Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0365(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0209/2011

Testi mressqa :

A7-0209/2011

Dibattiti :

PV 03/07/2012 - 15
CRE 03/07/2012 - 15

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2012 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0281

Testi adottati
PDF 498kWORD 143k
L-Erbgħa, 4 ta' Lulju 2012 - Strasburgu
Il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni ***I
P7_TA(2012)0281A7-0209/2011
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u li jirrevoka r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008 (COM(2010)0745 – C7-0429/2010 – 2010/0365(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0745),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0429/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità mis-Senat Pollakk, li tisħaq li l-abbozz ta' att leġislattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-kontributi l-oħra mressqa mis-Senat Taljan, mill-Parlament Portugiż u mill-Kamra tad-Deputati Rumena fir-rigward tal-abbozz ta' att leġislattiv,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta' Mejju 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0209/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 218, 23.7.2011, p. 124.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008
P7_TC1-COD(2010)0365

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 l-ewwel paragrafu , u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005(3) jagħti setgħat lill-Kummissjoni sabiex tadotta kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-imsemmi Regolament.

(2)  Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandhom jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(3)  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Jeħtieġ li jiġu definiti l-elementi li għalihom din is-setgħa tista’ tiġi implimentata kif ukoll il-kundizzjonijiet li d-delega msemmija għandha tissodisfa.Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sistema stabbilita b'dan ir-Regolament (KE) Nru. 1290/2005, is-setgħa li tadotta atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni biex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali tagħha . Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoi twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-waqt u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.[Em. 1]

(4)  Biex tiżgura applikazzjonijiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tadotta atti, is-setgħat implimentattivi skont l-Artikolu 291 tat-Trattat. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn l-atti implimentattivi skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru xxx/xxxgħandhom jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(4). [Em. 2]

(5)  Ċerti dispożizzjonijiet dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni adottati qabel mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-setgħat mogħtija mir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandhom ikunu inklużi fl-imsemmi Regolament. Dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw regoli dwar l-allokazzjoni ta’ ċerti somom u ammonti li jikkostitwixxu dħul pagabbli lill-baġit tal-Unjoni stipulat fil-kontijiet miżmuma skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, f’dak li jirrigwarda ż-żamma tal-kontijiet tal-aġenziji ta’ ħlas, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ rimbors tan-nefqa taħt l-FAEG u l-FAEŻR(5).

(6)  Fid-dawl tal-esperjenza miksuba permezz tal-applikazzjoni tar-regoli dwar in-nefqiet iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), parti mid-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-finanzjament tal-azzjonijiet previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 tal-24 ta’ Jannar 1994 dwar il-kofinanzjament mill-Komunità tal-kontrolli bit-telerilevament(6) u mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 78/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 dwar il-miżuri li l-Kummissjoni għandha twettaq għall-perijodu 2008-2013 bl-użu tal-applikazzjonijiet ta’ “remote sensing’ implimentati fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni(7) għandhom ikunu integrati fir-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008 jiġu revokati. Madankollu, jeħtieġ li tibqa’ tiġi pprovduta l-kontinwità tal-applikabbiltà tal-Artikolu fuq ir-rapport li għandha tissottometti l-Kummissjoni.

(7)  L-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni permezz tal-applikazzjoni tar-remote sensing u l-kisba u l-perfezzjonament mill-Kummissjoni tal-immaġnijiet bis-satellita għandhom l-għan li joffru mezzi għall-ġestjoni u s-sorveljanza tas-swieq agrikoli. Sabiex tiggarantixxi r-rispett ta’ dan l-għan, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti implimentattivi għall-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ akkwist u għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri tar-riżultati tal-azzjonijiet ta’ “remote sensing’.

(8)  Sabiex tiżgura funzjonament uniformi tal-korpi ta’ koordinazzjoni tal-Istati Membri, imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti implimentattivi dwar ir-regoli dettaljati ta’ funzjonament ta’ dawn il-korpi u b’mod partikolari l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni.

(9)  Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvalida l-pjan ta’ finanzjament ta’ kull programm ta’ żvilupp rurali u tipprovdi għal kull tibdil tiegħu, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti implimentattivi dwar il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontenut u t-tibdil tal-pjan ta’ finanzjament.

(10)  Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandha tippermettilha li tuża b’mod dirett u bl-aktar mod effikaċi l-informazzjoni li tintbagħtilha għall-ġestjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR u tal-ħlasijiet relatati, kif ukoll sabiex tlesti l-proċedura ta’ approvazzjoni tal-kontijiet u l-proċedura ta’ approvazzjoni ta’ konformità. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti implimentattivi dwar id-dikjarazzjoni tan-nefqa, il-kontijiet annwali, id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni, id-dikjarazzjoni dwar il-ħażna pubblika, is-sistemi ta’ informazzjoni għall-iskambju ta’ informazzjoni u dokumenti, kif ukoll ir-regoli dwar il-konservazzjoni tagħhom.

(11)  L-obbligu dwar iż-żamma ta’ kontijiet mill-aġenziji ta’ ħlas jkopri dejta dettaljata meħtieġa għall-ġestjoni tal-fondi u l-kontroll tagħhom. Sabiex tippermetti l-issodisfar ta’ dan l-obbligu mill-Istati Membri u mill-aġenziji ta’ ħlas billi jsegwu regoli armonizzati, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti implimentattivi dwar il-qafas ta’ kontabilità tal-interventi fil-forma ta’ ħażna pubblika msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) tal-miżuri ta’ intervent fil-forma ta’ operazzjonijiet ta’ ħażna pubblika u l-kontabilità ta’ operazzjonijiet ta’ ħażna pubblika mill-aġenziji ta’ ħlas tal-Istati Membri(8), kif ukoll ta’ nefqiet oħrajn iffinanzjati mill-FAEG u l-FAEŻR imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 883/2006.

(12)  Sabiex tiggarantixxi ġestjoni tajba tal-flussi finanzjarji, b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-Istati Membri jimmobilizzaw il-mezzi sabiex ikopru l-ispejjeż meħtieġa, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti implimentattivi dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri tal-mezzi finanzjarji, filwaqt li tikkunsidra l-metodi ta’ ġestjoni speċifiċi tal-FAEG u l-FAEŻR.

(13)  B’rabta ma’ din l-emenda għar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, li għandha l-għan li tikkonforma l-imsemmi Regolament mal-proċeduri previsti mit-Trattat ta’ Liżbona, jeħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet jiġu aġġornati f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi sabiex jiġu adattati għat-terminoloġija użata mit-Trattat.

(14)  Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandu jkun emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 3 għandu jkun emendat kif ġej:

   (a) Fil-paragrafu 2, il-punt li ġej huwa miżjud:"
Id-drittijiet u l-ispejjeż relatati għandhom ikunu kkalkulati u stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(3) (proċedura kosultattiva).
   (ea) sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-azzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni permezz ta’ applikazzjonijiet ta’ ‘remote sensing’ bl-għan li joffru lill-Kummissjoni l-mezzi sabiex tmexxi s-swieq agrikoli.
   (b) Fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b’dan il-kliem:
"

(2)  Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-punt li ġej:"

   (aa) il-kisba mill-Kummissjoni ta’ immaġnijiet bis-satellita meħtieġa għall-kontrolli, li l-lista tagħhom ġiet miftiehma ma’ kull Stat Membru skont speċifikazzjonijiet stabbiliti minnhom, bl-għan li jintużaw mill-Kummissjoni jew li jintbagħtu bla ħlas lill-korpi ta’ kontroll jew lill-fornituri ta’ servizzi awtorizzati minnhom filwaqt li jibqgħu l-proprjetarji ta’ dawn l-immaġnijiet, kif ukoll xogħlijiet li għandhom l-għan li jtejbu t-teknika u l-metodi ta’ ħidma fil-qasam tal-kontroll tal-artijiet agrikoli permezz tar-‘remote sensing’;
"

(3)  L-Artikolu 6 għandu jkun emendat kif ġej:

   (a) Fil-paragrafu 3, jiżdied il-paragrafu li ġej:"
Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(2), (proċedura ta’ analiżi) ir-regoli dwar il-funzjonament tal-korp ta’ koordinazzjoni msemmi fl-ewwel u fit-tieni paragrafi u dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni."
   b) Il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu kif ġej:"
5.  Biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sistema prevista fil-paragrafi 1 sa 4, il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a:
   (a) rekwiżiti minimi ta’ akkreditazzjoni tal-korpi ta’ ħlas dwar l-ambjent intern, l-attivitajiet ta’ kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-monitoraġġ, kif ukoll regoli dwar il-proċedura tal-għoti u tal-irtirar tal-akkreditazzjoni;
   (b) regoli dwar is-superviżjoni u l-proċedura ta’ reviżjoni tal-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ ħlas;
   (c) rekwiżiti minimi ta’ akkreditazzjoni tal-korpi ta’ koordinazzjoni kif ukoll regoli dwar il-proċedura tal-għoti u tal-irtirar tal-akkreditazzjoni.

6.  Sabiex tiggarantixxi t-twettiq sħiħ tal-kompiti previsti fil-paragrafu 1 fil-qafas tal-operazzjonijiet ta’ ħażna pubblika, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a, regoli dwar:
   (a) il-limitu tar-responsabbiltà u tal-obbligi tal-korpi ta’ ħlas, il-kundizzjonijiet ta’ delegar tat-twettiq tal-kompiti lil entitajiet pubbliċi jew privati terzi;
   (b) l-obbligu tal-korpi ta’ ħlas li jistabbilixxu inventarju għal kull prodott u li jikkontrollaw il-ħażniet ta’ prodotti taħt is-sistema ta’ interventi kif ukoll il-kundizzjonijiet applikabbli għal dawn il-kontrolli.
"

(4)  L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

   (a) It-test eżistenti jsir il-paragrafu 1;
   (b) Jiżdied il-paragrafu kif ġej:"
2.  Biex l-attività tal-korp ta’ ċertifikazzjoni tkun utli għall-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a regoli dwar l-għażla u r-responsabbiltajiet tiegħu."

(5)  Fl-Artikolu 9, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

4.  Sabiex tiggarantixxi applikazzjoni tajba u effikaċi tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontrolli msemmija f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi permezz ta’ att delegat obbligi speċifiċi li għandhom ikunu ssodisfati mill-Istati Membri.

"

(6)  L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

   (a) Ma jirrigwardax il-verżjoni Maltija.
   (b) Il-paragrafu 2 huwa sostitwit bil-kliem li ġej:"
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(3), (proċedura konsultattiva) dwar il-ħlasijiet ta’ kull xahar li hija tagħmel, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tan-nefqa tal-Istati Membri u tal-informazzjoni pprovduta, skont l-Artikolu 8(1), billi tikkunsidra t-tnaqqis jew is-sospensjonijiet applikati skont l-Artikoli 17 u 17(a)."

(7)  L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

   (a) It-test eżistenti sir il-paragrafu 1;
   (b) Jiżdied il-paragrafu li ġej:"
2.  Sabiex timmodifika l-impatt finanzjarju b’mod proporzjonali mad-dewmien innutat fil-ħlas, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a regoli dwar it-tnaqqis tal-ħlasijiet skont it-tul tad-dewmien innutat."

(8)  Ma jirrigwardax il-verżjoni Maltija.

(9)  Ma jirrigwardax il-verżjoni Maltija.

(10)  Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 4 huwai sostitwit bil-kliem li ġej:"

4.  Meta fit-30 ta’ Ġunju ta’ sena partikolari, il-Kunsill ma jkunx stabbilixxa l-aġġustamenti msemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 ma jkunux ġew stabbiliti *, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawn l-aġġustamenti permezz ta’ att implimentattiv u għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bihom. Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 42d(3), (proċedura konsultattiva) ta’ dan ir-Regolament, u għandha tinforma minnufih b’dan lill-Kunsill.[Em. 3]

* ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

"

(11)  L-Artikolu 19 jiġi emendat kif ġej:

   (a) Il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti mill-kliem li ġej:"
1.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien mal-abbozz tal-baġit għal sena finanzjarja N, it-tbassir tagħha għas-snin finanzjarji N - 1, N u N + 1.
Hija għandha tippreżenta fl-istess waqt analiżi tad-differenzi osservati bejn it-tbassir inizjali u n-nefqa effettiva għas-snin finanzjarji N - 2 u N - 3.
2.  Jekk, waqt it-tfassil tal-abbozz tal-baġit għal sena finanzjarja N, ikun jidher li hemm riskju li jinqabeż il-bilanċ nett imsemmi fl-Artikolu 12(3), għas-sena finanzjarja N, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-marġini previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Kunsill l-miżuri meħtieġa, b’mod partikolari dawk mitluba taħt l-Artikolu 11(2), tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. [Em. 4]
3.  F’kull mument, jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li jeżisti riskju li l-bilanċ nett imsemmi fl-Artikolu 12(3) jinqabeż u li hija ma tkunx tista’ tieħu l-miżuri xierqa sabiex tirranġa s-sitwazzjoni taħt is-setgħat tagħha, hija għandha tipproponi miżuri oħrajn sabiex tiżgura l-konformità ma’ dak il-bilanċ, miżuri li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill jew mill-Parlament Ewropew u l-Kunsillbi qbil mal-Artikolu 43(2) TFUE.‘. [Em. 5]"
   b) Fil-paragrafu 4, (c) huwa sostitwit bil-kliem li ġej:"
     ‘(c) tistabbilixxi permezz ta’ att implimentattiv skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(3), (proċedura konsultattiva) l-ammont totali tal-finanzjament mill-Unjoni analizzat skont l-Istati Membri, fuq il-bażi ta’ rata unika ta’ finanzjament mill-Unjoni, fil-limitu tal-baġit li kien disponibbli għall-ħlasijiet ta’ kull xahar;
"

(12)  L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

   (a) il-paragrafu 1 għandu jkun sostitwit bil-kliem li ġej:"
1.  Meta l-Kummissjoni tadotta l-abbozz tal-baġit, jew ittra ta’ emenda għall-abbozz tal-baġit li jirrigwarda l-ispejjeż agrikoli, hija għandha tuża sabiex tistabbilixxi l-estimi tal-baġit tal-FAEG, ir-rata tal-kambju medja bejn l-Euro u d-dollaru Amerikan fuq is-suq matul l-aħħar kwart tas-sena li jispiċċa mill-inqas għoxrin jum qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-dokument tal-baġit."
   (b) Fil-paragrafu 2, is-sentenza ta’ introduzzjoni hija sostitwita bil-kliem li ġej:"
2.  Meta l-Kummissjoni tadotta abbozz ta’ baġit emendatorju jew supplimentari jew ittra ta’ emenda għal dan, sakemm dawn id-dokumenti jirrigwardaw l-approprjazzjonijiet relatati mal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) (a) u (b), hija għandha tuża:"

(13)  Fit-Titolu II, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

Artikolu 21a

Azzjonijiet marbuta mar-‘remote sensing’

1.  L-azzjonijiet iffinanzjati skont l-Artikolu 3(2)(ea), għandhom l-għan li jiżguraw il-monitoraġġ agroekonomiku tal-artijiet agrikoli u tal-kundizzjoni tar-raba’ b’mod li jkunu jistgħu jsiru stimi, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda r-rendiment u l-produzzjoni agrikola, li jiffavorixxu l-aċċess għal dawn l-istimi, jew li jiżguraw il-monitoraġġ teknoloġiku tas-sistema agrometeoroloġika.

Dawn l-azzjonijiet jirrigwardaw prinċipalment il-ġbir jew ix-xiri ta’ informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni, inkluża d-dejta miksuba permezz tas-satellita u d-dejta meteoroloġika, il-ħolqien ta’ infrastruttura ta’ dejta spazjali u ta’ sit elettroniku, it-twettiq ta’ studji speċifiċi marbuta ma’ kundizzjonijiet klimatiċi u l-aġġornament tal-mudelli agrometeoroloġiċi u ekonometriċi.

2.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta permezz ta’ att implimentattiv skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(2), (proċedura ta’ analiżi) regoli dwar il-finanzjamenti msemmija fl-Artikolu 3(2)(ea), u fl-Artikolu 5(aa), il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-azzjonijiet ta’ ‘remote sensing’ għall-kisba tal-għanijiet, il-kundizzjonijiet ta’ kisba, ta’ titjib u ta’ użu tal-immaġnijiet tas-satellita u d-dejta meteoroloġika, kif ukoll l-iskadenzi applikabbli.

"

(14)  Fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

‘Artikolu 23a

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att implimentattiv skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(2), (proċedura ta’ analiżi) ta’ dan ir-Regolament, il-kundizzjonijiet relatati mal-kontenut, il-preżentazzjoni u t-tibdil tal-pjan ta’ finanzjament kif previst fl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 *.

* ĠU L 277 21.10.2005, p. 1.‘.

"

(15)  Ma jirrigwardax il-verżjoni Maltija.

(16)  Ma jirrigwardax il-verżjoni Maltija.

(16a)   Fl-Artikolu 29, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Għall-Istati Membri li għażlu li jorganizzaw il-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom fuq bażi reġjonali, il-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi diżimpenjat awtomatikament jista' jsir fil-livell tal-Istat Membru.“[Em. 6]

(17)  L-Artikolu 30 huwa sostitwit bil-kliem li ġej:"

Artikolu 30

Approvazzjoni finanzjarja

1.  Qabel it-30 ta’ April tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja inkwistjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(3), (proċedura konsultattiva) dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-korpi ta’ ħlas akkreditati fuq il-bażi tal-informazzjoni kkomunikata skont l-Artikolu 8 (1)(c)(iii).

2.  Id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija f’paragrafu 1 għandha tkopri l-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali ppreżentati. Id-deċiżjoni għandha tkun adottata mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet adottati sussegwentement taħt l-Artikolu 31.

"

(18)  L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 għandu jkun sostitwit bil-kliem li ġej:"

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(3), (proċedura konsultattiva) dwar l-ammonti li għandhom ikunu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni meta hija tikkunsidra li nefqiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), u fl-Artikolu 4 ma jkunux saru skont ir-regoli tal-Unjoni.

"

(b)  Il-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit bil-kliem li ġej:"

3.  Qabel ma tiġi adottata kwalunkwe deċiżjoni ta’ rifjut ta’ finanzjament, ir-riżultati tas-sejbiet tal-Kummissjoni kif ukoll it-tweġibiet tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jiġu nnotifikati bil-miktub, u wara dan, iż-żewġ partijiet għandhom jippruvaw jaslu għal qbil dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu.

"

(19)  Fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

Artikolu 31 a

Setgħat delegati

Sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb tal-proċedura ta’ approvazzjoni finanzjarja u tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a ir-regoli dwar l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu bl-għan li jiġu adottati deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 30 u 31 u l-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-regoli dwar il-proċedura ta’ konċiljazzjoni msemmija fl-Artikolu 31(3), it-tieni subparagrafu, inkluż l-istabbiliment, il-funzjonijiet u l-kompożizzjoni ta’ korp ta’ konċiljazzjoni u l-metodi ta’ ħidma tiegħu.

"

(20)  L-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:

   (a) Fil-paragrafu 4, is-sentenza ta’ introduzzjoni għandha tkun sostitwita bil-kliem li ġej:"
Wara li tkun segwiet il-proċedura prevista fl-Artikolu 31, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tiddebita s-somom li għandhom jiġu rkuprati lill-Istat Membru:"
   (b) Ma jirrigwardax il-verżjoni Maltija;
   (c) Fil-paragrafu 8, is-sentenza ta’ introduzzjoni għandha tiġi sostitwita bil-kliem li ġej:"
Wara li tkun segwiet il-proċedura prevista fl-Artikolu 31, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li teskludi mill-finanzjament Komunitarju, is-somom debitati lill-baġit Komunitarju fil-każijiet li ġejjin:"

(21)  L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

   (a) Fil-paragrafu 5, is-sentenza ta’ introduzzjoni għandha tkun sostitwita bil-kliem li ġej:"
Wara li tkun segwiet il-proċedura prevista fl-Artikolu 31, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tiddebita s-somom li għandhom jiġu rkuprati lill-Istat Membru:"
   (b) Il-paragrafu 7 huwa sostitwit bil-kliem li ġej:"
7.  Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf proċedura ta’ rkupru taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 326."

(22)  L-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:

   (a) Fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:"
   (d) is-somom pagabbli lill-baġit tal-Unjoni li jkunu nġabru bħala riżultat ta’ pieni jew sanzjonijiet skont ir-regoli speċifiċi previsti mil-leġislazzjonijiet agrikoli settorjali;
   (e) l-ammonti korrispondenti għat-tnaqqis jew l-esklużjonijiet tal-ħlasijiet applikati skont ir-regoli li jirrigwardaw il-kundizzjonalità prevista mit-Titolu II, Kapitolu 1, tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
"
   (b) Jiżdied il-paragrafu li ġej:"
4.  L-Artikoli 150 u 151 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kontabilità tad-dħul assenjat taħt dan ir-Regolament."

(23)  Fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV, Jiddaħħal l-Artikolu  li ġej:"

Artikolu 35a

Setgħat delegati

1.  Sabiex tiggarantixxi applikazzjoni tajba u effikaċi tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-irkupri msemmija fl-Artikoli 32 u 33, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a obbligi speċifiċi li għandhom jiġu rispettati mill-Istati Membri.

2.  Sabiex tikkunsidra d-dħul miġbur mill-aġenziji ta’ ħlas għall-kont tal-baġit tal-Unjoni minn ħlasijiet li jkunu saru fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ nefqa mibgħuta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a il-kundizzjonijiet li taħthom għandhom isiru ċerti kumpensi bejn spejjeż u dħul effettwati fil-qafas tal-FAEG u tal-FAEŻR.

"

(24)  Fil-Kapitolu 3 tat-Titolu IV, jiddaħħal l-Artikolu  li ġej:"

Artikolu 37a

Setgħat delegati

Sabiex tiggarantixxi l-effikaċja tal-kompiti fdati lill-Kummissjoni fl-Artikoli 36 u 37, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a regoli dwar l-obbligi ta’ kooperazzjoni li l-Istati Membri għandhom jirrispettaw.

"

(25)  jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:"

Artikolu 40a

Setgħat delegati

1.  Sabiex tiżgura l-ġestjoni tajba tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Unjoni għall-FAEG u l-FAEŻR, il-Kummissjoni tista’ tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a regoli dwar:

   (a) l-obbligu għall-korpi ta’ ħlas li jżommu kontijiet, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-elementi li għandhom jiġu kontabilizzati;
   (b) il-valorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet relatati mal-ħażna pubblika u l-miżuri li għandhom jittieħdu f’każ ta’ telf jew degradazzjoni tal-prodotti taħt l-iskema ta’ interventi fil-forma ta’ ħażna pubblika u d-determinazzjoni tal-ammont li għandu jkun iffinanzjat.

2.  Sabiex tiggarantixxi l-finanzjament mill-FAEG tal-ispejjeż relatati mal-miżuri ta’ intervent fil-forma ta’ ħażna pubblika, il-Kummissjoni tista’ tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a ir-regoli dwar:

   a) it-tip ta’ nefqiet li jistgħu jibbenefikaw mill-finanzjament tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet tar-rimbors tagħhom;
   b) il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u l-metodi ta’ kalkolu fuq il-bażi tal-elementi attwalment irreġistrati mill-korpi ta’ ħlas jew fuq il-bażi ta’ rati fissi stabbiliti mill-Kummissjoni jew fuq il-bażi ta’ ammonti b'rati fissi jew le previsti mil-leġislazzjoni agrikola settorjali.

3.  Sabiex tivverifika l-konsistenza tad-dejta mibgħuta mill-Istati Membri dwar in-nefqiet jew informazzjoni oħra prevista minn dan ir-Regolament u sabiex tiżgura r-rispett tal-obbligu ta’ komunikazzjoni kif previst fl-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a, kundizzjonijiet ta’ tnaqqis u sospensjonijiet tal-ħlasijiet lill-Istati Membri, f’dak li jirrigwarda n-nefqiet tal-FAEG u tal-FAEŻR rispettivament.

4.  Meta l-baġit tal-Unjoni ma jiġix adottat fil-bidu tas-sena finanzjarja jew jekk l-ammont globali tal-impenji antiċipati jaqbeż il-limitu ffissat fl-Artikolu 150(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, sabiex tiddetermina b’mod ġust it-tqassim tal-approprjazzjonijiet disponibbli bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a, il-metodi ta’ ħlas tan-nefqiet.

5.  Sabiex tevita l-applikazzjoni, mill-Istati Membri li mhumiex parti miż-żona tal-euro, ta’ rati ta’ kambju differenti, minn naħa waqt il-kontabilità, f’muniti oħrajn minbarra l-Euro, tad-dħul miġbur jew tal-għajnuniet mogħtija lill-benefiċjarji u, min-naħa l-oħra, meta tiġi stabbilita d-dikjarazzjoni tan-nefqa mill-korp ta’ ħlas, il-Kummissjoni tista’ tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a regoli dwar ir-rata tal-kambju għall-istabbiliment tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u r-reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ ħażna pubblika fil-kontijiet tal-korp ta’ ħlas.

6.  Sabiex tiżgura t-trasparenza tal-użu tal-FAEG u tal-FAEŻR u pubblikazzjoni uniformi mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 44a, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42a regoli dwar:

   (a) il-kontenut u l-format tal-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata;
   (b) id-data tal-pubblikazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ informazzjoni tal-benefiċjarji;
   (c) il-mezzi ta’ komunikazzjoni u ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

Artikolu 40b

Setgħat ta’ implimentazzjoni

1.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ att implimentattiv skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(2), (proċedura ta’ analiżi) regoli dwar:

  (a) il-forma, il-kontenut, il-frekwenza, l-iskadenzi u l-metodi ta’ trasmissjoni lill-Kummissjoni jew ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tagħha:
   (i) id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tal-estimi tan-nefqa kif ukoll l-aġġornament tagħhom, inkluż id-dħul allokat,
   (ii) id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u tal-kontijiet annwali tal-korpi ta’ ħlas,
   (iii) ir-rapporti ta’ ċertifikazzjoni tal-kontijiet,
   (iv) id-dejta tal-korpi ta’ ħlas akkreditati, tal-korpi ta’ koordinazzjoni akkreditati u tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni,
   (v) it-termini ta’ konsiderazzjoni u tal-ħlasijiet tan-nefqa ffinanzjati taħt l-FAEG u l-FAEŻR,
   (vi) in-notifiki ta’ aġġustamenti finanzjarji magħmula mill-Istati Membri fil-kuntest tal-operazzjonijiet jew il-programmi ta’ żvilupp rurali u d-dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-proċeduri ta’ rkupru magħmula mill-Istati Membri bħala riżultat ta’ irregolaritajiet,
   (vii) informazzjoni rigward il-miżuri meħuda b’applikazzjoni tal-Artikolu 9;
   (b) il-proċeduri ta’ skambju ta’ informazzjoni u dokumenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ informazzjoni inkluż it-tip, il-forma, il-kontenut tad-dejta li għandha tiġi ttrattata minn dawn is-sistemi u r-regoli dwar il-konservazzjoni tagħhom;
   (c) il-proċeduri rigward il-finanzjament u l-qafas ta’ kontabilità tal-interventi fil-forma ta’ ħażna pubblika kif ukoll dwar nefqiet oħrajn iffinanzjati mill-FAEG u mill-FAEŻR;
   (d) il-proċeduri ta’ implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ diżimpenn awtomatiku.

2.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ att implimentattiv skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(3), (proċedura konsultattiva) ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-approprjazzjonijiet differiti skont l-Artikolu 149(3), tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 sabiex tiffinanzja n-nefqiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(c) ta’ dan ir-Regolament.

"

(26)  L-Artikoli 41 u 42 jitħassru.

(27)  Jiddaħħlu l-Artikoli 42a,42(b), 42(c) u 42 d li ġejjin:"

Artikolu 42a

It-twettiq tad-delega

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħaIs-setgħa li tadotta l-atti delegati koperti minn dan ir-Regolament għal perjodu indefinithija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.  Meta tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma dwar dan fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.  Is-setgħa li tadotta atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikoli 42(b) u 42(c).Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(5), 6(6), 7(2), 9(4), 16(2), 31(a), 35a(1), 35a(2), fl-Artikolu 37a u fl-Artikolu 40a(1-6) ta' dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ...(9). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem ta' dan il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3a.  Id-delega tas-setgħa tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni li tirrevoka ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

3b.  Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3c.  Att iddelegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.[Em. 7]

Artikolu 42b

Revoka tad-delega

1.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 42a tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.  L-istituzzjoni li tkun bdiet proċess intern sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tieħu deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jiġu revokati, kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għar-revoka.

3.  Id-deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati fiha. Din għandu jkollha effett immedjat jew f’data ulterjuri li għandha tispeċifika. Din m’għandhiex tibdel il-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Din għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. [Am. 8]

Artikolu 42c

Oġġezzjonijiet għall-atti delegati

1.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jqajmu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-att delegat fi żmien xahrejn mid-data ta’ notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahar.

2.  Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu qajmu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data speċifikata minnu.

L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dan il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu nfurmaw it-tnejn lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.  Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqajmu xi oġġezzjoni dwar att delegat, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li tqajjem l-oġġezzjoni għandha tagħti spjega tar-raġunijiet.[Em. 9]

Artikolu 42 d

Atti implimentattivi – KumitatProċedura ta' Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Fondi agrikoli. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjon*.

2.  Meta jiġu adottati atti implimentattivi skontFejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] (jimtela skont l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-proċeduri ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 291 § 3 tat-TFUE, li attwalment qiegħed jiġi diskuss fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill).(proċedura ta’ analiżi)Nru 182/2011.

3.  Meta jiġu adottati atti implimentattivi skontFejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] (jimtela skont l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-proċeduri ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 291 § 3 tat-TFUE, li attwalment qiegħed jiġi diskuss fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill).(proċedura konsultattiva)‘Nru 182/2011.

"

* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[Em. 10]

Artikolu 2

Ir-Regolamenti (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008 huma b’dan mħassra.

Madankollu, l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 78/2008 għandu jibqa’ japplika sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

(1) ĠU C 218, 23.7.2011, p. 124.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012.
(3) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(4) ĠU L […][…], p. […].ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(5) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.
(6) ĠU L 24, 29.1.1994, p. 6.
(7) ĠU L 25, 30.1.2008, p. 1.
(8) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.
(9)+ Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Avviż legali - Politika tal-privatezza