Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 198kWORD 33k
L-Erbgħa, 21 ta' Novembru 2012 - Strasburgu
Il-ħatra ta' Membru tal-Kummissjoni Ġdid
P7_TA(2012)0432

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 li tapprova l-ħatra tas-Sur Tonio Borg bħala Membru tal-Kummissjoni

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra l-punt 6 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-riżenja tas-Sur John Dalli minn Membru tal-Kummissjoni, mogħtija fis-16 ta’ Ottubru 2012,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill tal-25 Ottubru 2012, li permezz tagħha l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament dwar id-deċiżjoni, li tittieħed bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, dwar il-ħatra tas-Sur Tonio Borg bħala Membru tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra s-seduta ta’ smigħ tas-Sur Tonio Borg fit-13 ta' Novembru 2012, li kienet immexxija mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza bl-assoċjazzjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, u d-dikjarazzjoni ta’ evalwazzjoni mfassla wara dak is-smigħ,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106 u l-Anness XVII tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

1.  Japprova l-ħatra tas-Sur Tonio Borg bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija taż-żmien tal-kariga tal-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2014;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.

Avviż legali - Politika tal-privatezza