Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/2791(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0497/2012

Testi mressqa :

B7-0497/2012

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 22/11/2012 - 13.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0450

Testi adottati
PDF 211kWORD 21k
Il-Ħamis, 22 ta' Novembru 2012 - Strasburgu
Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal
P7_TA(2012)0450B7-0497/2012

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2012 dwar id-dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni mill-Istati Membri, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, tal-adeżjoni ta' tmien pajjiżi terzi mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal (2012/2791(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2(2), 3(2), 4(2)(j), 81(3), 216(1) u 218(6)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Każijiet 22/70(1) u C-467/98(2) u l-Opinjoni 1/03(3),

–  wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni għal deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar id-dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni mill-Istati Membri, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, tal-adeżjoni tal-Gabon(4), l-Andorra(5), is-Seychelles(6), il-Federazzjoni Russa(7), l-Albanija(8), is-Singapor(9), il-Marokk(10) u l-Armenja(11) għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-fatt li l-Kunsill għadu ma talabx il-kunsens tal-Parlament rigward dawn id-deċiżjonijiet,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija mressqa lill-Kummissjoni dwar id-dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni mill-Istati Membri, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, tal-adeżjoni ta' tmien pajjiżi terzi mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal (O-000159/2012 – B7-0367/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura,

A.  billi l-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal hi ta' importanza ewlenija, peress li tistabbilixxi sistema li tippermetti lill-istati parteċipanti jikkooperaw biex tinstab soluzzjoni għall-ħtif internazzjonali tat-tfal, billi tiddefinixxi l-kompetenzi tal-ġurisprudenza u d-dritt applikabbli fit-teħid ta' deċiżjoni dwar fejn għandhom jirresjiedu t-tfal;

B.  billi b'hekk, il-Konvenzjoni tistipula r-ritorn rapidu tat-tfal maħtufa fil-pajjiż ta' residenza abitwali tagħhom;

C.  billi l-Konvenzjoni tapplika biss għal dawk il-pajjiżi li rratifikawha jew li huma membri tagħha;

D.  billi l-adeżjoni ta' stati membri ġodda għandha tiġi aċċettata minn dawk l-istati li diġà huma membri, sabiex il-pajjiżi jkunu jistgħu japplikaw il-Konvenzjoni bejniethom;

E.  billi għaldqastant l-aċċettazzjoni tal-adeżjonijiet għandha importanza ewlenija;

F.  billi l-Unjoni Ewropea diġà eżerċitat il-kompetenza interna fil-qasam tal-ħtif internazzjonali tat-tfal, b'mod partikolari permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 li jirrigwarda l-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurżar ta' ġudizzji fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet ta' responsabilità tal-ġenituri(12);

G.  billi għalhekk isegwi li l-Unjoni Ewropea kisbet kompetenza esterna esklussiva fil-qasam tal-ħtif internazzjonali tat-tfal;

H.  billi, peress li l-Konvenzjoni ma tippermettix l-adeżjoni ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, l-Unjoni Ewropea għandha tawtorizza lill-Istati Membri jaġixxu fl-interess tagħha fl-aċċettazzjoni tal-adeżjonijiet msemmija aktar 'il fuq;

I.  billi għalhekk il-Kunsill għandu minnufih jieħu passi biex jadotta d-deċiżjonijiet proposti mill-Kummissjoni, inkluż bil-konsultazzjoni immedjata tal-Parlament;

J.  billi jidher li minkejja l-urġenza tal-kwistjoni u ċ-ċarezza tas-sitwazzjoni ġuridika, il-Kunsill iddeċieda li jittardja l-konsultazzjoni tal-Parlament u l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet msemmija qabel bil-għan li jikkontesta l-prinċipju ta' dawk id-deċiżjonijiet fuq bażi ġuridika;

1.  Jindirizza lill-Kunsill ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

   (a) il-Kunsill għandu jipproċiedi minnufih bil-proċedura għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet proposti msemmija qabel;
   (b) għal dan il-għan, għandu jikkonsulta mal-Parlament dwar it-tmien deċiżjonijiet proposti;
   (c) fl-interess taċ-ċittadini Ewropej li jibbenefikaw mill-adozzjoni ta' dawk id-deċiżjonijiet, għandu jibqa' lura milli jostakola l-funzjonament xieraq tal-Unjoni Ewropea fuq bażi ġuridika falza;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President biex igħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, u għal informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-uffiċċju Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1) Każ 22/70, Kummisjoni v. Kunsill (ERTA) [1971] ECR 263, paragrafu 16.
(2) Każ C-467/98 Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka [2002] ECR I-9519, paragrafu 77.
(3) L-Opinjoni 1/03 dwar il-Kompetenza tal-Komunità li tikkonkludi l-Konvenzjoni l-ġdida ta' Lugano dwar il-Ġurisdizzjoni u r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali) [2006] ECR I-1145, paragrafu 126.
(4) COM(2011)0904.
(5) COM(2011)0908.
(6) COM(2011)0909.
(7) COM(2011)0911.
(8) COM(2011)0912.
(9) COM(2011)0915.
(10) COM(2011)0916.
(11) COM(2011)0917.
(12) ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza