Firem elettroniċi ta' emendi (interpretazzjoni tal-Artikoli 156, paragrafu 1, t-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura)
P7_TA(2012)0277
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proġett pilota li jippermetti il-firem eletroniċi tal-emendi mill-Kumitati (interpretazzjoni tal-Artikoli 156, paragrafu 1, t-tieni inċiż,tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-ittra tad-19 ta' Ġunju 2012 tal-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 211 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 156, paragrafu 1, t-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:"
Emendi jistgħu jiġu ffirmati elettronikament bħala parti minn proġett pilota li jinvolvi għadd limitat ta' kumitati parlamentari, bil-kundizzjoni, l-ewwel, li l-kumitati li jipparteċipaw fil-proġett ikunu qablu għal dan u, t-tieni, li jitqiegħdu fis-seħħ miżuri xierqa biex tkun żgurata l-awtentiċità tal-firem.
"
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif