Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0267(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0158/2011

Testi mressqa :

A7-0158/2011

Dibattiti :

PV 03/07/2012 - 15
CRE 03/07/2012 - 15

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2012 - 7.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0278

Testi adottati
PDF 762kWORD 303k
L-Erbgħa, 4 ta' Lulju 2012 - Strasburgu
Regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa ***I
P7_TA(2012)0278A7-0158/2011
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (COM(2010)0539 – C7-0294/2010 – 2010/0267(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0539),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0294/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Litwan, mill-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu u mid-Diet u s-Senat Pollakki, li jaffermaw li l-abbozz ta' att leġislattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Frar 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0158/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 107, 6.4.2011, p. 30.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa
P7_TC1-COD(2010)0267

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009(3) jagħti poteri lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.

(2)  Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-poteri mogħtija taħt ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 lill-Kummissjoni jeħtieġu jkunu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat).

(3)  Il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li ma jkunux essenzjali. L-elementi li għalihom il-poter jista' jkun eżerċitat għandhom ikunu definiti, kif ukoll il-kundizzjonijiet li għalihom għandha tkun soġġetta dik id-delegazzjoni.Biex ikun żgurat il-funzjonament xieraq tas-sistema stabbilita b'dan ir-Regolament, il-poter li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jingħata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, xierqa u fil-ħin tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.[Em. 1]

(4)  Sabiex tiggarantixxi applikazzjoni uniformi tar-Regolament Nru 73/2009 fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha jkollha l-poter li tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat. Salv meta hu espliċitament ipprovdut mod ieħor, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-...jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kummissjoni għandha tingħata poteri ta' implimentazzjoni. Dawn il-poteri, ħlief meta jkun previst espliċitament mod ieħor, għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewrepow u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni(4). [Em. 2]

(4a)  Il-Kummissjoni, permezz ta' atti tal-implimentazzjoni, għandha tapprova l-għoti ta' ċertu appoġġ speċifiku, tiddeċiedi liema Stati Membri jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet rigward il-primjum tal-baqar li jreddgħu u tawtorizza lil Stati Membri ġodda jikkomplementaw, skont ċerti kundizzjonijiet, kwalunkwe pagamenti diretti. Minħabba n-natura speċjali ta' dawk l-atti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadottahom mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat għal Pagamenti Diretti.[Em. 3]

(5)  Xi wħud mid-dispożizzjonijiet dwar skemi ta’ appoġġ dirett li ġew adottati sa issa mill-Kummissjoni skont il-poteri mogħtija lilha mir-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma kkunsidrati ta’ tali importanza li għandhom jiġu inkorporati f’dak ir-Regolament. Dawk l-elementi jikkonċernaw xi wħud mir-regoli dettaljati stipulati fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1120/2009(5), (UE) Nru 1121/2009(6) u (UE) Nru 1122/2009(7).

(6)  Fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu ssimplifikati, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità.

(7)  Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u ċarezza huwa xieraq li jiġu pprovduti definizzjonijiet għal “art għall-kultivazzjoni”, “uċuħ tar-raba’ permanenti”, “mergħa permanenti” u “mergħat”.

(8)  Minħabba li l-mergħa permanenti għandha effett ambjentali pożittiv, għandhom jiġu adottati miżuri sabiex jinkoraġġixxu l-manutenzjoni tal-mergħa permanenti eżistenti biex tiġi evitata l-konverżjoni massiva f’art għall-kultivazzjoni. Sabiex tiżgura li l-Istati Membri jiddeterminaw il-proporzjon ta’ mergħa permanenti u art agrikola li għandha tinżamm b’mod koerenti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar id-determinazzjoni tad-dejta meħtieġa sabiex tistabbilixxi dan il-proporzjon.

(9)  Sabiex tiżgura implimentazzjoni effettiva tas-sistema konsultattiva għall-farms ipprovduta fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, biex b’hekk tagħmel tali sistema kompletament operattiva, il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

(10)  Sabiex jiżguraw li l-osservanza tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità tkun tista’ tiġi vverifikata, il-bdiewa huma meħtieġa jiddikjaraw l-erjas agrikoli kollha tal-impriża tagħhom. Dan japplika wkoll meta l-bdiewa ma japplikaw għal ebda pagament dirett ibbażat fuq l-erja u jkollhom biss żoni żgħar għad-dispożizzjoni tagħhom. F’dawk il-każijiet, għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li ma jkollhomx bżonn id-dikjarazzjoni ta’ dawk l-erjas, sakemm l-erja totali tal-impriża kkonċernata ma taqbiżx ettaru wieħed u sakemm issir referenza għal dawk l-erjas fl-applikazzjoni għal għajnuna.

(11)  Implimentazzjoni effettiva tal-kundizzjonalità teħtieġ verifika tal-osservanza tal-obbligi fuq il-livell tal-bdiewa. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, sabiex tiżgura livell uniformi u għoli biżżejjed ta’ prestazzjoni ta’ dawn il-verifiki b’mod partikolari fir-rigward tal-għażla tal-farms, twettiq ta’ kontrolli u rappurtar. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li juża l-għażla li jikkunsidra nuqqas ta’ konformità bħala minuri jew li ma japplikax tnaqqis jew esklużjoni fejn ammont ikkonċernat huwa ta’ inqas minn EUR 100, l-awtorità kompetenti ta’ kontroll għandha, fis-sena ta’ wara, tivverifika li l-bidwi jirrimedja għas-sejbiet tan-nuqqas ta’ konformità kkonċernat. Madankollu, bl-għan li tissimplifika u li ttaffi l-piż amministrattiv, wieħed għandu jikkunsidra li jissimplifika s-sistema ta' kontrolli ta' segwitu.

(12)  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Sabiex tiżgura livell uniformi u għoli biżżejjed ta’ osservanza tal-elementi differenti ta’ dik is-sistema fir-rigward tal-aspetti tekniċi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar karatteristiċi bażiċi, definizzjonijiet u rekwiżiti ta’ kwalità dwar is-sistema u l-elementi differenti tagħha.

(13)  Sabiex tiżgura amministrazzjoni koerenti u effiċjenti tal-applikazzjonijiet għal għajnuna l-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni pertinenti għall-applikazzjoni għal għajnuna u għall-applikazzjoni għal intitolamenti għal pagament. Dawk l-atti għandhom jiżguraw li jiġu pprovduti biżżejjed żmien u l-informazzjoni neċessarja kollha sabiex jippermettu l-verifika tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà. Meta tkun iġġustifikata debitament, il-bidwi għandu jingħata ċerta flessibbiltà. Barraminnhekk, ir-regoli ta’ eliġibbiltà bħal perijodi ta’ żamma ta’ annimali ma għandhomx jostakolaw lill-bdiewa milli jittrasferixxu l-impriża kollha tagħhom wara li l-applikazzjoni tintbagħat imma matul dan il-perijodu. Il-kundizzjonijiet għal tali trasferimenti għandhom għalhekk jiġu ddefiniti.

(14)  Verifika tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandha titwettaq bl-għan li tipproteġi l-Fondi tal-Unjoni. Sabiex tippermetti tali verifika tat-twettiq tal-obbligi marbutin mal-pagament mill-bdiewa kif ukoll sabiex tiżgura distribuzzjoni korretta tal-fondi għall-bdiewa intitolati, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri. Meta xieraq, dawk l-atti għandhom ukoll jistabbilixxu regoli għas-sitwazzjoni meta servizzi, korpi jew organizzazzjonijiet oħrajn minbarra l-awtorità kompetenti jkunu inkarigati mill-amministrazzjoni tal-pagamenti.

(15)  L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi għal rekwiżiti minimi li għandhom jiġu osservati, iżda l-applikazzjoni tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1) mhix xierqa għall-bdiewa li għadhom qegħdin jirċievu pagamenti diretti taħt ċerti skemi akkoppjati iżda li ma għandhomx ettari. Dawk il-bdiewa huma fl-istess sitwazzjoni bħall-bdiewa detenturi ta’ intitolamenti speċjali u sabiex jiżguraw l-effettività sħiħa tal-iskemi akkoppjati inkwistjoni huma għandhom għalhekk jiġu ttrattati bl-istess mod għall-iskopijiet tal-Artikolu 28(1) ta’ dak ir-Regolament. Ukoll, meta Stat Membru jkun għażel limitu massimu f'ettari kif previst fl-Artikolu 28(1)(b), il-bdiewa li jirċievu l-appoġġ speċifiku msemmi fit-Titlu III tal-Kapitolu 5 u li għandhom inqas ettari mil-limitu massimu magħżul mill-Istat Membru għandhom ikunu soġġetti għal-limitu massimu f'Euro magħżul mill-Istat Membru skont kif previst fl-Artikolu 28(1)(a).

(16)  Għandhom jiġu ffissati r-regoli dwar il-qies minimu għal kull impriża li għaliha jista’ jintalab l-istabbiliment ta’ intitolamenti għal pagament.

(17)  Sabiex tiżgura l-kontinwità tas-sistema ta’ pagamenti diretti f’każ ta’ ċirkostanzi straordinarji, il-Kummissjoni għandha tingħata l-permess li tadotta miżuri neċessarji u ġustifikati sabiex tegħleb tali eventwalitajiet.

(18)  Sabiex tiżgura l-amministrazzjoni effiċjenti tal-iskema ta’ pagament uniku previst fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-użu ta’ erjas agrikoli għal attivitajiet mhux agrikoli għandu jiġi ddefinit.

(19)  Sabiex tittieħed f’kunsiderazzjoni l-organizzazzjoni interna tal-Istati Membri, huma għandhom jitħallew jamministraw ir-riżerva naturali fuq livell reġjonali. Għandhom jiġu stabbiliti regoli għal tali amministrazzjoni.

(20)  Għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi mill-Istati Membri dwar ir-riverżjoni għar-riżerva nazzjonali tal-intitolamenti għal pagament mhux użati.

(21)  Ir-regoli rigward il-limitazzjoni fuq it-trasferiment ta’ intitolamenti għal pagament għandhom jiġu adattati sabiex jieħdu f’kunsiderazzjoni sitwazzjonijiet ta’ trasferiment partikolari.

(22)  Sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet għal intitolamenti speċjali jkomplu jintlaħqu għandhom jiġu adottati regoli dwar il-kalkolu tal-unitajiet ta’ bhejjem.

(23)  Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-allokazzjoni inizjali ta’ intitolamenti għal pagament fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku fl-Istati Membri l-ġodda kif previst fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(24)  Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-kalkolu tal-unitajiet ta’ bhejjem għal intitolamenti speċjali kif previst fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(25)  Sabiex tiżgura trattament ugwali bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-miżuri speċifiċi ta’ appoġġ li jikkonċernaw attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agriambjentali addizzjonali, erjas soġġetti għal ristrutturazzjoni u/jew miżuri ta’ assigurazzjoni għal programmi ta’ żvilupp, uċuħ tar-raba’, annimali u pjanti kif previst fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Fil-każ ta’ fondi reċiproċi għall-mard ta’ annimali u pjanti u l-inċidenti ambjentali, dawn ir-regoli għandhom b’mod partikolari jinkludu t-tul minimu u massimu tas-self kummerċjali eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja u l-obbligu tal-Istati Membri li jissottomettu rapport annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(26)  Sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni effiċjenti tal-iskemi ta’ għajnuna previsti fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-funzjonament preċiż ta’ dawk is-sistemi.

(27)  Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw il-limitazzjonijiet għat-trasferiment ta’ drittijiet tal-primjum fil-każ tal-primjums fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż.

(28)  Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw l-għadd minimu ta’ annimali li għandhom jiġu ddikjarati fir-rigward tal-primjums speċjali u fir-rigward tal-primjum tal-baqar li jreddgħu.

(29)  Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw il-limiti għat-trasferiment tad-drittijiet tal-primjums ta’ baqar li jreddgħu.

(30)  Sabiex tiżgura amministrazzjoni tajba tal-għażliet magħmula mill-Istati Membri li jikkonċernaw il-pagamenti akkoppjati, il-Kummissjoni għandha tiffissa limiti li jikkorrispondu mal-iskema ta’ pagament uniku, il-miżuri akkoppjati fi ħdan l-appoġġ speċifiku, il-pagament separat taz-zokkor, il-pagament separat tal-frott u l-ħxejjex, il-pagament separat tal-frott artab u l-fondi nnotifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 69(6)(a).

(31)  L-Artikolu 132 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprevedi l-possibbiltà fl-Istati Membri l-ġodda li tiġi kkumplimentata għajnuna diretta mħallsa lill-bidwi, soġġetta għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni. Pagamenti diretti nazzjonali komplementari mħallsin mhux b’konformità mal-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni għandhom jiġu kkwalifikati bħala għajnuna illegali.

(32)  L-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri huwa essenzjali għall-ġestjoni tajba tal-fondi. Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni l-Kummissjoni għandha tadotta regoli uniformi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni. Dawn għandhom b’mod partikolari jinkludu regoli dwar notifiki ta’ deċiżjonijiet mill-Istati Membri u dwar statistiki u rapporti li għandhom jintbagħtu mill-Istati Membri.

(33)  Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin :"

   (i) ‘art għall-kultivazzjoni’ tfisser art ikkultivata għall-produzzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ jew miżmuma f’kundizzjoni agrikola jew ambjentali tajba skont l-Artikolu 6, irrispettivament minn jekk dik l-art hix taħt serer jew taħt kopertura fissa jew mobbli jew le;
   (j) ’uċuħ tar-raba’ permanenti’ tfisser uċuħ tar-raba’ mhux tar-rotazzjoni minbarra mergħat permamenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew aktar u jagħtu ħsad ripetut, inklużi mixtliet, u msaġar ta’ rotazzjoni qasira;
   (k) ‘mergħa permanenti’ tfisser art użata għat-tkabbir ta’ ħxejjex jew pjanti naturalment erbaċji (li jitilgħu waħidhom) jew permezz tal-kultivazzjoni (miżrugħa) u li ma ġietx inkluża fir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ tal-impriża għal ħames snin jew aktar, esklużi l-erjas mwarrba skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92*, erjas imwarrba skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999** u erjas imwarrba skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005; u għal dan il-għan, ’ħxejjex jew pjanti erbaċji oħrajn’ tfisser il-pjanti erbaċji kollha tradizzjonalment misjuba f’mergħat naturali jew normalment inklużi f’taħlitiet ta’ żrieragħ għal mergħat jew imraġ fl-Istat Membru (użati għall-annimali li jirgħu jew le). L-Istati Membri jistgħu jinkludu wċuħ tar-raba’ li jinħadmu kif iddefinit mill-Kummissjoni;
   (l) ‘mergħa’ tfisser art għall-kultivazzjoni użata għall-produzzjoni tal-ħaxix (miżrugħ jew naturali); mergħa għandha tinkludi mergħa permanenti.
  

* ĠU L 215, 30.7.1992, p. 85.

  

** ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.

"

(2)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

Artikolu 2a

Emenda tal-Anness I

Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni leġislazzjoni ġdida li tista’ ssir neċessarja, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att iddelegat, atti ddelegati temenda l-Anness I sabiex tinkludi referenzi xierqa għal leġislazzjoni ġdida.

"

[Em. 4]

(2a)  Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1), jitħassar il-punt (a).[Em. 5]

(3)  Fl-Artikolu 6, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

3.  Sabiex tiżgura li jittieħdu miżuri sabiex l-art tinżamm taħt mergħa permanenti fuq il-livell tal-bdiewa, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dispożizzjonijiet inklużi obbligi individwali fuq il-livell tal-bdiewa li għandhom jiġu rrispettati fejn huwa stabbilit li l-proporzjon ta’ art taħt mergħa permanenti qiegħed jonqos.‘ [Em. 6]

4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-metodi għad-determinazzjoni tal-proporzjon ta’ mergħa permanenti u art agrikola li għandha tinżamm.

"

(4)  Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

2.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoniddelegati, tirrevedi l-limiti stabbiliti fl-Anness IV sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni il-: [Em. 7]

   (a) modifiki fl-ammonti totali massimi ta’ pagamenti diretti li jistgħu jingħataw;
   (b) modifiki fis-sistema ta’ modulazzjoni volontarja pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 378/2007;
   (c) bidliet strutturali fl-impriżi;
   (d) trasferimenti lill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) skont l-Artikolu 136 ta’ dan ir-Regolament.
"

(5)  L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

   (a) fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-parti introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:"
L-ammonti li jikkorrispondu għal punt wieħed perċentwali għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri fejn l-ammonti korrispondenti ġew iġġenerati. L-ammonti li jikkorrispondu għat-tnaqqis b’4 punti perċentwali għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kkonċernati mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:"
   (b) fil-paragrafu 3, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:"
Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni leġislazzjoni ġdida li tista’ ssir neċessarjaIl-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att iddelegat, temenda l-Anness V."
  

[Em. 8]

   (c) Il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
4.  L-ammont li jifdal li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1) u l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri fejn l-ammonti korrispondenti ġew iġġenerati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Huma għandhom jintużaw skont l-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005."

(6)  Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

3.  Kwalunkwe ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1) u (2) għandu jiġi allokat lill-Istat Membru l-ġdid fejn l-ammonti korrispondenti ġew iġġenerati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-ammonti għandhom jintużaw skont l-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

"

(6a)   Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 jinbidel b'li ġej:"

2.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, waqt li jaġixxu fuq proposta mill-Kummissjoni ppreżentata mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena kalendarja li fiha japplikaw l-aġġustamenti msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jiddeterminaw dawn l-aġġgustamenti mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tal-istess sena kalendarja.‘.

[Em. 9]

(7)  Fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II, jiżdied l-Artikolu li ġej:

‘Artikolu 11a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

1.  Sabiex tiżgura implimentazzjoni armonizzata tal-modulazzjoni u d-dixxiplina finanzjarja l-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dettaljati fuq il-bażi ta’ kalkolu ta’ tnaqqis li għandu jiġi applikat għall-bdiewa mill-Istati Membri minħabba l-modulazzjoni u d-dixxiplina finanzjarja kif previst fl-Artikolu 9, 10, 11.

2.  Sabiex tiżgura l-allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi l-kriterji għall-allokazzjoni ta’ ammonti magħmula disponibbli bl-applikazzjoni ta’ modulazzjoni.

"

(8)  Fl-Artikolu 12, jiżdied l-paragrafu li ġej:"

5.  Sabiex tiggarantixxi l-funzjonament tajjeb tas-sistema konsultattiva għall-farms, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, dispożizzjonijiet bil-għan li tali sistema ssir kompletament operattiva. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jkunu relatati, fost l-oħrajn, mal-iskop tas-sistema konsultattiva għall-farms u l-kriterji ta’ aċċessibbiltà għall-bdiewa.[Em. 10]

6.  Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli tekniċi għall-implimentazzjoni uniformi tas-sistema konsultattiva għall-farms.

"

[Em. 11]

(9)  Fl-Artikolu 19(1), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:"

Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-qies minimu tal-ħbula tar-raba' li għalihom tista’ ssir applikazzjoni. Madankollu, il-qies minimu ma jistax jaqbeż 0,3 ett.

Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li bidwi li ma japplikax għal xi pagament dirett abbażi tal-erja mhuwiex obbligat jiddikjara l-ħbula tar-raba' kollha tiegħu fil-każ fejn l-erja totali ta’ dawk il-ħbula tar-raba' ma taqbiżx ettaru wieħed. Il-bidwi għandu madankollu jindika, fl-applikazzjoni tiegħu, li għandu ħbula tar-raba' u għandu, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, jindika l-post tal-ħbula tar-raba' kkonċernati.

"

(10)  Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

1.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe tnaqqis jew esklużjoni pprovduta fl-Artikolu 23, fejn jinstab li bidwi ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà fir-rigward tal-għoti tal-għajnuna kif ipprovdut f’dan ir-Regolament, il-pagament jew parti mill-pagament mogħti jew li għandu jingħata li għalih intlaħqu l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandu jkun soġġett għal tnaqqis u esklużjonijiet.

"

(11)  Fl-Artikolu 22, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

3.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli għat-twettiq ta’ kontrolli u verifiki sabiex tivverifika l-konformità mal-obbligi msemmija fil-Kapitolu 1.

"

(12)  Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

2.  Minkejja l-paragrafu 1 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 27a(5), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx tnaqqis jew esklużjoni li tammonta għal EUR 100 jew inqas għal kull bidwi u għal kull sena kalendarja.

Meta Stat Membru jiddeċiedi li juża l-għażla pprovduta fl-ewwel subparagrafu, fis-sena ta’ wara l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet meħtieġa sabiex tivverifika li l-bidwi jirrimedja għas-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità kkonċernati. Is-sejba u l-obbligu li tittieħed azzjoni ta’ rimedju għandhom jiġu nnotifikati lill-bidwi.

"

[Em. 12]

(13)  L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

   (a) paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
1.  Għall-kalkolu tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet, għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni s-severità, il-limitu, il-permanenza u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità misjubin kif ukoll il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4."
   (b) fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġejmħassar:"
Sakemm il-bidwi ma jkunx ħa azzjoni immedjata ta’ rimedju sabiex itemm in-nuqqas ta’ konformità misjub, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet meħtieġa li jistgħu, fejn xieraq, jiġu limitati għal kontroll amministrattiv sabiex tivverifika li l-bidwi jirrimedja għas-sejba tan-nuqqas ta’ konformità kkonċernata. Is-sejba tan-nuqqas ta’ konformità minuri u l-obbligu li tittieħed azzjoni ta’ rimedju għandhom jiġu nnotifikati lill-bidwi.‘ "
  

[Em. 13]

(14)  Fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II, jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:"

‘Artikolu 27a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

1.  Sabiex tiżgura distribuzzjoni korretta tal-fondi lill-bdiewa intitolati u sabiex tiżgura li l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll pprovduti f’dan il-Kapitolu jkunu implimentati b’mod effiċjenti, koerenti u b’mod mhux diskriminatorju li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

   (a) definizzjonijiet speċifiċi meħtieġa sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata tas-sistema integrata;
   (b) dispożizzjonijiet meħtieġa għal definizzjoni armonizzata tal-bażi għall-kalkolu tal-għajnuna, inklużi regoli dwar kif jiġu ttrattati ċerti każijiet fejn żoni eliġibbli fihom karatteristiċi ta’ pajsaġġ jew siġar;
   (c) regoli sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-bdiewa fil-każijiet ta’ force majeure u ċirkostanzi eċċezzjonali skont l-Artikolu 31;
   (d) regoli sabiex jiżguraw bażi armonizzata għall-kalkolu ta’ tnaqqis minħabba kundizzjonalità bit-teħid f’kunsiderazzjoni wkoll tat-tnaqqis minħabba l-modulazzjoni u d-dixxiplina finanzjarja;
   (e) regoli dwarli jippermettu lill-Istati Membri jieħdu kwalunkwe miżuri ulterjuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri għall-applikazzjoni tajba ta’ dan il-Kapitolu kif ukoll arranġamenti għal kwalunkwe assistenza reċiproka meħtieġa bejn l-Istati Membri. [Em. 14]

2.  Sabiex tiżgura distribuzzjoni korretta tal-fondi lill-bdiewa intitolati fir-rigward tal-applikazzjonijiet ta’ għajnuna pprovduti fl-Artikolu 19 u sabiex tippermetti l-verifika tat-twettiq tal-obbligi relatati magħhom mill-bdiewa, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi dan li ġej:

   (a) regoli li jikkonċernaw il-qies minimu tal-ħbula tar-raba' li għandhom jiġu ddikjarati, sabiex inaqqsu l-piż amministrattiv fuq il-bdiewa u l-awtoritajiet;
   (b) deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71* sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-bdiewa fejn id-data finali għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet jew emendi hija btala pubblika, is-Sibt jew il-Ħadd;
   (c) f’każ ta’ applikazzjoni għal pagament jew għal allokazzjoni ta’ intitolamenti li ssir tard, id-dewmien massimu u t-tnaqqis f’każ ta’ tali dewmien.

3.  Sabiex tiżgura li l-verifika tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà pprovduti fl-Artikolu 20 titwettaq b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dispożizzjonijiet, b’mod partikolari għall-avveniment li fih bidwi jipprevjeni t-twettiq ta’ kontroll.

4.  Sabiex tiżgura li l-kalkolu u l-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet jitwettqu skont il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 21 u b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

   (a) dispożizzjonijiet dwar tnaqqis jew esklużjonijiet relatati mal-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni fl-applikazzjoni bħal dikjarazzjonijiet eċċessivi ta’ erjas jew annimali jew b’nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ erjas kif ukoll dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw trattament armonizzat u proporzjonat ta’ irregolaritajiet intenzjonati, sitwazzjonijiet ta’ żbalji minuri, akkumulazzjoni ta’ tnaqqis u applikazzjoni simultanja ta’ tnaqqis differenti, kif ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi għall-iskop tal-miżuri implimentati taħt l-Artikolu 68;
   (b) regoli li jipprovdu għan-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ tnaqqis f’ċerti każijiet, li jiżguraw il-proporzjonalità meta japplikaw tnaqqis.

5.  Sabiex tiżgura li l-kundizzjonalità titwettaq b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli għall-kalkolu u l-applikazzjonijiet ta’ tnaqqis skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 23 u 24, inklużi regoli għan-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ tnaqqis f’ċerti każijiet.

Artikolu 27b

Regoli ta’ implimentazzjoni

Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni uniformi ta’ dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi dan li ġej:

   (a) il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità għas-sistema integrata sabiex tkun reġistrata l-identità ta’ kull bidwi li jissottometti applikazzjoni għal għajnuna provduta fl-Artikolu 15;
   (b) il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità għall-bażi ta’ dejta kompjuterizzata provduta fl-Artikolu 16;
   (c) il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità għas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula tar-raba' provduti fl-Artikolu 17;
   (d) il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità għas-sistema ta' identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ intitolamenti għal pagament provduti fl-Artikolu 18;
   (e) regoli li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ għajnuna u l-applikazzjoni għal intitolamenti għal pagament provduti fl-Artikolu 19, inkluża d-data finali għal sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet, rekwiżiti għall-ammont minimu ta’ informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni, dispożizzjonijiet għal emendi jew l-irtirar ta’ applikazzjonijiet ta’ għajnuna, eżenzjoni mir-rekwiżiti għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal għajnuna u dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri japplikaw proċeduri ssimplifikati jew jaġġustaw żbalji ovvji;
   (f) regoli għat-twettiq ta’ kontrolli sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligi, il-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għal għajnuna. Fir-rigward tal-qanneb, dan għandu b’mod partikolari jinkludi regoli dettaljati rigward il-miżuri u metodi speċifiċi ta’ kontroll għad-determinazzjoni tal-livelli tat-tetraidrokannabinol u fir-rigward tal-qoton, sistema għall-kontroll tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati;
   (g) fir-rigward tal-qanneb, regoli rigward il-miżuri u metodi speċifiċi ta’ kontroll għad-determinazzjoni tal-livell tat-tetraidrokannabinol;
   (h) fir-rigward tal-qoton, sistema għall-kontroll tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati;
   (i) regoli dwar l-irkupru ta’ ammonti ta’ għajnuna mħallsin indebitament u intitolamenti għal pagament allokati indebitament;
   (j) definizzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-iskop tal-implimentazzjoni uniformi ta’ dan il-Kapitolu;
   (k) dispożizzjonijiet fir-rigward tas-sitwazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ impriżi meta tiġi ttrasferita wkoll kwalunkwe obbligazzjoni li tikkonċerna l-eliġibbiltà għall-għajnuna inkwistjoni li għadha trid tiġi sodisfatta;
  

* ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.

"

(15)  Fl-Artikolu 28(1), it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

Bdiewa detenturi ta’ intitolamenti speċjali msemmija fl-Artikolu 44(1) jew bdiewa li jirċievu l-primjums għal nagħaġ u mogħoż imsemmija fit-Taqsima 10 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV jew il-pagament għaċ-ċanga u l-vitella msemmi fit-Taqsima 11 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV jew bdiewa li jirċievu appoġġ speċifiku msemmi fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III li għandhom inqas ettari mil-limitu magħżul minn Stat Membru meta jiġi applikat il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

"

(16)  Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

4.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni:

   (a) tipprovdi ħlasijiet bil-quddiem;
  (b) tawtorizza lill-Istati Membri, skont is-sitwazzjoni baġitarja, jagħmlu ħlasijiet bil-quddiem qabel l-1 ta’ Diċembru fir-reġjuni fejn, minħabba kundizzjonijiet eċċezzjonali, il-bdiewa jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji severi:

jew
   (i) sa 50% tal-pagamenti;
   (ii) sa 80% tal-pagamenti fejn il-ħlasijiet bil-quddiem diġà ġew provduti;

Il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli rigward il-pagament ta’ dawk il-ħlasijiet bil-quddiem.

"

(17)  Jiddaħħal l-Artikolu  li ġej:"

Artikolu 31a

Regoli ta’ implimentazzjoniDelega tal-poteri lill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoniddelegati, miżuri li huma kemm neċessarji kif ukoll debitament ġustifikati sabiex, f’emerġenza, isolvu problemi prattiċi u speċifiċi; tali miżuri jistgħu jagħtu deroga minn ċerti partijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda sal-limitu, u għal tali perijodu, safejn huwa strettament neċessarju. Meta raġunijiet imperattivi ta' urġenza jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 141ba għandha tapplika għall-atti ddelegati skont dan l-Artikolu.

"

[Em. 15]

(18)  Fl-Artikolu 33, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

4.  Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jiffissa qies minimu għal kull impriża f’termini ta’ erja agrikola li għaliha jista' jkun li jintalab l-istabbiliment ta’ intitolamenti għal pagament. Madankollu, il-qies minimu ma għandux ikun ogħla mil-limiti stabbiliti taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1). Ma għandux jiġi stabbilit qies minimu għall-istabbiliment tal-intitolamenti speċjali msemmija fl-Artikoli 60 u 65.

5.  Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni leġislazzjoni ġdida li tista’ ssir neċessarja, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att iddelegat, temenda l-Anness IX. [Em. 16]

6.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli rigward l-applikazzjoni għal appoġġ fis-sena tal-allokazzjoni ta’ intitolamenti fejn l-intitolamenti jistgħu ma jkunux għadhom definittivament stabbiliti u fejn l-allokazzjoni tkun affettwata minn ċirkostanzi speċifiċi, kif ukoll limitu għall-iskema ta’ pagament uniku msemmija f’dan it-Titolu.

"

(19)  Fl-Artikolu 34(2), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

Fejn żona agrikola ta’ impriża tintuża wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, dik l-erja għandha tkun ikkunsidrata bħala li tintuża b’mod predominanti għal attivitajiet agrikoli, jekk l-attività agrikola tista’ tiġi eżerċitata mingħajr ma tkun ostakolata b’mod sinifikanti mill-intensità, in-natura, it-tul u l-ħin tal-attività mhux agrikola. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji għall-implimentazzjoni ta’ dan is-subparagrafu fit-territorju tagħhom.

"

(20)  Fl-Artikolu 36, jitħassar it-tieni paragrafu.

(21)  Fl-Artikolu 38, it-tieni paragrafu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:"

Fl-avveniment ta’ integrazzjoni differita, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu li wċuħ tar-raba’ sekondarji jiġu kkultivati fuq l-ettari eliġibbli matul perijodu massimu ta’ tliet xhur li jibda kull sena fil-15 ta’ Awwissu. Madankollu, fuq rikjesta tal-Istat Membru, din id-data tista’ tiġi mmodifikata permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni għar-reġjuni fejn iċ-ċereali huma normalment maħsuda aktar kmieni għal raġunijiet klimatiċi.

"

(22)  Fl-Artikolu 39, jitħassar il-paragrafu 2.

(23)  Fl-Artikolu 40(1), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

Fejn l-intitolamenti għal pagament huma allokati għall-produtturi tal-inbid, il-Kummissjoni għandha, billi tieħu f’kunsiderazzjoni l-aħħar dejta pprovduta lilha mill-Istati Membri skont l-Artikolu 103o u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 188a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoniddelegati, tadotta l-limiti nazzjonali fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament. Sal-1 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel l-adattament tal-limiti nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-medja reġjonali tal-valur tal-intitolamenti msemmija fil-punt B tal-Anness IX għal dan ir-Regolament.

"

[Em. 17]

(24)  L-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:

   (a) fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"
L-Istati Membri jistgħu jamministraw ir-riżerva nazzjonali fuq livell reġjonali. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jallokaw, kompletament jew parzjalment, l-ammonti disponibbli fuq livell nazzjonali sal-livell reġjonali skont l-għan u l-kriterji mhux diskriminatorji u b’tali mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u jevitaw distorsjonijiet fis-suq u l-kompetizzjoni.
L-ammonti allokati għal kull livell reġjonali jistgħu jiġu kkunsidrati disponibbli għal allokazzjoni fi ħdan ir-reġjun ikkonċernat biss, ħlief meta japplikaw il-paragrafu 4 jew, skont l-għażla tal-Istat Membru, il-paragrafu 2."
   (b) il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
4.  L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżerva nazzjonali għall-għan li jiġu allokati, skont il-kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u sabiex jevitaw distorsjonijiet fis-suq u l-kompetizzjoni, intitolamenti għal pagament lill-bdiewa li jkunu jinsabu f’sitwazzjoni speċjali."
   (c) jiżdied il-paragrafu li ġej:"
7.  ‘Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar l-allokazzjoni ta’ intitolamenti għal pagament f’każ li l-bidwi huwa intitolat li jirċievi intitolamenti permezz ta’ deċiżjoni definittiva tal-qorti jew permezz ta’ att amministrattiv definittiv tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru."

(25)  Fl-Artikolu 42, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

Il-bdiewa jistgħu jċedu intitolamenti għal pagament lir-riżerva nazzjonali volontarja.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri fir-rigward tal-kundizzjonijiet prattiċi applikabbli tar-riverżjoni ta’ intitolamenti għal pagament mhux użati lir-riżerva nazzjonali.

"

[Em. 18]

(26)  L-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:

   (a) fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
Il-limitazzjoni għat-trasferiment ta’ intitolamenti għal pagament imsemmija fit-tielet subparagrafu ma għandhiex tapplika fil-każ ta’ wirt attwali jew antiċipat tal-intitolamenti għal pagament mingħajr għadd ekwivalenti ta’ ettari eliġibbli."
   (b) il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
3.  Fejn jinbiegħu l-intitolamenti, bl-art jew mingħajrha, l-Istati Membri jistgħu, billi jaġixxu b’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, jiddeċiedu li parti mill-intitolamenti għal pagament mibjugħa jerġgħu lura għar-riżerva nazzjonali jew li l-valur ta’ unità tagħhom jitnaqqas fir-rigward tar-riżerva nazzjoanli, skont il-kriterji li għandhom jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
F’każ ta’ bejgħ tal-intitolamenti għal pagament, bl-art jew mingħajrha, għal bidwi li jibda l-attività agrikola tiegħu u f’każ ta’ wirt attwali jew antiċipat ta’ intitolamenti għal pagament, ma għandhiex tapplika żamma."
   (c) Jiżdied il-paragrafu li ġej:"
4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw it-trasferiment ta’ intitolamenti għal pagament, kif ukoll il-proċedura li għandha tiġi segwita mill-Istati Membri f’tali każ u, għall-iskopijiet tal-Artikolu 62(3), regoli dwar il-kalkolu tal-perċentwali tal-intitolamenti għal pagament li l-bidwi uża u l-użu ta’ tali intitolamenti. Dawk ir-regoli jistgħu wkoll ikopru trasferimenti ta’ intitolamenti fejn l-Istati Membri jużaw l-għażla provduta fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 u ż-żamma tal-valur ta’ intitolamenti għal pagament fil-każ ta’ bejgħ tal-intitolament imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3."

(27)  Fl-Artikolu 44, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-kalkolu ta’ LU (unitajiet ta' bhejjem) għall-iskopijiet ta’ intitolamenti speċjali u l-attivazzjoni ta’ intitolamenti speċjali.

"

(28)  Fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III, jiżdied l-Artikolu li ġej:"

Artikolu 45a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

1.  Sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi dan li ġej:

   (a) regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess għall-iskema ta’ pagament uniku tal-bdiewa, inkluż fil-każ ta’ wirt jew wirt antiċipat, wirt taħt kiri, bidla fl-istatus jew denominazzjoni legali jew f’każ ta’ amalgamazzjoni jew diviżjoni tal-impriża;
   (b) regoli dwar il-kalkolu tal-valur ta’ unità tal-intitolamenti għal pagament u għall-modifikazzjoni ta’ intitolamenti għal pagament, b’mod partikolari fil-każ ta’ frazzjonijiet ta’ intitolamenti;
   (c) definizzjonijiet speċifiċi, għall-iskopijiet tal-Artikolu 41(2) għal bdiewa li jibdew l-attività agrikola tagħhom;
   (d) regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu tal-valur u l-għadd ta’ intitolamenti għal pagament jew żieda fil-valur ta’ intitolamenti riċevuti mir-riżerva nazzjonali;
   (e) regoli dwar l-allokazzjoni ta’ intitolamenti għal pagament mir-riżerva nazzjonali lill-bdiewa li jiddikjaraw inqas ettari mill-għadd li jikkorrispondi għall-intitolamenti għal pagament li kienu ġew allokati skont l-Artikoli 43 u 59 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 f’każ li l-Istat Membru juża l-għażla provduta fl-Artikolu 41(3);
   (f) regoli li jiddefinixxu s-sitwazzjonijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 41(4) u regoli dwar l-aċċess tal-bdiewa f’tali sitwazzjoni speċjali għal intitolamenti għal pagament mir-riżerva nazzjonali.

2.  Sabiex tiżgura l-ġestjoni tajba tal-intitolamenti għal pagament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att iddelegat, tadotta regoli dwar id-dikjarazzjoni u l-użu tal-intitolamenti għal pagament.

3.  Sabiex tiċċara sitwazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jseħħu fl-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġejregoli dwar:

   (a) regoli dwar id-definizzjonil-użu tad-definizzjoni mogħtija fil-leġislazzjoni nazzjonali għaltat-termini ‘wirt’ u ’wirt antiċipat’ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament; [Em. 19]
   (b) il-kalkolu tal-valur u l-għadd jew żieda fl-intitolamenti b’relazzjoni mal-allokazzjoni ta’ intitolamenti taħt kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan it-Titolu, inkluża l-possibbiltà ta’ valur u għadd proviżorju ta’ intitolamenti għal pagament allokati abbażi tal-applikazzjoni mingħand il-bidwi, il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tal-valur u l-għadd proviżorju u definittiv tal-intitolamenti u d-dispożizzjonijiet għall-każijiet fejn kuntratt ta’ bejgħ jew kiri jista’ jaffettwa l-allokazzjoni ta’ intitolamenti.

4.  Sabiex tiffaċilita l-integrazzjoni differita ta’ frott u ħxejjex fl-iskema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli li jipprovdu għall-possibbiltà li jippermettu wċuħ tar-raba’ sekondarji li jiġu kkultivati fuq l-ettari eliġibbli għall-Istati Membri li jkunu użaw waħda mill-għażliet kif stabbilit fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 51(1);

5.  Sabiex tistabbilixxi lista ta’ varjetajiet ta’ qanneb eliġibbli għal pagamenti diretti u sabiex tħares is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti soġġett għall-użu ta’ żrieragħ iċċertifikati ta’ ċerti varjetajiet u tipprovdi għall-proċedura għad-determinazzjoni ta’ varjetajiet ta’ qanneb imsemmija fl-Artikolu 39.

"

(29)  Fl-Artikolu 51(2), l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina limitu għal kull wieħed mill-pagamenti diretti msemmija fl-Artikoli 52, 53 u 54.

"

(30)  Fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III, jiżdied l-Artikolu li ġej:"

Artikolu 54a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi kkonċernati, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu ta’ intitolamenti għal pagamenti u l-għażliet previsti f’dan il-Kapitolu.

"

(31)  Fl-Artikolu 57, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

2.  L-Istati Membri l-ġodda għandhom jużaw ir-riżerva nazzjonali għall-iskop ta’ allokazzjoni, skont il-kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u jiġu evitati distorsjonijiet fis-suq u l-kompetizzjoni, intitolamenti għal pagament lil bdiewa li jinsabu f’sitwazzjoni speċjali.

"

(32)  Fl-Artikolu 59, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward kundizzjonijiet għall-identifikazzjoni tal-bdiewa eliġibbli, l-istabbiliment proviżorju tal-għadd ta’ ettari u l-verifika preliminari tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni.

"

(33)  Fl-Artikolu 60, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-kalkolu tal-attività agrikola espressa f’LU msemmija fl-Artikolu 44(2)(a) u l-kontroll/verifika tal-attività agrikola minima fl-Istati Membri l-ġodda msemmija fl-Artikolu 44(2)(b).

"

(34)  Fl-Artikolu 62(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-kalkolu tal-perċentwali tal-intitolamenti għal pagament użat mill-bidwi.

"

(35)  Fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III, jiżdied l-Artikolu li ġej:"

Artikolu 62a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

1.  Sabiex ikollha ġestjoni effettiva tal-intitolamenti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-allokazzjoni inizjali tal-intitolamenti għal pagament fil-każ tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku fl-Istati Membri l-ġodda li jkunu applikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja.

2.  Sabiex tadatta għas-sitwazzjoni li qiegħda tinbidel tas-settur agrikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar perijodu rappreżentattiv għall-iskop tal-Artikolu 57(3) u l-Artikolu 59(3).

3.  Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-intitolamenti għal pagament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu tal-valur u l-għadd ta’ intitolamenti għal pagament jew żieda fil-valur tal-intitolamenti riċevuti mir-riżerva nazzjonali taħt dan il-Kapitolu u l-għażliet ipprovduti fih.

4.  Sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

   (a) regoli dwar l-allokazzjoni tal-intitolamenti għal pagament mir-riżerva nazzjonali lil bdiewa li jiddikjaraw inqas ettari mill-għadd li jikkorrispondi għall-intitolamenti għal pagament li kienu ġew allokati skont l-Artikoli 43 u 59 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 f’każ li l-Istat Membru li jkun applika l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja juża l-għażla provduta fl-Artikolu 57(5) ta’ dan ir-Regolament;
   (b) regoli li jiddefinixxu sitwazzjonijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 57(2) u regoli dwar l-aċċess tal-bdiewa f’tali sitwazzjonijiet speċjali għall-intitolamenti għal pagament mir-riżerva nazzjonali taħt dan il-Kapitolu.

"

(36)  Fl-Artikolu 67, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta’ Awwissu 2009, li jintegraw l-għajnuna għaż-żrieragħ imsemmija fit-Taqsima 5 tat-Titolu IV u l-iskemi msemmija fil-punt 1 tal-Anness XI, bl-eċċezzjoni tal-primjum ta’ kwalità speċifika għall-qamħ durum, fl-iskema ta’ pagament uniku fl-2010 u l-2011. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, taġġusta l-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 40 billi żżid l-ammonti mill-Anness XII għall-iskema ta’ għajnuna kkonċernata.

"

(37)  Fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III, jiżdied l-Artikolu li ġej:"

Artikolu 67a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

Sabiex tippermetti l-integrazzjoni ta’ pagamenti akkoppjati elenkati fl-Anness XI, u t-trasferiment mill-programmi ta’ appoġġ tal-inbid imsemmija fl-Anness IX fl-iskema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-aċċess għal pagamenti, dwar l-istabbiliment tal-ammont u dwar l-għadd jew iż-żieda tal-valur tal-intitolamenti li għandhom jiġu allokati.

"

(38)  L-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:

"
   (a) il-paragrafu 2(a)(ii) huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
   (ii) ġie approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 141c
   (b) il-paragrafu 7 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
7.  Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni u tevita l-finanzjament doppju taħt strumenti simili ta’ appoġġ oħrajn, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2(a)(ii) u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ imsemmi f’dan il-Kapitolu, regoli dwar il-konsistenza ma’ miżuri oħrajn tal-Unjoni u dwar l-akkumulazzjoni tal-appoġġ kif ukoll regoli dwar id-definizzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ individwali msemmija fil-paragrafu 1."
   (c) fil-paragrafu 8, jitħassar it-tieni subparagrafu;
   (d) Jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"
9.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta dan li ġej:
   (a) regoli dwar il-kalkolu tal-valur ta’ kull intitolament għal pagament li jieħu bidwi li mhux proprjetarju ta’ kwalunkwe intitolament għal pagament u li jkun qiegħed japplika għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1(c), inklużi regoli dwar il-kalkolu taż-żieda tal-ammont għal kull ettaru taħt l-iskema tal-pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 131(2);
   (b) regoli dwar il-kalkolu tal-qerda tal-produzzjoni medja annwali ta’ bidwi skont l-Artikolu 70(2) għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1(d) ta’ dan l-Artikolu, inklużi regoli dwar l-obbligu għall-bdiewa li jinfurmaw lill-Istat Membru dwar il-polza tal-assigurazzjoni tagħhom;
   (c) il-proċedura għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni tal-miżuri meħuda skont il-paragrafu (1)(a)(v).

10.  Skont id-deċiżjoni meħuda minn kull Stat Membru skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 8, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-limitu li jikkorrispondi għal dak l-appoġġ."

(39)  L-Artikolu 69 huwa emendat kif ġej:

   (a) fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
Skont id-deċiżjoni meħuda minn kull Stat Membru skont il-paragrafu 1 dwar l-ammont ta’ limitu nazzjonali li għandu jintuża, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-limitu li jikkorrispondi għal dak l-appoġġ."
   (b) fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu globali li jikkorrispondi għall-appoġġ imsemmi f’dan il-paragrafu."
  (c) il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:
   (i) il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
   (a) fl-Artikolu 68(1) bl-użu ta’ ammont li għandu jiġi kkalkulat skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu u ffissat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni; u/jew
"
   (ii) jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tiffissa, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-ammont li jikkorrispondi għall-fondi msemmija fil-punt(a) tal-ewwel subparagrafu."
   (d) fil-paragrafu 7, ir-raba’ subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
Fuq talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tirrevedi l-ammonti stabbiliti fuq il-bażi ta’ regoli stabbiliti mill-Kummissjoni permezz tal-istess tip ta’ att."

(39a)   Fl-Artikolu 70(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli biex jistabbilixxu l-kalkolu tal-produzzjoni annwali medja tal-produttur.

"

[Em. 20]

(40)  L-Artikolu 71 huwa emendat kif ġej:

   (a) fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
It-tul minimu u massimu tat-tislif kummerċjali eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja kif ukoll is-sors tiegħu għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti jistgħu jinkludu regoli dwar l-informazzjoni ta’ komunitajiet tal-biedja."
   (b) il-paragrafu 10 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
10.  L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Il-forma, kontenut, ħin u dati ta’ għeluq tar-rapport għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni."

(41)  Fl-Artikolu 76, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

3.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli rigward il-koeffiċjenti ta’ tnaqqis, inklużi l-metodu ta’ kalkolu u d-data għall-iffissar ta’ dawk il-koeffiċjenti.

"

(42)  Fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

Artikolu 76a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni u l-amministazzjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi relatati maż-żriegħ u l-kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima.

"

(43)  Fl-Artikolu 77, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna speċifiċi għall-uċuħ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna lill-produtturi tal-lamtu tal-patata, inklużi regoli dwar l-eliġibbiltà, livell ta’ prezz minimu u pagament.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-pagament tal-għajnuna.

"

(44)  Fl-Artikolu 80, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-kalkolu tal-kontenut qares tal-lupini ħelwin.

"

(45)  Fl-Artikolu 81, il-paragrafi 2 u 3 huwa ssostitwiti b’dan li ġej:"

2.  Fejn l-erja li għaliha jintalab il-primjum tal-uċuħ tar-raba’ ta’ proteini taqbeż l-erja massima garantita, l-erja għal kull bidwi li għaliha jintalab il-primjum tal-uċuħ tar-raba’ ta’ proteini għandha titnaqqas b’mod proporzjonali f’dik is-sena mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-koeffiċjenti ta’ tnaqqis, inklużi l-metodu ta’ kalkolu u d-data għall-iffissar ta’ dawk il-koeffiċjenti.

3.  Fejn, skont l-Artikolu 67, Stat Membru jiddeċiedi li jintegra l-primjum tal-uċuħ tar-raba’ ta’ proteini provdut f’din it-Taqsima fl-iskema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tnaqqas l-erja massima garantita msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi proporzjon għall-ammont ta’ wċuħ tar-raba’ ta’ proteini li jikkorrispondi għal dak l-Istat Membru fl-Anness XII.

Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni u l-ġestjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

   (a) regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi rigward iż-żriegħ u l-kultivazzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima;
   (b) regoli dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għal uċuħ tar-raba’ ta’ proteini, inklużi regoli dwar id-definizzjoni ta’ lupini ħelwin u l-eliġibbiltà tat-taħlita ta’ ċereali u wċuħ tar-raba’ ta’ proteini.

"

(46)  Fl-Artikolu 84, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-koeffiċjenti ta’ tnaqqis, inklużi l-metodu ta’ kalkolu u d-data tal-iffissar ta’ dawk il-koeffiċjenti.

"

(47)  Fl-Artikolu 85, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

4.  Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni u sabiex tiżgura l-amministrazzjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-erjas minimi u r-regoli speċifiċi relatati maż-żriegħ u l-kultivazzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima.

5.  Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal ħbula tar-raba' miżrugħa mas-siġar tal-ġewż, regoli li jiddefinixxu l-qies minimu tal-plott u d-densità minima tas-siġar u r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-għajnuna nazzjonali għal ġewż provduta fl-Artikoli 86 u 120.

"

(48)  L-Artikolu 87 huwa emendat kif ġej:

   (a) fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
L-ammont ta’ għajnuna għaż-żerriegħa ma għandux jaqbeż limitu ffissat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u li jikkorrispondu mal-komponent tal-għajnuna għaż-żerriegħa għall-ispeċi kkonċernata fil-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 40 ta’ dan ir-Regolament, kif iffissat skont l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (‘limitu massimu ta' għajnuna għaż-żrieragħ’). Madankollu, għall-Istati Membri l-ġodda, dan il-limitu massimu ta' għajnuna għaż-żrieragħ għandu jikkorrispondi mal-ammonti stabbiliti fl-Anness XIV għal dan ir-Regolament."
   (b) il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
4.  Sabiex tħares is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tiddetermina l-varjetajiet ta’ qanneb (Cannabis sativa L.) li għalihom għandha titħallas l-għajnuna għaż-żrieragħ provduta f’dan l-Artikolu."
   (c) jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"
5.  Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi d-definizzjoni ta’ żerriegħa bażika u uffiċjalment ċertifikata.
6.  Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni għall-għajuna għaż-żrieragħ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-produzzjoni, l-eliġibbiltà territorjali u t-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ.
7.  Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat għall-Fondi tal-Unjoni u sabiex tiżgura l-amministazzjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi rigward iż-żriegħ u l-kultivazzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima.
8.  Sabiex tistabbilixxi lista tal-varjetajiet ta’ qanneb eliġibbli għal pagamenti diretti u tħares is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti soġġetti għall-użu ta’ żrieragħ ċertifikati ta’ ċerti varjetajiet u li jipprovdu għall-proċedura għad-determinazzjoni ta’ varjetajiet ta’ qanneb imsemmija fl-Artikolu 87(4).
9.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri neċessarji rigward l-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa minn stabbilimenti taż-żrieragħ jew dawk li jrabbu għall-kontroll tal-intitolamenti għall-għajnuna."

(49)  L-Artikolu 89 huwa emendat kif ġej:

   (a) il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
2.  L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-art u l-varjetajiet imsemmija fil-paragrafu 1 skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3."
   (b) jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"
3.  Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli u kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ art u varjetajiet għall-iskopijiet tal-pagament speċifiku għal wiċċ tar-raba’ tal-qoton.
4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-proċedura tal-awtorizzazzjoni u l-komunikazzjonijiet għall-proċeduri relatati ma’ din l-awtorizzazzjoni."

(50)  Fl-Artikolu 90, il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

5.  Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna speċifiċi għal wiċċ, il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ddelegati, tadotta regoli dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għal qoton, dwar ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u l-prattiki agronomiċi.

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tipprovdi għal regoli dwar il-kalkolu tat-tnaqqis provdut fil-paragrafu 4.

"

(51)  L-Artikolu 91 huwa emendat kif ġej:

   (a) il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
2.  L-Istat Membru fejn huma stabbiliti l-ħallieġa għandu japprova organizzazzjonijiet interprofessjonali li jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 3."
   (b) Jiżdied il-paragrafu li ġej:"
3.  Sabiex tippermetti l-applikazzjoni effiċjenti tal-iskemi ta’ għajnuna speċifiċi għal wiċċ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta l-kriterji għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali u obbligi għall-produtturi. Barraminnhekk, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli għas-sitwazzjoni fejn l-organizzazzjoni interprofessjonali approvata ma tirrispettax dawk il-kriterji."

(52)  Fl-Artikolu 97, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

5.  Sabiex tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bdiewa, il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ddelegati, tadotta definizzjonijiet speċifiċi għall-iskopijiet ta’ din it-Taqsima.

6.  Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni għall-pagamenti tranżitorji ta’ frott u ħxejjex, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

   (a) ir-rekwiżiti għal dan il-kuntratt għall-ipproċessar imsemmi fil-paragrafu 3;
   (b) regoli dwar penali fil-każ li jinstab li proċessur jew ġabbar inizjali approvat jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu jew mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fuq il-bażi tiegħu, jew fejn proċessur jew ġabbar inizjali approvat ma jaċċettax jew ma jiffaċilitax il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti.

7.  Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi relatati maż-żriegħ u l-kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima.

8.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward l-approvazzjoni u l-kontroll mill-Istati Membri tal-proċessuri u l-ġabbara inizjali u l-pubblikazzjoni mill-Istati Membri tal-lista ta’ proċessuri u ġabbara inizjali approvati, l-ammont ta’ għajnuna indikattiv li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri u l-bażi tal-ammont ta’ għajnuna.

"

(53)  Fl-Artikolu 98, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

7.  Sabiex tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bdiewa, il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ddelegati, tadotta definizzjonijiet speċifiċi għall-iskopijiet ta’ din it-Taqsima.

8.  Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni għall-pagamenti tranżitorji għall-frott artab, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

   (a) ir-rekwiżiti għal dan il-kuntratt għall-ipproċessar imsemmi fil-paragrafu 2;
   (b) regoli dwar penali f’każ li jinstab li proċessur jew ġabbar inizjali approvat jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu jew mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fuq il-bażi tiegħu, jew fejn proċessur jew ġabbar inizjali approvat ma jaċċettax jew ma jiffaċilitax il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti;
   (c) regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi relatati maż-żriegħ u l-kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima.

9.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward l-approvazzjoni u l-kontroll mill-Istati Membri tal-proċessuri u l-ġabbara inizjali u l-pubblikazzjoni mill-Istati Membri tal-lista ta’ proċessuri u ġabbara inizjali approvati, l-ammont ta’ għajnuna indikattiv li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri u l-bażi tal-ammont ta’ għajnuna.

"

(54)  Fl-Artikolu 101(2), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

Lista ta’ tali żoni għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-verifika u n-notifika ta’ żoni li jilħqu l-kriterji stabbiliti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

"

(55)  L-Artikolu 103 huwa emendat kif ġej:

   (a) il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
1.  Il-primjums għandhom jitħallsu lill-bdiewa li jirċievu fuq il-bażi tal-għadd ta’ nagħaġ u/jew mogħoż miżmuma fl-impriża tagħhom matul perijodu minimu li għandu jiġi determinat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar l-applikazzjoni u d-dikjarazzjonijiet u dokumenti ulterjuri li għandhom jiġu sottomessi mill-bdiewa, kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu mill-annimali sabiex jirċievu l-pagament u l-obbligu li jitfassal inventarju ta’ bdiewa li jqiegħdu fis-suq ħalib tan-nagħaġ jew prodotti mill-ħalib tan-nagħaġ."
   (b) jiżdied il-paragrafu li ġej:"
3.  Sabiex tiżgura l-ġestjoni tajba tar-riżerva nazzjonali u sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:
   (a) regoli dwar l-użu, it-trasferiment u l-kiri temporanju tad-drittijiet għal pagament fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ jew tal-laħam tal-mogħoż kif imsemmi fl-Artikolu 52;
   (b) regoli dwar l-aċċess għall-pagamenti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż kif imsemmi fl-Artikolu 52 fil-każ li l-bdiewa ma jkunux proprjetarji tal-art li jaħdmu.
"

(56)  Fl-Artikolu 104, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

5.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-kalkolu tal-limiti individwali u t-tqarrib tad-drittijiet.

"

(57)  L-Artikolu 105 huwa emendat kif ġej:

   (a) fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
Minbarra f’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati, fejn bidwi jkun kiseb id-drittijiet tal-primjum mingħajr pagament mir-riżerva nazzjonali, hu ma għandux ikun awtorizzat jittrasferixxi d-drittijiet tiegħu jew jikrihom temporanjament għal perijodu ta’ tliet snin mid-data li fiha jkun kiseb dawk id-drittijiet."
   (b) Jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"
5.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward notifiki dwar it-trasferiment u/jew il-kiri mill-bidwi lill-awtorità kompetenti, l-istabbiliment tal-limitu massimu individwali, in-notifika tal-bdiewa f’każ ta’ trasferimenti jew il-kiri temporanju tad-drittijiet tal-primjum jew it-trasferiment u l-kiri temporanju permezz tar-riżerva nazzjonali.
6.  Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoniddelegati, tadotta miżuri neċessarji rigward l-irtirar u l-allokazzjoni mill-ġdid tad-drittijiet tal-primjum mhux użati stabbiliti taħt din it-Taqsima."
  

[Em. 21]

(58)  L-Artikolu 110 huwa emendat kif ġej:

   (a) fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
L-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet amministrattivi, jipprovdu li l-applikazzjonijiet għal għajnuna għal pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 19, fir-rigward tal-primjum speċjali, ikunu għal għadd minimu ta’ annimali, sakemm dak l-għadd ma jaqbiżx tlieta."
   (b) fil-paragrafu 3, il-punt(a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
   (a) kwalunkwe annimal kopert minn applikazzjoni għandu jinżamm mill-bidwi għat-tismin għal perijodu li għandu jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni;
"
   (c) fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoniddelegati, tadotta miżuri neċessarji rigward l-ammont tal-primjum li għandu jingħata f’każ li l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu turi għadd ta’ annimali eliġibbli li mhux numru sħiħ."
  

[Em. 22]

   (d) fil-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar in-notifika mill-Istati Membri lill-Kummissjoni tal-miżuri meħudin skont l-ewwel subparagrafu."
   (e) fil-paragrafu 6, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri neċessarji li ġejjin rigward l-għoti tal-primjum fil-ħin tal-qatla, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kategoriji tal-età, l-applikazzjonijiet għal għajnuna u d-dokumenti li jakkumpanjawha, il-perijodu ta’ żamma meħtieġ f’tali każ u l-istabbiliment tal-piż tal-karkassa."
   (f) jiżdied il-paragrafu li ġej:"
9.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji dwar l-applikazzjonijiet, l-għoti tal-primjum għal annimali li ma kkwalifikawx minħabba l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali provdut fil-paragrafu 4, passaporti msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 u dokumenti nazzjonali amministrattivi kif imsemmi fil-punt(b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u b’notifika lill-Kummissjoni f’każ li l-Istati Membri jiddeċiedu li jintroduċu reġjuni differenti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 109(a) ta’ dan ir-Regolament jew jimmodifikaw reġjuni eżistenti."

(59)  L-Artikolu 111 huwa emendat kif ġej:

   (a) fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"
L-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet amministrattivi, jipprovdu li applikazzjonijiet għal għajnuna għal pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 19, fir-rigward tal-primjum tal-baqar li jreddgħu, għandha tkun għal għadd minimu ta’ annimali, sakemm l-għadd ma jaqbiżx tlieta.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward l-applikazzjonijiet għal għajnuna."
  (b) il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
   (i) is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara t-tieni subparagrafu:"
   (a) miżuri neċessarji dwar iż-żamma tal-perijodu ta’ 6 xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu u l-obbligu għall-Istati Membri li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-bidla jew ir-rinunzja tal-limitu kwantitattiv;
   (b) regoli dwar id-data li għandha tittieħed f’kunsiderazzjoni sabiex tiġi determinata l-kwota individwali ta’ ħalib disponibbli biex tikkwalifika għall-primjum tal-baqar li jreddgħu.
"
   (ii) jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-kalkolu tar-rendiment medju ta’ ħalib."
  (c) il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:
   (i) is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:"
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri neċessarji dwar in-notifika tal-Kummissjoni dwar kundizzjonijiet addizzjonali għall-għotja."
   (ii) jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
   (a) in-notifika mill-Istati Membri dwar kundizzjonijiet addizzjonali għall-għoti tal-primjum addizzjonali nazzjonali għal baqar li jreddgħu, u
   (b) id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tittieħed permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 141c dwar l-Istati Membri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-raba’ subparagrafu.
"
   (d) jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"
7.  Sabiex tiggarantixxi l-ġestjoni tajba tal-isekma u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:
   (a) regoli dwar l-eliġibbiltà tal-baqar li jappartjenu għal razza ta’ laħam għall-primjum tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 53(1);
   (b) regoli dwar l-użu, it-trasferiment u l-kiri temporanju tad-drittijiet għall-primjum tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 53(1);
   (c) regoli dwar l-aċċess għall-primjum tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 53(1) fil-każ li l-bdiewa ma jkunux il-proprjetarji tal-art li jaħdmu;
   (d) regoli dwar l-eliġibbiltà għall-primjum addizzjonali nazzjonali għall-baqar li jreddgħu kif provdut fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

8.  Sabiex tiżgura li jiġu sodisfatti l-obbligi tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-aċċess għad-drittijiet tal-primjum għall-primjum tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 53(1) li għandhom jagħtu d-drittijiet parzjali."

(60)  L-Artikolu 112 huwa emendat kif ġej:

   (a) fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward id-determinazzjoni tal-limitu massimu individwali għal kull bidwi."
   (b) jiżdied il-paragrafu li ġej: "
‘6.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri neċessarji kollha rigward it-tqarrib tad-drittijiet parzjali.‘."

(61)  L-Artikolu 113 huwa emendat kif ġej:

   (a) fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
Minbarra f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati, meta bidwi jkun kiseb drittijiet għall-primjum mingħajr pagament mir-riżerva nazzjonali huwa ma għandhux ikun awtorizzat jittrasferixxi u/jew jikri temporanjament id-drittijiet tiegħu matul it-tliet snin kalendarji li jiġu wara."

(b)  Jiżdied il-paragrafuJiżdiedu l-paragrafi li ġejġejjin: [Em. 23]

“5.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar:

   (a) in-notifika mill-bidwi li jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet u mill-bidwi li jirċievi d-drittijiet għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tat-trasferimenti u/jew il-kiri temporanju tad-drittijiet għall-primjum,
   (b) l-istabbiliment mill-Istat Membru u n-notifika lill-bidwi tal-limitu massimu individwali ġdid fil-każ ta’ trasferiment jew kiri temporanju tad-drittijiet tal-primjum,
   (c) it-trasferiment u/jew il-kiri temporanju tad-drittijiet permezz tar-riżerva nazzjonali.“[Em. 24]

5a.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ddelegati, tadotta regoli dwar it-trasferiment u/jew il-kiri temporanju ta' drittijiet permezz tar-riżerva nazzjonali.“. [Em. 25]

(62)  Fl-Artikolu 115, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

3.  Sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-aċċess għall-iskema speċjali għall-għoġġiela msemmija fil-paragrafu 1 għall-bdiewa li l-merħla ta’ għoġġiela tagħhom hija maħsuba għat-tkattir mill-ġdid tal-merħliet tal-baqar.

4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli rigward:

   (a) in-notifika tal-Kummissjoni mill-Istati Membri li użaw il-possibbiltà provduta fil-paragrafu 1, tad-dejta li tippermetti l-istabbiliment li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu, tal-limitu massimu speċifiku determinat, il-modifikazzjoni ta’ dan il-limitu massimu u l-kriterji adottati sabiex jiġi żgurat li l-primjum jitħallas lill-bdiewa li l-merħla ta’ għoġġiela tagħhom hija maħsuba għall-istokkjar mill-ġdid tal-merħliet tal-baqar;
   (b) id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istati Membri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1;
   (c) l-ammont tal-primjum li għandu jingħata f’każ li l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali msemmi fil-paragrafu 1 juri għadd ta’ annimali eliġibbli li mhux numru sħiħ;
   (d) l-għadd minimu ta’ annimali li għandu jinżamm;
   (e) it-tqarrib tal-għadd ta’ annimali f’każ li l-kalkolu tal-għadd massimu ta’ għoġġiela bħala perċentwali kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 111(2) jipproduċi riżultat li mhux numru sħiħ;‘[Em. 26]

4a.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ddelegati, tadotta regoli dwar it-tqarrib tal-għadd ta’ annimali meta l-kalkolu tal-għadd massimu ta’ għoġġiela bħala perċentwali kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 111(2) jipproduċi riżultat li mhux numru sħiħ.

"

[Em. 27]

(63)  L-Artikolu 116 huwa emendat kif ġej:

  (a) il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
   (i) l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
Bidwi li jżomm annimali tal-frat fl-impriża tiegħu jista’ jikkwalifika, fuq applikazzjoni, għal primjum ta’ qatla. Dan għandu jingħata fil-qatla ta’ annimali eliġibbli jew fl-esportazzjoni tagħhom lejn pajjiż terz u fi ħdan il-limiti nazzjonali li għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni."
   (ii) it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
L-annimali elenkati fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu għandhom ikunu eliġibbli għall-primjum tal-qatla sakemm ikunu nżammu mill-bidwi għal perijodu li għandu jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni."

(b)  fil-paragrafu 3 l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-limiti massimi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1. Dawk il-limiti massimi għandhom jiġu stabbiliti għal kull Stat Membru u b’mod separat għaż-żewġ gruppi ta’ annimali kif speċifikat fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu ta’ dak il-paragrafu. Kull limitu għandu jkun ugwali għall-għadd ta’ annimali f’kull wieħed minn dawn iż-żewġ gruppi li, fl-1995, inqatlu fl-Istat Membru kkonċernat. L-għadd ta’ annimali esportati lejn pajjiżi terzi, skont dejta tal-Eurostat jew kwalunkwe informazzjoni statistika uffiċjali ppubblikata oħra għal dik is-sena aċċettata mill-Kummissjoni, għandha tiżdied ma’ kull limitu nazzjonali.

"

   (c) Jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"
5.  Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-obbligu għal dikjarazzjoni ta’ parteċipazzjoni għall-aċċess tal-primjum ta’ qatla provdut f’dan l-Artikolu.
6.  Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-primjum ta’ qatla provdut f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-eliġibbiltà tal-karkassi.
7.  Sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-ammont ta’ primjum għall-qatla provdut f’dan l-Artikolu li għandu juri għadd ta’ annimali eliġibbli li huwa inqas minn numru sħiħ."

(64)  L-Artikolu 117 huwa emendat kif ġej:

   (a) it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
Madankollu, annimal għandu jitqies ukoll bħala eliġibbli għall-pagamenti meta l-informazzjoni stabbilita fit-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tkun ġiet irrappurtata lill-awtorità kompetenti fl-ewwel jum tal-perijodu taż-żamma tal-annimal kif determinat mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni."
   (b) Jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"
   l-applikazzjonijiet għal primjums u d-dokumenti li għandhom jiġu sottomessi mill-bdiewa, id-determinazzjoni ta’ perijodi taż-żamma u l-proċedura applikabbli għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali.
   l-avveniment operattiv għad-determinazzjoni tas-sena li għaliha l-annimali huma allokati bl-għan li jiġi ddeterminat l-ammont ta’ primjum applikabbli u l-applikazzjoni tar-rata ta’ għajnuna u l-kalkolu tat-tnaqqis proporzjonali.
   l-irtirar u l-allokazzjoni mill-ġdid tad-drittijiet għal primjum mhux użati stabbiliti taħt din it-Taqsima.
"

(65)  Fl-Artikolu 119(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar it-tul tal-esklużjoni.

"

(66)  Fl-Artikolu 124, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

9.  Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija f’dan it-Titolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tiddetermina l-erjas agrikoli taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, kif previst fil-paragrafu 1, u l-qies minimu ta’ erja eliġibbli għal kull impriża li għalihom jistgħu jintalbu pagamenti fuq livell ogħla minn 0,3 ett, kif provdut fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2.

10.  Sabiex tistabbilixxi lista ta’ varjetajiet ta’ qanneb eliġibbli għal pagamenti diretti u sabiex tħares is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti soġġett għall-użu ta’ żrieragħ iċċertifikati ta’ ċerti varjetajiet u tipprovdi għall-proċedura għad-determinazzjoni ta’ varjetajiet ta’ qanneb imsemmija fl-Artikolu 39.

"

(67)  Fl-Artikolu 126, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

4.  Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-limitu li jikkorrispondi mal-appoġġ imsemmi f’dan l-Artikolu.

"

(68)  Fl-Artikolu 127, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

3.  Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu li jikkorrispondi għall-appoġġ imsemmi f’dan l-Artikolu.

"

(69)  L-Artikolu 128 huwa emendat kif ġej:

   (a) fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
F’dan il-każ u fi ħdan il-limitu massimu ffissat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fuq bażi annwali, jagħmel pagament addizzjonali lill-bdiewa."
   (b) fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
F’dan il-każ u fi ħdan il-limitu massimu ffissat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fuq bażi annwali, jagħmel pagament addizzjonali lill-bdiewa."

(70)  Fl-Artikolu 129, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

4.  Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu li jikkorrispondi għall-appoġġ imsemmi f’dan l-Artikolu.

"

(71)  Fl-Artikolu 131(4), l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

"

(72)  L-Artikolu 132 huwa emendat kif ġej:

   (a) fil-paragrafu 2, il-fażi introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:"
L-Istat Membru l-ġdid għandu jkollu l-possibbiltà, soġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 141c, li jikkumplimenta kwalunkwe pagamenti diretti."
   (b) jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"
9.  Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli għall-iskopijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 7 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dik l-għajnuna.
10.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji:
   għall-każijiet li fihom il-pagamenti diretti nazzjonali komplementari jaqbżu l-livell massimu awtorizzat mill-Kummissjoni;
   dwar il-kontrolli.
"

(73)  Fl-Artikolu 139, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

Madankollu, il-pagamenti diretti nazzjonali komplementari provduti fl-Artikolu 132 li ma jitħallsux f’konformità mal-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħala għajnuna illegali mill-Istat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999.*

* ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

"

(74)  Fl-Artikolu 140, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar in-notifika lill-Kummissjoni mill-Istati Membri ta’ informazzjoni, dokumenti, statistiki u rapporti, kif ukoll id-dati ta’ għeluq u l-metodi ta’ notifika tagħhom.

"

(75)  Għandhom jitħassru l-Artikoli 141 u 142.

(76)  Fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII, jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:"

Artikolu 141a

Poteri tal-Kummissjoni

Fejn jingħataw poteri lill-Kummissjoni, hija għandha taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 141b fil-każ ta’ atti ddelegati u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 141c fil-każ ta’ atti ta’ implimentazzjoni, salv fejn huwa espliċitament provdut mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 141b

Atti ddelegatiL-eżerċitar tad-delega

1.  Il-poteriIl-poter li tadotta l-atti ddelegati msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jingħatawjingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indefinit. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.  Id-delegazzjoni tal-poter imsemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi rrevokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.Id-delega tal-poter imsemmija fl-Artikolu 2a, l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 9(3), l-Artikoli 11a(1) u 11a(2), l-Artikolu 12(5), l-Artikoli 27a(1), 27a(2), 27a(3), 27a(4) u 27a(5), l-Artikolu 31a, l-Artikolu 33(5), l-Artikolu 40(1), l-Artikoli 45a(1), 45a(2), 45a(3), 45a(4) u 45a(5), l-Artikolu 54a, l-Artikoli 62a(1), 62a(3) u 62a(4), l-Artikolu 67a, l-Artikolu 68(7), l-Artikolu 76a, l-Artikolu 77, l-Artikolu 81(3), l-Artikoli 85(4) u 85(5), l-Artikoli 87(4), 87(5), 87(6), 87(7) u 87(8), l-Artikolu 89(3), l-Artikolu 90(5), l-Artikolu 91(3), l-Artikoli 97(5), 97(6), 97(7), 98(7) u 98(8), l-Artikolu 103(3), l-Artikolu 105(6), l-Artikolu 110(4), l-Artikoli 111(7) u 111(8), l-Artikolu 113(6) ġdid, l-Artikoli 115(3) u 115(5) ġdid, l-Artikoli 116(5), 116(6) u 116(7), l-Artikoli 124(9) u 124(10) u l-Artikolu 132(9) għandha tingata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn ...(8). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tal-poteri ddelegati mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem ta' dan il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tal-poter għandha tiġġedded taċitament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponi tali tiġdid sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata d-delegazzjoni tal-poter għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tindika l-poteri ddelegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u raġunijiet possibbli għal revoka.

Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tal-poteri speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fid-Deċiżjoni stess. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu isibu oġġezzjoni għall-att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data ta’ notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill dan il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahar.

Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkun sab oġġezzjoni għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill isib oġġezzjoni għal att iddelegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li ssib oġġezzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att iddelegat.

Id-delega tal-poter tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tal-poter speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tibda tgħodd l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.[Em. 28]

Artikolu 141ba

Proċedura ta’ urġenza

1.   Atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 141b(5). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara li tgħarraf bid-deċiżjoni tal-oġġezzjoni lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill. [Em. 29]

Artikolu 141c

Atti ta’ implimentazzjoni -Proċedura tal-Kumitat

[Din il-parti għandha timtela wara li jiġi adottat ir-Regolament li jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali fir-rigward tal-mekkaniżmi għall-kontroll previsti fl-Artikolu 291(2) tat-TFUE, li bħalissa qiegħed jiġi diskuss quddiem il-PE u l-Kunsill.]

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għal Pagamenti Diretti. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni1.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. .

"

[Em. 30]

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn ...

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

(1) ĠU C 107, 6.4.2011, p. 30.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012.
(3) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(4) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(5) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.
(6) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 27.
(7) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.
(8)+ Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Avviż legali - Politika tal-privatezza