Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0139(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0210/2012

Testi mressqa :

A7-0210/2012

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/09/2012 - 7.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0331

Testi adottati
PDF 200kWORD 32k
L-Erbgħa, 12 ta' Settembru 2012 - Strasburgu
Ftehim UE/New Zealand dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-istima tal-konformità ***
P7_TA(2012)0331A7-0210/2012

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim UE/New Zealand li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-istima tal-konformità bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand (12126/2010 – C7-0058/2012 – 2010/0139(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12126/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-istima tal-konformità bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand (12151/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a), punt v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0058/2012),

–  wara li kkunsidra r-Regoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0210/2012),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tan-New Zealand.

Avviż legali - Politika tal-privatezza