Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi (COM(2010)0759 – C7-0001/2011 – 2010/0364(COD))
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0759),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C7-0001/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2011(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċdura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0215/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja(2),
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007(3) jagħti setgħat lill-Kummissjoni biex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.
(2) B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jeħtieġ li jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat).
(3) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħaBiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tar-reġim stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 834/2007, is-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissuplimenta jew temendadwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni rigward is-supplimentazzjoni jew l-emendar ta' ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.ta' dak ir-Regolament. L-elementi li għalihom tista’ tiġi eżerċitata dik is-setgħa għandhom jiġu definiti, flimkien mal-kundizzjonijiet li għalihom għandha tkun suġġetta dik id-delega. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, hija u tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 1]
(4) Sabiex tiggarantixxi applikazzjonijiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 fl-Istati Membri kollha, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 291 tat-Trattat. Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-attribuzzjoni ta’ numri ta’ kodiċi skont is-sistema ta’ kontroll, l-indikazzjoni tal-oriġini għall-prodotti u regoli uniformi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, il-pajjiżi terzi, l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll jew li għandha tkun disponibbli mill-Kummissjoni jew il-pubblikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni, kif ukoll għar-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi u awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta' kontroll għall-għanijiet ta’ ekwivalenza u konformità. Ħlief jekk ikun hemm dispożizzjoni espliċita mod ieħor, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ [ir-Regolament (UE) Nru XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar …].Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(4). Fil-kuntest tax-xogħol ta' tħejjija dwar l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tkompli tagħmel użu mill-gruppi konsultattivi sabiex il-partijiet interessati u l-NGOs jkunu jistgħu jesprimu ruħhom fuq bażi regolari u strutturata. [Em. 2]
(4a)Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament fejn f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-irtirar tar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta' kontroll u tal-korpi ta' kontroll f'każijiet ta' irregolaritajiet jew vjolazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew relatati mal-irtirar tar-rikonoxximent lil pajjiżi terzi li s-sistemi ta' produzzjoni tagħhom ma jkunux għadhom konformi mal-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati f'dak ir-Regolament u li l-miżuri ta' kontroll tagħhom ma jkunux għadhom ta' effikaċja ekwivalenti għal dawk stipulati f'dak ir-Regolament, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza. [Em. 3]
(4b)Il-proċess ta' allinjament mat-Trattat ta' Lisbona għandu jfittex li jilħaq il-mira li jissimplifika l-leġislazzjoni kollha tal-UE promulgata għas-settur, bil-għan li jtaffi l-piż tal-burokrazija żejda fuq il-bdiewa li jkabbru prodotti organiċi. [Em. 4]
(5) Għall-finijiet ta' ċarezza, it-test tar-referenzi għall-Istandard Ewropew EN 45011 jew tal-ISO Gwida 65 għandu jiġi armonizzat ma’ atti oħrajn rilevanti tal-Unjoni.
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 huwa emendat kif ġej:
(1) L-Artikolu 8 huwa ssostitwit b'dan li ġej:"
l-Artikolu 8
Rekwiżiti ġenerali
L-operaturi għandhom jikkonformaw mar-regoli ta’ produzzjoni stabbiliti f’dan it-Titolu u mar-regoli speċifiċi tal-produzzjoni u l-miżuri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati u ta' implimentazzjoni skont l-Artikoli 38a u 38b.
"
(2) Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’tingħata s-setgħa, għall-fini tal-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a(1), tiddeċiedi dwar miżuri li jimplimentaw il-projbizzjoni tal-użu tal-OĠM u ta’ prodottirigward l-istabbiliment ta’ mudell ta’ dikjarazzjoni tal-bejjiegħa li tikkonferma li l-prodotti fornuti ma saruxli ġew prodotti minn OĠM jew permezz ta’ OĠMtagħhom.
"
[Em. 5]
(3) Fl-Artikolu 11, it-tieni paragrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
Madankollu, f'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1), impriża tista’ tinqasam f’unitajiet separati b’mod ċar jew f’siti ta’ produzzjoni tal-akkwakultura li mhux kollha huma ġestiti taħt il-produzzjoni organika. Fir-rigward tal-annimali, għandhom jiġu involuti speċijiet differenti. Fir-rigward tal-akkwakultura l-istess speċi jista' jiġi involut, sakemm ikun hemm separazzjoni adegwata bejn is-siti tal-produzzjoni. Fir-rigward tal-pjanti, għandhom jiġu involuti varjetajiet differenti li jistgħu jkunu differenzjati faċilment.
"
(4) Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 jitħassar.
(5) Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3 jitħassar.
(6) Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 jitħassar.
(7) Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 2 jitħassar.
(8) L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
(a)
Fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:" 1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(a)(ii), tawtorizza għall-użu fil-produzzjoni organika u tinkludi f’lista ristretta l-prodotti u s-sustanzi li jistgħu jintużaw fil-biedja organika għall-iskopijiet li ġejjin:"
(b)
Fil-paragrafu 3, il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:" (a) Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(2)(a), tiffissa limiti rigward il-prodotti agrikoli li għalihom jistgħu japplikaw il-prodotti u s-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u, jekk meħtieġ, tiddeċiedi dwar l-irtirar ta’ dawn il-prodotti u s-sustanzi."
(c)
Fil-paragrafu 3, il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:" (c) Il-prodotti u s-sustanzi użati qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament għal skopijiet li jikkorispondu ma’ dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkomplu jintużaw wara l-adozzjoni msemmija. Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe każ tirtira dawn il-prodotti jew sustanzi permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(a)(ii) f'konformità mal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(2)(a)."
(9) Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 2 jitħassar.
(10) Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 5 jitħassar.
(11) Fl-Artikolu 19(3), jitħassar t-tieni subparagrafu.
(12) Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 3 jitħassar.
(13) Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(a)(ii), tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti u s-sustanzi u l-inklużjoni tagħhom fil-lista ristretta msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u, jekk meħtieġ, dwar l-irtirar tal-prodotti minn dik il-lista, u għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(2)(a), tiffissa limiti li għandhom ikunu applikati fir-rigward tal-użu tagħhom.
Meta Stat Membru jikkunsidra li prodott jew sustanza għandom jiġu miżjuda ma' jew irtirati mil-lista msemmija fil-paragrafu 1, jew li l-ispeċifikazzjonijiet tal-użu msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jiġu emendati, l-Istat Membru għandu jiżgura li jintbagħat uffiċjalment dossier lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jagħti r-raġunijiet għall-inklużjoni, l-irtirar jew l-emendi.
It-talbiet għal emenda jew irtirar, kif ukoll id-deċiżjonijiet dwarhom, għandhom jiġu ppubblikati. Prodotti u sustanzi użati qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u li jaqgħu taħt l-Artikolu 19(2)(b) u (c) jistgħu jkomplu jintużaw wara l-adozzjoni msemmija. Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe każ tirtira dawk il-prodotti permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(a)(ii) f'konformità mal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 38a(2)(a).
"
(14) L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:" 1. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(2)(c) u f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u suġġett għall-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti fit-Titolu II, tipprovdi għall-għotja ta’ eċċezzjonijiet mir-regoli tal-produzzjoni stabbiliti fil-Kapitoli 1 sa 4."
(b)
Il-paragrafu 3 jitħassar.
(15) Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
6. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(2)(e), tadatta l-lista ta’ termini stabbiliti fl-Anness.
"
(16) L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(i) Il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu huma ssostitwiti b'dan li ġej:"
(b)
il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 25(1) fir-rigward ta’ ikel ippakkjat minn qabel għandu jidher ukoll fuq il-pakkett;
(c)
meta jintuża l-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 25(1), għandha tidher ukoll indikazzjoni tal-post fejn ġiet imkabbra l-materja prima agrikola li minnha huwa magħmul il-prodott, fl-istess taqsima viżwali bħal-logo u għandha tkun f'waħda minn dawn il-forom li ġejjin, kif jixraq:
–
‘Agrikoltura tal-UE’, meta l-materja prima agrikola tkun ġiet imkabbra fl-Unjoni,
–
’Agrikoltura mhux tal-UE’, meta l-materja prima agrikola tkun ġiet imkabbra f’pajjiżi terzi,
–
‘Agrikoltura tal-UE/mhux tal-UE’, meta parti mill-materja prima agrikola tkun ġiet imkabbra fl-Unjoni u parti minnha tkun ġiet imkabbra f’pajjiż terz.
"
(ii) Il-ħames subparagrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:"
L-użu tal-logo tal-Unjoni Ewropea għall-produzzjoni organika msemmija fl-Artikolu 25(1) u l-indikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu fakultattivi għal prodotti importati minn pajjiżi terzi. Madankollu, meta l-logo tal-Unjoni Ewropea għall-produzzjoni organika msemmi fl-Artikolu 25(1) jidher fit-tikkettar, l-indikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tidher ukoll fit-tikkettar.
"
(b) Il-paragrafu 3 jitħassar.
(17) L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:" 1. Il-logo tal-Unjoni Ewropea għall-produzzjoni organika jista’ jintuża fit-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-logo tal-Unjoni Ewropea għall-produzzjoni organika ma għandux jintuża fil-każ ta’ prodotti f’konverżjoni u ikel kif jissemma fl-Artikolu 23(4)(b) u (c)."
(b)
Il-paragrafu 3 jitħassar.
(18) Fl-Artikolu 26 il-parti introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:"
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(b), tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar u kompożizzjoni applikabbli għal:
"
(19) L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:" 2. Barra l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004, is-sistema ta’ kontroll stabbilita f’dan ir-Regolament għandha tinkludi tal-inqas l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prekawzjoni u kontroll."
(b)
Fil-paragrafu 5, il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
(c)
il-korp ta’ kontroll huwa akkreditat għall-verżjoni l-aktar reċenti tal-Istandard Ewropew EN 45011 jew tal-ISO Gwida 65 (Rekwiżiti ġenerali għall-korpi li joperaw sistemi ta’ ċertifikazzjoni ta’ prodotti), u huwa approvat mill-awtoritajiet kompetenti;
"
(c)
Fil-paragrafu 7, il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
(b)
il-kompetenza li jingħataw eċċezzjonijiet, kif jissemma fl-Artikolu 22, sakemm dan ma jkunx pprovdut fil-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(2)(c).
"
(20) Fl-Artikolu 28, il-paragrafu 6 jitħassar.
(21) Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 3 jitħassar.
(22) Fl-Artikolu 30(2), it-tielet subparagrafu jitħassar.
(23) L-Artikolu 32(2) huwa emendat kif ġej:
(a)
L-ewwel żewġ subparagrafi huma ssostitwiti b'dan li ġej:" Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 38b(f), f'konformità mal-kriterji li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(c)(v), tirrikonoxxi l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll imsemmija fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu, inkluż l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll kif jissemma fl-Artikolu 27, li huma kompetenti biex iwettqu kontrolli u biex joħorġu l-evidenza ddokumentata msemmija fil-paragrafu 1(c) ta’ dan l-Artikolu f’pajjiżi terzi. Il-korpi ta’ kontroll għandhom ikunu akkreditati għall-verżjoni l-aktar reċenti tal-Istandard Ewropew EN 45011 jew tal-ISO Gwida 65 (Rekwiżiti ġenerali għal korpi li joperaw sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti). Il-korpi ta’ kontroll għandhom jgħaddu minn evalwazzjoni regolari fuq il-post, sorveljanza u valutazzjoni multiannwali tal-attivitajiet tagħhom mill-korp tal-akkreditazzjoni."
(b)
Is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda:" Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 38b(f), f'konformità mal-kriterji li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(c)(v), tirtira r-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll f’każijiet ta’ irregolaritajiet jew ksur tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jekk ikun meħtieġ f’każijietGħal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, debitament ġustifikati il-Kummissjoni tista’ tieħu dik id-Deċiżjoni filwaqt li taġixxi f'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 38g. F’dak il-każ, il-miżuri adottati għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-Istati Membri u għandhom ikunu b’effett immedjat. tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 38g(3)."
[Em. 6]
(24) L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
(i) L-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 38b(f), f'konformità mal-kriterji li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(c)(v), tirrikonoxxi l-pajjiżi terzi li s-sistema ta’ produzzjoni tagħhom hija konformi mal-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titoli II, III u IV u li l-miżuri ta’ kontroll tagħhom huma ta’ effettività ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titolu V. Il-valutazzjoni tal-ekwivalenza għandha tqis il-linji gwida CAC/GL 32 tal-Codex Alimentarius.
"
(ii)
Is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda:" Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 38b(f), f'konformità mal-kriterji li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(c)(v), tirtira r-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi li s-sistema ta’ produzzjoni tagħhom ma għadhiex konformi mal-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titoli II, III u IV u li l-miżuri ta’ kontroll tagħhom ma għadhomx effettivament ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titolu V. Jekk ikun meħtieġ f’każijietGħal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, debitament ġustifikati il-Kummissjoni tista’ tieħu dik id-Deċiżjoni filwaqt li taġixxi f'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 38g. F’dak il-każ, il-miżuri adottati għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-Istati Membri u għandhom ikunu b’effett immedjat. tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 38g(3)."
[Em. 7]
(b) Il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:
(i)
L-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:" Għal prodotti mhux importati taħt l-Artikolu 32 u mhux importati minn pajjiż terz li huwa rikonoxxut taħt il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 38b(f), f'konformità mal-kriterji li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(c)(v), tirrikonoxxi l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll, inkluż awtoritajiet ta' kontroll u korpi ta' kontroll kif jissemma fl-Artikolu 27, li huma kompetenti biex iwettqu kontrolli u joħorġu ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-valutazzjoni tal-ekwivalenza għandha tqis il-linji gwida CAC/GL 32 tal-Codex Alimentarius."
(ii)
Is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda:" Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 38b(f), f'konformità mal-kriterji li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 38a(1)(c)(v), tirtira r-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll f’każijiet ta’ irregolaritajiet jew ksur tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jekk ikun meħtieġ f’każijietGħal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, debitament ġustifikati il-Kummissjoni tista’ tieħu dik id-Deċiżjoni filwaqt li taġixxitadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 38g. F’dak il-każ, il-miżuri adottati għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-Istati Membri u għandhom ikunu b’effett immedjat.mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 38g(3)."
[Em. 8]
(25) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 36a li ġej:"
l-Artikolu 36a
Pubblikazzjoni u notifika
Il-Kummissjoni għandha f'konformità mar-regoli li għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 38b(b) tistabbilixxi, tippubblika, tagħmel disponibbli jew tqassam l-informazzjoni li għandha tkun identifikata permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 38b(a), kif ukoll il-listi ta’ pajjiżi terzi u awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f'konformità mal-Artikoli 32 u 33.
"
(26) L-Artikoli 37 u 38 jitħassru.
(27) Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:"
l-Artikolu 38a
Setgħat delegati
1. Sabiex tqis aħjar l-aspettattivi tal-konsumaturi rigward il-kwalità tal-prodotti organiċi u biex tiżgura l-applikazzjoni adegwata tar-regoli mill-awtoritajiet, il-korpi u l-operaturi kkonċernati u l-funzjonament kif suppost tas-suq uniku u l-kummerċ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, tadotta r-regoli, skont l-Artikolu 38d, rigward l-adozzjoni tar-regoli, il-miżuri u l-kundizzjonijiet speċifiċi meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż id-definizzjonijiet speċifiċi marbuta mal-ambitu tiegħu, suġġetti għall-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti fit-Titolu II, għal dawn li ġejjin: [Em. 9]
(a)
ir-regoli ta’ produzzjoni stabbiliti fit-Titolu III, b’mod partikolari:
(i)
ir-rekwiżiti, il-kundizzjonijiet u l-perjodi ta’ konverżjoni speċifiċi li għandhom jiġu rispettati mill-operaturi;
(ii)
l-awtorizzazzjoni tal-prodotti u s-sustanzi għall-użu fi produzzjoni organika, l-inklużjoni tagħhom f’lista ristretta jew l-irtirar tagħhom mil-lista għall-għanijiet tal-Artikoli 16 u 21;
(iii)
il-metodi tal-ipproċessar għal ikel ipproċessat;
(iv)
il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta’ OĠM u prodotti li huma prodotti minn jew permezz ta’ OĠM;
(v)
id-definizzjoni tal-perjodi msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) sa (f).
(b)
ir-regoli tat-tikkettar, ir-rekwiżiti u l-kriterji speċifiċi fir-rigward tal-preżentazzjoni, il-kompożizzjoni, id-daqs u d-disinn tal-logo organiku tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-użu tiegħu, f'konformità mat-Titolu IV;
(c)
is-sistemi ta’ kontroll stabbiliti taħt it-Titoli V u VI, b’mod partikolari:
(i)
ir-rekwiżiti ta’ kontroll, is-superviżjoni u l-proċeduri ta’ verifika,
(ii)
il-kriterji għall-approvazzjoni ta’ korpi ta’ kontroll għall-finijiet tal-Artikolu 27,
(iii)
il-kriterji speċifiċi għad-delegazzjoni tal-kompiti lill-korpi ta’ kontroll imsemmija fil-punt (ii),
(iv)
il-forma tal-evidenza ddokumentata,
(v)
il-kriterji li għandhom jiġu applikati fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi għall-għanijiet tal-Artikolu 33(2) u fir-rigward tar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll għall-għanijiet tal-Artikolu 32(2) u l-Artikolu 33(3),
(vi)
il-kriterji li għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-irtirar tal-approvazzjoni jew tar-rikonoxximent u tal-evidenza dokumentata, inkluż il-każijiet fejn il-Kummissjoni tista’ taġixxi b’urġenza f'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 38g,
(vii)
il-kriterji li għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-identifikazzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ impriża sottomessa għas-sistema ta’ kontroll,
(viii)
ir-regoli li għandhom jiġu applikati għat-tqegħid tal-prodotti minn pajjiżi terzi fis-suq tal-Unjoni bħala organiċi;
(d)
il-moviment liberu tal-prodotti organiċi.
2. Biex tqis l-iżvilupp tekniku u l-ispeċifiċitajiet tas-settur il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati u suġġett għall-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti fit-Titolu II, tadotta r-regoli meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal dawn li ġejjin:
(a)
l-awtorizzazzjoni, il-limitazzjoni, ir-restrizzjoni jew il-projbizzjoni ta’ tekniki speċifiċi għall-għanijiet tal-Artikoli 12 sa 16, 18, 19 u 20 u l-kundizzjonijiet u l-limiti fir-rigward tal-użu ta’ sustanzi u prodotti u l-irtirar tagħhom, b’mod partikolari l-metodi ta’ applikazzjoni, id-dożaġġ, il-limiti taż-żmien għall-użu u l-kuntatt mal-prodotti agrikoli;
(b)
ir-regoli speċifiċi għall-produzzjoni tal-ħmira;
(c)
l-għotja ta’ eċċezzjonijiet mir-regoli tal-produzzjoni u l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ dawk l-eċċezzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 22;
(d)
il-miżuri tranżitorji li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mir-regoli stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għal dan ir-Regolament;
(e)
l-adozzjoni tal-lista ta’ termini stabbilita fl-Anness.
3. Biex tassigura t-trasparenza permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni veloċi, preċiż u kosteffikaċi, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi permezz ta’ atti delegati:
(a)
in-natura u t-tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi notifikata;
(b)
il-metodi ta’ notifika tal-informazzjoni;
(c)
ir-regoli marbuta mad-drittijiet tal-aċċess għall-informazzjoni jew sistemi ta’ informazzjoni magħmula disponibbli;
(d)
il-mezzi ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni;
l-Artikolu 38b
Setgħat ta' implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 38g(2), tadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa immirati biex tinkiseb applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni, b’mod partikolari b’rabta ma’ dawn li ġejjin: [Em. 10]
(a)
dettalji u speċifikazzjonijiet fir-rigward tal-kontenut, il-forma u l-mod tan-notifika, is-sottomissjoni u l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa fil-qafas ta’ dan ir-Regolament:
(i)
mill-operaturi, b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fis-sottomissjoni u n-notifika msemmija fl-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 29(1),
(ii)
minn jew bejn korpi tal-kontroll, awtoritajiet tal-kontroll, awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, pajjiżi terzi u l-Kummissjoni, b’mod partikolari f'konformità mal-Artikoli 22, 30 sa 33, 35 u 36;
(b)
kundizzjonijiet u mezzi ta’ pubblikazzjoni jew regoli u kundizzjonijiet speċifiċi għat-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni lill-operaturi, l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll, u l-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) u l-listi ta’ pajjiżi terzi jew ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll maħtura skont l-Artikolu 27 jew rikonoxxuti skont l-Artikoli 32 u 33;
(c)
il-metodi u l-kundizzjonijiet li għandhom jitqiesu fir-rigward ta’ ċertifikazzjoni elettronika, b’mod partikolari għaċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 29 u l-Artikolu 33(1)(d);
(d)
l-attribuzzjoni ta’ numri ta’ kodiċi lill-awtoritajiet ta’ kontroll u lill-korpi ta’ kontroll u l-indikazzjoni tal-post fejn il-materja prima agrikola kienet imkabbra f'konformità mal-Artikolu 24;
(e)
il-kriterji speċifiċi fir-rigward tal-preżentazzjoni, il-kompożizzjoni u d-daqs tal-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24(1)(a) u (c);
(f)
ir-rikonoxximent u l-irtirar ta’ pajjiżi terzi u awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-għanijiet tal-Artikolu 32(2) u l-Artikolu 33(2) u (3).
1a.Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, debitament ġustifikati , relatati mal-irtirar tar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta' kontroll u tal-korpi ta' kontroll f'każijiet ta' irregolaritajiet jew vjolazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament jew relatati mal-irtirar tar-rikonoxximent lil pajjiżi terzi li s-sistemi ta' produzzjoni tagħhom ma jkunux għadhom konformi mal-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fit-Titoli II, III u IV jew li l-miżuri ta' kontroll tagħhom ma jkunux għadhom ta' effikaċja ekwivalenti għal dawk stipulati fit-Titolu V, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 38g(3).; [Em. 11]
l-Artikolu 38c
Setgħat tal-Kummissjoni
Fejn is-setgħat huma kkonferiti lill-Kummissjoni, din għandha taġixxi f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 38d fil-każ ta’ atti delegati u f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 38g fil-każ ta’ atti ta' implimentazzjoni, ħlief fejn huwa espliċitament ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament.
l-Artikolu 38d
Eżerċizzju tad-delegazzjoni
1. Is-setgħatIs-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jingħatawhija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indefinitsuġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(4), Artikolu 11, Artikolu 16(1), punti (a) u (c) tal-Artikolu 16(3), Artikolu 21(2), Artikolu 22(1), Artikolu 23(6), Artikolu 26, punt (b) tal-Artikolu 27(7), Artikolu 32(2) u Artikolu 33(2) u (3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-data ...(5). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Is-setgħat li tadotta atti delegati qegħdin jingħataw lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 38e u 38f.‘Id-delega ta’ setgħa tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
3a.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3b.Att delegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.[Em. 12]
l-Artikolu 38e
Revoka tad-delegazzjoni
1.Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 38a u 38d tista’ tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
2.L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delegazzjoni tas-setgħa għandha tieħu ħsieb tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.
3.Id-deċiżjoni dwar ir-revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew mid-data speċifikata hemmhekk. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.‘[Em. 13]
‘l-Artikolu 38f
Oġġezzjonijiet għal atti delegati
1.Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-atti delegati fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar.
2.Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u anqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija hemmhekk.
L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.
3.Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan ma jidħolx fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tagħti r-raġunijiet għalfejn tkun qed toġġezzjona għall-att delegat.‘ [Em. 14]
l-Artikolu 38g
Atti ta' implimentazzjoni – Kumitat għall-produzzjoni organika
1.Meta jkunu adottati atti ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-produzzjoni organika u l-proċedura pprovduta fl-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy] (għandha titlesta wara l-adozzjoni tar-regolament dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll, kif jissemma fl-Artikolu 291(2) tat-TFUE, li bħalissa huwa s-suġġett ta’ diskussjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill) għandha tapplika.‘Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*.
2.Fil-każijiet ta’ urġenza pprovduti fl-Artikolu 32(2) u l-Artikolu 33(2) u (3) ta’ dan ir-Regolament, il-proċedura pprovduta fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] għandha tapplika.‘Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.
* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
"
[Am. 15]
(28) L-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:
(a) It-titolu huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
"
(b) Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:"
1. Sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
"
Artikolu 1a
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-effetti tal-emendi magħmula fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 b'dan ir-Regolament, partikolarment rigward it-trasparenza u l-impatt fuq is-soċjetà ċivili, tliet snin wara ...(6).
Persuni interessati importanti u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għandhom ikunu inklużi f'dan il-proċess ta' evalwazzjoni.[Am. 16]
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.