Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-istima tal-konformità, tal-istima tal-konformità, iċ-ċertifikati u l-immarkar bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja (12124/2010 – C7-0057/2012 – 2010/0146(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12124/2010),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-istima tal-konformità, tal-istima tal-konformità, iċ-ċertifikati u l-immarkar bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja (12150/2010),
– wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a), punt v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0057/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0211/2012),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Awstralja.