Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/2150(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0312/2012

Testi mressqa :

A7-0312/2012

Dibattiti :

PV 25/10/2012 - 18
CRE 25/10/2012 - 18

Votazzjonijiet :

PV 26/10/2012 - 6.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0408

Testi adottati
PDF 380kWORD 146k
Il-Ġimgħa, 26 ta' Ottubru 2012 - Strasburgu
Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2012
P7_TA(2012)0408A7-0312/2012

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2012 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2012 (2012/2150(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinament tal-Politika Ekonomika(1),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 136 flimkien mal-Artikolu 121(2) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika(2),

  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro(4),

  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi(6),

  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar it-Tabella għas-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi: id-disinn inizjali previst(8);

–  wara li kkunsidra l-Anness I tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta' Marzu 2011 bit-titlu “Il-Patt Euro Plus: Koordinazzjoni aktar b'saħħitha tal-politika ekonomika għall-kompetittività u l-konverġenza”(9),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2011 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2012 (COM(2011)0815),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-kontribut għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2012(10),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-10 ta’ Lulju 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro(11),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Awstrija u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tal-Awstrija 2012-2016(12),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Belġju u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tal-Belġju 2012-15(13),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Bulgarija u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Bulgarija, 2012-15(14),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 ta’ Ċipru u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà ta’ Ċipru, 2012-2015(15),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tar-Repubblika Ċeka u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tar-Repubblika Ċeka, 2012-2015(16),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tad-Danimarka u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tad-Danimarka, 2012-2015(17),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Estonja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà aġġornat tal-Estonja, 2012-15(18),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Finlandja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tal-Finlandja, 2012-2015(19),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 ta’ Franza u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà ta’ Franza, 2012-2016(20),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Ġermanja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tal-Ġermanja, 2012-16(21),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Greċja(22),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Ungerija u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Ungerija, 2012-2015(23),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Irlanda u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tal-Irlanda, 2012-2015(24),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Italja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tal-Italja, 2012-2015(25),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Latvja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Latvja, 2012-15(26),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Litwanja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Litwanja, 2012-15(27),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Lussemburgu u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tal-Lussemburgu, 2012-15(28),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 ta’ Malta u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà ta’ Malta, 2012-15(29),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Pajjiżi Baxxi u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tal-Pajjiżi Baxxi, 2012-2015(30),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Polonja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Polonja, 2012-2015(31),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Portugall u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tal-Portugall, 2012-16(32),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tar-Rumanija u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tar-Rumanija, 2012-15(33),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tas-Slovakkja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tas-Slovakkja, 2012-2015(34),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tas-Slovenja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tas-Slovenja, 2012-15(35),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 ta’ Spanja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà ta’ Spanja, 2012-2015(36),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Isvezja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal- Isvezja, 2012-15(37),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tar-Renju Unit u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tar- Renju Unit, 2012-2017(38),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2012 rigward “Att dwar is-Suq Uniku: Il-Passi li Jmiss għat-Tkabbar”(39),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-Suq Uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini(40),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0312/2012),

A.  billi l-kriżijiet ekonomiċi, soċjali, finanzjarji u tad-dejn sovran għadhom ma battewx;

B.  billi s-sitwazzjoni ekonomika kurrenti wriet li hemm bżonn koordinament aktar b'saħħtu bejn il-politiki makroekonomiċi u baġitarji tal-Istati Membri sabiex titlaħaq unjoni ekonomika aktar integrata u bilanċjata;

C.  billi l-kuntest ekonomiku jibqa' inċert u billi, fl-2010, l-Istati Membri impenjaw ruħhom favur l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 għall-iżvilupp ta' ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva; billi, madankollu, l-UE mhijiex fit-triq it-tajba biex tilħaq l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 sal-iskadenza stabbilita, minħabba li l-objettivi nazzjonali kkombinati huma modesti wisq u l-miżuri meħuda fir-rigward tal-objettivi kważi kollha, speċjalment dawk li jikkonċernaw l-effiċjenza enerġetika, l-impjiegi, it-tnaqqis tal-faqar u r-riċerka u l-iżvilupp, ma wasslux għal progress sinfikanti;

D.  billi l-qafas tas-Semestru Ewropew fl-aħħar ġie kodifikat fir-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tas-16 ta' Novembru 2011 (ir-rapport Wortmann-Kool), u bħala mill-elementi ewlenin tal-pakkett ekonomiku u ta’ governanza, għandu rwol essenzjali, għax imexxi l-Unjoni fil-passi li jmiss biex tikkompleta l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM);

E.  billi l-kriżi u d-diskrepanzi dejjem jikbru fil-kompetittività minn mindu ġie introdott l-euro enfasizzaw il-ħtieġa ta' koordinament imsaħħaħ tal-politiki ekonomiċi u tal-impjieg u prattiki baġitarji mtejba;

F.  billi din hija l-ewwel darba li s-Semestru Ewropew ġie implimentat bis-sħiħ u billi jridu jinsiltu t-tagħlimiet meħtieġa biex jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu;

G.  billi l-Kunsill Ewropew huwa kommess bis-sħiħ li jimmobilizza, fil-livelli kollha ta' governanza fl-UE, l-ixpruni, l-istrumenti u l-politiki kollha sabiex jistimola tkabbir intelliġenti, sostenibbli, inklussiv, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u li joħloq l-impjiegi, permezz tal-adozzjoni tal-“Patt għal Tkabbir u Impjiegi”;

H.  billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Jannar 2012 jiddikjaraw: “It-tkabbir u l-impjiegi ser jerġgħu jibdew biss jekk aħna nsegwu approċċ konsistenti u fuq bażi wiesgħa, li jgħaqqad konsolidazzjoni fiskali intelliġenti li tippreserva l-investiment fit-tkabbir futur, politiki makroekonomiċi sodi u strateġija attiva dwar l-impjiegi li tippreserva koeżjoni soċjali”, u billi l-UE għandha tgħin lill-Istati Membri joħolqu kuntest dinamiku għat-tkabbir ekonomiku u għall-prosperità permezz ta' politiki sostenibbli;

I.  billi l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2012 dwar aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2012(41), għamel rakkomandazzjonijiet fejn talab lill-Kunsill jinkludi l-prijoritajiet li ġejjin fil-gwida tiegħu għas-Semestru Ewropew 2012: l-iżgurar tal-koerenza u ż-żieda tal-ambizzjoni biex jinkisbu l-objettivi tal-Ewropa 2020, l-appoġġ tal-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli permezz ta' investiment u riforma tat-taxxa, it-titjib tal-kwalità tal-impjiegi u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni akbar tal-ħaddiema, l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, l-indirizzar tal-faqar u l-esklużjoni soċjali b'enfasi fuq gruppi b'ebda rabta jew b'rabtiet limitati mas-suq tax-xogħol u t-tisħiħ tal-leġittimità demokratika, ir-responsabilità u s-sjieda;

J.  billi s-Semestru Ewropew kiber fl-importanza u l-proċessi tiegħu issa jinkorporaw il-preżentazzjoni ta' diversi dokumenti u sottodokumenti min-naħa tal-Istati Membri (Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR), Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza (PSK), Rapporti Soċjali Nazzjonali (RSN) u Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Impjiegi (PNI)), u billi dawn id-dokumenti jeħtiġilhom jittrattaw kwantità dejjem akbar ta' objettivi; billi l-għadd ta' dawn id-dokumenti u s-sovrappożizzjoni ta' bejniethom itellfu t-trasparenza u l-koerenza tal-proċess tas-Semestru Ewropew; billi l-kwalità tad-dokumenti ppreżentati mill-Istati Membri u l-livell ta' involviment tal-partijiet interessati u tal-parlamenti nazzjonali fl-elaborazzjoni tagħhom ivarjaw bil-kbir;

K.  billi bejn l-2008 u nofs l-2012 ir-rata tal-qgħad tal-UE-27 telgħet minn madwar 7 % għal 10,4 %, li tfisser madwar 25 miljun ruħ qiegħda;

L.  billi fl-UE kollha aktar minn żagħżugħ wieħed min ħamsa huwa qiegħed (22 %), b'qgħad fost iż-żgħażagħ ogħla minn 50 % f'ċerti Stati Membri;

M.  billi aktar minn 8.3 miljun Ewropew taħt l-età ta' 25 sena abbandunaw l-iskola, huma mingħajr impjieg jew ma jsegwux taħriġ (“not in education, employment or training” - NEET) u billi din iċ-ċifra qed tkompli tikber;

N.  billi aktar minn 115-il miljun ruħ jinsabu fil-periklu tal-esklużjoni soċjali fl-UE-27 minħabba li jinsabu f'riskju gravi tal-faqar, ibatu minn deprivazzjoni materjali gravi jew jgħixu f'nuklei familji b'intensità ta' xogħol baxxa ħafna;

O.  billi s-Suq Uniku huwa meħtieġ aktar minn qatt qabel bħala mezz li jerġa’ jaħja l-ekonomija Ewropea, billi jagħti risposta konkreta għall-kriżi u jaġixxi bħala strument għall-promozzjoni tal-kompetittività u l-preservazzjoni tal-welfare soċjali;

1.  Jilqa' r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill speċifiċi skont il-pajjiż għaż-żona tal-euro; ifakkar li, minħabba l-implimentazzjoni tal-pakkett ekonomiku u ta' governanza l-ġdid, din hija l-ewwel darba li dawk ir-rakkomandazzjonijiet kellhom xenarju makroekonomiku taż-żona tal-euro kollha, u jirrimarka li kisbu livell ġdid ta' dettall; jemmen li r-rakkomandazzjonijiet għadhom ma laħqux il-potenzjal sħiħ tagħhom;

2.  Ifakkar li s-Semestru Ewropew huwa l-qafas validu għall-governanza ekonomika effikaċi tal-Istati Membri taż-żona tal-euro li huma marbutin b'responsabbiltà komuni, billi jgħaqqad is-sorveljanza multilaterali tal-politiki baġitarji u makroekonomiċi u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi u t-Tkabbir, kif stabbilita fl-Istrateġija UE 2020;

3.  Josserva bi tħassib li f'ħafna Stati Membri, il-parlamenti nazzjonali, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili ma kinux involuti fil-proċess tas-Semestru Ewropew; għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-proċess jingħata aktar leġittimità demokratika permezz tal-parteċipazzjoni tal-parlamenti nazzjonali, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili;

4.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tevita li tadotta approċċ wieħed għal kulħadd rigward ir-rakkomandazzjonijet mogħtija lill-Istati Membri, u biex tiżgura li tali rakkomandazzjonijiet isiru skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istat Membru kkonċernat;

5.  Ifakkar li s-Semestru Ewropew jipprevedi l-koordinament ex-ante meħtieġ fil-kuntest taż-żona tal-euro, kemm permezz tal-iskambju ta' abbozz tal-pjanijiet tal-baġit kif ukoll id-diskussjoni minn qabel tal-pjanijiet ta' riforma tal-politika ekonomika ewlenin kollha, sabiex b'hekk ikunu jista' jitnaqqas u/jew jiġi eliminat kwalunkwe effett kollaterali ħażin possibbli li jista' jiġi kkawżat mill-azzjonijiet nazzjonali fuq pajjiżi oħrajn jew fuq iż-żona tal-euro fit-totalità tagħha;

6.  Jilqa’ l-miżuri li ġew proposti u jemmen li għandhom jittejbu progressivament għall-ilħiq ta’ finanzi pubbliċi sostenibbli u sodi, biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-iżbilanċi makroekonomiċi u jixprunaw il-kompetittività li twassal għal livell ogħla ta’ tkabbir u impjiegi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm aktar koerenza fi ħdan u bejn ir-rakkomandazzjonijiet tal-Istati Membri differenti, użu aħjar tat-tabella makroekonomika u aktar qies tal-effetti kollaterali ħżiena tal-politiki ekonomiċi ta’ Stati Membri individwali;

7.  Jinnota l-insistenza tal-Kummissjoni fuq riformi strutturali li jżidu t-tkabbir u l-kompetittività ħalli l-UE tkun tista' tittratta l-kriżi u tirkupra r-rwol preeminenti tagħha fl-ekonomija dinjija; jappoġġja bil-qawwi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tikkoreġi l-iżbilanċi makroekonomiċi fiż-żona tal-euro; jitlob lill-Kummissjoni biex tintensifika din il-ħidma;

8.  Jistenna bil-ħerqa l-istudju speċifiku tal-Kummissjoni, li għandu joħroġ fil-ħarifa 2012, dwar l-interkonnessjonijiet bejn il-bilanċi negattivi u l-bilanċi pożittivi fiż-żona tal-euro;

9.  Jilqa' pożittivament l-importanza mogħtija lill-programmi ta' effiċjenza fir-riżorsi, li jippreżentaw potenzjal tal-impjiegi sinifikanti u huma wkoll vantaġġjużi għall-ambjent, ifornu impjiegi sostenibbli u joffru rendiment ċar tal-kapital investit, kemm għall-finanzjamenti pubbliċi kif ukoll dawk privati;

10.  Jinnota li l-parti l-kbira tar-riformi strutturali qed jikkonċentraw fuq għadd żgħir ta' oqsma, bħas-swieq tax-xogħol (inkluż l-iffissar tal-pagi), is-sistema tat-tassazzjoni, is-settur tal-banek, is-sistemi tal-pensjoni, is-settur tas-servizzi (bit-tneħħija ta' restrizzjonijiet mhux ġustifikati fuq il-kummerċi u l-professjonijiiet regolati) il-liberalizzazzjoni ta' ċerti industriji, it-titjib tal-effiċjenza u l-kwalità tal-infiq pubbliku, it-tnaqqis tal-burokrazija żejda, it-tneħħija ta’ livelli ta’ gvern mhux meħtieġa, il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, u r-riforma tas-suq tal-kreditu b'ipoteka u dak immobiljari; jirrikonoxxi li għad baqa’ ħafna xi jsir u jemmen li jeħtieġ li jiġu mifruxa sisien tajbin u li għad hemm lok għal titjib;

11.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li ma ġiet ifformulata l-ebda rakkomandazzjoni lill-Istati Membri dwar l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 bi programm ta' assistenza finanzjarja; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt tal-programm ta' aġġustament ekonomiku fuq il-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi prinċipali tal-istrateġija Ewropa 2020 u tipproponi modifiki intiżi li jġibu l-programm ta' aġġustament konformi ma' tali objettivi;

12.  Jirrikonoxxi l-enfasi tal-Kummissjoni fuq riformi tas-suq tax-xogħol bil-għan li ttejjeb il-kompetittività taż-żona tal-euro; iqis li ż-żidiet fil-pagi jeħtieġ li jinżammu allinjati mal-produċttività; bl-istess mod, jikkondividi l-insistenza tal-Kummissjoni dwar l-importanza tas-sostenibbiltà fit-tul tas-sistemi tal-pensjoni;

13.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tkun aktar espliċita, eżawrjenti u koerenti fir-rakkomandazzjonijiet tagħha, u biex timmonitorja r-rakkomandazzjonijiet li saru fl-imgħoddi, bl-inklużjoni ta’ spjegazzjonijiet u evalwazzjonijiet aktar dettaljati f'dawk il-każijiet fejn il-Kummissjoni jidhrilha li pajjiż ikun mexa fuq ir-rakkomandazzjonijiet b'mod parzjali biss, u biex tqis bis-sħiħ ir-realtijiet ekonomiċi u soċjali differenti ta’ kull Stat Membru; iqis li l-Kummissjoni għandha tressaq rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar kif jimminizzaw l-effetti kollaterali ħżiena tal-politiki interni tagħhom u jiffaċilitaw il-konformità tal-Istati Membri l-oħrajn;

14.  Jinnota li l-Kummissjoni, fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi skont il-pajjiż ta’ din is-sena, tħeġġeġ lil għadd ta’ Stati Membri biex jirristrutturaw is-sistemi nazzjonali tagħhom għall-formazzjoni tal-pagi u/jew biex inaqqsu l-livelli nazzjonali tal-pagi; jenfasizza li l-awtonomija tas-sħab soċjali hija element kruċjli f’kull suq tax-xogħol li jiffunzjona sewwa, u li għandu jittieħed kont ta’ din l-awtonomija;

15.  Itenni li l-kummissjoni tinsab f’pożizzjoni unika biex tiżviluppa pjan makroekonomiku tassew dettaljat li jista’ jagħti spinta lit-tkabbir u l-impjiegi, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tħalli marġni għall-aġġustament ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi meta jirriżulta li dawn ma jkunux adegwati biex jilħqu objettivi definiti; jemmen li, biex tkun tista’ timxi fuq pjan ta’ dan it-tip, il-Kummissjoni għandha tipproponi li l-fondi Ewropej jintużaw bl-akbar effiċjenza possibbli u għandha tfittex kif tista’ tadattahom għall-ħtiġijiet kurrenti tal-UE, ħaġa li tirrikjedi finanzjament adegwat;

16.  Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċess, jisħaq fuq il-bżonn li ż-żmien meta jiġi ppubblikat l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (li huwa mmirat lejn l-UE-27 kollha kemm hi) jiġi allinjat aħjar ma’ dak meta jiġi ppubblikat ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija introdott mis-“six-pack” (li huwa mmirat lejn Stati Membri speċifiċi biss);

17.  Jenfasizza l-fatt li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir huwa bbażat fuq it-tbassir imħejji mill-Kummissjoni fil-ħarifa; jenfasizza, għaldaqstant, il-ħtieġa li jitqiesu żbalji potenzjali tat-tbassir, peress li jista’ jkollhom konsegwenzi għall-aġġustament baġitarju mitlub mill-Istati Membri;

18.  Jinnota li r-riformi strutturali jistgħu jħallu l-frott biss fiż-żmien medju sa twil, u li jistgħu ma jsolvux per se l-ispirall reċessjonarju li l-UE tinsab fih bħalissa;

19.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi l-Istrateġija UE 2020 fis-Semester Ewropew u biex tinkludi li tkun riflessa aħjar fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi skont il-pajjiżi, bħal fil-każ ta’ politiki għat-trattament tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u għall-ġlieda kontra l-faqar; jinnota li, f’bosta pajjiżi, ftit li xejn qed siir progress rigward l-ilħiq tal-miri soċjali u ambjentali tal-Istrateġija UE 2020, u dan ifisser li l-UE kollha kemm hi mhijiex fit-triq i‐tajba biex twettaq l-UE 2020;

20.  Jilqa’ l-inizjattiva importanti tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2012 li ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u l-evazjoni tat-taxxa; jenfasizza li sforzi ikbar f’dan il-qasam – fil-livell nazzjonali u f'dak tal-UE kif ukoll fir-rigward ta’ pajjiżi terzi – għandhom ikunu element kruċjali fil-programmi maħsuba biex jikkonsolidaw il-finanzi pubbliċi; jitlob li l-livell mgħolli ta’ ambizzjoni indikat mill-inizjattiva jissarraf għalkollox fi proposti leġiżlattivi futuri u jiġi rifless b’mod ċar fil-ħidma kontinwa fi ħdan il-qafas tas-Semestru Ewropew;

21.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex isegwu strettament ir-regoli stipulati mill-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, kif modifikat mis-“six-pack”, billi jimxu fuq konsolidament fiskali differenzjat u li jiffavorixxi t-tkabbir bil-qies taċ-ċirkostanzi speċifiċi għal kull pajjiż, u biex il-finanzi pubbliċi jagħmluhom aktar reżiljenti u jiżguraw li l-ekonomija Ewropea ssir aktar sostenibbli, kif ukoll li titnaqqas il-pressjoni fuq is-settur bankarju; jemmen bis-sħiħ li s-sostenibilità tad-dixxiplina fiskali u l-istituzzjonijiet fiskali fil-livell nazzjonali kif ukoll dak sottonazzjonali għandhom jissaħħu u li l-infiq tal-gvern jersaq lejn investiment fit-tul, li jrawwem tkabbir sostenibbli; jistieden lill-Istati Membri biex jevitaw l-effetti kollaterali ħżiena u mhux mixtieqa billi jiffaċilitaw il-konformità min-naħa ta’ Stati Membri oħrajn, b’mod partikolari billi jqisu debitament ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru lil Stati Membri oħrajn fit-tfassil tal-politiki tagħhom stess;

22.  Jilqa' t-tmiem tal-proċeduri tad-defiċit eċċessiv għal ħafna Stati Membri; jispera li fil-futur qarib ikunu jistgħu jintemmu aktar proċeduri; iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi kollha biex jissuktaw b’dawn l-isforzi u jżomu l-impenji tagħhom filwaqt li jqisu debitament il-kuntest makroekonomiku;

23.  Jirrikonoxxi l-isforzi ferm esiġenti mitluba miċ-ċittadini Ewropej kollha f’dawn l-aħħar snin;

24.  Iħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti biex ifittxu jaqblu fuq it-“two-pack” ħalli jikkumplimenta l-leġiżlazzjoni attwali adottata b’kodeċiżjoni;

25.  Jitlob li l-partijiet li ħadu sehem fit-teħid tad-deċiżjoni tal-Kunsill ma jerġgħux iqajmu dubji dwar dawn id-deċiżjonijiet ftit tal-ħin wara li jkunu ġew adottati;

26.  Ifaħħar id-djalogu ekonomiku li sar s’issa bejn il-Parlament Ewropew u r-rappreżentanti nazzjonali; jenfasizza l-importanza ta’ dan id-djalogu bil-għan li jintlaħaq qafas operattiv għalkollox tas-Semestru Ewropew u jintlaħaq il-livell meħtieġ ta’ responsabbilta demokratika fir-rigward ta’ kull min huwa involut; itenni l-impenn tiegħu li jissokta b’aktar djalogu li jeħtieġ li jkun element importanti ta’ dibattitu mtejjeb mal-Ewropa kollha fuq prijoritajiet u strumenti ekonomiċi u soċjali; jemmen li d-djalogu ekonomiku jikkostitwixxi pass importanti lejn responsabilità demokratika ikbar rigward is-sorveljanza u l-kordinament tal-politika ekonomika fi ħdan l-UEM;

27.  Jinnota bi tħassib li, fid-deċiżjonijiet ekonomiċi ewlenin li rriżultaw mill-kriżi, il-Parlament Ewropew safa kostantament marġinalizzat, u jqis li jeħtieġ li jkun involut sabiex iżid il-leġittimità tad-deċiżjonijiet li jaffettwaw liċ-ċittadini kollha;

28.  Iqis li huwa essenzjali li tissaħħaħ il-leġittimità tas-Semestru u biex jiġu ċċarati l-ambigwitajiet legali li baqa', li fil-futur jistgħu jwasslu għal kunflitti istituzzjonali, inklużi t-trikkib u d-dupplikazzjoni tal-kompetenzi u r-responsabilitajiet, u n-nuqqas ta' ċarezza u l-kumplessità miżjuda tal-qafas istituzzjonali tal-UE;

29.  Jiddispjaċih li l-iskrutinju parlamentari għandu rwol minuri fil-proċess, u jenfasizza li s-Semestru Ewropew ma jista' bl-ebda mod ifixkel il-prerogattivi tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress li sar f'dak li għandu x'jaqsam mal-istedina li għamlilha l-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika biex hi 'titlob lis-soċjetà ċivili u lill-imsieħba soċjali jikkontribwixxu “shadow report” annwali dwar il-progress tal-Istati Membri rigward il-miri ewlenin u l-implimentazzjoni ta' miżuri proposti fil-PNR';

31.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jistabbilixxu miżuri konkreti intiżi li jtejbu l-parteċipazzjoni u l-involviment tal-imsieħba soċjali, tal-NGOs u tal-awtoritajiet lokali fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' politiki sostenibbli fil-qafas tas-Semestru Ewropew, kemm f'livell nazzjonali kif ukoll Ewropew; japprezza l-fatt li l-Presidenza Ċiprijotta identifikat din l-isfida bħala waħda mill-prijoritajiet tagħha;

32.  Jenfasizza l-bżonn li jissaħħu l-metodi ta' ħidma tal-Grupp tal-euro sabiex tiżdied ir-responsabilità ġenerali tiegħu lejn il-Parlament Ewropew; jemmen barra minn hekk li jeħtieġ li ssir bidla lejn approċċ Komunitarju aktar qawwi;

33.  Huwa tal-fehma li d-djalogu ekonomiku għandu jiġi estiż fuq il-mudell tad-djalogu monetarju mal-BĊE, biex jinkludi diskussjonijiet regolari bejn il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-President tal-ECOFIN dwar it-tħejjija u s-segwitu tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi;

34.  Itenni l-ħtieġa li l-Parlament – l-unika istituzzjoni sovranazzjonali Ewropea b’leġittimità elettorali – ikun involut fil-koordinazzjoni tal-politika ekonomika;

35.  Ifakkar li l-Parlament Ewropew jeħtieġ li jiġi rikonoxxut bħala l-forum demokratiku Ewropew xieraq biex jagħti evalwazzjoni komprensiva fl-aħħar tas-Semestru Ewropew; jemmen li, bħala sinjal ta' dan ir-rikonoxximent, ir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-korpi ekonomiċi involuti fil-proċess għandhom jagħtu informazzjoni lill-Membri tal-Parlament Ewropew meta dawn jitolbuha;

36.  Itenni s-sejħa urġenti tiegħu biex tittieħed azzjoni ħalli ttejjeb l-istabilità tas-sistema finanzjarja fiż-żona tal-euro, trawwem il-ħolqien ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja mibnija fuq responsabilità u leġittimità demokratika mtejba, u timplimenta l-Istrateġija UE 2020; ifakkar li tali azzjoni hija meħtieġa biex terġa’ tikseb stabilità dinjija peress li l-Unjoni hija attur internazzjonali deċiżiv; iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi kollha biex jieħdu l-miżuri neċessarji biex dan il-għan jintlaħaq;

37.  Ifakkar li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni huma kontribut għall-Kunsill tar-rebbiegħa;

38.  Ifakkar li kwalunkwe deċiżjoni tal-Kunsill li ma jimxix fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu spjegati debitament u għandhom ikunu akkumpanjati b’nota spjegattiva kompluta; jilqa' l-prinċipju “ikkonforma jew spjega” introdott mis-“six-pack” rigward ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi Skont il-Pajjiż; jemmen li tali klawżola se żżid it-trasparenza u l-iskrutinju tal-proċess tas-Semestru tal-UE;

39.  Fuq is-sisien tas-Semestru Ewropew għall-koordinament tal-politika ekonomika (kif kodifikat fir-Regolament (KE) Nru 1466/97). il-Kummissjoni għandha tippreżenta regolament ta’ qafas li jispeċifika r-rwol (inklużi skedi ta’ żmien) tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-UE fil-passi differenti taċ-ċiklu tas-Semestru;

Il-kontributi settorjali lis-Semestru Ewropew 2012
Impjiegi u Politika Soċjali

40.  Jilqa' l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi” (COM(2012)0173) u d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi, fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013, bħala prijoritajiet fundamentali l-isfruttament tal-potenzjal f'termini ta' ħolqien ta' impjiegi tal-ekonomija ekoloġika, is-setturi tas-saħħa u tal-assistenza soċjali u tal-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

41.  Jiddeplora l-fatt li, minkejja l-impenn politiku meħud waqt il-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa 2012 u l-gwida tal-Kummissjoni fil-qafas tal-Pakkett għall-Impjiegi, il-parti l-kbira tal-Istati Membri ma ppreżentawx Pjan Nazzjonali dwar l-Impjiegi (PNI) fi ħdan il-PNR tagħhom għall-2012; jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni ma stabbilietx li l-preżentazzjoni ta' tali pjan kienet impenn li kellu jiġi rispettat mill-Istati Membri, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jittrażmettu mill-aktar fis possibbli l-PNI tagħhom; jitlob barra minn hekk li tali PNI jinkludu miżuri komprensivi għall-ħolqien ta' impjiegi u ta' impjiegi ekoloġiċi, rabta bejn il-politiki dwar il-impjiegi u l-istrumenti finanzjarji, ir-riformi tas-swieq tax-xogħol, kalendarju preċiż għall-introduzzjoni tal-programmi ta' riformi pluriennali fit-12-il xahar li ġejjin u indikazzjoni tas-setturi u tar-reġjuni fejn qegħdin jesperjenzaw nuqqas u eċċess ta' speċjalizzazzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi il-pjan tagħha dwar sistema ta' monitoraġġ tas-suq tax-xogħol abbażi ta' data objettiva u skema ta' traċċabilità individwali għall-pajjiżi li ma jirrispettawx ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi;

42.  Jipproponi li l-Kummissjoni tissorvelja l-preparazzjoni tal-PNI;

43.  Ifakkar li l-impriżi tal-ekonomija soċjali, bħala parti mill-mudell soċjali Ewropew u tas-suq uniku, jistħoqqilhom rikonoxximent u sostenn qawwijin u li huwa neċessarju li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tagħhom waqt l-elaborazzjoni tal-politiki Ewropej; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex telabora qafas għall-ekonomija soċjali, tirrikonoxxi l-komponenti tiegħu u tinvolvi kemm l-Istati Membri kif ukoll il-partijiet interessati bil-għan li jiġi inkoraġġit l-iskambju tal-aħjar prattiki, billi dan huwa element importanti tal-mudell soċjali Ewropew u tas-suq uniku;

44.  Jisħaq fuq l-importanza ta’ żgurar ta' koeżjoni soċjali akbar, mingħajr ma tiġi ttraskurata l-kooperazzjoni mill-impriżi fl-ilħiq tagħha, li tista' tiġi inkoraġġita partikolarment billi l-impriżi jitħallew jippromwovu l-azzjonijiet innovattivi u virtużi tagħhom f'ambitu soċjali permezz ta' tikketta li tiġbed investituri ġodda u tippromwov l-iżvilupp ta' mudell soċjali Ewropew fit-tul;

45.  Jilqa' r-rikonoxximent tal-importanza tal-aċċess għall-finanzjamenti għall-SMEs, li jikkostitwixxu l-pedament tal-impjiegi u tal-ħolqien tagħhom fl-UE u għandhom potenzjal konsiderevoli biex jiġġieldu l-qgħad fost iż-żgħażagħ u d-disparitajiet bejn is-sessi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu lill-aċċess għall-finanzjamenti għall-SMEs prijorità assoluta fil-pjanijiet nazzjonali għat-tkabbir tagħhom;

46.  Jiddispjaċih li l-Kunsill naqas milli jieħu kont tal-appell tal-Parlament biex fil-gwida tiegħu għall-2012 jiffoka l-attenzjoni tiegħu fuq il-kwalità tal-impjiegi; jaqbel mal-Kummissjoni li l-kuntratti ta' impjieg kollha għandhom jagħtu lill-ħaddiema l-aċċess għal sensiela ta' drittijiet bażiċi, fosthom id-dritt għal pensjoni, il-protezzjoni soċjali u t-tagħlim tul il-ħajja; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013 it-temi tal-kwalità tal-impjiegi, tat-taħriġ u t-taħriġ avvanzat, tad-drittijiet ċentrali tal-ħaddiema, tas-sostenn għall-mobilità tal-forza tax-xogħol, tal-impjieg indipendenti u tal-mobilità transkonfinali bis-saħħa tat-tqawwija tasigurtà għall-ħaddiema fil-fażi ta' tranżizzjoni bejn l-impjiegi;

47.  Jistieden lill-Istati Membri biex jikkumbattu l-eżistenza u l-proliferazzjoni ta' kuntratti tax-xogħol mhux deċenti u l-impjiegi indipendenti foloz, u biex jiżguraw li l-persuni b'kuntratti tax-xogħol temporanji jew part-time u ldawk li jaħdmu għal rashom jibbenefikaw minn protezzjoni soċjali adegwata u mill-aċċess għat-taħriġ u, meta jkun fattibbli, għat-taħriġ avvanzat, kif ukoll biex jimplimentaw ftehimiet ta’ qafas relatati;

48.  Jitlob li l-flessibilità tas-suq tax-xogħol tittejjeb permezz tal-introduzzjoni ta' forom moderni ta' kuntratti ta' impjieg; jirrikonoxxi li l-impjieg part-time spiss jagħżluh l-impjegati nfushom, speċjalment in-nisa;

49.  Jilqa' r-rakkomandazzjonijiet li jindirizzaw il-parteċipazzjoni baxxa tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jikkonstata, madankollu, in-nuqqas ta' prospettiva usa' tal-parità tal-ġeneru, li tmur lil hinn mir-rati tal-qgħad; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza, fil-gwida politika tagħha, is-segregazzjoni tas-suq tax-xogħol, id-distribuzzjoni inugwali tar-responsabbiltajiet ta' assistenza u l-effetti tal-konsolidament fiskali fuq in-nisa;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jindirizzaw il-problema tal-parteċipazzjoni baxxa fis-suq tax-xogħol minn kategoriji żvantaġġati, fosthom il-persuni li jappartjenu għal minoranzi (eż. r-Rom), dawk li ġejjin mill-ifqar mikroreġjuni jew dawk b'diżabilitajiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jittrattaw ukoll id-distribuzzjoni inugwali tal-impjiegi bejn ir-reġjuni u l-gruppi soċjali u l-effetti tal-konsolidament fiskali fuq il-gruppi soċjali vulnerabbli;

51.  Jinnota li r-rakkomandazzjonijiet dwar il-pagi saru lil diversi Stati Membri; jissottolinja li l-pagi jikkonsistu, l-ewwel nett, l-introjtu li l-ħaddiema għandhom bżonnu biex jgħixu; jenfasizza li l-prattika tal-Kummissjoni li tiddetermina l-formazzjoni tal-pagi u l-livelli tal-pagi fil-programmi tal-pajjiżi tista' żżid ir-riskju ta' faqar fost dawk li jaħdmu jew ta' disparitajiet fil-paga li huma ta’ ħsara għal gruppi b'introjtu baxx; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-gwida politika fil-konfront tal-Istati Membri li rreġistraw staġnar tal-pagi meta mqabbla mal-livelli ta' produttività, filwaqt li tiġi rispettata l-awtonomija tal-imsieħba soċjali, kif stabbilit fost ħwejjeġ oħra fl-Artikolu 152 u 153(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE);

52.  Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda fl-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis u mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, proposta vinkolanti ta' Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ, bil-għan li titjieb b'mod effikaċi s-sitwazzjoni taż-żgħażagħ li ma abbandunawx l-iskola, huma mingħajr impjieg jew ma jsegwux taħriġ (NEET) u tegħleb progressivament il-problema tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE; jenfasizza li l-Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ teħtieġ sostenn finanzjarju Ewropew speċifiku, speċjalment fl-Istati Membri bl-ogħla rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, u jitlob li parti mill-Fondi Strutturali li ma ntefqitx tintuża għal dan il-għan; jistieden lill-Kunsill jiddeċiedi malajr dwar il-proposti fil-Pakkett għall-Impjiegi;

53.  Japprezza li fil-gwida għall-2012 ġiet inkluża r-rakkomandazzjoni biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi, kif ukoll l-attenzjoni akbar lejn il-ġlieda kontra l-faqar fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi; jinsab serjament imħasseb, madankollu, dwar iż-żieda tal-livell ta' faqar (inkluż il-faqar fost dawk li jaħdmu u l-faqar fost l-anzjani) u tal-qgħad fl-UE; jistieden lill-Istati Membri biex jimmiraw għal ambizzjonijiet ogħla, jintensifikaw il-miżuri li qed jieħdu biex jiġġieldu kontra l-faqar u jsegwu mill-qrib ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tittratta espliċitament, fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013, il-problema tal-faqar fost dawk li jaħdmu, tal-faqar fost persuni b'ebda rabta jew b'rabtiet limitati mas-suq tax-xogħol u tal-faqar fost l-anzjani; jenfasizza li jeħtieġ li l-Artikolu 9 tat-TFUE jiġi integrat matul is-Semestru Ewropew;

54.  Itenni l-bżonn li lill-Istati Membri jintalab aktar impenn f'ambitu soċjali, billi lill-UE tingħatalha r-responsabilità tal-implimentazzjoni tal-prijoritajiet magħżula f'kuntest ta' tkabbir u ta' koeżjoni soċjali fi ħdan is-suq uniku;

55.  Jisħaq fuq il-bżonn urġenti ta' żvilupp ta' strumenti ġodda għall-ġlieda kontra l-iżbilanċi soċjali u l-qgħad fl-Ewropa;

56.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kunsill Ewropew biex jinvolvu lill-ministri tal-affarijiet soċjali u tas-saħħa fis-Semestru Ewropew kif ukoll fil-fażijiet kollha tal-proċess tal-PNR, billi dan ikun jinvolvi t-tisħiħ tar-rwol tal-Kunsill “Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur” (EPSCO), ħaġa neċessarja billi l-kwistjonijiet tal-pensjonijiet, tal-politiki tal-pagi u tal-porzjon ta' taxxa fuq ix-xogħol jidħlu fil-kompetenzi tiegħu;

57.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-użu ta' sensiela ta' parametri ta' riferiment komuni u uniformi fl-UE kollha għall-valutazzjoni tal-PNR; jenfasizza li, barra mid-data ekonomika, l-istandards u d-data għandhom jirriflettu l-inklużjoni soċjali u s-sostenibilità ambjentali; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jużaw l-indikaturi soċjali u d-data li tkejjel il-progress u l-iżvilupp lil hinn mill-kejl tal-Prodott Domestiku Gross, billi dan huwa kruċjali għall-kejl tal-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020;

Politiki baġitarji

58.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fis-SAT tagħha li jmiss, tindirizza u tenfasizza bi sħiħ ir-rwol tal-baġit tal-UE fil-proċess tas-Semestru Ewropew billi tipprovdi data fattwali u konkreta dwar l-effetti li jqanqlu bidla, katalitiċi, sinerġetiċi u kumplimentari fuq in-nefqa pubblika ġenerali fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali; jemmen, barra minn hekk, li l-iffinanzjar fuq il-livell tal-UE jista' jiġġenera tfaddil għall-baġits tal-Istati Membri u li dan għandu jiġi enfasizzat; jikkunsidra li, f’termini ta’ stimolu tat-tkabbir u tisħiħ tal-ħolqien tal-impjiegi, kif ukoll fir-rigward ta' tnaqqis b'suċċess tal-iżbilanċi makroekonomiċi mal-Unjoni kollha, il-baġit tal-UE għandu rwol importanti ħafna;

59.  Iħeġġeġ lill-Kunsill biex, matul in-negozjati dwar il-Baġit tal-UE tal-2013, jaċċetta dibattitu politiku u pubbliku dwar il-livell ta' approprazzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-'Patt għal Tkabbir u Impjiegi' adottat fil-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2012; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar il-pożizzjoni li l-Kunsill ħa ripetutament biex il-livell tal-approprjazzjonijiet għal pagamenti disponibbli fil-baġit tal-UE jitnaqqas b'mod artifiċjali, li jistgħu jqiegħdu f'riskju l-abbiltà tal-UE li tissodisfa l-impenji legali u politiċi tagħha; jappella lill-Kunsill, għal darba oħra, biex jilħaq qbil mal-PE u mal-Kummissjoni dwar metodu komuni għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet reali tal-pagamenti; jenfasizza l-urġenza tas-sitwazzjoni, speċjalment fl-intestaturi 1A u 1B (il-kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi / il-koeżjoni għat-tkabbir u għall-impjiegi), kif ukoll fil-fondi għall-iżvilupp rurali;

60.  Jistieden lill-Istati Membri biex jaħtfu l-possibbiltajiet maqbula fil-'Patt għal Tkabbir u Impjiegi' biex iqisu riallokazzjonijiet fi ħdan il-pakketti tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni nazzjonali tagħhom (EUR 55 biljun) bħala apoġġ għar-riċerka u għall-innovazzjoni, għall-SMEs (inkluż l-iffaċilitar tal-aċċess tagħhom għall-fondi tal-UE) u għall-impjieg taż-żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi, fis-SAT tagħha tal-2013 li se jiġi ppubblikat f'Novembru 2012, stampa sħiħa u kompluta ta' dak li nkiseb f'dak ir-rigward;

61.  Jenfasizza, barra minn hekk, li l-'Patt għal Tkabbir u Impjiegi' jistieden espressament lill-Istati Membri biex jużaw parti mill-allokazzjoni tagħhom tal-fondi strutturali ħalli jaħdmu mal-BEI fuq faċilitajiet tar-riskju ta' kreditu u tal-garanzija għal self għall-għarfien u l-ħiliet, l-effiċjenza fir-riżorsi, l-infrastruttura strateġika u l-aċċess għall-finanzjament tal-SMEs; hu tal-fehma li l-awtoritajiet ta' Stat Membru għandhom ifittxu li jimmassimizzaw il-potenzjal ta' tkabbir offrut minn inizjattivi tal-UE oħra, li diġà sar qbil dwarhom, iffinanzjati mill-baġit tal-UE, bħall-fażi pilota għall-bonds ta' proġetti, l-istrumenti finanzjarji varji innovattivi eżistenti tal-UE fis-seħħ sa mill-2007 fil-qasam tal-innovazzjoni fir-riċerka, sostenn lill-SMEs jew skemi ta' mikrokreditu; jenfasizza, barra minn hekk, il-kapaċità miżjuda tas-self tal-BEI għall-perjodu 2012-2015; jemmen li, jekk ikkombinati u implimentati kif xieraq, dawn il-miżuri kollha jistgħu jiffurmaw il-pedamenti ta' programm ta' investiment tal-UE għas-snin li ġejjin b'effett drammatikalment pożittiv fuq il-PDG u fuq l-impjieg fl-UE-27, b'xi akkademiċi li jistmaw żieda ta' 0,56% fil-PDG u 1.2 miljun impjieg addizzjonali;

62.  Jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, biex la jqisu l-kontribuzzjoni nazzjonali tagħhom tal-ING lill-baġit tal-UE bħala varjant ta’aġġustament fl-isforzi tagħhom ta' konsolidament, u lanqas ifittxu li jnaqqsu b'mod artifiċjali l-volum tal-infiq tal-baġit tal-UE li jsaħħaħ it-tkabbir, kontra l-impenji politiċi li għamlu fl-ogħla livell; huwa konxju, madankollu, tat-tensjoni ekonomika bejn il-ħtieġa li jkun hemm konsolidament tal-finanzi pubbliċi fi żmien qasir, min-naħa waħda, u kwalunkwe żieda potenzjali għal xi Stati Membri fil-kontribuzzjoni tagħhom ibbażata fuq l-ING kkawżata minn żieda fil-livell tal-pagamenti fil-baġit tal-UE; itenni, għalhekk, l-appelli qawwija tiegħu għal riforma tal-finanzjament tal-baġit tal-UE – li għandha tinqabel fil-qafas tan-negozjati tal-QFP 2014-2020 – billi s-sehem tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri bbażati fuq l-ING lill-baġit tal-UE jitnaqqas għal 40% sal-2020, biex b'hekk jikkontribwixxu għall-isforzi tagħhom ta' konsolidament(42);

63.  Jitlob lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tesplora l-possibbiltà li teskludi l-kontribuzzjoni għall-baġit tal-UE bbażata fuq l-ING mill-kalkolu tad-defiċit strutturali kif definit fit-“two-pack”;

64.  Iwissi li, fil-kuntest tan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, it-tnaqqis tal-livell tal-baġit tal-UE, minħabba r-rwol tiegħu bħala katalista għall-investiment, jista' jkollu effett ħażin fuq il-ħolqien tat-tkabbir u tal-impjiegi fl-Unjoni;

Suq Intern

65.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex il-governanza tas-Suq Uniku tagħmilha prijorità ewlenija, għax tagħti kontribut sostanzjali għall-ilħiq tal-miri tas-Semestru Ewropew, jiġifieri għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u għall-impjiegi; huwa tal-fehma li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tal-Kummissjoni għal kull pajjiż għandhom, fl-istess waqt, joffru lill-Istati Membri soluzzjonijiet aktar prattiċi biex itejbu l-funzjonament tas-Suq Uniku, għall-ħolqien ta’ aktar sostenn pubbliku u impenn politiku għat-tħeġġiġ tal-ikkompletar tas-Suq Uniku;

66.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jorbtu s-Semstru Ewropew mal-Att dwar is-Suq Uniku ħalli jiżguraw koerenza fil-politika ekonomika Ewropea u l-ħolqien ta’ tkabbir sostenibbli;

67.  Jenfasizza li l-inizjattivi meħuda fil-qafas tal-Att dwar is-Suq Uniku jeħtieġ li jkunu konsistenti mal-objettivi tas-seba’ inizjattivi emblematiċi tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intellliġenti, sostenibbli u inklussiv, u jikkontibwixxu għall-ilħiq ta’ dawk l-objettivi;

68.  Jitlob lll-Kummissjoni biex tikkoordina r-rapport annwali dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku ma’ strumenti oħra ta’ monitoraġġ tas-Suq Uniku, bħalma hija t-Tabella tas-Suq Uniku, biex ma jitħalliex li jkun hemm duplikazzjoni, ħalli jsiru rakkomandazzjonijiet effiċjenti u ċari u biex tiġi żgurata l-koerenza tal-politika ekonomika Ewropea;

69.  Ifaħħar, f’dan il-kuntest, il-proposta tal-Kummissjoni li tiddefinixxi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż rigward is-Suq Uniku, speċjalment rigward it-traspożizzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni u l-iskadenzi ta’ żmien għat-traspożizzjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex tintensifika l-azzjonijiet tagħha ħalli tiżgura l-implimentazzjoni korretta u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni Ewropea fl-Istati Membri, billi tutilizza b’determinazzjoni s-setgħat kollha tagħha;

70.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipprijoritizzaw l-adozzjoni tat-12-il azzjoni ewlenija tal-Att dwar is-Suq Uniku, bħala kontribut importanti biex is-Suq Uniku jissaħħaħ b’mod komprensiv u bilanċjat.

Affarijiet kostituzzjonali

71.  Iqis li l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 1, hija essenzjali sabiex jiġu stabbiliti l-leġittimità demokratika neċessarja u s-sjieda nazzjonali tal-proċess tas-Semestru; jitlob għal rinfurzar tad-djalogu bejn il-livelli Ewropej u nazzjonali, filwaqt li tiġi rispettata d-diviżjoni tax-xogħol bejniethom;

72.  Iqis li barra mill-iżgurar tal-kooperazzjoni bejn il-parlamenti, huwa wkoll neċessarju li jsiru sforzi akbar rigward il-komunikazzjoni maċ-ċittadini u biex ikunu inklużi b'mod attiv fil-proċess;

73.  Huwa tal-opinjoni li, sabiex jitnaqqas it-tħassib dwar il-leġittimità, il-parlamenti nazzjonali għandu jkollhom rwol attiv fil-proċess, u jissuġġerixxi li l-Istati Membri jaġġustaw il-proċeduri interni tagħhom sabiex il-parlamenti nazzjonali jkunu involuti fid-diskussjoni tal-pjanijiet fiskali u ta' riforma tal-pajjiżi tagħhom qabel ma jitressqu fl-UE;

Id-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza tal-Ġeneru

74.  Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jintegraw perspettiva tal-ugwaljanza tal-ġeneru fil-proċess tas-Semestru Ewropew, kif ukoll biex l-enfasi jitqiegħed iktar fuq it-taħriġ fi ħdan il-politiki ta-suq tax-xogħol billi jitqiesu l-bżonnijiet u s-sitwazzjoni tan-nisa meta jimplimentaw il-gwida politika mogħtija fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir; ifaħħar lil dawk l-Istati Membri li integraw id-dimensjoni tal-ġeneru fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR), imma jiddispjaċih li ħafna Stati Membri ħassru kull referenza għall-ġeneru; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi lill-Istati Membri format u kriterji uniformi għall-integrazzjoni ta’ perspettiva dwar l-ugwaljanza tal-ġeneru fil-Programmi ta' Riforma Nazzjonali;

75.  Jistieden lill-Istati Membri biex jistabbilixxu miri kwantitattivi speċifiċi fil-PNR tagħhom b’konformità mal-istatistika dwar l-impjiegi tan-nisa, u biex jieħdu miżuri speċifiċi li jimmiraw lejn gruppi vulnerabbli ta’ nisa (bħaż-żgħażagħ, il-migranti, il-persuni b’diżabilità u ommijiet waħedhom);

76.  Ifakkar li d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa għadha kwistjoni fl-UE u li din teffettwa wkoll il-livell ta' pensjonijiet li jirċievu n-nisa iktar tard li konsegwentement jista’ jirriżulta f’sitwazzjoni fejn in-nisa jinsabu taħt il-linja tal-faqar; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri biex jistabbilixxu miri kwalitattivi fil-PNR relatati mal-għeluq tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, biex b’hekk jitnaqqsu kemm it-trattament inġust tal-pensjonanti nisa kif ukoll il-vulnerabbiltà tan-nisa anzjani;

o
o   o

77.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Bank Ċentrali Ewropew.

(1) Testi adottati, P7_TA(2011)0542.
(2) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.
(3) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.
(4) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.
(5) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.
(6) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.
(7) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.
(8) Testi adottati, P7_ TA(2011)0583.
(9) http://register.consilium.europa.eu/pdf/mt/11/st00/st00010-re01.mt11.pdf
(10) Testi adottati, P7_TA(2012)0048.
(11) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 95.
(12) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 1.
(13) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 5.
(14) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 9.
(15) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 13.
(16) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 17.
(17) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 21.
(18) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 25.
(19) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 28.
(20) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 31.
(21) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 35.
(22) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 38.
(23) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 40.
(24) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 44.
(25) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 46.
(26) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 50.
(27) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 54.
(28) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 58.
(29) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 61.
(30) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 88.
(31) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 65.
(32) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 69.
(33) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 72.
(34) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 74.
(35) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 77.
(36) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 81.
(37) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 85.
(38) ĠU C 219, 24.7.2012, p. 91.
(39) Texts adopted, P7_TA(2012)0258.
(40) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 84.
(41) Testi adottati, P7_TA(2012)0047.
(42) Testi adottati, P7_TA(2012)0245.

Avviż legali - Politika tal-privatezza