Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0289(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0069/2011

Testi mressqa :

A7-0069/2011

Dibattiti :

PV 09/05/2011 - 19
CRE 09/05/2011 - 19

Votazzjonijiet :

PV 10/05/2011 - 11.12
CRE 10/05/2011 - 11.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 13/09/2012 - 11.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0205
P7_TA(2012)0350

Testi adottati
PDF 286kWORD 35k
Il-Ħamis, 13 ta' Settembru 2012 - Strasburgu
Preferenzi kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għall-Pakistan ***I
P7_TA(2012)0350A7-0069/2011
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi preferenzi kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għall-Pakistan (COM(2010)0552 – C7-0322/2010 – 2010/0289(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0552),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0322/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Lulju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0069/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(1);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)1 Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-10 ta' Mejju 2011 (Testi adottati, P7_TA(2011)0205).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-13 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi preferenzi kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għall-Pakistan
P7_TC1-COD(2010)0289

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1029/2012.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza