Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0277(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0352/2012

Testi mressqa :

A7-0352/2012

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 20/11/2012 - 6.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0417

Testi adottati
PDF 201kWORD 33k
It-Tlieta, 20 ta' Novembru 2012 - Strasburgu
Id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-UE li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor *
P7_TA(2012)0417A7-0352/2012

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar l-abbozz ta' direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 93/109/KE tas-6 ta' Diċembru 1993 dwar ċerti arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għal-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni residenti fi Stat Membru li ma twieldux fih. (13634/2012 – C7-0293/2012 – 2006/0277(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali - konsultazzjoni mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13634/2012),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0791),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-26 ta’ Settembru 2007(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 22(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7–0293/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u l-Artikoli 59(3) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7–0352/2012),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti lill-President tiegħu istruzzjonijiet biex jibgħat il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 193.

Avviż legali - Politika tal-privatezza