Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0353(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0266/2011

Testi mressqa :

A7-0266/2011

Dibattiti :

PV 12/09/2012 - 16
CRE 12/09/2012 - 16

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2012 - 11.8
CRE 13/09/2012 - 11.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0344

Testi adottati
PDF 290kWORD 73k
Il-Ħamis, 13 ta' Settembru 2012 - Strasburgu
L-iskemi tal-kwalità tal-prodotti agrikoli ***I
P7_TA(2012)0344A7-0266/2011
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskemi tal-kwalità tal-prodotti agrikoli (COM(2010)0733 – C7-0423/2010 – 2010/0353(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0733),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43(2) u 118(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0423/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta' Mejju 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta' Mejju 2011(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-25 ta' Ġunju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0266/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill annessa ma din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 218, 23.7.2011, p. 114.
(2) ĠU C 192, 1.7.2011, p. 28.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
P7_TC1-COD(2010)0353

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1151/2012.)


Anness għal riżoluzzjoni leġiżlativa

Dikjarazzjoni tal-Kunsill

Il-Kunsill innota l-importanza li l-Parlament Ewropew jorbot mal-estensjoni tas-sistema għall-ġestjoni tal-produzzjoni ta' ġobon DPO u IĠP għal prodotti DPO u IĠP oħrajn.

Il-Kunsill jimpenja ruħu biex jiddiskuti l-kwistjoni tal-ġestjoni tal-provvista tal-prodotti DPO u IĠP fil-kuntest tan-negozjati tiegħu mal-Parlament Ewropew dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal riforma tal-PAK dwar ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS li tinkludi d-dispożizzjoni għal strumenti li jirregolaw il-provvista fis-swieq agrikoli.

Avviż legali - Politika tal-privatezza