Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0046(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0350/2012

Testi mressqa :

A7-0350/2012

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 21/11/2012 - 5.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0437

Testi adottati
PDF 206kWORD 35k
L-Erbgħa, 21 ta' Novembru 2012 - Strasburgu
It-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat, bejn l-UE, il-Brażil u t-Tajlandja ***
P7_TA(2012)0437A7-0350/2012

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat imniżżel fl-Iskeda tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT, u tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat imniżżel fl-Iskeda tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT (07883/2012 – C7-0171/2012 – 2012/0046(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07883/2012),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat imniżżel fl-Iskeda tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT (07884/2012),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat imniżżel fl-Iskeda tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT (07885/2012),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0171/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0350/2012),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Ftehimiet;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożiżżjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Federali tal-Brażil u r-Renju tat-Tajlandja.

Avviż legali - Politika tal-privatezza