Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0434(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0146/2012

Testi mressqa :

A7-0146/2012

Dibattiti :

PV 11/09/2012 - 20
CRE 11/09/2012 - 20

Votazzjonijiet :

PV 12/09/2012 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0332

Testi adottati
PDF 289kWORD 39k
L-Erbgħa, 12 ta' Settembru 2012 - Strasburgu
Ċerti miżuri fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut ***I
P7_TA(2012)0332A7-0146/2012
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut (COM(2011)0888 – C7-0508/2011 – 2011/0434(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0888),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 207(2) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0508/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Ġunju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0146/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 112.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli
P7_TC1-COD(2011)0434

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1026/2012.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza