Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 71kWORD 33k
Il-Ħamis, 5 ta' Lulju 2012 - Strasburgu
L-edukazzjoni dwar l-iżvilupp u ċ-ċittadinanza globali attiva
P7_TA(2012)0302P7_DCL(2012)0007

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2012 dwar l-edukazzjoni dwar l-iżvilupp u ċ-ċittadinanza globali attiva

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, li jenfasizza li “l-UE se tagħti attenzjoni partikolari lill-edukazzjoni dwar l-iżvilupp u lit-tqajjim ta' kuxjenza”,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tad-Djalogu Strutturat dwar ir-rwol tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp, li jistieden “lill-Istati Membri tal-UE u lill-Kummissjoni Ewropea [sabiex] jsaħħu l-istrateġiji tagħhom għall-Edukazzjoni dwar l-Iżvilupp u għat-Tqajjim ta' Kuxjenza”,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-edukazzjoni dwar l-iżvilupp u t-tqajjim ta' kuxjenza huma ċentrali għall-politiki tal-iżvilupp Ewropej, kif inhu enfasizzat fil-Kunsens Ewropew dwar l-Edukazzjoni dwar l-Iżvilupp (“Il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp: Il-Kontribut tal-Edukazzjoni dwar l-Iżvilupp u t-Tqajjim ta' Kuxjenza”);

B.  billi, minkejja li hija waħda mill-ikbar finanzjaturi tal-edukazzjoni dwar l-iżvilupp fl-Ewropa, l-Unjoni Ewropea m'għandhiex strateġija ddedikata f'dan il-qasam;

C.  billi, matul il-perjodi mmarkati b'awsterità, kriżijiet u l-qawmien ta' movimenti nazzjonalisti u populisti, huwa partikolarment importanti li tiġi appoġġjata ċ-ċittadinanza globali attiva;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jiżviluppaw strateġija Ewropea trans-settorjali għal perjodu twil għall-edukazzjoni dwar l-iżvilupp, it-tqajjim ta' kuxjenza u ċ-ċittadinanza globali attiva;

2.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw u jsaħħu l-istrateġiji nazzjonali għall-edukazzjoni dwar l-iżvilupp;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji(1), lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 1 għall-Minuti tal-5 ta' Lulju 2012 (P7_PV(2012)07-05(ANN1)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza