Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0902(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0184/2012

Testi mressqa :

A7-0184/2012

Dibattiti :

PV 04/07/2012 - 13
CRE 04/07/2012 - 13

Votazzjonijiet :

PV 05/07/2012 - 13.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0295

Testi adottati
PDF 287kWORD 37k
Il-Ħamis, 5 ta' Lulju 2012 - Strasburgu
Imħallfin ad interim tat-tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea ***I
P7_TA(2012)0295A7-0184/2012
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imħallfin ad interim tat-tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea (01923/2011 – C7-0091/2011 – 2011/0902(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja preżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (01923/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 257 u 281 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-abbozz ta' att ġie preżentat lill-Parlament (C7-0091/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u (15) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2011)0596),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-31 ta' Mejju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0184/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Imħallfin ad interim tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea
P7_TC1-COD(2011)0902

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE, Euratom) Nru 979/2012.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza