Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-amministrazzjoni finanzjarja ta' ċerti Stati Membri li għandhom jew li jinsabu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (COM(2011)0484 – C7-0219/2011 – 2011/0212(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0484),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0219/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2011(1),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-3 ta' Frar 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0447/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-amministrazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li għandhom jew li jinsabu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 387/2012.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja (COM(2011)0384 – C7-0170/2011 – 2011/0169(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0384),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0170/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra bid-data tat-13 ta' Frar 2012 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont it-termini tal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0025/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2012 bil-ħsieb ta'l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 464/2012.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (COM(2011)0082 – C7-0069/2011 – 2011/0039(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0082),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0069/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0028/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-regolament (UE) Nru. .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(1),
Billi:
(1) Għadd ta' Regolamenti bażiċi relatati mal-politika kummerċjali komuni jipprevedu li l-atti li jimplimentaw il-politika kummerċjali komuni għandhom jiġu adottati mill-Kunsill skont il-proċeduri stabbiliti fl-istrumenti varji kkonċernati jew mill-Kummissjoni soġġetti għal proċeduri speċifiċi u kontroll mill-Kunsill. Tali proċeduri mhumiex soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(2).
(2) Huwa xieraq li jiġu emendati dawk ir-Regolamenti bażiċi sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet introdotti mit-Trattat ta' Lisbona. Dan għandu jsir, fejn xieraq, permezz tal-għoti ta' setgħat delegati lill-Kummissjoni u billi jiġu applikati ċertu proċeduri stabbiliti mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri(3).
(3) Ir-Regolamenti li ġejjin għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan:
–
Ir-Regolament (KEE) Nru 2841/72 tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera(4),
–
Ir-Regolament (KEE) Nru 2843/72 tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda(5),
–
Ir-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1692/73 tal-25 ta' Ġunju 1973 dwar il-miżuri ta' salvagward previsti fil-Ftehim bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja(6),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jippreskrivi l-arranġamenti kummerċjali li japplikaw għal ċerti oġġeti li jirriżultaw millipproċessar ta' prodotti agrikoli(7), [Em. 1]
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ(8),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 385/96 tad-29 ta' Jannar 1996 dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti(9),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni ekstraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha(10),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta' Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji(11),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 tad-19 ta' Novembru 2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, għall-parti waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, għall-parti l-oħra u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja(12),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta' Jannar 2002 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Provviżorju bejn il-Komunità Ewropea u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja(13),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 tat-3 ta' Marzu 2003 dwar mekkaniżmu tranżitorju ta' salvagwardja għal prodotti partikolari għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 519/94 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi(14),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2003 tas-6 ta' Marzu 2003 dwar il-miżuri li l-Komunità tista' tadotta relatati mal-effett ikkombinat ta' miżuri kontra r-rimi u kontra s-sussidju b'miżuri ta' salvagwardjar(15),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta' April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta' importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika(16),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattamenti jew kastigi oħrajn krudili, disumani jew degradanti(17), [Em. 2]
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006 tat-23 ta' Ottubru 2006 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija(18),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika(19),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 tad-19 ta' Novembru 2007 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra(20),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta' Jannar 2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 980/2005 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE(21),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 594/2008 tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra(22),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 li japplika skema ta' preferenzi ġeneralizzati tat-tariffa għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u Nru 964/2007(23),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal- Komunità Ewropea(24),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet(25),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi(26),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1061/2009 tad-19 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjoni(27),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu(28), [Em. 3]
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea(29).
(4) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li l-proċeduri għall-adozzjoni ta' miżuri li nbdew iżda ma tlestewx qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma jiġux affettwati minn dan ir-Regolament,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolamenti elenkati fl-Anness ma' dan ir-Regolament għandhom b'dan jiġu adattati, skont l-Anness, għall-Artikolu 290 tat-Trattat jew għad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 2
Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti fl-Anness għandhom jinftiehmu li huma magħmula għal dawk id-dispożizzjonijiet kif adattati b'dan ir-Regolament.
Ir-referenzi magħmula għall-ismijiet ta' qabel ta' kumitati għandhom jinftiehmu li huma referenzi għall-ismijiet ġodda kif previst minn dan ir-Regolament.
Fir-Regolamenti mniżżla fl-Anness, kull referenza għal “Komunità Ewropea”, “Komunità”, “Komunitajiet Ewropej” jew “Komunitajiet” għandha tinftiehem bħala referenza għall-Unjoni Ewropea jew l-Unjoni; kull referenza għall-kliem “suq komuni” għandha tinftiehem bħala referenza għal “suq intern”; kull referenza għall-kliem “Kumitat li jipprovdi għalih l-Artikolu 113”, “Kumitat li jipprovdi għalih l-Artikolu 133”, “Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 113” u “Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 133” għandha tinftiehem bħala referenza għal “Kumitat li jipprovdi għalih l-Artikolu 207”; kull referenza għall-kliem “Artikolu 113 tat-Trattat” jew “Artikolu 133 tat-Trattat” għandha tinftiehem bħala referenza għall-“Artikolu 207 tat-Trattat”. [Em. 4]
Artikolu 3
Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-proċeduri mibdija għall-adozzjoni ta' miżuri previsti fir-Regolamenti mniżżla fl-Anness inbdew meta nbdew, mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew qabel:
(a)
il-Kummissjoni adottat att; jew
(b)
hemm bżonn ta' konsultazzjoni skont wieħed mir-Regolamenti u dawn il-konsultazzjonijiet inbdew; jew,
(c)
hemm bżonn ta' proposta skont wieħed mir-Regolamenti u l-Kummissjoni adottat proposta ta' dan it-tip.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
ANNESS
Lista ta' Regolamenti li jaqaw taħt il-politika kummerċjali komuni u adattati għall-Artikolu 290 tat-Trattat jew għad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri(30).
1.Ir-Regolament (KEE) Nru 2841/72 tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera(31)
Fir-rigward tar-Regolament (KEE) Nru 2841/72, setgħat ta' implimentazzjoni il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 2841/72 għandu jiġi emendat kif ġej:
-1.
Tiddaħħal il-Premessa 3a li ġejja:" Billi, sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji u definittivi ta' salvagwardja għall-implimentazzjoni tal -klawsoli ta' salvagwardja tal-Ftehim bilaterali, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*; *ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Em. 5]
-1a.
Tiddaħħal il-Premessa 3b li ġejja:" Billi il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."
[Em. 6]
1.
L-Artikolu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 1 Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jirriferi lill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera aktar ‘il quddiem msejjaħ il-’Ftehim għall-iskop li jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 22, 24, 24a u 26 tal-Ftehim. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament."
2.
Fl-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:" Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2)"
3.
L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 4 1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 27(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(2)fl-Artikolu 7(1a) ta' dan ir-Regolament. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7(3). [Em. 7] 2. Meta l-Kummissjoni tkun mitluba tieħu azzjoni minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol wara li tirċievi din it-talba."
3a.
L-Artikolu 5 għandu jitħassar. [Em. 8]
4.
L-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud:" Artikolu 7 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas- 26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet*. Dak il-kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 1a.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 9] 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru 182/2011]. 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5]mal-Artikolu 4 tiegħu. [Em. 10] 3a.Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan. [Em. 11] * ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1."
4a.
Jiżdied l-Artikolu li ġej:" Artikolu 7a 1.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport biannwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli mis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u mis-sodisfazzjon tal-obbligi li jiġu minnhom, inkluż l-obbligi rigward l-ostakli għall-kummerċ. 2.Ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ġabra qasira tal-istatistika u tal-evoluzzjoni tal-kummerċ mal-Konfederazzjoni Svizzera. 3.Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. 4.Il-Parlament Ewropew jista‘, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tagħha biex tippreżenta u tispjega xi kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. 5.Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."
[Em. 12]
2.Ir-Regolament (KEE) Nru 2843/72 tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda(32)
Fir-rigward tar-Regolament (KEE) Nru 2843/72, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 2843/72 għandu jiġi emendat kif ġej:
-1.
Tiddaħħal il-Premessa 3a li ġejja:" Billi, sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji u definittivi ta' salvagwardja għall-implimentazzjoni tal -klawsoli ta' salvagwardja tal-Ftehim bilaterali, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*; *ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Em. 13]
-1a.
Tiddaħħal il-Premessa 3b li ġejja:" Billi l-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli;"
[Em. 14]
1.
L-Artikolu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 1 Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirriferi lill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-’Ftehim' għall-iskop li jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 23, 25, 25a u 27 tal-Ftehim. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament."
2.
Fl-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:" Fejn meħtieġ, il-Kummissoni għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2)."
3.
L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 4 1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 25, 25a u 27 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 28(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(2) fl-Artikolu 7(1a) ta' dan ir-Regolament. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7(3). [Em. 15] 2. Meta l-Kummissjoni tkun mitluba tieħu azzjoni minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol wara li tirċievi din it-talba."
3a.
L-Artikolu 5 għandu jitħassar. [Em. 16]
4.
L-Artikolu 7 li ġej għandu jiġi miżjud:" Artikolu 7 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet*. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 1a.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 17] 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5]mal-Artikolu 4 tiegħu. [Em. 18] 3a.Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan. [Em. 19] * ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1."
4a)
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 7a 1.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport biannwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli mis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u mis-sodisfazzjon tal-obbligi li jiġu minnhom, inkluż l-obbligi rigward l-ostakli għall-kummerċ. 2.Ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ġabra qasira tal-istatistika u tal-evoluzzjoni tal-kummerċ mar-Repubblika tal-Islanda. 3.Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. 4.Il-Parlament Ewropew jista‘, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tagħha biex tippreżenta u tispjega xi kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. 5.Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."
[Em. 20]
3.Ir-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1692/73 tal-25 ta' Ġunju 1973 dwar il-miżuri ta' salvagward previsti fil-Ftehim bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja(33)
Fir-rigward tar-Regolament (KEE) Nru 1692/73, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 1692/73 għandu jiġi emendat kif ġej:
-1.
Tiddaħħal il-Premessa 3c li ġejja:" Billi, sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji u definittivi ta' salvagwardja għall-implimentazzjoni tal -klawsoli ta' salvagwardja tal-Ftehim bilaterali, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*; * ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Am. 21]
-1a.
Tiddaħħal il-Premessa 3b li ġejja:" Billi l-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli;"
[Em. 22]
1.
L-Artikolu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 1 Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirriferi lill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-’Ftehim' għall-iskop li jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 22, 24, 24a u 26 tal-Ftehim. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament."
2.
Fl-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:" Fejn meħtieġ, il-Kummissoni għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2)."
3.
L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 4 1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 27(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(2)fl-Artikolu 7(1a) ta' dan ir-Regolament. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7(3). [Em. 23] 2. Meta l-Kummissjoni tkun mitluba tieħu azzjoni minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol wara li tirċievi din it-talba."
3a.
L-Artikolu 5 għandu jitħassar. [Em. 24]
4.
L-Artikolu 7 li ġej għandu jiġi miżjud:" Artikolu 7 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet*. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 1a.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 25] 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5]mal-Artikolu 4 tiegħu. [Em. 26] 3a.Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan. [Em. 27] * ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1."
4a.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 7a 1.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport biannwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli mis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u mis-sodisfazzjon tal-obbligi li jiġu minnhom, inkluż l-obbligi rigward l-ostakli għall-kummerċ. 2.Ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ġabra qasira tal-istatistika u tal-evoluzzjoni tal-kummerċ mar-Renju tan-Norveġja. 3.Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. 4.Il-Parlament Ewropew jista‘, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tagħha biex tippreżenta u tispjega xi kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. 5.Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."
[Em. 28]
3a.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli(34)[Em. 29]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 3448/93, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni bl-għan li tadotta r-regoli dettaljati u temenda l-Anness B ta' dak ir-Regolament. Barra minn hekk, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 3448/93 jiġi emendat kif ġej:
[Em. 30]
1.
Tiddaħħal il-premessa 17a li ġejja:" Billi, sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-poter li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandu jkun delegat lill-Kummissjoni b'rispett għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 3 tal-Artikolu 6 skont l-Artikolu 6(4), regoli dettaljati għad-determinazzjoni u l-ġestjoni ta' komponenti agrikoli mnaqqsa skont l-Artikolu 7(2) u li jemenda t-Tabella 2 tal-Anness B. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet adegwati waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fuq livell espert. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-għarfien espert. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."
[Em. 31]
2.
Il-Premessa 18 għandha tinbidel b'dan li ġej:" Billi, sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji u definittivi ta' salvagwardja għall-implimentazzjoni tal -klawsoli ta' salvagwardja tal-Ftehim bilaterali, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*. *ĠU L 55, 28.2.2011, 13."
[Em. 32]
3.
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:" 4.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikoli 14a u 14b dwar ir-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament."
[Em. 33]
4.
Fl-Artikolu 6(4), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:" 4.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikoli 14a u 14b dwar ir-regolamenti ddettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu."
[Em. 34]
5.
Fl-Artikolu 7(2),il-parti tal-bidu tinbidel b'dan li ġej:" 2.Meta ftehim preferenzjali jipprovdi għal tnaqqis fil-komponent agrikolu, sew jekk hu fi ħdan il-limiti tal-kwota tat-tariffa u sew jekk le, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta l-atti delegati skont l-Artikoli 14a u 14b dwar ir-regoli dettaljati għad-determinazzjoni u l-immaniġġjar ta' dawn il-komponenti agrikoli [...], sakemm il-ftehim jispeċifika:"
[Em. 35]
6.
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:" 3.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikoli 14a u 14b dwar ir-regoli dettaljati sabiex jingħata bidu u jkun immaniġġjat it-tnaqqis tal-imposti fil-komponenti li ma humiex agrikoli [...]."
[Em. 36]
7.
L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 3.Ir-regoli komuni tal-implimentazzjoni tal-arranġamenti għar-rifondi li hemm referenza dwarhom f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 16(2)."
(b)
Fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:" Dawn l-ammonti għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura ta' eżaminazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 16(2). Ir-regoli tal-implimentazzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa permezz ta' dan il-paragrafu, u b'mod partikolari l-miżuri sabiex jassiguraw li l-oġġetti dikjarati għall-esportazzjoni taħt ftehim preferenzjali ma' jiġux fil-fatt esportati taħt ftehim mhux preferenzjali jew viċe versa, għandhom jiġu adottati skont l-istess proċedura."
(c)
Il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:" ‘6.L-ammont ta' hawn taħt li minnu l-esportaturi ż-żgħar jistgħu jiġu eżentati mill-preżentazzjoni taċ-ċertifikati skond l-arranġamenti tar-rifondi għall-espportazzjoni għandu jiġi stabbilit għal EUR 50 000 fis-sena. Dan il-limitu jista' jiġi aġġustat skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni referita fl-Artikolu 16(2)."
[Em. 37]
8.
L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 9 Meta, permezz ta' regolament fuq l-organizzazzjoni komuni ta' suq partikolari, taxxi, ħlasijiet jew miżuri oħra jkunu applikati għall-esportazzjonijiet ta' prodott agrikolu elenkat fl-Anness A, miżuri xierqa fir-rigward ta' ċerti oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom x'aktarx li tfixkel il-kisba ta' l-għan fis-settur agrikolu in kwistjoni, minħabba l-kontenut għoli tagħhom fil-prodott agrikolu kkonċernat u l-użu li għalihom jistgħu jitpoġġew, jistgħu jiġu deċiżi, bi qbil mal-proċedura ta' eżaminazzjoni li hija msemmija fl-Artikolu 16(2), wara li jittieħed akkont xieraq ta' l-interess speċifiku ta' l-industrija ta' l-ipproċessar. F'każ ta' urġenza, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(3)."
[Em. 38]
9.
Fl-Artikolu 10a(4), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:" 4.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikoli 14a u 14b dwar ir-regoli implimentattivi dettaljati [...]."
[Em. 39]
10.
Fl-Artikolu 11(1), it-tielet subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:" Ir-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat it-tieni subparagrafu, li jagħmluha possibbli biex jiġu stabbiliti l-prodotti bażiċi li jridu jiddaħħlu skont l-arranġementi tal-ipproċessar lejn l-intern u li jiġu kkontrollati u ppjanati l-kwantitajiet ta' dawn, għandhom jiggarantixxu aktar ċarezza għall-operaturi permezz tal-pubblikazzjoni minn qabel tal-kwantitajiet indikattivi ta' importazzjoni għal kull COM individwali. Dawn għandhom jiġu ppubblikati fuq bażi regolari, skont l-użu ta' dawk il-kwantitajiet. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikoli 14a u 14b dwar ir-regoli dettaljati tal-applikazzjoni.‘"
[Em. 40]
11.
Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:" 2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta l-atti delegati skont l-Artikoli 14a u 14b biex temenda t-Tabella 2 tal-Anness B sabiex tkun addattata għall-ftehim konklużi mill-Unjoni."
[Em. 41]
12.
Fl-Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:" Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikoli 14a u 14b biex jemendaw dan ir-Regolament [...]."
[Em. 42]
13.
L-Artikolu 14 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 14 1.L-iskala jew l-iskali li anqas minnhom l-ammonti stabbiliti skont l-Artikoli 6 u 7, għandhom ikunu stabbiliti bħala żero, jistgħu ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(2). F'każ ta' urġenza, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(3). In-nuqqas tal-applikazzjoni ta' dawn il-komponenti agrikoli tista' tkun suġġett għal kondizzjonijiet speċjali, bi qbil mal-istess proċedura, sabiex ikun evitat li jinħolqu tnixxijiet ta' kummerċ artifiċjali. 2.Livell li taħtu l-Istati Membri jistgħu jastjenu milli japplikaw l-ammonti li għandhom jingħataw jew jiġu ntaxxati bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, b'konnessjoni ma' ċerta transazzjoni ekonomika, jista jkun stabbilit bi qbil mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(2) jekk il-bilanċ ta' dawn l-ammonti jkun aktar baxxa minn dan il-livell. F'każ ta' urġenza, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(3)."
[Em. 43]
14.
Jiddaħħal l-artikolu li ġej:" Artikolu 14a Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14b dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) u (2), l-adozzjoni tar-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 6 skont l-Artikolu 6(4), l-adozzjoni tar-regoli dettaljati għad-determinazzjoni u l-immaniġġjar ta' dawn il-komponenti agrikoli mnaqqsa skont l-Artikolu 7(2) u biex jemendaw it-Tabella 2 tal-Anness B."
[Em. 44]
15.
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 14b 1.Is-setgħa biex tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu. 2.Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 7 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... (35). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' 5 snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġġedded mingħajr aktar diskussjonijiet għal perijodi ta' żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. 3.Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. 4.Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess żmien 5.Att delegat adottat skont l-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill, jew jekk qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'erba' xhur b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."
[Em. 319]
16.
L-Artikolu 16 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 16 1.Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat dwar il-kwistjonijiet orizzontali li jirrigwardaw il-kummerċ fil-prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I (minn hawn il quddiem imsejjaħ il-Kumitat‘). 2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 3.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu. 4.Meta l-opinjoni tal-kumitat teħtieġ li tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat f'każijiet fejn, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan."
[Em. 320]
17.
L-Artikolu 17 għandu jitħassar. [Am. 46]
18.
L-Artikolu 18 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 18 Il-miżuri meħtieġa biex jaddattaw dan ir-Regolament mal-emendi magħmula fir-Regolamenti dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti agrikoli sabiex ikunu miżmuma l-ftehim eżistenti għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(2)."
[Em. 47]
19.
L-Artikolu 20 għandu jinbidel b'dan li ġej: " 'Artikolu 20 L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, minn naħa waħda, fuq l-importazzjoni, l-esportazzjoni u, anki meta jkun xieraq, il-produzzjoni tal-oġġetti u, minn naħa l-oħra, fuq il-miżuri amministrattivi ta' l-implimentazzjoni adottati. Ir-regoli dettaljati għall-komunikazzjoni ta' din l-informazzjoni għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura ta' eżaminazzjoni riferuta fl-Artikolu 16 (2).‘"
[Em. 48]
4.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ(36)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 3286/94, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 3286/94 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Tiddaħħal il-Premessa 4a li ġejja:" Billi, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet standard għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*. * ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Em. 49]
-1a.
Tiddaħħal il-Premessa 4b li ġejja:" Billi l-proċedura konsultattiva għandha tintuża għas-sospensjoni ta' eżaminazzjonijiet li għadhom għaddejjin minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."
[Em. 50]
-1b.
Il-Premessa 9 għandha tinbidel b'dan li ġej:" Billi għandu jingħata każ tad-dispożizzjonijiet istituzzjonali u proċedurali tal-Artikolu 207 tat-Trattat; billi, għalhekk, il-Parlament Ewropew u l-kumitat stabbiliti skont l-Artikolu 207 għandhom jinżammu infurmati bl-iżviluppi ta' każijiet individwali, sabiex ikunu jistgħu jikkunsidraw l-implikazzjoni wiesgħa tal-politika tagħhom;"
[Em. 51]
-1c.
Il-Premessa 10 għandha tinbidel b'dan li ġej:" Billi, barra minn hekk, sal-punt li ftehim ma pajjiż terz jidher li jista' jkun l-aktar mod xieraq kif tiġi solvuta tilwima li tiġi minn ostakolu għall-kummerċ, negozjati għal dan il-għan għandhom jiġu mmexxija skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 207 tat-Trattat b'mod partikolari f'konsultazzjoni mal-kumitat stabbilit bih u mal-Parlament Ewropew;"
[Em. 52]
1.
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 3. Fejn jidher li l-ilment ma jipprovdix biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni, il-kwerelant għandu jiġi informat b'dan."
2.
Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 4. Fejn jidher li t-talba ma tipprovdix biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni, l-Istat Membru għandu jiġi informat b'dan."
3.
L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
L-intestatura tal-Artikolu għandha tinbidel bl-intestatura: “Il-Kumitat”
(b)
Il-paragrafu 1 jiġi mibdul b'dan li ġej:" 1.(a) Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l- Ostakoli għall-Kummerċ, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ’il-Kumitat‘. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. (aa)Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 53] (b) Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. (ba)Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan."
[Em. 54]
(c)
Fil-paragrafu 2, għandhom jitħassru l-ewwel żewġ sentenzi:
(d)
Il-paragrafi 3 u 4 għandhom jitħassru.
4.
Fl-Artikolu 8(1), il-kliem introduttorju għandu jinbidel b'dan li ġej:" 1. Fejn il-Kummissjoni jidhrilha li hemm evidenza biżżejjed li tiġġustifika l-bidu ta' proċedura ta' eżaminazzjoni u li tkun meħtieġa fl-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha taġixxi kif ġej:"
5.
Fl-Artikolu 9(2), il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:" (a) La l-Kummissjoni, la l-Istati Membri, lanqas l-uffiċjali ta' kwalunkwe wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw kwalunkwe informazzjoni ta' natura kunfidenzjali rċevuta skont dan ir-Regolament, jew kwalunkwe informazzjoni pprovduta fuq bażi kunfidenzjali minn parti għal proċedura ta' eżaminazzjoni, mingħajr il-permess speċifiku mill-parti li tkun qiegħda tressaq din l-informazzjoni.‘"
6.
L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 1. Meta jinstab b'konsegwenza tal-proċedura ta' eżaminazzjoni li l-interessi tal-Unjoni ma jeħtiġux li tittieħed xi azzjoni, il-proċedura għandha tiġi mitmuma mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(1)(b). Il-president jista' jikseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 7(1)(ba)."
[Em. 55]
(b)
Il-paragrafu (2)(a) għandu jinbidel b'dan li ġej:" (a) Meta, wara proċedura ta' eżaminazzjoni, il-pajjiz jew pajjiżi terzi kkonċernat(i) jieħu jew jieħdu miżuri li huma meqjusa sodisfaċjenti, u għalhekk ma tkunx meħtieġa azzjoni mill-Unjoni, il-proċedura tista' tiġi sospiża mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(1)(b)fl-Artikolu 7(1)(aa)."
[Em. 56]
(c)
Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 3. Fejn, wara proċedura ta' eżaminazzjoni, jew f'xi ħin qabel, waqt u wara proċedura għas-soluzzjoni ta' tilwima internazzjonali, ikun jidher li l-aktar mod xieraq sabiex tiġi solvuta tilwima minħabba ostakolu għall-kummerċ ikun il-konklużjoni ta' ftehim mal-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernati, li jista' jbiddel id-drittijiet sostantivi tal-Unjoni u tal-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernati, il-proċedura għandha tiġi sospiża mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(1)(b)fl-Artikolu 7(1)(aa), u n-negozjati għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 207 tat-Trattat."
[Em. 57]
7.
L-Artikolu 13 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 13 Proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet 1. Fejn l-Unjoni, bħala riżultat ta' lment b'mod konformi mal-Artikoli 3 jew 4, jew ta' referenza magħmula skont l-Artikolu 6, issegwi proċeduri internazzjonali formali għall-konsultazzjoni jew għas-soluzzjoni ta' tilwim, id-deċiżjonijiet relatati mal-bidu, it-twettiq jew it-tmiem ta' tali proċeduri għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni. 2. Fejn l-Unjoni, wara li tkun aġixxiet skont l-Artiklou 12(2), ikollha tieħu deċiżjoni dwar il-miżuri ta' politika kummerċjali li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 11(2)(ċ) jew skont l-Artikolu 12, hija għandha taġixxi, mingħajr dewmien, skont l-Artikolu 207 tat-Trattat u, fejn xieraq, skont kull proċedura applikabbli."
7a.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 13a Rapport Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Kummissjoni u dwar il-Kumitat dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."
[Em. 58]
8.
L-Artikolu 14 għandu jitħassar.
5.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 385/96 tad-29 ta' Jannar 1996 dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti(37)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 385/96, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 385/96 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Il-Premessa 25 tinbidel b'dan li ġej:"
(25)
Billi, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*.
* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
"
[Em. 59]
1.
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 11 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 11. Bla ħsara għall-Artikolu 15(2), meta, jkun jidher li hemm evidenza biżżejjed li tiġġustifika l-bidu ta' proċeduri, il-Kummissjoni għandha tagħmel hekk fi żmien 45 ġurnata minn meta jsir l-ilment, jew, fil-każ ta' bidu skont il-paragrafu 8, mhux aktar tard minn sitt xhur miż-żmien li fih il-bejgħ tal-vapur kien magħruf jew seta' kien magħruf, u għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta ma tkunx ġiet ippreżentata biżżejjed evidenza, min jagħmel l-ilment għandu jkun infurmat dwar dan fi żmien 45 jum minn dakinhar li jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni."
2.
L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Meta l-miżuri protettivi jkunu bla bżonn l-investigazzjoni jew il-proċedimenti għandhom jintemmu. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2). Il-president jista' jikseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 10(2a)."
[Em. 60]
(b)
Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Fejn il-fatti kif ġew stabbiliti finalment juru li hemm prezzijiet inġurjużi u dannu kkawżat b'dawn, għandu jiġi impost ħlasgħall-prezzijiet inġurjużi fuq il-bennejja tal-bastimenti mill-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2). L-ammont tal-ħlas għall-prezzijiet inġurjużi għandu jkun daqs il-marġini tal-prezzijiet inġurjużi stabbilit. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill, b'mod partikolari l-ġbir tal-ħlas għall-prezzijiet inġurjużi."
3.
Fl-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:" L-investigazzjoni jista' jintemm mingħajr l-impożizzjoni ta' ħlas għall-prezzijiet inġurjużi jekk il-bennej tal-vapuri definittivament u bla kundizzjoni jxejjen il-bejgħ tal-vapur ipprezzat b'mod inġurjuż jew jikkonforma ma' rimedju ekwivalenti alternattiv aċċettat mill-Kummissjoni."
4.
Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 1. Jekk il-bennej tal-vapur interessat ma jħallasx il-ħlas għall-prezzijiet inġurjużi impost skont l-Artikolu 7, miżuri kuntrarji f'forma ta' ċaħda ta' drittijiet dwar tagħbija u ħatt għandhom jiġu imposti mill-Kummissjoni, fuq il-vapuri mibnija mill-bennej tal-bastimenti inkwistjoni."
5.
L-Artikolu 10 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 10 Proċedura ta' Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Prezzijiet Inġurjużi tal-Bastimenti. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2a.Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan. "
[Em. 61]
6.
Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew l-uffiċjali ta' kwalunkwe wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur. Skambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew ta' kwalunkwe dokumenti interni preparati mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, ma għandhomx jiġu żvelati minbarra kif speċifikament stipulat f'dan ir-Regolament."
7.
Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 3. Kxif għandu jsir bil-miktub. Filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta għall-ħtieġa biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, dan se jiġi effettwat, kemm jista' jkun malajr u normalment, mhux inqas minn xahar qabel deċiżjoni definittiva. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx fil-pożizzjoni li tiżvela xi fatti jew kunsiderazzjonijiet f'dak il-ħin, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr wara. ‘L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni, imma meta deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr."
7a.
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 14a Rapport Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Kummissjoni u dwar il-Kumitat dwar il-Prezzijiet Inġurjużi ta' Bastimenti. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."
[Em. 62]
6.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni ekstraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha(38)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2271/96, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni bl-għan li temenda l-Anness ta' dak ir-Regolament. Barra minn hekk, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2271/96 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Il-Premessa 9 tinbidel b'dan li ġej:"
(9)
Billi, sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-istabbiliment ta' kriterji għall-awtorizzazzjoni ta' persuni biex ikunu konformi bis-sħiħ jew parzjalment, tant li n-nuqqas ta' konformità tista' tkun ta' dannu serju għall-interessi tagħhom jew għal dawk tal-Unjoni, ma' kull rekwiżit jew projbizzjoni, inkluż mat-talbiet tal-qrati barranin għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*.
*ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
"
[Em. 63]
-1a.
Tiddaħħal il-Premessa 9a li ġejja:"
(9a)
Billi, sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat għandhom jiġu delegati lill-Kummissjoni għaż-żieda fil-liġijiet jew it-tħassir tal-liġijiet mill-Anness ta' dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-għarfien espert. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
"
[Em. 64]
1.
Fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej:" Waqt li jaġixxi skont id-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat u minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(c), il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati skont l-Artikoli 11a, 11b u 11c jew tħassar liġijiet għal jew mill-Anness ta' dan ir-Regolament."
2.
L-Artikolu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 8 1. Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(b) u (c), il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Leġiżlazzjoni Extra-territorjali. Dak il-KumitatDawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Il-kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] Nru 182/2011. [Em. 65] 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2a.Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan."
[Em. 66]
3.
Għandhom jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:" Artikolu 11a 1.Is-setgħatIl-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati msemmijin fl-Artikolu 1 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat skont l-Artikolu 1 rigward iż-żieda fil- jew it-tħassir tal-liġijiet mill-Anness ta' dan ir-Regolament.. 2.Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin. 3.Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħat li tadotta l-atti delegati, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 11b u 11c. [Em. 67] Artikolu 11b 1. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 1 tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi kwalunkwe ħin.Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata d-delega ta' setgħa għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta' revoka kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għal revoka. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu1 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn ...(39) Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu. [Em. 321] 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegar tas-setgħat speċifikatiDeċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Hija għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 3a.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 68] 3b.Att delegat adottat skont l-Artikolu 1 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill, jew jekk qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'erba' xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."
[Em. 322]
Artikolu 11c
1.Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahar.
2.Jekk meta jiskadi dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, huwa għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data fih stabbilita.
L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.
3.Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att delegat adottat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att iddelegat.“
[Em. 69]
7.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta' Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji(40)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1515/2001, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1515/2001 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:" (6a)Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall--adozzjoni jew is-sospensjoni ta' miżuri li huma konformi mar-rakkomandazzjonijiet u mad-deċiżjonijiet tal-regoli tal-Korp għar-Riżoluzzjoni ta' Tilwim fid-WTO, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*. * ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Em. 70]
-1a.
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:" (6b)Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għas-sospensjoni ta' miżuri għal perjodu ta' żmien limitat minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."
[Em. 71]
1.
L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju jinbidel b'dan li ġej:" 1. Kull meta d-DSB jadotta Rapport dwar miżura mill-Unjoni meħuda skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea*, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea jew għal dan ir-Regolament (‘miżura kkontestata’), il-Kummissjoni tista' tieħu waħda jew iktar mill-miżuri li ġejjin, kwalunkwe waħda li tqis xierqa skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 3a(2). * ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. ** ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93."
(aa)
Fil-paragrafu 1, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:"
(b)
tadotta kwalunkwe miżura speċjali oħra għall-implimentazzjoni ta' att leġiżlattiv meqjusa xierqa fiż-ċirkostanzi.
"
[Em. 72]
(b)
Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 3. Sakemm ikun xieraq li ssir reviżjoni qabel jew fl-istess żmien li jittieħdu kwalunkwe miżuri skont il-paragrafu 1, din ir-reviżjoni għandha tinbeda mill-Kummissjoni."
(c)
Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 4. Sakemm ikun xieraq li tiġi sospiża l-miżura kontestata jew emendata, tali sospensjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien limitat, billi taġixxi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 3a(2) fl-Artikolu 3a(1a)."
[Em. 73]
2.
L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 1. Il-Kummissjoni tista' tieħu kwalunkwe waħda minn dawn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1) sabiex jitqiesu l-interpretazzjonjiet legali li saru f'rapport adottat mid-DSB fir-rigward ta' miżura mhux kontestata, jekk tqis dan bħala xieraq."
(b)
Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 3. Sakemm ikun xieraq li ssir reviżjoni qabel jew fl-istess żmien li jittieħdu kwalunkwe miżuri skont il-paragrafu 1, din ir-reviżjoni għandha tinbeda mill-Kummissjoni."
(c)
Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 4. Sakemm ikun xieraq li tiġi sospiża l-miżura kontestata jew emendata, tali sospensjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien limitat, billi taġixxi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 3a(2) fl-Artikolu 3a(1a)."
[Em. 74]
3.
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 3a 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Anti-Dumping stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 jew mill-Kumitat kontra s-sussidju stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 skont il-każ. Dawn il-kumitati għandhom ikunu kumitati fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 1a.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 75] 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2a.Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan."
[Em. 76]
3a.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 3b Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet, il-proċeduri u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tal-Kumitat tal-Antidumping u tal-Kumitat kontra s-Sussidju. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."
[Em. 77]
8.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 tad-19 ta' Novembru 2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, għall-parti waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, għall-parti l-oħra u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja(41)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2248/2001, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2248/2001 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Il-Premessa 6 għandha tinbidel b'dan li ġej:" L-Atti Implimentattivi tal-Kummissjoni li jemendaw in-Nomenklatura Magħquda u l-kodiċi ta' Taric ma jesiġux tibdiliet sostantivi."
[Em. 78]
-1a.
Il-Premessa 10 għandha tinbidel b'dan li ġej:" Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni għall-adozzjoni ta' regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*. *ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Em. 79]
-1b.
Tiżdied il-premessa li ġejja :" (10a)Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri immedjati f'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."
[Em. 80]
-1c.
Tiżdied il-premessa li ġejja:" (10b)Il-Kummissjoni għandha tadotta atti implimentattivi li japplikaw immedjatament meta, f'każijiet verament ġustifikati relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 25(4)(b) u l-Artikolu 26(4) tal-Ftehim Temporanju, u wara dan, l-Artikolu 38(4)(b) u l-Artikolu 39(4) tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, jekk raġunijiet imperattivi urġenti jeħtieġu dan."
[Em. 81]
-1d.
L-Artikolu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 2 Konċessjonijiet fuq il-vitella Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 14(2) tal-Ftehim Proviżorju, u wara l-Artikolu 27(2) tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, dwar il-kwota tat-tariffi għall-prodotti tal-‘vitella’ għandhom ikunu adottatti mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 7fa(5)."
[Em. 82]
-1e.
Jitħassar l-Artikolu 3. [Em. 83]
-1f.
L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 4 Konċessjonijiet fuq prodotti tas-sajd Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 15(1) tal-Ftehim Temporanju, u wara dan l-Artikolu 28(1) tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, dwar il-kwoti ta' tariffi għall-ħut u prodotti tas-sajd imniżżla fl-Anness Va taż-żewġ ftehim, għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni mniżżla fl-Artikolu 7fa(5)."
[Em. 84]
-1g.
Jitħassar l-Artikolu 5. [Em. 85]
-1h.
L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 7 Adattamenti tekniċi Emendi u adattamenti tekniċi tar-regoli dettaljati dwar implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, li huma neċessarji wara l-bidliet fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u fis-sottodiviżjonijiet ta' Taric jew dawk li jiġu mill-konklużjoni ta' ftehim ġodda, protokolli, skambji ta' ittri jew atti oħra bejn l-Unjoni u l-Kroazja, u li m'għandhomx jinvolvu xi emendi sostanzjali għandhom jiġu adattati skond il-proċedura ta' eżami mniżżla fl-Artikolu 7fa(5)."
[Em. 86]
1.
L-Artikolu 7a għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)Għandhom jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin:"
3a.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011].
3b.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu.‘
(a)
Jitħassru l-paragrafi 2, 3 u 4. [Em. 87]
(b)
Fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
‘Malli jitlestew il-konsultazzjonijiet, u jekk ebda arranġament ieħor ma jkun possibbli, il-Kummissjoni, tista’ tiddeċiedi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7a(3a)fl-Artikolu 7fa(5) ta' dan ir-Regolament jew li ma taġixxix jew li tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Interim, u minn hemm ‘il quddiem fl-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7fa(7) ta' dan ir-Regolament.’
"
[Em. 88]
(c)
Il-paragrafi 7, 8 u 9 għandhom jitħassru.
2.
L-Artikolu 7b għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:" Artikolu 7b Ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi Fejn iseħħu cirkostanzi eċċezzjonali u kritici fit-tifsira tal-Artikolu 25(4)(b) u l-Artikolu 26(4) tal-Ftehim Interim, u minn hemm ‘il quddiem l-Artikolu 38(4)(b) u l-Artikolu 39(4) tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri immedjati kif stipulat fl-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Interim, u minn hemm ‘il quddiem l-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7a(3a)fl-Artikolu 7fa(4). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7a(3b)l-Artikolu 7fa(6). [Em. 89] Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta tasal it-talba."
3. Fl-Artikolu 7e, it-tieni sentenza tal-paragrafu 1 tinbidel b'dan li ġej: "
‘Fejn meħtieġ għandha tipproponi l-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja skont il-proċeduri ta’ eżaminazzjoni mniżżla fl-Artikolu 7a(3a)fl-Artikolu 7a(5) minbarra fil-każi ta' għajnuna li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea*, meta għandhom jittieħdu miżuri skont il-proċeduri mniżżla f'dak ir-Regolament.[Em. 90]
* ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.‘
"
3a.
L-Artikolu 7f jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:" 3.Sa ma tintlaħaq soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat fil-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni dwar miżuri oħra xierqa li hi tqis neċessarji skont l-Artikolu 30 tal-Ftehim Temporanju, u wara l-Artikolu 43 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoniji, kif ukoll skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 7fa(5)."
(b)
Il-paragrafi 4, 5 u 6 għandhom jitħassru. [Em. 91]
3b.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 7fa Proċedura ta' kumitat 1.Għall-fini tal-Artikolu 2, il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2.Għall-fini tal-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 3.Għall-fini tal-Artikoli 7a, 7b, 7e u 7f, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Konsultattiv stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet*. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 4.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 5.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 6.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu. 7.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu. 8.Meta l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat f'każijiet fejn, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan. [Em. 92] * ĠU L 349, 31.12.1994, p. 53."
9.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta' Jannar 2002 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Provviżorju bejn il-Komunità Ewropea u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja(42),
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 153/2002, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 153/2002 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Il-Premessa 6 għandha tinbidel b'dan li ġej:" L-Atti Implimentattivi tal-Kummissjoni li jemendaw in-Nomenklatura Magħquda u l-kodiċijiet TARIC ma jġibux magħhom tibdiliet sostantivi."
[Em. 93]
-1a.
Il-Premessa 11 għandha tinbidel b'dan li ġej:" (11) Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*. * ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Em. 94]
-1b.
Tiżdied il-premessa li ġejja:" (11a)Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri immedjati f'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."
[Em. 95]
-1c.
Tiżdied il-premessa li ġejja:" (11b)Il-Kummissjoni għandha tadotta atti implimentattivi li japplikaw immedjatament meta, f'każijiet verament ġustifikati relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fit-tifsira tal-Artikolu 24(4)(b) u l-Artikolu 25(4) tal-Ftehim Temporarju, u wara dan, l-Artikolu 37(4)(b) u l-Artikolu 38(4) tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, jekk raġunijiet imperattivi urġenti jeħtieġu dan."
[Em. 96]
-1d.
L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 2 Konċessjonijiet fuq il-vitella Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 14(2) tal-Ftehim Proviżorju, u wara l-Artikolu 27(2) tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, dwar il-kwota tat-tariffi għall-prodotti tal-‘vitella’ għandhom ikunu adottatti mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 7fa(5) ta' dan ir-Regolament."
[Em. 97]
-1e.
L-Artikolu 3 għandu jitħassar. [Em. 98]
-1f.
L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 4 Konċessjonijiet oħra Jekk jingħataw konċessjonijiet oħra għall-prodotti tas-sajd fil-kwoti tat-tariffa, bis-saħħa tal-Artikolu 29 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u ta' l-Artikolu 16 tal-Ftehim Proviżorju, regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dawn il-kwoti tat-tariffa għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 7fa(5) ta' dan ir-Regolament. "
[Em. 99]
-1g.
L-Artikolu 5 għandu jitħassar. [Em. 100]
-1h.
L-Artikolu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 7 Adattamenti tekniċi L-emendi u l-adattamenti tekniċi għar-regoli dettaljati fuq l-implimentazzjoni adottati bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, li huma meħtieġa wara t-tibdiliet fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u s-sottodiviżjonijiet TARIC jew li joħorġu mill-konklużjoni ta' ftehim ġdid, protokolli, skambji ta' ittri jew atti oħra bejn l-Unjoni u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonaja, u li m'għandhomx jinvolvu xi tibdiliet sostanzjali għandhom jiġu adattati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 7fa(5) ta' dan ir-Regolament."
[Em. 101]
1.
L-Artikolu 7a għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)Għandhom jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin:"
3a.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011].
3b.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu.'
"
(a)
Il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jitħassru. [Em. 102]
(b)
Fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: " ‘Malli jitlestew il-konsultazzjonijiet, u jekk ebda arranġament ieħor ma jkun possibbli, il-Kummissjoni, tista’ tiddeċiedi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7a(3a)fl-Artikolu 7fa(5) ta' dan ir-Regolament jew li ma taġixxix jew li tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikoli 24 u 25 tal-Ftehim Interim, u minn hemm ‘il quddiem fl-Artikoli 37 u 38 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7a(3b)l-Artikolu 7fa(7) ta' dan ir-Regolament.’"
[Em. 103]
(c)
Il-paragrafi 7, 8 u 9 għandhom jitħassru.
2.
L-Artikolu 7b għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:" Artikolu 7b Ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi Fejn iseħħu cirkostanzi eċċezzjonali u kritici fit-tifsira tal-Artikolu 24(4)(b) u l-Artikolu 25(4) tal-Ftehim Interim, u minn hemm ‘il quddiem l-Artikolu 37(4)(b) u l-Artikolu 38(4) tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri immedjati kif stipulat fl-Artikoli 24 u 25 tal-Ftehim Interim, u minn hemm ‘il quddiem l-Artikoli 37 u 38 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7a(3a)fl-Artikolu 7fa(4) ta’ dan ir-Regolament. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7a(3b) l-Artikolu 7fa(6). [Em. 104] Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta tasal it-talba."
3.
Fl-Artikolu 7e, it-tieni sentenza tal-paragrafu 1 tinbidel b'dan li ġej: " ‘Fejn meħtieġ għandha tipproponi l-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja skont il-proċeduri ta’ eżami mniżżla fl-Artikolu 7a(3a)fl-Artikolu 7fa(5) minbarra fil-każi ta' għajnuna li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea*, meta għandhom jittieħdu miżuri skont il-proċeduri mniżżla f'dak ir-Regolament. [Em. 105] * ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.‘"
3a.
L-Artikolu 7f għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 3.Sa ma tintlaħaq soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat fil-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni dwar miżuri oħra xierqa li hi tqis neċessarji skont l-Artikolu 30 tal-Ftehim Temporanju, u wara l-Artikolu 43 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoniji, kif ukoll skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 7fa(5) ta' dan ir-Regolament."
(b)
Il-paragrafi 4, 5 u 6 għandhom jitħassru. [Em. 106]
3b.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 7fa Proċedura ta' kumitat 1.Għall-fini tal-Artikolu 2, il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2.Għall-fini tal-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 3.Għall-fini tal-Artikoli 7a, 7b, 7e u 7f, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Konsultattiv stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet*. Dak il-kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 4.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 5.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 6.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu. 7.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu. 8.Meta l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat f'każijiet fejn, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan. [Em. 107] * ĠU L 349, 31.12.1994, p. 53."
10.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 tat-3 ta' Marzu 2003 dwar mekkaniżmu transitorju ta' salvagwardja għal prodotti partikolari għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 519/94 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi(43)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 427/2003, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni bl-għan li temenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 625/2009. Minbarra dan, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011]Nru 182/2011. [Em. 108]
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 427/2003 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:" (21a)Sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-poter li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandu jiġi delegat lill-Kummissjoni fir-rigward ta' emendi tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti terzi pajjiżi*, sabiex ineħħu pajjiżi mil-lista tat-terzi pajjiżi li tinsab f'dak l-Anness meta jsiru membri tad-WTO. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-għarfien espert. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. * ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1."
[Em. 109]
-1a.
Il-Premessa 22 tinbidel b'dan li ġej:" (22)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, huwa xieraq li l-Kummissjoni jingħatawlha setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn il-poteri għandhom jiġu eżerċitati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri dwar l-eżerċizzju tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-poteri*. * ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Em. 110]
-1b.
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:" (22a)Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-miżuri ta' sorveljanza u dawk provviżorji minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom f'rabta mal-adozzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja definittivi. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."
[Em. 111]
-1c.
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:" 1.Investigazzjoni tinbeda fuq talba ta' Stat Membru, minn kull persuna legali jew kull assoċjazzjoni li m'għandhiex personalità legali, li taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk il-Kummissjoni jidhrilha li hemm xiedha biżżejjed li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni."
[Em. 112]
-1d.
Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:" 2a.It-talba għall-inizjazzjoni ta' investigazzjoni għandha tinkludi evidenza li l-kundizzjonijiet biex tiġi imposta l-miżura ta' salvagwardja stipulati fl-Artikolu 1(1) ikunu ġew sodisfatti. It-talba għandha ġeneralment tinkludi l-informazzjoni li ġejja: ir-rata u l-ammont ta' żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott konċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud minn importazzjoni miżjuda, bidliet fil-livell ta' bejgħ, produzzjoni, produttivita, kapaċità ta' użu, qligħ u telf, u impjiegi. Tista' tinbeda ukoll investigazzjoni fil-każ li jkun hemm żieda fl-importazzjonijiet konċentrati fi Stati Membru wieħed jew f'bosta Stati Membri, ladarba jkun hemm evidenza biżżejjed li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-bidu tal-investigazzjoni, kif determinat fuq il-bażi ta' fatturi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 2(2) u 3."
[Em. 113]
1.
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 4. ‘Meta jidher li hemm evidenza biżżejjed biex tiġġustifika proċediment u kwalunkwe konsultazzjoni taħt il-paragrafu 3 ma wasslux għal soluzzjoni sodisfaċenti għat-tnejn, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.’"
1a.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" 'Artikolu 6a Miżuri ta' sorveljanza minn qabel 1.Meta t-tendenza fl-importazzjonijiet ta' prodott li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina hija tali li din tista' twassal waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2 u 3, l-importazzjonijiet ta' dan il-prodott jistgħu jkunu soġġetti għas-sorveljanza minn qabel tal-Komunità. 2.Fil-każ li jkun hemm żieda qawwija fl-importazzjonijiet tal-prodotti li jaqgħu taħt is-setturi sensittivi konċentrati fi Stat Membru wieħed jew f'bosta Stati Membri, il-Kummissjoni tista' tintroduċi miżuri ta' sorveljanza minn qabel. 3.Il-miżuri ta' sorveljanza minn qabel għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(1a). 4.Il-miżuri tas-sorveljanza minn qabel għandhom ikunu validi għal perjodu limitat taż-żmien. Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor, dawn ma jibqgħux validi fi tmiem it-tieni perjodu ta' sitt xhur wara l-ewwel sitt xhur wara l-introduzzjoni tal-miżuri."
[Em. 114]
2.
L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Fil-paragrafu 1, it-tieni u t-tielet sentenzi jiġu sostitwiti bis-segwenti:" Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2)fl-Artikolu 15(1a). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 15(3)."
[Em. 115]
(b)
Il-paragrafu 3 għandu jitħassar.
3.
L-Artikolu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 8 Terminazzjoni mingħajr miżuri Meta miżuri bilaterali ta' salvagwardja mhumiex meħtieġa, l-investigazzjoni jew proċedura għandhom jitwaqqfu skont il-proċedura ta' eżami mniżżla fl-Artikolu 15(2)."
4.
L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Jekk il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jwasslux għal soluzzjoni sodisfaċenti għat-tnejn fi żmien 60 jum minn meta tkun waslet it-talba għall-konsultazzjonijiet, għandha tiġi imposta miżura definittiva ta' salvagwardja jew ta' devjazzjoni ta' kummerċ skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2)."
(b)
Il-paragrafi 3 u 6 għandhom jitħassru.
4a.
Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:" 3.Sakemm tkun isseħħ miżura ta' salvagwardja, għandhom jinżammu konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat [...], jew fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, biex jiġu eżaminati l-effetti tal-miżura u biex jiġi stabbilit jekk l-applikazzjoni tagħha għadhiex meħtieġa."
[Em. 117]
5.
Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 4. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li kwalunkwe miżura ta' salvagwardja għandha tiġi revokata jew emendata, għandha tirrevoka jew temenda l-miżuri ta' salvagwardja.‘skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 15(2)."
[Em. 118]
6.
Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 4. Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri imposti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi b'deċiżjoni tal-Kummissjoni għal perjodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perjodu ieħor, li ma jkunx iżjed minn sena skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2)fl-Artikolu 15(1a). Il-miżuri jistgħu jiġu sospiżi biss meta l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu nbidlu temporanjament sal-punt fejn ma jkunx probabbli li jerġa' jkun hemm distorsjoni fis-suq b'riżultat tas-sospensjoni. Il-miżuri jistgħu, f'kull ħin u wara konsultazzjoni, jerġgħu jiġu imposti mill-ġdid jekk ma tibqax applikabbli r-raġuni għas-sospensjoni."
[Em. 119]
6a.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 14a Għoti tal-kompetenzi Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14b dwar l-emendi tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 625/2009, sabiex ineħħu l-pajjiżi mil-lista tat-terzi pajjiżi li jinsabu f'dan l-Anness meta dawn isiru membri tad-WTO."
[Em. 120]
6b.
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 14b Eżerċizzju tad-delega 1.Is-setgħa biex tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu. 2.Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 22(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ...(44). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża mingħajr aktar diskussjonijiet għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. 3.Id-delega ta' setgħa li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 22(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. 4.Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess żmien 5.L-att delegat adottat skont l-Artikolu 22(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill, jew jekk qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'erba' xhur b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill"
[Em. 323]
7.
L-Artikolu 15 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 15 Proċedura ta' kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas- 26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet*. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011]. 1a.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 122] 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5]mal-Artikolu 4 tiegħu. [Em. 123] 4. B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 meta jsir rikors għall-proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm bla riżultat meta, fiż-żmien stipulat mill-presidenza, il-presidenza tiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definita fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 titlob hekk. *ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1."
8.
Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew l-uffiċjali ta' kwalunkwe wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur. L-iskambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni, u l-Istati Membri, jew kull informazzjoni li għandha x'taqsam ma' konsultazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 12, jew konsultazzjonijiet imfissra fl-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 9(1), jew xi dokument intern imħejji mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, ma għandhomx jixxandru lill-pubbliku jew lil xi parti fil-proċedimenti ħlief kif previst speċifikament f'dan ir-Regolament."
9.
Fl-Artikolu 18(4), ir-raba' sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:" L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista' tittieħed mill-Kummissjoni, imma meta deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr."
10.
Fl-Artikolu 19, il-paragrafi 5 u 6 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:" 5. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li tiġi ppreżentata kif suppost u kemm din tkun rappreżentattiva, u r-riżultati ta' din l-analiżi, flimkien ma' opinjoni fuq il-merti tagħha, għandhom jintbagħtu lill-Kumitat. 6. Il-partijiet li jkunu osservaw il-paragrafu 2 jistgħu jitolbu li l-fatti u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom x'aktarx ikunu ttieħdu d-deċiżjonijiet finali jkunu għad-dispożizzjoni tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli sakemm ikun possibbli u bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti meħuda mill-Kummissjoni."
10a.
Jiddaħħal l-artikolu li ġej:" Artikolu 19a Rapport 1.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Kummissjoni, il-Kumitat, u l-korpi l-oħra kollha responsabbli mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u mill-konformità mal-obbligi li jiġu minnhom, inkluż l-obbligi li jirrigwardaw l-ostakli għall-kummerċ. 2.Ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ġabra qasira tal-istatistika u tal-evoluzzjoni tal-kummerċ maċ-Ċina. 3.Il-Parlament Ewropew jista‘, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tagħha biex tippreżenta u tispjega xi kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. 4.Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."
[Em. 124]
10b.
Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej: imħassar [Em. 125]
11.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2003 tas-6 ta' Marzu 2003 dwar il-miżuri li l-Komunità tista' tadotta relatati mal-effett ikkombinat ta' miżuri kontra r-rimi u kontra s-sussidju b'miżuri ta' salvagwardjar(45)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 452/2003, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 452/2003 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:" (10a)Sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu kkonferiti fuq il-Kummissjoni setgħat tal-implimentazzjoni. Dawn il-poteri għandhom jiġu eżerċizzati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri dwar l-eżerċizzju tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-poteri*. * ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Em. 126]
1.
Fl-Artikolu 1(1), il-frażi introduttorja għandha tinbidel b'dan li ġej:" Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li kombinazzjoni ta' anti-dumping jew miżuri kontra s-sussidju b'miżuri ta' tariffi ta' salvagwardja fuq l-istess importazzjonijiet tista' twassal għall-effetti akbar milli mixtieq f'termini tal-politika ta' difiża tal-kummerċ tal-Unjoni, din tista' tadotta xi miżuri minn dawn li ġejjin li jimplimentaw att leġiżlattiv kif jidhrilha xieraq skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 2a(2):"
[Em. 127]
2.
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej:" Artikolu 2a 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Anti-Dumping stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat- 30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea*. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2a.Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan. [Em. 128] * ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51."
12.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta' April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta' importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika(46)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 673/2005, il-poter li tirrevoka r-regolament huwa mogħti lill-Kunsill. Din is-setgħa għandha tiġi mħassra, u l-Artikolu 207 tat-Trattat għandu japplika għar-revoka ta' dan ir-Regolament
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 huwa emendat kif ġej:
L-Artikolu 7 jitħassar.
12a.Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattamenti jew kastigi oħrajn krudili, diżumani jew degradanti(47)[Em. 129]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni bl-għan li temenda l-Annessi ta' dak ir-Regolament.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jiġi emendat b'dan li ġej:
[Em. 130]
1.
Il-Premessa 25 tinbidel b'dan li ġej:" 25.Sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandhom jiġu delegati lill-Kummissjoni għall-emendar tal-Annessi II, III, IV u V ta' dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-għarfien espert. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."
[Em. 131]
2.
L-Artikolu 12(2) jinbidel b'dan li ġej:" 2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 15a biex temenda l-Annessi II, III, IV u V."
[Em. 132]
3.
L-Artikolu 15 jitħassar. [Em. 133]
4.
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 15a Eżerċizzju tad-delega 1.Is-setgħa biex tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu. 2.Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 15 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ...(48). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġġedded mingħajr aktar diskussjonijiet għal perjodi ta' żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. 3.Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 15 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. 4.Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess żmien. 5.Att delegat adottat skont l-Artikolu 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill, jew jekk qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'erba' xhur b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."
[Em. 324]
5.
Jitħassar l-Artikolu 16. [Em. 135]
13.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006 tat-23 ta' Ottubru 2006 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija(49)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1616/2006, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1616/2006 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Il-Premessa 7 għandha titħassar. [Em. 136]
-1a.
Il-Premessa 8 tinbidel b'dan li ġej:" (8)Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' diversi dispożizzjonijie tal-SAA, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*. *ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Em. 137]
-1b.
Tiżdied il-premessa li ġejja:" (8a)Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri immedjati f'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi u għas-sospensjoni temporanja ta' ċertu trattament preferenzjali, minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."
[Em. 138]
-1c.
Tiżdied il-premessa li ġejja:" (8b)Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament meta, f'każijiet verament ġustifikati relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fi ħdan l-Artikolu 26(4) tal-Ftehim Temporanju, u wara dan, l-Artikolu 39(4) tal-SAA, jekk raġunijiet imperattivi urġenti jeħtieġu dan."
[Em. 139]
-1d.
L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 2 Konċessjonijiet għall-ħut u l-prodotti tas-sajd Għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 15(1) tal-Ftehim Temporanju, u konsegwentement l-Artikolu 28(1) tal-SAA, fir-rigward ta' kwoti tariffarji fuq ħut u prodotti tas-sajd, skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 8a(2)."
[Em. 140]
-1e.
L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 4 Adattamenti tekniċi Emendi u adattamenti tekniċi tar-regoli dettaljati dwar implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, li huma neċessarji wara l-bidliet fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u fis-sottodiviżjonijiet ta' Taric jew dawk li jiġu mill-konklużjoni ta' ftehim ġodda, protokolli, skambji ta' ittri jew atti oħra bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Albanija, u li ma jinvolvux xi emendi sostanzjali, għandhom jiġu adattati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni mniżżla fl-Artikolu 8a(2) ta' dan ir-Regolament."
[Em. 141]
-1f.
L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 5 Klawsola ta' salvagwardja ġenerali Fejn l-Unjoni teħtieġ li tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 25 tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 38 tal-SAA, għandha tiġi adottata skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni stipulata fl-Artikolu 8a(2), sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 25 tal-Ftehim Temporanju, u fl-Artikolu 38 tal-SAA."
[Em. 142]
-1g.
L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 6 Klawsola ta' nuqqas Fejn l-Unjoni teħtieġ tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 26 tal-Ftehim Temporanju, u konsegwentement fl-Artikolu 39 ta' l-SAA, il-miżura għandha tiġi adottata skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni stipulata fl-Artikolu 8a(2)."
[Em. 143]
1.
Fl-Artikolu 7, it-tielet, ir-raba' u l-ħames inċiżi jiġu sostitwiti b'dan li ġej:" Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8a(2)fl-Artikolu 8a(1b). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)l-Artikolu 8a(2a)."
[Em. 144]
2.
Fl-Artikolu 8, paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)."
3.
Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:" Artikolu 8a Proċedura ta' kumitat -1.Għall-għanijiet tal-Artikoli 2, 4, u 11, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 248a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 145] 1. Għall-finijiet tal-Artikoli 7 u 8tal-Artikoli 5, 7 u 8 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1)li twaqqaf permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas- 26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet**. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]Nru 182/2011. [Em. 146] 1a.Għall-finijiet tal-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat li twaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1061/2009 tad-19 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjoni***. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 147] 1b.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 148] 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu. [Em. 149] 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu. 3a.Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan. [Em. 150] *ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.. **ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1. ***ĠU L 291, 7.11.2009, p. 1."
3a.
Fl-Artikolu 11, it-tielet paragrafu jinbidel b'dan li ġej:" Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8a(1b) ta' dan ir-Regolament, li tissosspendi temporarjament it-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodotti kif previst fl-Artikolu 30(4) tal-Ftehim Temporanju, u successivament fl-Artikolu 43(4) ta' l-SAA."
[Em. 151]
3b.
Jitħassar l-Artikolu 12. [Em. 152]
14.Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika(50)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Il-Premessa 17 tinbidel b'dan li ġej:" (17)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, huwa xieraq li l-Kummissjoni jingħatawlha setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn il-poteri għandhom jiġu eżerċizzati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri dwar l-eżerċizzju tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-poteri*. * ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Em. 153]
1.
L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
2.Il-Kummissjoni, għandha temenda l-Anness I permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 24a, 24b u 24c biex iżżid reġjuni jew stati mill-Grupp ta' Stati AKP li kkonkludew negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni u dak ir-reġjun jew stat li tal-anqas jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu XXIV GATT 1994.
"
(b)Fil-paragrafu 3, il-frażi introduttorja qiegħda tinbidel b'dan li ġej:"
3.Tali stat jew reġjun se jibqa' fl-Anness I sakemm il-Kummissjoni tadotta att delegat skont l-Artikoli 24a, 24b u 24c li jemendaw l-Anness I biex jitneħħa reġjun jew stat minn dak l-Anness, b'mod partikolari, meta
"
[Em. 155]
1a.
Fl-Artikolu 5(3), il-kliem introduttorju jinbidel b'dan li ġej:" 3.Fejn il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' tagħrif ipprovdut minn Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, issib li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 hawn fuq, huma sodisfatti, il-Kummissjoni tista‘, hi u taġixxi skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 21(1d), tissospendi t-trattament rilevanti sakemm l-ewwel tkun:"
[Em. 156]
1b.
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:" 4.Il-perjodu ta' sospensjoni skont dan l-Artikolu għandu jkun limitat għal dak li jkun meħtieġ biex jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. M'għandux jaqbeż is-sitt xhur, u jista' jiġġedded. Ma tmiem il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jew li ttemm is-sospensjoni [...] jew li testendi l-perjodu ta' sospensjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(1d)."
[Em. 325]
1c.
Fl-Artikolu 5(6), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:" Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li tissospendi t-trattament rilevanti skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 21(1d)."
[Em. 158]
1d.
Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:" 3.Ir-regoli komuni tal-implimentazzjoni tal-arranġamenti għar-rifondi li hemm referenza dwarhom f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(2)."
[Em. 159]
1e.
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:" 4.Ir-regoli fid-dettall għall-qsim skond ir-reġjun u għall-implimentazzjoni tal-kwoti tarrifarji msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(2)."
[Em. 160]
1f.
Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:" 5.Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli fid-dettall dwar is-suddiviżjoni tal-kwantitajiet previsti fil-paragrafi 1 għat-treġija tas-sistema msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(2)."
[Em. 161]
1g.
Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:" 4.Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli fid-dettall għat-treġija ta' din is-sistema u d-deċiżjonijiet ta' sospensjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(2)."
[Em. 162]
2.
L-Artikolu 14 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 3. Fejn, jidher li hemm biżżejjed xhieda li tiġġustifika bidu ta' proċediment, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-bidu ta' proċediment għandu jseħħ fi żmien xahar mill-wasla tat-tagħrif għand Stat Membru."
(b)
Fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:" 4. Jekk il-Kummissjoni tkun tal-fehma li jeżistu ċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-Artikolu 12, għandha minnufih tinnotifika r-reġjun jew l-istati fl-Anness I milquta mill-intenzjoni tagħha li jingħata bidu għal investigazzjoni."
3.
L-Artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Fil-paragrafu 1, it-tieni u t-tielet sentenzi jiġu sostitwiti bis-segwenti: " ‘Il-miżuri tranżitorji għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 21(2)fl-Artikolu 21(1d). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 21(3).’"
[Em. 163]
(b)
Fil-paragrafu 2, it-tieni sentenza għandha titħassar.
(c)
Il-paragrafu 4 għandu jitħassar.
4.
L-Artikolu 17 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 17 Terminazzjoni tal-investigazzjoni u proċedura mingħajr miżuri Fejn miżuri ta' salvagwardja bilaterali jitqiesu mhux meħtieġa l-investigazzjoni u l-proċedura għandhom jiġu terminati abbażi tal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(2)."
5.
L-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Jekk il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jwasslux għal soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat fi żmien 30 jum minn meta l-kwistjoni tkun ġiet mgħarrfa lir-reġjun jew stat ikkonċernat, għandha tittieħed deċiżjoni li jiġu imposti miżuri definittivi bilaterali ta' salvagwardja mill-Kummissjoni, skont il-proċedura ta; eżami msemmija fl-Artikolu 21(2) fi żmien 20 jum tax-xogħol wara t-tmiem tal-perjodu ta' konsultazzjoni."
(b)
Il-paragrafi 3 u 4 għandhom jitħassru.
6.
L-Artikolu 20(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Id-deċiżjoni li tiġi imposta sorveljanza għandha tittieħed mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 21(2).fl-Artikolu 21(1d)."
[Em. 164]
7.
L-Artikolu 21 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 21 Proċedura ta' kumitat 1. Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolutal-Artikoli 5, 16, 17, 18, u 20 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet*. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]Nru 182/2011. [Em. 165] 1a.Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit bir-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 166] 1b.Għall-għanijiet tal-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandu jkollha l-appoġġ tal-Kumitat stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross**. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 167] 1c.Għall-għanijiet tal-Artikoli 7 u 9, il-Kummissjoni għandu jkollha l-appoġġ tal-Kumitat li twaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 318/2006. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 168] 1d.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 169] 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5]mal-Artikolu 4 tiegħu. [Em. 170] 4. Fil-każ ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701, il-Kumitat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkun megħjun mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 195 tar-Regolament tall-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) ***. 4a.Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan. [Em. 171] * ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1. **ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. *** ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1."
7a.
L-Artikolu 24 għandu jitħassar. [Em. 172]
8.
Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 24a, 24b u 24c li ġejjin:" Artikolu 24a Eżerċizzju tad-delega 1.Il-Kummissjoni se tingħata s-setgħat, għal perjodu ta' żmien mhux determinat, li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(2) u (3). 2.Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin. 3.Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħat li tadotta l-atti delegati, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 24b u 24c. Artikolu 24b Revoka tad-delega 1.Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 2(2) u (3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. 2.L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata d-delega ta' setgħa għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta' revoka kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għal revoka. 3.Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegar tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandu jkollha effett minnufih jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 24c Oġġezzjonijiet għall-atti delegati 1.Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahar. 2.Jekk meta jiskadi dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, huwa għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data fih stabbilita. L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet. 3.Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att iddelegat adottat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att iddelegat."
[Em. 173]
8a.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 24d Kunfidenzjalità 1.L-informazzjoni rċevuta skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-għan li għalih tkun ġiet mitluba. 2.L-ebda informazzjoni ta' natura kunfidenzjali u l-ebda informazzjoni provvduta fuq bażi konfidenzjali rċevuta skont dan ir-Regolament ma għandhom jiġu żvelati mingħajr permess speċifiku tal-fornitur ta' din l-informazzjoni. 3.Kull talba għall-kunfidenzjalità għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom l-informazzjoni hi kunfidenzjali. Madankollu, jekk min iforni t-tagħrif jixtieq li la jagħmlu pubbliku u lanqas li jawtorizza l-iżvelar tiegħu f'termini ġenerali jew fil-għamla ta' sommarju u jekk ikun jidher li t-talba għall-kunfidenzjalità ma tkunx ġustifikata, it-tagħrif ikkonċernat jista' ma jitqiesx. 4.L-informazzjoni għandha fi kwalunkwe każ tkun ikkunsidrata bħala kunfidenzjali jekk l-iżvelar tagħha x'aktarx ikollu effett ħażin sinifikanti fuq il-fornitur jew fuq is-sors ta' din l-informazzjoni. 5.Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx jipprekludu r-referenza mill-awtoritajiet tal-Unjoni għal tagħrif ġenerali u b'mod partikolari għar-raġunijiet li fuqhom ikunu msejsa d-deċiżjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament. Dawn l-awtoritajiet għandhom, madankollu, iqisu l-interess leġittimu tal-persuni naturali u legali kkonċernati li ma jiġux żvelati s-sigrieti kummerċjali tagħhom."
[Em. 174]
8b.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 24e Rapport 1.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Kummissjoni, il-Kumitati, u l-korpi l-oħra kollha responsabbli mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u mis-sodisfazzjon tal-obbligi li jiġu minnhom, inkluż l-obbligi li jirrigwardaw l-ostakli għall-kummerċ. 2.Ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ġabra qasira tal-istatistika u tal-evoluzzjoni tal-kummerċ mal-pajjiżi tal-ACP. 3.Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. 4.Il-Parlament Ewropew jista‘, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tagħha biex tippreżenta u tispjega xi kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. 5.Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."
[Em. 175]
15.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 tad-19 ta' Novembru 2007 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra(51)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 140/2008, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 140/2008 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Il-Premessa 7 għandha titħassar. [Em. 176]
-1a.
Il-Premessa 8 għandha tinbidel b'dan li ġej:" (8)Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet tal-SAA, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*. *ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Em. 177]
-1b.
Tiżdied il-premessa li ġejja:" (8a)Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza u provviżorji u għas-sospensjoni temporanja tat-trattament preferenzjali minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."
[Em. 178]
-1c.
Tiżdied il-premessa li ġejja:" (8b)Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament fejn, f'każijiet verament ġustifikati relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fi ħdan l-Artikoli 26(5)(b) u 27(4) tal-Ftehim Temporanju, u wara dan, l-Artikolu 41(5)(b) u 42(4) tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, jekk raġunijiet imperattivi urġenti jesiġu dan."
[Em. 179]
-1d.
L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 2 Konċessjonijiet għall-ħut u l-prodotti tas-sajd Għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 14(1) tal-Ftehim Temporanju, u konsegwentement l-Artikolu 29 ta' l-SAA, fir-rigward ta' kwoti tariffarji fuq ħut u prodotti tas-sajd, skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni stabbilita fl-Artikolu 8a(2) ta' dan ir-Regolament."
[Em. 180]
-1e.
L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 4 Adattamenti tekniċi Kull emenda u adattament tekniku fuq id-dispożizzjonijiet adottati skond dan ir-Regolament li jsiru meħtieġa minħabba tibdil fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u fis-suddifviżjonijiet TARIC jew li joħorġu mill-konklużjoni ta' Ftehimiet, Protokolli, Skambji ta' Ittri jew atti oħra ġodda jew modifikati bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Montenegro, u li ma jinvolvux xi emendi sostanzjali, jiġu adattati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni stabbilita fl-Artikolu 8a(2)."
[Em. 181]
-1f.
L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 5 Klawsola ta' salvagwardja ġenerali Fejn l-Unjoni teħtieġ li tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 26 tal-Ftehim Temporanju, u konsegwentement fl-Artikolu 41 tal-SAA, għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni stipulata fl-Artikolu 8a(2) ta' dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 26 tal-Ftehim Temporanju, u fl-Artikolu 41 ta l-SAA."
[Em. 182]
-1g.
L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 6 Klawsola ta' nuqqas Fejn l-Unjoni teħtieġ tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 27 tal-Ftehim Temporanju, u konsegwentement fl-Artikolu 42 ta' l-SAA, hija għandha tiġi adottata skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni stipulata fl-Artikolu 8a(2) ta' dan ir-Regolament."
[Em. 183]
1.
Fl-Artikolu 7, it-tielet, ir-raba' u l-ħames inċiżi jiġu sostitwiti b'dan li ġej:" Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8a(2)fl-Artikolu 8a(1a). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)l-Artikolu 8a(2a)."
[Em. 184].“
2.
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)."
3.
Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:" Artikolu 8a Proċedura ta' kumitat -1.Għall-għanijiet tal-Artikoli 2, 4, u 11, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 248a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità*. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 185] -1a.Għall-finijiet tal-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat li twaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1061/2009 tad- 19 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjoni**. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 186] 1. Għall-finijiet tal-Artikoli 7 u 8tal-Artikoli 5, 7 u 8,, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas- 26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet***. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]Nru 182/2011. [Em. 187] 1a.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 188] 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2a.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu. [Em. 189] 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu. 3a.Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan. [Em. 190] *ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. **ĠU L 291, 7.11.2009, p. 1 *** ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1."
3a.
Fl-Artikolu 11, it-tielet paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:" Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8a(1a) ta' dan ir-Regolament, li tissosspendi temporarjament it-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodotti kif previst fl-Artikolu 31(4) tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 46(4) tal-SAA."
[Em. 191]
3b.
L-Artikolu 12 għandu jitħassar. [Em. 192]
16.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta' Jannar 2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 980/2005 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE(52)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 55/2008, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 55/2008 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Il-Premessa 11 għandha titħassar. [Em. 193]
-1a.
Il-Premessa 12 għandha titħassar. [Em. 194]
-1b.
Il-Premessa 13 għandha tinbidel b'dan li ġej:" (13)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Dawn il-poteri ta' implimentazzjoni għandhom ikunu mwettqa b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni*. * ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Em. 195]
-1c.
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:" (13a)Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza u provviżorji u għas-sospensjoni temporanja tat-trattament preferenzjali minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."
[Em. 196]
-1d.
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:" 3.Minkejja dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-Artikolu 10, jekk l-importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli jikkawżaw tfixkil serju għas-swieq tal-Unjoni u l-mekkaniżmi regolatorji tagħha, il-Kummissjoni tista' tieħu l-miżuri adatti permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bil-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 11a(2)."
[Em. 197]
-1e.
L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 4 Implimentazzjoni tal-kwoti tat-tariffi għall-prodotti tal-ħalib Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kwota tarrifarja għall-prodotti ta' ‘laħam taċ-ċanga għat-trabi’, għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz tal-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bil-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 11a(2)."
[Em. 198]
-1f.
Fl-Artikolu 7, il-kliem introduttorju jinbidel b'dan li ġej:" Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11a(2), tadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 4, notevolment:"
[Em. 199]
-1g.
L-Artikolu 8 għandu jitħassar. [Em. 200]
1.
L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-kliem introduttorju tal-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:" 1. Fejn il-Kummissjoni ssib li hemm biżżejjed evidenza ta' frodi, irregolaritajiet jew nuqqas sistematiku mill-Moldova ta' konformità jew ta' żgurar ta' konformità mar-regoli tal-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri relatati magħhom u biex tipprovdi kooperazzjoni amministrattiva kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), jew nuqqas ta' konformità ma' xi waħda mill-kundizzjonijiet l-oħra definiti fl-Artikolu 2(1), tista' tieħu l-miżuri skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 11a(2)fl-Artikolu 11a(1b) biex tissospendi kompletament jew parti mill-arranġamenti preferenzjali previsti f'dan ir-Regolament għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur, sakemm l-ewwel tkun:"
[Em. 201]
(b)
Il-paragrafu 2 għandu jitħassar.
(ba)
Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 3.Mal-għeluq tal-perjodu ta' sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jew li ttemm il-miżura ta' sospensjoni proviżorja [...] jew li testendi l-miżura ta' sospensjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11a(1b)."
[Em. 326]
2.
Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 1. Meta prodott li joriġina fil-Moldova jkun importat fuq termini li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, diffikultajiet serji għal produttur tal-Unjoni għal prodotti simili jew li jikkompetu direttament, id-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni fuq dak il-prodott jistgħu jerġgħu jiġu introdotti f'kull ħin mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11a(2)."
2a.
Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:" 5.L-investigazzjoni għandha titlesta fi żmien 6 xhur wara l-pubblikazzjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tista‘, f'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u wara li tikkonsulta l-Kumitat, testendi dan il-perjodu skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11a(1b)."
[Em. 327]
2b.
Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:" 6.Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien 3 xhur, skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 11a(2). Deċiżjoni simili għandha tidħol fis-seħħ fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni tagħha."
[Em. 204]
2c.
Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:" 7.Fejn investigazzjoni ma tkunx possibbli minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali li jeħtieġu azzjoni immedjata għal investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri preventivi li huma strettament meħtieġa, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11a(2a)."
[Em. 205]
3.
Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:" Artikolu 11a Il-Kumitat 1. Għall-finijiet tal-Artikolu 11tal-Artikolu 3(3), 11 u 12 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas- 26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet*. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011] Nru 182/2011. [Em. 206] 1a.Għall-iskop tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 195 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)** . Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 207] 1b.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 208] 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2a.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu. [Em. 209] 2b.Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan. [Em. 210] *ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1. **ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1."
3a.
Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:" 2.Jekk il-Moldova ma tikkonformax mar-regoli tal-oriġini jew ma tipprovdix il-kooperazzjoni amministrattiva meħtieġa fl-Artikolu 2 għall-Kapitoli 17, 18, 19 u 21 imsemmija qabel, jew ta' importazzjoni ta' prodotti taħt dawk il-Kapitoli soġġetti għal arranġamenti preferenzjali mogħtija taħt dan ir-Regolament jeċċedu sewwa l-livelli tas-soltu ta' esportazzjoni tal-Moldova, għandhom jittieħdu miżuri xierqa skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 11a(2)."
[Em. 211]
17.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 594/2008 tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bosnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bosnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra(53),
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 594/2008, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 594/2008 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Titħassar il-Premessa 7. [Em. 212]
-1a.
Il-Premessa 8 tinbidel b'dan li ġej:" ‘(8) Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet tal-SAA, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. . Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*. * ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Em. 213]
-1b.
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:" (8a)Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza u provviżorji u għas-sospensjoni temporanja tat-trattament preferenzjali minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."
[Em. 214]
-1c.
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:" (8b)Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament meta, f'każijiet debitament ġustifikati relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fi ħdan is-sens l-Artikoli 24(5)(b) u 25(4) tal-Ftehim Intermedjarju, u wara dan, l-Artikolu 39(5)(b) u 40(4) tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, ikun hemm raġunijiet imperattivi urġenti jesiġu dan."
[Em. 215]
-1d.
L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 2 Konċessjonijiet għall-ħut u l-prodotti tas-sajd Konformement mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(2) ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha taddotta regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 13(1) tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament tal-Artikolu 28(1) tal-SAA, dwar kwoti tariffarji għall-ħut u l-prodotti tas-sajd."
[Em. 216]
-1e.
L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 4 Adattamenti tekniċi L-emendi u l-addattazzjonijiet tekniċi fid-dispożizzjonijiet adottati skond dan ir-Regolament li jsiru neċessarji minħabba tibdil fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u fid-subdiviżjonijiet TARIC jew li joħorġu mill-konklużjoni ta' Ftehim, Protokolli, Skambji ta' Ittri jew atti oħrajn ġodda jew modifikati bejn l-Unjoni u l-Bosnija-Ħerzegovina, u li ma għandhomx jinkludu tibdil sostantiv, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni stabbilita fl-Artikolu 8a(2). "
[Em. 217]
-1f.
L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 5 Klawsola ta' salvagwardja ġenerali Fejn l-Unjoni teħtieġ li tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 24 tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 39 tal-SAA, għandha tiġi adottata skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(2) ta' dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 24 tal-Ftehim Temporanju, u fl-Artikolu 39 tal-SAA."
[Em. 218]
-1g.
L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 6 Klawsola ta' nuqqas Fejn l-Unjoni teħtieġ li tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 25 tal-Ftehim Temporanju, u suċessivament fl-Artikolu 40 tal-SAA, għandha tiġi adottata skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(2) ta' dan ir-Regolament."
[Em. 219]
1.
Fl-Artikolu 7, it-tielet, ir-raba' u l-ħames inċiżi jiġu sostitwiti b'dan li ġej:" Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8a(2)fl-Artikolu 8a(1a). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)l-Artikolu 8a(2a)."
[Em. 220]
2.
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)."
3.
Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:" Artikolu 8a Proċedura ta' kumitat -1.Għall-finijiet tal-Artikoli 2, 4, u 11 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 248a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità* li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunita‘. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 221] -1a.Għall-finijiet tal-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat li twaqqaf permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1061/2009 tad-19 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjoni**. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 222] 1. Għall-finijiet tal-Artikoli 7 u 8tal-Artikoli 5, 7 u 8, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas- 26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet***. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]Nru 182/2011. [Em. 223] 1a.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 224] 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2a.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu. [Em. 225] 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu. 3a.Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan. [Em. 226] *ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. **ĠU L 291, 7.11.2009, p. 1. *** ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1."
3a.
Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:" Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8a(1a) ta' dan ir-Regolament, li tissosspendi temporarjament it-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodotti kif previst fl-Artikolu 29(4) tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 44(4) tal-SAA."
[Em. 227]
3b.
Jitħassar l-Artikolu 12. [Em. 228]
18.Ir-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007(54)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni għall-iskop tal-emendar tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konformità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011]Nru 182/2011 . [Em. 229]
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 732/2008 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:" (24a)Sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet neċessarji għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-għoti lill-pajjiż li jagħmel it-talba tal-arranġament ta' inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba u biex jiġi emendat l-Anness I b'mod korrispondenti, bl-adozzjoni ta' regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward it-tnaqqis tad-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni fuq il-prodotti taħt l-intestatura 1701, is-sopensjoni tad-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni fuq il-prodotti taħt l-intestaturi tariffarji 1006 u 1701, il-ħtieġa ta' liċenzji ta' importazzjoni għal importazzjonijiet ta' prodotti taħt l-intestatura tariffarja 1701, it-tneħħija ta' pajjiż mill-arranġament bl-emenda tal-Anness I u l-istabbiliment ta' perjodu ta' tranżizzjoni, is-sospensjoni tal-arranġamenti preferenzjali previsti minn dan ir-Regolament, l-irtirar temporanju tal-arranġamenti preferenzjali fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju, u l- emendar tal-Anness I għal dan ir-Regolamenti. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."
[Em. 230]
-1a.
Il-Premessa 25 tinbidel b'dan li ġej:" (25)Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni tal-miżuri provviżorji u definittivi, għall-impożizzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza ta' qabel, u għat-tmiem ta' investigazzjoni mingħajr miżuri, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*. * ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Em. 231]
-1b.
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:" (25a)Il-proċedura konsultattiva flimkien ma' atti ta' implimentazzjoni immedjatament applikabbli għandha tintuża għall-bidu u l-estensjoni ta' investigazzjoni, għall-adozzjoni ta' deċiżjoni biex tiġi mmonitorjata u vvalutata s-sitwazzjoni fil-pajjiż benefiċjarju għal perjodu ta' sitt xhur jekk jitqies li l-irtirar temporanju tal-preferenzi jkun ġustifikat, u għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta' miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."
[Em. 232]
-1c.
L-Artikolu 10 jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:" 2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgha li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 27a sabiex tiddeċiedi, wara li tkun eżaminat it-talba, jekk għandhiex tagħti lill-pajjiż li jagħmel it-talba, l-arranġament ta' inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba u biex temenda l-Anness I b'mod korrispondenti. Fejn dewmien fl-azzjoni jikkawża dannu li jkun diffiċli jissewwa u għalhekk raġunijiet imperattivi urġenti jesiġu dan, il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 27b għandha tapplika għal atti ddelegati adottati skont dan il-paragrafu."
(b)
Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 5.Il-Kummissjoni għandha tmexxi r-relazzjonijiet kollha dwar it-talba ma' pajjiż li qed jagħmel it-talba waqt li taġixxi skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 27(5)."
[Em. 233]
-1d.
L-Artikolu 11 jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:" '7.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27a sabiex tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6 ta' dan l-Artikolu. Fejn dewmien fl-azzjoni jikkawża dannu li jkun diffiċli jissewwa u għalhekk raġunijiet imperattivi urġenti jesiġu dan, il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 27b għandha tapplika għal atti ddelegati adottati skont dan il-paragrafu."
(b)
Il-paragrafu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 8.Meta pajjiż jiġi eskluż min-NU mil-lista tal-pajjiżi l-anqas żviluppati, dan għandu jitneħħa mil-lista ta' benefiċjarji ta' dan l-arranġament. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27a sabiex tneħħi pajjiż mill-arranġament billi temenda l-Anness I u tistabbilixxi perjodu ta' tranżizzjoni ta' mill-inqas tliet snin. "
[Em. 234]
1.
L-Artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Fil-paragrafu 3, il-frażi introduttorja qiegħda tinbidel b'dan li ġej:" 3. Il-Kummissjoni tista‘għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27a sabiex tissospendi l-arranġamenti preferenzjali previsti f'dan ir-Regolament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju, b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(6), meta tqis li hemm biżżejjed evidenza biex ikun iġġustifikat irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, sakemm l-ewwel tkun:"
[Em. 235]
(b)
Il-paragrafu 4 għandu jitħassar.
2.
L-Artikolu 17 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 17 1. Fejn il-Kummissjoni jew Stat Membru jirċievi informazzjoni li tista' tiġġustifika l-irtirar temporanju u fejn il-Kummissjoni jew Stat Membru jikkunsidraw li hemm biżżejjed raġunijiet għal investigazzjoni, huwa għandu jinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27. 2. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, fi żmien xahar u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(5), li tagħti bidu għal investigazzjoni."
(2a)
Fl-Artikolu 18 , il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:" 6.L-investigazzjoni għandha titlesta fi żmien sena. Il-Kummissjoni tista' testendi dan il-perjodu, skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 27(5)."
[Em. 236]
3.
L-Artikolu 19 għandu jiġi emendat kif ġej:
(-a)
Il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:" 1.Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 27(1) kif ukoll lill-Parlament Ewropew. "
[Em. 237]
(-aa)
Il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:" 2.Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sejbiet ma jiġġustifikawx irtirar temporanju, hija għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 27(5), li ttemm l-investigazzjoni. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, li jħabbar it-tmiem tal-investigazzjoni u jistipula l-konklużjonijiet prinċipali tagħha. "
[Em. 238]
(a) Fil-paragrafu 3, it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwitaIl-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:"
3.Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sejbiet jiġġustifikaw l-irtirar temporanju għar-raġuni msemmija fl-Artikolu 15(1)(a), hija għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 27(5), li tissorvelja u tivvaluta l-qagħda fil-pajjiż benefiċjarju kkonċernat għal perjodu ta' sitt xhur. 'Il-Kummissjoni għandha tinnotifika din id-deċiżjoni lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat u għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jħabbar li biħsiebha tirtira temporanjament l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward tal-prodotti kollha jew xi wħud minnhom li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju, ħlief jekk, qabel tmiem il-perjodu, il-pajjiż benefiċjarju kkonċernat ikun intrabat li jieħu l-miżuri neċessarji biex ikun konformi, f'perjodu ta' żmien raġjonevoli, mal-konvenzjonijiet imsemmija fil-Parti A tal-Anness III.
"
[Em. 239]
(b)
Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 4. Meta Il-Kummissoni tqis li jkun hemm bżonn ta' rtirargħandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27a sabiex tiddeċiedi dwar l-irtirar temporanju, hija għandha tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(6). Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu , il-Kummissjoni għandha taġixxi fi tmiem il-perjodu msemmi f'dak il-paragrafu."
[Em. 240]
(c)
Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 5. Meta l-Kummissjoni tiddeċieditadotta att delegat dwar l-irtirar temporanju, din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tittieħed, sakemm l-atti delegati ma jkunux ġew revokati, jew il-Kummissjoni ma tiddeċidix li tirtira l-att delegat minn qabel minħabba l-fatt li r-raġunijiet li jiġġustifikawh ma għadhomxjkunux għadhom jeżistu."
[Em. 241]
4.
L-Artikolu 20 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 5. L-investigazzjoni għandha titlesta fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż imsemmi fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tista‘, f'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u wara li tikkonsulta l-Kumitat, testendi dan il-perjodu skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 27(5)."
[Em. 328]
(b)
Il-paragrafu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 6. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien xahar, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(6). Deċiżjoni bħal din għandha tidħol fis-seħħ fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea."
(c)
Il-paragrafu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 7. Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu azzjoni immedjata jagħmlu investigazzjoni impossibbli, il-Kummissjoni tista‘, b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(7), tieħu kwalunkwe miżura preventivaprovviżorja li tkun strettament meħtieġa. Fejn Stat Membru jitlob intervent immedjat mill-Kummissjoni u fejn jiġu soddisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li tkun waslet it-talba. Il-miżuri provviżorji m'għandhomx japplikaw għal aktar minn 200 jum. Jekk il-miżuri provviżorji ta' salvagwardja jiġu revokati minħabba li l-investigazzjoni turi li ma ġewx soddisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, kull dazju miġbur bħala riżultat ta' dawk l-miżuri provviżorji għandu jintradd lura awtomatikament."
[Em. 243]
5.
L-Artikolu 21 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 21 Meta l-importazzjonijiet ta' prodotti inklużi fl-Anness I tat-Trattat jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, tfixkil serju għas-swieq tal-Unjoni, b'mod partikolari lil wieħed jew iżjed mir-reġjuni l-iktar imbiegħda, jew lill-mekkaniżmi regolatorji ta' dawn is-swieq, il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' Stat Membru, tista' tissospendi l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward tal-prodotti kkonċernati b'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 27(6) wara li tikkonsulta lill-kumitat ta' ġestjoni għall-organizzazzjoni rilevanti tas-suq komuni.fl-Artikolu 27(5)."
[Em. 329]
6.
L-Artikolu 22(2) għandu jitħassarb'dan li ġej:"
2.
Il-miżuri ta' sorveljanza minn qabel għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 27(5).
"
[Em. 244]
6a.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 22a 1.Meta l-fatti kif finalment stabbiliti juru li kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20 ġew soddisfatti, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni u l-proċediment skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(6). 2.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, bir-rispett xieraq tal-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 27c, rapport li jiddikjara s-sejbiet u l-konklużjonijiet motivati tagħha dwar il-kwistjonijiet kollha pertinenti tal-fatti u tad-dritt lill-Parlament Ewropew. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."
[Em. 245]
6b.
Fl-Artikolu 25 il-kliem introduttorju jinbidel b'dan li ġej:" Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27a sabiex tadotta emendi għall-Annessi li jsiru meħtieġa:"
[Em. 246]
7.
Fl-Artikolu 27, għandhom jiżdiedu l-paragrafi 6 u 7 li ġejjin:L-Artikolu 27 jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 27 1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati . Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 5.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 6. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]Nru 182/2011. 7. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5]mal-Artikolu 4 tiegħu. 7a.Meta l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat f'każijiet fejn, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan."
[Em. 247]
7a.
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 27a 1.Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu. 2.Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(2), l-Artikolu 11(7) u (8), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 19(4) u (5) u l-Artikolu 25 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ...(55). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi prorogata b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din il-proroga sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. 3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 10(2), fl-Artikolu 11(7) u (8), fl-Artikolu 16(3), fl-Artikolu 19(4) u (5) kif ukoll fl-Artikolu 25 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. 4.Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess żmien. 5.Att delegat adottat skont l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 11(7) u (8), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 19(4) u (5) kif ukoll fl-Artikolu 25 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill t-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'erba' xhur b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."
[Em. 330]
7b.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 27b 1.L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta' urġenza. 2.Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f'konformità mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 27a(5). F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill."
[Em. 249]
7c.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 27c 1.L-informazzjoni rċevuta skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-għan li għalih tkun ġiet mitluba. 2.L-ebda informazzjoni ta' natura kunfidenzjali u l-ebda informazzjoni provvduta fuq bażi konfidenzjali rċevuta skont dan ir-Regolament ma għandhom jiġu żvelati mingħajr permess speċifiku tal-fornitur ta' din l-informazzjoni. 3.Kull talba għall-kunfidenzjalità għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom l-informazzjoni hi kunfidenzjali. Madankollu, jekk min iforni t-tagħrif jixtieq li la jagħmlu pubbliku u lanqas li jawtorizza l-iżvelar tiegħu f'termini ġenerali jew fil-għamla ta' sommarju u jekk ikun jidher li t-talba għall-kunfidenzjalità ma tkunx ġustifikata, it-tagħrif ikkonċernat jista' ma jitqiesx. 4.L-informazzjoni għandha fi kwalunkwe każ tkun ikkunsidrata bħala kunfidenzjali jekk l-iżvelar tagħha x'aktarx ikollu effett ħażin sinifikanti fuq il-fornitur jew fuq is-sors ta' din l-informazzjoni. 5.Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx jipprekludu r-referenza mill-awtoritajiet tal-Unjoni għal tagħrif ġenerali u b'mod partikolari għar-raġunijiet li fuqhom ikunu msejsa d-deċiżjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament. Dawn l-awtoritajiet għandhom, madankollu, iqisu l-interess leġittimu tal-persuni naturali u legali kkonċernati li ma jiġux żvelati s-sigrieti kummerċjali tagħhom."
[Em. 250]
7d.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 27d 1.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-rapport għandu jkopri l-arranġamenti preferenzjali kollha msemmija fl-Artikolu 1(2), jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-korpi varji responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-issodisfar tal-obbligi li jiġu minnhom, inkluż l-obbligi rigward l-ostakoli għall-kummerċ, u jippreżenta sommarju tal-istatistiċi u l-evoluzzjoni tal-kummerċ mal-pajjiżi u t-territorji benefiċjarji. 2.Il-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati u l-Parlament Ewropew għandhom jeżaminaw l-effetti tal-iskema, fuq il-bażi tar-rapport. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu u jispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. 3.Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati u lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."
[Em. 251]
19.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea(56)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 597/2009 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Il-premessa 16 tiġi sostitwita b'dan li ġej:" (16)Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit illi l-għeluq tal-każijiet għandu, irrispettivament minn jekk il-miżuri definittivi jiġux adottati jew le, normalment iseħħ fi żmien 11-il xahar, u f'kull każ mhux aktar tard minn 12-il xahar, mill-bidu tal-investigazzjoni. Jekk l-Istati Membri jindikaw biss lill-Kummissjoni li jkunu qed jistennew kontroversja qawwija fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni bil-bżonn li jitressaq abbozz ta' att ta' implimentazzjoni lill-kumitat ta' appell skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*, il-Kummissjoni tkun għandha tkun tista' tiddeċiedi li tipproroga l-limitu ta' żmien għal perjodu ta', iżda fl-ebda każ, sa mhux itwal minn 13-il xahar. [Em. 252] *ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
-1a.
Titħassar il-Premessa 26. [Em. 253]
-1b.
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:" (26a)Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall--adozzjoni tal-miżuri provviżorji u definittivi, u għat-tmiem ta' investigazzjoni mingħajr miżuri, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011."
[Em. 254]
-1c.
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:" (26b)Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji u għat-tmiem ta' investigazzjoni minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta' miżuri definittivi. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."
[Em. 255]
-1d.
Fl-Artikolu 10(1), it-tieni subġaragrafu jinbidel b'dan li ġej:" L-ilment jista' jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni, jew lil Stat Membru, li għandu jgħaddih lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja lill-Istati Membri ta' kwalunkwe ilment li tirċievi. L-ilment għandu jkun meqjus bħala li sar fl-ewwel jum tax-xogħol wara li jkun twassal lill-Kummissjoni b'posta rreġistrata jew bil-ħruġ ta' nota tal-wasla tiegħu mill-Kummissjoni. Qabel jingħata bidu għall-proċedimenti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u tagħtihom l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom."
[Em. 256]
1.
Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 11 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 11. Meta jkun jidher li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta' proċedimenti, il-Kummissjoni għandha tagħmel dan fi żmien 45 jum mit-tressiq tal-ilment u għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta ma tkunx ġiet ippreżentata biżżejjed evidenza, min jagħmel l-ilment għandu jkun infurmat dwar dan fi żmien 45 jum minn dakinhar li jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni."
2.
L-Artikolu 11(9) għandu jinbidel b'dan li ġej:" 9. Għal proċedmenti skont l-Artikolu 10(11), investigazzjoni għandha tiġi konkluża fi żmien sena11-il xahar, kull meta dan ikun possibbli. Fi kwalunkwe każ, investigazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu konklużi fi żmien 13-il xahar12-il xahar mill-bidu, b'konformità mas-sejbiet li saru skont l-Artikolu 13 għall-impenji jew is-sejbiet li saru skont l-Artikolu 15 għal azzjoni definittiva. F'każijiet eċċezzjonali, wara li titqies il-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, biex dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż, għal perjodu ta' sa mhux iktar minn 18-il xahar."
[Em. 257]
2a.
Fl-Artikolu 11, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:" 9a.Mhux aktar tard minn 32 ġimgħa wara l-bidu tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Istati Membri fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni. L-Istati Membri, f'din il-konsultazzjoni, għandhom jindikaw lill-Kummissjoni jekk ikunux qed jistennew kontroversja qawwija fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni skont l-Artikoli 14 u 15 għal azzjoni definittiva li aktarx tikkawża l-proċedura ta' appell imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Jekk dan ikun il-każ, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, li tipproroga l-limitu taż-żmien tal-paragrafu 9, għal perjodu ta', iżda fi kwalunkwe każ sa mhux iktar minn, 13-il xahar. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din id-deċiżjoni pubblika."
[Em. 258]
3.
L-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:" Id-dazji provviżorji għandhom jiġu imposti mhux qabel 60 jum, u mhux iktar tard minn disa' xhur 8 xhur, mill-bidu tal-proċedimenti. F'każijiet eċċezzjonali, minħabba l-kumplessità tal-investigazzjoni,F'każ li l-Istati Membri jindikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(9a) li qed jistennew kontroversja qawwija fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni skont l-Artikoli 14 u 15 għal azzjoni definittiva li aktarx tikkawża l-proċedura ta' appell imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, mhux iktar minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, li dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż għal perjodu ta' sa 12-il xahar9 xhur li madankollu ma jista' qatt ikun itwal minn hekk"
[Em. 259]
(b)
Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(3)."
(c)
Il-paragrafu 5 għandu jitħassar.
4.
L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 1. Sakemm tkun saret determinazzjoni affermattiva provviżorja dwar l-għoti ta' sussidju u l-ħsara, il-Kummissjoni tista' taċċetta offerti ta' impenji volontarji sodisfaċenti li bihom:
(a)
il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jaqbel li jelimina jew jillimita s-sussidju jew jieħu miżuri oħra dwar l-effetti tiegħu; jew
(b)
kwalunkwe esportatur jimpenja ruħu li jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew li jwaqqaf l-esportazzjonijiet lejn iż-żona kkonċernata sakemm esportazzjonijiet bħal dawn ikunu jgawdu minn sussidji, ħalli l-Kummissjoni tkun sodisfatta li l-effett ta' ħsara tas-sussidji jkun ġie eliminat.
F'każ bħal dan u sakemm dawk l-impenji jkunu fis-seħħ, id-dazji provviżorji imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12(3) u d-dazji definittivi imposti skont l-Artikolu 15(1) ma għandhomx japplikaw għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott ikkonċernat manifatturat mill-kumpanniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenji u fi kwalunkwe emenda sussegwenti ta' deċiżjoni ta' dan it-tip. Iż-żidiet fil-prezzijiet skont impenji ta' dan it-tip ma għandhomx ikunu ogħla milli hu neċessarju biex ipaċu l-ammont ta' sussidji ta' kontrobilanċ, u għandhom ikunu inqas mill-ammont ta' sussidji ta' kontrobilanċ jekk dawn iż-żidiet ikunu adegwati biex ineħħu l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni."
(b)
Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 5. Meta l-impenji jkunu aċċettati l-investigazzjoni għandha tintemm. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(2). Il-president jista' jikseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 15(5)."
[Em. 260]
(c)
Fil-paragrafu 9, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:" ‘9. Fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenji minn kwalunkwe parti f'dak l-impenn, jew fil-każ ta' rtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, l-aċċettazzjoni tal-impenn għandha tiġi rtirata permezz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni jew Regolament tal-Kummissjoni, kif ikun xieraq, u d-dazju provviżorju li jkun ġie impost mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12 jew id-dazju definittiv li jkun ġie impost skont l-Artikolu 15(1), għandhom japplikaw, kemm-il darba l-esportatur ikkonċernat, jew il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jkun ingħata, ħlief fil-każ tal-irtirar ta' impenn mill-esportatur jew minn dak il-pajjiż, opportunità biex jikkumenta."
(d)
Il-paragrafu 10 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 10. Jista' jiġi impost dazju skont l-Artikolu 12 fuq il-bażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli, meta jkun hemm raġuni biex wieħed jaħseb illi qiegħed jinkiser xi impenn, jew fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenn, meta l-investigazzjoni li tkun wasslet għal dak l-impenn ma tkunx ġiet konkluża."
5.
Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Meta l-miżuri protettivi jkunu bla bżonn l-investigazzjoni jew il-proċedimenti għandhom jintemmu. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2)fl-Artikolu 25(1a). Il-president jista' jikseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 25(4b)."
[Em. 261]
6.
Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(a)
L-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:" 1. Meta l-fatti finalment stabbiliti juru l-eżistenza ta' sussidji kontrobilanċjabbli u ħsara kkawżata minnhom, u l-interess tal-Unjoni jsejjaħ għal intervent skont l-Artikolu 31, għandu jiġi impost dazju defenittiv ta' kontrobilanċ mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artiklu 25(2). Meta jkunu fis-seħħ dazji provviżorji, il-Kummissjoni għandha tibda din il-proċedura sa mhux iktar tard minn xahar qabel ma dawn id-dazji jiskadu."
(b)
It-tieni u t-tielet subparagrafi qed jitħassru.
7.
Fl-Artikolu 16(2), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Meta jkun applikat dazju provviżorju u l-fatti kif finalment stabbiliti juru l-eżistenza ta' sussidji ta' kontrobilanċ u ħsara, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, irrispettivament minn jekk id-dazju definittiv ta' kontrobilanċ għandux ikun impost, liema proporzjon tad-dazju provviżorju għandu jinġabar definittivament."
8.
Fl-Artikolu 20, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:" Reviżjoni bħal din għandha tinbeda wara li l-produtturi fl-Unjoni jkunu ngħataw l-opportunità li jagħtu l-kummenti tagħhom."
9.
Fl-Artikolu 21(4), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:" 4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tingħata l-applikazzjoni u sa liema punt, jew tista' tiddeċiedi fi kwalunkwe ħin li tibda reviżjoni interim, fejn l-informazzjoni u s-sejbiet minn din ir-reviżjoni, imwettqa skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal reviżjonijiet bħal dawn, għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit jekk tkunx iġġustifikata rifużjoni u sa liema punt."
10.
L-Artikolu 22 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:" Ir-reviżjonijiet imwettqa skont l-Artikoli 18 u 19 għandhom jitwettqu b'mod mgħaġġel u normalment jintemmu fi żmien 12-il xahar11-il xahar mid-data tal-bidu tar-reviżjoni. Fi kwalunkwe każ, reviżjonijiet skont l-Artikoli 18 u 19 għandhom jintemmu fi żmien 15-il xahar14-il xahar minn meta jinbdew. F'każijiet eċċezzjonali, wara li titqies il-kumplessità tal-investigazzjoni, Mhux aktar tard minn 32 gimgħa wara l-bidu tal-investigazzjoni skont l-Artikolu 11, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Istati Membri fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni. F'din il-konsultazzjoni l-Istati Membri għandhom jindikaw lill-Kummissjoni jekk qed jistennew kontroversja qawwija fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni skont l-Artikoli 14 u 15 għal azzjoni definittiva li aktarx tikkawża l-proċedura ta' appell imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Jekk hu l-każ, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn disa' xhurtmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, biex dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż, għal perjodu ta' sa mhux iktar minn 18-il xahar 15-il xahar. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din id-deċiżjoni pubblika."
[Em. 262]
(b)
Fil-paragrafu 1, jitħassar il-ħames subparagrafu;
(c)
Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Reviżjonijiet skont l-Artikoli 18, 19 u 20 għandhom jinbdew mill-Kummissjoni. Qabel jingħata bidu għall-proċedimenti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u tagħtihom l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom."
[Em. 263]
11.
L-Artikolu 23 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:" L-investigazzjonijiet għandhom jinbdew skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' Stat Membru jew ta' kwalunkwe parti interessata fuq il-bażi ta' evidenza suffiċjenti rigward il-fatturi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3. Il-bidu tal-investigazzjonijiet għandhom isiru permezz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jista' wkoll jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jagħmlu l-importazzjonijiet suġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 24(5) jew jitolbu garanziji."
(b)
Fil-paragrafu 4, it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:" Jekk il-fatti kif finalment aċċertati jiġġustifikaw l-estensjoni tal-miżuri, dan għandu jsir mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2)."
(c)
Fil-paragrafu 6, ir-raba' subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:" Dawn l-eżenzjonijiet jingħataw b'deċiżjoni tal-Kummissjoni u għandhom jibqgħu validi għall-perjodu u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fiha."
12.
L-Artikolu 24 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 4. Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri imposti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi b'deċiżjoni tal-Kummissjoni għal perjodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perjodu ieħor, li ma jkunx iżjed minn sena, mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2) fl-Artikolu 25(1a). [Em. 264] Il-miżuri jistgħu jiġu sospiżi biss meta l-kundizzjonijiet tas-suq jkunu nbidlu temporanjament sakemm ikun probabbli li l-ħsara ma terġax issir bħala riżultat tas-sospensjoni, u sakemm l-industrija tal-Unjoni tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta u dawn il-kummenti jkunu ġew ikkunsidrati. Il-miżuri jistgħu, fi kwalunkwe mument, jerġgħu jiddaħħlu jekk ir-raġuni għas-sospensjoni ma tkunx għadha applikabbli."
(b)
Fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: " ‘Il-Kummissjoni tista’ tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu sussegwentement jiġu applikati kontra dik l-importazzjoni mid-data ta' dik ir-reġistrazzjoni.‘"
13.
L-Artikolu 25 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 25 Proċedura ta' kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat ta' Kontra s-Sussidji. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 1a.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-kumitat konsultattiv għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahar wara d-data ta' riferiment. Emendi għandhom jiġu suġġeriti mill-inqas tlett ijiem qabel il-laqgħa tal-kumitat. [Em. 265] 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]Nru 182/2011. Il-kumitat ta' eżaminazzjoni għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahar wara d-data ta' riferiment. Emendi għandhom jiġu suġġeriti mill-inqas tlett ijiem qabel il-laqgħa tal-kumitat.[Em. 266] 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5]mal-Artikolu 4 tiegħu. [Em. 267] 4. B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 meta jsir rikors għall-proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm bla riżultat meta, fiż-żmien stipulat mill-presidenza, il-presidenza tiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definita fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 titlob hekk. 4a.Fil-każ li abbozz ta' att implimentattiv jiġi ppreżentat lill-kumitat ta' appell skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, huwa għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahar mid-data ta' riferiment. Emendi għandhom jiġu suġġeriti mill-inqas tlett ijiem qabel il-laqgħa tal-kumitat. [Em. 268] 4b.Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan."
[Em. 269]
14.
Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew l-uffiċjali ta' kwalunkwe wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur. Skambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew ta' kwalunkwe dokumenti interni preparati mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, ma għandhomx jiġu żvelati minbarra kif speċifikament stipulat f'dan ir-Regolament."
15.
L-Artikolu 30 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 4. Żvelar finali għandu jiġi mogħti bil-miktub. Dan għandu jsir, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali, kemm jista' jkun malajr u, normalment, mhux iktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 14 jew 15. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx fil-pożizzjoni li tiżvela xi fatti jew kunsiderazzjonijiet f'dak il-ħin, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr wara. L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista' tittieħed mill-Kummissjoni, imma meta deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr."
(b)
Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 5. Rappreżentazzjonijiet li jsiru wara li jingħata t-tagħrif finali għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk jaslu fi żmien perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'kull każ, li għandu jkun mill-inqas 10 ijiem, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-urġenza tal-kwistjoni. Jista' jiġi stabbilit perjodu iqsar kull darba li żvelar finali jkun diġà sar."
16.
L-Artikolu 31 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 4. Il-partijiet li aġġixxew f'konformità mal-paragrafu 2 jistgħu jipprovdu kummenti fuq l-applikazzjoni ta' kwalunkwe dazji provviżorji. Kummenti bħal dawn għandhom jaslu fi żmien 15-il jum mill-applikazzjoni ta' miżuri bħal dawn jekk għandu jingħata kas tagħhom u dawn, jew taqsiriet xierqa tagħhom, għandhom jiġu magħmula disponibbli għal partijiet oħra li għandhom ikunu intitolati li jirrispondu għal kummenti bħal dawn."
(b)
Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 5. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li tiġi ppreżentata kif suppost u kemm din tkun rappreżentattiva, u r-riżultati ta' din l-analiżi, flimkien ma' opinjoni fuq il-merti tagħha, għandhom jintbagħtu lill-Kumitat."
(c)
Fil-paragrafu 6, it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:" Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli sakemm ikun possibbli u bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti meħuda mill-Kummissjoni."
16a.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 33a Rapport 1.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' miżuri provviżorji u definittivi, l-impożizzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza minn qabel, it-tmiem ta' investigazzjonijiet mingħajr miżuri, reviżjonijiet u żjarat ta' verifika, u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-issodisfar tal-obbligi li jiġu minnhom. 2.Il-Parlament Ewropew jista‘, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu biex jippreżenta u jispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. 3.Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."
[Em. 270]
20.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet(57)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 260/2009, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 260/2009 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Il-Premessa 11 tinbidel b'dan li ġej:" Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall--adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja provviżorji u definittivi, u għall-impożizzjoni miżuri ta' solveljanza minn qabel, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*. *ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Em. 271]
-1a.
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:" (11a)Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-miżuri ta' sorveljanza u dawk provviżorji minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom f'rabta mal-adozzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja definittivi. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."
[Em. 272]
1.
L-Artikolu 3 għandu jitħassar.
2.
L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 4 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat dwar is-Salvagwardji, imsejjaħ il-Kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 1a.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 273] 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5]mal-Artikolu 4 tiegħu. [Em. 274] 3a.Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan. [Em. 275] 4. B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] meta jsir rikors għall-proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm bla riżultat meta, fiż-żmien stipulat mill-presidenza, il-presidenza tiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definita fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 titlob hekk."
3.
L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:" Meta jkun jidher lill-Kummissjoni li hemm evidenza suffiċjenti li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni mingħand Stat Membru u tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea."
(b)
Fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:" Il-Kummissjoni għandha tfittex kull tagħrif li jidhrilha li jkun meħtieġ u, meta tħoss li jkun xieraq għandha tagħmel ħilitha sabiex teżamina dan it-tagħrif mal-importaturi, il-kummerċjanti, l-aġenti, il-produtturi, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet kummerċjali."
(c)
Il-paragrafu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 7. Meta jidher lill-Kummissjoni li ma hemmx biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-investigazzjoni, hija għandha tinforma lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni mill-Istati Membri."
4.
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Meta l-Kummissjoni tqis, fi żmien disa' xhur mill-bidu tal-investigazzjoni, li ma hemm bżonn tal-ebda miżuri ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja tal-Unjoni, l-investigazzjoni għandha tintemm fi żmien xahar."
5.
Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. La l-Kummissjoni, la l-Istati Membri u lanqas l-uffiċjali ta' kwalunkwe wieħed minnhom ma għandhom jiżvelaw l-ebda tagħrif ta' natura kunfidenzjali li jkunu rċevew skont dan ir-Regolament, u l-ebda tagħrif li jkun ingħata fuq bażi kunfidenzjali mingħajr il-permess speċifiku ta' min ikun forna dan it-tagħrif."
6.
Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Id-deċiżjoni li tiġi imposta sorveljanza għandha tittieħed mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura stabbilita f'Artikolu 16(6)konsultattiva msemmija fl-Artikolu 4(1a)."
[Em. 276]
7.
L-Artikolu 13 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 13 Meta l-importazzjoni ta' prodott ma tkunx saret bil-kundizzjoni ta'sorveljanza minn qabel tal-Unjoni mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 18, tista' tintroduċi sorveljanza ristretta għall-importazzjonijiet f'reġjun tal-Unjoni jew iktar."
8.
Fl-Artikolu 16, il-paragrafi 6 u 7 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:" 6. Meta l-intervent mill-Kummissjoni jkun mitlub minn xi Stat Membru, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2) fl-Artikolu 4(3) għandha tieħu deċiżjoni f'massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol mill-wasla ta' din it-talba. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 4(3)."
[Em. 277]
9.
L-Artikolu 17 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 17 Meta l-interessi tal-Unjoni jkunu jeħtieġu, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(2) u t-termini tal-Kapitolu III, tista tadotta l-miżuri xierqa sabiex prodott ma jitħalliex jiġi importat ġewwa l-Unjoni fi kwantitajiet miżjuda tant bil-qawwi u/jew skont dawk it-termini jew kundizzjonijiet li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni tal-istess prodotti jew ta' prodotti f'kompetizzjoni diretta magħhom. Għandu japplika l-Artikolu16(2) sa (5)."
10.
Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Meta l-Kummissjoni tqis li kwalunkwe miżura ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja msemmija fl-Artikoli 11, 13, 16, 17 u 18 għandha tiġu revokata jew emendata, hija għandha, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(2), tirrevoka jew temenda l-miżura."
11.
L-Artikolu 23 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 23 Meta jkun hemm bżonn għall-interessi tal-Unjoni, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(2), jista' jadotta l-miżuri xierqa li jinplimentaw atti leġiżlattivi, li ma għandhomx jimplikaw bidliet sostantivi, sabiex id-drittijiet u d-dmirijiet tal-Unjoni jew tal-Istati Membri kollha tagħha, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-kummerċ f'merkanzija, ikunu jistgħu jiġu eżerċitati u mwettqa fil-livell internazzjonali."
[Em. 278]
11a.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 23a 1.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' miżuri provviżorji u definittivi, miżuri ta' sorveljanza minn qabel, miżuri ta' sorveljanza reġjonali u ta' salvagwardja, it-tmiem ta' investigazzjonijiet mingħajr miżuri, u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-issodisfar tal-obbligi li jiġu minnhom. 2.Il-Parlament Ewropew jista‘, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu biex jippreżenta u jispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni ta'dan ir-Regolament. 3.Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."
[Em. 279]
21.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi(58)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 625/2009, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 625/2009 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Il-Premessa 10 tinbidel b'dan li ġej:" (10)Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja provviżorji u definittivi, u għall-impożizzjoni miżuri ta' solveljanza minn qabel, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*. *ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Em. 280]
-1a.
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:" (10a)Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-miżuri ta' sorveljanza u dawk provviżorji minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom f'rabta mal-adozzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja definittivi. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."
[Em. 281]
1.
L-Artikolu 3 għandu jitħassar.
2.
L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 4 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għas-Salvagwardji stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas- 26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet*. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 1a.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 282] 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5]mal-Artikolu 4 tiegħu. [Em. 283] 3a.Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan. [Em. 284] 4. B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 meta jsir rikors għall-proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm bla riżultat meta, fiż-żmien stipulat mill-presidenza, il-presidenza tiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definita fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 titlob hekk. * ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1."
3.
L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:" Meta jkun jidher lill-Kummissjoni li hemm evidenza suffiċjenti li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni mingħand Stat Membru u tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea."
(b)
Fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:" Il-Kummissjoni għandha tfittex kull tagħrif li jidhrilha li jkun meħtieġ u, meta tħoss li jkun xieraq għandha tagħmel ħilitha sabiex teżamina dan it-tagħrif mal-importaturi, il-kummerċjanti, l-aġenti, il-produtturi, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet kummerċjali."
(c)
Il-paragrafu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 6. Meta jidher lill-Kummissjoni li ma hemmx biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-investigazzjoni, hija għandha tinforma lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni mill-Istati Membri."
4.
Fl-Artikolu 6(2) l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:" Meta fi żmien disa' xhur mill-bidu tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tqis li ma hemm bżonn tal-ebda miżuri ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja tal-Unjoni, l-investigazzjoni għandha tintemm."
5.
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-uffiċjali minn kull wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni ta' natura kunfidenzjali li tkun waslitilhom b'konformità ma' dan ir-Regolament, u l-ebda informazzjoni pprovduta fuq bażi kunfidenzjali, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur ta' informazzjoni bħal din."
5a.
Fl-Artikolu 9, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:" 1a.Id-deċiżjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 4(1a)."
[Em. 285]
5b.
Fl-Artikolu 11, it-tieni inċiż jinbidel b'dan li ġej:"
toħroġ dak id-dokument soġġett għal ċerti kondizzjonijiet u, bħala miżura eċċezzjonali, soġġett għall-inseriment ta' klawsola ta' revoka
"
[Em. 286]
6.
L-Artikolu 12 għandu jinbidel b'dan li ġej:" ‘Artikolu 12 Meta l-importazzjoni ta' prodott ma tkunx saret bil-kundizzjoni ta' sorveljanza minn qabel tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tintroduċi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 4(1a) u b'konformità mal-Artikolu 17, sorveljanza ristretta għall-importazzjonijiet f'reġjun tal-Unjoni jew iktar."
[Em. 287]
7.
L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Il-miżuri adottati għandhom ikunu kkomunikati minnufih lill-Istati Membri, u għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament."
(b)
Il-paragrafi 4, 5 u 6 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:" 4. Meta l-intervent mill-Kummissjoni jkun mitlub minn xi Stat Membru, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2)fl-Artikolu 4(3)għandha tieħu deċiżjoni f'massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol mill-wasla ta' din it-talba. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 4(3)."
[Em. 288]
8.
Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 1. Il-Kummissjoni tista‘, b'mod partikolari fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) tadotta l-miżuri ta’ salvagwardja xierqa filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(2)."
[Em. 289]
8a.
Fl-Artikolu 18(1),il-parti tal-bidu, tinbidel b'dan li ġej:" 1.Waqt li kwalunkwe miżura ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja applikata skont il-Kapitoli IV u V tkun qed tiġi mħaddma, għandhom isiru konsultazzjonijiet fil-Kumitat kif ipprovdut fl-Artikolu 4(1), jew fuq talba ta' xi Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. L-għan ta' dawn il-konsultazzjonijiet għandu jkun:"
[Em. 290]
9.
Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Meta l-Kummissjoni tikkonsidra li kwalunkwe miżura ta' sorveljanza jew salvagwardja msemmija fil-Kapitoli IV u V għandhom jitħassru jew jiġu emendati, hi għandha tħassar jew temenda l-miżuri."
9a.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 19a 1.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' miżuri provviżorji u definittivi, miżuri ta' sorveljanza minn qabel, miżuri ta' sorveljanza reġjonali u ta' salvagwardja, u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament u l-issodisfar tal-obbligi li jiġu minnhom. 2.Il-Parlament Ewropew jista‘, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu biex jippreżenta u jispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni tar-Regolament. 3.Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."
[Em. 291]
22.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1061/2009 tad-19 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjoni(59)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1061/2009, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1061/2009 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:" (11a)Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri protettivi għall-prevenzjoni ta' sitwazzjoni kritika li tirriżulta minħabba nuqqas ta' prodotti essenzjali, jew biex tiġi rimedjata tali sitwazzjoni, u biex l-esportazzjoni ta' prodott issir soġġetta għall-produzzjoni ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*. *ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."
[Em. 292]
1.
L-Artikolu 3 għandu jitħassar.
2.
L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 4 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat dwar ir-regoli komuni għall-esportazzjonijiet. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011]. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu. 3a.Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan."
[Em. 293]
3.
L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 1. Sabiex tkun evitata sitwazzjoni kritika li toriġina minħabba nuqqas ta' prodotti essenzjali, jew sabiex tkun rimedjata sitwazzjoni ta' dan it-tip, u meta l-interessi tal-Unjoni jitolbu intervent immedjat, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, u filwaqt li tqis in-natura tal-prodotti u l-karatteristiċi partikolari l-oħra tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati, tista' tissoġġetta l-esportazzjoni ta' prodott għall-produzzjoni ta' awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni, li l-għoti tagħha għandu jkun regolat minn dispożizzjonijiet ta' dan it-tip u fil-limiti li l-Kummissjoni tfassal skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 4(3)."
(aa)
Il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:" 2.Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom ikunu notifikati bil-miżuri meħuda; tali miżuri għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament."
[Em. 294]
(b)
Fil-paragrafu 4, it-tieni sentenza għandha titħassar;
(c)
Il-paragrafi 5 u 6 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:
“5. Meta l-Kummissjoni tkun aġixxiet skont il-paragrafu 1, hija għandha, sa mhux aktar tard minn 12-il jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri li tkun ħadet, tiddeċiedi tadottax il-miżuri xierqa kif stipulat fl-Artikolu 7. Jekk, wara 6 ġimgħat mid-dħul fis-seħħ tal-miżura, ma jkunu ġew adottati l-ebda miżuri, il-miżura kkonċernata għandha titqies li tkun tħassret.“
4.
Fl-Artikolu 7(1), il-kliem introduttorju għandu jinbidel b'dan li ġej:" Meta l-interessi tal-Unjoni jkunu jitolbu dan, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(2), tista' tadotta l-miżuri xierqa:"
5.
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Meta l-Kummissjoni tqis li kwalunkwe miżura msemmija fl-Artikolu 6 jew 7 għandha tiġi revokata jew emendata, hija għandha taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2)."
5a.
Fl-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:" Fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness I, saż-żmien meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw miżuri xierqa skont l-impenji internazzjonali li jidħlu fihom l-Unjoni jew l-Istati Membri kollha tagħha, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jimplimentaw, mingħajr preġudizzju għar-regoli adottati mill-Unjoni f'dan is-settur, is-sistema ta' tqassim ta' emerġenza li tintroduċi obbligazzjoni ta' allokazzjoni lejn il-pajjiżi terzi previsti fl-impenji internazzjonali li jidħlu fihom qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament."
[Em. 295]
5b.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 9a 1.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' miżuri provviżorji u definittivi, u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament u l-issodisfar tal-obbligi li jiġu minnhom. 2.Il-Parlament Ewropew jista‘, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu biex jippreżenta u jispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. 3.Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."
[Em. 296]
23.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu(60)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1215/2009, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri(61).
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 jiġi emendat b'dan li ġej:
1.
L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)Fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu għandu jitħassar;
(b)Għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:"
3.F'każ ta' nonkonformità fir-rigward tal-paragrafi 1 jew 2, il-benefiċċji ta' dan ir-Regolament għall-pajjiż jista' jiġi sospiż kollu kemm hu jew parti minnu, b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2).
"
2.
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:" Artikolu 8a Il-Kumitat 1.Għall-finijiet tal-Artikoli 2 u 10, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta' Implimentazzjoni tal-Balkani tal-Punent. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011]. 2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."
3.
L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)Il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1)Il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
(a)
informat lill-Kumitat ta' Implimentazzjoni tal-Balkani tal-Punent;
"
(2)It-tieni subparagrafu li ġej għandu jiżdied:"
Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2).
"
(b)Il-paragrafu 2 għandu jitħassar;
(c)Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
'Mal-għeluq tal-perjodu ta' sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jew li ttemm il-miżura ta' sospensjoni provviżorja jew li testendi l-miżura ta' sospensjoni skont il-paragrafu 1.‘
"
[Em. 297]
24.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea(62)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 jiġi emendat b'dan li ġej:
-1.
Il-Premessa 15 tinbidel b'dan li ġej:" (15)Huwa meħtieġ li jiġi previst li t-tmiem tal-każijiet għandu, irrispettivament minn jekk il-miżuri definittivi jiġux adottati jew le, normalment iseħħ fi żmien 12-il xahar, u f'ebda każ iktar tard minn 14-il xahar, mill-bidu tal-investigazzjoni. Jekk l-Istati Membri jindikaw biss lill-Kummissjoni li jkunu qed jistennew kontroversja qawwija fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni bil-bżonn li jitressaq abbozz ta' att ta' implimentazzjoni lill-kumitat ta' appell skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*, il-Kummissjoni tkun għandha tkun tista' tiddeċiedi li tipproroga l-limitu ta' żmien għal perjodu sa, iżda fl-ebda każ, mhux itwal minn 15-il xahar. L-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti għandhom jiġu mitmuma fejn dumping ikun de minimis jew il-ħsara tkun negliġibbli, u huwa xieraq li dawk it-termini jiġu ddefiniti. Meta l-miżuri għandhom jiġu imposti, huwa meħtieġ li jiġi previst it-tmiem tal-investigazzjonijiet u li jiġi stabbilit li l-miżuri għandhom ikunu inqas mill-marġini ta' dumping jekk ammont inqas bħal dan ineħħi l-ħsara, kif ukoll biex jiġi speċifikat il-metodu ta' kalkolu tal-livelli tal-miżuri fil-każ ta' teħid ta' kampjuni. *ĠU L 55,28.2.2011,p. 13."
[Em. 298]
-1a.
Titħassar il-Premessa 27. [Em. 299]
-1b.
Il-Premessa 28 tinbidel b'dan li ġej:" (28)Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni tal-miżuri provviżorji u l-obbligi definittivi, u għat-tmiem ta' investigazzjoni mingħajr miżuri, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011."
[Em. 300]
-1c.
Tiddaħħal il-premessa li ġejja:" (28a)I l-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-estensjoni tas-sospensjoni ta' miżuri, it-tmiem ta' investigazzjonijiet, u għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."
[Em. 301]
1.
Fl-Artikolu 2(7), l-aħħar subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:" Il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk il-produttur jissodisfax il-kriterji msemmija hawn fuq fi żmien sitt xhurperjodu standard ta' tliet xhur mill-bidu tal-investigazzjoni wara li l-industrija tal-Unjoni tkun ingħatat l-opportunità li tikkommenta. Din id-deċiżjoni għandha tibqa' fis-seħħ tul l-investigazzjoni kollha. għal tal-anqas xahar."
[Em. 302]
1a.
Fl-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:" L-ilment jista' jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni, jew lil Stat Membru, li għandu jgħaddih lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja lill-Istati Membri ta' kwalunkwe ilment li tirċievi. L-ilment għandu jkun meqjus bħala li sar fl-ewwel jum tax-xogħol wara li jkun twassal lill-Kummissjoni b'posta rreġistrata jew bil-ħruġ ta' nota tal-wasla tiegħu mill-Kummissjoni. Qabel jingħata bidu għall-proċedimenti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u tagħtihom l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom."
[Em. 303]
2.
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 9 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 9. Meta jkun jidher li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta' proċediment, il-Kummissjoni għandha tagħmel dan fi żmien 45 jum mit-tressiq tal-ilment u għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta ma tkunx ġiet ippreżentata biżżejjed evidenza, min jagħmel l-ilment għandu jkun infurmat dwar dan fi żmien 45 jum minn dakinhar li jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni."
3.
Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 9 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 9. Għall-proċedimenti mibdija skont l-Artikolu 5(9), investigazzjoni għandha, kull fejn possibbli, tiġi konkluża fi żmien sena. Fi kwalunkwe każ, investigazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu konklużi fi żmien 15-il xahar14-il xahar mill-bidu, b'konformità mas-sejbiet li saru skont l-Artikolu 8 għall-impenji jew is-sejbiet li saru skont l-Artikolu 9 għal azzjoni definittiva. F'każijiet eċċezzjonali, wara li titqies il-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, biex dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż, għal perjodu ta' sa mhux iktar minn 18-il xahar."
[Em. 304]
3a.
Fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu li ġej:" 9a.Mhux aktar tard minn 32 ġimgħa wara l-bidu tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Istati Membri fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni. L-Istati Membri, f'din il-konsultazzjoni, għandhom jindikaw lill-Kummissjoni jekk ikunux qed jistennew kontroversja qawwija fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni skont l-Artikoli 9 għal azzjoni definittiva li aktarx tikkawża l-proċedura ta' appell imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Jekk dan ikun il-każ, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, li tipproroga l-limitu taż-żmien tal-Artikolu 6(9), għal perjodu ta', iżda fi kwalunkwe każ sa mhux iktar minn, 15-il xahar. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din id-deċiżjoni pubblika."
[Em. 305]
4.
L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 1. Dazji provviżorji jistgħu jiġu imposti jekk ikunu nbdew proċedimenti skont l-Artikolu 5, jekk tkun ingħatat notifika b'dak l-effett u l-partijiet interessati jkunu ngħataw opportunità adegwata biex jissottomettu informazzjoni u jagħmlu kummenti skont l-Artikolu 5(10), jekk tkun saret determinazzjoni affermattiva provviżorja ta' dumping u ħsara konsegwenti lill-industrija tal-Unjoni, u jekk l-interess tal-Unjoni jirrikjedi intervent biex tiġi pprevenuta ħsara bħal din. Id-dazji provviżorji għandhom jiġu imposti mhux qabel 60 jum, u mhux iktar tard minn disa' xhur tmien xhur, mill-bidu tal-proċedimenti. F'każijiet eċċezzjonali, minħabba l-kumplessità tal-investigazzjoni,F'każ li l-Istati Membri jindikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6(10) li qed jistennew kontroversja qawwija fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 9 għal azzjoni definittiva li aktarx tikkawża l-proċedura ta' appell imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, mhux iktar minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, li dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż għal perjodu ta' sa 12-il xahardisa' xhur li madankollu ma jista' qatt ikun itwal minn hekk."
[Em. 306]
(b)
Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 4. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3). "
(c)
Il-paragrafu 6 għandu jitħassar.
5.
L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 1. Bil-kundizzjoni li jkun ġie determinat provviżorjament b'mod affermattiv dumping u ħsara, il-Kummissjoni tista' taċċetta offerti ta' impenji volontarji sodisfaċenti mressqa minn kwalunkwe esportatur biex jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew biex iwaqqaf l-esportazzjonijiet li jkunu suġġett ta' dumping, jekk tkun sodisfatta li b'hekk jiġi eliminat l-effett ta' ħsara mid-dumping. F'każ bħal dan u sakemm ikunu fis-seħħ dawk l-impenji, id-dażji provviżorji imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1) jew id-dazji definittivi imposti skont l-Artikolu 9(4) kif ikun il-każ ma għandhomx japplikaw għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott ikkonċernat manifatturat mill-kumpanniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenji, kif emendata sussegwentement. Iż-żidiet fil-prezzijiet b'dawn l-impenji ma għandhomx ikunu ogħla milli jkun neċessarju biex jiġi eliminat il-marġni tad-dumping u għandhom ikunu inqas mill-marġni ta' dumping jekk dawk iż-żidiet ikunu adegwati għat-tneħħija tal-ħsara lill-industrija tal-Unjoni."
(b)
Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 5. Meta l-impenji jkunu aċċettati l-investigazzjoni għandha tintemm. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-president jista' jikseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 15(4)."
[Em. 307]
(c)
Fil-paragrafu 9, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:" 9. Fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenji minn kwalunkwe parti f'dak l-impenn, jew fil-każ ta' rtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, l-aċċettazzjoni tal-impenn tista' tiġi rtirata b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni jew Regolament tal-Kummissjoni, kif ikun xieraq, u d-dazju provviżorju li jkun ġie impost mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 jew id-dazju definittiv li jkun ġie impost skont l-Artikolu 9(4) għandu japplika awtomatikament, sakemm l-esportatur ikkonċernat ikun ingħata, ħlief fejn ikun irtira l-impenn hu stess, l-opportunità biex jikkummenta."
(d)
Il-paragrafu 10 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 10. Jista' jiġi impost dazju skont l-Artikolu 7 fuq il-bażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli, meta jkun hemm raġuni biex wieħed jaħseb illi qiegħed jinkiser xi impenn, jew fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenn, meta l-investigazzjoni li tkun wasslet għal dak l-impenn ma tkunx ġiet konkluża."
6.
L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Meta l-miżuri protettivi jkunu bla bżonn l-investigazzjoni jew il-proċediment għandu jintemm. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).‘; Il-president jista’ jikseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 15(4). "
[Em. 308]
(b)
Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 4. Meta l-fatti kif finalment stabbiliti juru li hemm dumping u ħsara kkawżata minnu, u l-interess tal-Unjoni għal intervent skont l-Artikolu 21, għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artiklu 15(2). Meta jkunu fis-seħħ dazji provviżorji, il-Kummissjoni għandha tibda din il-proċedura sa mhux iktar tard minn xahar qabel ma dawn id-dazji jiskadu. L-ammont tad-dazju anti-dumping ma għandux ikun ogħla mill-marġni tad-dumping stabbilit iżda għandu jkun inqas mill-marġni jekk dan id-dazju inqas ikun adegwat biex titneħħa l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni."
7.
Fl-Artikolu 10(2), l-ewwel sentenza għandha tiġi ssotitwita b'dan li ġej:" 2. Fejn dazju provviżorju jkun ġie applikat u l-fatti kif finalment stabbiliti juru li hemm dumping u ħsara, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, irrispettivament minn jekk għandux jiġi impost dazju anti-dumping definittiv, liema proporzjon tad-dazju provviżorju għandu jiġi miġbur b'mod definittiv."
8.
L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Fl-Artikolu 4, l-ewwel sentenza tat-tielet subparagrafu għandha tinbidel b'li ġej:" Reviżjoni għal esportatur ġdid għandha tinbeda u titwettaq fuq bażi mgħaġġla wara li l-produtturi tal-Unjoni jkunu ngħataw l-opportunità li jikkummentaw."
(b)
Fil-paragrafu 5, l-ewwel u t-tieni subparagrafi jinbidlu b'dan li ġej:" Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament fejn għandhom x'jaqsmu l-proċeduri u t-twettiq tal-investigazzjonijiet, bl-esklużjoni ta' dawk li għandhom x'jaqsmu mal-limiti ta' żmien, għandhom japplikaw għal kwalunkwe reviżjoni mwettqa skont il-paragrafi 2, 3 u 4. Ir-reviżjonijiet li jitwettqu skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom jitwettqu malajr u normalment għandhom jintemmu fi żmien 12-il xahar mill-bidu tar-reviżjoni. Fi kwalunkwe każ, reviżjonijiet skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom jintemmu fi żmien 15-il xahar14-il xahar minn meta jinbdew. F'każijiet eċċezzjonali, wara li titqies il-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, biex dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż, għal perjodu ta' sa mhux iktar minn 18-il xahar. Mhux aktar tard minn 32 ġimgħa wara l-bidu tal-investigazzjoni skont l-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Istati Membri fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni. L-Istati Membri, f'din il-konsultazzjoni, għandhom jindikaw lill-Kummissjoni jekk ikunux qed jistennew kontroversja qawwija fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni skont l-Artikoli 9 ta' dan ir-Regolament għal azzjoni definittiva li aktarx tikkawża l-proċedura ta' appell imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Jekk dan ikun il-każ, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, biex dan il-limitu taż-żmien jiġi prorogat, għal perjodu ta' sa mhux iktar minn 15-il xahar. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din id-deċiżjoni pubblika. Reviżjonijiet skont il-paragrafu 4 għandhom f'kull każ jintemmu fi żmien disa' xhur mid-data ta' meta jinbdew. Jekk tinbeda reviżjoni skont il-paragrafu 2 waqt li tkun għaddejja reviżjoni skont il-paragrafu 3 fl-istess proċediment, ir-reviżjoni skont il-paragrafu 3 għandha tintemm fl-istess ħin mar-reviżjoni skont il-paragrafu 2."
[Em. 309]
(c)
Il-paragrafu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 6. Reviżjonijiet skont dan l-Artikolu għandhom jinbdew mill-Kummissjoni. Qabel jingħata bidu għall-proċedimenti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u tagħtihom l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom. Meta r-reviżjonijiet jitolbu dan, il-miżuri għandhom jiġu revokati jew jinżammu skont il-paragrafu 2, jew revokati, miżmuma jew emendati skont il-paragrafi 3 u 4. Meta l-miżuri jkunu revokati għal esportaturi individwali, iżda mhux għall-pajjiż kollu kemm hu, esportaturi bħal dawn għandhom jibqgħu suġġetti għall-proċediment u jistgħu, awtomatikament, jiġu investigati mill-ġdid fi kwalunkwe reviżjoni sussegwenti mwettqa għal dak il-pajjiż skont dan l-Artikolu."
[Em. 310]
(d)
Fil-paragrafu 8, l-ewwel sentenza tar-raba' subparagrafu għandu jinbidel b'li ġej:" Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tingħata l-applikazzjoni u sa liema punt, jew tista' tiddeċiedi fi kwalunkwe ħin li tibda reviżjoni interim, fejn l-informazzjoni u s-sejbiet minn din ir-reviżjoni, imwettqa skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal reviżjonijiet bħal dawn, għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit jekk tkunx iġġustifikata rifużjoni u sa liema punt."
9.
L-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:" Meta l-industrija tal-Unjoni jew kwalunkwe parti interessata oħra tibgħat, normalment fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-miżuri, informazzjoni biżżejjed li turi li, wara l-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali u qabel jew wara l-impożizzjoni ta' miżuri, il-prezzijiet ta' esportazzjoni naqsu jew li ma kien hemm l-ebda moviment jew moviment insuffiċjenti fil-prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid jew prezzijiet ta' bejgħ sussegwenti tal-prodott importat fl-Unjoni, l-investigazzjoni tista' terġa' tinfetaħ biex jiġi eżaminat jekk il-miżura ħallitx effetti fuq il-prezzijiet imsemmija hawn fuq."
(b)
Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 3. Meta investigazzjoni mill-ġdid skont dan l-Artikolu turi li d-dumping ikun żdied, il-miżuri fis-seħħ jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2), skont is-sejbiet il-ġodda dwar il-prezzijiet ta' esportazzjoni. L-ammont ta' dazju anti-dumping impost bis-saħħa ta' dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont tad-dazju impost inizjalment."
(c)
Fil-paragrafu 4, l-ewwel u t-tieni subparagrafi jinbidlu b'dan li ġej:" Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 5 u 6 għandhom japplikaw għal kull investigazzjoni mill-ġdid li titwettaq bis-saħħa ta' dan l-Artikolu, ħlief li dik l-investigazzjoni mill-ġdid titwettaq malajr u normalment tintemm fi żmien disa' xhursitt xhur mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni mill-ġdid. Fi kwalunkwe każ, dawn l-investigazzjonijiet mill-ġdid għandhom fil-każijiet kollha jintemmu fi żmien senagħaxar xhur mill-bidu tal-investigazzjoni mill-ġdid."
[Em. 311]
10.
L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 3. L-investigazzjonijiet għandhom jinbdew skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' Stat Membru jew ta' kwalunkwe parti interessata fuq il-bażi ta' evidenza suffiċjenti rigward il-fatturi stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-bidu tal-investigazzjonijiet għandhom isiru permezz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jista' wkoll jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jagħmlu l-importazzjonijiet suġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) jew jitolbu garanziji. L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni, li tista' tkun megħjuna mill-awtoritajiet doganali u għandhom jintemmu fi żmien disa' xhur. Jekk il-fatti kif finalment aċċertati jiġġustifikaw l-estensjoni tal-miżuri, dan għandu jsir mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). L-estensjoni tibda' sseħħ mid-data li fiha ġiet imposta r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) jew li fiha ġew mitluba l-garanziji. Id-dispożizzjonijiet proċedurali rilevanti ta' dan ir-Regolament rigward il-bidu u t-tmexxija ta' investigazzjonijiet għandhom japplikaw skont dan l-Artikolu."
(b)
Fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:" Dawn l-eżenzjonijiet għandhom jingħataw b'deċiżjoni tal-Kummissjoni u għandhom jibqgħu validi għall-perjodu u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fiha."
11.
L-Artikolu 14 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 4. Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri imposti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi b'deċiżjoni tal-Kummissjoni għal perjodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perjodu ieħor, li ma jkunx iżjed minn sena, mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2)fl-Artikolu 15(1a). Il-miżuri jistgħu jiġu sospiżi biss meta l-kundizzjonijiet tas-suq jkunu nbidlu temporanjament sakemm ikun probabbli li l-ħsara ma terġax issir bħala riżultat tas-sospensjoni, u sakemm l-industrija tal-Unjoni tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta u dawn il-kummenti jkunu ġew ikkunsidrati. Il-miżuri jistgħu, fi kwalunkwe mument, jerġgħu jiddaħħlu jekk ir-raġuni għas-sospensjoni ma tkunx għadha applikabbli."
[Em. 312]
(b)
Fil-paragrafu 5, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej" ‘5. Il-Kummissjoni tista' tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu sussegwentement jiġu applikati kontra dik l-importazzjoni mid-data ta' dik ir-reġistrazzjoni.‘"
12.
L-Artikolu 15 għandu jinbidel b'dan li ġej:" Artikolu 15 Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Anti-Dumping. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 1a.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-kumitat konsultattiv għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahar wara d-data ta' riferiment. Emendi għandhom jiġu suġġeriti mill-inqas tlett ijiem qabel il-laqgħa tal-kumitat. [Em. 313] 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]Nru 182/2011. Il-kumitat ta' eżaminazzjoni għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahar wara d-data ta' riferiment. Emendi għandhom jiġu suġġeriti mill-inqas tlett ijiem qabel il-laqgħa tal-kumitat. [Em. 314] 3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] mal-Artikolu 4 tiegħu. [Em. 315] 4. B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 meta jsir rikors għall-proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm bla riżultat meta, fiż-żmien stipulat mill-presidenza, il-presidenza tiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definita fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 titlob hekk. 4a.Fil-każ li abbozz ta' att implimentattiv jiġi ppreżentat lill-kumitat ta' appell skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, huwa għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahar mid-data ta' riferiment. Emendi għandhom jiġu suġġeriti mill-inqas tlett ijiem qabel il-laqgħa tal-kumitat. [Em. 316] 4b.Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan."
[Em. 317]
13.
Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew l-uffiċjali ta' kwalunkwe wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur. Skambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew ta' kwalunkwe dokumenti interni preparati mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, ma għandhomx jiġu żvelati minbarra kif speċifikament stipulat f'dan ir-Regolament."
14.
L-Artikolu 20 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 4. Żvelar finali għandu jiġi mogħti bil-miktub. Dan għandu jsir, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali, kemm jista' jkun malajr u, normalment, mhux iktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx fil-pożizzjoni li tiżvela xi fatti jew kunsiderazzjonijiet f'dak il-ħin, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr wara. L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista' tittieħed mill-Kummissjoni, imma meta deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr."
(b)
Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 5. Rappreżentazzjonijiet li jsiru wara li jingħata t-tagħrif finali għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk jaslu fi żmien perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'kull każ, li għandu jkun mill-inqas 10 ijiem, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-urġenza tal-kwistjoni. Jista' jiġi stabbilit perjodu iqsar kull darba li żvelar finali jkun diġà sar."
15.
L-Artikolu 21 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 4. Il-partijiet li aġġixxew f'konformità mal-paragrafu 2 jistgħu jipprovdu kummenti fuq l-applikazzjoni ta' kwalunkwe dazji provviżorji. Kummenti bħal dawn għandhom jaslu fi żmien 15-il jum mill-applikazzjoni ta' miżuri bħal dawn jekk għandu jingħata kas tagħhom u dawn, jew taqsiriet xierqa tagħhom, għandhom jiġu magħmula disponibbli lill-partijiet l-oħra li għandhom ikunu intitolati li jirrispondu għal kummenti bħal dawn."
(b)
Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 5. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li tiġi ppreżentata kif suppost u kemm din tkun rappreżentattiva, u r-riżultati ta' din l-analiżi, flimkien ma' opinjoni fuq il-merti tagħha, għandhom jintbagħtu lill-Kumitat."
(c)
Fil-paragrafu 6, it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:" Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli sakemm ikun possibbli u bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti meħuda mill-Kummissjoni."
15a.
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:" Artikolu 22a Rapport 1.Il-Kummissjoni, b'rispett dovut għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 19, għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' miżuri provviżorji u definittivi, it-tmiem ta' investigazzjonijiet mingħajr miżuri, investigazzjonijiet mill-ġdid, reviżjonijiet u żjarat ta' verifika, u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament u l-issodisfar tal-obbligi li jiġu minnhom. 2.Il-Parlament Ewropew jista‘, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu biex jippreżenta u jispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. 3.Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."
Linji gwida ġenerali għall-baġit 2013 - Taqsima III - Il-Kummissjoni
319k
78k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar l-istrateġija politika annwali tal-Kummissjoni għall-proċedura baġitarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni (2012/2000(BUD))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 313 u 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (IIA),
– wara li kkunsidra l-ipprogrammar finanzjarju aġġornat għall-2007-2013 tal-Kummissjoni, imressaq skont il-Punt 46 tal-imsemmi IIA tas-17 ta' Mejju 2006,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012(2),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 dwar il-linji gwida tal-baġit għall-2013,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0040/2012),
Ir-rwol tal-baġit tal-UE fl-indirizzar tal-kriżi ekonomika u finanzjarja
1. Jirrikonoxxi l-isforzi ta' konsolidazzjoni fiskali meħuda minn bosta Stati Membri minħabba l-kriżi finanzjarja u baġitarja; jenfasizza, madankollu, il-fatt li l-UE qatt mhu se tkun tista' tirreaġixxi b'mod xieraq għall-kriżi ekonomika u soċjali preżenti jew tevita kriżijiet futuri mingħajr integrazzjoni politika addizzjonali, mingħajr strumenti komuni, bħal sanzjonijiet awtomatiċi u d-dritt tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni legali fi proċedura ta' defiċit, iżda wkoll programmi komuni ffinanzjati mill-UE, u r-riżorsi biex jitħaddmu; jinsisti, li l-irkupru ekonomiku jeħtieġ miżuri li jsaħħu s-solidarjetà u jagħtu spinta lit-tkabbir sostenibbli u lill-impjiegi; jilqa' l-fatt li l-Kunsill Ewropew jirrikonoxxi dan fid-dikjarazzjoni tiegħu tat-30 ta' Jannar 2012, u l-Konklużjonijiet tiegħu wara s-Samit tal-1-2 ta' Marzu 2012, iżda jinsisti dwar il-ħtieġa li jittieħdu miżuri konkreti, l-aktar billi l-baġit tal-UE jintuża bħala strument komuni; jenfasizza l-fatt li l-prijoritajiet identifikati fid-dikjarazzjonijiet imsemmijahawn fuq huma dawk li ddefenda l-Parlament fil-proċedura baġitarja ta' qabel;
2. Għadu mħasseb dwar il-kriżi globali li qatt ma dehret bħalha li kkawżat dannu serju għat-tkabbir finanzjarju u għall-istabilità finanzjarja u wasslet għal deterjorament qawwi fid-defiċit tal-gvern u fis-sitwazzjoni tad-dejn tal-Istati Membri; jifhem it-tħassib tal-Kunsill rigward il-limiti ekonomiċi u baġitarji fil-livell nazzjonali u jinsisti li l-2013 se tkun sena fundamentali għall-irkupru ekonomiku;
3. Ifakkar li l-baġit tal-Unjoni Ewropea huwa wieħed mill-aktar strumenti importanti fejn tintwera solidarjetà fost l-Istati Membri u bejn il-ġenerazzjonijiet, u li jipprovdi valur miżjud ċar, meta jitqies l-impatt straordinarju tiegħu fuq l-ekonomija reali u l-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej; ifakkar li kieku l-politiki tal-Unjoni kellhom jiġu finanzjati biss mill-Istati Membri, l-ispejjeż tagħhom kienu jisplodu u li, meqjus f'dan id-dawl u jekk użat b'mod sinerġetiku, il-baġit tal-Ewropa jirrappreżenta intrinsikament iffrankar komuni ċar għall-benessri ta' kulħadd; huwa tal-fehma li l-miżuri ta' awsterità adottati fil-livell nazzjonali m'għandhomx iwasslu għal tnaqqis ekwivalenti fil-livell tal-UE, peress li euro wieħed li jintefaq f'dan il-livell jista' jwassal għal iffrankar fis-27 Stat Membru;
4. Jenfasizza li, fi żminijiet ta' kriżi aktar minn qatt qabel, l-isforzi kollettivi meħuda fil-livell tal-UE jridu jissaħħu sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet tagħna jiksbu r-riżultati mixtieqa; jenfasizza l-fatt li l-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea bl-effett ta' lieva tiegħu, il-prijoritajiet fil-baġits nazzjonali kif ukoll l-istrumenti Ewropej kollha l-oħra, iridu jappoġġaw il-politiki ta' rkupru tal-Istati Membri u jeħtieġ li jkunu allinjati mal-Istrateġija Ewropa 2020 għat-Tkabbir u l-Impjiegi, u li dan huwa essenzjali għas-suċess tal-Istrateġija u sabiex tinżamm il-fiduċja fil-politiki tal-UE, speċjalment fost iċ-ċittadini tagħha; jenfasizza li, meta jitqies ir-rwol tiegħu bħala katalist għall-investiment, it-tnaqqis fil-livell tal-baġit tal-UE jkollu impatt negattiv fuq il-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi fl-Unjoni;
5. Hu tal-fehma li l-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi tirrikjedi azzjonijiet speċifiċi u sforzi baġitarji msaħħa li jappoġġaw politika industrijali sostenibbli u fit-tul, il-kompetittività, l-innovazzjoni u l-impriżi żgħar u medji (SMEs), peress li ħafna mill-potenzjal ekonomiku tal-UE jinsab fl-SMEs, li, skont l-aħħar studji li saru, ħolqu 85 % tal-impjiegi ġodda nett fl-UE bejn l-2002 u l-2010 u huma s-sinsla tat-tkabbir ekonomiku tagħna; għaldaqstant il-promozzjoni ta' mentalità imprenditorjali u l-ħolqien ta' negozji ġodda bis-saħħa ta' azzjonijiet konkreti hija ta' importanza kbira u riżorsi adegwati għandhom ikun pprovduti f'dan ir-rigward; jirrikonoxxi għalhekk li jeħtieġ isiru sforzi sabiex jissaħħaħ l-iffinanzjar tal-UE b'appoġġ għall-isforzi ta' tkabbir;
6. Jenfasizza li dan l-appoġġ jista' jkun strumentali biex jiġi evitat li l-SMEs inaqqsu l-investimenti tagħhom, b'mod partikolari fir-riċerka u l-iżvilupp, waqt li fl-istess ħin jippromwovi l-impjiegi u t-taħriġ professjonali, speċjalment għaċ-ċittadini aktar żgħażagħ, u jiżgura li l-ħiliet jiġu konservati; iqis li t-tisħiħ tal-għajnuna mill-BEI għall-SMEs u l-infrastruttura għandu jitiqes bħala prijorità ewlenija u b'hekk il-potenzjal innovattiv tal-SMEs ikun megħjun jiżviluppa, li hu essenzjali għall-prosperità tal-UE u għall-ħolqien ta' soċjetà bbażata fuq l-għarfien; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li l-proċedura ta' applikazzjoni għall-programmi ffinanzjati mill-UE tiġi ssimplifikata aktar;
7. Jemmen li żieda fl-investimenti permezz tal-baġit tal-UE f'ekonomija sostenibbli tista' twassal għal rata ogħla ta' ħolqien ta' impjiegi minn dik bil-baġit attwali; dawn l-investimenti jistgħu għaldaqstant jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex iġibu lill-UE lura fit-triq tat-tkabbir;
8. Jenfasizza l-fatt li r-riżultati tal-Istrateġija Ewropa 2020 jiddependu fil-biċċa l-kbira tagħhom fuq iż-żgħażagħ ta' llum, li huma l-aktar edukati, l-aktar avvanzati teknikament u mobbli aktar minn qatt qabel, u għalhekk jikkostitwixxu u se jikkostitwixxu l-aqwa riżorsa għat-tkabbir u l-impjiegi fl-UE; huwa mħasseb dwar il-livell għoli tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Istati Membri; għaldaqstant, jenfasizza li kull sforz għandu jsir fil-livell Komunitarju u nazzjonali biex jiżgura li t-tkabbir u l-impjiegi jkunu realtà, speċjalment għaż-żgħażagħ, li jirrappreżentaw il-futur komuni tal-UE; jenfasizza daqstant il-ħtieġa li jiġu indirizzati b'mod urġenti l-isfidi tal-qgħad u tal-livell ta' faqar li qed jiżdied fl-Unjoni Ewropea fl-ispirtu tal-inizjattiva ewlenija “Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali”;
9. Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li EUR 82 biljun mill-fondi li għadhom ma ġewx ipprogrammati fl-ambitu tal-fondi strutturali tal-UE (il-Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew) jiġu minflok destinati sabiex jgħinu lill-SMEs u biex jiġġieldu l-qgħad fost iż-żgħażagħ; jitlob li jinżamm mgħarraf kif xieraq dwar din l-inizjattiva, l-implimentazzjoni tagħha u l-impatt eventwali tagħha fuq il-baġit 2013;
Baġit koordinat tajjeb u responsabbli għall-2013
10. Jenfasizza l-fatt li l-miżuri kollha meħuda sa issa biex jikkumbattu l-kriżi għandhom jgħinu r-ritorn għat-tkabbir; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-miżuri ta' awsterità mfassla apposta li diġà ttieħdu jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn strumenti mmirati li jwasslu għal żvilupp ekonomiku sostenibbli; jinnota li l-baġit tal-UE għandu rwol deċiżiv f'dan il-kuntest bħala għodda li tiżgura azzjoni koordinata f'waqtha u kkoordinata tajjeb fl-oqsma kollha sabiex jitnaqqsu l-effetti tal-kriżi fuq l-ekonomija reali kif ukoll bħala katalist li jagħti impetu lill-investiment, lit-tkabbir u lill-impjiegi fl-Ewropa;
11. Jenfasizza li implimentazzjoni koordinata tajjeb, koerenti u f'waqtha ta' impenji u prijoritajiet politiċi fil-livell nazzjonali u tal-UE tirrikjedi li l-istituzzjonijiet nazzjonali u Ewropej jaħdmu flimkien biex jagħtu prijorità lill-infiq pubbliku f'oqsma ta' tkabbir, jevalwaw ex ante l-effetti tal-azzjonijiet ippjanati, iżidu s-sinerġiji ta' bejniethom u jiżguraw li jkollhom impatt pożittiv billi jneħħu ostakli u jibbenfikaw minn potenzjal mhux utilizzat biżżejjed; f'dan ir-rigward, jenfasizza l-importanza li jkompli jorganizza qabel is-Samit tar-Rebbiegħa, il-preżentazzjoi mill-Kummissjoni tal-abbozz ta' baġit tagħha u l-bidu tal-proċeduri baġitarji nazzjonali fl-Istati Membri kif ukoll id-dibattiti interparlamentari dwar l-orjentazzjonijiet ekonomkiċi u baġitarji komuni tal-Istati Membri u tal-Unjoni sabiex jiżgura li jkun hemm koordinazzjoni bejn il-baġits nazzjonali u tal-UE fil-qafas ġenerali tal-attivitajiet imsaħħa tal-Parlament fis-Semestru Ewropew sabiex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tiegħu kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika;
12. Jitlob għall-adozzjoni ta' baġit responsabbli u orjentat lejn il-kisba ta' riżultati, ibbażat fuq infiq ta' kwalità tajba kif ukoll użu ottimali u f'waqtu tal-iffinanzjar eżistenti tal-UE; fl-ispirtu tal-istqarrija tat-30 ta' Jannar 2012 mill-Membri tal-Kunsill Ewropew; jenfasizza l-bżonn li jkun hemm investiment fit-tkabbir u fl-impjiegi, speċjalment f'termini ta' SMEs u żgħażagħ; jenfasizza l-intenzjoni tiegħu li jinvolvi ruħu, flimkien mal-kumitati parlamentari speċjalizzati, mhux biss fl-identifikazzjoni ta' oqsma konkreti fejn l-azzjonijet jeħtieġu jissaħħu, iżda wkoll fl-identifikazzjoni ta' prijoritajiet negattivi possibbli;
13. Jenfasizza li l-baġit tal-UE jirrappreżenta investiment dirett unikament lejn politiki u azzjoni li jkunu ta' valur miżjud għall-UE; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-baġit tal-UE – li ma jistax iġarrab defiċit – għandu effett ta' lieva fuq it-tkabbir u l-impjiegi li huwa ħafna ogħla minn dak tal-infiq nazzjonali, kif għandha wkoll il-kapaċità tiegħu li tistimola l-investiment, toħloq stabilità fl-Ewropa u tgħin l-UE toħroġ mill-kriżi ekonomika u finanzjarja preżenti; jenfasizza madankollu l-ħtieġa ta' lieva ta' aktar investimenti sabiex proġetti ewlenin għall-irkupru ekonomiku u l-kompetittività ma jkunux fil-periklu; jenfasizza f'dan il-kuntest, il-fatt li l-iżvilupp ta' strumenti finanzjarji ġodda u mtejba jistgħu jsaħħu aktar l-effett ta' lieva tan-nefqa tal-UE li tikkontribwixxi għat-tkabbir, billi jattiraw investiment privat u b'hekk jikkumpensaw għal-limitazjonijiet fil-livell nazzjonali u jtejbu n-nefqa pubblika;
14. Ifakkar li bejn l-2000 u l-2011, il-baġits nazzjonali fl-UE żdiedu b'medja ta' 62%, filwaqt li l-ħlasijiet mill-baġit tal-UE żdiedu bi ftit inqas minn 42%, filwaqt li l-UE kibret minn 15 għal 27 Stat Membru;
15. Se jagħti attenzjoni partikolari, fil-kuntest tal-proċedura baġitarja 2013, lill-implimentazzjoni tal-prijoritajiet baġitarji tas-snin preċedenti tal-PE u b'mod partikolari se jsegwi mill-qrib il-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020, li hija mħaddna kompletament mill-Istati Membri, f'termini ta' promozzjoni tal-kompetittività u l-impjiegi, kif ukoll tal-prijoritajiet settorjali l-oħra tagħha;
16. Jilqa' l-fatt li fl-aħħar verżjoni tal-ipprogrammar finanzjarju għall-2012-13 il-Kummissjoni rrispettat il-prijoritajiet baġitarji tal-PE, kif għamlet fl-2011, billi ma mingħajr ma kkumpensat għal żidiet li saru fil-passat; jitlob sabiex l-abbozz ta' baġit 2013 isegwi l-istess direzzjoni;
17. Ifakkar li l-limiti għal bosta intestaturi, b'mod partikolari għall-Intestatura 1a (kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi) u l-Intestatura 4 (l-UE bħala attur globali) fi ħdan il-qafas finanzjarju attwali mhumiex biżżejjed sabiex jitwettqu l-politiki approvati bħala prijoritajiet mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni; ifakkar barra minn hekk, li l-approprjazzjonijiet allokati għal xi politiki kellhom jiġu riveduti bosta drabi sabiex jintlaħqu l-objettivi u l-kompiti, li wassal sabiex l-użu tal-Istrument tal-Flessibilità jsir neċessità għal kważi kull baġit annwali; jenfasizza li mhuwiex se jaċċetta li impenji politiki tal-UE li ilhom jeżistu jitqiegħdu fil-periklu; ifakkar, b'mod partikolari, li l-impenji finanzjarji mniżżla fi ftehimiet internazzjonali u/jew ftehimiet bejn l-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jiġu rrispettati u inklużi kif xieraq fl-abbozz ta' baġit;
Baġit tal-2013 orjentat lejn il-kisba tal-objettivi tal-programmi u l-prijoritajiet tal-Unjoni
18. Ifakkar li l-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) 2007-2013 kien maħsub biex itejjeb il-prosperità u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħna u biex jisfrutta l-potenzjal kollu tat-tkabbir, iżda madankollu mill-2008 “l hawn l-UE esperjenzat kriżi li qatt ma rajna bħalha, li ħalliet impatt ukoll fuq kull wieħed mill-baġits annwali; jenfasizza l-fatt f'dan l-isfond li l-qafas finanzjarju 2007-2013 ma kienx rivedut biex jakkomoda ħtiġijiet ta' finanzjament addizzjonali li jirriżultaw mill-kriżi ekonomika u min-naħa l-oħra marġni globali sostanzjali tħallew taħt il-limiti massimi ġenerali f'kull baġit annwali sa mill-2007 u li għalhekk il-baġits annwali kollha kienu ristretti u awsteri; jenfasizza li l-ħlasijiet korrispondenti għandhom tal-anqas għalhekk ikunu mħallsa skont iċ-ċiklu tal-baġit normali; ifakkar li fil-każ tal-programmi multiannwali, il-ħlasijiet huma maqtugħa mill-approprjazzjonijiet għall-impenji biss minħabba l-perjodu ta' żmien, qabel il-ħlas attwali tal-fondi;
19. Jenfasizza li, billi l-2013 hija l-aħħar sena tal-perjodu ta' programmar attwali, se jkun meħtieġ li jiġi rkuprat id-dewmien f'termini ta' ħlasijiet, bħalma dejjem kien il-każ fit-tmiem tal-perspettivi finanzjarji, minħabba l-bidu tal-proċess ta' finalizzazzjoni tal-programmi 2007-2013 , u, f'termini ta' impenji, sabiex ikunu rrispettati l-ammonti tal-programmazzjoni finanzjarja, li huma qrib l-EUR 152 biljun għall-2013; itenni li kull qtugħ artifiċjali tal-livell ta' ħlasijiet se jtawwal iż-żmien biex jinkisbu l-obbligi kuntrattwali u l-impenji li għaddew tal-UE u jista' jwassal ukoll għal interessi moratorji u telf tal-kunfidenza fil-politiki Ewropej u fil-kredibilità tal-istituzzjonijiet tal-UE; jenfasizza għalhekk li d-dejn kuntrattwali għandu jitħallas kemm jista' jkun malajr bħala kwistjoni ta' dixxiplina baġitarja;
20. Jinnota li l-livell ta' ħlasijiet li, billi huwa sempliċement ir-riżultat ta' impenji li għaddew, għandu jkun determinat fuq il-bażi ta' kriterji tekniċi bħaċ-ċifri ta' implimentazzjoni, il-previżjoni tal-assorbiment jew il-livell ta' impenji pendenti (RALs), sar il-kwistjoni politika prinċipali fi ħdan il-Kunsill fil-ftit proċeduri baġitarji li għaddew; jiġbed l-attenzjoni għal-livell dejjem akbar ta' RALs fi tmiem l-2011, li jammontaw għal EUR 207 biljun, li jirrappreżentaw kważi 7 % aktar mil-livell ta' tmiem l-2010; fid-dawl tal-laqgħa interistituzzjonali li ġejja dwar id-differenza bejn approprjazzjonijiet għal impenji u approprjazzjonijiet għal ħlasijiet, se jistabbilixxi djalogu mal-Kummissjoni sabiex jiġi ċċarat bis-sħiħ kif inhuma komposti r-RALs; jinsisti li l-Kunsill għandu jastjeni milli jiddeċiedi minn qabel il-livell ta' ħlasijiet mingħajr ma jqis il-bżonnijiet reali u l-obbligi legali; jinnota ulterjorment li l-akkumulazzjoni ta' RALs fil-fatt iddgħajjef it-trasparenza tal-baġit tal-UE, li juri biċ-ċar kif l-impenji u l-ħlasijiet huma relatati f'sena baġitarja speċifika;
21. Jenfasizza l-fatt li approċċ sempliċement ibbażat fuq ir-rabta “kontributur nett tal-baġit tal-UE/benefiċjarju nett tal-baġit tal-UE” ma jqisx kif xieraq l-effetti importanti ta' konsegwenza li l-baġit tal-UE joħloq fost il-pajjiżi tal-UE li huma ta' benefiċċju għall-objettivi politiċi komuni tal-UE; jinsab imħasseb sew biż-żidiet moderati ħafna fil-ħlasijiet tal-aħħar żewġ baġits, li fil-każ tal-baġit 2012 kienu saħansitra anqas mil-livell ta' inflazzjoni, fi żmien kruċjali meta l-programmi ta' investiment kollha għandhom iwettqu bis-sħiħ il-potenzjalità tagħhom u jimxu b'ritmu qawwi;
22. Jenfasizza li finanzjament insuffiċjenti għandu jiġi evitat bħala kwistjoni ta' ġestjoni finanzjarja tajba, u li l-approprjazzjonijiet jeħtieġ li jiġu allinjati ma' stimi realtistiċi tal-kapaċità ta' assorbiment; jinnota li t-tnaqqis artifiċjali tal-livell ta' approprjazzjonijiet meta mqabbel mal-istimi realistiċi tal-Kummissjoni jista' min-naħa l-oħra jwaqqaf il-livell definittiv tal-implimentazzjoni baġitarja milli jikseb il-potenzjal sħiħ tiegħu; ifakkar li l-livell ta' approprjazzjonijiet għal ħlasijiet propost mill-Kummissjoni fl-abbozz ta' baġit tagħha huwa determinat l-aktar mill-previżjonijiet tal-Istati Membri nnifishom u l-kapaċità ta' implimentazzjoni tagħhom, billi l-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni jimmaniġġjaw aktar minn 80% tal-fondi tal-UE;
23. Jiddispjaċih mill-fatt li, waqt li l-Kunsill f'Diċembru 2011 irrifjuta jiffinanzja ħtiġijiet addizzjonali identifikati, xi talbiet ta' ħlasijiet li jammontaw għal aktar minn EUR 10 biljun ma setgħux jiġu onorati aktar tard lejn tmiem l-2011, u li issa dan kollu qed iħalli impatt dirett fuq il-ħlasijiet disponibbli għall-2012; jinsab imħasseb li dan irriżulta mill-fatt li l-Kunsill iddubita mid-data marbuta mal-implimentazzjoni tal-Kummissjoni u l-valutazzjonijiet tagħha tal-bżonnijiet mingħajr ma ressqet ebda data jew sors alternattiv;
24. Jinsab għalhekk estremament imħasseb dwar is-sitwazzjoni tal-ħlasijiet fl-2012 u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposti sabiex tinsab soluzzjoni kemm jista' jkun malajr din is-sena, sabiex il-problema ma terġax tiġi posposta għall-2013; hu tal-fehma, barra minn hekk, li użu ta' dan it-tip tal-approprjazzjonijiet tas-sena li ġejja biex jiġu ffinanzjati l-bżonnijiet attwali jikkostitwixxi ġestjoni finanzjarja ħażina u jikser il-prinċipju tal-annwalità tal-baġit; jesprimi tħassib serju li din il-prattika ddgħajjef il-prinċipju ta' ebda dejn tal-Unjoni;
25. Itenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill biex jevita milli jwettaq qtugħ artifiċjali fil-ħlasijiet matul il-proċedura baġitarja, u jenfasizza li dan jidher li qed iwassal għal livell mhux sostenibbli ta' ħlasijiet; jirrikjedi, fil-każ li jsiru proposti bħal dawn, li l-Kunsill b'mod ċar u pubblikament jidentifika u jiġġustifika liema mill-programmi jew proġetti tal-UE jemmen li jistgħu jiġu ttardjati jew abbandunati kompletament;
26. F'dan il-kuntest, jitlob lill-Kunsill jallinja l-pożizzjoni tiegħu ma' waħda ta' bbaġitajr realistiku u responsabbli, u jimpenja ruħu li jkompli jissorvelja b'mod kostanti l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-2012 u, b'mod partikolari, il-ħlasijiet; jistieden lill-Kunsill jagħmel l-istess, sabiex l-awtorità baġitarja tkun tista' taħdem fuq il-bażi ta' data ta' implimentazzjoni komuni u aġġornata u tagħmel estimi affidabbli tan-nefqa; għal dan il-għan, jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal laqgħa interistituzzjonali li se ssir matul l-ewwel semestru tal-2012 fil-livell politiku xieraq bil-għan li jiġi ċċarat u solvut kull nuqqas ta' ftehim possibbli fir-rigward taċ-ċifri tal-implimentazzjoni u l-ħlasijiet previsti u biex flimkien jevalwaw is-sitwazzjoni tal-ħlasijiet għas-snin baġitarji 2012 u 2013;
27. Jenfasizza l-importanza tal-finanzjament tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (l-ABE, l-AEAPX u l-AETS) biex ikunu jistgħu jitwettqu b'mod komprensiv l-aġenda ta' regolamentazzjoni finanzjarja u l-istrutturi finanzjarji sabiex jiġu evitati kriżijiet futuri; jenfasizza li l-finanzjament għall-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u għas-servizzi legali indipendenti għalihom għandu jingħata prijorità fil-baġit;
28. Jilqa' l-ftehim milħuq dwar l-iffinanzjar tal-ispejjeż addizzjonali tal-ITER f'Diċembru 2011; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrispetta fl-intier tagħhom il-konklużjonijiet konġunti li jinsabu f'dan il-ftehim u tressaq proposti konkreti fuq l-ammont ta' EUR 360 miljun fl-abbozz ta' baġit 2013, bl-użu sħiħ tad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Finanzjarju u fil-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 eskluża kull reviżjoni addizzjonali marbuta mal-ITER tal-MFF; itenni l-konvinzjoni qawwija tiegħu li l-iżgurar tal-ammont ta' EUR 360 miljun fil-baġit 2013 ma għandux ifixkel l-implimentazzjoni ta' suċċess ta' politiki oħra tal-UE speċjalment dawk li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija tal-UE 2020 matul din l-aħħar sena tal-perjodu ta' programmar u jopponi speċifikament kwalunkwe riassenjazzjoni li tikser dawn il-prijoritajiet baġitarji; jenfasizza li l-Kummissjoni fl-ipprogrammar finanzjarju tagħha tipprevedi marġni ta' EUR 47 miljun f'Intestatura 1a li tkopri parzjalment il-ħtiġijiet għall-ITER;
29. Jistenna, minħabba l-adeżjoni li ġejja tal-Kroazja fl-1 ta' Lulju 2013, li r-reviżjoni tal-MFF tkun adottata malajr, f'konformità mal-Punt 29 tal-IIA ( “L-Aġġustament tal-qafas finanzjarju biex jaħseb għat-tkabbir”) u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposta tagħha għall-approprjazzjonijiet addizzjonali korrispondenti hekk kif l-Att ta' Adeżjoni jkun ġie ratifikat mill-Istati Membri kollha; itenni li t-tkabbir li jinkludi l-Kroazja għandu jkun akkumpanjat minn fondi addizzjonali adegwati bi flus ġodda aktar milli riassenjazzjonijiet għat-tieni parti tal-2013;
Nefqa amministrattiva
30. Jieħu nota tal-ittra tat-23 ta' Jannar 2012 mill-Kummissarju għall-Baġits u l-Ipprogrammar Finanzjarju li tesprimi r-rieda tal-Kummissjoni li tnaqqas l-għadd ta' postijiet fit-tabella tal-persunal b'1 % sa mill-2013 filwaqt li jitqiesu b'attenzjoni l-effetti varji fuq id-direttorati ġenerali kbar, ta' daqs medju u żgħar; bi ħsiebu janalizza mill-qrib l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas sal-2018 il-persunal fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE b'5 % meta mqabbel mal-2013, u jfakkar li dan għandu jitqies bħala objettiv ġenerali; ifakkar li kwalunkwe tibdil fil-pjan ta' stabbiliment għandu impatt dirett fuq il-baġit u m'għandu bl-ebda mod jikkomprometti l-prerogattivi baġitarji tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Parlament Ewropew; iqis li kull tnaqqis tal-persunal fuq perjodu ta' żmien qasir u fit-tul għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni tal-impatt preliminari u jikkunsidra bis-sħiħ, inter alia, l-obbligi legali tal-Unjoni kif ukoll il-kompetenzi l-ġodda tal-istituzzjonijiet u ż-żieda fil-kompiti li joħorġu mit-trattati;
31. Ifakkar fl-importanza ta' kooperazzjoni interistituzzjonali mill-qrib u kostruttiva matul il-proċedura u jafferma r-rieda tiegħu li jikkontribwixxi bis-sħiħ għal din il-kooperazzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE; jistenna li l-linji gwida preżenti jitqiesu bis-sħiħ matul il-proċedura baġitarja kif ukoll fit-tħejjija tal-abbozz tal-baġit;
o o o
32. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
Il-mandat tal-Kumitat Speċjali għall-Kriminalità Organizzata, il-Korruzzjoni u l-Ħasil tal-Flus
275k
39k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar it-twaqqif, il-poteri, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tal-kumitat speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-16 ta' Frar 2012 li pproponiet li jitwaqqaf kumitat speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, u li jiġu ddefiniti s-setgħat, il-kompożizzjoni numerika u l-perjodu tal-mandat tiegħu,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-kriminalità organizzata fl-Unjoni Ewropea(1), li fiha esprima l-intenzjoni tiegħu li jitwaqqaf kumitat speċjali,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-isforzi tal-UE biex tiġġieled il-korruzzjoni(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 184 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, u li jingħata s-setgħat li ġejjin:
(a)
li janalizza u jevalwa kemm huma mifruxa l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, u l-impatt tagħhom fuq l-Unjoni u fuq l-Istati Membri, u li jipproponi miżuri adegwati li jippermettu lill-Unjoni tipprevjeni u tikkumbatti dawn it-theddidiet, inkluż fil-livell Ewropew u nazzjonali;
(b)
li janalizza u jevalwa l-implimentazzjoni attwali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, u dwar politiki oħra relatati, sabiex jiġi żgurat li l-liġi u l-politiki tal-Unjoni jkunu bbażati fuq l-evidenza u appoġġjati mill-aqwa evalwazzjonijiet tat-theddidiet disponibbli, kif ukoll li jimmoniterja l-kompatibilità tagħhom mad-drittijiet tal-bniedem skont l-Artikoli 2 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari d-drittijiet stipulati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, l-aktar dawk stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat;
(c)
li jeżamina u jagħmel skrutinju tar-rwol u l-attivitajiet tal-aġenziji tal-affarijiet interni tal-Unjoni (bħall-Europol, il-COSI, il-Eurojust, eċċ) li jwettqu ħidma dwar aspetti relatati mal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, u politiki oħra ta' sigurtà relatati;
(d)
li jindirizza l-kwistjonijiet imsemmija fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-kriminalità organizzata fl-Unjoni Ewropea, u l-aktar il-paragrafu 15 tagħha(3), kif ukoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-isforzi tal-UE biex tiġġieled il-korruzzjoni,
(e)
għal dawn l-għanijiet, li jistabbilixxi l-kuntatti meħtieġa, jagħmel żjarat u seduti ta' smigħ mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u mal-istituzzjonijiet internazzjonali, Ewropej u nazzjonali, mal-parlamenti nazzjonali u l-gvernijiet tal-istati membri u tal-pajjiżi terzi, mar-rappreżentanti tal-komunità xjentifika, man-negozji u mas-soċjetà ċivili, kif ukoll mal-atturi tal-għeruq, l-organizzazzjonijiet tal-vittmi, u l-uffiċjali li kuljum jikkumbattu kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, mal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, l-imħallfin u l-maġistrati, kif ukoll l-atturi tas-soċjetà ċivili li jippromwovu kultura ta' legalità f'ambiti diffiċli;
2. Jiddeċiedi, ladarba s-setgħat tal-kumitati permanenti tal-Parlament Ewropew responsabbli mill-adozzjoni, mill-monitoraġġ u mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata ma' dan il-qasam baqgħu l-istess, li l-kumitat speċjali jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-kumitati permanenti;
3. Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali għandu jkun magħmul minn 45 membru;
4. Iddeċieda li t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali għandu jkun ta' 12-il xahar, li jibda mill-1 ta' April 2012, liema perjodu jista' jiġi estiż; jiddeċiedi li l-kumitat speċjali għandu jippreżenta lill-Parlament rapport interim u rapport finali, li għandu jkun fihom rakkomandazzjonijet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu.
Il-kliem tal-paragrafu kien hekk: ' 15. Biħsiebu, fi żmien tliet xhur mill-approvazzjoni tar-riżoluzzjoni preżenti, joħloq kumitat speċjali dwar it-tixrid ta' organizzazzjonijiet kriminali tat-tip mafjuż li joperaw fil-livell transkonfinali, inklużi l-mafji, li waħda mill-għanijiet tiegħu jkun li jinvestiga l-grad tal-fenomenu u l-impatt negattiv soċjali u ekonomiku li għandu fl-UE, inkluża l-kwistjoni tal-approprjazzjoni indebita ta' fondi pubbliċi minn organizzazzjonijiet kriminali u mafji u l-infiltrazzjoni tagħhom fis-settur pubbliku, kif ukoll il-kontaminazzjoni tal-ekonomija legali u s-sistema finanzjarja, filwaqt li għand ieħor ikun li jidentifika sensiela ta' miżuri leġiżlattivi sabiex jindirizza din it-theddida tanġibbli u rikonoxxuta lill-UE u ċ-ċittadini tagħha; jitlob, għalhekk, lill-Konferenza tal-Presidenti tressaq proposta skont l-Artikolu 184 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu;“.
Taħriġ ġudizzjarju
216k
57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar it-Taħriġ Ġudizzjarju (2012/2575(RSP))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jipprevedu l-adozzjoni permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja ta' miżuri li jkollhom l-għan li jiżguraw “appoġġ fit-taħriġ tal-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju”,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10/09/1991 dwar l-istabbiliment ta' l-Akkademja tal-Liġi Ewropea(1), il-pożizzjoni tiegħu tal-24/09/2002 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju(2), ir-riżoluzzjoni tiegħu tad-09/07/2008 l-irwol tal-imħallef nazzjonali fis-sistema ġudizzjarju Ewropea(3), u r-rakkomandazzjoni tiegħu tas-7/05/2009 lill-Kunsill dwar l-iżvilupp ta' żona tal-UE għall-ġustizzja kriminali(4),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma (COM(2010)0171),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-Programm ta' Stokkolma(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar it-taħriġ ġudizzjarju(6),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tat-13 ta' Settembru 2011, “Inkattru l-Fiduċja f'Ġustizzja Ewropea - Dimensjoni Ġdida Għat-Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew” (COM(2011)0551),
– wara li kkunsidra l-proġett pilota dwar it-taħriġ ġudizzjarju propost mill-Parlament fl-2011,
– wara li kkunsidra l-istudju kumparattiv dwar it-taħriġ ġudizzjarju fl-Istati Membri kkummissjonat mill-Parlament mingħand ERA b'kollaborazzjoni mal-EJTN,(7)
– wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura,
A. billi l-istudju evalwa l-attività żviluppata f'dan il-qasam mill-iskejjel nazzjonali għall-ġudikatura, inkluż it-tip ta' taħriġ offrut, il-kundizzjonijiet relevanti, u r-riżorsi baġitarji, bl-għan ukoll li jiġu identifikati l-ħtiġijiet u suġġerimenti għal titjib u l-aqwa prattiki, u jinkludi r-riżultati ta' stħarriġ profond ta' aktar minn 6000 imħallef u prosekutur fl-Istati Membri li jiffoka fuq l-esperjenza tagħhom tat-taħriġ legali tal-UE u s-suġġerimenti tagħhom għal titjib,
B. billi t-taħriġ ġudizzjarju għandu jissejjaħ “studji ġudizzjarji” biex jirrifletti n-natura speċjali tal-iżvilupp intellettwali kontinwu li l-membru tal-ġudikatura jridu jwettqu u li fil-fatt l-aħjar persuni biex jipprovdu studji ġudizzjarji huma l-imħallfin infushom,
C. billi bħalissa l-provvista tat-taħriġ għadha “l bogħod mill-kisba tal-mira tal-Kummissjoni ta' nofs il-professjonisti legali tal-UE,
D. billi skont l-istudju, l-ostakoli lingwistiċi, nuqqas ta' tagħrif (f'waqtu) dwar il-programmi eżistenti, il-fatt li l-programmi mhux dejjem huma adatti għall-ħtiġijiet tal-imħallfin, flimkien mal-ammonti ta' xogħol kbar li jkollhom l-imħallfin, u n-nuqqas ta' finanzjament relevanti huma fost ir-raġunijiet għal-livell relattivament baxx ta' persuni li pparteċipaw fl-istħarriġ li qed jirċievu taħriġ fid-dritt tal-UE (53%, li terz biss minnhom irċevewh f'dawn l-aħħar ħames snin),
E. billi jkun għaqli, anke mil-lat baġitarju fis-sitwazzjoni attwali ta' strettezza finanzjarja, li nisfruttaw l-istituzzjonijiet eżistenti, partikolarment l-iskejjel nazzjonali tat-taħriġ ġudizzjarju iżda anke l-universitajiet u l-korpi professjonali, f'dak li jirrigwarda l-aspetti tal-“liġi nazzjonali” tal-bini ta' kultura ġudizzjarja Ewropea; billi, b'dan il-mezz jistgħu jiġu identifikati l-aħjar prattiki fl-Istati Membri, u mrawwma u mxerrda mal-UE kollha; billi rigward it-taħriġ fid-dritt tal-UE, l-Akkademja tad-Dritt Ewropew (ERA) għandha tkompli ssegwi r-rwol tagħha,
F. billi, bħalma diġà stqarr il-Parlament, il-qasam ġudizzjarju Ewropew irid ikun mibni fuq kultura ġudizzjarja Ewropea fost il-prattikanti, il-ġudikatura u l-prosekuturi li ma tkunx ibbażata biss fuq il-liġi Ewropea imma żviluppata permezz ta' għarfien u fehim reċiproċi tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali, reviżjoni kompluta tal-kurrikula universitarji, skambji, żjarat ta' studju u taħriġ komuni bl-appoġġ attiv tan-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju u l-Akkademja tal-Liġi Ewropea, in-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju u l-Istitut tal-Liġi Ewropea,
G. billi t-taħriġ ġudizzjarju għandu jkun marbut ma' riflessjoni dwar ir-rwol tradizzjonali tal-ġudikatura u l-modernizzazzjoni tagħha, il-ftuħ tagħha u t-twessigħ tal-orizzonti tagħha; billi dan jinvolvi wkoll taħriġ lingwistiku u l-promozzjoni tal-istudju tad-dritt kumparattiv u d-dritt internazzjonali,
H. billi hija wkoll kwistjoni ta' ħolqien ta' kultura ġudizzjarja komuni fost il-membri tal-ġudikatura bl-użu tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ix-xogħol tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa eċċ. għall-promozzjoni tal-valuri ewlenin tal-professjoni ġudizzjarja permezz ta' diskuzzjoni u promulgazzjoni tal-etika professjonali komuni, l-istat tad-dritt u l-prinċipji għall-ħatra u l-għażla tal-imħallfin, u sabiex tkun evitata l-politiċizzazzjoni tal-ġudikatura, u l-promozzjoni tal-fiduċja reċiproka meħtieġa biex iż-żona ġudizzjarja komuni ssir realtà,
I. billi jeħtieġ li jinħolqu netwerks bejn l-imħallfin ta' kulturi differenti u koordinament aħjar tan-netwerks eżistenti għall-ħolqient ta' “ċrieki ta' koerenza”; billi għal dan l-iskop, il-komunikazzjoni elettronika mhix biżżejjed, jeħtieġ ikun hemm fora fejn l-imħallfin ikunu jistgħu jagħmlu kuntatt u hu essenzjali li jkunu involuti imħallfin mill-Qrati ta' Lussemburgu u ta' Strasburgu,
J. billi l-istudji ġudizzjarji ma jistgħux ikunu limitati għal-liġi sostantiva u proċedurali, l-imħallfin jeħtieġu taħriġ relatat max-xogħol ġudizzjarju tagħhom u mas-“sengħa tal-imħallef”,
1. Jirrikonoxxi li l-kuntatti diretti huma l-aħjar għażla, u jemmen li, fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji, kif ukoll ir-risposti li taw l-imħallfin fl-istudju, taħriġ u pariri tali jistgħu jiġu pprovduti wkoll permezz tal-internet (vidjokonferenzi, korsijiet onlajn, webstreaming) kif ukoll permezz ta' skambji; jinnota li l-imħallfin talbu li jkun hemm aktar valutazzjoni u adattament tal-programmi ta' taħriġ għall-ħtiġijiet tagħhom, filwaqt li donnhom li jippreferu t-taħriġ interattiv fejn jistgħu jiskambjaw l-esperjenzi u jiddiskutu l-każijiet minflok metodi ta' taħriġ “klassiċi” (huma jgħallmu, l-istudenti jisimgħu);
2. Iqis li għan ulterjuri jkun il-koordinament tal-għoti tat-taħriġ provdut minn skejjel eżistenti tat-taħriġ ġudizzjarju u l-faċilitazzjoni u l-promozzjoni tad-djalogu u l-kuntatti professjonali;
3. Jinnota li t-taħriġ multilingwi huwa importanti, għax l-istudju juri li għadd relattivament żgħir ta' mħallfin jitkellmu lingwa barranija tajjeb biżżejjed biex ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv f'taħriġ ġudizzjarju fi Stati Membri oħra;
4. Hu tal-fehma li mezz wieħed biex jiġu riżolti l-problemi (spejjeż, taħriġ lingwistiku, effikaċja tan-nefqa) hu li tintuża t-teknoloġija moderna u jkun finanzjat il-ħolqien ta' “Apps” simili għall-ITunes U tal-korporazzjoni Apple; tali Apps, imħejjija mill-iskejjel nazzjonali, ERA, l-universitajiet u ħarrieġa oħra, jkunu jikkonsistu minn korsijiet ta' taħriġ, b'materjal viżiv, inkluż taħriġ lingwistiku (b'enfasi partikolari fuq it-terminoloġija legali) u struzzjonijiet dwar is-sistemi legali nazzjonali, proċeduri legali partikolari eċċ, u jkun bla ħlas għall-membri tal-ġudikatura;
5. Iqis li parteċipazzjoni b'suċċess f'korsijiet tali tista' tiftaħ il-bibien għal Erasmus għall-imħallfin u parteċipazzjoni f'korsijiet ta' taħriġ barra mill-pajjiż;
6. Jissuġġerixxi li tali Apps jistgħu ukoll ikunu magħmula disponibbli għall-prattikanti legali, korpi professjonali, akkademiċi u studenti tal-liġi bi ħlas modest u li l-iżvilupp u l-produzzjoni tagħhom jista' jagħti spinta lill-ekonomija u lill-impjegar bi spejjeż relattivament baxxi;
7. Iqis, rigward il-proġett pilota ppreżentat minn Luigi Berlinguer u Erminia Mazzoni u li se jsir fl-2012, li dan għandu jimmira, l-ewwel nett, biex jidentifika u jespandi l-aħjar prattiki fl-organizzar tal-aċċess għal-liġi tal-UE u taħriġ relevanti fi ħdan is-sistemi ġudizzjarji u skejjel ta' taħriġ nazzjonali: pereżempju, l-UE għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jsegwu l-eżempju ta' istituzzjonijiet ta' suċċess, bħall-koordinaturi tal-liġi tal-UE, kif jeżistu fl-Italja u fil-Pajjiżi l-Baxxi fi ħdan l-istruttura tal-qrati nazzjonali, u tippromwovi t-taħriġ ta' tali koordinaturi u tiffaċilita b'modi oħra x-xogħol tagħhom fil-livell tal-UE;
8. Hu tal-fehma li l-proġett pilota jista' jinkludi l-ħolqien ta' grupp ta' ħidma li jinkludi fornituri ta' taħriġ ġudizzjarju nazzjonali u Ewropew kif ukoll atturi extraġudizzjarji, li l-għan tagħhom ikun li jidentifikaw sensiela ta' “gruppi” tematiċi ta' kwistjonijiet tal-liġi tal-UE bl-ikbar relevanza għall-prattika ġudizzjarja ta' kuljum, kemm dwar kwistjonijiet “prattiċi” (kif tibgħat talba għal deċiżjoni preliminari, kif taċċessa l-bażijiet tad-data tal-liġi tal-UE, eċċ.) kif ukoll kwistjonijiet sostantivi;
9. Jissuġġerixxi li l-proġett pilota jista' jikkoordina (a) l-iskambju ta' pariri u għarfien dwar is-sistemi legali individwali fost l-iskejjel ta' taħriġ ġudizzjarju individwali, filwaqt li jibni fuq in-netwerks u r-riżorsi eżistenti u (b) taħriġ formali u familjarizzazzjoni mas-sistemi legali barranin;
10. Jipproponi, fl-aħħar nett, li l-Kummissjoni torganizza forum annwali fejn l-imħallfin ta' kull livell ta' anzjanità f'oqsma tal-liġi fejn sikwit jinqalgħu kwistjonijiet domestiċi u transfruntieri jkunu jistgħu jiddiskutu dwar qasam wieħed jew aktar riċenti ta' kontraversja jew diffikultà, biex tiġi mħeġġa d-diskussjoni, jinbdew il-kuntatti, jinħolqu kanali ta' komunikazzjoni u jinbnew il-fiduċja u l-komprensjoni reċiproka; forum ta' dan it-tip jista' jservi ta' opportunità għall-awtoritajiet kompetenti, dawk li jipprovdu t-taħriġ u l-esperti, inklużi l-universitajiet u l-korpi profes'jonali, biex jiddiskutu l-politika tat-taħriġ ġuridiku u l-ġejjieni tal-edukazzjoni legali fl-Ewropa;
11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.
– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 6 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 206 u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) Nru 182 rigward il-Projbizzjoni u l-Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom tat-Tħaddim tat-Tfal, il-Konvenzjoni ILO Nru 138 dwar l-Età Minima għad-Dħul fl-Impjieg u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-Drittijiet tat-Tfal,
– wara li kkunsidra l-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw, b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 43 tiegħu,
– wara li fakkar fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-traffikar tat-tfal u l-isfruttar tat-tfal f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw,
– wara li fakkar fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali(1) u dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva fi ftehimiet kummerċjali internazzjonali(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-ILO tikkalkula li madwar id-dinja qegħdin jitħaddmu aktar minn 215-il miljun tifel u tifla u dawn qed jaħdmu f'attivitajiet li għandhom jiġu aboliti; billi 152 miljun minn dawn it-tfal huma taħt l-età ta' 15-il sena u 115-il miljun minnhom jaħdmu f'attivitajiet perikolużi;
B. billi, għall-fini ta' din ir-riżoluzzjoni, it-tħaddim tat-tfal ifisser tħaddim tat-tfal kif definit mill-ILO fil-Konvenzjoni Nru 138 dwar l-Età Minima għad-Dħul fl-Impjieg u l-Konvenzjoni Nru 182 rigward il-Projbizzjoni u l-Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom tat-Tħaddim tat-Tfal, rispettivament,
C. billi l-Parlament għandu jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw; billi l-partijiet interessati wrew tħassib serju dwar it-tħaddim tat-tfal fit-tkabbir u l-ġbir taż-żerriegħa tal-kawkaw;
D. billi 70% tal-produzzjoni tal-kawkaw hija kkultivata fl-Afrika tal-Punent u f'dak ir-reġjun madwar 7,5 miljun persuna jaħdmu fil-produzzjoni tal-kawkaw, kważi esklussivament f'impriżi żgħar tal-familja b'madwar 1,5 u 2 miljun farm immexxija minn familja mferrxin fl-Afrika tal-Punent; billi t-tkabbir tal-kawkaw huwa xogħol intensiv ħafna waqt l-istaġun tal-ħsad u l-produtturi jaffaċċjaw pressjonijiet kbar mill-atturi tas-swieq nazzjonali u internazzjonali biex iżommu baxxi l-ispejjeż tal-produzzjoni; billi fi żmien ta' xogħol intensiv, il-membri tal-familja kollha, tfal inklużi, huma involuti; billi t-tħaddim tat-tfal jista' joħloq riskji inaċċettabbli;
E. billi, skont l-ILO, mhux kull xogħol li jsir mit-tfal għandu jiġi kklassifikat bħala tħaddim tat-tfal li jrid jiġi eliminat u għalhekk għandha tiġi stabbilita distinzjoni ċara bejn iż-żewġ forom; billi l-parteċipazzjoni tat-tfal jew l-adolexxenti f'xogħol li ma jaffettwax l-iżvilupp personali u ta' saħħithom jew ma jinterferixxix mal-edukazzjoni tagħhom, huwa ġeneralment ikkunsidrat bħala xi ħaġa pożittiva, ħlief jekk ix-xogħlijiet huma perikolużi jew iżommu lit-tfal milli jattendu l-iskola;
F. billi studji li saru fil-Gana u l-Côte d'Ivoire jissuġġerixxu li tfal li jaħdmu fil-farms tal-kawkaw huma esposti għal tipi differenti ta' perikli; billi, barra minn hekk, xi tfal setgħu ġew ittraffikati minn reġjuni oħra tal-pajjiż jew minn pajjiżi ġirien; billi jeħtieġ issir aktar riċerka dwar l-inċidenza ta' tħaddim tat-tfal u ta' traffikar tat-tfal fir-reġjun, għaliex għad m'hemmx data verifikata;
G. billi l-prattika tal-agħar forom ta' tħaddim tat-tfal fit-tkabbir u l-ġbir taż-żerriegħa tal-kawkaw hija inaċċettabli;
H. billi fis-snin reċenti l-programmi u l-inizjattivi biex jikkumbattu l-agħar forom ta' tħaddim tat-tfal fil-farms tal-kawkaw tal-Afrika tal-Punent wasslu għal progress sinifikanti, għalkemm għad fadal ħafna xi jsir minħabba l-iskala vasta ta' dan is-settur; billi l-bidu mill-ġdid tas-sitwazzjonijiet ta' kunflitt fir-reġjun, b'mod partikulari fil-Côte d'Ivoire reġa' ggrava s-sitwazzjoni tat-tfal;
I. billi l-faqar u n-nuqqas ta' alternattivi għall-ġenerazzjoni ta' introjtu, l-iskarsezza jew in-nuqqas totali ta' opportunitajiet għaż-żgħażagħ barra mill-iskola, l-istrutturi tal-komunità u l-attitudnijiet prevalenti riġidi, in-nuqqas ta' protezzjoni legali adegwata tad-drittijiet tat-tfal u l-fatt li m'hemmx edukazzjoni pubblika obbligatorja għat-tfal kollha irrispettivament mis-sess tagħhom, biex ma nsemmux il-korruzzjoni u t-tmexxija ħażina, huma fatturi soċjoekonomiċi u politiċi li jistgħu jikkontribwixxu għall-abbuż rikorrenti tat-tfal f'xi partijiet tad-dinja;
J. ifakkar fir-responsabilità primarja tal-gvernijiet tal-pajjiżi kollha dwar l-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 138 dwar l-Età Minima għad-Dħul fl-Impjieg u l-Konvenzjoni Nru 182 rigward il-Projbizzjoni u l-Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom tat-Tħaddim tat-Tfal, rispettivament;
K. ifakkar fl-istrateġija tal-UE dwar ir-Responabilità Soċjali Korporattiva (2011-2014), il-Global Compact tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari l-Prinċipju 5 tiegħu dwar l-abolizzjoni tat-tħaddim tat-tfal, u l-Protokol Harkin-Engel, li jipprovdu qafas utli għar-responsabilità soċjali korporattiva fis-settur tal-kawkaw;
1. Iħeġġeġ lil dawk l-istati li għad iridu jirratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjonijiet 138 u 182 tal-ILO sabiex jirratifikawhom u jimplimentawhom mingħajr telf ta' żmien; hu tal-opinjoni, barra minn hekk, li l-istati għandhom jimplimentaw il-politiki kollha meħtieġa biex ikabbru l-għarfien dwar l-abbuż tat-tfal fis-suq tax-xogħol u l-ħtieġa li jikkonformaw mar-regoli eżistenti nazzjonali u internazzjonali;
2. Jikkundanna bil-qawwa l-użu tat-tħaddim tat-tfal fl-għelieqi tal-kawkaw;
3. Jistieden lill-partijiet interessati kollha involuti fit-tkabbir u l-ipproċessar taż-żerriegħa tal-kawkaw u l-prodotti derivati tagħhom − jiġifieri l-gvernijiet, l-industrija globali, il-produtturi tal-kawkaw, ix-xogħol organizzat, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-konsumaturi − iwettqu r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom fil-ġlieda kontra l-forom kollha tat-tħaddim furzat u t-traffikar tat-tfal, jaqsmu l-kompetenzi u jikkollaboraw biex tinħoloq katina ta' provvista tal-kawkaw sostenibbli u ħielsa mit-tħaddim tat-tfal;
4. Hu tal-fehma li qafas olistiku u koordinat biss, li jindirizza l-kawżi oriġinali tat-tħaddim tat-tfal, implimentat fuq perjodu twil mill-gvernijiet, l-industrija, il-kummerċjanti, il-produtturi u s-soċjetà ċivili, jista' jwassal għal tibdil sinifikanti;
5. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura koerenza politika fl-inizjattivi kollha tagħha, jiġifieri dawk relatati mal-kummerċ, l-iżvilupp (b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess tat-tfal għall-edukazzjoni), id-drittijiet tal-bniedem, l-akkwist pubbliku u r-responsabbiltà soċjali korporattiva u biex tinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattika bejn setturi ekonomiċi differenti fejn iseħħ it-tħaddim tat-tfal;
6. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-ftehimiet kollha dwar il-kummerċ jinkludu dispożizzjonijiet effikaċi li jittrattaw it-tnaqqis tal-faqar u l-promozzjoni ta' xogħol deċenti u ta' kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri flimkien ma' klawżoli vinkolanti dwar id-drittijiet tal-bniedem miftiehma internazzjonalment, l-istandards soċjali u ambjentali u l-infurzar tagħhom, akkumpanjati minn miżuri li jiġu applikati fil-każijiet ta' ksur;
7. Ifakkar li s-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati (SPĠ) tal-UE, l-istrument prinċipali tal-politika għall-kummerċ tal-UE għall-promozzjoni tal-istandards bażiċi tax-xogħol, qed tiġi eżaminata u li l-preferenzi kummerċjali mogħtija lill-pajjiżi benefiċjarji skont dik is-sistema jistgħu jitneħħew f'ċirkostanzi speċifiċi, jiġifieri f'każ ta' ksur serju u sistematiku tal-prinċipji stabbiliti f'numru ta' konvenżjonijiet fundamentali tal-ILO, inklużi l-Konvenżjonijiet 138 u 182;
8. Ifakkar li, fil-15 ta' Diċembru 2011, il-Parlament iddeċieda li ma jagħtix il-kunsens tiegħu għal Protokoll tat-Tessuti għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Uzbekistan minħabba tħassib relatat mal-użu tat-tħaddim furzat tat-tfal fl-għelieqi tal-qoton fl-Uzbekistan, u rrakkomanda li l-UE tinvestiga l-possibilità li temporanjament tneħħi l-benefiċċji tas-SPĠ tal-Uzbekistan jekk il-korpi ta' monitoraġġ tal-ILO jikkonkludu li jeżisti ksur serju u sistematiku tal-obbligi tal-Uzbekistan(3);
9. Jilqa' l-inizjattivi kollha tad-diversi partijiet interessati li jinvolvu l-gvernijiet, l-industriji, il-produtturi u s-soċjetà ċivili bil-għan li jinqered it-tħaddim tat-tfal, jitjiebu l-ħajjiet tat-tfal u tal-adulti fil-farms tal-kawkaw u jiġi żgurat li l-kawkaw jitkabbar b'mod responsabbli, bħall-inizjattiva reġjonali reċenti tal-OECD, is-Segretarjat tal-Klabb tas-Sahel u l-Afrika tal-Punent u l-Inizjattiva Internazzjonali tal-Kawkaw sabiex tiġi promossa l-aħjar prattika għall-ġlieda kontra l-agħar forom tat-tħaddim tat-tfal fil-farms tal-kawkaw fl-Afrika tal-Punent; jirrimarka li dawn l-inizjattivi jeħtieġu segwitu xieraq sabiex jiġi żgurat progress ġenwin; iħeġġeġ lill-gvernijiet iżidu l-appoġġ tagħhom għan-netwerks tal-kummerċ ġust fis-settur tal-kawkaw u għall-kooperattivi rurali, sabiex ikunu jistgħu ibigħu l-prodott tagħhom direttament lis-swieq nazzjonali u internazzjonali, b'hekk jevitaw l-intermedjarji u jiksbu prezz ġust; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa tali miżuri;
10. Jappoġġa l-għanijiet tal-Protokoll għat-Tkabbir u l-Ipproċessar taż-Żerriegħa tal-Kawkaw u l-Prodotti Derivati tagħhom b'mod konformi mal-Konvenzjoni 182 tal-ILO rigward il-Projbizzjoni u l-Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom tat-Tħaddim tat-Tfal (magħruf bħala l-“Protokoll Harkin-Engel”) u jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu;
11. Ifakkar li s-CEN (Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni) reċentement iddeċieda li jwaqqaf kumitat għal proġett ġdid sabiex jiżviluppa standard Ewropew f'żewġ partijiet għal kawkaw traċċabbli u sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra, u jekk xieraq tressaq proposta leġiżlattiva dwar, mekkaniżmu effikaċi ta' traċċabilità għal dawk il-prodotti li jinħadmu permezz ta' tħaddim furzat tat-tfal; jistieden is-sħab tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kawkaw jappoġġaw titjib fil-katina ta' provvista u organizzazzjoni aħjar tal-bdiewa sabiex jingħata lok għal traċċabilità aħjar fil-katina tal-provista tas-settur kollu tal-kawkaw;
12. Jistieden lis-sħab tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kawkaw jikkunsidraw il-possibbiltà li jintroduċu traċċabilità tal-katina tal-provvista tal-kawkaw ivverifikata minn parti terza akkreditata;
13. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-ILO-IPEC, u lis-sħab l-oħra jkomplu bl-isforzi tagħhom sabiex jiksbu għarfien aħjar tal-komplessitajiet ekonomiċi, soċjali u kulturali fil-komunitajiet tal-farms;
14. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-UNICEF, lill-kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, lill-Unjoni Afrikana u lill-ILO.
Il-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw ***
195k
31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw (09771/2011 – C7- 0206/2011– 2010/0343(NLE))
– wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (09771/2011),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw (08134/2011),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(3) u (4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) (v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0206/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0024/2012),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
Il-ġlieda kontra l-epidemija tad-dijabete fl-UE
247k
81k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar l-indirizzar tal-epidemija tad-dijabete fl-UE (2011/2911(RSP))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Saint Vincent dwar il-Kura u r-Riċerka tad-Dijabete fl-Ewropa, adottata waqt l-ewwel laqgħa tal-Programm ta' Azzjoni dwar id-Dijabete tad-Dikjarazzjoni ta' Saint Vincent, li saret f'Saint Vincent bejn l-10 u t-12 ta' Ottubru 1989(1),
– wara li kkunsidra l-ħolqien mill-Kummisjoni ta' Pjattaforma tal-UE dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa fil-15 ta' Marzu 2005(2),
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-8 ta' Diċembru 2005 dwar “Il-promozzjoni ta' dieta tajba għas-saħħa u tal-attività fiżika: Dimensjoni Ewropea għall-prevenzjoni tal-ħxuna, l-obeżità u l-mard kroniku”, li tindirizza d-determinanti li fuqhom huwa bbażat il-bidu tad-dijabete tat-Tip 2 (COM(2005)0637),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Konferenza tal-Presidenza Awstrijaka “Il-prevenzjoni tad-dijabete tat-Tip 2”, li saret fil-15 u s-16 ta' Frar 2006 fi Vjenna(3),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2006 dwar id-dijabete(4),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' stili ta' ħajja li huma tajbin għas-saħħa u l-prevenzjoni tad-dijabete tat-Tip 2(5),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kumitat Reġjonali għall-Ewropa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-11 ta' Settembru 2006 bit-titolu “Il-Prevenzjoni u l-kontroll ta' mard li ma jitteħidx fir-reġjun Ewropew tal-WHO”(6),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 61/225 tan-Nazzjonijiet Uniti tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-Jum Dinji tad-Dijabete.
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)(7) u d-Deċiżjoni sussegwenti tal-Kummissjoni tat-22 ta' Frar 2011 dwar l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' finanzjament għall-2011 fil-qafas tat-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13) u dwar l-għażla, l-għoti u kriterji oħra għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet ta' dan il-programm(8),
– wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 bit-titolu “Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013” (COM(2007)0630),
– wara li kkunsidra s-Seba' Programm Kwadru għall-attività ta' riċerka (2007-2013)(9) u l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (COM(2011)0808),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ottubru 2009 bit-titolu “Is-solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE” (COM(2009)0567),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 64/265 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-20 ta' Mejju 2010 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li ma jitteħidx.
– wara li kkunsidra r-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tal-proġett FP7-HEALTH-200701 imwaqqaf fid-“DIAMAP – Pjan Direzzjonali għar-Riċerka dwar id-Dijabete fl-Ewropa”(10),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2010 bit-titolu “Inizjattiva ewlenija Europa 2020 – Unjoni innovattiva” (COM(2010)0546), u s-sħubija pilota tagħha dwar it-tixjiħ attiv u b'saħħtu,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2010 bit-titolu “Approċċi innovattivi għall-mard kroniku fis-sistemi tas-saħħa pubblika u ta' kura tas-saħħa”,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 65/238 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-24 ta' Diċembru 2010 dwar l-iskop, il-modalitajiet, il-format u l-organizzazzjoni tal-Laqgħa ta' Livell Għoli tal-Assemblea Ġenerali dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll ta' Mard li ma jitteħidx,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Moska adottata matul l-Ewwel Konferenza Ministerjali Dinjija tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istili ta' Ħajja Tajbin għas-Saħħa u l-Kontroll tal-Mard li ma Jitteħidx, li saret f'Moska mit-28 sad-29 ta' April 2011(11),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-impenn tagħha bil-quddiem għal-laqgħa ta' livell għoli tan-NU dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li ma jitteħidx(12),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi d-dijabete hija waħda mill-iktar komuni fost il-mard li ma jitteħidx, kkalkolata li taffettwa iktar minn 32 miljun ċittadin tal-UE, li jirrappreżentaw kważi 10 % tal-popolazzjoni kollha tal-UE, bi 32 miljun ċittadin ieħor li jsofru minn intolleranza għall-glukożju u bi probabilità kbira ħafna li tevolvi f'dijabete klinika ċara(13);
B. billi n-numru ta' persuni li qed jgħixu bid-dijabete fl-Ewropa huwa mistenni jiżdied b'16.6 % sal-2030, konsegwenza tal-epidemija tal-obeżità, it-tixjiħ tal-popolazzjoni Ewropea u fatturi oħrajn li għad iridu jiġu determinati;
C. billi d-dijabete tat-Tip 2 tnaqqas il-medja ta' għomor il-bniedem b'bejn 5 u 10 snin(14) u d-dijabete tat-Tip 1 tnaqqas il-medja ta' għomor il-bniedem b'madwar 20 sena(15) filwaqt li 325 000 mewt fis-sena huma attribwiti lid-dijabete fl-UE(16) jiġifieri ċittadin tal-UE kull żewġ minuti;
D. billi t-tnaqqis tal-fatturi ta' riskju identifikati, l-iktar id-drawwiet marbuta mal-istil ta' ħajja, huwa dejjem aktar rikonoxxut bħala strateġija ewlenija ta' prevenzjoni li tista' tnaqqas l-inċidenza, il-prevalenza u l-kumplikazzjonijiet kemm għad-dijabete tat-Tip 1 kif ukoll għal dik tat-Tip 2;
E. billi għadha meħtieġa riċerka biex jiġu identifikati b'mod ċar il-fatturi ta' riskju għad-dijabete tat-Tip 1, billi qed issir riċerka dwar il-predispożizzjoni ġenetika u billi d-dijabete tat-Tip 1 qed tiżviluppa dejjem aktar f'età żgħira;
F. billi d-dijabete tat-Tip 2 hija marda li tista' tiġi evitata u li l-fatturi ta' riskju għaliha - bħal dieta fqira u mhux ibbilanċjata, l-obeżità, in-nuqqas ta' attività fiżika u l-konsum tal-alkoħol - ġew identifikati b'mod ċar u jistgħu jiġu indirizzati permezz ta' strateġiji effikaċi ta' prevenzjoni;
G. billi għalissa għad m'hemmx kura għad-dijabete;
H. billi l-komplikazzjonijiet tad-dijabete tat-Tip 2 jistgħu jiġu evitati permezz ta' promozzjoni ta' stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa u ta' dijanjosi bikrija; billi ta' spiss qed issir dijanjosi tad-dijabete tard wisq peress u sa 50 % tal-persuni kollha bid-dijabete bħalissa mhumiex konxji mill-kundizzjoni tagħhom(17);
I. billi sa 75 % tal-persuni kollha li għandhom id-dijabete mhumiex f'kontroll tajjeb tal-kundizzjoni tagħhom, ħaġa li twassal għal riskju akbar ta' komplikazzjonijiet, telf ta' produttività u spejjeż kbar għas-soċjetà(18) kif instab minn studju riċenti(19);
J. billi f'ħafna Stati Membri d-dijabete hija responsabbli għal iktar minn 10 % tal-infiq għall-kura tas-saħħa, ċifra li xi kultant titla' sa 18,5 %(20), u l-ispiża ġenerali għall-kura tas-saħħa għal ċittadin tal-UE bid-dijabete hija bħala medja EUR 2100 fis-sena(21);
K. billi d-dijabete hija kawża prinċipali ta' attakki tal-qalb, attakki ta' puplesija, agħma, amputazzjoni u problemi bil-kliewi, jekk ma tiġix trattata kif suppost jew djanjostikata tard wisq;
L. billi l-promozzjoni ta' stili tal-ħajja sani u l-indirizzar tal-erba' fatturi prinċipali li huma ta' detriment għas-saħħa – it-tabakk, dieta ħażina, in-nuqqas ta' attività fiżika u l-alkoħol – fl-oqsma politiki kollha jistgħu jagħtu kontribut kbir għall-prevenzjoni tad-dijabate, il-kumplikazzjonijiet tagħha u l-ispejjeż ekonomiċi u soċjali tagħha;
M. billi l-persuni li qed jgħixu bid-dijabete għandhom jipprovdu 95 % tal-kura tagħhom stess(22) u billi l-piż tad-dijabete fuq l-individwi u l-familji tagħhom mhuwiex biss finanzjarju, iżda jinvolvi wkoll kwistjonijiet psikosoċjali u kwalità ta' ħajja iktar fqira;
N. billi 16 biss minn 27 Stat Membru għandhom qafas jew programm nazzjonali fis-seħħ biex tiġi indirizzata d-dijabete, u ma jeżisti ebda kriterju ċar dwar x'inhu programm tajjeb jew liema huma l-pajjiżi tal-aħjar prattika(23); u billi hemm differenzi u inugwaljanzi konsiderevoli fil-kwalità tat-trattament tad-dijabete fl-UE;
O. billi ma jeżisti l-ebda qafas legali tal-UE għad-diskriminazzjoni kontra l-persuni li jbatu mid-dijabete jew minn mard kroniku ieħor, u l-preġudizzju kontra dawk li jbatu minn dan il-mard għad għandu rwol kbir fl-iskejjel, fir-reklutaġġ, fil-postijiet tax-xogħol, fil-poloz tal-assikurazzjoni u fil-valutazzjoni għal liċenzji tas-sewqan fl-UE kollha;
P. billi hemm nuqqas ta' finanzjament u infrastruttura biex tiġi kkoordinata r-riċerka dwar id-dijabete fl-UE, ħaġa li qed ikollha impatt negattiv fuq il-kompetittività tar-riċerka tal-UE dwar id-dijabete u li qed żżomm persuni li għandhom id-dijabete milli jibbenefikaw għalkollox mir-riċerka fl-Ewropa;
Q. billi bħalissa m'hemm l-ebda strateġija Ewropea biex tiġi indirizzata d-dijabete minkejja l-Konlużjonijiet tal-Kunsill tal-Presidenza Awstrijaka dwar il-promozzjoni ta' stili ta' ħajja li huma tajbin għas-saħħa u l-prevenzjoni tad-dijabete tat-Tip 2(24), lista estensiva ta' Riżluzzjonijiet tan-NU u d-Dikjarazzjoni bil-Miktub tal-Parlament Ewropew dwar id-dijabete;
1. Jilqa' l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2010, dwar “Approċċi innovattivi għall-mard kroniku fis-sistemi tas-saħħa pubblika u ta' kura tas-saħħa” (25)u t-talba tiegħu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex “jibdew proċess ta' riflessjoni mmirat li jidentifika l-għażliet li jottimizzaw ir-reazzjoni għall-isfidi tal-mard kroniku”;
2. Jieħu nota tar-Riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tal-15 ta' Settembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-impenn tagħha għal-laqgħa ta' livell għoli tan-NU dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li ma jitteħidx li tiffoka fuq id-dijabete bħala waħda mill-erba' mardiet ewlenin li ma jitteħdux;
3. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa u timplimenta Strateġija mmirata tal-UE għad-Dijabete fil-forma ta' Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-UE dwar il-prevenzjoni, id-djanjosi, il-ġestjoni, l-edukazzjoni u r-riċerka tad-dijabete;
4. Jistieden lill-Kummissjoni tħejji kriterji u metodi komuni u standardizzati għall-ġbir tad-data dwar id-dijabete, u b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, biex tikkoordina, tiġbor, tirreġistra, timmoniterja u tiġġestixxi d-data epidemjoloġika komprensiva dwar id-dijabete u data ekonomika dwar l-ispejjeż diretti u indiretti tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-dijabete;
5. Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw, jimplimentaw u jimmoniterjaw programmi nazzjonali dwar id-dijabete mmirati lejn il-promozzjoni tas-saħħa, it-tnaqqis, it-tbassir u l-prevenzjoni tal-fatturi ta' riskju, id-djanjosi bikrija u t-trattament tad-dijabete, intenzjonati għall-popolazzjoni kollha u għal gruppi li jinsabu f'riskju għoli b'mod partikulari u bl-għan li jnaqqsu l-inugwaljanzi u jottimizzaw ir-riżorsi tal-kura tas-saħħa;
6. Jitlob lill-Istati Membri jippromwovu l-prevenzjoni tad-dijabete tat-Tip 2 u l-obeżità (filwaqt li jirrakkomanda li l-istrateġiji jiġu implimentati minn età bikrija permezz tal-edukazzjoni dwar drawwiet dietetiċi sani u l-attività fiżika fl-iskejjel) strateġiji favur l-istil tal-ħajja san, inklużi approċċi tad-dieta u tal-eżerċizzju; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-politiki dwar l-ikel ikunu allinjati mal-objettivi tal-promozzjoni ta' dieta sana, li tippermetti lill-konsumaturi li jagħmlu għażliet infurmati u favur is-saħħa, u ta' dijanjożi bikrija bħala ewlementi ewlenin ta' azzjoni fil-programmi nazzjonali tagħhom dwar id-dijabete;
7. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri billi tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar il-programmi nazzjonali tajbin dwar id-dijabete; jenfasizza l-bżonn li l-Kummissjoni timmoniterja l-progress b'mod kontinwu fir-rigward tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-programmi nazzjonali dwar id-dijabete u li tippreżenta r-riżultati kull tliet snin fil-forma ta' rapport tal-Kummissjoni;
8. Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi ta' ġestjoni tad-dijabete ibbażati fuq l-aħajr prattiki kif ukoll linji gwida dwar it-trattament ibbażati fuq l-evidenza;
9. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-aċċess kontinwu għall-pazjenti tal-kura primarja u sekondarja għal timijiet interdixxiplinari, trattamenti tad-dijabete u teknoloġiji ta' kwalità għolja, inklużi teknoloġiji tas-saħħa elettronika, u biex jappoġġaw lill-pazjenti fil-ksib u ż-żamma tal-ħiliet u l-fehim meħtieġa biex ikollhom awtoġestjoni kompetenti tul il-ħajja kollha;
10. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-koordinazzjoni tar-riċerka Ewropea dwar id-dijabete billi jħeġġu l-kollaborazzjoni bejn id-dixxiplini tar-riċerka u joħolqu infrastrutturi ġenerali komuni li jiffaċilitaw l-isforzi tar-riċerka Ewropea dwar id-dijabete, anke fl-oqsma tal-identifikazzjoni u tal-prevenzjoni tal-fatturi ta' riskju;
11. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-appoġġ kontinwu għall-finanzjament tad-dijabete taħt il-Programmi Qafas għar-Riċerka tal-UE attwali u futuri, filwaqt li jqis li d-dijabete tat-Tip 1 hija marda differenti minn dik tat-Tip 2;
12. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw is-segwitu xieraq u adegwat għar-riżultati tas-Samit tan-NU ta'Settembru 2011dwar il-Mard li ma Jitteħidx;
13. Ifakkar fl-importanza li l-UE u l-Istati Membri jintegraw aktar il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta' fatturi ta' riskju fl-oqsma leġiżlattivi u ta' politika kollha u b'mod partikolari fil-politiki tal-ambjent, tal-ikel u tal-konsumatur tagħhom, bil-għan li jiġu implimentati l-objettivi marbutin mal-mard li ma jitteħidx u biex jiġu indirizzati l-isfidi għas-saħħa pubblika, soċjali u ekonomiċi;
14. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-parlamenti tal-Istati Membri.
Diabetes – The Policy Puzzle: towards benchmarking in the EU 25 (2005) il-Federazzjoni Internazzjonali tad-Dijabete, 2006, http://www.idf.org/webdata/docs/idf-europe/DiabetesReport2005.pdf
Diabetes – The Policy Puzzle: towards benchmarking in the EU 25 (2005) il-Federazzjoni Internazzjonali tad-Dijabete, 2006, http://www.idf.org/webdata/docs/idf-europe/DiabetesReport2005.pdf
Diabetes expenditure, burden of disease and management in 5 EU countries, 2012 http://www2.lse.ac.uk/LSEHealthAndSocialCare/research/LSEHealth/MTRG/LSEDiabetesReport26Jan2012.pdf
Rapport dwar it-tkabbir għal Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
354k
116k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar ir-rapport ta' progress 2011 dwar dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2011/2887(RSP))
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2005 biex jagħti l-istatus ta' pajjiż kandidat għas-sħubija fl-UE lill-pajjiż u l-Konklużjonijiet tal-Presidenza li ħarġu wara l-Kunsilli Ewropej tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2006 u tal-14 u l-15 ta' Diċembru 2006,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU 845 (1993) u 817 (1993), kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 47/225 (1993) u l-Ftehim Interim tal-1995,
– wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar l-Applikazzjoni tal-Ftehim Interim tat-13 ta' Settembru 1995 (Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja vs il-Greċja),
– wara li kkunsidra r-Rapport ta' Progress tal-2011 tal-Kummissjoni (SEC(2011)1203) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2011 bit-titolu “Strateġija ta' Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2011-2012” (COM(2011)0666),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Parlamentari Konġunt tal-4 ta' Novembru 2011,
– wara li kkunsidra r-Rapport Finali tal-Missjoni ta' Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet OKSE/ODIHR għall-elezzjonijiet parlamentari bikrija tal-5 ta' Ġunju 2011,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2008/212/KE tat-18 ta' Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija ta' Adeżjoni mal-pajjiż,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u tal-Affarijiet Barranin tat-13 u tal-14 ta' Diċembru 2010 u tal-5 ta' Diċembru 2011,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Tessaloniki tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003, sar impenn mal-Istati kollha tal-Balkani tal-Punent li “l quddiem kienu se jissieħbu mal-Unjoni Ewropea u dan l-impenn ittenna fil-Laqgħa ta' Livell Għoli dwar il-Balkani tal-Punent f'Sarajevo fit-2 ta' Ġunju 2010;
B. billi l-Kummissjoni fir-Rapport ta' Progress tal-2011 tagħha żammet ir-rakkomandazzjoni tagħha tal-2009 li tibda n-negozjati ta' adeżjoni mal-UE mal-pajjiż;
C. billi l-Kummissjoni fl-Istrateġija ta' Tkabbir tagħha tal-2011 ikkonfermat li “'l-politika tat-tkabbir tat prova li hi għodda qawwija għat-trasformazzjoni tas-soċjetà'” u li “'l-impenn, il-kundizzjonalità u l-kredibbiltà tpoġġew fil-qalba tal-proċess ta' adeżjoni u tas-suċċess tiegħu'”;
D. billi s-Sħubija ta' Assoċjazzjoni rrikjediet l-intensifikazzjoni tal-isforzi, ibbażat fuq approċċ kostruttiv, biex tinstab soluzzjoni nnegozjata u aċċettata reċiprokament għall-kwistjoni dwar l-isem mal-Greċja, fil-qafas tar-Riżoluzzjonijiet 817 (1993) u 845 (1993) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u biex jiġu evitati azzjonijiet li jistgħu jaffetwaw tali sforzi b'mod negattiv; billi kemm il-Kummissjoni u kemm il-Kunsill enfasizzaw ripetutament li ż-żamma ta' relazzjonijiet tajbin mal-viċinat, inkluża l-ħidma għal soluzzjoni nnegozjata u aċċettata reċiprokament rigward il-kwistjoni tal-isem, taħt l-awspiċju tan-NU, hija essenzjali;
E. billi l-kwistjonijiet bilaterali m'għandhomx jirrappreżentaw u jintużaw bħala ostakolu fil-proċess ta' adeżjoni, iżda għandhom jiġu indirizzati fi spirtu kostruttiv kemm jista' jkun malajr, filwaqt li jitqiesu l-interessi u l-valuri ġenerali tal-UE;
F. billi l-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet tajbin mal-viċinat jibqgħu partijiet essenzjali tal-proċess ta' tkabbir u s-sejbien ta' kompromessi fuq kwistjonijiet kontestati huwa l-aħjar mod biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali, fl-interess taż-żamma tal-paċi u tar-relazzjonijiet tajbin mal-viċinat fil-Balkani tal-Punent; billi t-tkomplija tal-proċess ta' adeżjoni jikkontribwixxi għall-istabilità tal-pajjiż u jsaħħaħ ulterjorment ir-relazzjonijiet interetniċi;
G. billi kull pajjiż kandidat għandu l-livell ta' progress u d-dinamika tal-adeżjoni partikolari tiegħu; billi l-UE għandha r-responsabilità li ma tħalli l-ebda pajjiż lura u l-kredibilità tal-proċess ta' adeżjoni tal-UE tista' tiġi pperikolata minn dewmien kontinwu fil-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni;
H. billi dan kien fost l-ewwel pajjiżi tar-reġjun li ngħata l-istatus ta' pajjiż kandidat, huwa l-pajjiż bl-ogħla appoġġ pubbliku nazzjonali għall-adeżjoni mal-UE, u issa gawda minn rakkomandazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni biex tiġi stabbilita data għall-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni mal-UE għal tliet snin konsekuttivi;
I. billi l-pajjiżi kollha kandidati u dawk potenzjalment kandidati għandhom jiġu kkunsidrati fil-proċess ta' integrazzjoni skont il-merti proprji tagħhom;
1. Itenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill li jistabbilixxi data għall-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni mal-pajjiż mingħajr iżjed dewmien;
2. Jaqbel mal-valutazzjoni li saret mill-Kummissjoni fir-rapport ta' progress tagħha tal-2011 rigward l-ilħuq kontinwu tal-kriterji politiċi min-naħa tal-pajjiż; jiddispjaċih li għat-tielet sena konsekuttiva, il-Kunsill ma segwiex ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u li waqt il-laqgħa tiegħu fid-9 ta' Diċembru 2011, ma ddeċidiex li jiftaħ in-negozjati ta' adeżjoni mal-pajjiż;
3. Jenfasizza l-importanza tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea tal-pajjiż u tal-isforzi kollha għall-appoġġ ta' dan il-għan, b'mod partikolari l-bidu tal-iscreening preliminari tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni mal-acquis u l-implimentazzjoni tat-tieni fażi tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni;
4. Jinsab imħasseb, filwaqt li ma jixtieqx iżomm lura l-progress tant milqugħ lejn l-adeżjoni mal-UE li sar minn pajjiżi oħra tal-Balkani tal-Punent, li l-perċezzjoni li l-progress tal-pajjiż “jinqabeż minn ħaddieħor” tista' tostakola t-titjib kontinwu fir-relazzjonijiet interetniċi fil-pajjiż u li n-nuqqas min-naħa ta' kwalunkwe pajjiż fir-reġjun li jikseb progress konsistenti lejn l-adeżjoni mal-UE fl-aħħar mill-aħħar, thedded l-istabilità u s-sigurtà tagħhom kollha;
5. Jindika li, filwaqt li kull pajjiż kandidat għandu l-livell ta' progress u d-dinamika tal-adeżjoni partikolari tiegħu, l-UE għandha r-responsabilità li ma tħalli l-ebda pajjiż lura;
6. Jinnota l-kumment tal-Kummissarju Ewropew għat-Tkabbir u l-Politika tal-Viċinat tal-5 ta' Settembru 2011, li r-rakkomandazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni Ewropea mhix imnaqqxa fil-ġebel; jindika madankollu, li d-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jsegwix ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ħolqot frustrazzjoni u nuqqas ta' sodisfazzjon leġittimi fl-opinjoni pubblika tal-pajjiż u jinnota li l-UE u l-Istati Membri tagħha m'għandhom qatt jagħmlu fatta l-perspettiva Ewropea ta' kwalunkwe pajjiż applikant u għandhom jagħmlu sforzi ugwali sabiex jaċċeleraw il-proċess ta' adeżjoni fi spirtu sinċier ta' sħubija;
7. Jilqa' l-ħatra tal-Kap il-ġdid tad-Delegazzjoni tal-UE u jittama li din il-ħatra se ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiż;
8. Jilqa' l-bidu, fil-15 ta' Marzu 2012, tad-Djalogu dwar l-Adeżjoni ta' Livell Għoli mal-Kummissjoni Ewropea, bħala pass “il quddiem fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE bl-għan li jsir progress fl-aġenda tar-riforma permezz ta' skambju ta' fehmiet sostanzjali u konsultazzjonijiet tekniċi regolari f'ħames oqsma ewlenin tal-politika – il-libertà tal-espressjoni, l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, ir-riforma elettorali, u l-kriterji ekonomiċi; huwa tal-istess fehma tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet tal-Gvern li d-djalogu għandu jqiegħed enfasi fuq il-Kapitolu 23 - Il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali u fuq il-Kapitolu 24 - Il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, biex ikompli jsir progress fil-livell ta' applikazzjoni tal-kriterji u l-istandards ta' adeżjoni mal-UE; jistenna li din il-forma avvanzata ta' djalogu tkompli f'oqsma oħra li huma kruċjali għall-proċess ta' adeżjoni mal-UE; iqis li dan id-djalogu se joħloq impenn ġdid favur ir-riformi u jsaħħaħ ir-relazzjoni tagħna permezz ta' laqgħat darbtejn fis-sena fuq livell politiku;
9. Jirrikonoxxi li s-sħubija man-NATO kif ukoll mal-Unjoni Ewropea t-tnejn huma essenzjali għall-approċċ Ewro-Atlantiku adottat mill-pajjiż, u jinnota li s-Samit tan-NATO f'Chicago f'Mejju 2012 kif ukoll it-tnedija tad-Djalogu dwar l-Adeżjoni ta' Livell Għoli u l-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2012 jipprovdu opportunitajiet importanti oħra għal aktar progress; ifakkar fid-dikjarazzjoni reċenti tas-Segretarju Ġenerali tan-NATO li hekk kif tinstab soluzzjoni aċċettata reċiprokament għall-kwistjoni dwar l-isem, tiġi estiża stedina lill-pajjiż;
10. Itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet u lill-midja sabiex jaħdmu għall-ħolqien ta' atmosfera pożittiva li se tgħin fl-iżvilupp ta' relazzjonijiet ma' pajjiżi ġirien u mhux tinkoraġġixxi diskors ta' mibgħeda;
11. Jinnota d-deċiżjoni tal-Gvern iffurmata f'Lulju 2011, sabiex tiġi applikata l-Liġi dwar l-amnestija għall-erba' każijiet relatati mad-delitti tal-gwerra li ġew riassenjati lill-ġurisdizzjoni domestika mit-Tribunal Internazzjonali Kriminali għal dik li kienet il-Jugoslavja fl-2008; jitlob lill-Gvern jinvestiga l-għażliet alternattivi sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-ġustizzja u l-kumpens għall-vittmi ta' dawn id-delitti u għall-familji tagħhom skont l-obbligi tal-liġi umanitarja internazzjonali;
It-tilwima dwar l-isem
12. Jinnota d-deċiżjoni tal-5 ta' Diċembru 2011 tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja rigward it-tilwima dwar l-isem; huwa tal-fehma li din id-deċiżjoni għandha tagħti impetu ġdid biex jiġi żgurat li jsir kull sforz possibbli sabiex tissolva t-tilwima dwar l-isem taħt il-patroċinju tan-NU, u jistieden lill-partijiet jikkonformaw ġenwinament mas-sentenza u jużawha biex jintensifikaw id-djalogu, b'enfasi fl-istess waqt tal-ħtieġa ta' kompromess aċċettat b'mod reċiproku; jilqa' f'dan ir-rigward id-dikjarazzjoni tal-medjatur maħtur min-NU u t-talba tiegħu lill-partijiet biex iqisu dan il-fatt bħala opportunità sabiex jaħsbu b'mod kostruttiv dwar ir-relazzjoni reċiproka tagħhom u jikkunsidraw inizjattiva mġedda bil-għan li jilħqu soluzzjoni definittiva dwar din il-kwistjoni;
13. Jiddispjaċih ħafna li t-tilwima dwar l-isem qed tkompli xxekkel it-triq tal-pajjiż lejn l-adeżjoni mal-UE u b'hekk qed tostakola l-proċess ta' tkabbir innifsu; jenfasizza li relazzjonijiet tajbin mal-viċinat huma kriterju ewlieni għall-proċess ta' tkabbir tal-UE u jistieden lill-gvernijiet ikkonċernati jevitaw ġesti u azzjonijiet kontroversjali u dikjarazzjonijiet li jista' jkollhom effetti negattivi fuq ir-relazzjonijiet;
14. Itenni t-talba tiegħu lill-Viċi-President/Rappreżentant Għoli u lill-Kummissarju responsabbli għat-tkabbir biex jiffaċilitaw il-ftehim rigward il-kwistjoni dwar l-isem u joffru gwida politika; huwa tal-fehma barra minn hekk, li t-tmexxija tal-pajjiż u l-Unjoni Ewropea għandhom b'mod kostanti jispjegaw lill-pubbliku l-benefiċċji tas-soluzzjoni meta din tintlaħaq, qabel ir-referendum dwar il-kwistjoni;
15. Jiddispjaċih dwar in-nuqqas tat-terminu “Maċedonjan” fir-Rapport ta' Progress tal-2011 u mill-2009, irrispettivament mill-fatt li din hija n-norma f'referenzi għal-lingwa, il-kultura u l-identità tal-pajjiż fit-testi tan-Nazzjonijiet Uniti; jiġbed l-attenzjoni għar-reazzjonijiet negattivi li ħoloq dan l-aspett fl-opinjoni pubblika matul din is-sena u jistieden lill-Kummissjoni tqis dan fit-tħejjija ta' rapporti futuri; ifakkar li l-Ftehim Qafas ta' Ohrid huwa bbażat fuq il-prinċipju tar-rispett għall-identità etnika tal-komunitajiet kollha;
16. Jenfasizza l-importanza li jinżamm “ir-ritmu” tal-proċess ta' adeżjoni; f'dan ir-rigward jilqa' l-offerta tal-Gvern tal-pajjiż li jistabbilixxi skadenza għal soluzzjoni b'suċċess tat-tilwima dwar l-isem sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-proċess ta' screening li għandu jsir mill-Kummissjoni hekk kif jinfetħu n-negozjati; jemmen li sforzi ġenwini mill-Gvern u t-twettiq tar-riformi tal-UE tul il-qasam kollu tal-kwistjonijiet rilevanti jistgħu jgħinu fil-ħolqien ta' ambjent politiku li jwassal sabiex jiġu solvuti kwistjonijiet bilaterali, kif intwera minn proċessi ta' tkabbir oħrajn; jindika li l-proċess parallel li tissolva l-kwistjoni bilaterali u t-tkomplija tan-negozjati ta' adeżjoni, fuq l-istess bażi bħall-mudell Slovenja-Kroazja, se jkun ta' benefiċċju kemm għall-pajjiż u kemm għall-UE;
17. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex , bi qbil mat-Trattati tal-UE, jibdew jiżviluppaw mekkaniżmu ta' arbitraġġ b'applikazzjoni ġenerali mmirat li jsolvi l-kwistjonijiet bilaterali bejn il-pajjiżi ta' tkabbir u l-Istati Membri;
Il-kooperazzjoni parlamentari
18. Jilqa' l-elezzjoni tal-parlament il-ġdid u l-ħolqien rapidu tal-gvern ta' koalizzjoni, li rriżulta mill-elezzjonijiet parlamentari bikrija; jitlob it-tisħiħ tad-djalogu politiku, filwaqt li jiġbed l-attenzjoni lejn il-parlament bħala istituzzjoni demokratika ewlenija għad-diskussjoni u s-soluzzjoni tal-kwistjonijiet li jirriżultaw minn differenzi politiċi; jinnota li r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Nazzjonali laqgħet ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport ta' Progress ta' din is-sena u ġiet adottata b'kunsens; jistieden lill-atturi politiċi kollha fil-pajjiż jintensifikaw l-isforzi tagħhom sabiex ikomplu bir-riformi neċessarji, inkluża l-implimentazzjoni effikaċi u s-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni;
19. Jifraħ lill-pajjiż dwar kif tmexxew l-elezzjonijiet parlamentari bikrija tal-5 ta' Ġunju 2011 u jilqa' l-valutazzjoni tal-OSKE/ODHIR li skontha kienu kompetittivi, trasparenti u amministrati tajjeb fil-pajjiż kollu; jiġbed l-attenzjoni madankollu għal xi nuqqasijiet, u jistieden lill-awtoritajiet isegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-komunità internazzjonali, b'mod partikolari l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-missjoni ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet OSKE/ODHIR u tal-osservaturi nazzjonali mill-assoċjazzjoni Most, bħall-aġġornament tal-lista tal-votanti, il-garanzija ta' trattament bilanċjat min-naħa tal-istampa, inkluż mix-xandir pubbliku, kemm tal-Gvern u kemm tal-partiti fl-oppożizzjoni, il-protezzjoni tal-ħaddiema fiċ-ċivil kontra kull xorta ta' pressjonijiet politiċi, l-iżgurar ta' monitoraġġ effikaċi tal-finanzjament tal-partiti u finanzjament pubbliku trasparenti, arranġamenti għall-votazzjoni barra mill-pajjiż, u r-rispett sħiħ għas-separazzjoni bejn l-istrutturi tal-istat u tal-partit; jistieden lill-awtoritajiet rilevanti jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet fil-futur qrib;
20. Jilqa' t-tmiem tal-bojkotts parlamentari u jemmen li t-tisħiħ ulterjuri tad-demokrazija fil-pajjiż jista' jinkiseb biss permezz ta' spirtu mtejjeb tad-djalogu politiku fi ħdan istituzzjonijiet demokratiċi stabbiliti, li jinkorpora l-partiti politiċi kollha; jitlob it-tisħiħ tar-rwol ta' sorveljanza tal-parlament fir-rigward tal-Gvern u l-aġenziji tiegħu; jitlob id-disponibilità tal-finanzjament neċessarju u l-ħatra tal-persunal addizzjonali neċessarju sabiex ikun possibbli l-istabbiliment sħiħ tal-Istitut Parlamentari; iħeġġeġ il-progress li sar permezz tal-istabbiliment ta' smigħ parlamentari ta' kontroll u jappoġġa l-isforzi addizzjonali mill-Unjoni Ewropea biex tkun provduta assistenza teknika għall-Assemblea Nazzjonali biex tiżviluppa l-prattiki tagħha; iħeġġeġ it-tkomplija tax-xogħol tal-Kumitat Parlamentari Konġunt mal-Parlament Ewropew;
L-iżvilupp ekonomiku
21. Ifaħħar lill-pajjiż għall-prestazzjoni ekonomika tajba tiegħu u talli żamm l-istabilità makroekonomika; jifraħ lill-Gvern talli l-pajjiż, skont ir-Rapport tal-Bank Dinji “Doing Business” għal dawn l-aħħar ħames snin kien t-tielet l-aktar pajjiż ta' suċċess fid-dinja fir-rigward tat-teħid ta' riformi regolatorji; jinnota li t-tnaqqis ekonomiku globali affetwa l-Investiment Barrani Dirett, li għadu f'livell baxx ħafna; jemmen li l-potenzjal għall-investiment, il-kummerċ u l-iżvilupp ekonomiku jibqa' l-argument deċiżiv għat-tkomplija tal-proċess ta' adeżjoni tal-pajjiż mal-UE;
22. Jinnota li l-prevedibilità legali u l-infurzar effiċjenti tal-liġijiet huma essenzjali għat-titjib ulterjuri tal-ambjent kummerċjali għall-kumpaniji domestiċi u l-investituri barranin; jistieden lill-Gvern għaldaqstant, jgħaġġel fl-isforzi sabiex tiġi żgurata ġudikatura effikaċi u indipendenti, kif ukoll amministrazzjoni professjonali, kompetenti u imparzjali, inklużi passi għat-tisħiħ tal-indipendenza u tal-kapaċitajiet ta' aġenziji regolatorji u superviżorji;
23. Jirrikonoxxi l-isfidi tal-qgħad għoli u l-faqar, li jkomplu jirrappreżentaw piż qawwi fuq il-pajjiż; jilqa' d-dibattitu dwar il-paga minima li għaddej attwalment fil-parlament; ifakkar li fl-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-NU, il-pajjiż qiegħed fi grad baxx u jilqa' l-adozzjoni tal-Istrateġija kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali; jenfasizza, filwaqt li jistieden lill-Gvern jagħmel aktar sforzi sabiex jindirizza l-qgħad strutturali u jipproteġi l-gruppi vulnerabbli, li soluzzjoni għal problema serja ta' livelli għoljin ta' qgħad persistenti fil-pajjiż tista' tkun biss tkabbir ekonomiku sostenibbli permezz tal-ħolqien ta' ambjent li jħeġġeġ lin-negozji jinvestu aktar; għal dan il-għan, iħeġġeġ lill-Gvern jappoġġa intrapriżi żgħar u medji billi jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament u jħeġġu jkompli bil-prattika tajba tiegħu li jikkonsulta r-rappreżentanti tal-komunità tal-kummerċ;
24. Jilqa' l-fatt li tul l-aħħar ħames snin, il-pajjiż telgħa erbgħin post “il fuq fl-indiċi kontra l-korruzzjoni ta' Transparency International; ifaħħar l-emendi li saru fil-qafas legali għal politika kontra l-korruzzjoni skont ir-rakkomandazzjonijiet GRECO; jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni madankollu, li l-korruzzjoni għadha ”tħassib serju“; iħeġġeġ sforzi kontinwi sabiex jiġi stabbilit bilanċ ta' suċċess fir-rigward ta' kundanni imparzjali għall-każijiet ta' korruzzjoni, b'mod partikolari dawk ta' livell għoli u f'oqsma ewlenin ta' tħassib bħall-akkwist pubbliku; jenfasizza l-ħtieġa ta' aktar trasparenza fir-rigward tan-nefqa pubblika u l-finanzjament ta' partiti politiċi; jistieden lill-investituri u l-impriżi tal-Unjoni Ewropea li għandhom rapporti kummerċjali mal-pajjiż biex ikollhom rwol ta' tmexxija tal-pari akbar mas-sħab lokali tagħhom fi stqarrijiet bil-miftuħ kontra l-korruzzjoni;
25. Jinnota s-sejba tar-Rapport ta' Progress li l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Kummissjoni Statali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni għadhom fraġli; jitlob protezzjoni legali u istituzzjonali aktar b'saħħitha għal dawk li jirrappurtaw; jilqa' l-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali l-ġdid, adottat fil-qafas ta' Riforma Ġudizzjarja Kriminali usa“, li għandu jtejjeb il-proċeduri investigattivi għal każijiet ta' kriminalità organizzata u korruzzjoni kumplessi; jilqa” l-ħatra mis-sena li ġejja ta' tim investigattiv li jaħdem direttament għall-Prosekutur Pubbliku u jittama li dan se jippermetti li aktar każijiet mgħoddija mill-Kummissjoni jwasslu realment għall-kundanni; jistieden lill-Gvern jipprovdi lill-Kummissjoni Statali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni bil-fondi u l-persunal neċessarju; jenfasizza li r-rieda politika hija kruċjali biex tiġi ttrattata l-korruzzjoni sistematika;
26. Jinnota l-adozzjoni ta' pakkett legali b'ambitu wiesa' mmirat li jsaħħaħ ulterjorment l-effiċjenza u l-indipendenza tal-ġudikatura; jilqa' f'dan ir-rigward il-ħidma effiċjenti tal-Akkademja tal-Imħallfin u l-Prosekuturi Pubbliċi u l-implimentazzjoni tad-distribuzzjoni arbitrarja tal-każijiet; iħeġġeġ lill-awtoritajiet responsabbli biex ikomplu jimplimentaw leġiżlazzjoni li tiġġieled il-korruzzjoni, u jtejbu l-indipendenza, l-effiċjenza u r-riżorsi tal-ġudikatura; jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza ta' sistema tal-qorti li tiffunzjona mingħajr indħil politiku; jilqa' l-isforzi biex jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza tas-sistema tal-qorti; jenfasizza l-ħtieġa li jinżamm bilanċ tal-infurzar ta' prosekuzzjonijiet u kundanni li permezz tiegħu jista' jitkejjel il-progress; jitlob l-unifikazzjoni tal-ġurisprudenza, biex jiġu żgurati sistema ġudizzjarja prevedibbli u l-fiduċja taċ-ċittadini;
Il-ftehim qafas ta' ohrid
27. Jifraħ lill-pajjiż fl-20 anniversarju mill-indipendenza tiegħu u fl-10 anniversarju tal-Ftehim Qafas ta' Ohrid imfakkra fl-2011; jenfasizza li l-ftehim jista' jkun mudell ta' riżoluzzjoni ta' suċċess ta' kunflitti interetniċi, filwaqt li jżomm l-integrità territorjali u jirriforma l-istrutturi tal-Istat; jenfasizza madankollu, li jinħtieġu sforzi ulterjuri u aktar b'saħħithom sabiex tinkiseb rikonċiljazzjoni sħiħa bejn il-partijiet u tiġi stabbilita l-bażi għall-konsolidazzjoni ta' istituzzjonijiet demokratiċi mhux partiġjani u interetniċi;
28. Ifaħħar id-diskors tal-Prim Ministru fil-5 ta' Settembru 2011, li laqa' l-multikulturaliżmu bħala l-mudell soċjali u politiku tal-pajjiż u enfasizza l-ħtieġa tal-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas ta' Ohrid u l-istabbiliment tal-objettiv ta' integrazzjoni mingħajr assimilazzjoni; jappoġġa l-impenji li ttieħdu lejn it-tieni deċennju tal-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas ta' Ohrid;
29. Jirrikonoxxi l-adozzjoni reċenti ta' bosta liġijiet, b'mod partikolari l-emendi għal-Liġi dwar il-Lingwi u l-użu ta' simboli; jitlob appoġġ attiv fil-lokalitajiet kollha għall-Kumitati għar-relazzjonijiet fost il-komunitajiet;
30. Jinnota bi tħassib l-użu ta' argumenti storiċi fid-dibattitu attwali, inkluż il-fenomenu tal-hekk imsejħa antikwiżazzjoni, li thedded li żżid it-tensjonijiet mal-pajjiżi ġirien u toħloq qasmiet interni ġodda;
31. Jenfasizza l-ħtieġa ta' preparazzjoni u organizzazzjoni operattiva adegwati taċ-ċensiment skont il-liġi u l-istandards tal-Eurostat; jistieden lill-Gvern jippreżenta pjan kredibbli għall-implimentazzjoni tal-proċess; jinnota l-importanza tal-limitu ta' 20% għall-attivazzjoni ta' ċerti drittijiet skont il-Ftehim Qafas ta' Ohrid, iżda jinsisti li l-ebda forma ta' diskriminazzjoni lejn il-komunità Albaniża jew kwalunkwe komunità etnika ta' minoranza oħra ma tista' tiġi ġġustifikata fuq il-bażi tal-proporzjon tagħhom fil-popolazzjoni;
32. Jitlob sforzi sinifikament imtejba għall-ġlieda kontra s-separazzjoni ta' tfal ta' gruppi etniċi differenti fis-sistema tal-edukazzjoni, filwaqt li jappoġġa d-dritt ta' kulħadd għal edukazzjoni fil-lingwa nattiva proprja; għal dan il-għan, jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati kotba tal-iskola ġodda bil-għan li tittejjeb il-komprensjoni reċiproka u tiġi fit-tmiem il-prattika ta' rotazzjoni etnika li għadha ssir f'xi skejjel; jitlob, fid-dawl tal-importanza kbira tal-edukazzjoni għall-pajjiż, li jingħata appoġġ akbar lil dan is-settur mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, bil-kundizzjoni li s-segregazzjoni fl-edukazzjoni tiġi ttrattata b'mod effikaċi;
Id-deċentralizzazzjoni
33. Jappoġġa l-passi deċiżivi lejn id-deċentralizzazzjoni politika fil-pajjiż, li ġew deskritti mill-Gvern bħala l-pilastru ewlieni tal-Ftehim Qafas ta' Ohrid, u li hija fl-interess ta' amministrazzjoni pubblika tajba; jilqa' l-approvazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni biex dan jinkiseb;
34. Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex jingħata impetu aktar qawwi għall-proċess ta' deċentralizzazzjoni; jitlob għal bilanċjar sinifikanti mill-ġdid bejn il-baġits ċentrali u lokali biex tinkiseb din id-deċentralizzazzjoni; jenfasizza l-importanza tat-trasparenza, l-oġġettività u l-imparzjalità fid-distribuzzjoni tal-għotjiet lill-muniċipalitajiet; jesprimi t-tħassib tiegħu li xi muniċipalitajiet se jesperjenzaw problemi finanzjarji minħabba nuqqas ta' kapaċitajiet ta' ġestjoni finanzjarja, u jħeġġeġ lill-Gvern bl-appoġġ tal-Kummissjoni fejn meħtieġ, biex jipprovdilhom l-assistenza teknika xierqa;
35. Ifaħħar il-programm ta' kooperazzjoni ta' suċċess bejn il-muċipalitajiet, bl-assistenza tal-UNDP, u jistieden lill-UE ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għal din il-prattika;
Id-drittijiet fundamentali
36. Jinsab imħasseb ħafna dwar l-iżviluppi reċenti fil-midja u dwar il-fatt li s-sjieda tal-midja għadha mhux trasparenti u kkonċentrata ħafna; iħeġġeġ lill-pajjiż juri impenn assolut lejn il-libertajiet tal-midja u l-pluraliżmu, inkluż dibattitu infurmat u pluralistiku dwar il-kwistjonijiet ta' riforma identifikati fir-Rapport ta' Progress; jilqa' l-istedina tar-Rappreżentant tal-OSKE dwar il-Libertà tal-Midja biex jieħu sehem fil-laqgħat ta' diskussjoni stabbiliti dan l-aħħar dwar il-libertà tal-midja u japprova l-istqarrija tagħha li, filwaqt li l-kumpaniji tal-midja kollha għandhom jirrispettaw r-regoli ġuridiċi u finanzjarji applikabbli biex isir il-kummerċ, il-midja kritika fil-konfront ta' partit wieħed ma tistax tkun partikolarment fil-mira tas-sistema legali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiżguraw ir-rispett għall-istat ta' dritt u l-libertà tal-midja fil-pajjiż, u b'hekk jiżguraw li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tibqa' pożittiva fil-futur;
37. Jitlob għad-distribuzzjoni ekwa u trasparenti tad-dħul mir-riklami tal-Istat bejn ix-xandara nazzjonali kollha mingħajr l-ebda kunsiderazzjoni tal-kontenut editorjali jew il-ġibda politika; japprova ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal azzjoni li tiżgura li l-istazzjon televiżiv tal-Istat jissodisfa l-objettivi u għandu rwol imparzjali ta' xandar tas-servizz pubbliku; jistieden lill-awtoritajiet jadottaw il-bidliet neċessarji sabiex jallinjaw il-Liġi dwar ix-xandir mal-leġiżlazzjoni tal-UE;
38. Jitlob sforzi biex ikun evitat l-abbuż ta' azzjonijiet ta' libell kontra ġurnalisti għal raġunijiet politiċi; jilqa' l-istqarrija reċenti tal-Gvern li l-liġi dwar il-malafama għandha titneħħa mill-kodiċi kriminali u l-kawżi pendenti kontra ġurnalisti għandhom jiġu sospiżi;; jenfasizza li l-libertà tal-midja hija l-pedament tad-demokrazija u hija essenzjali għal kull pajjiż li jaspira li jsir Stat Membru tal-UE; huwa tal-fehma li s-settur tal-midja għandu jelabora u jimplimenta standards professjonali għoljin għall-ġurnalisti u jimxi mar-regoli tal-etika ġurnalistika; jistieden lill-awtoritajiet ifasslu leġiżlazzjoni antitrust fil-qasam tal-midja, kif ukoll miżuri li jevitaw l-influwenza politika fis-settur tal-midja;
39. Jilqa' l-fatt li l-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon hi ġeneralment garantita; iħeġġeġ lill-Gvern ikompli bl-isforzi tiegħu għat-tisħiħ ta' politiki kontra d-diskriminazzjoni, jenfasizza l-importanza li tiġi evitata d-diskriminazzjoni għal raġunijiet etniċi, inkluża d-diskriminazzjoni kontra ċittadini li jesprimu bil-miftuħ l-identità u/jew l-oriġini etnika Bulgara tagħhom;
40. Jilqa' l-ħolqien tal-Kummissjoni Kontra d-Diskriminazzjoni din is-sena u jitlob lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u lin-Netwerk Equinet għall-aġenziji indipendenti Ewropej kontra d-diskriminazzjoni, jappoġġaw u jikkooperaw bis-sħiħ max-xogħol tagħha; jilqa' l-fatt li tliet ilmenti ta' allegata diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' orjentazzjoni sesswali mressqin mill-Koalizzjoni għad-drittijiet sesswali u tas-saħħa qed jiġu investigati mill-Kummissjoni;
41. Jitlob għat-tisħiħ tal-politiki kontra d-diskriminazzjoni u l-implimentazzjoni effikaċi tagħhom, inklużi aktar sforzi biex jitħarsu d-drittijiet tan-nisa u tat-tfal kif ukoll dawk tal-persuni b'diżabilità; jilqa' r-rwol attiv u effikaċi tal-grupp parlamentari tan-nisa, iżda jinsab imħasseb dwar ir-rata ta' parteċipazzjoni baxxa min-naħa tan-nisa fil-ħajja politika fuq livell lokali, u jqis li programmi edukattivi mmirati li jinvolvu lin-nisa fil-ħajja ċivili u politika għandhom jittejbu u jiġu implimentati; jitlob aktar sforzi sabiex il-persuni b'diżabilità ma jibqgħux istituzzjonalizzati; jilqa' r-ratifika parlamentari tal-Konvenzjoni tan-NU għad-drittijiet tal-persuni b'diżabilitajiet fis-7 ta' Diċembru 2011;
42. Jinsab imħasseb li sar biss progress limitat rigward l-ugwaljanza tal-ġeneru u d-drittijiet tan-nisa; iħeġġeġ lill-Gvern jagħmel l-ugwaljanza tal-ġeneru prijorità politika u jżid l-appoġġ għal attivitajiet u inizjattivi li għandhom l-għan li jiġġieldu drawwiet, tradizzjonijiet u sterjotipi diskriminatorji li jdgħajfu d-drittijiet bażiċi tan-nisa;
43. Itenni t-talba tiegħu għal modifika tal-Liġi dwar il-prevenzjoni u l-ħarsien kontra d-diskriminazzjoni biex tipprojbixxi d-diskriminazzjoni fuq il-bażijiet kollha, skont l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u jenfasizza li dan huwa prerekwiżit għall-adeżjoni; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-kotba tal-università u tal-iskola li jiddeskrivu l-omosesswalità bħala marda u jitlob il-modifika immedjata tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa programmi għal bini tal-kapaċità, immirati lejn it-tisħiħ tas-soċjetà ċivili, inkluża l-komunità tal-leżbjani, omosesswali, bisesswali u transġeneru (LGBT);
44. Jilqa' l-presidenza attwali tal-pajjiż tad-Deċennju għall-Inklużjoni tar-Rom u jittama li dan se jispira ulterjorment il-progress fl-integrazzjoni tar-Rom fil-ħajja politika, soċjali u ekonomika; jilqa' l-progress fl-integrazzjoni tar-Rom fis-sistema edukattiva, b'żieda fir-reġistrazzjonijiet għall-edukazzjoni sekondarja u universitarja, kif ukoll ir-rappreżentazzjoni mtejba tar-Rom fis-servizz ċivili; jiġbed l-attenzjoni madankollu, għall-konklużjoni tal-Kummissjoni li jinħtieġu sforzi kontinwi biex tkun promossa l-fiduċja, speċjalment fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura u l-lingwa; itenni t-tħassib tiegħu dwar il-kundizzjonijiet tal-ħajja diffiċli ħafna esperjenzati mill-komunità Rom u l-fatt li dawn qed ikomplu jaffaċjaw diskriminazzjoni fl-aċċess għall-edukazzjoni, is-suq tax-xogħol, il-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali; jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni partikolarment diffiċli tan-nisa u t-tfal Rom li jgħixu taħt il-limitu tal-faqar u jistieden lill-awtoritajiet jieħdu passi immedjati biex jindirizzaw din il-kwistjoni;
45. Jilqa' l-adozzjoni min-naħa tal-Gvern tal-Istrateġija għall-inklużjoni soċjali tar-Rom 2012-2014; jindika madankollu, li fl-2012 ma ġew allokati l-ebda fondi statali għall-implimentazzjoni tal-miżuri skont il-pjan ta' azzjoni rilevanti, u jistieden f'dan ir-rigward lill-awtoritajiet isibu r-riżorsi neċessarji;
46. Jistieden lill-partijiet interessati kollha jippromwovu u jikkontribwixxu lejn l-iżvilupp ta' soċjetà ċivili indipendenti, pluralista, interetnika, interkulturali u mhux partiġġjana fi ħdan il-pajjiż; jenfasizza madankollu li sabiex ikollhom dan ir-rwol, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jeħtiġilhom li jissaħħu kunsiderevolment u jsiru indipendenti mill-influwenzi esterni, b'mod partikolari mill-interessi politiċi, u li dan ġeneralment għadu mhux il-każ fil-pajjiż; jitlob li jkun disponibbli finanzjament nazzjonali għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi sabiex tintemm id-dipendenza żejda fuq id-donaturi barranin;
47. Jemmen madankollu, li l-Faċilità tas-Soċjetà Ċivili tal-UE għandha l-potenzjal li ssaħħaħ drammatikament l-iskambji bejn l-NGOs, in-negozji u t-trejdjunjins tal-pajjiż ma' sħab fl-Istati Membri tal-UE għall-benefiċċju reċiproku tagħhom u bil-għan dirett li jissaħħaħ il-proċess ta' adeżjoni tal-UE; għal dan il-għan, jistieden lill-Kummissjoni tespandi l-appoġġ finanzjarju mill-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni biex jissaħħaħ l-iżvilupp b'mod partikolari tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi;
48. Jenfasizza li l-pajjiż irratifika it-tmien konvenzjonijiet ta' qofol tal-ILO dwar id-drittijiet tax-xogħol; jinsab imħasseb li sar biss progress moderat fil-qasam tad-drittijiet tax-xogħol u tat-trejdjunjins; jistieden lill-awtoritajiet isaħħu ulterjorment id-drittijiet tax-xogħol u tat-trejdjunjins; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Gvern jiżgura biżżejjed kapaċità amministrattiva sabiex ikun hemm lok għal implimentazzjoni u infurzar xierqa tal-liġi tax-xogħol; jindika r-rwol importanti tad-djalogu soċjali u jħeġġeġ lill-Gvern iżid l-ambizzjonijiet tiegħu u jwaqqaf djalogu soċjali li jinkludi l-aspetti kollha mas-sħab relevanti;
Il-ġustizzja u l-affarijiet interni
49. Jinnota l-progress li sar fir-riforma tal-ġudikatura; jifraħ lill-Akkademja għat-Taħriġ tal-Imħallfin u l-Prosekuturi, li issa waslet għal ħames anniversarju tagħha, għax-xogħol tagħha; jinsab imħasseb dwar in-nuqqasijiet tal-Liġi dwar l-Imħallfin, li fiha hemm lok għal influwenza politika permezz ta' proċeduri ta' tkeċċija, iżda jirrikonoxxi li hemm kunsens dwar il-ħtieġa għal aktar kriterji oġġettivi f'dan ir-rigward; jenfasizza, filwaqt li jilqa' l-fokus il-ġdid fuq il-prestazzjoni tal-imħallfin, li dan ma jistax jinkiseb mingħajr impenn ugwali lejn il-kwalità tas-sentenzi, inkluż l-impenn lejn it-taħriġ kontinwu u proċeduri ta' reklutaġġ ibbażati fuq il-mertu u lejn il-prinċipju ta' ġudikatura indipendenti;
50. Jinsab imħasseb dwar ir-rapporti ta' trattament ħażin mill-pulizija u jitlob li jsiru investigazzjonijiet dettaljati, b'mod partikolari tal-inċident traġiku fil-lejl tal-elezzjoni u l-affermazzjonijiet li skonthom ma saritx investigazzjoni totali fuq il-post tar-reat; jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-indipendenza tal-mekkaniżmi ta' kontroll tal-pulizija, b'mod partikolari s-Settur għall-Kontroll Intern u l-Istandards Professjonali fil-Ministeru tal-Intern;
51. Iħeġġeġ il-passi li qed jittieħdu biex tittejjeb is-sitwazzjoni fil-ħabsijiet, bħall-korsijiet ta' taħriġ u ta' żvilupp professjonali ġodda għall-persunal tal-ħabs, il-bini ta' diversi ħabsijiet ġodda biex jieħdu post dawk qodma u l-inizjattiva sabiex titfassal il-liġi dwar il-probazzjoni fi sforz sabiex jiġi indirizzat l-iffullar; iħeġġeġ il-progress kontinwu fit-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħabs iżda jitlob li tingħata attenzjoni speċifika lill-faċilitajiet ta' detenzjoni għall-minuri u lis-sejba tar-Rapport ta' Progress li l-unità għall-ġlieda kontra t-trattament ħażin ma tistax twettaq il-missjoni tagħha;
52. Ifaħħar il-kooperazzjoni mal-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu u jilqa' l-ftehimiet dwar il-kooperazzjoni ġuridika u mal-pulizija ffirmata mal-pajjiżi ġirien; jilqa' l-konklużjoni ta' ftehim operattiv bejn il-pajjiż u l-Europol sabiex jiġi ffaċilitat b'mod sinifikanti l-iskambju ta' data analitika u tittejjeb il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu; jinnota l-Att tas-Sistematizzazzjoni u t-tibdil li jintroduċi fid-Dipartiment għall-Kriminalità Organizzata tal-Ministeru għall-Intern biex itejjeb il-funzjonalità tiegħu u l-integrazzjoni fis-sistema ta' informazzjoni nazzjonali u internazzjonali għall-investigazzjoni kriminali; jilqa' l-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali l-ġdid, li għandu jtejjeb il-proċeduri investigattivi għal każijiet ta' kriminalità organizzata u korruzzjoni kumplessi; jinsisti li s-superviżjoni għandha titwettaq b'mod proporzjonat mat-theddida ġenwina għas-sigurtà tal-pubbliku, b'kontroll ġudizzjarju mtejjeb u b'sorveljanza parlamentari msaħħa tas-servizzi ta' informazzjoni u dawk kontroinformattivi;
53. Jħeġġeġ lill-awtoritajiet jtemmu t-tħabbir li ilu tant mistenni tal-ismijiet tal-aġenti affiljati mas-servizzi sigrieti ta' dik li kienet il-Jugoslavja bħala pass ewlieni lejn il-firda mill-passat tal-Komuniżmu; iħeġġeġ it-tisħiħ tal-mandat tal-Kummissjoni tal-Verifika tad-Data, notevolment l-indipendenza tagħha li tiżvela s-sejbiet tagħha direttament lill-pubbliku u t-trasferiment tad-dokumenti neċessarji kollha fuq bażi permanenti lejn il-bini tal-Kummissjoni;
54. Jinnota l-miżuri meħuda biex il-flussi migratorji jkunu ġestiti b'aktar effikaċja, b'mod partikolari billi jiġi indirizzat t-tħassib dwar il-problema ta' dawk li jitolbu ażil mingħajr bażi; jesprimi tħassib madankollu, dwar l-użu tal-profili u jitlob applikazzjoni riġida tal-prinċipju ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni f'tali miżuri; jitlob sforzi msaħħa biex jiġu implimentati d-drittijiet taċ-ċittadinanza għar-refuġjati eliġibbli u biex l-applikazzjonijiet għal ażil jiġu pproċessati fil-ħin u f'konformità totali mal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;
55. Jilqa' l-fatt li ċ-ċittadini tal-pajjiż ibbenefikaw mil-liberalizzazzjoni tal-viża sa minn Diċembru 2009; jintrabat li jiddefendi reġim ħieles mill-viżi bħala l-pedament tar-relazzjonijiet bejn il-pajjiż u l-Unjoni Ewropea, kif ukoll bħala miżura sinifikanti għall-promozzjoni ulterjuri u t-tisħiħ tal-kuntatti bejn persuna għal oħra;
L-amministrazzjoni pubblika
56. Jilqa' l-adozzjoni tal-Istrateġija dettaljata għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika sal-2015 u d-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar il-funzjonarji pubbliċi f'April 2011; iħeġġeġ lill-Gvern jarmonizza ulterjorment il-qafas legali fil-qasam tal-impjegati ċivili u l-impjegati pubbliċi, inkluż billi jemenda l-liġijiet relevanti; jenfasizza l-passi ulterjuri li jridu jittieħdu bil-għan li jiġi żgurat servizz ċivili professjonali u imparzjali, inkluż fuq livell muniċipali; jilqa' f'dan ir-rigward, it-twaqqif ta' Qorti Amministrattiva Għolja u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet responsabbli għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika jikkontribwixxu lejn l-aċċelerazzjoni tal-proċess ta' riforma; jinsisti li ħatriet fuq il-mertu u mhux skont l-affiljazzjoni politika jistgħu u jridu jinkisbu b'mod parallel mal-isforzi għal rappreżentazzjoni ekwa;
57. Ifaħħar lill-Gvern għall-progress fil-qasam tal-iżvilupp reġjonali u għall-preparazzjoni tat-trasferiment tal-fondi ta' ġestjoni skont l-Istrument ta' Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA); jinnota b'sodisfazzjon l-akkreditazzjoni ta' awtoritajiet nazzjonali għall-komponenti tal-IPA dwar l-għajnuna għat-tranżizzjoni u l-bini tal-istituzzjonijiet, l-iżvilupp reġjonali, l-iżvilupp tar-riżorsi umani u l-iżvilupp rurali; jistieden lill-Gvern u lill-Kummissjoni jħaffu x-xogħol neċessarju bil-għan li jittrasferixxu l-ġestjoni tal-komponent IPA li fadal dwar il-kooperazzjoni transkonfinali; itenni l-importanza tal-IPA bħala strument ewlieni mfassal sabiex jgħin lill-pajjiż jipprepara għas-sħubija mal-UE, u jħeġġeġ lill-Gvern itejjeb ulterjorment il-koordinazzjoni interministerjali sabiex il-pajjiż ikun jista' jibbenefika bis-sħiħ mir-riżorsi disponibbli;
Kwistjonijiet oħra ta' riforma
58. Jilqa' l-kampanja dwar l-effiċjenza fl-enerġija u jistenna aktar miżuri effikaċi għall-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli, skont il-potenzjal tal-pajjiż; jenfasizza l-importanza ta' implimentazzjoni effikaċi tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ambjent, sabiex ikunu protetti r-riżorsi naturali, b'mod partikolari l-ilma; jinnota li l-pajjiż għadu ma ħax impenji fir-rigward tat-tnaqqis tal-gass b'effett ta' serra u li hemm il-bżonn li jitqajjem id-dibattitu nazzjonali dwar il-konsegwenzi negattivi tat-tibdil fil-klima; jitlob għal aktar sforzi biex il-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun allinjata mal-acquis tal-UE f'dan il-qasam;
59. Jilqa' l-progress li sar fl-immodernizzar tan-netwerks tat-trasport, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjonijiet u b'mod partikolari l-isforzi biex jitlesta l-Kuritur X; minħabba l-importanza tal-konnessjonijiet tal-ferrovija bħala alternattiva għat-trasport fit-triq, jilqa' l-intenzjoni tal-Gvern li jtejjeb jew jibni konnessjonijiet tal-ferrovija minn Skopje għall-kapitali tal-pajjiżi ġirien u jitlob il-finalizzazzjoni tal-konnessjonijiet tal-ferrovija fil-Kuritur VIII;
60. Jesprimi d-diżappunt tiegħu għan-nuqqas ta' progress f'ċelebrazzjonijiet konġunti ta' avvenimenti storiċi u figuri komuni ma' Stati Membri tal-UE ġirien, li jistgħu jikkontribwixxu għal għarfien aħjar tal-istorja u relazzjonijiet tajba mal-viċinat; iħeġġeġ it-twaqqif ta' kumitati esperti konġunti dwar l-istorja u l-edukazzjoni mal-Bulgarija u l-Greċja, li twassal għal interpretazzjoni tal-istorja oġġettiva u bbażata fuq il-fatti, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni akkademika u l-promozzjoni ta' attitudnijiet pożittivi fiż-żgħażagħ fir-rigward tal-ġirien tagħhom;
61. Iħeġġeġ l-isforzi kontinwi għall-implimentazzjoni tal-proċess ta' Bologna fl-edukazzjoni ogħla u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi oħra fir-reġjun biex tkun promossa l-kwalità tal-universitajiet; ifakkar l-importanza tal-prinċipju ta' libertà akkademika;
62. Jifraħ lill-pajjiż dwar il-prestazzjoni qawwija tat-tim tiegħu fil-Kampjonat Ewropew tal-Basketball 2011;
63. Jilqa' l-livell ogħli ta' allinjament bejn il-pajjiż u l-Pożizzjonijiet Komuni tal-UE fil-qasam tal-politika għall-affarijiet barranin; iħeġġeġ l-isforzi tal-pajjiż għall-istabbiliment ta' relazzjonijiet tajba mal-viċinat tiegħu; jilqa' l-fatt li d-demarkazzjoni tal-fruntiera mal-Kosovo fl-2009 ppermettiet relazzjonijiet aktar mill-qrib u, sa minn Settembru 2011, ftehim dwar il-kontrolli konfinali konġunti; jantiċipa li dan il-ftehim se jkun qiegħed jopera totalment fil-futur qrib; jifraħ lill-awtoritajiet dwar l-organizzazzjoni reċenti ta' suċċess tal-Laqgħa tal-Ministri għall-Integrazzjoni tal-UE tal-Balkani tal-Punent li saret fi Skopje;
64. Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni reġjonali bħala parti essenzjali tal-proċess li jqarreb lejn l-Unjoni Ewropea; jilqa' l-passi lejn l-iffaċilitar tal-libertà ta' moviment fir-reġjun, inkorporat fit-trattat mal-Albanija u l-Montenegro li jippermettu liċ-ċittadini tagħhom jaqsmu l-fruntieri u jivjaġġaw liberament madwar it-tliet pajjiżi, sempliċiment permezz tal-karta tal-identità; iħeġġeġ l-estensjoni tal-inizjattiva għal aktar pajjiżi tar-reġjun;
65. Jilqa' l-involviment internazzjonali tal-pajjiż f'diversi attivitajiet importanti, bħall-parteċipazzjoni fil-Missjoni EUFOR Althea (operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnja u Ħerżegovina), il-presidenza tiegħu tal-Proċess ta' Kooperazzjoni Ewropew 2012-2013 u l-kooperazzjoni sħiħa tiegħu mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja;
o o o
66. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tal-pajjiż.
Rapport dwar it-tkabbir għall-Islanda
300k
64k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar ir-rapport ta' progress 2011 dwar l-Islanda (2011/2884(RSP))
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010 biex jibdew in-negozjati tal-adeżjoni mal-Islanda,
– wara li kkunsidra r-riżultati tal-Konferenzi tal-Adeżjoni mal-Islanda fuq livell Ministerjali tas-27 ta' Ġunju 2010 u tas-27 ta' Ġunju 2011 u tat-12 ta' Diċembru 2011, kif ukoll il-Konferenza tal-Adeżjoni mal-Islanda fuq livell ta' sostituti ministerjali fid-19 ta' Ottubru 2011,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Strateġija ta' Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2011-2012” (COM(2011)0666) u r-Rapport ta' Progress 2011 dwar l-Islanda, adottat fit-12 ta' Ottubru 2011 (SEC(2011)1202),
– wara li kkunsidra r-riżultati tal-proċess ta' screening,
– wara li kkunsidra l-Programm Nazzjonali tal-IPA għall-Islanda adottat f'Ottubru 2011 b'baġit ta' EUR 12-il miljun,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Islanda għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea(1) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' April 2011 dwar ir-rapport ta' progress 2010 dwar l-Islanda(2),
– wara li kkunsidra l-laqgħat tal-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Islanda,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Islanda tissodisfa l-kriterji ta' Kopenħagen, u n-negozjati tal-adeżjoni mal-Islanda bdew fis-27 ta' Lulju 2010 wara l-approvazzjoni mill-Kunsill;
B. billi l-proċess ta' screening tal-acquis tal-UE jinsab kważi lest;
C. billi sa issa fin-negozjati tal-adeżjoni nfetħu u ngħalqu provviżorjament tmien kapitoli (Kapitolu 2 - Moviment Liberu tal-Ħaddiema, Kapitolu 7 - Liġijiet dwar il-Proprjetà Intelletwali, Kapitolu 20 - Politika dwar l-Impriżi u l-Industrija, Kapitolu 21, Netwerks Trans-Ewropej, Kapitolu 23 - Il-Ġudikatura u d-Drittijiet Fundamentali, Kapitolu 25 - Xjenza u Riċerka, u Kapitolu 26 - Edukazzjoni u Kultura) u nfetħu tlieta oħra (Kapitolu 5 - Akkwist Pubbliku, Kapitolu 10 - Is-Soċjetà Informatika u l-Midja u Kapitolu 33 - Dispożizzjonijiet Finanzjarji u Baġitarji);
D. billi kif enfasizzat fil-konsensus imġedded dwar it-tkabbir, il-progress ta' kull pajjiż lejn l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea huwa bbażat fuq il-mertu;
E. billi l-Islanda diġà qed tikkoopera mill-qrib mal-UE bħala membru taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), il-Ftehimiet ta' Schengen u r-Regolament Dublin II, u diġà adottat parti sinifikanti tal-acquis;
F. billi l-proċess ta' adeżjoni tal-Islanda għandu jissalvagwardja bi sħiħ il-prinċipji u l-acquis tal-UE;
G. billi l-Islanda tikkontribwixxi għall-koeżjoni u s-solidarjetà Ewropea permezz tal-Mekkaniżmu Finanzjarju skont iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u tikkoopera mal-UE għaż-żamma tal-paċi u l-operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet;
H. billi l-konsolidazzjoni ekonomika u fiskali qiegħda fit-triq it-tajba, l-ekonomija Islandiża sejra moderatament għall-aħjar u l-PDG mistenni li jirkupra bil-mod;
Kummenti ġenerali
1. Ifakkar li l-kriterji ta' Kopenħagen u l-kapaċità ta' integrazzjoni tal-Unjoni jipprovdu l-bażi ġenerali għall-adeżjoni mal-UE;
2. Jappoġġa l-progress tal-Islanda fil-proċess ta' adeżjoni; jilqa' l-ftuħ ta' ħdax-il kapitolu tan-negozjati u l-għeluq provviżorju ta' tmienja minn dawn il-kapitoli fin-negozjati tal-adeżjoni; iqis li huwa importanti li jinħolqu l-kundizzjonijiet sabiex jitlesta l-proċess ta' adeżjoni mal-Islanda u biex jiġi żgurat li l-adeżjoni tagħha tkun suċċess;
Kriterji politiċi
3. Jilqa' l-prospettiva li, bħala Stat Membru ġdid tal-UE, se jkollna pajjiż bi tradizzjoni demokratika u kultura ċivika bi storja twila u b'saħħithom;
4. Jinnota r-rabtiet storiċi b'saħħithom tal-Islanda mat-Tramuntana tal-Ewropa u l-kooperazzjoni Ewro-Atlantika li ilha taħdem b'suċċess iktar minn 60 sena;
5. Jinnota b'sodisfazzjon li l-istabbiliment ta' Kunsill Kostituzzjonali u l-proċess li għaddej ta' reviżjoni tal-Kostituzzjoni Islandiża, bl-għan li jżid il-protezzjoni demokratika, isaħħaħ il-kontrolli u l-bilanċi, itejjeb il-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-istat u jiddefinixxi aħjar ir-rwoli u s-setgħat rispettivi tagħhom; jilqa' l-isforzi biex jissaħħu r-rwol u l-effiċjenza tal-Parlament Islandiż (Althingi) bit-tisħiħ tar-rwol tiegħu ta' superviżjoni, kif ukoll it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv;
6. Jinnota t-tibdil fil-karigi fil-Gvern Islandiż li sar fil-31 ta' Diċembru 2011; jesprimi fiduċja li l-gvern il-ġdid ikompli n-negozjati b'impenn iktar b'saħħtu u iktar persistenti fir-rigward tal-proċess ta' adeżjoni;
7. Ifaħħar lill-Islanda għar-riżultati tajbin tagħha biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-bniedem u biex jiġi żgurat livell għoli ta' kooperazzjoni mal-mekkaniżmi internazzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-adeżjoni tal-Islanda mal-UE se tkompli ssaħħaħ ir-rwol tal-Unjoni bħala promotur u difensur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali fid-dinja;
8. Jilqa' l-progress tajjeb li sar għat-tisħiħ tal-indipendenza u l-effiċjenza tal-ġudikatura, kif ukoll ir-rinfurzar tal-qafas politiku kontra l-korruzzjoni, rikonoxxut permezz tal-għeluq proviżorju tal-Kapitolu 23;
9. Jilqa' wkoll l-att il-ġdid dwar il-midja adottat mill-Althingi fl-20 ta' April 2011; jinkoraġġixxi lill-kumitati parlamentari rilevanti maħtura fis-sajf 2011 sabiex jaħdmu fuq il-qafas leġiżlattiv f'dan il-qasam kif ukoll dwar il-konċentrazzjoni tas-sjieda tas-suq tal-midja Islandiż u r-rwol tas-servizz tax-xandir tal-istat Islandiż fis-suq tar-reklamar;
10. Itenni l-appoġġ tiegħu għall-Inizjattiva Islandiża dwar il-Midja Moderna, u qed jistenna bil-ħerqa t-traspożizzjoni tagħha fil-liġi u l-prattika ġudizzjarja, li tippermetti kemm lill-Islanda u kemm lill-UE jieħdu pożizzjoni b'saħħitha fir-rigward tal-protezzjoni legali tal-libertajiet ta' espressjoni u ta' informazzjoni;
11. Itenni l-istedina tiegħu lill-awtoritajiet Islandiżi biex jarmonizzaw id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fir-rigward tad-dritt tagħhom li jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali fl-Islanda;
12. Jieħu nota tad-diviżjoni politika fi ħdan il-gvern kif ukoll fi ħdan l-Althingi u l-forzi politiċi Islandiżi prinċipali rigward l-adeżjoni mal-UE; jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' strateġiji komprensivi għall-adeżjoni mal-UE f'ċerti oqsma, b'mod partikulari f'dawk li mhumiex koperti miż-ŻEE;
13. Jinnota bi pjaċir li għadd sinifikanti ta' Islandiżi huma favur it-tkomplija tan-negozjati tal-adeżjoni; jilqa' l-appoġġ tal-gvern għal dibattitu infurmat tajjeb u bilanċjat dwar il-proċess tal-adeżjoni u l-involviment tas-soċjetà Islandiża fid-diskussjonijiet pubbliċi rigward l-adeżjoni mal-UE; iqis li l-ftuħ ta' Ċentri ta' Informazzjoni tal-UE fl-Islanda huwa opportunità għall-UE biex tipprovdi liċ-ċittadini Islandiżi t-tagħrif kollu possibbli rigward l-effetti kollha tas-sħubija tal-UE għall-pajjiż u l-UE nnifisha;
14. Iqis li hu essenzjali li ċ-ċittadini tal-UE jingħataw informazzjoni ċara u komprensiva bbażata fuq il-fatti dwar l-implikazzjonijiet tal-adeżjoni tal-Islanda; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu sforzi għal dan il-għan, u jikkunsidra li hu ugwalment importanti li l-preokkupazzjonijiet u l-mistoqsijiet taċ-ċittadini jinstemgħu u jiġu indirizzati kif ukoll li jitqiesu l-fehmiet u l-interessi tagħhom;
Kriterji ekonomiċi
15. Jilqa' r-rabtiet ekonomiċi mill-qrib mal-Islanda u l-livell ġeneralment sodisfaċenti li laħqet l-Islanda fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħha taż-ŻEE u fil-ħila tagħha li tirreżisti għall-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-UE fuq perjodu ta' żmien medju, sakemm tkompli tindirizza d-dgħufijiet attwali permezz ta' politiki makroekonomiċi xierqa u riformi strutturali; ifakkar, madankollu, fil-ħtieġa li jkunu indirizzati bis-sħiħ l-obbligi taż-ŻEE eżistenti kif identifikati mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA;
16. Jistieden lill-awtoritajiet Islandiżi jindirizzaw l-intervent tal-istat li għadu sinifikanti fis-settur bankarju; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Islandiżi jirriformaw u jiftħu gradwalment l-industriji bħal dawk tal-enerġija, tat-trasport, tal-ajru u tas-sajd, li għadhom protetti mill-kompetizzjoni barranija, bil-kunsiderazzjoni dovuta għall-ispeċifiċitajiet tal-pajjiż; jappoġġa, f'dan ir-rigward, l-isforzi biex isiru magħrufa aħjar il-kawżi tal-kollass tas-sistema ekonomika u finanzjarja tal-Islanda; jenfasizza li t-tneħħija tal-protezzjoniżmu hija prerekwiżit għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli;
17. Ifaħħar lill-Islanda talli temmet b'suċċess il-Programm ta' rkupru ekonomiku mal-FMI, bl-għan tal-konsolidazzjoni fiskali u ekonomika;
18. Jinnota bi pjaċir il-progress ekonomiku tajjeb li sar diġà u r-ristrutturar estensiv u r-riformi li għaddejjin fis-settur finanzjarju; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Islandiżi jkomplu bl-isforzi tagħhom sabiex jitnaqqas il-livell tal-qgħad u b'mod partikulari l-qgħad fost iż-żgħażagħ;
19. Jilqa' l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Politika 2020 tal-Islanda u jinkoraġġixxi lill-gvern jagħti spinta lill-impriżi żgħar u medji (SMEs) fil-pajjiż billi jiffaċilita l-preżenza tagħhom fis-suq internazzjonali u billi jipprovdi aċċess adegwat għar-riżorsi finanzjarji;
20. Jieħu nota tal-approvazzjoni mill-Althingi tal-istrateġija riveduta għat-tneħħija tal-kontrolli fuq il-kapital, imħejjija mill-awtoritajiet Islandiżi fuq konsultazzjoni mal-FMI, u tad-djalogu kostruttiv li sar bejn l-Islanda u l-UE f'dan il-qasam; ifakkar li t-tneħħija tal-kontrolli fuq il-kapital huwa rekwiżit importanti għall-adeżjoni tal-pajjiż mal-UE;
21. Ifakkar li l-kontroversja dwar l-Icesave għadha ma ssolvietx f'dan l-istadju; jenfasizza li l-kwistjoni Icesave għandha tkun solvuta apparti min-negozjati tal-adeżjoni u m'għandhiex tkun ta' ostaklu fil-proċess tal-adeżjoni tal-Islanda; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA li tirreferi l-każ “Icesave” lill-Qorti taż-ŻEE u tas-sentenza tal-Qorti Suprema Islandiża li jinżamm l-Att ta' Emerġenza tas-6 ta' Ottubru 2008; japprezza l-impenn kontinwu tal-awtoritajiet Islandiżi biex isolvu din il-kontroversja u jilqa' l-ewwel ħlasijiet parzjali lill-kredituri ta' prijorità fl-għeluq tal-Landsbanki Íslands hf, stmati li kienu ta' madwar terz tal-klejms ta' prijorità rikonoxxuti;
Kapaċità li tadotta l-obbligi tas-sħubija
22. Jistieden lill-Islanda ttejjeb il-preparazzjonijiet għall-allinjament mal-acquis tal-UE, b'mod partikulari fl-oqsma li mhumiex koperti miż-ŻEE, u tiżgura l-implimentazzjoni u l-infurzar tiegħu sad-data tal-adeżjoni;
23. Jieħu nota tar-riżultati tal-proċess ta' screening; jilqa' l-ambizzjoni ddikjarata mill-Islanda li tiftaħ il-kapitoli tan-negozjati kollha matul il-presidenza Daniża; jittama li n-negozjati ta' adeżjoni se jimxu b'suċċess matul il-Presidenza attwali, filwaqt li jenfasizza l-bżonn li jiġu ssodisfati l-parametri ta' referenza tal-bidu fil-Kapitolu 11 - Agrikultura u Żvilupp Rurali u fil-Kapitolu 22 - Politika Reġjonali u Koordinazzjoni tal-Istrumenti Strutturali u l-kriterji ta' referenza għall-għeluq tal-Kapitolu 5 – Akkwist Pubbliku, Kapitolu 10 - Is-Soċjetà Informatika u l-Midja u l-Kapitolu 33 - Dispożizzjonijiet Finanzjarji u Baġitarji;
24. Jilqa' l-konsolidazzjoni attwali tal-ministeri, jirrikonoxxi l-effiċjenza u l-professjonalità tal-amministrazzjoni Islandiża u jappoġġa l-għan ġenerali tat-titjib tal-kapaċità amministrattiva u ta' koordinazzjoni tal-ministeri Islandiżi;
25. Jilqa' l-isforzi ulterjuri biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet istituzzjonali fis-settur finanzjarju u l-progress għat-tisħiħ tal-prattiki regolatorji u superviżorji tal-banek;
26. Filwaqt li jikkunsidra l-fatt li kemm il-Politika Komuni tas-Sajd u kemm il-politika tas-sajd Islandiża attwalment qegħdin jiġu riveduti, jistieden lill-Islanda u lill-UE jittrattaw dan il-kapitolu tan-negozjati b'mod kostruttiv bil-għan li tinstab soluzzjoni sodisfaċenti reċiproka għall-ġestjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fi ħdan l-acquis applikabbli;
27. Jikkunsidra li huwa importanti li jsiru tħejjijiet sabiex l-istrutturi amministrattivi meħtieġa jkunu adattati adegwatament għall-parteċipazzjoni sħiħa tal-Islanda fil-PAK mill-ġurnata tal-adeżjoni, filwaqt li jirrikonoxxi l-ispeċifiċitajiet tal-agrikoltura Islandiża fir-rigward, b'mod partikolari tal-awtosuffiċjenza attwali f'termini ta' ikel tal-pajjiż u l-proċess ta' riforma li għaddej tal-Politika Agrikola Komuni;
28. Jiddispjaċih li l-laqgħa riċenti tal-erba' stati kostali, l-Islanda, l-UE, in-Norveġja u l-Gżejjer Faeroe, dwar il-ġestjoni tas-sajd għall-kavalli fl-Atlantiku tal-Grigal fl-2012, spiċċat mingħajr ma ntlaħaq ftehim, u jinkoraġġixxi lill-istati kostali kollha biex jagħmlu sforz imġedded biex ikomplu bin-negozjati bil-għan li tinstab soluzzjoni għall-kontroversja dwar il-kavalli, ibbażata fuq proposti realistiċi konsistenti mad-drittijiet storiċi u l-parir tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar, li jissalvagwardjaw il-ġejjieni tal-istokk, jipproteġu u jżommu l-impjiegi fis-sajd pelaġiku u jiżguraw sajd fit-tul u sostenibbli; jinnota l-proposta tal-Kummissjoni li tressaq miżuri kummerċjali biex tiġġieled kontra prattiki mhux sostenibbli tas-sajd;
29. Jemmen li l-Islanda, li tikseb kważi l-enerġija stazzjonarja tagħha kollha minn sorsi rinnovabbli, tista' tagħti kontribut prezzjuż lill-politiki tal-UE minħabba l-esperjenza tagħha fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, b'mod partikulari fir-rigward tal-użu tal-enerġija ġeotermali, il-ħarsien tal-ambjent u l-miżuri li jindirizzaw it-tibdil fil-klima; huwa wkoll konvint li kooperazzjoni aktar mill-qrib jista' jkollha impatt pożittiv fuq l-investiment u għalhekk fuq is-sitwazzjoni ekonomika u tal-impjiegi fl-Islanda u fl-UE;
30. Jinnota madankollu, li għad fadal diverġenzi bejn l-UE u l-Islanda dwar kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tal-ħajja tal-baħar, partikularment il-kaċċa tal-balieni; jindika li l-projbizzjoni tal-kaċċa tal-balieni hija parti mill-acquis tal-UE u jitlob diskussjonijiet usa' dwar il-kwistjoni tal-qerda tal-kaċċa tal-balieni u l-kummerċ tal-prodotti tal-balieni;
31. Jilqa' l-appoġġ kontinwu tal-Islanda għall-operazzjonijiet ċivili tal-PSDK u l-allinjament tagħha mal-maġġoranza tad-dikjarazzjonijiet u d-deċiżjonijiet fil-qasam tal-PESK; jenfasizza li bħala parti mill-proċess ta' qabel l-adeżjoni, l-Islanda mistennija tikkoordina l-pożizzjonijiet tagħha mal-UE fil-fora internazzjonali kollha, inkluża d-WTO;
Kooperazzjoni reġjonali
32. Iqis li l-adeżjoni tal-Islanda mal-UE se ssaħħaħ b'mod sinifikanti l-prospetti tal-Unjoni li jkollha rwol aktar attiv u kostruttiv fit-Tramuntana tal-Ewropa u fl-Artiku billi tikkontribwixxi għall-governanza multilaterali u s-soluzzjonijiet politiki sostenibbli fir-reġjun, billi l-isfidi tal-ambjent Artiku huma ta' interess komuni; jemmen li l-Islanda tista' ssir pont strateġiku fir-reġjun u li l-adeżjoni tagħha mal-UE tikkonsolida ulterjorment il-preżenza Ewropea fil-Kunsill tal-Artiku;
33. Iqis b'mod pożittiv il-parteċipazzjoni tal-Islanda fil-Kunsill Nordiku u fil-Kunsill tal-Istati tal-Baħar Baltiku (CBSS), kif ukoll fil-Politika tal-UE dwar id-Dimensjoni tat-Tramuntana, fil-Kunsill Ewro-Artiku ta' Barents, fil-Kunsill Artiku kif ukoll fil-kooperazzjoni Nordika-Baltika (NB8); jikkunsidra li l-adozzjoni ta' riżoluzzjoni dwar Politika Islandiża dwar it-Tramuntana Estrema, adottata mill-Althingi f'Marzu 2011, reġgħet saħħet l-impenn tal-Islanda li jkollha parti attiva fir-reġjun tal-Artiku b'mod ġenerali;
34. Jenfasizza l-ħtieġa ta' politika tal-Unjoni Ewropea aktar effikaċi u koordinata dwar l-Artiku u jesprimi l-opinjoni li l-adeżjoni tal-Islanda fl-UE ssaħħaħ kemm il-vuċi tal-UE fl-Artiku u kemm id-dimensjoni tat-Tramuntana tal-Atlantiku tal-politiki esterni tal-Unjoni;
o o o
35. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President tal-Althingi u lill-Gvern tal-Islanda.
– wara li kkunsidra l-ftehim ta' Stabbilizzazzjoni (SAA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u l-Bosnja-Ħerzegovina min-naħa l-oħra, iffirmat fis-16 ta' Ġunju 2008 u rrattifikat mill-Istati Membri kollha tal-UE u mill-Bosnja-Ħerzegovina,
–wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/211/KE tat-18 ta' Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet kontenuti fis-Sħubija Ewropea mal-Bożnja-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/55/KE(1),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/426/PESK tat-18 ta' Lulju 2011 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina(2),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Bosnja-Ħerzegovina tal-21 ta' Marzu 2011, tal-10 ta' Ottubru 2011 u tal-5 ta' Diċembru 2011,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Strateġija ta' Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2011-2012” (COM(2011)0666) u r-Rapport ta' progress 2011 dwar il-Bosnja-Ħerzegovina, adottat fit-12 ta' Ottubru 2011(SEC(2011)1206),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-17 ta' Ġunju 2010 dwar is-sitwazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina(3),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tat-13-il laqgħa Interparlamentari bejn il-Parlament Ewropew u l-Assemblea Parlamentari tal-Bosnja-Ħerzegovina, li saret fi Brussell fid-19-20 ta' Diċembru 2011,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Unjoni Ewropea għadha impenjata bil-qawwi favur Bosnja-Ħerzegovina (BĦ) sovrana u magħquda; billi wieħed mill-objettivi bażiċi tal-politika tal-UE huwa li jaċċelera l-progress tal-pajjiż lejn is-sħubija tal-UE u b'hekk jgħin fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha; billi dan it-titjib jirrikjedi istituzzjonijiet funzjonali fil-livelli kollha u impenn mill-mexxejja politiċi tal-pajjiż;
B. billi l-futur tal-BĦ jinsab fl-Unjoni Ewropea u billi l-prospettiva ta' sħubija fl-UE kienet wieħed mill-fatturi li l-iktar għaqqdu n-nies tal-pajjiż,
C. billi r-responsabilità primarja għall-proċess tal-adeżjoni mal-UE ta' suċċess taqa' fuq il-pajjiż kandidat potenzjali u t-tħejjijiet għandhom isiru primarjament minn dawk li huma eletti miċ-ċittadini u responsabbli għalihom u skont viżjoni komuni kondiviża dwar il-problemi politiċi, ekonomiċi u soċjali urġenti tal-pajjiż; billi l-BĦ biss bħala pajjiż wieħed għandha l-prospettiva ta' sħubija tal-UE, u l-imminar ta' istituzzjonijiet tal-Istat iċaħħad liċ-ċittadini kollha milli jiksbu l-benefiċċji tal-integrazzjoni fl-UE,
D. billi l-mexxejja tal-partiti politiċi rnexxielhom jaqblu fil-prinċipju dwar gvern ġdid tal-Istat, li sadattant ġie kkostitwit, wara li s-sitwazzjoni politika weħlet f'punt fejn id-diskussjonijiet ma setgħux jitkomplew għal madwar ħmistax-il xahar,
E. billi n-nuqqas li jintlaħaq ftehim politiku u istituzzjonali żamm lill-pajjiż milli jkompli bir-riformi tant meħtieġa, intiżi biex iressqu l-pajjiż eqreb lejn l-UE, b'mod partikulari f'oqsma fundamentali bħall-bini ta' stat, governanza, l-implimentazzjoni tal-istat tad-dritt u l-approssimazzjoni ta' standards tal-UE, billi n-nuqqas ta' gvern tal-Istat affettwa wkoll il-kapaċità li jkunu adottati politiki ekonomiċi u fiskali koerenti,
F. billi r-riforma kostituzzjonali tibqa' r-riforma ewlenija għat-trasformazzjoni tal-BĦ fi stat effikaċi u li jaħdem tajjeb;
G. billi f'pajjiż b'livelli differenti ta' governanza huma meħtieġa koordinazzjoni b'saħħitha bejn id-diversi atturi u kooperazzjoni sinċiera biex tittejjeb il-kapaċità tiegħu li jitkellem b'vuċi waħda; billi, madankollu, l-ebda mekkaniżmu ta' koordinazzjoni ma' jista' jissostitwixxi r-rieda politika tant meħtieġa; billi l-kooperazzjoni tista' twassal għal riżultati tanġibbli għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha, kif intwera bil-liberalizzazzjoni tal-viża, għalkemm f'ħafna każi hija nieqsa l-koordinazzjoni neċessarja,
H. billi l-objettivi tal-politika tar-Rappreżentant Speċjali (EUSR) u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE(HoD) fil-kariga msaħħa tiegħu huma li joffri pariri min-naħa tal-UE u jiffaċilita l-proċess politiku, jiżgura l-konsistenza u l-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni,
I. billi l-istruttura kumplessa tas-sistema ġudizzjarja bin-nuqqas ta' Qorti Suprema fil-livell ta' Stat, in-nuqqas ta' armonizzazzjoni fost l-erba' ġurisdizzjonijiet interni, l-interferenza politika fis-sistema ġudizzjarja u l-kontestazzjonijiet għall-kompetenzi tal-aġenziji ġudizzjarji fil-livell ta' Stat jimminaw il-funzjonament tal-ġudikatura u jxekklu l-isforzi ta' riforma,
J. billi l-Missjoni tal-Pulizija tal-UE, stabbilita fl-2003, ġiet estiża sat-30 ta' Ġunju 2012 fil-perspettiva ta' tranżizzjoni ta' attivitajiet futuri għal strumenti Komunitarji u l-istabbiliment ta' kapaċità konsultattiva strateġika fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u l-ġustizzja kriminali fl-uffiċċji tal-EUSR,
K. billi l-BĦ qiegħda tipprovdi għajnuna fil-proċessi u l-appelli li għaddejjin dwar delitti tal-gwerra, u qiegħda tikkoopera rigward il-kawżi trasferiti,
L. billi l-korruzzjoni għadha problema kbira għall-iżvilupp soċjoekonomiku u politiku tal-pajjiż,
M. billi t-traffikar tal-bnedmin huwa delitt serju u vjolazzjoni grassa tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-BĦ hija pajjiż ta' oriġini, tranżitu u destinazzjoni għat-traffikar tal-bnedmin, speċjalment tan-nisa u l-bniet,
N. billi n-nuqqas ta' prospettivi ta' impjiegi, b'mod speċjali fost iż-żgħażagħ, qiegħed ixekkel il-progress tal-pajjiż u jżid l-iskuntentizza soċjali;
O. billi l-kooperazzjoni ma' pajjiżi oħra fir-reġjun hija prerekwiżit għal paċi dewwiema u r-rikonċiljazzjoni fil-BĦ u l-Balkani tal-Punent,
Osservazzjonijiet ġenerali
1. Jilqa' l-formazzjoni ta' gvern ġdid tal-Istat, wara ftehim bejn il-mexxejja tal-patiti politiċi dwar firxa ta' kwsitjonijiet importanti; jitlob l-impimentazzjoni sħiħa ta' dan il-ftehim billi jiġu indirizzati kwistjonijiet pendenti, inklużi l-adozzjoni tal-baġit tal-Istat tal-2012 u l-ħatriet tad-Diretturi tal-aġenzjiji tal-Istat; jistieden lill-elite politika biex tibni fuq dan l-iżvilupp pożittiv, li jista' jagħti impetu ulterjuri għall-proċess ta' integrazzjoni tal-UE, u terġa' timpenja ruħha fi djalogu kostruttiv dwar riformi importanti oħra wkoll;
2. Huwa mħasseb dwar il-progress limitat li kisbet il-BĦ bħala pajjiż kandidat potenzjali għas-sħubija fl-UE fi triqitha lejn l-istabbilizzazzjoni u l-iżvilupp soċjoekonomiku; huwa tal-fehma, madankollu, li huwa possibbli l-progress lejn l-integrazzjoni mal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-BĦ sakemm id-determinazzjoni, ir-responsabbiltà politika, kultura ta' kompromess u viżjoni komuni dwar il-futur tal-pajjiż jikkostitwixxu l-prinċipji ta' gwida għal azzjonijiet ulterjuri; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-BĦ jieħdu passi konkreti oħra biex jerġgħu jqiegħdu lill-pajjiż lura fi triqtu lejn l-UE b'mod sod;
3. Ifakkar lill-parteċipanti politiċi kollha fil-Bosnja-Ħerzegovina li r-riformi fit-triq lejn l-integrazzjoni mal-UE huma ta' benefiċċju għall-poplu tal-BĦ u li hi r-responsabilità tagħhom vis-à-vis ċ-ċittadini li jaslu għall-kompromessi, jikkoordinaw effettivament, u jaqblu dwar ir-riformi u jimplimentawhom; ifakkar li Stat li jiffunzjona kif ukoll gvern u amministrazzjoni tal-Istat li jiffunzjonaw huma wkoll kundizzjonijiet biex applikazzjoni għal sħubija fl-UE tkun ta' suċċess; iħeġġeġ lill-atturi politiċi kollha jwettqu l-bidliet kostituzzjonali meħtieġa u jaħdmu favur riformi fundamentali oħra, kif ukoll jiffukaw fuq il-ħolqien tal-kundizzjonijiet għad-dħul fis-seħħ tal-FSA; jenfasizza li s-sjieda lokali u l-impenn politiku huma prerekwiżiti għas-suċċess ta' kwalunkwe għajnuna finanzjarja mill-UE; għal dan il-għan, jistieden lill-awtoritajiet tal-pajjiż jistabbilixxu l-istruttura neċessarja tal-ġestjoni deċentralizzata (DIS) tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA); jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni dwar l-ipprogrammar ta' assistenza finanzjarja futura tal-UE, partikolarment fil-qafas tal-programm IPA;
4. Jemmen bis-sħiħ li t-tisħiħ tal-Istat ċentrali ma jfissirx li jiddgħajfu l-Entitajiet iżda li jinħolqu l-kundizzjonijiet għal amministrazzjoni ċentrali effettiva li tkun kapaċi tipprepara l-pajjiż kollu għall-adeżjoni mal-UE, b'kollaborazzjoni mill-qrib bejn livelli differenti ta' governanza; għalhekk jenfasizza l-ħtieġa tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi fil-livelli kollha tal-governanza li jittrattaw kwistjonijiet relatati mal-UE kif ukoll il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet rispettivi fl-ipprogrammar tal-għajnuna finanzjarja tal-UE fis-setturi kollha relevanti għat-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE;
5. Jikkundanna l-użu ta' lingwaġġ u azzjonijiet inflammatorji, li jimminaw il-proċess ta' rikonċiljazzjoni interetnika u l-funzjonament tal-istrutturi tal-Istat;
Preżenza msaħħa tal-UE
6. Jilqa' l-istrateġija globali tal-UE lejn il-BĦ li tinkludi t-tisħiħ tal-preżenza tal-UE fil-BĦ permezz tal-introduzzjoni ta' rappreżentant tal-UE b'kariga msaħħa li jaġixxi b'mandat doppju ta' EUSR u HoD; ifaħħar lill-EUSR/HoD talli appoġġa lill-BĦ fi kwistjonijiet marbuta mal-UE u talli ffaċilita proċess ta' integrazzjoni mal-UE li huwa mmexxi lokalment; jappoġġa bis-sħiħ lill-EUSR/HoD fl-ambizzjoni tiegħu li jgħin lill-awtoritajiet tal-BĦ biex jankraw l-aġenda tal-UE fil-qalba tal-proċess politiku billi jiżgura l-konsistenza, il-koordinazzjoni u l-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-atturi politiċi kollha, f'dan ir-rigward, biex jaħdmu fi sħubija mill-qrib mal-EUSR; ifakkar fil-ħtieġa li l-preżenza msaħħa tal-UE tkun implimentata minn strateġiji ċari u komprensivi dwar il-problemi varji u fl-istess ħin minn appoġġ sod u koerenti mill-Istati Membri kollha għall-EUSR/HoD; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-UE għandha talloka fondi biżżejjed, inkluż fil-persunal biex tippermetti l-preżenza fil-pajjiż kollu, sabiex tgħin lill-EUSR/HoD jiksbu l-objettivi meħtieġa;
7. Jistieden lill-komunità internazzjonali tikkunsidra l-ħtieġa u ssib soluzzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 5+2 tal-Bord ta' Tmexxija tal-Kunsill għall-Implimentazzjoni tal-Paċi biex tħejji t-triq għax-xoljiment tal-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli (OHR) sabiex ikun jista' jkun hemm iktar sjieda u responsabilità lokali għall-affarijiet proprji tal-BĦ, filwaqt li żżomm quddiem għajnejha li kwalunkwe pass bħal dan m'għandux ikollu impatt negattiv fuq l-istabilità tal-pajjiż jew ir-ritmu u l-eżitu ta' riformi tant meħtieġa; ifakkar li l-awtoritajiet tal-BĦ għandhom, f'dan il-kuntest, isolvu l-kwistjonijiet pendenti tal-proprjetà tal-istat u l-proprjetà tad-difiża;
8. Jinnota b'sodisfazzjon il-kontribuzzjoni sinifikanti tal-Missjoni tal-Pulizija tal-UE (EUPM) u l-Operazzjoni Althea tal-EUFOR għall-istabilità u s-sigurtà tal-BĦ u jqishom elementi importanti fl-istrateġija globali msaħħa tal-UE għall-BĦ; ifaħħar il-kisbiet tal-EUPM fil-kontribut tagħha fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura tal-BĦ; jinnota l-ftehim li tingħalaq l-EUPM sal-aħħar ta' Ġunju 2012; ifakkar fil-ħtieġa ta' tranżizzjoni mingħajr xkiel mill-ħidma tal-EUPM għal proġetti ta' għajnuna ffinanzjati mill-IPA kif ukoll favur kapaċità konsultattiva strateġika fl-oqsma tal-infurzar tal-liġi u l-ġustizzja kriminali fl-uffiċċju tal-EUSR; jilqa' r-rwol militari eżekuttiv tal-operazzjoni Althea b'appoġġ għall-isforzi tal-BĦ fiż-żamma ta' ambjent sikur u fiż-żgur taħt il-mandat imġedded tan-NU; jenfasizza l-bżonn li jkomplu jissaħħu l-ħiliet u l-professjonaliżmu tal-forzi tas-sigurtà tal-BĦ bl-għan li jissaħħu s-sjieda u l-kapaċità lokali;
Kriterji politiċi
9. Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-Istat għandu jkollu biżżejjed setgħat leġiżlattivi, baġitarji, eżekuttivi u ġudizzjarji sabiex ikun kapaċi jissodisfa l-kriterji tal-adeżjoni mal-UE;
10. Jilqa' l-inizjattiva dwar il-Forum ta' Koordinazzjoni Parlamentari li tittratta kwestjonijiet leġiżlattivi ta' integrazzjoni mal-UE f'livelli differenti ta' governanza u li għandha tikkontribwixxi biex l-aġenda Ewropea ssir aġenda nazzjonali; għalkemm għadu ma ntlaħaqx ftehim dwar emendi kostituzzjonali konkreti, iqis il-ħidma tal-Kumitat Konġunt Temporanju bħala pass sinifikanti “l quddiem għaliex għall-ewwel darba l-politiċi tal-BĦ stabbilixxew mod istituzzjonalizzat ta' kif jiddiskutu emendi kostituzzjonali mingħajr il-preżenza tal-komunità internazzjonali, u bl-involviment tas-soċjetà ċivili u b'mod miftuħ u trasparenti għall-pubbliku;
11. Huwa mħasseb li d-djalogu soċjali għadu dgħajjef u li l-konsultazzjoni tas-sħab soċjali għadha fortuwita; iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-BĦ kemm fil-livell ta' entitajiet kif ukoll dawk statali, jsaħħu l-kapaċità amministrattiva għall-kooperazzjoni mal-NGOs u jipprovdu aktar appoġġ għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili billi jkunu iktar ambizzjużi fl-istabbiliment ta' djalogu soċjali mas-sħab rilevanti; jenfasizza li r-regoli għar-rikonoxximent u r-reġistrazzjoni tas-sħab soċjali għandhom jiġu ċċarati u l-liġi fil-livell tal-Istat dwar ir-rappreżentattività tas-sħab soċjali jeħtieġ li tiġi adottata;
12. Jinnota li r-riforma kostituzzjonali għadha r-riforma ewlenija għat-trasformazzjoni tal-BĦ fi stat effikaċi u funzjonali għalkollox; jistieden lill-kumitat parlamentari jagħmel proposti konkreti f'dan ir-rigward;
13. Itenni s-sejħa tiegħu biex jintlaħaq ftehim u għal konformità sħiħa mad-deċiżjoni tal-QEDB fil-kawża Sejdić-Finci u l-Artikolu 2 tal-FSA li jirrikjedi rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem; ifakkar li minbarra s-sentenza Sejdić-Finci hemm ukoll ħtieġa ġenerali li tiġi mmodifikata l-kostituzzjoni b'mod li jippermetti stil ta' governanza u struttura statali aktar pluralistiċi, demokratiċi u effiċjenti;
14. Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti kollha jiffaċilitaw ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni rispettiva u jiżguraw l-istabbiliment ta' sistema ġuridika indipendenti, imparzjali u effettiva konformi mal-istandards tal-UE u internazzjonali sabiex jissaħħaħ l-istat tad-dritt għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha; jilqa' ċertu progress, permezz tad-djalogu strutturat dwar il-ġudikatura, li sar fir-rigward tal-ħolqien ta' bilanċ bejn il-kompetenzi ġudizzjarji fuq livell ta' Stat u ta' Entità; iħeġġeġ lill-Gvern, madankollu, jimplimenta effettivament l-Istrateġija ta' Riforma tal-Qasam tal-Ġustizzja u jipprevjeni tentattivi biex jiddgħajfu l-istituzzjonijiet ġudizzjarji fil-livell tal-Istat, bħall-Kunsill Ġudizzjarju u ta' Prosekuzzjoni Għoli (HJPC);
15. Itenni l-appell tiegħu li t-twaqqif possibbli ta' Qorti Suprema, u kwistjonijiet strateġiċi u strutturali oħra relatati mal-armonizzazzjoni tal-erba' sistemi legali differenti tal-BĦ, jiġu indirizzati b'mod konsistenti waqt id-dibattitu li għaddej fil-qafas tad-Djalogu Strutturat dwar il-Ġustizzja; kif indikat ukoll fl-Istrateġija għar-Riforma tas-Settur tal-Ġustizzja, dawn il-kwistjonijiet strateġiċi għandhom jiġu diskussi fi sjieda sħiħa tal-kuntest ta' proċess ta' riforma kostituzzjonali;
16. Jilqa' l-progress fit-tħejjijiet għat-tmiem tas-superviżjoni internazzjonali tad-Distrett ta' Brcko;
17. Jilqa' l-adozzjoni tal-Liġi dwar iċ-Ċensiment miż-żewġ Kmamar tal-Assemblea Parlamentari tal-BĦ, wara l-ftehim politiku bejn il-mexxejja tal-partiti; jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jwettqu t-tħejjijiet tekniċi meħtieġa bħala kwestjoni ta' urġenza peress li din mhix biss hi prekundizzjoni ċara għall-prospettiva ta' sħubija fl-UE iżda wkoll essenzjali għall-iżvilupp soċjoekonomiku tal-pajjiż;
18. Itenni f'dan ir-rigward l-obbligu li jiġi implimentat l-Anness VII tal-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton biex jiġu żgurati soluzzjonijiet ta' ritorn sostenibbli, ġusti, komprensivi u dewwiema għall-persuni spustati internament, għar-rifuġjati u għal persuni oħra affettwati mill-kunflitt;
19. Jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jinvestigaw b'mod effettiv każijiet ta' korruzzjoni u jressquhom quddiem il-qrati u jżidu n-numru tal-persuni li jinstabu ħatja; jilqa' l-ambizzjonijiet għat-tnedija ta' pjan ta' azzjoni għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-servizz ċivili; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-għarfien tal-pubbliku rigward il-leġiżlazzjoni u l-prattiki kontra l-korruzzjoni kif ukoll il-ħtieġa li tiġi implimentata sistema li tippermetti liċ-ċittadini jirrapportaw każijiet ta' korruzzjoni; iħeġġeġ ukoll lill-gvern, jekk ikun meħtieġ bl-għajnuna tal-UE, jiżviluppa u jimplimenta programmi ta' taħriġ speċjali għall-forzi tal-pulizija, għall-prosekuturi, għall-imħallfin u għal awtoritajiet rilevanti oħra li jgħinuhom isiru jafu aħjar il-leġiżlazzjoni u l-prattiki kontra l-korruzzjoni u jkunu aktar konxji tagħhom;
20. Jilqa' l-ħatra tad-diretturi tal-Aġenzija għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u fl-istess ħin jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jkunu pprovduti r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex ikun żgurat li din l-Aġenzija ssir operattiva għalkollox; jinkoraġġixxi li jsiru l-isforzi kollha għall-iffirmar ta' ftehim operattiv mal-EUROPOL malajr kemm jista' jkun;
21. Huwa mħasseb dwar il-progress fqir fil-qasam tal-ħasil tal-flus; iħeġġeġ lill-Parlament jadotta l-emendi leġiżlattivi meħtieġa li inter alia jtejbu r-rappurtar ta' tranżazzjonijiet bankarji suspettużi, iżidu r-rati ta' sekwestru tal-beni ggwadanjati b'mod kriminali u jtejbu l-effiċjenza tal-awtoritajiet rilevanti; jitlob li jissaħħaħ id-Dipartiment tat-Tagħrif Sigriet Finanzjarju billi jiżdiedu l-kapaċitajiet investigattivi tiegħu; jenfasizza l-importanza li jitwaqqfu strutturi għall-ġestjoni u l-manteniment tal-beni ssekwestrati;
22. Jinnota li l-liberalizzazzjoni tal-viżi ma wasslitx għal żieda fit-talbiet għal asil minn ċittadini tal-Bosnja-Ħerzegovina fiż-Żona ta' Schengen u fil-Bulgarija u r-Rumanija; ifaħħar lill-awtoritajiet talli stabbilixxew mekkaniżmi fil-livelli bilaterali u multilaterali għal każijiet fejn Stati Membri individwali esperjenzaw żieda temporanja fit-talbiet għal asil;
23. Jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jipproteġu u jippromwovu b'mod attiv id-drittijiet tal-gruppi u –individwi kollha, li għandhom jiġu protetti mid-diskriminazzjoni diretta jew indiretta u mill-vjolenza; jinnota bi tħassib li l-implimentazzjoni tal-liġi kontra d-diskriminazzjoni għadha dgħajfa u li d-dispożizzjonijiet legali fihom nuqqasijiet; iħeġġeġ lill-gvern u lill-parlament tal-BĦ jġibu l-qafas legali u istituzzjonali tal-pajjiż konformi mal-istandards tal-UE u dawk internazzjonali dwar id-drittijiet tal-persuni LGBT; jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jsaħħu u jinvolvu attivament lis-soċjetà ċivili fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki dwar id-drittijiet tal-bniedem;
24. Jinnota l-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tar-Roma u l-pjanijiet ta' azzjoni dwar id-djar u l-impjiegi; jitlob iżjed sforzi f'dawn l-oqsma, waqt li l-popolazzjoni tar-Roma għadha tiffaċċja diskriminazzjoni u kundizzjonijiet tal-ħajja diffiċli;
25. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi miġġieled b'mod effettiv it-traffikar tal-bnedmin b'kooperazzjoni mal-komunità internazjonali, biex iressqu lil min jikkommetti dawn ir-reati quddiem il-ġustizzja, biex jipprovdu protezzjoni u kumpens lill-vittmi u biex iqajmu kuxjenza ħalli tiġi evitata r-rivittimizzazzjoni mill-awtoritajiet u mis-soċjetà; jitlob kooperazzjoni u sħubija msaħħa bejn l-awtoritajiet kompetenti mal-oqsma varji tal-politika u l-NGOs mill-pajjiż u r-reġjuni; jitlob li tiżdied il-kuxjenza tal-forzi tal-pulizija tal-BĦ rigward it-traffikar tal-bnedmin permezz tal-iżvilupp ta' korsijiet ta' taħriġ speċjali; jinkoraġġixxi l-appoġġ kontinwu mill-UE fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin u jitlob kooperazzjoni mill-qrib rigward din il-kwistjoni bejn id-DĠ ELARG, DĠ HOME u l-Koordinatur tal-UE Kontra t-Traffikar;
26. Jirrikonoxxi li d-dispożizzjonijiet legali li jiggarantixxu d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri huma fis-seħħ, iżda huwa mħasseb li sar biss progress limitat f'dan il-qasam; iħeġġeġ lill-gvern tal-BĦ jagħmel ħiltu biex ikun hemm żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa kemm fix-xena politika kif ukoll fis-suq tax-xogħol; jinkoraġġixxi lill-gvern, barra minn hekk, iżid l-appoġġ għal attivitajiet u inizjattivi li għandhom l-għan li jiġġieldu kontra drawwiet, tradizzjonijiet u sterjotipi diskriminatorji li jdgħajfu d-drittijiet bażiċi tan-nisa;
27. Jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jikkumbattu l-estremiżmu, il-mibegħda u l-vjolenza tar-reliġjon b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-komunità internazzjonali; huwa mħasseb dwar l-estremiżmu ta' Wahhabites flimkien ma' tendenzi estremi oħra fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent;
28. Jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jsaħħu midja indipendenti u varji ħielsa mill-indħil politiku u jippermettu lill-midja jirrapportaw liberament mill-inħawi kollha tal-pajjiż; jiddispjaċih li għad hemm pressjoni politika fuq il-midja tal-pajjiż kif ukoll theddid kontra l-ġurnalisti; iħeġġeġ, barra minn hekk, sabiex tkun indirizzata l-frammentazzjoni politika u etnika kbira u l-polarizzazzjoni tal-midja;
It-trattament tad-delitti tal-gwerra
29. Ifaħħar lill-awtoritajiet tal-BĦ, kemm fil-livell ta' Stat u kemm fil-livell ta' Entità, talli rrispondew fil-pront u b'mod adegwat għat-talbiet mill-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY);
30. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti kollha jsaħħu l-kapaċità tal-Uffiċċji tal-Prosekuturi u tal-Qrati fil-BĦ kollha li jittrattaw id-delitti tal-gwerra, inaqqsu l-ammont kbir ta' kawżi ta' delitti tal-gwerra li għadhom ma ġewx ittrattati, jindirizzaw l-applikabilità ta' kodiċi kriminali differenti, li tirriżulta f'kundanni inkonsistenti, u jħaffu l-progress fil-protezzjoni tax-xhieda u fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali dwar id-Delitti tal-Gwerra; jenfasizza li l-proċess għar-rinviju tal-kawżi ta' delitti tal-gwerra mill-ġudikatura tal-livell Statali għal istanzi kompetenti oħra għandu jkun garantit permezz tal-applikazzjoni ta' kriterji oġġettivi u trasparenti; jikkundanna kull attakk motivat politikament fuq is-sentenzi tal-Qorti tal-BĦ f'każijiet ta' delitti tal-gwerra; jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jħaffu l-proċedimenti f'każijiet ta' delitti sesswali tul il-gwerra kif ukoll jiżguraw il-ġustizzja u l-kumpens xierqa għall-vittmi;
31. Jilqa' l-iżvilupp ta' strateġija mmirata lejn il-vittmi ta' delitti tal-gwerra u ta' vjolenza sesswali li tagħti lill-vittmi kumpens adegwat, appoġġ ekonomiku, soċjali u psikoloġiku b'mod dirett, inkluż l-ogħla livell possibbli ta' servizzi ta' appoġġ ta' saħħa mentali u fiżika; jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jiżviluppaw programmi u jallokaw riżorsi adegwati għall-ħarsien tax-xhieda; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa tat-titjib tal-koordinazzjoni bejn il-korpi ġudizzjarji differenti u li t-tħaffif tal-proċeduri ta' prosekuzzjoni f'każi ta' delitti tal-gwerra ta' natura sesswali li jkunu saru matul il-gwerra; jistieden lill-Kummissjoni u lil donaturi internazzjonali oħra sabiex jappoġġaw lill-awtoritajiet tal-BĦ f'dan l-isforz tagħhom permezz ta' riżorsi finanzjarji u għarfien espert maħsuba għall-vittmi ta' delitti tal-gwerra u ta' vjolenza sesswali; jinnota li l-Ministeru għad-Drittijiet tal-Bniedem u tar-Refuġjati tal-BĦ, appoġġjat mill-UNFPA, ingħata l-inkarigu li jiżviluppa l-istrateġija msemmija hawn fuq billi jwaqqaf grupp ta' ħidma ta' esperti; jinnota li r-Republika Srpska (RS) kienet mistiedna tinnomina rappreżentanti mill-ministri kompetenti tagħha biex jipparteċipaw, imma s'issa dan għadha ma wettqitux; jistieden lill-awtoritajiet tar-RS biex jimpenjaw lilhom infushom b'mod attiv f'dan l-isforz kruċjali billi jadottaw u jimplimentaw l-istrateġija;
32. Huwa mħasseb minħabba li l-BĦ għad m'għandhiex faċilità ta' detenzjoni fil-livell tal-Istat fejn tista' tqiegħed priġunieri kkundannati għal reati serji, inklużi delitti relatati mal-gwerra; jilqa' l-arrest ta' Radovan Stanković, li kien ħarab mill-ħabs ta' Foča wara li kien ġie kkundannat mill-Qorti tal-Istat tal-Bosnja-Ħerzegovina u ngħata s-sentenza ta' 20 sena ħabs għal delitti kontra l-umanità, inklużi stupri, skjavitù u tortura;
33. Jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jippromwovu u jlestu r-ritorn sostenibbli tar-rifuġjati u tal-persuni spostati f'pajjiżhom kif ukoll jadottaw strateġija rilevanti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali jiżguraw li jkun hemm l-infrastuttura għal ritorn b'suċċess; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-BĦ jagħmlu sforzi ulterjuri għall-implimentazzjoni tal-Proċess tad-Dikjarazzjoni ta' Sarajevo dwar ir-refuġjati billi jindirizzaw l-isfidi fundamentali bħall-provvista ta' kura tas-saħħa, impjiegi u servizzi soċjali;
34. Ifakkar f'dan il-kuntest, fl-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Istrateġija dwar il-Ġlieda kontra l-Mini; jenfasizza l-ħtieġa ta' liġi futura dwar azzjonijiet kontra l-mini li tindirizza b'mod adegwat ir-responsabilitajiet ta' ġbir ta' fondi, il-kapaċità amministrattiva u ta' ġestjoni u l-koordinazzjoni tal-miżuri għat-tneħħija tal-mini, kif enfasizzat mill-Kummissjoni;
35. Jinnota s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bosnja-Ħerzegovina dwar il-fatt li l-Liġi dwar iċ-Ċittadinanza tikser il-Kostituzzjoni; itenni t-talba tal-Qorti Kostituzzjonali lill-Assemblea Parlamentari biex temenda l-liġi fi żmien sitt xhur; jitlob għall-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti bħala kwistjoni ta' urġenza;
Edukazzjoni
36. Waqt li jinnota ċertu progress fit-titjib tal-qafas ġenerali għall-edukazzjoni, jistieden lill-Gvern il-ġdid, inter alia, itejjeb il-koordinazzjoni fost it-13-il ministeru tal-edukazzjoni u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni fid-distrett ta' Brcko, inaqqas il-frammentazzjoni tas-sistema edukattiva u jagħmel l-iskejjel aktar inklużivi;
37. B'kunsiderazzjoni għar-rwol vitali tal-edukazzjoni fil-ħolqien ta' soċjetà multietnika tolleranti, iħeġġeġ lill-gvernijiet kollha fil-BĦ jippromwovu sistema edukattiva inklużiva, mhux diskriminatorja, u jeliminaw is-segregazzjoni tal-gruppi etniċi differenti (żewġ skejjel taħt saqaf wieħed) billi jiżviluppaw programmi edukattivi komuni u klassijiet integrati fil-pajjiż kollu; jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk appoġġ immirat tal-UE jistax jgħin biex jingħata tmiem għas-sistema segregata tal-edukazzjoni;
38. Iħeġġeġ lill-gvern il-ġdid u lill-awtoritajiet kompetenti fil-livell ta' entità, distretti awtonomi u tad-Distrett ta' Brcko jintensifikaw il-pjan ta' azzjoni għall-ħtiġijiet edukattivi tar-Rom u jiżguraw riżorsi finanzjarji adegwati għall-implimentazzjoni tiegħu; jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jsibu mezzi għar-reġistrazzjoni tat-twelid tat-tfal Rom kollha sabiex dawn kollha jkunu jistgħu jinkitbu fi skola;
39. Jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità ġenerali tal-edukazzjoni b'mod li tissodisfa l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jindirizzaw in-nuqqasijiet ta' taħriġ vokazzjonali sabiex jattiraw investiment dirett barrani kif ukoll jiżguraw, ukoll minħabba n-neċessità ekonomika, li tibda l-akkreditazzjoni ta' istituzzjonijiet edukattivi u li l-aġenziji li jittrattaw ir-rikonoxximent ta' lawrji u diplomi jsiru kompletament operattivi;
40. Iħeġġeġ lill-gvern il-ġdid jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-partijiet interessati rilevanti fil-BĦ fl-aħħar jieħdu l-opportunità li jipparteċipaw fil-programmi ta' mobilità fl-edukazzjoni tal-Unjoni Ewropea, li ilhom miftuħa għalihom mill-2007;
41. Jistieden lill-awtoritajiet jitfgħu dawl fuq il-qafas legali għall-istituzzjonijiet kulturali bħall-Mużew Nazzjonali, il-Bibljoteka Nazzjonali u l-Mużew tal-Istorja u jiżguraw li dawn l-istituzzjonijiet jiġu ppreservati;
Kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali
42. Jinnota li l-istandard tal-għajxien qed imur għall-agħar kawża tal-qgħad li qed jiżdied, b'mod partikulari fost iż-żgħażagħ ta' bejn it-18 u l-24 sena; jemmen bis-sħiħ li l-prosperità ekonomika u l-prospett ta' impjiegi, speċjalment għaż-żgħażagħ, huma kruċjali għall-iżvilupp ulterjuri tal-pajjiż; jistieden lill-Gvern il-ġdid jaċċelera t-tkabbir ekonomiku li kien imxekkel mill-istruttura ineffiċjenti li tirregolah, burokraziji tal-gvern kbar u għaljin iżżejjed, u problemi li ilhom jeżistu bil-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni;
43. Iħeġġeġ lill-mexxejja tal-istat u tan-negozju jagħmlu kull sforz biex jerġgħu jiksbu l-fiduċja tal-investituri u joħolqu ambjent li jiffaċilita n-negozju peress li l-BĦ niżlet fl-aħħar post fir-reġjun inkwantu klima ta' investiment;
44. Jilqa' l-implimentazzjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar u l-isforzi tal-Kunsill tal-Ministri u tal-Entitajiet ħalli jipprovdu miżuri ta' appoġġ finanzjarju għall-impriżi żgħar u medji (SMEs); barra minn hekk, jenfasizza l-bżonn tal-introduzzjoni immedjata ta' reġistru fil-livell tal-Istat għall-produzzjoni ta' statistika dwar in-negozji u sistema unika ta' reġistrazzjoni tal-SMEs għall-pajjiż kollu li tiffaċilita l-proliferazzjoni tal-SMEs;
45. Iħeġġeġ lill-Gvern il-ġdid u l-gvernijiet tal-entitajiet jindirizzaw b'mod koordinat l-impatt tal-kriżi ekonomika, isostnu politiki fiskali sodi kif ukoll jadottaw il-baġit statali 2012 u l-Qafas Globali għall-Politiki Fiskali 2012 u -2014; iqis li huwa importanti li jitħaffef il-pass tar-ristrutturar ekonomiku b'mod partikolari fil-Federazzjoni; jistieden lill-gvern jiżgura baġit xieraq għall-elezzjonijiet muniċipali li jmiss fl-2012;
46. Iħeġġeġ lill-gvern il-ġdid jiffoka l-isforzi tiegħu fuq ir-riformi neċessarji għall-adeżjoni tal-BĦ mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ sabiex jippromwovi klima ta' negozju anke aktar pożittiva milli hi u investiment barrani;
47. Itenni l-istedina tiegħu lill-atturi kollha involuti biex jaħdmu għat-tlestija taż-żona ekonomika unika madwar il-pajjiż kollu billi jsaħħu l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika bejn il-gvernijiet tal-entitajiet, ineħħu l-ostakoli għal qafas legali suffiċjenti u jiġġeneraw il-kompetizzjoni fil-pajjiż kollu;
48. Jilqa' l-adozzjoni tal-Liġi dwar l-Għajnuna miż-żewġ Kmamar tal-Assemblea Parlamentari tal-BĦ; jinnota li din il-liġi hija waħda mir-rekwiżiti li tippermetti lill-FSA jidħol fis-seħħ; jistieden lill-awtoritajiet jadottaw ir-regoli ta' implimentazzjoni ta' din il-liġi b'konformità mal-acquis;
49. Jistieden lill-Gvern il-ġdid jiżviluppa sistema effiċjenti u sostenibbli ta' protezzjoni soċjali kif ukoll iqassam il-benefiċċji soċjali aħjar; jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jieħdu impenn aktar sod fil-politiki tax-xogħol, tal-koeżjoni soċjali u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; iqis li t-titjib tal-koordinazzjoni bejn l-edukazzjoni u s-setturi tas-suq tax-xogħol huwa essenzjali sabiex ikunu sodisfatti aħjar il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;
50. Jistieden lill-Gvernijiet Statali u tal-Entitajiet ineħħu l-ostakoli li jikkontribwixxu għall-mobilità tax-xogħol baxxa fil-pajjiż billi jarmonizzaw id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjonijiet dwar ix-xogħol u s-sistemi tal-pensjonijiet u s-sigurtà soċjali differenti bejn l-Entitajiet u wkoll bejn id-distretti awtonomi, u b'hekk jinkoraġġixxu iktar mobilità u trasferibilità tal-benefiċċji madwar il-pajjiż;
51. Jenfasizza li l-BĦ rratifikat il-konvenzjonijiet fundamentali dwar id-drittijiet tax-xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) kif ukoll il-verżjoni riveduta tal-Karta Soċjali Ewropea; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-drittijiet tax-xogħol u tal-għaqdiet tal-ħaddiema għadhom limitati u jistieden lill-gvern tal-BĦ jsaħħaħ ulterjorment dawn id-drittijiet u jaħdem għall-armonizzazzjoni tal-qafas legali f'dan ir-rigward madwar il-pajjiż kollu;
52. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi pjan direzzjonali dettaljat għat-tisħiħ tal-mobilità tal-istudenti, l-apprendisti u l-ħaddiema fis-suq tax-xogħol u l-aċċess tagħhom għalih u għas-servizzi edukattivi fiż-Żona Ekonomika Ewropea, inklużi programmi ta' migrazzjoni ċirkulari għax-xogħol;
Kooperazzjoni reġjonali
53. Ifaħħar lill-BĦ għar-rwol proattiv tagħha fil-Proċess tad-Dikjarazzjoni ta' Sarajevo kif ukoll fl-addozzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-BĦ, is-Serbja, il-Kroazja u l-Montenegro dwar it-tmiem tar-risistemazzjoni u l-provvediment ta' soluzzjonijiet dewwiema għar-rifuġjati u l-persuni spostati internament li huma persuni vulnerabbli;
54. Ifaħħar l-isforzi għas-soluzzjoni ta' kwistjonijiet li ilhom għaddejjin bejn il-BĦ, is-Serbja u l-Kroazja, u l-intensifikazzjoni ta' dawn l-isforzi f'dawn l-aħħar xhur; iħeġġeġ lill-partijiet kollha, inklużi l-awtoritajiet tal-BĦ jagħtu attenzjoni partikulari lill-kooperazzjoni bilaterali u reġjonali fil-qasam tal-ġustizzja u s-sigurtà;
55. Waqt li jinnota li l-BĦ u s-Serbja stabbilixxew relazzjonijiet ta' ġirien tajbin, jistieden lill-BĦ ma tipposponix l-iffirmar tal-protokoll dwar l-iskambju ta' evidenza f'kawżi ta' delitti tal-gwerra u tistabbilixxi kooperazzjoni iktar mill-qrib f'dan il-qasam sensittiv; jilqa“, madankollu, il-ftehim bilaterali bejn il-BĦ u s-Serbja dwar il-kooperazzjoni li jikkonċerna l-iskambju ta' informazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' droga u ta' organi umani, il-migrazzjoni illegali u t-terroriżmu;
56. Jistieden lill-gvern tal-BĦ jagħmel dak kollu possibbli biex isolvi l-kunflitti transkonfinali mal-ġirien tiegħu, jew permezz ta' ftehimiet bilaterali, jew permezz ta' mezzi oħra; jenfasizza li l-kwistjonijiet bilaterali għandhom jiġu solvuti mill-partijiet ikkonċernati, b'determinazzjoni, fi spirtu tajjeb ta' viċinat u b'kunsiderazzjoni tal-interessi globali tal-UE;
57. B'kunsiderazzjoni għall-fatt li l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE se jkollha wkoll implikazzjonijiet bilaterali, jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jagħmlu l-isforzi kollha possibbli biex jallinjaw il-leġiżlazzjoni relevanti tal-BĦ fil-livelli rispettivi tal-gvern mal-leġiżlazzjoni tal-UE fl-oqsma tal-veterinarja, tal-fitosanità u tas-sikurezza tal-ikel kif ukoll itejbu jew jibnu l-infrastruttura meħtieġa f'numru ta' punti ta' qsim tal-fruntiera mal-Kroazja, biex jiffaċilitaw il-kontrolli tal-fruntieri mitluba mill-UE;
58. Huwa mħasseb li l-BĦ hija l-uniku pajjiż fir-reġjun li ma jippermettix id-dħul ta' ċittadini tal-Kosovo fil-BĦ; iħeġġeġ, għalhekk, lill-awtoritajiet tal-BĦ jaċċettaw id-dokumenti tal-ivvjaġġar meħtieġa ta' ċittadini tal-Kosovo biex jidħlu fil-pajjiż, kif sar mis-Serbja u minn pajjiżi oħra;
o o o
59. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin l-Politika ta' Sigurtà tal-Unjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Bosnja-Ħerzegovina u l-entitajiet tagħha.