Importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa u prodotti agrikoli oħra mit-Turkija fir-rigward tas-setgħat ta’ delegazzjoni u implimentazzjoni li se jingħataw lill-Kummissjoni ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2008/97, (KE) Nru 779/98 u (KE) Nru 1506/98 fil-qasam ta’ importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa u prodotti agrikoli oħra mit-Turkija fir-rigward tas-setgħat ta' delegazzjoni u implimentazzjoni li ser jingħataw lill-Kummissjoni (COM(2011)0918 – C7-0005/2012 – 2011/0453(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari):
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal Regolament Premessa 5
5. Għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-adozzjoni tal-emendi meħtieġa li jirriżultaw għal dak ir-Regolament, sabiex tissuplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2008/97, meta l-kundizzjonijiet attwali tal-arranġamenti speċjali previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jiġu emendati, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammonti, jew meta jiġi konkluż ftehim ġdid. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness V sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' adattament fil-ġejjieni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tkun qed tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura, trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2008/97, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-emendi meħtieġa li jirriżultaw għal dak ir-Regolament, meta l-kundizzjonijiet attwali tal-arranġamenti speċjali previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jiġu emendati, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammonti, jew meta jiġi konkluż ftehim ġdid. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura, trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament ikun involut kif xieraq, billi tibni fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew.
Emenda 2 Proposta għal Regolament Artikolu 1, punt -1 (ġdid) Regolament (KE) Nru 2008/97 Premessa 5a (ġdida)
-1.Tiddaħħal il-premessa li ġejja:
“Billi, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġi kkonferiti setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni*.
* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.“.
Emenda 3 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – punt 1a (ġdid) Regolament (KE) Nru 2008/97 Premessa 6
-1a.Il-Premessa 6 tinbidel b’dan li ġej:
“Billi, sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-emendi meħtieġa li jirriżultaw għal dan ir-Regolament, meta l-kundizzjonijiet attwali tal-arranġamenti speċjali previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jiġu emendati, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammonti, jew meta jiġi konkluż ftehim ġdid. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament Ewropew ikun involut kif xieraq, billi tibni fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew.”.
Emenda 4 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 2008/97 Artikolu 7
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri meħtieġa biex timplimenta r-regoli ta’ applikazzjoni tal-arranġamenti speċjali għall-importazzjoni stipulati f'dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu [323(2)] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri meħtieġa biex timplimenta r-regoli ta’ applikazzjoni tal-arranġamenti speċjali għall-importazzjoni stipulati f'dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami
msemmija fl-Artikolu 7a(2).
Emenda 5 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 2008/97 Artikolu 7a (ġdid)
Artikolu 7a
Proċedura ta' kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn ... Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu [xx] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill... . [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011**.
2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.Fejn l-opinjoni tal-kumitat tkun se tingħata permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu li jsir dan.
* ĠU L …, …, p....
** ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
Emenda 6 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 2008/97 Artikolu 8a – paragrafu 2
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ta' emenda].
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn ... *. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
–––––––––––––––––
* Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 7 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 2008/97 Artikolu 8a – paragrafu 5
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’erba' xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 8 Proposta għal Regolament Artikolu 2, punt -1 (ġdid) Regolament (KE) Nru 779/98 Premessa 4a (ġdida)
-1.Tiddaħħal il-premessa li ġejja:
“Billi, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjonii lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni*.
* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.“.
Emenda 9 Proposta għal Regolament Artikolu 2 – punt 1 Regolament (KE) Nru 779/98 Artikolu 1
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli meħtieġa għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ importazzjoni għal prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li joriġinaw mit-Turkija u li jiġu importati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni KE-Turkija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu [323(2)] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli meħtieġa għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ importazzjoni għal prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li joriġinaw mit-Turkija u li jiġu importati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni KE-Turkija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 2a(2).
Emenda 10 Proposta għal Regolament Artikolu 2 – punt 1a (ġdid) Regolament (KE) Nru 779/98 Artikolu 2a (ġdid)
-1a.Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 2a
Proċedura ta' kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn... Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu [xx] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ... [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011**.
2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.Fejn l-opinjoni tal-kumitat tkun se tingħata permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu li jsir dan .
* ĠU L …, …, p.
** ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.“.
Emenda 11 Proposta għal Regolament Artikolu 3, punt -1 (ġdid) Regolament (KE) Nru 1506/98 Premessa 6a (ġdida)
-1.Qed tiddaħħal il-premessa li ġejja:
“Billi, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jipu kkonferiti setgħat ta' impliementazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.
* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.“.
Emenda 12 Proposta għal Regolament Artikolu 3 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1506/98 Artikolu 3
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tikkonferma t-tmiem tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 2 meta jitneħħew l-ostakli għall-esportazzjonijiet preferenzjali mill-Unjoni għat-Turkija. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu [323(2)] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tikkonferma t-tmiem tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 2 meta jitneħħew l-ostakli għall-esportazzjonijiet preferenzjali mill-Unjoni għat-Turkija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 3a(2).
Emenda 13 Proposta għal Regolament Artikolu 3 – punt 1a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1506/98 Artikolu 3a (ġdid)
-1a.Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 3a
Proċedura ta' kumitat
1.Il-Kummissjoni tkun megħjuna minn ... Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu [xx] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill... [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011**.
2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.Fejn l-opinjoni tal-kumitat tkun se tingħata permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu li jsir dan.