Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni (COM(2011)0216 – C7-0145/2011 – 2011/0094(CNS))
(Proċedura leġislattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0216),
– wara li kkunsidra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 118 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0145/2011),
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kungress ta' Deputati tal-Ispanja u s-Senat Spanjol u mill-Kamra tad-Deputati tal-Italja li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0002/2012),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Ladarba l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi huwa responsabbli għall-għoti tal-privattivi Ewropej, l-arranġamenti għat-traduzzjoni għall-privattiva Ewropea b’effett unitarju għandhom jibnu fuq il-proċedura attwali fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi. Dawk l-arranġamenti għandu jkollhom l-għan li jiksbu l-bilanċ meħtieġ bejn l-interessi tal-operaturi ekonomiċi u l-interess pubbliku f’termini tal-ispejjeż tal-proċeduri u d-disponibbiltà ta’ informazzjoni teknika.
(6) Ladarba l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi huwa responsabbli għall-għoti tal-privattivi Ewropej, l-arranġamenti għat-traduzzjoni għall-privattiva Ewropea b’effett unitarju għandhom jibnu fuq il-proċedura attwali fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi. Dawk l-arranġamenti għandu jkollhom l-għan li jiksbu l-bilanċ meħtieġ bejn l-interessi tal-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-impriżi ta' daqs żgħir u medju, u l-interess pubbliku f’termini tal-ispejjeż tal-proċeduri u d-disponibbiltà ta’ informazzjoni teknika.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-privattivi Ewropej b’effett unitarju, b’mod partikolari għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, l-applikanti li m’għandhomx lingwa komuni ma’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-applikazzjonijiet tal-privattivi tagħhom fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi fi kwalunkwe lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea. Bħala miżura komplementari, fil-każ ta’ applikanti li jiksbu privattivi Ewropej b’effett unitarju u li jkollhom ir-residenza jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni li għandu lingwa uffiċjali li m’hijiex waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, għandha tiġi amminstrata sistema ta’ rimborżi addizzjonali, mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, tal-ispejjeż relatati mat-traduzzjoni minn dik il-lingwa fil-lingwa tal-proċeduri tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, lil hinn minn dak li diġà huwa fis-seħħ fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament xx/xx [dispożizzjonijiet sostantivi].
(9) Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-privattivi Ewropej b’effett unitarju, b’mod partikolari għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, l-applikanti li m’għandhomx lingwa komuni ma’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-applikazzjonijiet tal-privattivi tagħhom fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi fi kwalunkwe lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea. Bħala miżura komplementari, l-impriżi ta' daqs żgħir u medju, il-persuni fiżiċi u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jiksbu privattivi Ewropej b’effett unitarju u li jkollhom ir-residenza jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni li għandu lingwa uffiċjali li mhijiex waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, għandhom jibbenefikaw minn sistema ta’ rimborżi addizzjonali tal-ispejjeż relatati mat-traduzzjoni minn dik il-lingwa fil-lingwa tal-proċeduri tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, lil hinn minn dak li diġà huwa fis-seħħ fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi. Is-sistema ta' rimborżi addizzjonali għandha tiġi amministrata mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (EU) Nru [.../2012] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida)
(9a)Il-modalitajiet u l-livell ta' rimborż tal-ispejjeż addizzjonali tat-traduzzjoni għandhom jitfasslu b'mod li, bħala prinċipju, jiżgura kumpens sħiħ tal-ispejjeż tat-traduzzjoni; limitu massimu għal kull paġna huwa meħtieġ sabiex jirrifletti l-prezz medju normali tas-suq għat-traduzzjoni u biex jiġi evitat l-abbuż;
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Biex jiġu promossi d-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar il-privattivi u t-tixrid tal-għarfien teknoloġiku, it-traduzzjonijiet awtomatiċi tal-applikazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-privattivi fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni għandhom ikunu disponibbli mill-aktar fis possibbli. Qed jiġu żviluppati traduzzjonijiet awtomatiċi mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi li huma għodda importanti ħafna li tfittex li ttejjeb l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-privattiva u li xxerred b'mod wiesa’ l-għarfien teknoloġiku. Id-disponibbiltà fil-ħin ta’ traduzzjonijiet awtomatiċi ta’ kwalità għolja ta’ applikazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tal-privattivi Ewropej fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni se tkun ta' benefiċċju għall-utenti kollha tas-sistema ta’ privattiva Ewropea. It-traduzzjonijiet awtomatiċi huma karatteristika ewlenija tal-politika tal-Unjoni Ewropea. Dawn it-traduzzjonijiet awtomatiċi għandhom iservu biss għal finijiet ta' informazzjoni u m’għandu jkollhom l-ebda effett legali.
(10) Biex jiġu promossi d-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar il-privattivi u t-tixrid tal-għarfien teknoloġiku, it-traduzzjonijiet awtomatiċi tal-applikazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-privattivi fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni għandhom ikunu disponibbli mill-aktar fis possibbli. Qed jiġu żviluppati traduzzjonijiet awtomatiċi mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi li huma għodda importanti ħafna li tfittex li ttejjeb l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-privattiva u li xxerred b'mod wiesa’ l-għarfien teknoloġiku. Id-disponibbiltà fil-ħin ta’ traduzzjonijiet awtomatiċi ta’ kwalità għolja ta’ applikazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tal-privattivi Ewropej fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni se tkun ta' benefiċċju għall-utenti kollha tas-sistema ta’ privattiva Ewropea. It-traduzzjonijiet awtomatiċi huma karatteristika ewlenija tal-politika tal-Unjoni Ewropea. Dawn it-traduzzjonijiet awtomatiċi għandhom iservu biss għal finijiet ta' informazzjoni u m’għandu jkollhom l-ebda effett legali. Għandhom ikunu disponibbli online u għandhom ikunu bla ħlas wara l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal privattiva u tal-privattiva mogħtija.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 11a (ġdida)
(11a)Wara li jintemm il-perjodu tranżitorju, l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi għandu jibqa' jippubblika traduzzjoni addizzjonali bl-Ingliż tal-ispeċifikazzjoni tal-privattiva Ewropea pprovduta b'mod volontarju mill-applikant. Dan jipprovdi aktar pubbliċità internazzjonali u jillimita l-possibbiltà ta' kontraventur li jiddikjara li aġixxa in bona fede.
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 1
Dan ir-Regolament jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja awtorizzata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/167/UE fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni.
1. Dan ir-Regolament jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja awtorizzata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/167/UE fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni. Jirregola l-arranġamenti għat-traduzzjoni applikabbli għall-privattivi Ewropej sakemm ikollhom effett unitarju.
1a.Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għar-regoli li jirregolaw il-lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni stabbiliti skont l-Artikolu 342 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1/1958.
1b.Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq ir-reġim lingwistiku tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi u m’għandux jitqies bħala li joħloq reġim lingwistiku speċifiku għall-Unjoni, jew li joħloq preċedent għal reġim limitat ta’ lingwi fi kwalunkwe strument legali fil-futur tal-Unjoni.
2a.Ladarba jkunu disponibbli, it-traduzzjonijiet awtomatiċi ta' applikazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tal-privattivi fil-lingwi kollha tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6(3) għandhom ikunu disponibbli online u għandhom ikunu bla ħlas wara l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal privattiva u tal-privattiva mogħtija.
2b.Wara li jintemm il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 6 u skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (EU) Nru [.../2012] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja, l-Istati Membri parteċipanti, skont l-Artikolu 143 tal-KEP, għandhom jagħtu lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi l-kompitu li jippubblika traduzzjoni sħiħa addizzjonali tal-ispeċifikazzjoni bl-Ingliż, jekk tali traduzzjoni addizzjonali tkun ġiet ipprovduta b'mod volontarju mill-applikant. Din it-traduzzjoni m'għandhiex issir b'mezzi awtomatiċi.
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1
1. Fil-każ ta' tilwima relatata ma’ privattiva Ewropea b’effett unitarju, il-proprjetarju tal-privattiva għandu jipprovdi, fuq it-talba u l-għażla ta’ persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur, traduzzjoni sħiħa tal-privattiva f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru parteċipanti fejn ikun seħħ l-allegat ksur jew fejn tkun domiċiljata l-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur.
1. Fil-każ ta' tilwima relatata ma’ privattiva Ewropea b’effett unitarju, il-proprjetarju tal-privattiva għandu jipprovdi, fuq it-talba u l-għażla ta’ persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur, traduzzjoni sħiħa tal-privattiva f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru parteċipanti fejn ikun seħħ l-allegat ksur jew fejn tkun domiċiljata l-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur. Din it-traduzzjoni m'għandhiex issir b'mezzi awtomatiċi.
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2
2. Fil-każ ta’ tilwima relatata ma’ privattiva Ewropea b’effett unitarju, il-proprjetarju tal-privattiva għandu jipprovdi, matul il-proċeduri legali, fuq it-talba tal-qorti kompetenti fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti għal tilwim li jikkonċerna l-privattivi Ewropej b'effett unitarju, traduzzjoni sħiħa tal-privattiva fil-lingwa tal-proċeduri ta' dik il-qorti.
2. Fil-każ ta’ tilwima relatata ma’ privattiva Ewropea b’effett unitarju, il-proprjetarju tal-privattiva għandu jipprovdi, matul il-proċeduri legali, fuq it-talba tal-qorti kompetenti fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti għal tilwim li jikkonċerna l-privattivi Ewropej b'effett unitarju, traduzzjoni sħiħa tal-privattiva fil-lingwa tal-proċeduri ta' dik il-qorti. Din it-traduzzjoni m'għandhiex issir b'mezzi awtomatiċi.
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4
4. Fil-każ ta’ tilwima li tikkonċerna talba għal ħsarat, il-qorti li qed tisma' t-tilwima għandha tqis li l-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur setgħet aġixxiet mingħajr ma kienet taf jew mingħajr ma kellha raġunijiet raġonevoli sabiex tkun taf li qed tikser il-privattiva qabel ma ġiet ipprovduta bit-traduzzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
4. Fil-każ ta’ tilwima li tikkonċerna talba għal ħsarat, il-qorti li qed tisma' t-tilwima għandha tqis jekk, b' mod partikolari, f'każ ta' impriża ta' daqs żgħir jew medju, persuna fiżika, organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ, università jew organizzazzjoni ta' riċerka pubblika, il-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur aġixxietx mingħajr ma kienet taf jew mingħajr ma kellha raġunijiet raġonevoli sabiex tkun taf li qed tikser il-privattiva qabel ma ġiet ipprovduta bit-traduzzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 5
Meta wieħed iqis li l-applikazzjonijiet għall-privattivi Ewropej jistgħu jiġu ppreżentati f'kull lingwa taħt l-Artikolu 14(2) tal-KEP, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament xx/xx [dispożizzjonijiet sostantivi], l-Istati Membri parteċipanti għandhom jagħtu lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, skont it-tifsira tal-Artikolu 143 tal-KEP, il-kompitu tal-amministrazzjoni għal skema ta' kumpens ta' rimborż għall-ispejjeż tat-traduzzjoni sa limitu, mit-tariffi msemmija fl-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament, għall-applikanti li jippreżentaw applikazzjonijiet għall-privattivi fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li mhijiex lingwa uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi.
1. Meta wieħed iqis li l-applikazzjonijiet għall-privattivi Ewropej jistgħu jiġu ppreżentati f'kull lingwa taħt l-Artikolu 14(2) tal-KEP, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (EU) Nru [.../2012] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jagħtu lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, skont it-tifsira tal-Artikolu 143 tal-KEP, il-kompitu tal-amministrazzjoni għal skema ta' kumpens ta' rimborż għall-ispejjeż tat-traduzzjoni sa limitu, mit-tariffi msemmija fl-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament, għall-applikanti li jippreżentaw applikazzjonijiet għall-privattivi fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li mhijiex lingwa uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi.
1a.L-iskema ta' kumpens imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun iffinanzjata permezz tat-tariffi msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (EU) Nru [.../2012] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja u għandha tkun disponibbli biss għall-impriżi ta' daqs żgħir u medju, il-persuni fiżiċi u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet ta' riċerka pubblika li r-residenza jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom jkunu fi Stat Membru tal-Unjoni.
1b.L-iskema ta' kumpens imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżgura rimborż sħiħ tal-ispejjeż tat-traduzzjoni sa limitu massimu stabbilit b'tali mod li jirrifletti l-prezz medju tas-suq għat-traduzzjonijiet u biex jiġi evitat l-abbuż.
Dawn it-traduzzjonijiet m'għandhomx isiru b'mezzi awtomatiċi.
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2
2. Għandu japplika minn [data speċifika se tiġi stipulata u se tikkoinċida mad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament xx/xx dwar l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja].
2. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 jew mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar Qorti tal-Privattivi Unitarji, skont liema data tkun l-aħħar.