Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0206(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0239/2012

Testi mressqa :

A7-0239/2012

Dibattiti :

PV 21/11/2012 - 17
CRE 21/11/2012 - 17

Votazzjonijiet :

PV 22/11/2012 - 13.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0446

Testi adottati
PDF 835kWORD 56k
Il-Ħamis, 22 ta' Novembru 2012 - Strasburgu
Pjan multiannwali għall-istokk tas-salamun tal-Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk ***I
P7_TA(2012)0446A7-0239/2012
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat
 Anness
 Anness
 Anness

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan miltiannwali għall-istokk tas-salamun tal-Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk (COM(2011)0470 – C7-0220/2011 – 2011/0206(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0470),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0220/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Jannar 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0239/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha sustanzjalment jew tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 68, 6.3.2012, p. 47.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb li jiġi adottat r-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-istokk tas-salamun tal-Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk
P7_TC1-COD(2011)0206

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, partikolarment l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbgħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)  Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Salamun, adottat permezz tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar is-Sajd fil-Baħar Baltiku fl-1997, skada fl-2010. Il-partijiet kontraenti għall-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent Marin fil-Baħar Baltiku (HELCOM) ħeġġew lill-Unjoni sabiex tiżviluppa pjan fit-tul għall-ġestjoni tas-salamun tal-Baltiku.

(2)  Il-parir xjentifiku riċenti tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd (STECF) jisħaq li ċerti stokkijiet tas-salamun tax-xmajjar tal-Baltiku jaqgħu barra mil-limiti bijoloġiċi sikuri u li għandu jiġi żviluppat pjan multiannwali fuq livell Ewropew.

(3)  Skont l-Artikolu 3(1)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni għandha l-kompetenza esklussiva għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar taħt il-politika tas-sajd komuni. Peress li s-salamun huwa speċi anadroma, il-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-baħar tas-salamun tal-Baltiku ma tistax tinkiseb jekk ma jittieħdux miżuri sabiex ikunu mħarsa dawn l-istokkijiet matul il-ħajja tagħhom fix-xmara. Ghaldaqstant, dawn il-miżuri huma koperti wkoll bil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni sabiex jiżguraw il-konservazzjoni effettiva tal-ispeċijiet tal-baħar matul iċ-ċiklu migratorju kollu tagħhom u għandhom jiġu indirizzati fil-pjan multiannwali.

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa(3) telenka s-salamun bħala speċi ta’ interess għall-Unjoni u l-miżuri meħuda għandhom jitfasslu skont dik id-Direttiva sabiex ikun żgurat li l-isfruttar tagħhom ikun kompatibbli ma’ status favorevoli ta’ konservazzjoni. Għalhekk hemm il-ħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-miżuri biex ikun protett is-salamun li jittieħdu skont dan ir-Regolament ikunu konsistenti ma’ dawk meħuda skont id-Direttiva msemmija u koordinati bejn xulxin. Il-projbizzjoni tas-sajd tal-konz bl-imrejkba huwa wkoll mod importanti kif jittejbu l-istokkijiet tas-salamun, peress li hekk jitnaqqas ir-rimi ta' salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt).[Em 1]

(5)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma(4), hija intenzjonata sabiex tipproteġi, tikkonserva u ttejjeb l-ambjent akkwatiku fejn is-salamun iqatta’ parti miċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. Il-pjan multiannwali għall-istokk tas-salamun tal-Baltiku għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva 2000/60/KE. Il-miżuri meħtieġa diġà f’dik id-Direttiva, bħalma huma l-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara, m’għandhomx ikunu duplikati f’dan ir-Regolament. Huwa meħtieġ, madankollu, li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-konsistenza bejn il-miżuri li jittieħdu skont dan ir-Regolament u dawk meħuda taħt id-Direttiva msemmija għall-ħarsien u t-titjib tal-ħabitat tas-salamun fl-ilmijiet interni.

(6)  Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni maqbul waqt il-Laqgħa Għolja Dinjija dwar l-Iżvilupp Sostenibbli f’Johannesburg fl-2002 jiddikjara li l-istokkijiet kummerċjali kollha għandhom jerġgħu jinġiebu għal livelli li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli sal-2015.. L-ICESDan kien rekwiżit ġuridiku skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar sa mill-1994. Il-HELCOM jikkunsidra li, għall-istokkijiet tas-salamun tax-xmajjar tal-Baltiku, dan il-livell jikkorrispondi għal livell ta’ produzzjoni ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) ta’ bejn 60 % u 75 %80 % tal-kapaċità potenzjali ta’ produzzjoni ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal xmajjar differenti tas-salamun selvaġġ. Dan il-parir xjentifiku għandu jikkostitwixxi l-bażi sabiex ikunu stabbiliti l-għanijiet u l-miri tal-pjan multiannwali. [Em 2]

(6a)   Il-kapaċità ta’ produzzjoni tas-smolt hija indikatur approssimattiv tal-kundizzjoni tas-saħħa tal-istokk tas-salamun fi kwanunkwe xmara individwali. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti numru ta’ regoli qabel ma jkun possibbli li l-produzzjoni tas-smolt tintuża bħala indikatur. Barra minn hekk, il-livell ta’ produzzjoni tas-smolt huwa affettwat min numru ta’ fatturi li jagħmluha diffiċli tiżola l-korrelazzjoni bejn il-produzzjoni tas-smolt u l-kundizzjoni tas-saħħa tal-istokk tas-salamun. Il-livell ta’ salamun ta’ sess femminili li jirritorna lejn ix-xmajjar għandu għaldaqstant jintuża bħala indikatur sekondarju vijabbli tal-kundizzjoni tas-saħħa tal-istokk tas-salamun. [Em 3]

(7)  Il-parir xjentifiku jindika li t-tniġġis ġenetiku tal-istokkijiet tas-salamun tal-Baltiku jista’ jwassal biex tonqos ir-rata ta’ sopravvivenza u l-abbundanza ta’ popolazzjonijiet indiġeni kif ukoll għall-erożjoni tal-kapaċità ġenetika meta tiġi biex taffaċċja mard u kundizzjonijiet ambjentali lokali li qed jinbidlu. Għalhekk, il-preservazzjoni tal-integrità u d-diversità ġenetika tal-istokkijiet tas-salamun tal-Baltiku għandhom rwol importanti ħafna fil-konservazzjoni tagħhom u għandhom jiġu inklużi bħala għan tal-pjan multiannwali.

(8)  Ir-rata ta’ mortalità mis-sajd fil-baħar u fix-xmajjar għandha tirriżulta f’daqs ta’ stokk ta’ salamun selvaġġ li jipproduċi r-rendiment massimu sostenibbli skont il-miri u l-perjodi ta’ żmien stabbiliti. Ir-rata ta’ mortalità mis-sajd fil-baħar għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-parir tal-STECF.

(9)  Għal implimentazzjoni aktar effettiva tal-pjan u sabiex ikun hemm reazzjoni aktar immirata għall-karatteristiċi speċjali ispeċifiċitajiet ta’ kull stokk tas-salamun tax-xmara, l-Istati Membri kkonċernati għandu jkollhom is-setgħa li jistipulaw il-livell tar-rata ta’ mortalità tas-salamun mis-sajd, il-qbid totali permissibbli u ċerti miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni fix-xmajjar tagħhom skont l-Artikolu 2(1) tat-TFUE.

(10)  Meta jadottaw miżuri fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iħarsu l-obbligi internazzjonali tagħhom b’mod sħiħ, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-Artikolu 66 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar(5) li teħtieġ inter alia li l-istat tal-oriġini ta’ stokkijiet anadromi u stati oħra kkonċernati għandhom jikkooperaw rigward il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ dawn l-istokkijiet.

(11)  Għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-valutazzjoni perjodika mill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza u l-effikaċja tal-miżuri tal-Istati Membri fuq il-bażi tal-miri u l-għanijiet stabbiliti fil-pjan multiannwali.

(12)  Il-parir xjentifiku jiddikjara li l-proċeduri mhux xierqa tal-istokkjar jista’ jkollhom implikazzjonijiet sinifikanti fuq id-diversità ġenetika tal-istokk tas-salamun tal-Baltiku. u li Hemm ukoll riskju li l-għadd kbir ta’ ħut imrobbi li jiġi rilaxxat fil-Baħar Baltiku kull sena jista’ jkun qed jaffettwa l-integrità ġenetika tal-popolazzjonijiet tas-salamun selvaġġ. u għalhekk għandu jitneħħa gradwalment. Għalhekk, il-kundizzjoni tar-riliaxxi għandha tkun stabbilitaGħaldaqstant, l-istokkjar għandu jkun suġġett għal kontrolli aktar stretti. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ksib ta' materjal ġenetiku għat-tnissil u t-trobbija tal-materjal tal-istokkijar tas-salamun, kif ukoll il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-proċeduri tal-istokkjar, għandhom ikunu stabbiliti f'dan il-pjan multiannwali, sabiex jiġi żgurat li l-istokkjar ma jkollux effett ħażin fuq id-diversità ġenetika. [Em 4]

(13)  L-istokkjar mill-ġdid dirett tax-xmajjar tas-salamun potenzjali huwa kkunsidrat bħala taħt kundizzjonijiet speċifiċi bħala miżura ta’ konservazzjoni; billi dan joffri l-possibilità li jistabbilixxi mill-ġdid popolazzjonijiet ta’ salamun li jkunu awtosuffiċjenti, dan ikollu effett pożittiv fuq l-għadd ġenerali tas-salamun u fuq is-sajd. Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet li jippermettu b’mod espliċitu l-istokkjar mill-ġdid dirett li jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet biex ikunu eliġibbli għall-finanzjament skont l-Artikolu 38(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd(6).

(14)  Madankollu, peress li r-rilaxxi tas-salamun bħalissa jistgħu jkunu obbligatorji f’ċerti Stati Membri, u sabiex l-Istati Membri jingħataw żmien biżżejjed biex jaġġustaw ruħhom għal dawn ir-rekwiżiti, ir-rilaxxi tas-salamun għajr l-istokkjar u l-istokkjar mill-ġdid dirett ma għandhomx ikomplu jiġugħandhom jibqgħu awtorizzati matul perjodu tranżitorju ta’ seba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolamentwara perjodu ta’ għaxar snin jekk, sa tmiem dak il-perjodu, il-produzzjoni ta’ salamun żgħir selvaġġ li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) tkun laħqet it-80% tal-kapaċità potenzjali ta’ produzzjoni tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) fi xmara partikolari. Jekk dik il-mira ma tintlaħaqx, ir-rilaxx tas-salamun għajr l-istokkjar u l-istokkjar mill-ġdid dirett jista’ jkompli jsir għal għaxar snin oħra ladarba l-Istat Membru kkonċernat ikun analizza u neħħa l-kawżi li jkunu wasslu sabiex il-mira ma ntlaħqitx. Huwa possibbli li r-rilaxx tas-salamum huwa fil-preżent mandatorju f’ċerti Stati Membri u jeħtieġ għalhekk li l-Istati Membri jingħataw żmien biex jaġġustaw ruħhom għal dawn ir-rekwiżiti. [Em 5]

(15)  Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità mal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati miżuri speċifiċi ta’ kontroll barra dawk previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd(7).

(15a)  Bil-għan li jiġi jintlaħaq sajd sostenibbli, il-fiduċja ta' bejn il-partijiet interessati u l-metodi li huma jużaw biex jikkomunikaw ma' xulxin trid tittejjeb. [Em 6]

(16)  Għadd sostanzjali ta' bastimenti kostali li jistadu għas-salamun huma inqas minn 10 m fit-tul. Għal din ir-raġuni l-użu ta’ ġurnal ta’ abbord tas-sajd, kif rekwiżit fl-Artikolu 14 u n-notifika minn qabel kif rekwiżit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandhom jiġu estiżi biex ikopru l-bastimenti kummerċjali tas-sajd u l-bastimenti tas-servizz kollha. [Em 7]

(17)  Sabiex ikun żgurat li l-qabdiet tas-salamun ma jiġux irrappurtati ħażin bħala trota tal-baħar, u għalhekk jevadu l-kontroll proprju, huwa meħtieġ li l-obbligu biex dawn jissottomettu n-notifiki minn qabel skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jiġi estiż ukoll għall-bastimenti kollha li jkollhom abbord it-trota tal-baħar.

(17a)  L-Istati Membri għandhom isaħħu s-sistemi ta’ kontroll u ta’ notifika minn qabel għall-bastimenti rikreattivi li jintużaw għas-sajd bil-qasba u tipi oħra ta’ sajd, bil-għan li jiżguraw sistema sempliċi u effettiva u biex jippromwovu s-sajd sostenibbli.[Em 8]

(17b)  Għandu jiġi stabbilit daqs minimu tal-ħut biex jitniżżel l-art fir-rigward tat-trota tal-baħar (Salmo trutta) u s-salamun (Salmo salars), fis-subdiviżjonijiet 22-32 tal-ICES, bħala deroga mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis- Sound(8) l-Anness IV tal-imsemmi Regolament. [Em 9]

(18)  Biex ikun hemm data aħjar u aktar xjentifika dwar l-istokk tas-salamun għandu jiġi awtorizzat l-elettrosajd.

(19)  Il-parir xjentifiku reċenti juri li s-sajd rikreattiv għas-salamun fil-baħar għandu impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet tas-salamun, anke jekk id-data disponibbli f’dan ir-rigward mhumiex preċiżi ħafna. B’mod partikolari, is-sajd rikreattiv imwettaq abbord bastimenti mħaddma minn impriżi li joffru s-servizzi tagħhom għall-gwadann jista’ potenzjalment ikun responsabbli għal parti importanti tal-qbid tas-salamun tal-Baltiku. Għalhekk, biex jiġi żgurat li l-pjan multiannwali jaħdem tajjeb, huwa xieraq li jiġu introdotti ċerti miżuri speċifiċi ta’ ġestjoni għall-kontroll ta’ tali attivitajiet ta’ sajd rikreattiv. [Em 10]

(19a)  L-istabbiliment ta’ sistemi ta’ rappurtar ibbażati fuq l-Internet fl-Istati Membri jew bejniethom għandu jiġi inkuraġġit u appoġġjat sabiex ir-rappurtar isir jerġa’ eħfef. It-tagħrif dwar qabdiet rappurtati għandu jkun pubblikament disponibbli. Madankollu, iż-żoni tas-sajd speċifiċi tal-qabda m’għandhomx jiġu żvelati, sabiex jiġi evitat li jingħata inċentiv lis-sajjieda li jimmiraw għal din iż-żona tas-sajd speċifika.[Em 11]

(20)  Sabiex il-miri stabbiliti f’dan ir-Regolament jinkisbu b’mod effiċjenti u jkunu jistgħu jirreaġixxu b’mod veloċi għall-bidliet fil-kundizzjonijiet tal-istokk, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, kif previst fl-Artikoli 6, 7, 11 u 25 tiegħu. Dawk is-setgħat għandhom jinkludu l-possibbiltà li tiġi emendata r-rata tal-mortalità mis-sajd fil-baħar, li tiġi emendata l-lista tax-xmajjar tas-salamun selvaġġ kif ukoll ċertu informazzjoni teknika inkluża fl-Annessi għal dan ir-Regolament u li jiġu adottati miżuri għall-istokkijiet tax-xmajjar tal-Baltiku, meta l-miżuri tal-Istati Membri taħt is-setgħa msemmija fil-premessa 9 ma jiġux adottati jew inkella jkunu kkunsidrati bħala mhux effettivi.

(20a)  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri amministrattivi u l-passi kriminali meħtieġa biex jindirizzaw b’mod organizzat u deċiżiv il-kwestjoni tas-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat.[Em 12]

(21)  Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasżmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

1.  Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-istokkjar tas-salamun stabbiliti fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni(9).

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan multiannwali għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tas-salamun tal-Baltiku (“il-pjan”).

Artikolu 2

L-ambitu

Il-pjan għandu japplika għal sajd:
(a) kummerċjali u sajd rikreattiv fil-Baħar Baltiku u fix-xmajjar magħqudin miegħu fit-territorju tal-Istati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”). [Em 13]

   (b) sajd rikreattiv għas-salamun fil-Baħar Baltiku fejn tali sajd jitwettaq permezz ta’ bastimenti tas-servizz. [Em 14]

Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 3 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd(10), l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandhom japplikaw.

2.  Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

   (a) “il-Baħar Baltiku” tfisser is-Subdiviżjonijiet tal-ICES 22-32;
   (b) “xmajjar tal-Baltiku” tfisser ix-xmajjar magħqudin mal-Baħar Baltiku li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri;
   (c) “stokk tas-salamun tal-Baltiku” tfisser l-istokkijiet kollha tas-salamun fil-Baħar Baltiku u fix-xmajjar tal-Baltiku, kemm selvaġġi kif ukoll dawk imrobbija;
   (d) “xmara tas-salamun selvaġġ” tfisser xmara b’popolazzjonijiet ta’ salamun selvaġġ awtosuffiċjenti mingħajr ebda rilaxxi jew b’rilaxxi limitati ta’ salamun imrobbi kif elenkat fl-Anness I;
   (e) “xmara tas-salamun potenzjali” tfisser xmara b’popolazzjoni(jiet) storika/storiċi ta’ salamun selvaġġ fejn attwalment m’hemm ebda riproduzzjoni naturali, jew biss ftit, u b'potenzjal biex tiġi stabbilita mill-ġdid popolazzjoni tas-salamun selvaġġ awtosuffiċjenti;
   (f) “kapaċità potenzjoni ta’ produzzjoni ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt)” tfisser il-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ salamun żgħir kalkulat għal kull xmara abbażi ta’ paramenti speċifiċi rilevanti tax-xmara;
   (g) “miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni” tfisser miżuri li jirregolaw il-kompożizzjoni tal-ispeċi, il-kompożizzjoni u d-daqs tal-qabdiet u kif ukoll l-impatti fuq il-komponenti tal-ekosistemi li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ sajd, billi jiġu kkundizzjonati l-użu u l-istruttura tal-irkaptu tas-sajd kif ukoll ir-restrizzjonijiet ta’ aċċess għaż-żoni tas-sajd;
   (h) “stokkjar” tfisser ir-rilaxx intenzjonat ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) jew ta’ salamun imrobbi li jkun għadu fi stadji tal-ħajja bikrin fix-xmajjar tas-salamun selvaġġ;
   (ha) “sajd rikreattiv” tfisser, minkejja Artikolu 4(28) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, suriet ta’ sajd li mhumiex kummerċjali li jutilizzaw kwalunkwe tip ta’ bastiment tas-sajd u rkaptu tas-sajd għal finijiet kemm kummerċjali u kemm mhumiex;[Em 15]
   (i) “stokkjar mill-ġdid dirett” tfisser ir-rilaxx ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) jew ta’ salamun imrobbi fi stadji tal-ħajja bikrin fi xmajjar potenzjali tas-salamun;
   (j) “bastiment tas-servizz” tfisser bastiment, li jitħaddem minn impriża li toffri servizzi, inkluż dawk li jipprovdu tagħmir tas-sajd, trasport u/jew gwida, għall-finijiet ta’ sajd rikreattiv fil-Baħar Baltiku u li jkollu fil-mira tiegħu s-salamun;
   (k) “qabdiet totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità ta’ salamun tal-Baltiku li tista’ tittieħed u tinħatt l-art mill-istokk kull sena.

KAPITOLU II

GĦANIJIET

Artikolu 4

L-għanijiet

Il-pjan għandu jkollu l-għan li jiżgura li:

   a) l-istokk tas-salamun tal-Baltiku jiġi sfruttat b’mod sostenibbli skont il-prinċipju tar-rendiment massimu sostenibbli;
   b) l-integrità u d-diversità ġenetika tal-istokk tas-salamun tal-Baltiku tiġi salvagwardjata.

KAPITOLU III

MIRI

Artikolu 5

Il-miri għall-istokkijiet tas-salamun selvaġġ tax-xmajjar

1.  Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li jkunu laħqu l-50% tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sa ...(11), il-produzzjoni tas-salamun żgħir selvaġġ li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandha tilħaq il-75 %it-80% tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal kull xmara sa ...(12)*.[Em 16]

2.  Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li ma jkunux laħqu il-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sa ...(13), il-produzzjoni tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) selvaġġ għandha tilħaq il-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal kull xmara sa ...(14)* u 80 % sa ...(15)**75 . [Em 17]

3.  Wara għaxar snin...***, il-produzzjoni tas-salamun żgħir selvaġġ li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandha tinżamm f’livell ta’ mill-inqas 75 %80 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) f’kull xmara tas-salamun selvaġġ. [Em 18]

4.  L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jistabbilixxu, għal kull xmara tas-salamun selvaġġ, miri oħra aktar stretti, , bħalma huma dawk ibbażati fuq il-għadd ta’ ħut li jferragħ li jerġa’ lura. [Em 19].

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu u jippubblikaw rapporti bid-data tas-salamun ta’ sess femminili li jerġa’ lura lejn ix-xmajjar tagħom. [Em 20]

KAPITOLU IV

REGOLI DWAR IL-ĦSAD

Artikolu 6

Id-determinazzjoni tat-TAC għax-xmajjar

1.  It-TAC annwali għall-istokkijiet tas-salamun fix-xmajjar tas-salamun selvaġġ m’għandhomx jaqbżu l-livell li jikkorrispondi għar-rata tal-mortalità mis-sajd imsemmija fil-paragrafu 2.

2.  Ir-rata ta’ mortalità mis-sajd għall-istokkijiet tas-salamun fix-xmajjar tas-salamun selvaġġ għandha tkun speċifikata minn kull Stat Membru skont il-miri stipulati fl-Artikolu 5 u l-opinjonijiet esperti mis-STECF u l-ICES u għandha tiġi rivalutata regolarment minn dawk l-entitajiet meta tkun disponibbli aktar data jew jinbidlu l-karatteristiċi tax-xmara. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kapaċità potenzjali ta’ produzzjoni tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) kif ikkalkulat għal kull xmara mill-ICES abbażi ta’ parametri speċifiċi rilevanti tax-xmara u rivalutata regolarment minn dik l-entità meta tkun disponibbli aktar informazzjoni jew meta jinbidlu l-karatteristiċi tax-xmara.

3.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jippubblikaw ir-rata tal-mortalità mis-sajd fix-xmajjar tas-salamun selvaġġ u t-TAC għas-salamun korrispondenti fuq il-parti aċċessibbli għall-pubbliku tal-websajt uffiċjali tagħhom stabbilita skont l-Artikolu 114 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 sa ...(16) u dawn għandhom jiġu riveduti kull sena.

4.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull tliet snin il-kompattibbiltàsena l-kompattibbiltà u l-effikaċja tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu abbażi tal-għanijiet u l-miri stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5. [Em 21]

5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tispeċifika miżuri dwar ir-rata tal-mortalità mis-sajd u/jew it-TAC korrispondenti fix-xmajjar tas-salamun selvaġġ u/jew l-għeluq tas-sajd ikkonċernat, jekk l-Istati Membri kkonċernati ma jippubblikawx miżuri bħal dawn skont il-paragrafi 1, 2 u 3 sal-iskadenzi stipulati wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

6.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tispeċifika miżuri dwar ir-rata ta’ mortalità mis-sajd u/jew it-TAC korrispondenti fix-xmajjar tas-salamun selvaġġ u/jew l-għeluq tas-sajd ikkonċernat, jekk, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 4, il-miżuri adottati mill-Istati Membri ma jitqisux kompatibbli mal-għanijiet u l-miri stipulati fl-Artikoli 4 u 5 jew jitqiesu li m'humiex xierqa għall-ilħiq ta' dawk l-għanijiet u miri.

7.  Il-miżuri adottati mill-Kummissjoni għandhom jimmiraw lejn l-iżgurar li l-għanijiet u l-miri stipulati fl-Artikoli 4 u 5 jintlaħqu. Hekk kif jiġi adottat l-att delegat mill-Kummissjoni, il-miżuri tal-Istat Membru għandhom jieqfu japplikaw.

Artikolu 7

Id-determinazzjoni tat-TAC għall-baħar

1.  It-TAC annwali għall-istokkijiet tas-salamun li jgħix fil-baħar m’għandhiex taqbeż il-livell li jikkorrispondi għar-rata tal-mortalità mis-sajd ta’ 0,1.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 26, biex temenda l-valur tar-rata ta’ mortalità mis-sajd għall-baħar imsemmija fil-paragrafu 1 meta jkun hemm indikazzjonijiet ċari li l-kundizzjonijiet tal-istokk ikunu nbidlu u/jew li r-rata ta’ mortalità mis-sajd eżistenti ma tkunx xierqa biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4.

3.  F’każ ta’ tfaqqigħ ta’ mard għall-għarrieda, ta’ rati ta’ sopravvivenza li jkunu kritikament baxxi wara l-fażi żagħżugħa jew ta’ xi żviluppi oħra mhux previsti, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi dwar TAC li tkun aktar baxxa mit-TAC li tista’ tirriżulta mir-rata ta’ mortalità mis-sajd imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 8

L-użu tal-kwota nazzjonali fis-sajd rikreattivmill-bastimenti tas-servizzfil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ sajd rikreattiv[Em 22]

Is-salamun li jinqabad mill-baħar permezz ta’ bastimenti tas-servizzf’attivitajiet ta’ sajd rikreattiv u minn żoni ta' sajd max-xtajta rikreattiv u sajd tax-xmajjar rikreattiv għandu jingħadd mal-kwota nazzjonali. [Em 23]

KAPITOLU IVA

DAQS MINIMU TAS-SALAMUN U T-TROTA TAL-BAHAR BIEX JITNIZZEL L-ART

Artikolu 8a

Bħala deroga mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005, id-daqs minimu tas-salamun biex jitniżżel l-art għandu jkun ta’ 60 cm u d-daqs minimu tat-trota tal-baħar biex jitniżżel l-art għandu jkun ta’ 50 cm, f’kull waħda mis-subdiviżjonijiet tal-ICES imsemmija fl-Artikolu 3(2)(a).[Em 26]

KAPITOLU V

MIŻURI TEKNIĊI TA’ KONSERVAZZJONI

Artikolu 9

Il-miżuri tal-Istati Membri biex jipproteġu stokkijiet dgħajfa tas-salamun fix-xmajjar

1.  Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li ma jkunux laħqu l-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sal-mument li fih jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament sa ...(17) l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxusa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni, iżommu u, jekk meħtieġ, itejbu l-miżuri tekniċi nazzjonali eżistenti ta' konservazzjoni sa ...(18)*.[Em 24]

2.  Il-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti speċifiċi tax-xmara biex dawn jikkontribwixxu b’mod adegwat ħalli jinkisbu l-għanijiet u l-miri stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5. Il-lokazzjoni ta’ dawn il-miżuri għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli dwar ir-rotot ta’ migrazzjoni tas-salamun fil-baħar.

Artikolu 10

Il-miżuri biex ikunu protetti stokkijiet oħra tas-salamun fix-xmajjar

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni nazzjonali fix-xmajjar tal-Baltiku tagħhom għall-istokkijiet tas-salamun tax-xmajjar li ma jkunux koperti bl-Artikolu 9. Dawk il-miżuri għandhom jikkontribwixxu sabiex jinkisbu l-għanijiet u l-miri stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.

Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-linji gwida tal-għajnuna mill-Istat bil-ħsieb li tagħmilha eħfef li l-Istati Membri jikkumpensaw għall-ħsara kkawżata mill-foki u l-marguni. [Em 25]

Artikolu 11

Il-miżuri tal-Kummissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull tliet snin il-kompattibbiltàsena l-kompattibbiltà u l-effikaċja tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikoli 9 u 10, b’mod partikolari fejn ix-xmajjar tas-salamun selvaġġ jgħaddu minn diversi Stati Membri, abbażi tal-miri u l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5. [Em 27]

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistipula dawk il-miżuri tekniċi ta' konservazzjoni kif meħtieġ, jekk l-Istati Membri kkonċernati ma jadottawx miżuri bħal dawn skont l-Artikolu 9 fiż-żmien ta' skadenza stipulata wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistipula dawk il-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni kif meħtieġ, jekk, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1, il-miżuri tal-Istat Membru ma jitqisux kompatibbli mal-għanijiet u l-miri stipulati fl-Artikoli 4 u 5 jitqiesu li m'humiex xierqa għall-ilħiq ta' dawn l-għanijiet u miri.

4.  Il-miżuri adottati mill-Kummissjoni għandhom jimmiraw lejn l-iżgurar li l-għanijiet u l-miri stipulati fl-Artikoli 4 u 5 jintlaħqu. Hekk kif jiġi adottat l-att delegat mill-Kummissjoni, il-miżuri tal-Istat Membru għandhom jieqfu japplikaw.

KAPITOLU VI

RILAXXI

Artikolu 12

L-istokkjar

1.  L-istokkjar tas-salamun jista’ jsir biss fi xmaraxmajjar tas-salamun selvaġġ. L-għadd ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) li jiġi rilaxxat m’għandux jaqbeż il-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali stmata tas-salamun żgħir tax-xmara.meta dan ikun meħtieġ biex tiġi pprevenuta l-qerda kompleta tal-istokk lokali. [Em 28]

2.  L-istokkjar għandu jsir b’tali mod li tiġi salvagwardjata d-diversità ġenetika ġenetika u l-varjabilità tal-istokkijiet differenti tas-salamun tax-xmajjar, filwaqt li jkunu kkunsidrati il-komunitajiet eżistenti ta’ ħut fix-xmara stokkjata u fix-xmajjar fil-qrib filwaqt li jittieħed il-massimu tal-effett tal-istokkjar. Is-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandu jiġi mill-eqreb xmara ta' salamun selvaġġ possibbli.[Em 29]

2a.  Is-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) li jkun maħsub għall-istokkjar għandu jiġi mmarkat billi l-ġwienaħ imxaħħmin tiegħu jiġu kklippjati. [Em 30]

3.  Il-Kummissjoni tista’għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sa ...(19), biex tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġubilli timplimenta atti adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 28(2). [Em 31]

Artikolu 13

L-istokkjar mill-ġdid dirett

L-istokkjar mill-ġdid dirett tax-xmajjar tas-salamun potenzjali għandu jsir biss, sakemm:

   (a) ix-xmara jkollhajew it-tributarji tagħha jkollhom passaġġi tal-ilma migratorji ħielsa, kwalità ta’ ilma xierqa u ħabitat adattat għall-produzzjoni u t-tkabbir tas-salamun; [Em 32]
   (b) l-għan tal-istokkjar mill-ġdid dirett ikun li tiġi stabbilita jew imtejba popolazzjoni ta’ salamun selvaġġ li tkun awtosuffiċjenti u vijabbli;
   (c) ikun hemm fis-seħħ programm ta’ sorveljanza għal qabel u wara r-rilaxx b’valutazzjoni;
   (d) ikun hemm fis-seħħ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adattati u adegwati ħalli jiġi ffaċilitat l-istabbiliment mill-ġdid ta’ popolazzjoni awtosuffiċjenti ta’ salamun fix-xmara;
   (da) l-istokkjar għandu jsir b’tali mod li jsalvagwardja d-diversità ġenetika tal-istokkijiet differenti tas-salamun tax-xmajjar, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-komunitajiet eżistenti ta’ ħut fix-xmara stokkjata u fix-xmajjar fil-qrib, filwaqt li jiġi mmassimizzat l-effett tal-istokkjar;[Em 34]
   (db) is-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) li jkun maħsub għall-istokkjar għandu jiġi mmarkat billi l-ġwienaħ imxaħħmin tiegħu jiġu kklippjati.[Em 35]

Il-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas għandu jkun il-prinċipju gwida fir-riabilitazzjoni tal-passaġġi tal-ilma. L-istokkjar mill-ġdid dirett skont il-paragrafu 1 għandu jiġi kkunsidrat ukoll bħala miżura ta’ konservazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006. [Em 36]

Artikolu 13a

Oriġini tal-ħut matur u tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt)

Il-ħut matur u s-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandhom joriġinaw mill-istess xmara tas-salamun selvaġġ jekk ikun possibbli, jew jekk dan mhuwiex possibbli, mill-eqreb baċin ta’ xmara tas-salamun selvaġġ possibbli. [Em 33]

Artikolu 14

Il-perjodu tranżitorju

Ir-rilaxxi tas-salamun għajr dawk magħmula skont l-Artikoli 12 u 13 jistgħu jissuktaw 7 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. sa ...(20)u għandhom jiġu vvalutati b’attenzjoni. Għat tmiem gradwali għandu jintuża aproċċ li jqis kull xmara individwalment. Dan għandu jiġi amministrat mill-aġenziji lokali, reġjonali u/jew nazzjonali tal-Istati Membri u għandu jinvolvi wkoll il-partijiet interessati lokali u jagħmel użu mill-kompetenza tagħhom fir-rigward tar-ristawr tal-ħabitat u ta’ miżuri oħra. Id-deċiżjonijiet nazzjonali legalment vinkolanti dwar l-użu ta’ rikorsi ekonomiċi użati attwalment għall-istokkjar mill-ġdid, għandhom jiġu diretti mill-ġdid biex jappoġġjaw lis-sajjieda li potenzjalment jintlaqtu ħażin mill-effetti negattivi ta’ tmiem gradwali.[Em 37]

KAPITOLU VII

KONTROLL U INFURZAR

Artikolu 15

Ir-relazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009

Il-miżuri ta’ kontroll previsti f’dan il-Kapitolu għandhom japplikaw ma’ dawk preskritti fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, ħlief fejn previst mod ieħor fl-Artikoli ta’ dan il-Kapitolu.

Barra minn hekk, l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, kif ukoll l-Artikoli 64 u 65 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009(21), għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-sajd rikreattiv kollu tas-salamun fil-Baħar Baltiku. [Em 38]

Artikolu 16

Il-ġurnali ta’ abbord

B’deroga mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ta’ kwalunkwe tul li jkollhom permess tas-sajd għas-salamun, kif ukoll il-kaptani ta' bastimenti tas-servizz użati għal sajd bil-qasba jew għal tipi oħra ta' sajd, għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord għall-operazzjonijiet kollha tagħhom skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. [Em 39]

Artikolu 17

Notifiki minn qabel

B’deroga mis-sentenza introduttorja tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ta’ kwalunkwe tul kif ukoll tal-bastimenti tas-servizz, li jkollhom abbord salamun u/jew trota tal-baħar għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, immedjatament wara t-tlestija tal-operazzjoni tas-sajd, bl-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. [Em 40]

Artikolu 18

L-awtorizzazzjonijiet għall-attività speċjali

1.  Il-bastimenti tas-servizz għandu jkollhom awtorizzazzjoni għal attività speċjali għas-sajd tas-salamun, maħruġa skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinkludu l-awtorizzazzjonijiet ta’ attività speċjali fl-elenku tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd li hemm fid-databejż elettronika stabbilita skont l-Artikolu 116(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Barra minn hekk, dawn għandhom jinkludu d-data dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attività speċjali fis-sistema ta’ validazzjoni kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 19

Id-dikjarazzjoniId-dikjarazzjonijiet tal-qbid għall- attivitajiet ta’ sajd rikreattiv.[Em 41]

1.  Il-kaptan tal-bastiment tas-servizz għandu jimlaIt-tipi kollha ta’ attivitajiet ta’ sajd rikreattiv għandhom jimlew dikjarazzjoni tal-qbid skont l-Anness III u jippreżentahajirrapportaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-servizz sal-aħħar jum ta’ kull xahar. [Em 42]

2.  Sal-ħmistax-il jum ta’ kull xahar l-Istati Membri kkonċernati għandhom jirreġistraw l-informazzjoni rreġistrata fid-dikjarazzjonijiet tal-qbid għax-xahar ta’ qabel fid-databejż elettronika tagħhom stabbilita skont l-Artikolu 116(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 kif ukoll fis-sistema ta’ validazzjoni kompjuterizzata tagħhom imsemmija fl-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Id-data elettronika u d-dikjarazzjonijiet tal-qbid għandhom jinżammu għal perjodu ta’ 3 snin.

Artikolu 20

L-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni rreġistrata fid-dikjarazzjonijiet tal-qbid permezz ta’ spezzjonijiet tal-ħatt l-art. Dawn l-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art għandhom ikopru spezzjoni ta’ mill-inqas 10 %20 % tal-għadd totali tal-ħatt l-art li jsir. L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għandha twettaq kontrolli effettivi u għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu spezzjonijiet aktar iffukati u b’miri speċifiċi fiż-żoni fejn huwa ssuspettat jew fejn ġie rrappurtat li qed isir sajd IUU.[Em 43]

Artikolu 20a

Kontroll tas-sajd rikreattiv

L-arranġamenti għall-kontroll tal-attivitajiet ta’ sajd rikreattiv għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu msejsa b'mod partikolari fuq l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fuq l-Artikoli 64 u 65 tar-Regolament (UE) Nru 404/2011. [Em 44]

Artikolu 21

Il-programmi ta’ azzjoni ta’ kontroll nazzjonali

Il-programmi ta’ azzjoni ta’ kontroll nazzjonali kif preskritti fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandhom jinkludu wkoll bħala minimu:

   (a) l-applikazzjoni tal-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni stabbiliti skont il-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament;
   (b) il-konformità mar-regoli dwar l-użu tal-kwoti, l-awtorizzazzjoni għall-attività u d-dikjarazzjoni tal-qbid mill-bastimenti tas-servizz, u sajd rikreattiv li juża kull tip ta' rkaptu; [Em 45]
   (c) il-monitoraġġ tar-regoli dwar l-istokkjar u l-istokkjar dirett mill-ġdid.

KAPITOLU VIII

ĠBIR TAD-DATA

Artikolu 22

Għall-finijiet tal-ġbir tad-data kull grupp ta’ salamun żgħir fix-xmajjar kollha tas-salamun selvaġġ jista’ jiġi mistħarreġ permezz tal-elettrosajd qabel ma jgħaddi mill-ilma ħelu għall-ilma baħar (smoltification).

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw kundizzjonijiet dettaljati għat-tmexxija tal-attività ta’ elettrosajd abbażi tat-tagħrif xjentifiku l-aktar reċenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).[Em 46]

Artikolu 22a

Sa mhux aktar tard minn ...(22), il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-riżultati tal-istudji xjentifiċi li jkunu saru dwar l-impatt tal-predaturi, b'mod partikolari l-foki u l-marguni, fuq l-istokkijiet tas-salamun tal-Baltiku. Fuq il-bażi ta' dawk l-istudji il-Kummissjoni għandha tfassal pjan ta’ ġestjoni tal-popolazzjonijiet tal-predaturi li jkollhom impatt fuq l-istokkijiet tas-salamun tal-Baltiku, liema pjan għandu jidħol fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-2016.[Em 47]

Artikolu 22b

Sa mhux aktar tard minn ...(23), il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-riżultati tar-riċerka xjentifika li tkun twettqet fir-rigward tar-rimi u l-qabdiet inċidentali tas-salamun fl-attivitajiet tas-sajd kollha tal-Baħar Baltiku kkonċernati.[Em 48]

KAPITOLU IX

SEGWITU

Artikolu 23

Ir-rappurtar mill-Istati Membri

1.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni adottati skont il-Kapitolu V u dwar jekk laħqux l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 fi ...(24)* fit-tielet sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mbagħad kull tliet sninsena wara din id-data. [Em 49]

2.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-kisba tal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 5 fl- ...(25)fis- u mbagħad kull sitt snintielet sena. Ir-rapport tal-Istat Membru għandu jipprovdi b’mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:

[Em 50]

   a) l-iżvilupp tas-sajd nazzjonali inkluż is-sehem tal-qabdiet bejn l-ilmijiet lil hinn mill-kosta, l-ilmijiet kostali u x-xmajjar u bejn is-sajjieda kummerċjali, l-impriżi tal-bastimenti tas-servizz u sajjieda oħra dilettanti;
   b) għal kull xmara ta’ salamun selvaġġ, il-produzzjoni ta’ salamun żgħir fl-ewwel sentejn tiegħu fl-ilma ħelu (parr) u s-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) u l-aħjar stima disponibbli tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt);
   c) għal kull stokk ta’ xmara tas-salamun selvaġġ, l-informazzjoni ġenetika disponibbli;
   d) l-attività tal-istokkjar u l-istokkjar mill-ġdid dirett tas-salamun;
   e) l-implimentazzjoni tal-programm ta’ azzjoni ta’ kontroll nazzjonali msemmi fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 24

L-evalwazzjoni tal-pjan

Il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rappurtar mill-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament u abbażi tal-parir xjentifiku, tivvaluta l-impatt tal-miżuri ta’ ġestjoni fuq l-istokk tas-salamun tal-Baltiku kif ukoll fuq is-sajd li jisfrutta dak l-istokk fis-sena ta’ wara li fiha din tirċievi r-rapport mill-Istati Membri.

KAPITOLU X

EMENDI GĦALL-ANNESSI

Artikolu 25

L-emendi għall-Annessi

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 26, biex temenda l-lista ta’ xmajjar tas-salamun selvaġġ elenkati fl-Anness I sabiex iżżommha aġġornata ma’ informazzjoni xjentifika reċenti.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 26, biex temenda l-Annessi II u III sabiex tiżgura li l-kontroll ikun effettiv.

KAPITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI

Artikolu 26

L-eżerċizzju tal-poteri delegati

1.  Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħat li jiġu adottati atti delegati kif imsemmi fl-Artikoli 6, 7, 11 u 25 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6, 7, 11 u 25 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif din tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 6, 7, 11 u 25 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu nfurmaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 27

Ir-revoka tal-għoti tas-setgħa

Meta Stat Membru kkonċernatl-Istati Membri kkonċernati ma jistabbilixxixjistabbilixxux jew ma jippubblikax,jippubblikawx sad-data ta’ skadenza stabbilita, il-miżuri stipulati fl-Artikoli 6 jew 11, jew fejn miżuri bħal dawn jitqiesu bħala mhux adegwati u/jew mhux effettivi wara l-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 6(4) u 11(1), l-għoti tas-setgħa lill-Istat Membru kkonċernat imsemmija fl-Artikoli 6 jew 11 għandha tiġi rrevokata mill-Kummissjoni. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropeajew f’data aktar tard speċifikata fiha. [Em 51]

Artikolu 28

Il-proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit bl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU XII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 29

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika minn … .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Il-President

Għall-Kunsill

(1) ĠU C 68, 6.3.2012, p. 47.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2012.
(3) ĠU L 206, it-22.7.1992, p. 7.
(4) ĠU L 327, it-22.12.2000, p. 1.
(5) ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1.
(6) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.
(7) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(8) ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.
(9) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(10) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(11)* Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(12)** Seba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(13)* Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(14)** Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta'dan ir-Regolament.
(15)*** Tnax-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta'dan ir-Regolament.
(16)* Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(17)* Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(18)** Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(19)* Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(20)* Għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(21) ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.
(22)* Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(23)* Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(24)** Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(25)* Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta'dan ir-Regolament.


ANNESS I

Xmajjar tas-Salamun Selvaġġ fil-Baħar Baltiku

Il-Finlandja

–  Simojoki

Il-Finlandja/l-Isvezja

–  Tornionjoki/Torneälven

L-Isvezja

–  Kalixälven, Råneälven, Piteälven, Åbyälven, Byskeälven, Rickleån, Sävarån, Ume/Vindelälven, Öreälven, Lögdeälven, Emån, Mörrumsån, Ljungan

L-Estonja

–  Pärnu, Kunda, Keila, Vasalemma

Il-Latvja

–  Salaca, Vitrupe, Peterupe, Irbe, Uzava, Saka

Il-Latvja/il-Litwanja

–  Barta/Bartuva

Il-Litwanja

–  Baċir tax-xmara Nemunas (Zeimena)


ANNESS II

INFORMAZZJONI MINIMA GĦALL-AWTORIZZAZZJONIJIET TA’ ATTIVITÀ SPEĊJALI

1.  DETTALJI TAL-BASTIMENT

L-isem tal-bastiment(1)

L-Istat tal-bandiera

Il-port tar-reġistrazzjoni (Isem u kodiċi nazzjonali)

L-immarkar estern

Il-kodiċi internazzjonali tar-radju (IRCS)(2)

2.  ID-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI, IS-SID TAL-BASTIMENT U L-KAPTAN(3)

L-isem u l-indirizz tal-persuna fiżika jew ġuridika

3.  KARATTERISTIĊI TAL-BASTIMENT

Il-qawwa tal-magna (kW)(4)

It-tunnellaġġ (TG)

It-tul ġenerali

4.  KUNDIZZJONIJIET TAS-SAJD

1.  Id-data tal-ħruġ:

2.  Il-perjodu tal-validità:

3.  Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn meħtieġ, l-ispeċi, iż-żona u l-irkaptu tas-sajd:

(1) Għal bastimenti li għandhom isem
(2) Għal bastimenti li jkunu meħtieġa li jkollhom l-IRCS
(3) Indika għal kull persuna applikabbli
(4) Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 (ĠU L 274, 25.9.1986, p. 1)


ANNESS III

DIKJARAZZJONIJIET TAL-QBID

Kull Stat Membru kkonċernat għandu joħroġ formola uffiċjali li trid timtela bħala dikjarazzjoni tal-qbid għall-bastimenti tas-servizz tiegħu. Din il-formola għandu jkollha, bħala minimu, l-informazzjoni li ġejja:

   (a) In-numru ta’ referenza tal-awtorizzazzjoni tal-attività speċjali maħruġa skont l-Artikolu 18;
   (b) L-isem tal-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-awtorizzazzjoni tal-attività speċjali maħruġa skont l-Artikolu 18;
   (c) L-isem u l-firma tal-kaptan tal-bastiment tas-servizz;
   (d) Id-data u l-ħin tat-tluq u l-wasla lejn il-port u t-tul ta' żmien tal-vjaġġ tas-sajd;
   (e) Il-post u l-ħin tal-ħatt l-art skont il-vjaġġi tas-sajd;
   (f) L-irkaptu użat mill-operazzjonijiet tas-sajd;
   (g) Il-kwantitajiet ta’ ħut li nħatt l-art skont l-ispeċi u l-vjaġġ tas-sajd;
   (h) Il-kwantitajiet ta’ ħut skartat skont l-ispeċi u l-vjaġġ tas-sajd;
   (i) Iż-żoni tal-qbid skont il-vjaġġ tas-sajd espressi bħala rettangoli statistiċi tal-ICES.

Avviż legali - Politika tal-privatezza