ir-Regolament fih regoli ta' proċedura għall-awtoritajiet doganali. Għaldaqstant, ir-Regolament ma jintrofuċijistipula l-ebda kriterju ġdid biex ikun aċċertat li jeżisti ksur tal-liġi applikabli dwar il-proprjetà intellettwali. [Em. 9]

(7)  Dan ir-Regolament ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet dwar il-kompetenza tal-qrati, b'mod partikolari dawk tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali(6).

(8)  Kull persuna, kemm jekk tkun detentur ta' dritt ta' proprjetà intellettwali kif ukoll jekk le, li tista' tiftaħ proċeduri legali f'isimha kontra ksur possibbli ta' dak id-dritt, għandha tkun intitolata li tissottometti applikazzjoni għal azzjoni mill-awtoritajiet doganali.

(9)  Sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali jkunu infurzati madwar l-Unjoni. ikun xieraq li jkun provvedut li, fejn persuna intitolata li tissottometti applikazzjoni għal azzjoni tfittex l-infurzar ta' dritt ta' proprejtà intelletwali li jkopri t-territorju kollu tal-Unjoni, dik il-persuna tkun tista' titlob lill-awtoritajiet doganali ta' Stat Memeru li jieħdu deċiżjoni li tirrikjedi azzjoni mill-awtoritajiet doganali ta' dak l-Istati Membri u ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor fejn ikun imfittex l-infurzar tad-dritt tal-proprjetà intelletwali.

(10)  Biex ikun żgurat l-infurzar pront tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, għandu jkun ipprovdut li, f'każ li l-awtoritajiet doganali jissuspettaw, fuq il-bażi ta' provi adegwatili jkollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu dan, li l-oġġetti taħt is-sorveljanza tagħhom qegħdin jiksru xi drittijiet ta' proprjetà intellettwali, dawk l-awtoritajiet doganali jistgħu jissospendu r-rilaxx jew iżommu l-oġġetti kemm fuq inizjattiva tagħhom jew fuq applikazzjoni, sabiex jippermettu lill-persuni intitolati li jissottomettu applikazzjoni għal azzjoni mill-awtoritajiet doganali, li jiftħu proċeduri sabiex jiddeterminaw jekk inkisirx xi dritt ta' proprjetà intellettwali. [Em. 10]

(10a)  Meta oġġetti fi transitu jkunu suspettati li jkunu imitazzjoni jew kopja ta' prodott protett fl-Unjoni bi dritt tal-proprjetà intellettwali, id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti għandu jġarrab il-piż tal-prova tad-destinazzjoni finali tal-oġġetti. Id-destinazzjoni finali tal-oġġetti għandha titqies li tkun is-suq tal-Unjoni fl-assenza ta' evidenza ċara u konvinċenti għall-kuntrarju pprovduta mid-dikjarant, detentur jew proprjetarju tal-oġġetti. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida li se jipprovdu kriterji għall-awtoritajiet doganali sabiex jivvalutaw b'mod effettiv ir-riskju tagħhom ta' devjazzjoni fis-suq tal-Unjoni, b'kunsiderazzjoni tal-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. [Em. 11]

(11)  Fejn l-oġġetti li jkunu ssuspettati bi ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali ma jkunux oġġetti ffalsifikati jew ikkupjati, jista' jkun diffiċli li wieħed jiddetermina permezz ta' sempliċi spezzjoni viżiva mill-awtoritajiet doganali jekk inkisirx xi dritt ta' proprjetà intelletwali. Għaldaqstant huwa xieraq li jkun ipprovdut li jinbdew proċeduri, diment li l-partijiet ikkonċernati, jiġifieri d-detentur tal-oġġetti u d-detentur tad-dritt, jaqblu li jabbandunaw l-oġġetti għall-qerda. Għandu jkun f'idejn l-awtoritajiet kompetenti li jkunu qed jittrattaw tali proċeduri biex jiddeterminaw jekk inkisirx xi dritt tal-proprjetà intelletwali u biex jieħdu d-deċiżjonijiet addattati dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali kkonċernati. [Em. 12]

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 ippermetta lill-Istati Membri li jipprovdu għal proċedura li tippermetti l-qerda ta' ċerti oġġetti mingħajr ma jkun hemm l-obbligu li jinbdew proċeduri biex jiġi stabbilit jekk dritt ta' proprjetà intellettwali jkunx inkiser. Kif rikonoxxut fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-impatt tal-falsifikazzjoni fuq il-kummerċ internazzjonali(7), din il-proċedura kienet ta' suċċess kbir fl-Istati Membri fejn kienet disponibbli. Għalhekk, proċedura bħal din għandha tkun obbligatorja għal dakrigward il-ksur viżibbli li jkun faċli li jiġi identifikat mill-awtoritajiet kompetenti waqt sempliċi spezzjoni viżivakollu u għandha tiġi applikata fuq talba tad-detentur tad-dritt, meta d-detentur tad-dritt ikun ikkonferma l-ksur ta' dritt tal-proprjetà intellettwali u jkun qabel mal-qerda u meta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti ma joġġezzjonax għall-qerda. [Em. 13]

(13)  Biex il-piż u l-ispejjeż amministrattivi jitnaqqsu kemm jista' jkun, mingħajr ħsara għad-dritt tal-konsumatur li jkun infurmat kif xieraq fi żmien raġonevoli dwar il-bażi legali tal-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet doganali, għandha tiddaħħal proċedura speċifika għal kunsinni żgħar ta' oġġetti foloz u pirati, li tippermetti li l-oġġetti jinqerdu mingħajr il-qbil tad-detentur tad-dritt. Sabiex jiġu stabbiliti l-limiti li taħthom il-kunsinni jistgħu jitqiesu bħala kunsinni żgħar, dan ir-Regolament għandu jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa importanti li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet meħtieġa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.meta d-detentur tad-dritt ikun talab l-użu tal-proċedura speċifika fl-applikazzjoni tiegħu. [Em. 14]

(14)  Il-Kummissjoni għandha tiżgura, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, it-trasmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.[Em. 15]

(15)  Għal aktar ċarezza legali u sabiex jiġu protetti l-interessi tal-kummerċjanti leġittimi mill-possibbiltà ta' abbuż tad-dispożizzjonijiet ta' infurzar fuq il-fruntieri, huwa xieraq li jinbidlu l-iskadenzi għas-sekwestru ta' oġġetti ssuspettati bi ksur ta' dritt ta' proprjetà intellettwali, il-kundizzjonijietu l-kundizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet doganali jistgħu jgħaddu informazzjoni lid-detenturi tad-drittijiet, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-proċedura li tippermetti l-qerda tal-oġġetti taħt il-kontroll doganali għal ksur issuspettat tad-drittjiet ta' proprjetà intellettwali.minbarra għal oġġetti ffalsifikati jew ikkupjati uMeta l-awtoritajiet doganali jieħdu azzjoni wara l-għoti ta' applikazzjoni, huwa xieraq ukoll li tiddaħħal dispożizzjoni li tippermetti lid-detentur tal-oġġetti li jesprimi l-opinjonijiet tiegħu qabel l-amministrazzjoni tad-dwana tieħu deċiżjoni li taffettwah ħażintissospendi r-rilaxx jew iżżomm oġġetti li jkunu ssuspettati bi ksur tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, li ma jkunux oġġetti ffalsifikati jew ikkupjati, peress li jista' jkun diffiċli għall-awtoritajiet doganali biex jiddeterminaw sempliċement billi jeżaminawhom viżwalment jekk dritt ta' proprjetà intellettwali nkisirx. [Em. 16]

(16)  Meta wieħed iqis in-natura provviżorja u preventiva tal-miżuri adottati mill-awtoritajiet doganali f'dan il-qasam u l-interessi kunfliġġenti tal-partijiet affettwati mill-miżuri, xi aspetti tal-proċeduri għandhom jiġu adattati sabiex jiżguraw applikazzjoni bla problemi ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-partijiet ikkonċernati. Għalhekk, rigward id-diversi notifiki previsti mir-Regolament, l-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lill-persuna l-aktar xierqa, fuq il-bażi tad-dokumenti dwar it-trattament jew is-sitwazzjoni doganali fejn jiġu mqiegħda l-oġġetti. Il-perjodi stipulati f'dan ir-Regolament għan-notifiki meħtieġa għandhom jingħaddu miż-żmien li dawn in-notifiki jintbagħtu mill-awtoritajiet doganali sabiex il-perjodi kollha ta' notifika mibgħuta lill-partijiet ikkonċernati jiġu allinjati.ikunu ġew irċevuti. Il-perjodu li jippermetti dritt li jinstema' qabel ma tittieħed deċiżjoni negattivais-sospensjoni tar-rilaxx jew iż-żamma ta' oġġetti għandu jkun ta' tlett ijiem ta' xogħol, minħabba li d-detenturiwara l-irċevuta fejn id-detenturi ta' deċiżjonijiet li jagħtu l-applikazzjonijiet għall-azzjoni jkunu talbu volontarjament lill-awtoritajiet doganali sabiex jieħdu azzjoni u li d-dikjaranti jew detenturi tal-oġġetti għandhom ikunu konxji tas-sitwazzjoni partikolari tal-oġġetti tagħhom meta jitqiegħdu taħt is-sorveljanza tad-dwana. Fil-każ tal-proċedura speċifika għal kunsinni żgħar, fejn il-konsumaturi x'aktarx ikunu direttament ikkonċernati u ma jistax ikun mistenni l-istess livell ta' diliġenza bħal operaturi ekonomiċi oħra li normalment ikunu involuti fil-ksib tal-formalitajiet tad-dwana, dak il-perjoduid-dritt li wieħed jinstema' għandu jingħata għat-tipi kollha ta' oġġetti u l-perjodu li jippermetti dak id-dritt għandu jkun estiż b'mod sinjifikanti. B'kunsiderazzjoni tax-xogħol potenzjali tal-infurzar tad-dwana pprovdut minn dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu preferenza lit-trattament ta' kunsinni kbar. [Em. 17]

(17)  Skont id-“Dikjarazzjoni dwar il-Ftehim TRIPS u s-Saħħa Pubblika” adottata fil-Konferenza Ministerjali tad-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WTO) f'Doha fl-14 ta' Novembru 2001, Il-Ftehima dwar Aspetti li Għandhom X'Jaqsmu mal-Kummerċ tad-Drittijiet ta' Proprjeta Intellettwali (il-Ftehim TRIPS) jista' u għandu jiġi interpretat u implimentat b'mod li jappoġġja d-dritt tal-Membri tad-WTO li jipproteġu s-saħħa pubblika u, b'mod partikolari, li jippromwovu l-aċċess tal-mediċini għal kulħadd. B'modGħalhekk huwa ta' importanza partikolari fir-rigwardli l-awtoritajiet doganali jiżguraw li kull miżura meħuda minnhom tkun konformi mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni u mal-politika tagħha ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp skont l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u ma jżommux jew jissospendu r-rilaxx ta' mediċini ġeneriċi li l-mogħdija tagħhom minn dan it-territorjumit-territorju tal-Unjoni, bit-trasbord jew mingħajru, magazzinaġġ, qsim tat-tagħbija, jew tibdiliet fil-mezz jew il-mod ta' trasport, huwa biss porzjon ta' vjaġġ sħiħ li jibda u jintemm lil hinn mit-territorju tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom, meta jkunu qed jivvalutaw ir-riskju ta' ksur tad-drittijiet tal-proprejtà intellettwali, jikkunsidraw kull possibilità sostanzjali ta' bdil tar-rotta ta' fejn ma jkunx hemm evidenza ċara u konvinċenti li dawn l-oġġetti għas-suq tal-Unjonihuma intenzjonati għall-bejgħ fl-Unjoni. [Em. 109+126+153]

(17a)  Il-mediċini li għandhom trademark jew deskrizzjoni kummerċjali falza jirrappreżentaw b'mod mhux korrett l-oriġini u l-livell ta' kwalità tagħhom u għalhekk għandhom ikunu trattati bħala mediċini falsifikati skont id-Direttiva 2011/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, rigward il-prevenzjoni tad-dħul fil-katina legali tal-provvista ta' prodotti mediċinali falsifikati(8). Għandhom jittieħdu miżuri adegwati għall-prevenzjoni li tali prodotti jaslu għand il-pazjenti jew il-konsumaturi mingħajr ma jkun imxekkel li l-mediċini ġeneriċi legali jittranżitaw it-territorju doganali tal-Unjoni. Sa ...(9)il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li janalizza l-effettività tal-miżuri doganali eżistenti maħsuba biex jiġġieldu kontra l-kummerċ fil-mediċini falsifikati, u l-impatt possibbli negattiv fl-aċċess ta' mediċini ġeneriċi f'rabta ma' dan.[Em. 110+127 u 154]

(17b)  Sabiex tiġi intensifikata azzjoni kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali għandu jkollu rwol importanti biex jipprovdi lill-awtoritajiet doganali informazzjoni utli li tgħinhom jaġixxu malajr u b'effikaċja. [Em. 20]

(17c)  Il-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fil-fruntieri esterni tal-Unjoni għandha ssir flimkien ma' sforzi ffukati fuq is-sors. Dan jirrikjedi kooperazzjoni kemm ma' pajjiżi terzi kif ukoll fil-livell internazzjonali, fejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jibnu rispett u jippromwovu standards għolja ta' protezzjoni għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Dan għandu jikkonsisti fl-approvazzjoni tal-inklużjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fi ftehimiet kummerċjali, f'kooperazzjoni teknika, fit-tħeġġiġ ta' diskussjoni fid-diversi fora internazzjonali, fil-komunikazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni, kif ukoll f'passi ulterjuri fil-kooperazzjoni operattiva mal-pajjiżi terzi u mal-industriji kkonċernati. [Em. 21]

(17d)  Bil-ħsieb li jiġi eliminat il-kummerċ internazzjonali fi prodotti li jiksru d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-Artikolu 69 tal-Ftehim TRIPS jistipula li l-Membri tad-WTO għandhom jippromwovu l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali dwar il-kummerċ fi prodotti li jiksru d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Dan l-iskambju ta' informazzjoni għandu jippermetti li jiġu ttraċċati netwerks ta' traffikar biex jitwaqqfu l-manifattura u d-distribuzzjoni ta' prodotti li jiksru d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fi stadju aktar bikri tal-katina tal-provvista. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali fl-Unjoni u l-awtoritajiet rilevanti f'pajjiżi terzi, inkluż dwar il-protezzjoni tad-data. [Em. 22]

(17e)  B'konformità mal-għan tal-Unjoni li ssaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni, il-piraterija u l-kummerċ parallel illegali f'oġġetti li jiksru l-proprjetà intellettwali ta' detenturi ta' dritt reġistrat, l-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali għandu rwol fundamentali billi jipprovdi lill-awtoritajiet doganali kollha tal-Istati Membri b'tagħrif rilevanti u f'waqtu biex jitwettqu kontrolli xierqa ta' importaturi u distributuri awtorizzati ta' prodotti suspettati li jiksru dritt tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern kif ukoll ta' esportaturi ta' dawn il-prodotti fi swieq barranin. Dak ir-rwol jista' jissaħħaħ aktar permezz tal-ħolqien ta' bażi ta' data ta' prodotti u servizzi Komunitarji ġenwini u mħarsa bi trademarks, disinji u privattivi u li tista' tkun ukoll disponibbli għal awtoritajiet doganali barranin li jikkooperaw mal-Unjoni fuq protezzjoni u infurzar aħjar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. [Em. 23]

(18)  Fl-interess tal-effiċjenza, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli(10).

(19)  Ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet doganali għandha tkun regolata mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, għalkemm l-għoti mill-awtoritajiet doganali ta' applikazzjoni għal azzjoni m'għandux jintitola lid-detentur tad-deċiżjoni għall-kumpens f'każ li dawn l-oġġetti ma jkunux skoperti minn uffiċċju tad-dwana u jiġu rilaxxati jew ma tittieħed l-ebda azzjoni sabiex dawn jiġu sekwestrati.

(20)  Minħabba li l-awtoritajiet doganali jieħdu azzjoni fuq applikazzjoni minn qabel, id-detentur tad-deċiżjoni li tagħti applikazzjoni għal azzjoni mill-awtoritajiet doganali għandu jirrimborża l-ispejjeż kollha mġarrba mill-awtoritajiet doganali waqt l-azzjoni sabiex jinfurzaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiegħu. Madankollu, dan m'għandux iżomm lid-detentur tad-deċiżjoni milligħandu jkollu d-dritt li milli jfittex għal kumpens mingħand min ikun wettaq il-ksur jew mingħand persuni oħrajn li jistgħu jitqiesu responsabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, pereżempju ċerti intermedjarji bħat-trasportaturi. L-ispejjeż u d-danni mġarrba mill-persuni minbarra l-amministrazzjonijiet doganali bħala riżultat ta' azzjoni doganali, meta l-oġġetti jiġu ssekwestrati fuq il-bażi ta' talba ta' parti terza bbażata fuq il-proprjetà intellettwali, għandhom ikunu regolati mil-leġiżlazzjoni speċifika f'kull każ partikolari. [Em. 24]

(20a)  Dan ir-Regolament jintroduċi l-possibilità li l-awtoritajiet doganali jippermettu li l-oġġetti mitluqa biex jinqerdu jiġu mċaqalqa, taħt superviżjoni doganali, minn post għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Unjoni. L-awtoritajiet doganali għandhom jitħeġġu jagħmlu użu minn dik il-possibbilta' sabiex tiġi ffaċilitata l-qerda ekonomikament u ambjentalment soda ta' dawk l-oġġetti, kif ukoll għal skopijiet edukattivi u wirjiet, filwaqt li jipprovdu għal miżuri ta' sigurtà xierqa. [Em. 25]

(21)  L-infurzar tad-dwana tal-liġi dwar il-proprjetà intellettwali jġorr miegħu l-iskambju tad-data dwar deċiżjonijiet marbuta mal-applikazzjonijiet għall-azzjoni. Tali pproċessar ta' data jkopri wkoll data personali li għandu jitwettaq skont il-liġi tal-Unjoni, kif stipulat, b'mod partikolari, fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment ħieles ta' tali data(11) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta' tali data(12).

(21a)  L-elementi li ġejjin tal-bażi ta' data għandhom jiġu definiti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni: l-entità li tikkontrolla u timmaniġġa l-bażi ta' data u l-entità inkarigata biex tiżgura s-sigurtà tal-ipproċessar tad-data miġbura fil-bażi tad-data. L-introduzzjoni ta' kwalunkwe tip ta' interoperabilità jew skambju possibbli qabel kollox għandha tkun konformi mal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop, jiġifieri li d-data għandha tintuża għall-iskop li għalih tkun ġiet stabbilita l-bażi ta' data, u l-ebda skambju jew interkonnessjoni ulterjuri ma għandu jkun permess barra dan l-iskop. [Em. 26]

(22)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-formoli għall-applikazzjoni għal azzjoni mill-awtoritajiet doganali u għat-talba tal-estensjoni tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-azzjoni, għandhom jiġu kkonferiti setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni, prinċipalment sabiex jiġu stabbiliti formoli standard. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(13).

(23)  Għalkemm is-suġġett tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li għandhom jiġu implimentati jaqa' fl-ambitu tal-politika kummerċjali komuni, minħabba n-natura u l-impatti tal-atti implimentattivi, għandha tintuża l-proċedura konsultattiva għall-adozzjoni tagħhom.

(24)  Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 għandu jiġi revokat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għal azzjoni mill-awtoritajiet doganali meta oġġetti suspettati bi ksur tad-dritt ta' proprjetà intellettwali jinġiebu ġewwa jew jinħarġu barra t-territorju doganali tal-Unjoni u huma, jew kellhom ikunu, soġġetti għal superviżjoni doganali fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni.

2.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal oġġetti li jkunu ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera skont ir-reġim ta' użu finali fis-sens tal-Artikolu 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

3.  Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa bl-ebda mod il-liġijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni dwar il-proprjetà intelletwali.

4.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal oġġetti ta' natura mhux kummerċjali li jkunu fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi.

4a.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal oġġetti fi transitu mit-territorju doganali tal-Unjoni li jkunu suspettati bi ksur ta' dritt tal-proprjetà intellettwali. [Em. 27]

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

  (1) “drittijiet ta' proprjetà intellettwali” tfisser:
   (a) marka kummerċjali;
   (b) disinn;
   (c) dritt tal-awtur jew kwalunkwe dritt relatat kif previst fil-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru;
   (d) indikazzjoni ġeografika;
   (e) brevetta kif prevista mil-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru;
   (f) ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal oġġetti mediċinali kif previst fir-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali(14);
   (g) ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-ħolqien ta' kull ċertifikat supplimentari ta' ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti(15);
   (h) dritt għal varjetajiet ta' pjanti tal-Komunità kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità(16);
   (i) dritt għal varjetajiet ta' pjanti kif previst fil-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru;
   (j) topografija ta' prodott semikunduttur kif previst fil-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru;
   (k) mudell ta' utilità kif previstsakemm ikun protett bħala dritt esklussiv tal-proprjetà intellettwali fil-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru; [Em. 28]
   (l) marka kummerċjali sakemm din hija protetta bħala dritt għal proprjetà intellettwali esklussiv mil-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru;
   (m) kwalunkwe dritt ieħor li hu stabbilit bħala dritt għal proprjetà intellettwali esklussiv mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
  (2) “marka kummerċjali” tfisser:
   (a) marka kummerċjali Komunitarja kif prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja(17);
   (b) marka kummerċjali reġistrata fi Stat Membru, jew, fil-każ tal-Belġju, il-Pajjiżi l-Baxxi jew il-Lussemburgu, fl-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intelletwali;
   (c) marka kummerċjali reġistrata taħt ftehimiet internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru;
   (d) marka kummerċjali reġistrata skont ftehimiet internazzjonali li għandhom effett fl-Unjoni;
  (3) “disinn” tfisser:
   (a) disinn Komunitarju kif previst fil-Regolament (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar disinnji Komunitarji(18);
   (b) disinn irreġistrat fi Stat Membru;
   (c) disinn reġistrat skont ftehimiet internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru;
   (d) disinn reġistrat skont ftehimiet internazzjonali li għandhom effett fl-Unjoni;
  (4) “indikazzjoni ġeografika” tfisser:
   (a) indikazzjoni ġeografika jew denominazzjoni tal-oriġini protetta għal prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel(19);
   (b) denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika għall-inbid kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċertiprodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (20);
   (c) denominazzjoni ġeografika għall-inbid armonizzat kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 tal-10 ta' Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta' nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid(21);
   (d) indikazzjoni ġeografika ta' xorb alkoħoliku kif previst fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89(22);
   (e) indikazzjoni ġeografika għal prodotti minbarra inbejjed, spirti, prodotti agrikoli jew ikel sakemm ikun stabbiliti bħala dritt esklużiv ta' proprjetà intellettwali permezz ta' leġiżlazzjoni ta' Stat Membri tal-Unjoni;
   (f) indikazzjoni ġeografika kif previst fil-Ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi u elenkati bħala tali f'dawn il-Ftehimiet;
  (5) “oġġetti ffalsifikati” tfisser:
   (a) oġġetti li jkunu suġġetti ta' azzjoni li tikser it-trademark u jkollhom trademark mingħajr awtorizzazzjoni, li tkun identika għal trademark li tkun irreġistrata b'mod validu fir-rigward tal-istess tip ta' oġġett, jew li ma tkunx tista' tingħaraf mill-aspetti essenzjali tagħha minn tali trademark, kif ukoll kwalunkwe sinjal ta' trademark, anke jekk ikun ippreżentat separatament, u ppakkjar li jkollu trademarks tal-oġġetti falsifikati; [Em. 29]
   (b) oġġetti li jkunu suġġetti ta' azzjoni li tikser indikazzjoni ġeografika u jkollhom jew ikunu deskritti bl-isem jew it-terminu protett fir-rigward ta' dik l-indikazzjoni ġeografika;
   (6) “oġġetti kkuppjati” tfisser oġġetti li jkunu suġġetti ta' azzjoni li tikser il-dritt tal-awtur jew dritt relatat jew disinn u li jkunu jew ikun fihomm kopji li jkunu saru mingħajr il-kunsens tad-detentur tad-dritt tal-awtur jew dritt relatat jew disinn, ikunx irreġistrat jew le, jew ta' persuna awtorizzata minn dak id-detentur fil-pajjiż tal-produzzjoni;
   (7) “oġġetti suspettati bi ksur tad-dritt ta' proprjetà intellettwali” tfisser oġġetti li dwarhom ikun hemm evidenza adegwatabiżżejjed raġunijiet sabiex tissodisfajissodisfaw lill-awtoritajiet doganali li l-oġġetti, fl-Istat Membru fejn jinstabu dawn l-oġġetti, huma prima facie: [Em. 30]
   (a) oġġetti li jkunu suġġetti għal azzjoni li tikser id-dritt ta' proprjetà intellettwali skont il-liġi tal-Unjoni jew ta' dak l-Istatfl-Istat Membru fejn jinsabu l-oġġetti; [Em. 32]
   (b) apparat, prodotti jew komponenti li jaħrab kwalunkwe teknoloġija, apparat jew komponent li, matul il-kors normali tal-operazzjoni tiegħu, jipprevjeni jew jillimita atti fir-rigward ta' xogħlijiet li mhumiex awtorizzati mid-detentur tad-dritt ta' kwalunkwe dritt tal-awtur jew dritt relatat mad-dritt tal-awtur u li jikser id-dritt tal-proprjetà intellettwali ta' dak l-Istat Membru;
   (c) kull forma jew mamma li tkun iddisinjata jew addattata speċifikament għall-manifattura ta' oġġetti li jiksru dritt ta' proprjetà intellettwali, jekk tali forma jew mamma tikser id-drittijiet tad-detentur tad-drittijiet skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi ta' dakfl-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-oġġetti; [Em. 32]
   (8) “applikazzjoni” tfisser talba li ssir lill-awtoritajiet doganali sabiex jieħdu azzjoni fejn oġġetti jkunu suspettati bi ksur ta' dritt ta' proprjetà intellettwali;
   (9) “applikazzjoni nazzjonali” tfisser applikazzjoni li titlob lill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru biex jieħdu azzjoni f'dak l-Istat Membru;
   (10) “applikazzjoni tal-Unjoni” tfisser applikazzjoni sottomessa fi Stat Membru u titlob lill-awtoritajiet doganali ta' dak l-Istat Membru u ta' Stat Membru ieħor jew aktar sabiex jieħdu azzjoni fl-Istati Membri rispettivi tagħhom;
   (11) “applikant” tfisser il-persuna li tissottometti applikazzjoni f'ismu jew f'isimha;
   (12) “detentur tal-oġġetti” tfisser il-persuna li hi s-sid tal-oġġetti jew li għandha dritt simili biex tiddisponi minnhom jew li għandha kontroll fiżiku fuqhom;
   (13) “dikjarant” tfisser id-dikjarant kif imsemmi fl-Artikolu 4(18) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92il-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni f'ismu jew f'isimha jew il-persuna li ssir dikjarazzjoni doganali f'isimha; [Em. 33]
   (14) “qerda” tfisser id-distruzzjoni fiżika, ir-riċiklar jew ir-rimi ta' oġġetti barra l-kanali kummerċjali, b'tali mod li jipprekludu l-korriment lil min ħa d-deċiżjoni li tkun tat l-applikazzjoni;
   (15) “superviżjoni doganali” tfisser is-superviżjoniazzjoni meħuda b'mod ġenerali mill-awtoritajiet doganali kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 4(13) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92bl-għan li jiżguraw li l-leġiżlazzjoni doganali u, fejn xieraq, dispożizzjonijiet oħra applikabbli għall-oġġetti soġġetti għal tali azzjoni jiġu osservati; [Em. 34]
   (16) “territorju doganali tal-Unjoni” tfisser it-territorju doganali tal-Komunità kif hemm referenza għal dan fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;
   (17) “rilaxx tal-oġġetti” tfisser l-att li bih l-awtoritajiet doganali jagħmlu l-oġġetti disponibbli għall-għanijiet speċifikati għall-proċedura doganali taħt liema jkunu qegħdin
   (17a) “kunsinna żgħira” tfisser pakkett uniku ta' natura kummerċjali li:
   (a) jinkludi inqas minn tliet oġġetti; jew
   (b) jinkludi oġġetti ta' piż totali ta' inqas minn 2 kilogrammi [Em. 35]
   (17b) “oġġett li jeħżien” tfisser oġġett li għandu tendenza jonqos b'mod sinifikanti fil-valur tul iż-żmien jew, minħabba n-natura tiegħu, ikun fil-periklu li jinqered. [Em. 36]

Artikolu 3

Liġi applikabbli

Bla ħsara għall-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II)(23), il-liġi tal-Istat Membru fejn l-oġġetti jinstabu f'waħda mis-sitwazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1) għandha tapplika bil-għan li jiġi stabbilit jekk l-użu ta' dawk l-oġġetti jagħtix lok għal suspett ta' ksur ta' dritt ta' proprjetà intellettwali jew jekk jiksirx dritt ta' proprjetà intellettwali.

KAPITOLU II

APPLIKAZZJONIJIET GĦAL AZZJONI MILL-AWTORITAJIET DOGANALI

Taqsima 1

Sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għal azzjoni

Artikolu 4

Persuni intitolati biex jissottomettu applikazzjoni

1.  Il-persuni intitolati biex jissottomettu applikazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni għandhom ikunu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

   (a) detenturi ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali;
   (b) korpi amministrattivi tad-drittijiet kollettivi ta' proprjetà intellettwali li huma rikonoxxuti regolarment li għandhom id-dritt jirrappreżentaw legalment lil detenturi ta' drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati; [Em. 37]
   (c) korpi professjonali għad-difiża huma rikonoxxuti regolarment li għandhom id-dritt li jirrappreżentaw legalment lil detenturi ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali; [Em. 38]
   (d) gruppi skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, gruppi ta' produtturi skont l-Artikolu 118(e) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew gruppi simili ta' produtturi previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-indikazzjonijiet ġeografiċi li jirrappreżentaw produtturi ta' indikazzjoni ġeografika jew rappreżentanti ta' tali gruppi; operaturi intitolati li jużaw l-indikazzjoni ġeografika; kif ukoll korpi ta' spezzjoni kompetenti għal tali indikazzjoni ġeografika;

2.  B'żieda mal-persuni stabbiliti f'paragrafu 1, kwalunkwe minn dawn li ġejjin għandu jkun intitolat biex jissottometti applikazzjoni nazzjonali:

   (a) il-persuni l-oħra kollha awtorizzati biex jużaw id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali;
   (b) Gruppi ta' produtturi previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri li tirregola l-indikazzjonijiet ġeografiċi li li jirrappreżentaw produtturi ta' indikazzjoni ġeografika jew rappreżentanti ta' tali gruppi, operaturi intitolati li jużaw indikazzjoni ġeografika, kif ukoll korpi ta' spezzjoni li huma kompetenti għal tali indikazzjoni ġeografika;

3.  Minbarra l-persuni stabbiliti fil-paragrafu 1, id-detentur ta' liċenzja esklussiva li tkopri t-territorju doganali tal-Unjoni għandu jkun intitolat li jissottometti applikazzjoni tal-Unjoni.

4.  Kull persuna intitolata li tissottmetti applikazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 3 trid tkun tista' tibda proċedimenti għal ksur tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali fl-Istat Membru fejn jinstabu l-oġġetti.

Artikolu 5

Drittijiet ta' proprjetà intellettwali koperti mill-applikazzjonijiet tal-Unjoni

Applikazzjoni tal-Unjoni tista' tkun sottomessa fir-rigward ta' kwalunkwe dritt ta' proprjetà intellettwali madwar l-Unjoni.

Artikolu 6

Sottomissjoni ta' applikazzjonijiet

1.  Il-persuni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4 jistgħu jitolbu azzjoni mill-awtoritajiet doganali fejn l-użu tal-oġġetti jkun issuspettat li jkun qed jikser id-dritt ta' proprjetà intellettwali billi jissottomettu applikazzjoni lid-dipartiment doganali kompetenti. L-applikazzjoni għandha ssir permezz tal-formola li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 3.

1a.  Il-persuni msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jippreżentaw applikazzjoni waħda biss għal kull dritt ta' proprjetà intellettwali protett fi Stat Membru jew fl-Unjoni. [Em. 39]

2.  Kull Stat Membru għandu jaħtar id-dipartiment doganali kompetenti biex jirċievi u jipproċessa l-applikazzjonijiet. L-Istat Membri għandu jinforma lill-Kummissjoni skont dan u l-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tad-dipartimenti doganali kompetenti maħtura mill-Istati Membri.

3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi formola ta' applikazzjoni bl-atti ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura konsultattiva li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 29(2). Meta teżerċita s-setgħa ta' implimentazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.[Em. 40]

Il-formola għandha, b'mod partikolari, titlob l-informazzjoni li ġejja mill-applikanti:

   (a) dettalji tal-applikant;
   (b) status tal-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 4;
   (c) dokumenti ta' appoġġ li għandhom ikunu pprovduti biex id-dipartiment tad-dwana jkun sodisfatt li l-applikant hu persuna intitolata li jippreżenta applikazzjoni;
   (d) il-poter ta persuni naturali jew ġuridiċi li jirrappreżentaw l-applikant, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn tkun ġiet iffajljata l-applikazzjoni;
   (e) id-diritt tal-proprjetà intellettwali jew id-drittijiet li għandhom jiġu infurzati;
   (f) fil-każ ta' applikazzjoni tal-Unjoni, l-Istat Membru jew l-Istati Membri li fih/fihom hija mitluba l-azzjoni;
   (g) data speċifika u teknika dwar oġġetti awtentiċi, inklużi l-immarkar, bħall-użu ta' barcodes, u stampi fejn hu xieraq; [Em. 41]
   (h) l-informazzjoni, li għandha tkun mehmuża mal-formola, teħtieġ li tagħmilha possibbli għall-awtoritajiet doganali li jidentifikaw minnufih l-oġġetti in kwistjoni;
   (i) Kwalunkwe informazzjoni relevanti għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet tad-dwana tar-riskju ta' ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kkonċernati, bħad-distributuri awtorizzati; [Em. 42]
   (j) isem/ismijiet u indirizz/i tar-rappreżentant/i tal-applikazzjoni responsabbli minn kwistjonijiet legali u tekniċi;
   (k) l-impenn tal-applikant li jinnotifika lid-dipartiment doganali kompetenti bi kwalunkwe sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 14;
   (l) ir-rabta tal-applikant li jipprovdi kwalunkwe informazzjoni relevanti għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet tad-dwana tar-riskju ta' ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kkonċernati;
   (m) ir-rabta tal-applikant li jassumi r-responsabbiltà skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26;
   (n) Ir-rabta tal-applikant li jġorr il-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 27 skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu;
   (o) Ir-rabta tal-applikant li jaqbel li d-data pprovduta minnu tiġi pproċessata mill-Kummissjoni; [Em. 43]

L-applikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lis-suġġett tad-data skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE. [Em. 44]

4.  Fejn ikun hemm sistemi kompjuterizzati disponibbli għall-għanijiet ta' riċeviment u l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi bl-użu ta' tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dawn is-sistemi disponibbli mhux iktar tard mill-1 ta'  Jannar 2014. [Em. 45]

5.  Fejn applikazzjoni tkun sottomessa wara notifika mill-awtoritajiet doganali tas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti skont l-Artikolu 17(4) (miżuri ex officio), dik l-appliazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

   (a) għandha tiġi sottomessa lid-dipartiment doganali kompetenti fi żmien erbat ijiem xogħol min-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti;
   (b) Għandha tkun applikazzjoni nazzjonali;
   (c) Għandu jkun fiha l-informazzjoni mitluba f'paragrafu 3. Madankollu, l-applikant għandu jitħalla li jħalli barra dettalji msemmija fl-ittri (g) sa (i) tal-paragrafu 3.

Taqsima 2

Deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għal azzjoni

Artikolu 7

L-ipproċessar tal-applikazzjonijiet

1.  Meta, wara li jirċievi applikazzjoni, id-dipartiment doganali kompetenti jikkunsidra li ma fihiex l-informazzjoni kollha mitluba fl-Artikolu 6(3), id-dipartiment doganali kompetenti għandu jitlob lill-applikant biex jipprovdi l-informazzjoni nieqsa fi żmien għaxart ijiem xogħol mill-ġurnata li fiha tkun intbagħtet in-notifika.

F'każi bħal dawn, il-limitu ta' żmien li hemm referenza għalih fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8 għandu jkun sospiż sakemm tasal l-informazzjoni relevanti.

2.  Fejn l-applikant ma jipprovdix l-informazzjoni nieqsa sa tmiem il-perjodu li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, id-dipartiment doganali kompetenti għandujista“ jiċħad l-applikazzjoni. F'dak il-każ id-dipartiment doganali kompetenti għandu jipprovdi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u jinkludi informazzjoni dwar il-proċedura ta' appell. [Em. 46]

3.  L-applikant ma għandux jintalab ħlas biex ikunu koperti l-ispejjeż amministrattivi għall-ipproċessar tal-applikazzjoni.

Artikolu 8

In-notifika tad-deċiżjonijiet li jagħtu jew li jiċħdu l-applikazzjoni għal azzjoni

Id-dipartiment doganali kompetenti għandu jinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni tiegħu li tagħti jew li tiċħad l-applikazzjoni fi żmien 30 ġurnata xogħol mill-irċevuta tal-applikazzjoni.

Madankollu, f'każi fejn l-applikant kien ġie nnotifikat qabel dwar is-sospensjoni tar-rilaxx jew is-sekwestru tal-oġġetti mill-awtoritajiet doganali, id-dipartiment doganali kompetenti għandu jinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni li tagħti jew li tiċħad l-applikazzjoni fi żmien ġurnata xogħol minn meta jirċievi l-applikazzjoni.

Artikolu 9

Deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal azzjoni

1.  Deċiżjonijiet li japprovaw applikazzjoni nazzjonali, deċiżjonijiet li jirrevokaw tali deċiżjonijiet jew li jemendawhom, u deċiżjonijiet li jestendu l-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni, għandhom jidħlu fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni nazzjonali mid-data tal-adozzjoni tagħhom.

2.  Deċiżjonijiet li japprovaw applikazzjoni tal-Unjoni, deċiżjonijiet li jirrevokaw tali deċiżjonijiet jew li jemendawhom u deċiżjonijiet li jestendu l-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni, għandhom jidħlu fis-seħħ kif ġej:

   (a) fl-Istat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, mid-data tal-adozzjoni tagħhom;
   (b) fl-Istati Membri l-oħrajn kollha, fejn tkun mitluba azzjoni mill-awtoritajiet doganali, mid-data li fiha l-awtoritajiet doganali jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 13(2) u diment li d-detentur tad-deċiżjoni jkun issodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 27(3).

Artikolu 10

Perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni

1.  Meta japprova applikazzjoni, id-dipartiment doganali kompetenti għandu jispeċifika l-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni fuq id-deċiżjoni li tkun ittieħdet.

Il-perjodu għandu jibda mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni u m'għandux jaqbeż sena (1).

2.  Meta l-applikazzjoni ppreżentata wara n-notifika mill-awtoritajiet doganali tas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti skont l-Artikolu 17(4) ma jkollhiex id-dettalji imsemmijin fil-punti (g) sa (i) tal-Artikolu 6(3) għandha tintlaqa' biss għal sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru ta' dawk l-oġġetti.

3.  Meta dritt ta' proprjetà intellettwali ma jibqax effettiv jew meta applikant ma jibqax, għal raġunijiet oħra, il-persuna intitolata sabiex tissottometti applikazzjoni, ma għandha tittieħed l-ebda azzjoni mill-awtorità doganali. Id-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni għandha titneħħa jew għandha tiġi emendata mill-awtoritajiet doganali li laqgħu d-deċiżjoni.

Artikolu 11

Estensjoni tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni

1.  Meta jiskadi l-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni, u bla ħsara għall-ħlas lura ta' xi ammonti dovuti mid-detentur tad-deċiżjoni lill-awtoritajiet doganali skont dan ir-Regolament, id-dipartiment doganali li ħa d-deċiżjoni inizjali jista“, fuq it-talba tad-detentur tad-deċiżjoni li laqgħet l-applikazzjoni, jestendi dak il-perjodu.

2.  Meta t-talba għal estensjoni tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni ssir f'inqas minn 30 ġurnata xogħol qabel l-iskadenza ta' dik id-deċiżjoni, id-dipartiment doganali kompetenti jista' jiċħad l-estensjoni.

3.  It-talba għal estensjoni tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni għandha tindika kull bidla fl-informazzjoni pprovduta fl-Artikolu 6(3).

4.  Id-dipartiment doganali kompetenti għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu dwar l-estensjoni lid-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni fi żmien 30 ġurnata xogħol mill-irċevuta ta' dik it-talba.

5.  Il-perjodu estiż li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni għandu jibda mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tilqa' l-estensjoni u m'għandux jaqbeż is-sena (1).

Meta dritt ta' proprjetà intellettwali ma jibqax effettiv jew meta applikant ma jibqax, għal raġunijiet oħra, il-persuna intitolata sabiex tissottometti applikazzjoni, ma għandha tittieħed l-ebda azzjoni mill-awtorità doganali. Id-deċiżjoni li tagħti l-estensjoni għandha titneħħa jew għandha tiġi emendata mill-awtoritajiet doganali li laqgħu d-deċiżjoni.

6.  Id-detentur tad-deċiżjoni ma għandux jintalab ħlas biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi għall-ipproċessar tat-talba għal estensjoni.

7.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi formola għal talba għal estensjoni permezz ta' atti implimentattivi. Dawn l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura konsultattiva li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 29(2).

Artikolu 12

L-emendar tad-deċiżjoni fir-rigward tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali

Id-dipartiment doganali kompetenti li adotta d-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni jista“, fuq it-talba tad-detentur tad-deċiżjoni, jimmodifika l-lista tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali f'dik id-deċiżjoni.

Fil-każ ta' deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' applikazzjoni tal-Unjoni, kull modifika li tikkonsisti f'żieda ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali għandha tkun limitata għal dawk id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali koperti mill-Artikolu 5.

Artikolu 13

Obbligi ta' notifikazzjoni tad-dipartiment doganali kompetenti

1.  Id-dipartiment doganali kompetenti li għandu tkun ippreżentata applikazzjoni nazzjonali għandu jgħaddi d-deċiżjonijiet li ġejjin lill-uffiċċji doganali tal-Istati Membru, immedjatament wara l-adozzjoni tagħhom:

   (a) deċiżjonijiet li japprovaw applikazzjoni nazzjonali;
   (b) deċiżjonijiet li jirrevokaw deċiżjonijiet li japprovaw applikazzjoni nazzjonali;
   (c) deċiżjonijiet li jemendaw deċiżjonijiet li japprovaw applikazzjoni nazzjonali;
   (d) deċiżjonijiet li jestendu l-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni.

2.  Id-dipartiment doganali kompetenti li għandu tkun ippreżentata applikazzjoni tal-Unjoni għandu jgħaddi d-deċiżjonijiet li ġejjin lid-dipartiment doganali kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri indikati fl-applikazzjoni tal-Unjoni:

   (a) deċiżjonijiet li japprovaw applikazzjoni tal-Unjoni;
   (b) deċiżjonijiet li jirrevokaw deċiżjonijiet li japprovaw applikazzjoni tal-Unjoni;
   (c) deċiżjonijiet li jemendaw deċiżjonijiet li japprovaw applikazzjoni tal-Unjoni;
   (d) deċiżjonijiet li jestendu jew jirrifjutaw li jestendu l-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni;
   (e) deċiżjonijiet li jissospendu l-azzjonijiet tal-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 15(2).

Id-dipartiment doganali kompetenti tal-Istat/i Membru/i indikati fl-applikazzjoni tal-Unjoni għandu eżatt wara immedjatament jgħaddi dawk id-deċiżjionijiet lill-uffiċċji tad-dwana.

3.  Ladarba l-bażi ta' data ċentrali tal-Kummissjoni kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 31(3) tkun fis-seħħ, l-iskambji kollha ta' data dwar deċiżjonijiet li jikkonċernaw applikazzjonijiet għal azzjoni, dokumenti relatati u notifiki bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom isiru permezz ta' dik il-bażi ta' data.

Artikolu 14

Obbligi ta' notifika tad-detentur bid-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni

Id-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni għandu jinnotifika fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol lid-dipartiment doganali kompetenti li adotta dik id-deċiżjoni bi kwalunkwe minn dawn li ġejjin: [Em. 47]

   (a) dritt ta' proprjetà intellettwali kopert mill-applikazzjoni tiegħu/tagħha ma jibqax effettiv;
   (b) id-detentur tad-deċiżjoni ma jibqax, għal raġunijiet oħra, il-persuna intitolata sabiex tissottometti l-applikazzjoni;
   (c) modofiki fl-informazzjoni mitluba taħt l-Artikolu 6(3).

Artikolu 15

Nuqqas mid-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni li jissodisfa l-obbligi tiegħu

1.  Meta d-detentur ta' deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni juża l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet doganali għal skopijiet differenti minn dawk ipprovduti fl-Artikolu 19, id-dipartiment doganali kompetenti jista“:

   (a) jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni fl-Istat Membru fejn l-informazzjoni kienet ġiet ipprovduta jew użata sal-iskadenza tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni;
   (b) jiċħdu l-estensjoni tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni.

2.  Id-dipartiment doganali kompetenti jista' jiddeċiedi li jissospendi l-azzjonijiet tal-awtoritajiet doganali sal-iskadenza tal-perjodu li matulu dawk l-awtoritajiet iridu jieħdu azzjoni, meta d-detentur tad-deċiżjoni:

   (a) ma jissodisfax l-obbligi għan-notifiki tiegħu skont l-Artikolu 14;
   (b) mhuwiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 18(2) dwar ir-radd lura tal-kampjuni;[Em. 48]
   (c) ma jissodisfax l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 27(1) u (3) fir-rigward ta' spejjeż u traduzzjoni;
   (d) ma jibdiex proċedimenti kif previst fl-Artikolu 20(1), 23(4)fl-Artikolu 20(4), jew 24(9)l-Artikolu 24(9). [Em. 49]

Fil-każ ta' applikazzjoni tal-Unjoni, id-deċiżjoni li l-azzjonijiet tal-awtoritajiet doganali jiġu sospiżi, ikollha effett biss fl-Istat Membru fejn tittieħed tali deċiżjoni.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW AZZJONIJIET MILL-AWTORITAJIET DOGANALI

Taqsima 1

Sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru ta' oġġetti suspettati li jiksru dritt ta' proprjetà intellettwali

Artikolu 16

Sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru ta' oġġetti wara approvazzjoni ta' applikazzjoni

1.  Meta l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru jidentifikaw, f'waħda mis-sitwazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1), oġġeti ssuspettati li jiksru dritt ta' proprjetà intellettwali kopert minn deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni għal azzjoni, huma għandhom jieħdu deċiżjoni li jissospendu r-rilaxx tal-oġġetti jew li jżommuhom. [Em. 50]

2.  Qabel l-adozzjoni tad-deċiżjonijissospendu r-rilaxx jew is-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġettiiżommu l-oġġetti, l-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu lid-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni biex jagħtihom kwalunkwe informazzjoni relevanti. L-awtoritajiet doganali jistgħugħandhom jipprovdu wkoll lid-detentur tad-deċiżjoni , fuq it-talba tiegħu, b'informazzjoni dwar in-numru ta' oġġetti attwali jew issupponut, in-natura tagħhom u l-istampiritratti ta' dawk l-oġġetti kif xieraq. [Em. 51]

3.  Qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni ta' sospensjoni ta' rilaxxMeta l-oġġetti ssuspettati bi ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jkunux oġġetti ffalsifikati jew ta' sekwestru tal-oġġetti,ikkuppjati l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw l-intenzjoni lid-dikjarant jew, f'każi fejn l-oġġetti jkunu sejrin jiġu ssekwestrati, lid-detentur tal-oġġetti qabel jissospendu r-rilaxx tal-oġġetti jew jissekwestrawhom. Id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti għandu jingħata l-opportunità li jesprimi l-opinjonijiet tiegħu fi żmien tliet ijiem xogħol minn meta tkun intbagħtetwaslet dik il-komunikazzjoni. [Em. 52]

3a.  Meta l-oġġetti suspettati li huma imitazzjoni jew kopja ta' prodott protett fl-Unjoni minn dritt ta' proprjetà intellettwali jiġu suġġetti għal proċedura sospensiva, l-awtoritajiet doganali għandhom jitolbu lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti jipprovdi evidenza adegwata li d-destinazzjoni finali tal-oġġetti tinsab lil hinn mit-territorju tal-Unjoni fi żmien tlitt ijiem xogħol minn meta tasal dik it-talba. Fejn ma tkunx provduta evidenza adegwata li dan mhux minnu, l-awtoritajiet doganali għandhom jippreżumu li d-destinazzjoni finali hi t-territorju tal-Unjoni.

   Sa .... (24) il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu linji gwida għall-awtoritajiet doganali biex jiġi evalwat ir-riskju ta' devjazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu fis-suq tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 29(2). [Em. 53]

4.  L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lid-detentur bid-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni u lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti bid-deċiżjoni tagħhom li jissospendu r-rilaxxbis-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew li sejrin jissekwestrawhombis-sekwestru tagħhom fi żmien ġurnata xogħol. mill-adozzjoniInkella, l-awtoritajiet doganali jistgħu jitlobu d-detentur tad-deċiżjoni tagħhomta' approvazzjoni tal-applikazzjoni jinnotifika lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti b'dan, meta d-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni jiggarantixxi li se jirrispetta l-iskadenzi u l-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament. [Em. 54]

In-notifika lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti għandha tinkludi informazzjoni dwar il-konsegwenzi legali previsti fl-Artikolu 20. fir-rigward ta' oġġetti ffalsifikati jew ikkupjati. [Em. 55]

5.  L-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lid-detentur bid-deċiżjoni li japprovaw l-applikazzjoni u lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti bil-kwantità attwali jew stmata, bin-natura attwali jew issopponuta tal-oġġetti, inklużi stampiritratti ta' dawn l-oġġetti kif xieraq, li r-rilaxx tagħhom ġie sospiż jew li ġew issekwestrati. [Em. 56]

6.  Meta diversi persuni huma kkunsidrati bħala d-detenturi tal-oġġetti, l-awtoritajiet doganali ma għandhomx ikunu obbligati li jinfurmaw aktar minn persuna waħda.

Artikolu 17

Sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru ta' oġġetti wara approvazzjoni ta' applikazzjoni

1.  Meta awtoritajiet doganali jidentifikaw, waqt l-azzjoni tagħhom f'waħda mis-sitwazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1) oġġetti ssuspettati li jiksru d-dritt ta' proprjetà intellettwali, huma jistgħu jissospendu r-rilaxx ta' dawk l-oġġetti jew jissekwestrawhom qabel ma jkunu ġew innotifikati b'deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni fir-rigward ta' dawk l-oġġetti.

2.  Qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni ta' sospensjoni ta' rilaxx jew sekwestruma jiġi sospiż ir-rilaxx tal-oġġetti, jew qabel is-sekwestru tagħhom, l-awtoritajiet doganali jistgħu, mingħajr ma jiżvelaw ebda informazzjoni għajr in-numru ta' oġġetti attwali jew issopponuti, in-natura jew l-istampiir-ritratti ta' dawk l-oġġetti kif xieraq, jitolbu lil kwalunkwe persuna intitolata biex tissottometti applikazzjoni dwar l-allegat ksur ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali biex tipprovdilhom kull informazzjoni relevanti. [Em. 57]

3.  Qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni ta' sospensjoni ta' rilaxx jew ta' sekwestru tal-oġġetti, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw l-intenzjoni lid-dikjarant jew, f'każi fejn l-oġġetti jkunu sejrin jiġu ssekwestrati, lid-detentur tal-oġġetti. Id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti għandu jingħata l-opportunità li jesprimi l-opinjonijiet tiegħu fi żmien tliet ijiem xogħol minn meta tkun intbagħtet dik il-komunikazzjoni.[Em. 58]

3a.  Jekk l-oġġetti suspettati li huma imitazzjoni jew kopja ta' prodott protett fl-Unjoni minn dritt ta' proprjetà intellettwali jiġu suġġetti għal proċedura sospensiva, l-awtoritajiet doganali għandhom jitolbu lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti jipprovdu evidenza adegwata li d-destinazzjoni finali tal-oġġetti tinstab lil hinn mit-territorju tal-Unjoni fi żmien tliet ijiem minn meta tintbagħat dik it-talba. Fejn ma tkunx provduta evidenza adegwata li dan mhux minnu, l-awtoritajiet doganali għandhom jippreżumu li d-destinazzjoni finali hi t-territorju tal-Unjoni.

   Sa .... (25) il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu linji gwida għall-awtoritajiet doganali biex jiġi evalwat ir-riskju ta' devjazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu fis-suq tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 29(2).[Em. 59]

4.  L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw bis-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti lil kull persuna intotolata biex tissottometti applikazzjoni dwar l-allegat ksur ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali fi żmien ġurnata (1) mis-sospensjoni tar-rilaxx jew mis-sekwestru tal-oġġetti.

4a.  Meta ma tkunx tista' tiġi identifikata persuna intitolata tressaq applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkooperaw sabiex jidentifikaw persuna intitolata tressaq applikazzjoni. [Em. 60]

5.  L-awtoritajiet doganali għandhom japprovaw ir-rilaxx tal-oġġetti jew iwaqqfu immedjatament is-sekwestru tagħhom wara li jkunu ġew issodisfati l-formalitajiet doganali kollha fil-każijiet li ġejjin:

   (a) meta ma jkunu identifikaw l-ebda persuna intitolata li tissottometti applikazzjoni dwar l-allegat ksur ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali fi żmien ġurnata xogħol waħda mis-sospensjoni tar-rilaxx jew mis-sekwestru tal-oġġetti;
   (b) meta ma jkunu rċevew jew meta jkunu rrifjutaw applikazzjoni skont l-Artikolu 6(5).

L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti bid-deċiżjoni tagħhom li jissospendu r-rilaxxbis-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew li jissekwestrawhombis-sekwestru tagħhom fi żmien ġurnata mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħhom. [Em. 61]

6.  L-Artikolu ma għandux japplika għal prodotti li jeħżienu.[Em. 62]

Artikolu 18

Spezzjoni jew teħid ta' kampjuni ta' oġġetti li r-rilaxx tagħhom ġie sospiż jew li ġew issekwestrati

1.  L-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu lid-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni u lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti l-opportunità li jispezzjonaw l-oġġetti li r-rilaxx tagħhom kien ġie sospiż jew li ġew issekwestrati.

2.  L-awtoritajiet doganali jistgħu jieħdu kampjuni rappreżentattivi tal-merkanzija kollha u jistgħu jipprovdu jew jibagħtu tali kampjuni lid-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni, fuq talba tiegħu, strettament għal skopijiet ta' analiżi u biex tkun iffaċilitata l-proċedura sussegwenti fir-rigward ta' oġġetti ffalsifikati u kkupjati. Kull analiżi ta' dawn il-kampjuni għandha ssir taħt ir-responsabbiltà unika tad-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni. [Em. 63]

Meta ċ-ċirkostanzi jippermettu, il-kampjuni għandhom jintraddu lura wara t-tlestija tal-analiżi teknika u qabel l-oġġetti jiġu rilaxxati jew jintemm is-sekwestru.

3.  L-awtoritajiet doganali għandhom, fuq talba u jekk ikunu magħrufa, jipprovdu lid-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoniu, meta rilevanti, l-awtoritajiet u l-aġenziji responsabbli mill-infurzar tal-liġi, bl-ismijiet u bl-indirizzi tad-destinatarju, tal-ispeditur, tad-dikjarant jew tad-detentur tal-oġġetti, bil-proċedura doganali u bl-oriġini, bil-provenjenza u d-destinazzjoni tal-oġġetti ssuspettati bi ksur tad-dritt ta' proprjetà intellettwali. [Em. 64]

4.  Il-kundizzjonijiet ta' ħażna tal-oġġetti matul il-perjodu ta' sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru, inklużi d-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-ispejjeż, għandhom jiġu stabbiliti minn kull Stat Membru.

Artikolu 19

Użu permess ta' ċerta informazzjoni mid-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni

Meta d-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni jkun irċieva l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 18(3), id-detentur jista' juża dik l-informazzjoni biss għall-għanijiet li ġejjin:

   (a) biex jingħata bidu għal proċedimenti biex jiġi ddeterminat jekk dritt ta' proprjetà intellettwali jkunx inkiser jew matul tali proċedimenti; [Em. 65]
   (aa) biex tittieħed azzjoni ulterjuri sabiex jiġi identifikat min ikun kiser id-dritt tal-proprjetà intellettwali; [Em. 66]
   (ab) biex iniedi proċedimenti legali jew matul tali proċedimenti; [Em. 67]
   (b) biex ifittex kumpens mingħand dak li wettaq il-ksur jew minn persuni oħrajn meta oġġetti jinqerdu skont l-Artikolu 20(3) jew 23(3)l-Artikolu 20(3). [Em. 68]
   (ba) għal jew f'konnessjoni ma' investigazzjoni kriminali jew proċediment kriminali, inkluża informazzjoni relatata ma' dritt ta' proprjetà intellettwali. [Em. 69]
   (bb) fil-kuntest ta' negożjati għal riżoluzzjoni extraġudizzjarja. [Em. 70]

Artikolu 19a

Il-kondiviżjoni ta' informazzjoni u data bejn l-awtoritajiet doganali

B'suġġett għal salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-informazzjoni u d-data miġbura skont l-Artikolu 18(3) għandhom jiġu kondiviżi bejn l-awtoritajiet doganali fl-Unjoni u l-awtoritajiet rilevanti f'pajjiżi terzi u tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal tali kondiviżjoni.[Em. 71]

Taqsima 2

Il-qerda tal-oġġetti,Il-bidu tal-proċedimenti u r-rilaxx antiċipat tal-oġġetti [Em. 72]

Artikolu 20

Bidu Il-qerda tal-oġġetti u t-tnedija tal-proċedimenti [Em. 73]

1.  Meta oġġetti li mhumiex koperti mill-Artikoli 23 u 24 jkunu suspettati bi ksur ta'Oġġetti li r-rilaxx tagħhom ikun ġie sospiż jew li jkunu ġew sekwestrati skont l-Artikolu 16 jistgħu jinqerdu taħt il-kontroll doganali, mingħajr ebda bżonn li jiġi stabbilit jekk dritt ta' proprjetà intellettwali, skont il-liġi tal-Istat Membru fejn ikunu nstabu l-oġġetti, meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew issodisfati:

   (a) id-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni għandu jibda l-proċedimenti biex jiddetermina jekk id-dritt għal proprjetàjkun, abbażi tal-informazzjoni pprovduta lilu jew lilha skont l-Artikolu 16(2), ikkonferma bil-miktub lill-awtoritajiet doganali li jkun inkiser dritt tal-proprjetà intellettwali jkunxfilwaqt li jindika liema dritt intellettwali jkun inkiser fi żmien 10 ijiem xogħol, jew fi żmien tlitt ijiem xogħol fil-każ ta' oġġetti li jeħżienu malajr, minn meta tintbagħat id-deċiżjoni ta' sospensjonitasal in-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestrutas-sekwestru tal-oġġetti.
   (b) id-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni jkun informa lill-awtoritajiet doganali bil-miktub bil-qbil tiegħu jew tagħha għall-qerda tal-oġġetti fi żmien għaxart ijiem xogħol, jew fi żmien tlitt ijiem xogħol fil-każ ta' prodotti li jeħżienu malajr, minn meta tasal in-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew taż-żammatagħhom;
   (c) id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jkun ikkonferma bil-miktub lill-awtoritajiet doganali bil-qbil tiegħu għall-qerda tal-oġġetti fi żmien għaxart ijiem xogħol, jew tlitt ijiem xogħol fil-każ ta' prodotti li jeħżienu malajr, minn meta tasal in-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew taż-żamma tagħhom.

Fil-każ ta' prodotti li jiħżienu suspettati bi ksur ta' dritt ta' proprjetà intellettwali, il-perjodu għall-bidu ta' proċedimenti msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ta' tlett ijiem xogħol minn meta tintbagħat id-deċiżjoni ta' sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti.[Em. 74]

2.  L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettuMeta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti ma jkunx ikkonferma l-qbil tiegħu għall-qerda fil-perjodi stabbiliti fil-paragrafu 1(c) u lanqas ma jkun innotifika l-oppożizzjoni tiegħu għall-qerda lill-awtoritajiet doganali li adottaw id-deċiżjoni li jissospendu r-rilaxx ta' oġġetti jew itemmu s-sekwestru tagħhom immedjatament wara li jiġu ssodisfati l-formalitajietli jissekwestrawhom, l-awtoritajiet doganali kollha meta ma kinux ġew infurmati mid-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni, fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, b'kull punt minn dawn li ġejjingħandhom iqisu li d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jkun qabel li dawn l-oġġetti jinqerdu:

   (a) il-bidu ta' proċediment biex jiġi stabbilit jekk inkisirx dritt għal proprjetà intellettwali;
   (b) ftehim bil-miktub bejn id-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni u d-detentur tal-oġġetti biex l-oġġetti jiġu abbandonati għall-qerda.[Em. 75]

3.  F'każ ta' ftehim biex l-oġġetti jiġu abbandonati għall-qerda li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2(b), Il-qerda għandha ssir taħt il-kontroll doganali bi spejjeż u taħt ir-responsabbiltà tad-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat b'mod differenti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn l-oġġetti jinqerdu. Jistgħu jittieħdu kampjuni qabel il-qerda. [Em. 76]

4.  L-awtoritajiet doganali jistgħu jestendu l-perjodu li hemm referenza għalih fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 b'massimu ta' 10 ijiem xogħol fuq talba mid-detenturMeta ma jkunx hemm qbil dwar il-qerda, jew id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti joġġezzjona għall-qerda, id-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni f'każi xierqagħandu jniedi proċedimenti biex jistabbilixxi jekk ikunx inkiser dritt tal-proprjetà intellettwali, fi żmien 20 jum ta' xogħol, jew fi żmien tlitt ijiem xogħol fil-każ ta' prodotti li jeħżienu malajr, minn meta tkun waslet in-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew taż-żamma tagħhom.

Fil-każ ta' prodotti li jeħżienu malajr, il-perjodu li hemm referenza għalih fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 m'għandux jiġi estiż.[Em. 77]

4a.  L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu r-rilaxx ta' oġġetti jew itemmu ż-żamma tagħhom, kif xieraq, immedjatament wara li jkunu ġew issodisfati l-formalitajiet doganali kollha, meta ma jkunux irċevew l-informazzjoni mid-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni dwar kwalunkwe punt minn dawn li ġejjin:

   (a) il-qbil tiegħu għall-qerda fil-perjodi imsemmija fil-paragrafu 1(b);
   (b) it-tnedija tal-proċedimenti biex jiġi stabbilit jekk inkisirx dritt ta' proprjetà intellettwali fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 4. [Em. 78]

Artikolu 21

Ir-rilaxx antiċipat tal-oġġetti

1.  Meta l-awtoritajiet doganali jkunu ġew innotifikati bil-bidu tal-proċedimenti biex jiddeterminaw jekk disinn, brevetta, mudell ta' utlità jew dritt għal varjetà ta' pjanti ikunx inkiser u jekk il-perjodu previst fl-Artikolu 20 skadiex, id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jista' jitlob lill-awtoritajiet doganali biex jirrilaxxaw l-oġġetti jew itemmu s-sekwestru tagħhom.

L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw l-oġġetti jew itemmu s-sekwestru tagħhom biss meta dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin kollha jkunu ġew issodisfati:

   (a) id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti pprovda garanzija;
   (b) l-awtorità kompetenti biex tiddetermina jekk dritt ta' proprjetà intellettwali nkisirx ma awtorizzatx miżuri ta' prekawzjoni;
   (c) il-formalitajiet doganali kollha ġew issodisfati.

2.  Il-garanzija msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tkun ipprovduta mid-dikjarant jew mid-detentur tal-oġġetti fi żmien 10 ijiem xogħol wara d-data li fiha l-awtoritajiet doganali jirċievu t-talba li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1.

3.  L-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu l-garanzija f'ammont għoli biżżejjed sabiex jipproteġu l-interessi tad-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni.

4.  Il-provvediment ta' garanzija ma għandux jaffettwa r-rimedji legali l-oħrajn disponibbli għad-detentur ta' deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' applikazzjoni.

Artikolu 22

It-trattament projbit approvat mid-dwana u l-użu ta' oġġetti abbandunati għall-qerda

1.  Oġġetti abbandunati għall-qerda skont l-Artikolu 20, 23 jew l-Artikolu 24 ma għandhomx: [Em. 79]

   (a) jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera;
   (b) jinħarġu mit-territorju doganali tal-Unjoni;
   (c) jiġu esportati;
   (d) jiġu esportati mill-ġdid;
   (e) jitpoġġew taħt proċedura sospensiva;
   (f) jitpoġġew f'żona ħielsa jew f'maħżen ħieles.

1a.  B'eċċezzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lill-organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati, li għandhom l-għan li jiġġieldu l-falsifikazzjoni u li qabel dawn l-operazzjonijiet ikunu ġew awtorizzati individwalment, li jużaw il-miżuri elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1. Qabel il-qerda tal-oġġetti abbandunati, l-organizzazzjonijiet awtorizzati jistgħu jaħżnuhom, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-awtorizzazzjoni, għal skopijiet ta' analiżi u biex tiġi stabbilita bażi ta' data ta' informazzjoni maħsuba kontra l-falsifikazzjoni. L-organizzazzjonijiet awtorizzati għandhom ikunu ppubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni. [Em. 80]

2.  Awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li tali oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jitpoġġew taħt superviżjoni doganali bejn postijiet differenti fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni bil-għan li jinqerdu taħt kontroll doganali jew fid-dawl tal-użu tagħhom għal skopijiet edukattivi u wirjiet akkumpanjati b'miżuri ta' sigurtà xierqa. [Em. 81]

Taqsima 3

Oġġetti ffalsifikati u kkupjati [Em. 82]

Artikolu 23

Il-qerda u l-bidu tal-proċedimenti

1.  Oġġetti suspettati li huma ffalsifikati jew ikkupjata jistgħu jinqerdu taħt kontroll doganali, mingħajr ebda bżonn li jiġi stabbilit jekk dritt ta' proprjetà intellettwali ikunx inkiser skont il-liġi tal-Istat Membru fejn instabu l-oġġetti, meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew issodisfati:

   (a) id-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni informa lill-awtoritajiet doganali bil-miktub bil-qbil tiegħu għall-qerda tal-oġġetti fi żmien 10 ijiem xogħol, jew tlett ijiem xogħol fil-każ ta' prodotti li jeħżienu malajr, mid-data minn meta tintbagħat id-deċiżjoni għas-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew tas-sekwestru tagħhom;
   (b) id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti ikkonferma bil-miktub lill-awtoritajiet doganali bil-qbil tiegħu għall-qerda tal-oġġetti fi żmien 10 ijiem xogħol, jew tlett ijiem xogħol fil-każ ta' prodotti li jeħżienu malajr, mid-data minn meta tintbagħat id-deċiżjoni għas-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew tas-sekwestru tagħhom.

2.  Meta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti ma jkunx ikkonferma l-qbil tiegħu għall-qerda fil-perjodi stabbiliti fil-paragrafu 1(b) u lanqas ma jkun innotifika l-oppożizzjoni tiegħu għall-qerda lill-awtoritajiet doganali li adottaw id-deċiżjoni li jissospendu r-rilaxx tal-oġġetti jew tas-sekwestru tagħhom, l-awtoritajiet doganali jistgħu jqisu li d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jkun qabel li dawn l-oġġetti jinqerdu.

L-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lid-detentur bid-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-applikazzjoni.

Meta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti joġġezzjona għall-qerda tal-oġġetti, l-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lid-detentur bid-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni ta' tali oġġezzjoni.

3.  Il-qerda għandha ssir taħt il-kontroll doganali, bi spejjeż ta' u taħt ir-responsabbiltà tad-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn jinqerdu l-oġġetti. Qabel il-qerda, jistgħu jittieħdu kampjuni.

4.  Meta ma jkunx hemm qbil dwar il-qerda, id-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni għandu jibda proċedimenti, biex jistabbilixxi jekk ikunx inkiser dritt għal proprjetà intellettwali, fi żmien 10 ijiem xogħol, jew tlett ijiem xogħol fil-każ ta' prodotti li jeħżienu malajr minn meta tkun ntbagħtet id-deċiżjoni għas-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew għas-sekwestru tagħhom.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jestendu l-perjodi msemmija fl-ewwel subparagrafu b'massimu ta' 10 ijiem xogħol fuq talba mid-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni f'każi xierqa.

Fil-każ ta' prodotti li jeħżienu malajr dawn il-perjodi ma għandhomx jiġu estiżi.

5.  L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu r-rilaxx ta' oġġetti jew itemmu s-sekwestru tagħhom, kif xieraq, immedjatament wara li jkunu ġew sodisfatti l-formalitajiet doganali kollha, meta ma jkunux irċevew l-informazzjoni mingħand id-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni dwar xi punt minn dawn li ġejjin:

   (a) il-qbil tiegħu għall-qerda fil-perjodi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(a);
   (b) il-bidu tal-proċedimenti biex jiġi stabbilit jekk inkisirx dritt ta' proprjetà intellettwali fi ħdan il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4.[Em. 83]

Artikolu 24

Proċedura speċifika għall-qerda ta' oġġetti f'kunsinni żgħar

1.  Dan l-Artikolu japplika għal oġġetti fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin kollha jkunu ssodisfati:

   (a) oġġetti jkunu suspettati li huma foloz jew ikkupjatibi ksur ta' dritt tal-proprjetà intellettwali; [Em. 84]
   (b) prodotti/oġġetti li ma jeħżinux;
   (c) oġġetti jkunu koperti minn deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni;
   (ca) id-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' applikazzjoni jkun talab l-użu tal-proċedura speċifika fl-applikazzjoni tiegħu; [Em. 85]
   (d) oġġetti jkunu trasportati f'kunsinni żgħar.

2.  L-Artikolu 16 (3),(4) u (5) u l-Artikolu 18(2) ma għandhomx japplikaw. [Em. 86]

3.  Meta tiġi nnotifikata, fi żmien ġurnata xogħol wara l-adozzjoni tagħha, id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew tas-sekwestru tal-oġġetti, l-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti b'dan li ġej:

   (a) l-intenzjoni tal-awtoritajiet doganali li jeqirdu l-oġġetti;
   (b) id-drittijiet tad-dikjarant jew tad-detentur tal-oġġetti skont il-paragrafi 4 u 5.

4.  Id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti għandu jingħata l-opportunità li jesprimi l-opinjoni tiegħu fi żmien 20 jumħamest ijiem xogħol minn meta tiġi rċevuta id-deċiżjoni għas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti. [Em. 87]

5.  L-oġġetti kkonċernati jistgħu jinqerdu meta, fi żmien 20 jum xogħol minn meta tkun intbagħtet id-deċiżjoni għas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti, id-d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jkun ikkonferma bil-miktub lill-awtoritajiet doganali l-qbil tiegħu għall-qerda tal-oġġetti. Din il-qerda għandha titwettaq taħt il-kontroll doganali bi spejjeż tad-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni. [Em.88 ]

6.  Meta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti ma jkunx ikkonferma l-qbil tiegħu jew tagħha għall-qerda fil-perjodu li hemm referenza għalih fil-paragrafu 5, u lanqas ma jkun innotifika l-oppożizzjoni tiegħu jew tagħha għall-qerda lill-uffiċċju doganali li adotta d-deċiżjoni għas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti, l-awtoritajiet doganali jistgħu jqisu li d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti qabel mal-qerda tal-oġġetti.

7.  Il-qerda tista' ssir taħt il-kontroll doganali bi spejjeż tal-awtoritajiet doganali.[Em. 89]

7a.  L-awtoritajiet doganali għandhom jipprovdu lid-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' applikazzjoni aċċess għall-informazzjoni dwar in-numru proprja jew preżunt ta' oġġetti meqruda u n-natura tagħhom fejn ikun xieraq. [Em. 90]

8.  Meta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti joġġezzjona għall-qerdama jkunx ikkonferma l-qbil tiegħu mal-qerda jew ma jkunx innotifika l-oġġezzjoni tiegħu għall-qerda fi żmien għaxart ijiem xogħol minn meta tkun waslitlu d-deċiżjoni tas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti, l-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lid-detentur bid-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni għal tali nuqqas ta' qbil jew oġġezzjoni u bin-numru ta' oġġetti u n-natura tagħhom, inklużi stampi ta' dawk l-oġġetti jew kampjuni fejn xieraq. [Em. 91]

9.  L-awtoritajiet doganali għandhom jawtorizzaw ir-rilaxx tal-oġġetti jew itemmu s-sekwestru tagħhom, kif xieraq, immedjatament wara li jkunu ġew issodisfati l-formalitajiet doganali kollha meta ma jkunux irċevew informazzjoni mingħand id-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni dwar il-bidu tal-proċedimenti biex jiġi stabbilit jekk dritt ta' proprjetà intellettwali inkisirx, fi żmien 10 ijiem xogħol minn meta tintbagħat l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 8.

10.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30 dwar il-limiti li jiddefinixxu kunsinni żgħar għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu.[Em. 92]

KAPITOLU IV

RESPONSABBILTÀ, SPEJJEŻ U PIENI

Artikolu 25

Responsabbiltà tal-awtoritajiet doganali

Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Istati Membri, id-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni ma għandhiex tintitola lid-detentur ta' dik id-deċiżjoni għal kumpens f'każ li ma jinstabux oġġetti suspettati bi ksur ta' dritt ta' proprjetà intellettwali mill-uffiċċju doganali u dawn jiġu rilaxxati, jew ma tittieħed l-ebda azzjoni ta' sekwestru tagħhom.

Artikolu 26

Responsabbiltà tad-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni

Meta proċedura li tinbeda kif xieraq skont dan ir-Regolament ma titkompliex minħabba att jew ommissjoni mid-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni jew meta l-oġġetti kkonċernati sussegwentament jinstabu li mhumiex qegħdin jiksru dritt ta' proprjetà intellettwali, id-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni għandu jkun responsabbli għall-persuna involuta fis-sitwazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1(1) skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn jinstabu l-oġġetti.

Artikolu 27

Spejjeż

1.  Meta mitlub mill-awtoritajiet doganali, id-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni għandu jrodd lura l-ispejjeż kollha mġarrba mill-amministrazzjoni doganali għas-sekwestru tal-oġġetti taħt superviżjoni doganali skont l-Artikolu 16 u 17 u għall-qerda tal-oġġetti skont l-Artikoli 20 u 2324. Id-detentur ta' deċiżjoni għandu, fuq talba, jingħata informazzjoni mill-awtoritajiet doganali dwar fejn u kif l-oġġetti miżmuma qed jinħażnu u dwar l-ispejjeż konnessi ma' tali ħażna, u għandu jingħata l-opportunità jikkummenta dwar dik il-ħażna. [Em. 93]

2.  Dan l-Artikolu għandu jkun bla ħsara għad-dritt tad-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni biex jikseb kumpens mingħand dak li wettaq il-ksur jew mingħand persuni oħra skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn jinstabu l-oġġetti.

2a.  Meta min iwettaq il-ksur ma jkunx jista' jiġi identifikat, ma jkunx tanġibbli jew ma jkunx jista' jipprovdi kumpens, id-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' applikazzjoni jista' jfittex kumpens mis-sid tal-oġġetti jew mill-persuna li jkollha dritt simili biex tiddisponi minnhom. [Em. 94]

2b.  Il-paragrafu 2a m'għandux japplika għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 24. [Em. 95]

3.  Id-detentur ta' deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' applikazzjoni tal-Unjoni għandu jipprovdi u jħallas għal kull traduzzjoni li jkunu jeħtieġu l-awtoritajiet doganali li għandhom jieħdu azzjoni fuq l-oġġetti suspettati bi ksur ta' dritt ta' proprjetà intellettwali.

Artikolu 28

Sanzjonijiet amministrattivi

Bla ħsara għad-dritt nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regolijapplikaw ir-regoli dwar is-sanzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-ksurrelatati mal-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet amministrattivi previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi. [Em. 96]

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kull b'emenda sussegwenti li taffettwawhom.

KAPITOLU V

KUMITAT, DELEGAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI[Em. 97]

Artikolu 29

Proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit mill-Artikoli 247a u 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dak il-kumitat huwa kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 30

L-eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Id-delega tas-setgħa li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24(10) għandha tingħata għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.  Id-delega tas-setgħat li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24(10) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 24(10) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.[Em. 98]

Artikolu 31

Skambju ta' data dwar deċiżjonijiet relatati mal-applikazzjoni għal azzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

1.  Id-dipartimenti doganali kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawn li ġejjinbl-informazzjoni neċessarja relatata ma' dan li ġej:

   (a) id-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni ta' applikazzjoni, inklużi applikazzjonijiet għal azzjoni, inklużi ritratt(i), stampa(i) jew fuljett(i);
   (b) deċiżjonijiet ta' approvazzjoni tal-applikazzjonijiet;
   (c) kull deċiżjoni li testendi l-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni jew kull deċiżjoni li tirrevoka d-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni jew li temendaha;
   (d) kull sospensjoni ta' deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni. [Em. 99]

2.  Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-punt (g) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97, meta r-rilaxx tal-oġġetti jkun sospiż jew l-oġġetti jiġu ssekwestrati, l-awtoritajiet doganali għandhom jgħaddu kull informazzjoni relevanti lill-Kummissjoni, inklużi dettalji dwar il-oġġetti, id-dritt ta' proprjetà intellettwali, il-proċeduri u t-trasport.

3.  L-informazzjoni kollha li hemm referenza għaliha fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinżamm f'bażi ta' data ċentrali tal-Kummissjoni. Ladarba l-bażi ta' data ċentrali tal-Kummissjoni tkun fis-seħħ, it-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha ssir permezz ta' dik il-bażi ta' data. [Em. 100]

4.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri f'forma elettronika l-informazzjoni relevanti li hemm referenza għaliha fil-paragrafi 1 u 2 kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2015.

4a.  Bl-għan li jiġi żgurat l-ipproċessar tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-bażi ta' data ċentrali msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi stabbilita f'forma elettronika. Il-bażi ta' data ċentrali għandu jkun fiha l-informazzjoni, inkluża data personali, imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3), l-Artikolu 13 u l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

4b.  L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni miżmuma fil-bażi ta' data ċentrali.

4c.  L-awtoritajiet doganali għandhom idaħħlu fil-bażi ta' data informazzjoni relatati mal-applikazzjonijiet ippreżentati lid-dipartiment doganali kompetenti. L-awtorità doganali li tkun daħħlet l-informazzjoni fil-bażi ta' data ċentrali għandha, fejn ikun neċessarju, tikkoreġi jew tħassar tali informazzjoni. Kull awtorità doganali li tkun daħħlet informazzjoni fil-bażi ta' data ċentrali għandha tkun responsabbli għall-eżattezza, l-adegwatezza u r-relevanza ta' dik l-informazzjoni.

4d.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm arranġamenti tekniċi u organizzattivi adegwati għall-operat affidabbli u sikur tal-bażi ta' data ċentrali. L-awtorità doganali ta' kull Stat Membru għandha tistabbilixxi u żżomm arranġamenti tekniċi u organizzattivi sabiex jiġu żgurati l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-operazzjonijiet ta' pproċessar imwettqa mill-awtoritajiet doganali tagħhom u fir-rigward tat-terminals tal-bażi ta' data ċentrali li jkunu jinsabu fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

4e.  L-ipproċessar ta' data personali fil-bażi ta' data ċentrali għandu jitwettaq b'konformità mal-Artikolu 32.[Em. 101]

Artikolu 32

Dispożizzjonijiet ta' protezzjoni tad-data

1.  L-ipproċessar ta' data personali fil-bażi tad-data ċentrali tal-Kummissjoni għandu jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Fi kwalunkwe każ, il-miżuri ta' implimentazzjoni li jridu jiġu adottati għandhom jispeċifikaw fid-dettall il-karatteristiċi funzjonali u tekniċi tal-bażi ta' data. [Em. 102]

2.  L-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jsir skont id-Direttiva 95/46/KE u taħt is-superviżjoni tal-awtorità pubblika indipendenti tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 28 ta' dik id-Direttiva.

2a.   Id-data personali għandha tinġabar u tintuża biss għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament. Id-data personali li tinġabar b'dan il-mod għandha tkun eżatta u għandha tinżamm aġġornata.

2b.   Kull awtorità doganali li tkun daħħlet data personali fil-bażi ta' data ċentrali għandha tkun il-kontrollur fir-rigward tal-ipproċessar ta' dik id-data.

2c.   Is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt ta' aċċess għad-data personali relatata miegħu li tiġi pproċessata permezz tal-bażi ta' data ċentrali u, fejn ikun xieraq, id-dritt għar-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar ta' data personali b'konformità mar-Regolament (KE) 45/2001 jew il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

2d.   It-talbiet kollha għall-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess, rettifika, tħassir jew imblukkar għandhom jiġu ppreżentati lid-dipartiment doganali kompetenti u għandhom jiġu pproċessati minnu. Meta s-suġġett ta' data jkun ippreżenta talba għall-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess, rettifika, tħassir jew imblukkar lil uffiċċju ieħor tal-awtoritajiet doganali jew lil uffiċċju tal-Kummissjoni, l-uffiċċju li jirċievi t-talba għandu jgħaddi din it-talba lid-dipartiment doganali kompetenti.

2e.  Id-data personali m'għandhiex tinżamm iktar minn sitt xhur mid-data meta d-deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' applikazzjoni relevanti tkun ġiet revokata jew meta l-perjodu relevanti li matulu l-awtoritajiet doganali jistgħu jieħdu azzjoni jkun skada.

2f.   Meta d-detentur tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' applikazzjoni jkun nieda proċedimenti skont l-Artikolu 20(1) jew l-Artikolu 24(9) ta' dan ir-Regolament u jkun innotifika lid-dipartiment doganali kompetenti bit-tnedija ta' tali proċedimenti, id-data personali għandha tinżamm għal sitt xhur wara li l-proċedimenti jkunu ddeterminaw b'mod finali jekk kienx hemm ksur tad-dritt ta' proprjetà intellettwali. [Em. 103]

Artikolu 33

Perjodi, dati u limiti ta' żmien

Ir-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien(26) għandhom japplikaw.

Artikolu 34

Għajnuna amministrattiva reċiproka

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 515/97 għandhom japplikaw.

Artikolu 35

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 huwa revokat b'effett minn ...(27).

Ir-referenzi għar-Regolament revokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 36

Dispożizzjonijiet transizzjonali

L-applikazzjonijiet għal azzjoni approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 għandhom jibqgħu validi għall-perjodu speċifikat fid-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni li matulha l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni u m'għandhomx jiġu estiżi.

Artikolu 37

Dħul fis-seħħ u l-applikazzjonirappurtar[Em. 104]

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, Artikolu 24(1) sa (9) għandhom japplikaw minn XX.XX.20XX.[Em. 106]

   Sa ... (28), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ukoll analiżi tal-impatt ta' dan ir-Regolament dwar id-disponibilità tal-mediċini ġeneriċi, fl-Unjoni kif ukoll globalment. Jekk meħtieġ, dak ir-rapport għandu jkollu mehmuż miegħu proposti u/jew rakkomandazzjonijiet xierqa.[Em. 121, 151 u 163]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

(1) ĠU C 363, 13.12.2011, p. 1.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012.
(3) ĠU C 253, 4.10.2008, p. 1.
(4) ĠU L 196, 2.8.2003, p. 7.
(5) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(6) ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.
(7) ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 47.
(8) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 74.
(9)* Id-data: 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(10) ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1.
(11) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(12) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
(13) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(14) ĠU L 152, 16.6.2009, p. 1.
(15) ĠU L 198, 8.8.1996, p. 30.
(16) ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.
(17) ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.
(18) ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1.
(19) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(20) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(21) ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1.
(22) ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.
(23) ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40.
(24)* Id-data: 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(25)* Id-data: 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(26) ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.
(27)* Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(28)* Id-data: 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Avviż legali - Politika tal-privatezza