Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0366(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0204/2011

Testi mressqa :

A7-0204/2011

Dibattiti :

PV 03/07/2012 - 15
CRE 03/07/2012 - 15

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2012 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0283

Testi adottati
PDF 489kWORD 72k
L-Erbgħa, 4 ta' Lulju 2012 - Strasburgu
Is-sistema ta' finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija ***I
P7_TA(2012)0283A7-0204/2011
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (COM(2010)0761 – C7-0002/2011 – 2010/0366(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0761),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0002/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0204/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwestjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 218, 23.7.2011, p. 126.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija
P7_TC1-COD(2010)0366

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008(3) jikkonferixxi setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.

(2)  Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 485/2008 għandhom jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat).

(3)  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadottaBil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tar-reġim stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 485/2008, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 485/2008. L-elementi li għalihom tista’ tkun eżerċitata dik is-setgħa għandhom ikunu definiti, flimkien mal-kundizzjonijiet li għalihom għandha tkun suġġetta dik id-delegadwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi ddelegat lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ miżuri, li min-natura tagħhom ma humiex adattati għall-kontroll ex-post permezz tal-iskrutinju ta' dokumenti kummerċjali, li dan ir-Regolament ma għandux japplika għalih. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 1]

(4)  Sabiex tiggarantixxi applikazzjonijiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 485/2008 fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat. B'mod partikolari l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta regoli uniformi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni bl-għajnuna tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli stabbilit permezz tal-Artikolu 41d(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni(4) f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar …[għandu jitlesta wara l-adozzjoni tar-regolament dwar il-mekkaniżmi tal-kontroll, kif jissemma fl-Artikolu 291(3) tat-TFUE, li fil-preżent huwa s-suġġett ta' diskussjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill], is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni(5).[Em. 2]

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 485/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 485/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)  Fl-L-Artikolu 1, paragrafu 2, it-tieni sentenza tinbideljinbidel b'dan li ġej:"

2.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-miżuri koperti mis-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll li taqa’ taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad- 19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa*.

‘Sabiex jiġu esklużi mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dawk il-miżuri li min-natura tagħhom mhumiex adattati għall-kontroll ex-post permezz ta' skrutinju ta' dokumenti kummerċjali, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti delegati f'konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-ArtikoliArtikolu13a, 13b u 13c ta' dan ir-Regolament, tistabbilixxi lista ta' miżuri oħrajn li għalihom dan ir-Regolament ma japplikax.

* ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

"

[Em. 3].

(2)  L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

   (a) fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, it-tieni sentenza għandha titħassar;
   (b) il-paragrafu 5 għandu jitħassar.

(3)  L-Artikolu 13 għandu jitħassar.

(4)  Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:"

Artikolu 13a

1.  Is-setgħatIs-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jingħatawtiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indefinitsuġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn ...(6). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku, kemm-il darba l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak li fih tiġi ppubblikata d-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà huma fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament u l-anqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li huma m’humiex se jġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[Em. 4]

Artikolu 13b

Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 13a tista’ tiġi rrevokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna għal deċiżjoni dwar jekk għandhiex tiġi rrevokata d-delega ta’ setgħa, għandha tagħmel li tista’ biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.[Em. 5]

Artikolu 13c

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat f’perjodu ta’ żmien ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jkun estiż b’xahar.

Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu sabu oġġezzjoni għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan ma jidħolx fis-seħħ. L-istituzzjoni li ssib oġġezzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att delegat. [Em. 6]

Artikolu 13d

Il-Kummissjoni, għandha, fejn meħtieġ, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, tadotta d-dispożizzjonijiet li jimmiraw għal kisba ta' applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament fl-Unjoni, b'mod partikolari tadotta d-dispożizzjonijiet speċifiċi f'rabta ma' dan li ġej:

   (a) il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet konġunti msemmija fl-Artikolu 7(1);
   (b) dettalji u speċifikazzjonijiet fir-rigward tal-kontenut, il-forma u l-mod tat-tressiq tat-talbiet, il-kontenut, il-forma u l-mod tan-notifika u t-tressiq u l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa fil-qafas ta’ dan ir-Regolament;
   (c) il-kundizzjonijiet u l-mezzi ta' pubblikazzjoni jew ir-regoli speċifiċi u l-kundizzjonijiet għat-tqassim jew id-disponibbiltà mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-informazzjoni meħtieġa fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 13e(2). [Em. 7]

Artikolu 13e

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għall-Fondi Agrikoli stabbilit mill-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni*. Dak il-kumitat huwa kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

* ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

"

[Em. 8].

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

(1) ĠU C 218, 23.7.2011, p. 126.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012.
(3) ĠU L 143, 3.6.2008, p. 1.
(4) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(5) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13
(6)+ Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Avviż legali - Politika tal-privatezza