Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/2058(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0242/2012

Testi mressqa :

A7-0242/2012

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/12/2012 - 11.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0502

Testi adottati
PDF 392kWORD 118k
Il-Ħamis, 13 ta' Diċembru 2012 - Strasburgu
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament: emenda tal-Artikolu 123 dwar id-dikjarazzjonijiet bil-miktub u tal-Artikolu 42 dwar l-inizjattivi leġiżlattivi
P7_TA(2012)0502A7-0242/2012

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar l-emenda tal-Artikolu 123 u 42 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament: dikjarazzjonijiet bil-miktub u inizjattivi leġiżlattivi (2011/2058(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tiegħu bid-data tal-11 ta' Novembru 2010,

–  wara li kkunsidra l-istudju tad-Dipartiment tal-Politika tiegħu bit-titolu “Dikjarazzjonijiet bil-miktub fil-Parlament Ewropew: rieżami tal-proċess u l-impatt” (PE 462.424),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0242/2012),

billi:

A.  il-Parlament biż-żmien estenda s-setgħat tiegħu, u ggarantixxa strumenti sostanzjali għalih innifsu li permezz tagħhom jista' jinfluwenza l-proċess għat-teħid tal-Unjoni Ewropea fil-biċċa l-kbira tal-attivitajiet tal-Unjoni;

B.  l-istituzzjonijiet li għalihom tkun indirizzata dikjarazzjoni bil-miktub għandhom jiżguraw li tiġi segwita kif xieraq;

C.  id-dikjarazzjonijiet bil-miktub iservu bħala vettura utli għat-tqajjim ta' kwestjonijiet ta' tħassib partikolari għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

D.  id-dikjarazzjonijiet bil-miktub huma użati regolarment iżda mhux f'ammonti kbar ħafna; perċentwal żgħir biss minnhom jiksbu s-sostenn meħtieġ ta' maġġoranza tal-membri kollha tal-Parlament;

E.  il-maġġoranza tad-dikjarazzjonijiet bil-miktub jiskadu wara l-perjodu preskritt fir-Regoli ta' Proċedura;

F.  il-maġġoranza tad-dikjarazzjonijiet bil-miktub adottati huma indirizzati lill-Kummissjoni, li hija rikonoxxuta bħala l-unika istituzzjoni li tkun tat rispons għall-kwestjonijiet li tqajmu fihom;

G.  dawk ir-risposti huma fil-biċċa l-kbira tal-każijiet limitati għal attivitajiet tal-Kummissjoni li għadhom għaddejjin, u biss f'każijiet eċċezzjonali jinkludu attività speċifika mqanqla minn dikjarazzjoni bil-miktub;

H.  fid-dawl tal-prerogattivi miżjuda tal-Parlament, kif ukoll l-introduzzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, l-importanza ta' dikjarazzjonijiet bil-miktub inbidlet, għalkemm xorta jistgħu jservu ta' strument importanti li permezz tiegħu il-Membri jkunu jistgħu jqajmu l-kuxjenza dwar kwistjonijiet ta' interess pubbliku;

I.  dikjarazzjonijiet bil-miktub għandhom impatt limitat ħafna, kemm fir-rigward tat-tfassil tal-aġendi kif ukoll tal-influwenza tagħhom fuq id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-istituzzjonijiet, u jistgħu jagħtu impressjoni qarrieqa dwar l-effikaċja tagħhom; madanakollu, meta jintużaw kif suppost, għad għandhom valur bħala strument ta' mobilizzazzjoni popolari għall-proposti li jitolbu azzjoni leġiżlattiva; l-Artikolu 42(2) għandu jintuża, billi jagħti lill-Membri individwali l-possibilità effettiva li jinfluwenzaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u jintegraw proposta speċifika fix-xogħlijiet tal-kumitati tal-Parlament;

J.  il-kwalità u r-relevanza ta’ xi dikjarazzjonijiet bil-miktub, u b’mod partikolari il-qbil tagħhom mal-kompetenzi tal-Unjoni kif stipulati fit-Titolu I tal-Parti I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jista’ jkun diżappuntanti; għahekk, fit-terminu li jmiss, il-Parlament jista' jivvaluta l-impatt tad-dispożizzjonijiet il-ġodda tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu dwar dikjarazzjonijiet bil-miktub u jeżamina l-effettività tagħhom;

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Hu tal-fehma li l-istituzzjonijiet li lilhom tkun indirizzata dikjarazzjoni bil-miktub għandhom jinfurmaw lill-Parlament dwar is-segwitu intenzjonat fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu tali dikjarazzjoni; għandu l-ħsieb, barra minn hekk, li jfittex ftehim mal-Kummissjoni dwar dan il-prinċipju fl-okkażjoni tan-negozjati li jmiss dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim ta' Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea.

3.  Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

4.  Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Bureau li jillimita reklamar estensiv tad-dikjarazzjonijiet bil-miktub, u b’hekk jippermetti li l-Membri Parlamentari jkollhom aċċess mingħajr xkiel għall-Kamra tal-Parlament;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Test fis-seħħ   Emenda
Emenda 6
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 42 – paragrafi 2 u 3
2.  Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda proposta għal att tal-Unjoni fuq il-bażi tad-dritt ta' inizjattiva mogħti lill-Parlament skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
2.  Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda proposta għal att tal-Unjoni fuq il-bażi tad-dritt ta' inizjattiva mogħti lill-Parlament skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Tali proposta tista' titressaq f'daqqa minn mhux aktar minn għaxar Membri. Il-proposta għandha tindika l-bażi legali tagħha u tista’ tkun akkumpanjata min nota ta' spjegazzjoni ta’ mhux aktar minn 150 kelma.
3.  Il-proposta għandha tiġi ppreżentata lill-President, li għandu jirreferiha lill-kumitat responsabbli għall-kunsiderazzjoni. Qabel ma ssir din ir-riferenza, il-proposta għandha tiġi tradotta f'dawk il-lingwi uffiċjali li l-president ta' dak il-kumitat iqis li huma meħtieġa biex issir possibbli kunsiderazzjoni sommarja. Il-kumitat għandu jieħu deċiżjoni dwar azzjoni ulterjuri fi żmien tliet xhur minn meta ssir ir-riferenza u wara li jkun instema' l-awtur tal-proposta.
3.  Il-proposta għandha tiġi ppreżentata lill-President, li għandu jivverifika jekk ir-rekwiżiti legali ġewx sodisfatti. Huwa jista' jirreferi l-proposta għal opinjoni dwar jekk il-bażi legali hix xierqa lill-kumitatresponsabbli għal tali verifika. Jekk il-President jiddikjara li l-proposta hija ammissibbli, għandu jħabbar dan fil-plenarja u jirreferiha lill-kumitat responsabbli.
Qabel ma ssir din ir-riferenza lill-kumitat responsabbli, il-proposta għandha tiġi tradotta f'dawk il-lingwi uffiċjali li l-president ta' dak il-kumitat iqis li huma meħtieġa biex issir possibbli kunsiderazzjoni sommarja.

Il-kumitat jista' jirrakkomanda lill-President li l-proposta tinfetaħ għall-firma minn kwalunkwe Membru, soġġett għall-modalitajiet u l-iskadenzistabbiliti fl-Artikolu 123(1a), 123(2) u 123(5).

Fejn il-kumitat jiddeċidi li jippreżenta proposta lill-Parlament skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 48, l-awtur tal-proposta għandu jissemma b'ismu fit-titolu tar-rapport.

Meta tali proposta tkun iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, ir-rapport dwar il-proposta għandu jitqies li ġie awtorizzat mill-Konferenza tal-Presidenti. Il-kumitat għandu jfassal rapport skont l-Artikolu 48, wara li jkun sema’ lill-awturi tal-proposta.

Meta proposta ma tinfetaħx għal firem addizzjonali jew ma tiġix iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, il-kumitat responsabbli għandu jieħu deċiżjoni dwar azzjoni ulterjuri fi żmien tliet xhur mir-riferiment, u wara li jkun sema' lill-awturi tal-proposta

L-awturi tal-proposta għandhom jissemmew b'isimhom fit-titolu tar-rapport.

Emenda 1
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 123 – paragrafu 1
1.  Sa massimu ta' ħames membri jistgħu jippreżentaw dikjarazzjoni bil-miktub ta' mhux iżjed minn 200 kelma dwar kwistjoni li taqa' taħt il-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea u li ma tkoprix kwistjonijiet li huma s-suġġett ta' proċess leġislattiv li jkun għaddej attwalment. Għandha tingħata awtorizzazzjoni mill-President fuq bażi ta' każ b'każ. Dikjarazzjonijiet bil-miktub għandhom ikunu stampati bil-lingwi uffiċjali u mqassma. Dawn għandhom jiddaħħlu f'reġistru flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji. Dan ir-reġistru għandu jkun pubbliku u għandu jinżamm barra d-daħla tal-Kamra waqt is-sessjonijiet parzjali u f'post xieraq li għandu jkun stabbilit mill-Kulleġġ tal-Kwesturi fl-intervalli ta' bejn is-sessjonijiet parzjali.
1. mhux inqas minn għaxar Membri minn mhux inqas minn tliet gruppi politiċi jistgħu jippreżentaw dikjarazzjoni bil-miktub ta' mhux iżjed minn 200 kelma li jkollha x'taqsam esklussivament ma' kwistjoni li taqa' taħt il-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea. Il-kontenut ta' dikjarazzjoni bħal din ma jistax imurlil hinn mill-forma ta' dikjarazzjoniB'mod partikolari, dan il-konteut jista' ma jitlobx azzjoni leġiżlattiva, ikun fih kwalunkwe deċiżjoni dwar kwistjonijiet li għalihom ġew stabbiliti proċeduri u kompetenzi speċifiċi f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura jew jindirizza s-suġġett ta' proċedimenti li għaddejjin fil-Parlament.
1a.  L-awtorizzazzjoni biex jitkompla l-proċess għandha tkun soġġetta għal deċiżjoni raġunata mill-President skont il-paragrafu 1 fi kwalunkwe każ partikolari. Id-dikjarazzjonijiet bil-miktub għandhom ikunu ppubblikati bil-lingwi uffiċjali fuq is-sit web tal-Parlament u mqassma elettronikament lill-Membri kollha. Dawn għandhom jiddaħħlu f'reġistru elettroniku flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji. Dan ir-reġistru għandu jkun pubbliku u għandu jkun aċċessibbli permezz tas-sit web tal-Parlament. Kopji stampati tad-dikjarazzjonijiet bil-miktub iffirmati għandhom jinżammu wkoll mill-President.
Emenda 2
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 123 – paragrafu 2
2.  Kull Membru jista' jżid il-firma tiegħu ma' dikjarazzjoni inkluża fir-reġistru.
2.  Kull Membru jista' jżid il-firma tiegħu ma' dikjarazzjoni inkluża fir-reġistru elettroniku. Il-firma tista' tiġi rtirata fi kwalunkwe mument qabel tmiem il-perjodu ta' tliet xhur mid-dħul tad-dikjarazzjoni fir-reġistru. F’każ ta' rtirar bħala dan, il-Membru kkonċernat ma għandux jitħalla jerġa’ jiffirma d-dikjarazzjoni.
Emenda 7
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 123 – paragrafu 3
3.  Meta dikjarazzjoni tkun iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, il-President għandu jgħarraf b'dan lill-Parlament u jippubblika l-ismijiet tal-firmatarji fil-minuti u d-dikjarazzjoni bħala test adottat.
3.  Meta, wara perjodu ta’ tliet xhur minn meta tkun iddaħħlet fir-reġistru, dikjarazzjoni tkun iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, il-President għandu jgħarraf b'dan lill-Parlament. Bla ma torbot lill-Parlament, id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppubblikata fil-minuti bl-ismijiet tal-firmatarji tagħha.
Emenda 4
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 123 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Fejn l-istituzzjonijiet li lilhom tkun ġiet indirizzata d-dikjarazzjoni adottata ma jgħarrfux lill-Parlament dwar is-segwitu maħsub fi żmien tliet xhur minn meta jirċevuha, il-kwistjoni għandha, fuq talba ta’ wieħed mill-awturi tad-dikjarazzjoni, titpoġġa fuq l-aġenda ta’ laqgħa sussegwenti tal-kumitat responsabbli.
Emenda 5
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 123 – paragrafu 5
5.  Dikjarazzjoni bil-miktub li tkun ilha fir-reġistru għal aktar minn tliet xhur u li ma tkunx ġiet iffirmata minn mhux inqas minn nofs il-Membri kollha tal-Parlament għandha taqa'.
5.  Dikjarazzjoni bil-miktub li tkun ilha fir-reġistru għal aktar minn tliet xhur u ma tkunx iffirmata minn mhux inqas minn nofs il-Membri kollha tal-Parlament għandha taqa', mingħajr il-possibbiltà li l-perjodu ta' tliet xhur ikun imtawwal.
Avviż legali - Politika tal-privatezza