Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2012 - Strasburgu
Ħatra ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri (Iliana Ivanova - Bulgarija)
 Rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar is-67 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti
 Skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati ***I
 It-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro ***I
 Dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro ***I
 Twessigħ tal-ambitu ġeografiku tal-ħidma tal-BERŻ għar-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran ***I
 Perspettivi finanzjarji multiannwali u riżorsi proprji
 Negozjati kummerċjali tal-UE mal-Ġappun
 Il-Ginea Bissaw
 Is-Sudan u s-Sudan t'Isfel
 Ftehim kummerċjali tal-UE mal-Kolombja u l-Perù
 Ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem
 In-negozjati dwar it-Trattat tan-NU dwar il-Kummerċ tal-Armi
 Segwitu tal-elezzjonijiet fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Ħatra ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri (Iliana Ivanova - Bulgarija)
PDF 195kWORD 31k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-ħatra proposta ta' Iliana Ivanova bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0111/2012 – 2012/0803(NLE))
P7_TA(2012)0239A7-0188/2012

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0111/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0188/2012),

A.  billi l-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

B.  billi waqt il-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Ġunju 2012, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri,

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Iliana Ivanova bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.


Rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar is-67 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti
PDF 426kWORD 113k
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar is-67 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (2012/2036(INI))
P7_TA(2012)0240A7-0186/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 21 u 34 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill minn Alexander Graf Lambsdorff f'isem il-Grupp ALDE dwar is-67 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AĠNU) (B7-0132/2012),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar is-66 Sessjoni tal-AĠNU(1), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar l-UE bħala attur globali: ir-rwol tagħha f'organizzazzjonijiet multilaterali(2)

–  wara li kkunsidra l-prijoritajiet tal-UE għas-66 Sessjoni tal-AĠNU, kif adottati mill-Kunsill fil-10 ta' Ġunju 2011(3),

–  wara li kkunsidra s-66 Sessjoni tal-AĠNU , b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tal-korp dwar “In-Nazzjonijiet Uniti fil-governanza dinjija”(4), “Il-promozzjoni tal-effiċjenza, ir-responsabbiltà, l-effettività u t-trasparenza tal-amministrazzjoni pubblika billi jissaħħu l-istituzzjonijiet supremi tal-verifika”(5), “Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Għarbija Sirjana” (6), “L-għoti ta' setgħa u l-iżvilupp tal-persuni”(7), “Lejn sħubiji dinjija”(8), “Kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar”(9), “Ir-rwol tan-Nazzjonijiet Uniti fil-promozzjoni tal-iżvilupp fil-kuntest tal-globalizzazzjoni u l-interdipendenza”(10), “It-tisħiħ tar-rwol tan-Nazzjonijiet Uniti fit-titjib ta' elezzjonijiet perjodiċi u ġenwini u l-promozzjoni tad-demokratizzazzjoni”(11), “Rapport tal-Konferenza dwar id-Diżarm”(12), “Promozzjoni ta' ordni internazzjonali demokratiku u ekwu”(13), u “In-natura universali, indiviżibbli, interrelatata, interdipendenti u ta' tisħiħ reċiproku tad-drittijiet umani u l-libertajiet fundamentali kollha”(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-AĠNU tad-19 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-intolleranza, l-isterjotipar negattiv, l-istigmatizzazzjoni, id-diskriminazzjoni, l-inċitament għall-vjolenza u vjolenza kontra persuni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-AĠNU tat-3 ta' Mejju 2011 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fix-xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti(16),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-AĠNU tal-31 ta' Marzu 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda 21, il-Programm għal Aktar Implimentazzjoni tal-Aġenda 21 u r-riżultati tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli(17),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000, li fasslet l-Għanijiet ta' żvilupp tal-Millennju (MDGs) bħala għanijiet stabbiliti b'mod konġunt mill-komunità internazzjonali biex jinqered il-faqar,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Settembru 2003 dwar “L-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti: l-għażla tal-multilateraliżmu” (COM(2003)0526),

–  wara li kkunsidra r-rimarki tal-President tal-Kunsill Ewropew wara l-laqgħa tiegħu mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (SĠNU) fis-16 ta' April 2012,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Parlament fuq id-19-il Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet Umani tan-NU (UNHRC)(18),

–  wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2011 dwar appoġġ tal-UE għall-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC): naffaċċjaw l-isfidi u negħlbu d-diffikultajiet(19),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni(20),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-futur tas-sħubija strateġika bejn l-UE u l-Afrika wara t-tielet Samit bejn l-UE u l-Afrika(21),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar l-10 anniversarju tar-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà(22),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Novembru 2010 dwar il-Kooperazzjoni ċivili-militari u l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ċivili-militari(23),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2005 dwar ir-riforma tan-Nazzjonijiet Uniti(24),

–  wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni konġunta tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitat dwar id-Drittijiet Umani tas-66 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, tat-28 u d-29 ta' Novembru 2011,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 121(3) u 97 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0186/2012),

A.  billi l-valuri u n-normi internazzjonali komuni jimmiraw li jiżguraw il-paċi, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà u l-prosperità fid-dinja, u li jaqsmu l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni fost kulħadd fuq bażi aktar ġusta;

B.  billi n-NU hija fil-qalba tal-governanza dinjija, filwaqt li fl-istess ħin qed tmexxi r-riformi tagħha stess sabiex iżżid it-trasparenza, l-effettività u l-effiċjenza;

C.  billi hemm ħtieġa li dejjem qed tikber għal regoli komuni u mekkaniżmi ta' teħid ta' deċiżjonijiet sabiex ikunu indirizzati b'mod konġunt sfidi globali emerġenti u l-impatt negattiv tal-kriżi ekonomika dinjija;

D.  billi l-UE teħtieġ li ssaħħaħ il-koeżjoni tagħha sabiex tibqa' attur ewlieni f'dinja dejjem aktar multipolari li teħtieġ azzjoni konġunta globali; billi l-Istati Membri tal-UE huma obbligati permezz tat-trattati li jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom f'organizzazzjonijiet internazzjonali u f'konferenzi internazzjonali;

E.  billi l-UE hija impenjata għal multilateraliżmu effettiv b'NU b'saħħitha fil-qalba tagħha, minħabba li dan huwa essenzjali sabiex jindirizza sfidi globali;

F.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha huma l-akbar kontributuri finanzjarji tas-sistema tan-NU; billi l-UE-27 tiffinanzja 39 % tal-baġit regolari tan-NU u aktar minn 40 % tal-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi tan-NU;

G.  billi sħubija bejn l-UE u n-NU soda u stabbli hija fundamentali għax-xogħol tan-NU taħt it-tliet pilastri – paċi u sigurtà, drittijiet umani u żvilupp – u hija importanti ħafna wkoll għar-rwol tal-UE bħala attur globali;

H.  billi l-UE u n-NU huma sħab naturali fil-konsolidazzjoni tal-paċi u l-bini tal-istat, u flimkien jipprovdu qafas għal sforzi għall-konsolidazzjoni tal-paċi u l-bini tal-stat kollettivi;

I.  billi d-drittijiet umani u d-demokrazija huma valuri bażiċi tal-UE u prinċipji u objettivi tal-azzjoni esterna Ewropea, inkluż il-kummerċ internazzjonali; billi r-rispett, il-promozzjoni u s-salvagwardja tal-universalità tad-drittijiet tal-bniedem huma pedamenti tal-unità u l-integrità Ewropea;

J.  billi l-ġustizzja u l-istat tad-dritt huma pilastri tal-paċi sostenibbli, li jiggarantixxu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; billi l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) jagħti kontribut deċiziv għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, għal-liġi internazzjonali u għall-ġlieda kontra l-impunità;

K.  billi l-pajjiżi kollha u ċ-ċittadini kollha, kif ukoll il-komunità internazzjonali stess, jibbenefikaw minn appoġġ kontinwu għal proċessi demokratiċi; billi qed jikkonfrontaw l-isfidi ta' bini, restawr u preservazzjoni tad-demokraziji;

1.  Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill:

  

L-UE fin-NU

   (a) biex jikkoordina kemm jista' jkun, biex jagħti pożizzjonijiet unifikati u jsaħħaħ il-koerenza u l-viżibbiltà tal-UE bħala attur globali fin-NU; biex jilħaq l-aspettattivi tal-membri tan-NU rigward l-abbiltà tal-UE li taġixxi u tagħti riżultati f'waqthom; biex jadotta approċċ wiesa' u flessibbli fir-rigward tal-pożizzjonijiet fuq il-livell tal-NU dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) sabiex l-UE tingħata l-kapaċità li taġixxi b'mod rapidu u komprensiv fuq kwistjonijiet relatati mal-PESK;
   (b) biex iżid il-kontribuzzjoni tiegħu għax-xogħol tan-NU billi tintlaħaq interpretazzjoni komuni tar-riżoluzzjoni AĠNU dwar il-modi tal-parteċipazzjoni tal-UE fix-xogħol tal-AĠNU u billi jaħdem ma' sħab lejn l-implimentazzjoni bis-sħiħ tagħha; biex jippreżenta rapport lill-Parlament dwar l-applikazzjoni tagħha fil-prattika;
   (c) biex jaħdem ma' Stati Membri tal-UE bl-għan li jtejjeb il-koordinazzjoni, it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni fil-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) u d-difiża tal-pożizzjonijiet u l-interessi tal-UE fil-KSNU minn dawk l-Istati Membri li huma membri ta' dak il-korp, jew, alternattivament, minn rappreżentant tal-UE fuq l-istedina tal-President; biex isaħħaħ l-impatt tal-UE fuq deċiżjonijiet tal-KSNU u biex jgħolli l-profil tal-UE fin-NU dwar kwistjonijiet kruċjali tal-KSNU;
   (d) biex jiżgura rappreżentazzjoni b'saħħitha tal-UE fl-istituzzjonijiet tan-NU u aġenziji speċjalizzati kollha;
   (e) biex jiżviluppa strateġija fit-tul li timmira lejn sħubija fin-NU u biex ifittex diplomazija pubblika aktar b'saħħitha dwar l-affarijiet tan-NU;
  

L-UE u l-governanza globali

   (f) biex imexxi “l quddiem multilateraliżmu effettiv bħala t-tħassib strateġiku prinċipali tal-UE, billi jtejjeb ir-rappreżentanza, it-trasparenza, ir-responsabbiltà, l-effiċjenza u l-effettività tan-NU, bl-għan li tittejjeb il-prestazzjoni tagħha fil-post; biex ifakkar il-ħtieġa li jintlaħaq bilanċ istituzzjonali bejn ir-rwol emerġenti tal-G-20, in-NU u l-aġenziji u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFI) tagħha; f'dan ir-rigward, biex itejjeb il-governanza globali u biex ifittex soluzzjonijiet bil-ħsieb li tittejjeb dejjem iktar il-koordinazzjoni bejn il-”G-formations' u s-sistema tan-NU, sakemm id-dimensjoni ekonomika tista' tkun koperta b'mod utli minn dawn il-gruppi, dejjem jekk in-NU iżżomm ir-rwol ċentrali tagħha u tibqa' l-korp leġittimu għall-azzjoni globali;
   (g) biex jinvolvi ruħu b'mod aktar attiv ma' sħab strateġiċi u sħab bilaterali u multilaterali oħra, speċjalment l-Istati Uniti, sabiex jippromwovi soluzzjonijiet effettivi għal problemi li jaffettwaw kemm iċ-ċittadini tal-UE kif ukoll id-dinja f'sens ġenerali, inklużi dawk l-aktar fqar u vulnerabbli;
   (h) biex jappoġġja attivament riforma komprensiva tal-KSNU sabiex tissaħħaħ il-leġittimità, ir-rappreżentanza reġjonali u l-effettività tiegħu; biex ifakkar li l-għan li jkun hemm kwartieri tal-UE f'KSNU jibqa' għan ċentrali u fit-tul tal-Unjoni Ewropea; biex jitlob lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President (RGħ/VP) jiżviluppa pożizzjoni komuni tal-Istati Membri għal dan il-fini; biex jikseb dak il-għan fil-futur, biex jaħdem fuq koordinazzjoni minn qabel ta' pożizzjonijiet fil-Kunsill tal-UE dwar l-introduzzjoni ta' membri ġodda tal-KSNU u dwar ir-riforma tal-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fil-KSNU;
   (i) biex jinvolvi aktar ruħu fir-riflessjoni mibdija fl-AĠNU fuq ir-rwol tan-NU fil-governanza dinjija, bl-għan li jittejbu t-trasparenza u l-kooperazzjoni: biex jippromwovi kooperazzjoni akbar bejn l-UE u l-AĠNU;
   (j) biex jgħin biex l-AĠNU tingħata ħajja ġdida, inter alia billi jappoġġja x-xogħol tal-Grupp ta' Ħidma Ad Hoc, billi jiffaċilita dibattiti tematiċi aktar profondi u mmirati lejn ir-riżultati fuq kwistjonijiet topiċi importanti, u permezz ta' involviment aktar mill-qrib tal-AĠNU ma' partijiet interessati oħra, inklużi s-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet u forums internazzjonali u reġjonali oħra; biex jenfasizza l-ħtieġa għal aktar simplifikazzjoni tal-aġendi tal-AĠNU u l-kumitati ewlenin tagħha; biex jenfasizza l-fatt li r-rivitalizzazzjoni tista' tkun żgurata biss jekk l-AĠNU tieħu azzjoni rilevanti u xierqa fuq kwistjonijiet ta' tħassib komuni għall-komunità internazzjonali;
   (k) biex jikkonferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jiżgura li r-riżorsi finanzjarji tan-NU jkunu ġestiti b'mod effiċjenti u effettiv, skont il-prinċipji ta' dixxiplina baġitarja u koerenza, f'konformità mal-ogħla standards internazzjonali;
  

Paċi u Sigurtà

  

Żamma tal-paċi u konsolidazzjoni tal-paċi

   (l) biex isaħħaħ is-sħubija operazzjonali u biex jippromwovi l-koerenza u l-effettività strateġika tal-isforzi kollettivi għall-konsolidazzjoni tal-paċi, inter alia permezz tax-xogħol tal-Kumitat Speċjali dwar l-Operazzjonijiet għaż-żamma tal-Paċi;
   (m) biex imexxi “l quddiem il-kooperazzjoni u jibni sħubiji fil-qasam tal-prevenzjoni ta' konflitti u l-ġestjoni ta' kriżijiet ċivili u militari man-NU, l-OSKE, l-Unjoni Afrikana (UA), il-Lega Għarbija u organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali oħra, kif ukoll mas-soċjetà ċivili; biex itejjeb il-kapaċitajiet tal-konsolidazzjoni tal-paċi tal-organizzazzjonijiet reġjonali, inter alia permezz tas-sħubiji bejn tlieta, proposti, UE-NU-UA u UE-NU-ECOWAS;
   (n) biex jippromwovi l-kollaborazzjoni ta' atturi differenti fl-arkitettura tal-konsolidazzjoni tal-paċi, b'mod partikolari s-Segretarjat tan-NU, il-KSNU, l-AĠNU, u l-Istati Membri tan-NU involuti f'missjonijiet ta' konsolidazzjoni tal-paċi; biex ikompli bl-isforzi tiegħu biex jiżgura li l-Istati Membri tal-UE jikkontribwixxu għall-missjonijiet ta' paċi tan-NU b'kapaċitajiet speċjali, bħal trasport u loġistika, u taħriġ; biex jikkunsidra l-għażla li jniedi operazzjoni militari taħt il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK), inkluż l-iskjerament possibbli ta' grupp tattiku biex jiġi qabel missjoni ta' paċi tan-NU jekk mitlub min-NU, waqt li jagħti attenzjoni speċjali lejn il-protezzjoni tal-membri kollha tal-missjonijiet għaż-żamma tal-paċi u ta' kwalunkwe grupp tattiku; biex jappoġġja l-iżvilupp tal-kapaċità tal-prevenzjoni u tal-immaniġġjar ta' konflitti kif ukoll tal-medjazzjoni, iż-żamma tal-paċi u l-konsolidazzjoni tal-paċi fuq livelli nazzjonali u sottonazzjonali; biex jippromwovi l-iskambju tan-”know-how' u prattiki tajba fost is-sħab;
   (o) biex jipprovdi appoġġ għall-Eżami tal-Kapaċità Ċivili tan-NU fl-identifikazzjoni ta' modi prattiċi għat-tqabbil tad-domanda mal-provvista f'oqsma ta' kapaċità ċivili kritiċi; biex iħaffef ir-reklutaġġ, jelimina inkompatibilitajiet operattivi u jevita d-duplikazzjoni meta jiġu skjerati kapaċitajiet ċivili tal-PSDK b'appoġġ tal-azzjonijiet tan-NU; biex jesplora għażliet għal skjerament konġunt ta' timijiet għar-reazzjoni għall-kriżijiet fi ħdan operazzjoni tan-NU f'każijiet fejn ikunu meħtieġa kapaċitajiet ta' skjerament mgħaġġel;
   (p) biex jiżgura l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-istadji kollha tal-proċessi tal-paċi u biex jinvolvihom b'mod sistematiku fid-diplomazija preventiva, it-twissija bikrija u l-monitoraġġ tas-sigurtà; biex jiffoka, bi qbil mar-Riżoluzzjoni 1325(2000) tal-KSNU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, fuq il-ħtieġa li jiġu ssimplifikati l-perspettivi tal-ġeneru fil-prevenzjoni tal-kunflitt, iż-żamma tal-paċi, l-operazzjonijiet, l-assistenza umanitarja, ir-rikostruzzjoni wara l-kunflitt u inizjattivi DDR(25) ; biex jaħdem b'mod attiv biex jiżgura l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1325 tal-KSNU mill-istati membri kollha tan-NU;
   (q) biex jikkoopera man-NU biex jindirizzaw it-theddidiet globali attwali bħat-tibdil fil-klima, il-proliferazzjoni ta' armi nukleari, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, u l-pandemiji;
   (r) biex jikkontribwixxi għar-riżultat ta' suċċess u s-segwitu tal-Konferenza tan-NU dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi tal-2012 u tal-Konferenza għar-Reviżjoni tal-Programm ta' Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Armi Ħfief u ta' Kalibru żgħir tal-2012;
  

Responsabbiltà għall-Protezzjoni (R2P)

   (s) biex jassissti l-istati biex iwettqu r-responsabbiltà tagħhom li jħarsu l-popli tagħhom; jenfasizza l-bżonn għal azzjoni internazzjonali f'waqtha u adegwata għall-prevenzjoni u t-twaqqif tal-ġenoċidju, tindif etniku, reati tal-gwerra u reati kontra l-umanità;
   (t) biex jiġġenera aktar progress politiku u internazzjonali fl-implimentazzjoni tal-kunċett R2P f'korpi tan-NU, b'mod partikolari fil-KSNU, l-AĠNU u l-UNHRC, billi jasal għal konklużjonijiet u jitgħallem kemm mill-intervent fil-Libya kif ukoll mill-inabbiltà li tittieħed azzjoni rapida fil-każ tas-Sirja; biex jiffaċilita d-dibattitu dwar kif il-korpi tan-NU, b'mod partikolari l-KSNU, jistgħu jużaw dan il-kunċett biex jiżguraw kooperazzjoni akbar bejn l-istati membri tan-NU waqt kriżijiet; biex imexxi “l quddiem ir-rwol pożittiv tal-organizzazzjonijiet reġjonali, fl-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' approċċ operazzjonali għar-R2P;
   (u) jaħdmu mas-sħab biex jiżguraw li dan il-kunċett jiffoka fuq il-prevenzjoni, il-protezzjoni u r-rikostruzzjoni wara kunflitt, bi qbil mal-diviżjoni bejn tliet partijiet tar-R2P fir-rigward tar-responsabbiltà li tipprevjeni, li tipproteġi u li tibni mill-ġdid; biex jgħin lill-Istati fil-bini tal-kapaċitajiet għal dan il-fini, inter alia billi isaħħaħ il-mekkaniżmi ta' twissija bikrija u l-kapaċitajiet relevanti ta' medjazzjoni tan-NU; biex iħeġġeġ, b'kooperazjoni mal-istati membri tan-NU, l-istabbiliment ta' punti fokali biex jiġu ssorveljati sitwazzjonijiet ta' konflitt emerġenti, u biex jibni kapaċitajiet rilevanti f'delegazzjonijiet tal-UE;
   (v) jerġgħu jikkonfermaw bil-qawwi l-impenn tal-UE għall-kunċett ta' R2P u biex jagħtu bidu għall-iżvilupp ta' konsensus interistituzzjonali dwar R2P bejn il-Parlament Ewropew, l-SEAE u l-Istati Membri tal-UE li jista” jiżgura azzjoni tal-UE aktar konsistenti fir-rigward ta' kwestjonijiet bħal dawn fil-forums tan-NU;
  

Medjazzjoni

   (w) biex jippromwovi medjazzjoni bħala għodda kosteffettiva fil-prevenzjoni u s-soluzzjoni tat-tilwim, kif ukoll fil-prevenzjoni ta' pajjiżi li għadhom kemm ħarġu minn konflitt milli jerġgħu jispiċċaw f'konflitt; biex jiżviluppa linji gwida ta' medjazzjoni aktar effettivi fil-qasam tar-regola tal-liġi u r-responsabbiltà demokratika;
   (x) biex jagħti prijorità u jiżviluppa l-implimentazzjoni ta' dan l-istrument kif ukoll biex jiżviluppa l-kapaċitajiet ta' medjazzjoni fis-SEAE, abbażi tal-Kunċett ta' Tisħiħ tal-Medjazzjoni u l-Kapaċitajiet ta' Djalogu tal-UE;
   (y) biex jikkoopera mill-qrib man-NU u ma' atturi oħra fil-medjazzjoni; biex jistinka ħalli jintlaħqu sinerġiji fl-attivitajiet ta' medjazzjoni mad-Dipartiment għall-Affarijiet Politiċi tan-NU (DPA); biex imexxi “l quddiem sħubijiet u kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u sottoreġjonali u n-NU, u bejn is-soċjetà ċivili, pereżempju, permezz ta' sħubija konġunta bejn l-UE u n-NU dwar il-kapaċitajiet ta' medjazzjoni; biex itejjeb il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni sabiex jiżgura l-koerenza u l-kumplimentarjetà tal-isforzi tal-atturi involuti f'medjazzjoni speċifika;
  

Ġustizzja Internazzjonali

   (z) biex issaħħaħ is-sistema tal-ġustizzja kriminali internazzjonali; jenfasizza l-irwol tal-ICC fil-ġlieda kontra l-impunità u barra minn hekk biex jippromwovi l-ICC bħala l-uniku korp ġudizzjarju permanenti b'ġurisdizzjoni fuq individwi li nsatbu ħatja għal reati tal-gwerra, għal atti kriminali kontra l-unmanità u għall-ġenoċidju, meta l-qrati nazzjonali mhumiex kapaċi jew ma jixtiqux jagħmlu dan;
   (aa) biex isaħħaħ il-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) permezz ta' appoġġ politiku, diplomatiku, finanzjarju u loġistiku; biex iħeġġeġ l-istati membri tan-NU kollha jingħaqdu mal-Qorti billi jirratifikaw l-Istatut ta' Ruma; biex irawwem kooperazzjoni b'saħħitha bejn il-Qorti u n-NU u l-korpi u l-aġenziji tagħha;
  

Drittijiet tal-Bniedem

   (ab) biex isaħħaħ l-isforzi internazzjonali bl-għan li jiżgura li d-drittijiet tal-bniedem kollha li jaqgħu taħt il-konvenzjonijiet tan-NU jitqiesu bħala universali, indiviżibbli, interdipendenti u interrelatati; biex jgħin biex jissaħħew il-kapaċitajiet nazzjonali għall-ilħuq tal-obbligi internazzjonali rigward id-drittijiet tal-bniedem; f'dan ir-rigward, jenfasizza l-ħtieġa li jiżgura d-dritt għal-libertà tar-reliġjon u t-twemmin għal kulħadd;
   (ac) b'mod attiv jappoġġja l-inizjattiva mmexxija mill-Afrika u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa billi jaħdem lejn l-adozzjoni ta' riżoluzzjoni tal-UNGA fl-2012 bil-ħsieb li tiġi pprojbita mutilazzjoni tal-ġenitali femminili (FGM) madwar id-dinja; jitlob lill-HR/VP u lill-Kummissjoni jagħtu l-akbar prijorità għall-iżgurar tas-suċċess ta' dan il-proċess;
   (ad) barra minn hekk jippromwovi l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-aspetti kollha tax-xogħol tan-NU, filwaqt li jafferma mill-ġdid il-fatt li d-drittijiet tal-bniedem huma intrinsikament marbuta mal-għanijiet l-oħra tan-NU dwar is-sigurtà u l-iżvilupp;
   (ae) biex jipparteċipa b'mod proattiv fix-xogħol tal-UNHRC billi jisponsorja bis-sħab riżoluzzjonijiet riżoluzzjonijiet, joħroġ stqarrijiet u jipparteċipa fi djalogi u dibattiti interattivi sabiex jiżgura bilanċ aħjar fil-ħidma tal-UNHRC;
   (af) biex itejjeb il-kapaċità ta' twissija bikrija tal-Proċeduri Speċjali billi jipprovdi mekkaniżmu li jippermettilhom li awtomatikament jagħtu bidu għal kunsiderazzjoni ta' qagħda mill-UNHRC; biex isaħħaħ il-proċess ta' segwitu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Proċeduri Speċjali;
   (ag) biex ifittex li jsaħħaħ il-proċess ta' Eżami Perjodiku Universali (EPU) billi jagħmel rakkomandazzjonijiet fi djalogi bilaterali u multilaterali ma' stati membri tan-NU, u billi jibbaża dawn id-djalogi fuq u madwar normi u standards internazzjonali;
   (ah) biex ikompli l-isforzi tiegħu fil-AĠNU u l-kumitati tagħha fir-rigward tas-sejħa għal moratorju fl-użu tal-piena tal-mewt, li għadha tirċievi appoġġ dejjem ikbar minn numru ta' pajjiżi li qed jiżdied, u fir-rigward tad-drittijiet tat-tifel jew tifla, tal-midja ħielsa u t-tolleranza reliġjuża; biex jappoġġa l-isforzi kollha biex tinqered it-tortura; b' mod partikolari biex iħeġġeġ l-adozzjoni tal-Protokoll Fakultattiv tal-Konvenzjoni dwar it-Tortura tan-NU;
  

Appoġġ għad-demokrazija

   (ai) biex jgħin biex jiżgura sjieda tal-proċess demokratiku u l-iżvilupp ta' kultura ta' demokrazija u l-istat tad-dritt; biex jespandi l-appoġġ għad-demokrazija lil hinn mill-proċess ta' elezzjoni sabiex isostnih fit-tul u jkun kapaċi jagħti riżultati tanġibbli liċ-ċittadini; biex jiżgura inklużjoni akbar mill-parlamenti u partiti politiċi fi programmi li jappoġġaw id-demokrazija; biex jenfasizza l-importanza ta' NGOs indipendenti li jistgħu jiffunzjonaw liberament għall-iżvilupp ta' kultura ċivika qawwija;
   (aj) biex jiffoka fuq l-inklużjoni soċjali u ekonomika, il-proċessi ta' tranżizzjoni demokratika u politika/elettorali, il-bini ta' kapaċità, it-tisħiħ tas-soċjetà ċivili, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'demokrazija parlamentari u l-protezzjoni tal-libertà ta' espressjoni, libertà ta' kuxjenza u libertà tar-reliġjon u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa, inkluż f'termini tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja pubblika u soċjali, fl-livell kemm ta' prassi soċjali kif ukoll ta' leġiżlazzjoni;
   (ak) biex jintegra aħjar l-appoġġ għad-demokrazija fl-azzjoni esterna Ewropea; biex jappoġġaw il-governanza demokratika permezz tad-diversi strumenti finanzjarji tiegħu, billi juża ir-riżorsi tad-delegazzjonijiet tal-UE meta jkun possibbli; biex jaħdem globalment u lokalment man-NU u ma' sħab oħra sabiex isaħħaħ l-istat tad-dritt, iħeġġeġ il-midja indipendenti u jibni u jsaħħaħ l-istituzzjonijiet demokratiċi li jistgħu jagħtu riżultati tajbin;
   (al) biex jiżgura li l-mandati tal-missjonijiet taż-żamma tal-paċi jirriflettu l-bżonn għall-appoġġ ta' missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali u biex jipprovdihom il-mezzi meħtieġa biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-osservaturi fuq il-post;
  

Żvilupp

   (am) biex jintegra l-politiki tal-UE relatati mal-iżvilupp fuq kull livell, sabiex jiġu evitati kontradizzjonijiet bejn politiki li huma favur l-iżvilupp min-naħa waħda u ostakoli għall-iżvilupp tal-pajjiżi sħab fi ftehimiet u forums bilaterali, plurilaterali u multilaterali, min-naħa l-oħra; biex jagħti attenzjoni partikolari lid-drittijiet tal-bniedem u l-implikazzjonijiet tal-iżvilupp fi ftehimiet ta' kummerċ ħieles u waqt negozjati fil-livell tal-WTO;
   (an) biex ikompli jaħdem biex iċ-ċittadini jitqiegħdu fiċ-ċentru tal-proċess tal-iżvilupp; biex isegwi d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Dritt għall-Iżvilupp, billi jiffoka fuq passi prattiċi għall-implimentazzjoni tagħha;
   (ao) biex jiżgura li ma jitnaqqasx is-sehem globali tal-għajnuna Ewropea mgħotija permezz tal-baġit tal-UE u li din tibqa' ffukata fuq il-faqar u l-ġuħ; biex jikkunsidra li jiddedika 20 % mit-total tal-assistenza tal-UE lil servizzi soċjali bażiċi, kif definiti min-NU, b'enfasi partikolari fuq l-aċċess ħieles u universali għall-kura tas-saħħa primarja u l-edukazzjoni bażika, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-appoġġ tal-UE għall-inizjattiva “Edukazzjoni għall-Kulħadd”, u l-impenn tiegħu li jaqdi rwol fis-saħħa globali;
   (ap) biex jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koerenza politika fl-iżvilupp u biex itejjeb l-effettività tal-iżvilupp, minħabba li dawn jibqgħu kwistjonijiet ewlenin għall-kisba tal-MDGs;
   (aq) biex imexxi u jħaffef l-isforzi fin-NU biex jintlaħqu l-MDGs billi ssir enfasi partikolari fuq dawk l-għanijiet li s'issa l-inqas li sar progress fir-rigward tal-ilħuq tagħhom;
   (ar) filwaqt li jibqa' impenjat biex jeqred il-faqar b'kollaborazzjoni mal-komunità internazzjonali, biex jaħdem lejn definizzjoni tal-Aġenda MDG ambizzjuża għal wara l-2015, b'kunsiderazzjoni għall-progress li sar iżda wkoll għall-isfidi li għad iridu jiġu indirizzati;
   (as) biex ikompli jsegwi, u jaħdem lejn l-implimentazzjoni sħiħa tar-riżultat tal-Konferenza Rio+20 tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, inter alia billi jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli bħala l-prinċipju ta' gwida għal żvilupp globali fit-tul;
   (at) biex joħloq bord tan-NU ta' persuni eminenti;
   (au) biex isegwi b'mod attiv il-konklużjonijiet adottati f'Busan;
   (av) biex jagħti kontribut sinifikanti għall-ġlieda kontra l-ispekulazzjoni tal-ikel u għas-soluzzjoni tal-problema urġenti tal-faqar u l-ġuħ;
   (aw) biex jgħati prijorità lis-sigurtà tal-ikel, il-kapaċità produttiva fl-agrikoltura, l-infrastruttura, il-bini tal-kapaċità, it-tkabbir ekonomiku inklużiv, is-swieq favorevoli u n-negozji ġodda, l-aċċess għat-teknoloġiji, u l-iżvilupp uman u soċjali f'LDCs, skont il-Programm ta' Azzjoni ta' Istanbul u l-konklużjonijiet adottati fit-13-il sessjoni tal-UNCTAD f'Doha fis-26 ta' April 2012;
   (ax) biex itenni l-impenn tiegħu għall-prinċipji ta' Ruma dwar is-sigurtà tal-ikel; biex jiddeplora l-konsegwenzi tal-ispekulazzjoni fuq il-prodotti tal-ikel;
   (ay) biex iħeġġeġ il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-appoġġ tad-donaturi internazzjonali, sabiex jieħdu miżuri fuq perjodu ta'żmien twil biex jiżguraw li n-nixfa ma twassalx b'mod inevitabbli għall-ġuħ; biex jimplimentata strateġiji għat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri u sistemi ta' twissija bikrija;
   (az) biex jappoġġa bis-sħiħ ir-rwol ewlieni tan-NU, u partikolarment tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji;
   (ba) biex jafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE fuq perjodu ta'żmien twil għall-appoġġ tal-benesseri tan-nies fil-Qarn tal-Afrika u biex jiġu indirizzati l-fatturi li jikkawżaw in-nuqqas ta' sigurtà strutturali fil-qasam tal-ikel u l-konflitti;
  

It-tibdil fil-klima, il-protezzjoni u s-sostenibbiltà ambjentali globali

   (bb) biex jieħu l-inizjattiva fil-qasam tal-governanza globali fuq il-klima u l-kooperazzjoni internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima; biex jikkontribwixxi lejn arkitettura istituzzjonali li hija inklużiva, trasparenti u ekwitabbli li tipprovdi għal rappreżentazzjoni bbilanċjata ta' pajjżi kemm żviluppati kif ukoll dawk li qed jiżviluppaw tal-korpi governattivi relevanti; biex barra minn hekk ikompli jiżviluppa djalogu mal-atturi ewlenin, bħall-pajjiżi BRICS u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, peress li bidla fil-klima sar element ewlieni tar-relazzjonijiet internazzjonali; biex barra minn hekk ikompli jiżviluppa l-kapaċitajiet tas-SEAE biex ifassal politika ta' diplomazija tal-EU dwar il-klima;
   (bc) biex ikompli jagħti s-setgħa liċ-ċittadini fil-governanza ambjentali permezz tal-implimentazzjoni effettiva tal-Prinċipju 10 ta' Rio; biex f'dan ir-rigward, jespandi d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus lil hinn mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) permezz ta' konvenzjoni globali jew billi l-Konvenzjoni ta' Aarhus tinfetaħ għal partijiet barra min-NU/KEE; biex jippromwovi governanza mtejba fl-iżvilupp sostenibbli, inter alia billi jsaħħaħ il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP); biex b'mod attiv jikkoopera mas-sħab għal infurzar globali aktar b'saħħtu tal-liġijiet ambjentali;
   (bd) biex jagħti spinta lill-pożizzjoni konġunta tal-UA u l-UE favur l-aġġornament tal-UNEP għal aġenzija speċjalizzata tan-NU bil-kwartieri tagħha fin-Najrobi, il-Kenja; biex jindirizza, fi ħdan dan il-qafas istituzzjonali ġdid, il-kwistjonijiet ta' finanzjament, trasferiment ta' teknoloġija u l-bini tal-kapaċità għall-iżvilupp sostenibbli;
   (be) biex jappoġġja l-bijodiversità u l-protezzjoni tal-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw bi qbil mal-objettivi stabbiliti skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika; biex l-ibħra u l-oċeani jsiru wieħed mill-pilastri ewlenin tal-Qafas ta' Rio, flimkien mal-protezzjoni tal-klima u tal-bijodiversità;
   (bf) biex jappoġġa l-parteċipazzjoni attiva tal-Kummissjoni fid-dibattitu li għaddej dwar il-Lakuni fil-Protezzjoni u r-Rispons imnedi mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) bħala parti mid-Djalogu tal-2010 tal-Kummissarju Għoli dwar l-Isfidi fil-Protezzjoni, li huwa mmirat biex itejjeb il-protezzjoni internazzjonali eżistenti għal nies li ġew spostati b'mod sfurzat u li sfaw mingħajr stat; biex jipparteċipa attivament fid-dibattitu dwar it-terminu “rifuġjat minħabba t-tibdil fil-klima” (intiż biex jiddeskrivi nies li huma sfurzati li jitilqu mid-djar tagħhom u jfittxu rifuġju f'pajjiż ieħor bħala konsegwenza tat-tibdil fil-klima), inkluża definizzjoni legali possibli ta' dan it-terminu, li għad mhuwiex rikonoxxut fil-liġi internazzjonali jew fi ftehim internazzjonali li huwa legalment vinkolanti;
  

Kwistjonijiet varji

   (bg) biex jippromwovi l-interazzjoni fi kwistjonijiet globali bejn il-gvernijiet u l-parlamenti u jinkoraġġixxi dibattitu dwar ir-rwol globali tal-parlamenti; biex isaħħaħ in-natura demokratika, ir-responsabbiltà u t-trasparenza tal-governanza globali u jippermetti parteċipazzjoni pubblika u parlamentari akbar fl-attivitajiet tan-NU;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-RGħ/VP, lill-Kunsill u, għal finijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2011)0255.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0229.
(3) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 11298/2011.
(4) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/66/256 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(5) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/66/209 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(6) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/66/253 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(7) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/66/224 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(8) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/66/223 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(9) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/66/219 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(10) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/66/210 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(11) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/66/163 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(12) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/66/59 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(13) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/66/159 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(14) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/66/151 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(15) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/66/167 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(16) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/65/276 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(17) Ir-Riżoluzzjoni A/RES/64/236 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
(18) Testi adottati, P7_TA(2012)0058.
(19) Testi adottati, P7_TA(2011)0507.
(20) Testi adottati, P7_TA(2011)0334.
(21) Testi adottati, P7_TA(2010)0482.
(22) ĠU C 99E, 3.4.2012, p. 56.
(23) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 7.
(24) ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 549.
(25) Id-diżarm, id-demobilizzazzjoni, l-inklużjoni mill-ġdid u reintegrazzjoni.


Skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati ***I
PDF 287kWORD 46k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (COM(2011)0241 – C7-0116/2011 – 2011/0117(COD))
P7_TA(2012)0241A7-0054/2012
RETTIFIKI

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0241),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0116/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenji meħuda mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta' Ġunju 2012, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0054/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Ġunju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li tħassar ir-Regolament tal-Kunsil (KE) Nru 732/2008

P7_TC1-COD(2011)0117


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 978/2012.)


It-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro ***I
PDF 711kWORD 323k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro (COM(2011)0819 – C7-0449/2011 – 2011/0385(COD))(1)
P7_TA(2012)0242A7-0172/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Il-kriżi globali mingħajr preċedenti li laqtet lid-dinja tul l-aħħar tliet snin iddanneġġat gravement it-tkabbir ekonomiku u l-istabilità finanzjarja u pprovokat deterjorament qawwi fid-defiċit tal-gvern u l-pożizzjoni tad-dejn tal-Istati Membri, li wasslet lil uħud minnhom biex ifittxu assistenza finanzjarja barra l-qafas tal-Unjoni.
(1)  Il-kriżi globali mingħajr preċedenti li laqtet lid-dinja sa mill-2007 iddanneġġat gravement it-tkabbir ekonomiku u l-istabilità finanzjarja u pprovokat deterjorament qawwi fid-defiċit tal-gvern u l-pożizzjoni tad-dejn tal-Istati Membri, li wasslet lil uħud minnhom biex ifittxu assistenza finanzjarja barra u fi ħdan il-qafas tal-Unjoni.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  L-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li, meta tkun qed tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tikkunsidra r-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' okkupazzjoni, il-garanzija ta' ħarsien soċjali adegwat, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Il-konsistenza sħiħa bejn il-qafas ta' sorveljanza multilaterali tal-Unjoni stabilit mit-Trattat u l-kundizzjonijiet ta' politika possibbli marbuta ma' din l-assistenza finanzjarja għandhom jissejsu fid-dritt tal-Unjoni. L-integrazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro teħtieġ rinfurzar tas-sorveljanza biex jiġi pprevenut il-kontaġju minn Stat Membru li jesperjenza diffikultajiet fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tiegħu għall-bqija taż-żona tal-euro.
(2)  Il-konsistenza sħiħa bejn il-qafas ta' sorveljanza multilaterali tal-Unjoni stabilit mit-Trattat u l-kundizzjonijiet ta' politika possibbli marbuta ma' din l-assistenza finanzjarja għandhom jissejsu fid-dritt tal-Unjoni. L-integrazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-Istati Membri kollha, partikolarment ta' dawk li l-munita tagħhom tkun l-euro, teħtieġ tisħiħ tas-sorveljanza biex jiġi pprevenut il-kontaġju minn Stat Membru li jesperjenza diffikultajiet fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tiegħu għall-bqija taż-żona tal-euro u, b'mod iktar ġenerali, għall-Unjoni b'mod ġenerali.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  L-intensità tas-sorveljanza ekonomika u fiskali għanda tikkommensura mal-gravità tad-diffikultajiet finanzjarji eventwali u għandha tqis in-natura tal-assitenza finanzjarja rċevuta, li tista' tkun minn sempliċiment sostenn prekawzjonarju msejjes fuq kundizzjonijiet għall-eliġibilità sa programm ta' aġġustament makroekonomiku sħiħ, li jinvolvi kundizzjonalità stretta ta' politika.
(3)  L-intensità tas-sorveljanza ekonomika u fiskali għanda tikkommensura mal-gravità tad-diffikultajiet finanzjarji eventwali u b'mod proporzjonat għaliha u għandha tqis in-natura tal-assitenza finanzjarja rċevuta, li tista' tkun minn sempliċiment sostenn prekawzjonarju msejjes fuq kundizzjonijiet għall-eliġibilità sa programm ta' aġġustament makroekonomiku sħiħ, li jinvolvi kundizzjonalità stretta ta' politika. Kwalunkwe programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu jqis il-programm ta' riforma nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat fil-kuntest tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro għandu jkun soġġett għal sorveljanza msaħħa meta jesperjenza - jew jissogra li jesperjenza - taqlib finanzjarju sever, bil-ħsieb li jiġi żgurat treġġigħ lura malajr għan-normalità u li jiġu protetti l-Istati Membri l-oħra taż-żona tal-euro kontra effetti negattivi possibbli minħabba t-tifrix. Din is-sorveljanza msaħħa għandha tinkludi aċċess usa' għall-informazzjoni meħtieġa għal monitoraġġ metikoluż tas-sitwazzjoni ekonomika, fiskali u finanzjarja u rapportar regolari lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF)jew kwalunkwe sottokumitat li jista' jinħatar mill-KEF għal dak l-iskop. L-istess modalitajiet ta' sorveljanza għandhom japplikaw għall-Istati Membri li jitolbu assistenza prekawzjonarja mill-Faċilità Ewropew ta' Stabilità Finanzjarja (FESF), il-Mekkaniżmu ta' Stabilità Finanzjarja (MES), il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) jew istitutuzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra.
(4)  Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro għandu jkun soġġett għal sorveljanza msaħħa meta jesperjenza - jew jissogra li jesperjenza - taqlib finanzjarju sever, bil-ħsieb li jiġi żgurat treġġigħ lura malajr għan-normalità u li jiġu protetti l-Istati Membri l-oħra taż-żona tal-euro kontra effetti negattivi possibbli minħabba t-tifrix. Din is-sorveljanza msaħħa għandha tkun proporzjonata għall-gravità tal-problemi u għandha tiġi ggradata skont dan. Għandha tinkludi aċċess usa' għall-informazzjoni meħtieġa għal monitoraġġ metikoluż tas-sitwazzjoni ekonomika, fiskali u finanzjarja u rapportar regolari lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew kif ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF) jew lil kwalunkwe sottokumitat li jista' jinħatar mill-KEF għal dak l-iskop. L-istess modalitajiet ta' sorveljanza għandhom japplikaw għall-Istati Membri li jitolbu assistenza prekawzjonarja mill-Faċilità Ewropew ta' Stabilità Finanzjarja (FESF), il-Mekkaniżmu ta' Stabilità Finanzjarja (MES), il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) jew istitutuzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Stat Membru soġġett għal sorveljanza msaħħa għandu jadotta wkoll miżuri bl-għan li jindirizza s-sorsi jew is-sorsi potenzjali tad-diffikultajiet tiegħu. Għal dak l-għan, għandhom jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet kollha indirizzati lilu matul proċedura ta' żbilanċ eċċessiv jew fi proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku eċċessiv.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Is-sorveljanza tas-sitwazzjoni ekonomika u fiskali għandha tiġu rinfurzata sew għall-Istati Membri fi programm ta' aġġustament makroekonomiku. Minħabba n-natura komprensiva ta' dan tal-aħħar, il-proċessi l-oħra ta' sorveljanza ekonomika u fiskali għandhom jiġu sospiżi matul il-programm ta' aġġustament makroekonomiku, bil-ħsieb li tiġi evitata dupplikazzjoni tal-obbligi ta' rapportar.
(5)  Is-sorveljanza tas-sitwazzjoni ekonomika u fiskali għandha tiġu rinfurzata sew għall-Istati Membri fi programm ta' aġġustament makroekonomiku. Minħabba n-natura komprensiva ta' dan tal-aħħar, il-proċessi l-oħra ta' sorveljanza ekonomika u fiskali għandhom jiġu sospiżi jew, meta jkun xieraq, simplifikati matul il-programm ta' aġġustament makroekonomiku, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza tas-sorveljanza tal-politika ekonomika u tiġi evitata dupplikazzjoni tal-obbligi ta' rapportar. Madankollu, meta jkun qed jitħejja l-programm ta' aġġustament makroekonomiku, għandhom jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet kollha li ġew indirizzati lill-Istat Membru matul proċedura ta' żbilanċ eċċessiv jew fi proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku eċċessiv.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea1, il-moviment liberu tal-kapital, bħala prinċipju fundamentali tat-TFUE, jista' jiġi limitat b'regolament nazzjonali jekk dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika. Raġunijiet ta' sigurtà pubblika jistgħu jinkludu l-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali, b'mod partikolari għall-Istati Membri li jkunu qed jesperjenzaw diffikultajiet serji jew li jkunu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro.
1Ara l-Kawżi C-463/00 u C-174/04.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 5b (ġdida)
(5b)  Tali evażjoni fiskali tirrappreżenta nuqqas ta' dħul, li jista' jkun ugwali jew saħansitra superjuri għall-ammont tal-għajnuna finanzjarja minn Stat Membru jew minn diversi Stati Membri, l-FMI, l-FESF, l-MESF, jew l-MES, u l-ewwel u qabel kollox hija r-riżultat tal-implimentazzjoni difettuża tal-politika nazzjonali fiskali.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 5c (ġdida)
(5c)  Fuq talba tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill jista' jawtorizza restrizzjonijiet li jikkonċernaw pajjiżi terzi responsabbli għal movimenti ta' kapital perikoluż għall-funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja, skont l-Artikolu 66 TFUE.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  L-Istati Membri, bi qbil mar-regoli u l-prattiki nazzjonali attwali, għandhom jinvolvu s-sħab soċjali kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi ta' assistenza teknika.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Id-deċiżjoni dwar in-nonkonformità ta' Stat Membru mal-programm ta' aġġustament tiegħu tkun tinvolvi wkoll sospensjoni tal-pagamenti jew l-impenji tal-fondi tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) Nru°XXX li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd koperti mill-qafas strateġiku komuni u li jistipula d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru°1083/2006,
imħassar
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn il-protezzjoni ta' Stat Membru mill-volatilità tas-suq toffri riżultat fit-tul aħjar b'rabta mal-istabilizzazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika ta' dak l-Istat Membru u tal-kapaċità tiegħu li jħallas id-dejn tiegħu. F'każijiet bħal dawn, Stat Membru jista' jitqiegħed b'mod temporanju taħt protezzjoni legali fuq bażi ta' deċiżjoni mill-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jkun jista' jirrevoka tali deċiżjoni tal-Kummissjoni b'maġġoranza adegwata.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 7b (ġdida)
(7b)  Ir-referenzi għall-assistenza finanzjarja f'dan ir-Regolament għandhom jinkludu wkoll il-kopertura finanzjarja mogħtija fuq bażi ta' prekawzjoni, sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 7c (ġdida)
(7c)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tqiegħed Stat Membru taħt sorveljanza msaħħa skont ir-Reglament għandha tittieħed f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF), il-Korp Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej relevanti. Il-Kummissjoni għandha tikkoopera wkoll mal-KEF biex tiddeċiedi jekk għandhiex ittawwal is-sorveljanza msaħħa.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Dan ir-Regolament jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jkunu qed jesperjenzaw jew mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom u/jew li talbu jew jirċievu assistenza finanzjarja minn wieħed jew bosta mill-Istati l-oħra, il-Faċilità Ewropew ta' Stabilità Finanzjarja (FESF), il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilità Finanzjarja (MESF), il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilità (MES) jew Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFI) oħra, bħalma hu l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI).
1.  Dan ir-Regolament jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u li:
- jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom u/jew is-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi tagħhom, li jwassal għal effetti potenzjalment negattivi ta' tixrid lejn Stati Membri oħra taż-żona tal-euro; u/jew
- jitolbu jew jirċievu assistenza finanzjarja minn wieħed jew bosta mill-Istati l-oħra, il-Faċilità Ewropew ta' Stabilità Finanzjarja (FESF), il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilità Finanzjarja (MESF), il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilità (MES) jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, bħalma hu l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI).
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet għal regoli baġitarji nazzjonali u koordinazzjoni tal-politika ekonomika msaħħa.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Matul l-applikazzjoni tar-Regolament, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom josservaw bis-sħiħ l-Artikolu 152 TFUE, u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw l-istituzzjonijiet u l-prattiċi nazzjonali għall-formazzjoni tal-pagi. Meta japplikaw dan ir-Regolament u r-rakkomandazzjonijiet adottati skontu, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant,l-applikazzjoni tagħhom m'għandhiex taffettwa d-dritt li wieħed jinnegozja, jikkonkludi u jinforza ftehimiet kollettivi u li tittieħed azzjoni kollettiva skont il-liġi u l-prattika nazzjonali.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1a (ġdid)
Artikolu 1a

Regoli baġitarji u koordinazzjoni ekonomika msaħħa

1.  Bl-għan li jkun ikkoordinat aħjar l-ippjanar tal-ħruġ tad-dejn nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jirrapurtaw minn qabel dwar il-pjanijiet ta' ħruġ tad-dejn pubbliku lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.
2.  Bl-għan tal-valutazzjoni komparattiva tal-aħjar prattiki u ħidma favur politika ekonomika koordinata aħjar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riformi ekonomiċi ewlenin kollha li biħsiebhom iwettqu jiġu diskussi minn qabel u, meta jkun xieraq, għandhom jikkoordinaw dawk ir-riformi mal-Istati Membri l-oħra.
3.  Bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1466/97, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pożizzjoni baġitarja tal-gvern ġenerali hija bbilanċjata jew għandha bilanċ favorevoli fuq medda ta' żmien medja.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tpoġġi taħt sorveljanza msaħħa Stat Membru li jkun qed jesperjenza diffiklutajiet severi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tiegħu. L-Istat Membru konċernat għandu jingħata l-possibilità li jesprimi l-opinjoni tiegħu qabel dan. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien sitt xhur jekk ittawwalx is-sorveljanza msaħħa.
1.  Abbażi tal-aħħar reviżjoni fil-fond bi qbil mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011, u filwaqt li jitqiesu l-kriterji addizzjonali oġġettivi, inklużi twissijiet tal-BERS, kif ukoll ir-rapporti msemmija fir-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro], il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tpoġġi taħt sorveljanza msaħħa Stat Membru. Il-Kunsill jista“, fi żmien għaxart ijiem minn din id-deċiżjoni, jneħħiha permezz ta' maġġoranza kkwalifikata. L-Istat Membru konċernat għandu jingħata l-possibilità li jesprimi l-opinjoni tiegħu qabel ma tittieħed id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien sitt xhur jekk ittawwalx is-sorveljanza msaħħa.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tpoġġi Stat Membru taħt sorveljanza msaħħa skont l-ewwel paragrafu, għandha tinnotifika kif xieraq lill-BERS u, meta jkun relevanti, għandha tinfurma lill-Istat Membru dwar ir-riżultati tas-sorveljanza msaħħa.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tpoġġix taħt sorveljanza msaħħa Stat Membru li jirċievi assistenza finanzjarja fuq bażi prekawzjonarja minn wieħed jew aktar Stati oħra, il-FESF, il-MES jew kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja Internazzjonali oħra, bħall-FMI. Il-Kummissjoni għandha tistabilixxi lista tal-istrumenti ta' assistenza finanzjarja prekawzjonarja konċernati u żżommha aġġornata sabiex tikkunsidra l-bidliet possibbli fil-politika tas-sostenn finanzjarju tal-FESF, il-MES jew ta' kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja Internazzjonali rilevanti oħra.
2.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tpoġġix taħt sorveljanza msaħħa Stat Membru li jitlob jew jirċievi assistenza finanzjarja fuq bażi prekawzjonarja minn wieħed jew aktar Stati oħra, il-FESF, il-MESF, il-MES jew kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra, bħall-FMI.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika kull deċiżjoni meħuda skont il-paragrafi 1 u 2.

Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3
3.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għal Stat Membru li jirċievi assistenza finanzjarja fuq bażi prekawzjonali fil-forma ta' linja ta' kreditu li ma tkunux soġġetta għall-adozzjoni ta' provvedimenti ġodda ta' politika mill-Istat Membru konċernat, sakemm il-linja ta' kreditu ma tkunx ġiet prelevata.
3.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-paragrafu 2 ma għandux japplika għal Stat Membru li jirċievi assistenza finanzjarja fuq bażi prekawzjonali fil-forma ta' linja ta' kreditu li ma tkunux soġġetta għall-adozzjoni ta' provvedimenti ġodda ta' politika mill-Istat Membru konċernat, sakemm il-linja ta' kreditu ma tkunx ġiet prelevata.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Kummissjoni għanda tistabbilixxi lista ta' strumenti għal għajnuna finanzjarja li jistgħu jwasslu għas-sorveljanza msaħħa skont il-paragrafu 2 u għanda żżomm din il-lista aġġornata.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  Stat Membru taħt sorveljanza msaħħa għandu, b'konsultazzjoni u kooperazzjoni mal-Kummissjoni, b'kordinament mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), jadotta miżuri mmirati lejn l-indirizzar tas-sorsi jew sorsi potenzjali tad-diffikultajiet.
1.  Stat Membru soġġett għal sorveljanza msaħħa għandu, b'konsultazzjoni u kooperazzjoni mal-Kummissjoni, b'kordinament mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2 u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3 (kollettivament imsejħa l-ASEs), il-BERS u, meta jkun xieraq, il-FMI, jadotta miżuri mmirati lejn l-indirizzar tas-sorsi jew sorsi potenzjali tad-diffikultajiet, filwaqt li titqies kwalunkwe rakkomandazzjoniji indirizzati lilhom skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1466/97, (KE) Nru 1467/97 u (KE) Nru 1176/2011 dwar il-programmi ta' riforma nazzjonali tagħhom u l-istabilità tagħhom jew il-programmi ta' konverġenza. Il-Grupp ta' Ħidma Ewrogrupp, il-KEF, il-kumitat relevanti tal-Parlament Ewropew u l-parlament tal-Istat Membru kkonċernat għandhom ikunu infurmati dwar dawn il-miżuri.
1ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
2 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.
3 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-konsegwenzi negattivi ta' tixrid potenzjali ġġenerati minn Stati Membri oħrajn, inkluż fil-qasam tat-tassazzjoni. Meta l-Kummissjoni tidentifika tali konsegwenzi negattivi ta' tixrid, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, u bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 121(2) TFUE, għandu jindirizza r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-Istati Membri li jiġġeneraw il-konsegwenzi negattivi ta' tixrid.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3 – parti tal-bidu
3.  Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istat Membru taħt sorveljanza msaħħa għandu:
3.  Fuq talba mill-Kummissjoni, Stat Membru taħt sorveljanza msaħħa, b'segwitu għal deċiżjoni skont l-Artikolu 2(1), għandu:
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt a
(a) jikkomunika lill-Kummissjoni, lill-BĊE u lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) skont il-frekwenza mitluba informazzjoni diżaggregata dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu taħt is-sorveljanza tas-superviżuri nazzjonali tiegħu;
(a) jikkomunika lill-ASEs relevanti, bi qbil mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010, skont il-frekwenza mitluba, informazzjoni diżaggregata dwar l-iżviluppi fis-sistema finanzjarja tiegħu, inklużi analiżi tar-riżultati tal-eżerċizzji ta' test tal-istress u l-analiżi tas-sensittività mwettqa skont il-punt (b). Abbażi tal-konklużjonijiet misluta mill-indikaturi sottostanti tat-tabella ta' valutazzjoni għall-iżbilanċi makroekonomiċi, l-ASEs relevantirelevanti, b'koordinazzjoni mal-BERS, għandhom iħejju valutazzjoni tal-vulnerabilitajiet potenzjali tas-sistema finanzjarja u jibagħtuha lill-Kummissjoni skont il-frekwenza indikata minn din tal-aħħar u lill-BĊE;
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt b
(b) iwettaq, taħt is-superviżjoni tal-ABE, eżerċizzji ta' test tal-istress jew analiżijiet tas-sensittività kif meħtieġ biex tiġi vvalutata r-reżiljenza tas-settur bankarju għal xokkijiet makroekonomiċi u finanzjarji varji, kif speċifikat mill-Kummissjoni u l-BĊE, u jikkondividi r-riżultati dettaljati magħhom;
(b) iwettaq, taħt is-superviżjoni tal-ESAs relevanti, eżerċizzji ta' test tal-istress jew analiżijiet tas-sensittività kif meħtieġ biex tiġi vvalutata r-reżiljenza tas-settur finanzjarju għal xokkijiet makroekonomiċi u finanzjarji varji, kif speċifikat mill-Kummissjoni u l-BĊE b'koordinazzjoni mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej relevanti u l-BERS;
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt c
(c) ikun soġġett għal valutazzjonijiet regolari tal-kapaċitajiet superviżorji tiegħu fuq is-settur bankarju fil-qafas tal-eżami mill-pari speċifiku mwettaq mill-ABE;
(c) ikun soġġett għal valutazzjonijiet regolari tal-kapaċitajiet superviżorji tiegħu fuq is-settur finanzjarju fil-qafas tar-reviżjoni bejn il-pari speċifika mwettqa mill-ESAs relevanti;
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt d
(d) jikkomunika kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-makrożbilanċi stabiliti bir-Regolament Nru XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi;
(d) jikkomunika kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-makrożbilanċi bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 1176/2011.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Fuq talba mill-Kummissjoni, Stat Membru taħt sorveljanza msaħħa, b'segwitu għal deċiżjoni skont l-Artikolu 2(2), għandu:
(a) jikkomunika lill-Kummissjoni, lill-BĊE u lill-ASEs relevanti, bi qbil mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010, skont il-frekwenza mitluba, informazzjoni diżaggregata dwar l-iżviluppi fis-sistema finanzjarja tiegħu, inklużi analiżi tar-riżultati tal-eżerċizzji ta' test tal-istress u l-analiżi tas-sensittività mwettqa skont il-punt (b). Il-Kummissjoni, il-BĊE, u l-ESAs relevanti għandhom iżommu dik id-data diżaggregata kunfidenzjali;
(b) iwettaq, taħt is-superviżjoni tal-ESAs relevanti, eżerċizzji ta' test tal-istress jew analiżijiet tas-sensittività kif meħtieġ biex tiġi vvalutata r-reżiljenza tas-settur finanzjarju għal xokkijiet makroekonomiċi u finanzjarji varji, kif speċifikat mill-Kummissjoni u l-BĊE b'koordinazzjoni mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej relevanti u l-BERS;
(c) ikun soġġett għal valutazzjonijiet regolari tal-kapaċitajiet superviżorji tiegħu fuq is-settur finanzjarju fil-qafas tar-reviżjoni bejn il-pari speċifika mwettqa mill-ESAs relevanti;
(d) jikkomunika kwalunkwe informazzjoni li hemm bżonn biex ikunu sorveljati l-żbilanċi makroekonomiċi stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1176/2011.
Barra minn hekk, l-Istati Membri li jkunu qed jirċievu appoġġ finanzjarju għar-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrapportaw dwar il-kondizzjonalità imposta fuq dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-eżekuttiv u l-kondizzjonijiet ta' kreditu applikabbli għall-ekonomija reali.

Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha twettaq, b'kordinazzjoni mal-BĊE, missjonijiet regolari ta' rieżami fl-Istat Membru taħt sorveljanza biex tivverifika l-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3. Hi għandha tikkomunika kull trimestru s-sejbiet tagħha lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF)- jew lil kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dak il-għan - u tivvaluta notevolment jekk jeħtieġx miżuri ulterjuri. Dawn il-missjonijiet ta' rieżami għandhom jissostitwixxu l-monitoraġġ fuq il-post previst fl-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97.
4.  Il-Kummissjoni għandha twettaq, b'kordinazzjoni mal-BĊE u l-ESAs relevanti u, meta jkun xieraq, mal-FMI, missjonijiet regolari ta' rieżami fl-Istat Membru taħt sorveljanza msaħħa biex tivverifika l-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 3a. Hi għandha tikkomunika kull trimestru s-sejbiet tagħha lill-KEF u lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u tivvaluta b'mod partikolari jekk jeħtieġx miżuri ulterjuri. Dawn il-missjonijiet ta' rieżami għandhom jissostitwixxu l-monitoraġġ fuq il-post previst fl-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 5
5.  Fejn ikun konkluż - abbażi tal-valutazzjoni prevista fil-paragrafu 4 - li jeħtieġ aktar miżuri u li s-sitwazzjoni finanzjarja ta' Stat Membru konċernat ikollha effetti avversi sinifikanti fuq l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista“ jirrakkomanda lill-Istat Membru konċernat li jfittex assistenza finanzjarja u jħejji programm ta' aġġustament makroekonomiku. Il-Kunsill jista” jiddeċiedi li jippubblika din ir-rakkomandazzjoni.
5.  Fejn ikun valutat - abbażi tal-missjonijiet ta' reviżjoni previsti fil-paragrafu 4 - li jeħtieġ aktar miżuri u li s-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta' Stat Membru konċernat tippreżenta riskju għall-istabilità finanzjarja jew għat-tħaddim mingħajr ostakli taż-żona tal-euro, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista“ b'mod simultanju:
(a) jirrakkomanda lill-Istat Membru konċernat li jfittex assistenza finanzjarja u jħejji programm ta' aġġustament makroekonomiku;
(b) jirrakkomanda lill-FESF jew lill-MES joffri assistenza finanzjarja, marbuta b'kondizzjonalità xierqa kif previst f'dan ir-Regolament.
Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jippubblika r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)
Fejn Stat Membru jfittex assistenza finanzjarja mill-MES skont il-paragrafu 3a, l-Istati Membri l-oħra għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-MES jipprovdi assistenza lil dak l-Istat Membru, u li dan isir f'waqtu.

Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 6 – punt a
(a) il-Kumitat relevanti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden rappreżentanti mill-Istat Membru konċernat biex jipparteċipaw fi skambju ta' fehmiet;
(a) il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat u lill-Kummissjoni biex jipparteċipaw fi skambju ta' fehmiet;
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 6 – punt ba (ġdid)
(ba) il-Kummissjoni għandha tinforma fil-ħin dovut lill-kumitat relevanti tal-Parlament Ewropew dwar il-kontenut tar-rakkomandazzjoni.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Matul il-proċess kollu, il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew u l-parlament tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jistiednu rappreżentanti mill-FMI, mill-BĊE u mill-Kummissjoni biex jipparteċipaw fi djalogu ekonomiku dwar kwestjonijiet importanti b'rabta mat-tħaddim kif xieraq tal-ekonomija.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 4
Stat Membru li jkun jixtieq jikseb assistenza finanzjarja minn wieħed jew aktar mill-Istati l-oħra, il-FESF, il-MES, il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) jew istituzzjoni oħra barra l-qafas tal-Unjoni għandu immedjatament jinforma lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-BĊE bl-intenzjoni tiegħu. Il-KEF, jew kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dawk il-finijiet, għandu jorganizza diskussjoni dwar din it-talba prevista, wara li jkun irċieva valutazzjoni mill-Kummissjoni.

Stat Membru li għandu l-ħsieb jitlob assistenza finanzjarja minn wieħed jew aktar mill-Istati l-oħra, il-FESF, il-MES, il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) jew istituzzjoni oħra barra l-qafas tal-Unjoni għandu immedjatament jinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-BĊE bl-intenzjoni tiegħu. Il-KEF għandu jorganizza diskussjoni dwar din it-talba prevista, wara li jkun irċieva valutazzjoni mill-Kummissjoni bil-ħsieb li jeżamina - fost affarijiet oħra - il-possibbiltajiet disponibbli skont strumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni jew taż-żona tal-euro qabel ma l-Istat Membru konċernat jindirizza lil selliefa potenzjali.

Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 5
Fejn tintalab assistenza finanzjarja mill-FESF jew il-MES, il-Kummissjoni għandha tipprepara – b'kordinazzjoni mal-BĊE u kull fejn possibbli, l-IMF - analiżi tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern tal-Istat Membru konċernati, inkluż l-abilita tal-Istat Membru li jħallas lura l-assistenza finanzjarja prevista, u tgħaddiha lill-KEF jew lil kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dak l-iskop.

Fejn tintalab assistenza finanzjarja mill-FESF, l-MEFS jew il-MES, il-Kummissjoni għandha tipprepara – b'kordinazzjoni mal-BĊE u kull fejn xieraq u adegwat, l-IMF - analiżi tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern kif ukoll il-ħtiġijiet attwali jew potenzjali ta' finanzjament tal-Istat Membru konċernati, inkluż l-impatt ta' kwalunkwe programm ta' aġġustament makroprudenzjali fuq l-abilità tal-Istat Membru li jħallas lura l-assistenza finanzjarja prevista, u tgħaddiha lill-KEF.

Il-valutazzjoni tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern għandha tkun ibbażata fuq previżjonijiet makroekonimiċi u baġitarji prudenti bl-użu tal-informazzjoni l-aktar aġġornata u filwaqt li jitqies kif dovut l-eżitu tar-rapport imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(3) kif ukoll kwalunkwe kompitu superviżorju eżerċitat skont il-punt (b) tal-Artikolu 3(3). Il-previżjonijiet għandhom jevalwaw l-impatt tax-xokkijiet makroekonomiċi u finanzjarji varji u l-iżviluppi negattivi fuq is-sostenibilità tad-dejn tal-gvern.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-metodoloġija, is-suppożizzjonijiet u l-mudelli ekonomiċi u ekonometriċi sottostanti, inkluża stima tal-prodott potenzjali u tal-effetti multiplikaturi makroekonomiċi, kif ukoll kwalunkwe parametru relevanti ieħor li fuqu tkun imsejsa l-valutazzjoni tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern.

Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  Stat Membru li jirċievi assistenza finanzjarja minn wieħed jew aktar mill-Istati l-oħra, il-FMI, il-FESF jew il-MES għandu jipprepara bi qbil mal-Kummissjoni - li taġixxi b'kordinament mal-BĊE - abbozz ta' programm ta' aġġustament mmirati sabiex tiġi ristabilita sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tajba u sostenibbli u tiġi restawrata l-kapaċità tiegħu li jiffinanzja lilu nnifsu fis-swieq finanzjarji bis-sħiħ. L-abbozz ta' programm ta' aġġustament għandu jqis kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet kurrenti indirizzati lill-Istat Membru konċernat skont l-Artikoli 121, 126 u/jew 148 tat-Trattat - u l-azzjonijiet tiegħu biex jikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet - filwaqt li jimmira lejn it-twessigħ, it-tisħiħ u l-approfondiment tal-miżuri ta' politika meħtieġa.
1.  Stat Membru li jitlob jew jirċievi assistenza finanzjarja minn wieħed jew aktar mill-Istati l-oħra, il-FMI, il-FESF, il-MEFS jew il-MES għandu jipprepara bi qbil mal-Kummissjoni - li taġixxi b'kordinament mal-BĊE u, meta jkun xieraq, mal-FMI- abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku li għandu jibni fuq u jissostitwixxi kwalunkwe programm ta' sħubija ekonomika skont ir-Regolament (UE) Nru .../2012 [dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta' abbozzi ta' pjani baġitarji u li jiżgura l-korrezzjoni ta' defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-Zona tal-ewro, li għandu wkoll jinkludi mira baġitarja annwali. Il-programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu jindirizza r-riskji speċifiċi li joħorġu minn dak l-Istat Membru għall-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro u għandu jimmira li jirristabbilixxi malajr sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tajba u sostenibbli u tiġi restawrata l-kapaċità tiegħu li jiffinanzja lilu nnifsu fis-swieq finanzjarji bis-sħiħ. L-abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern u għandu jqis kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Istat Membru konċernat skont l-Artikoli 121, 126, 136 u/jew 148 TFUE - u l-azzjonijiet tiegħu biex jikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet - filwaqt li jimmira lejn it-twessigħ, it-tisħiħ u l-approfondiment tal-miżuri ta' politika meħtieġa. Il-programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu, fejn ikun possibbli, jirrispetta l-prattiki u l-istituzzjonijiet għall-formazzjoni tal-pagi u s-sistemi tar-relazzjonijiet industrijali fl-Unjoni u, fejn possibbli, għandu jqis il-programm ta' riforma nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat fil-kuntest tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u tal-impjiegi. L-abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu josserva bis-sħiħ l-Artikolu 151 TFUE u l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Stat Membru li jkun qed iħejji abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku skont l-ewwel paragrafu għandu jistabbilixxi, bi ftehim mal-Kummissjoni, programm ta' sħubija ta' rkupru sostenibbli aġġornat li jkollu l-għan li joħloq il-kondizzjonijiet neċessarji biex jinkisbu finanzi pubbliċi sostenibbli.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 6 − paragrafu 2
2.  Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu japprova l-programm ta' aġġustament.
2.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku fi żmien ġimgħa mit-tressiq ta' dak il-programm.
Jekk il-Kummissjoni tqis li l-abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku jkun biżżejjed, għandha tapprovah. Il-Kunsill jista“, fi żmien għaxart ijiem minn dik id-deċiżjoni, jirrevoka din id-deċiżjoni permezz ta' maġġoranza kwalifikata.

Jekk il-Kummissjoni tqis li l-abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku ma jkunx biżżejjed, għandha tadotta rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru biex, fi żmien ġimgħa, iressaq abbozz ġdid ta' programm ta' aġġustament filwaqt li ssemmi r-raġunijiet għaliex tkun qieset li l-programm oriġinali ma kienx biżżejjed. L-abbozz tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu, minbarra f'każ ta' emerġenza, jiġi bbażat fuq Memorandum ta' Qbil, programm jew ftehim tekniku konkluż mal-partijiet rilevanti li jipprovdu assistenza finanzjarja. Il-konsistenza bejn id-dokumenti rilevanti differenti relatati mal-assistenza finanzjarja u l-verżjonijiet aġġornati tal-abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku kif ukoll il-konsistenza mal-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika u tal-impjiegi għandhom jiġu ġustifikati kif xieraq. Il-Kunsill jista“, fi żmien għaxart ijiem mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, jirrevokaha permezz ta' maġġoranza kwalifikata.

Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament u l-pjanijiet baġitarji annwali marbuta miegħu.
Fil-proċess ta' sorveljanza ekonomika u fiskali għandu jkun hemm konsistenza fir-rigward ta' Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro li jkun għaddej minn programm ta' aġġustament mekroekonomiku sabiex tiġi evitata duplikazzjoni tal-obbligi ta' rapportar.

Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni, b'kordinament mal-BĊE, għandha timmonitorja l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament u tinforma kull tliet xhur lill-KEF jew kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dak l-iskop. L-Istat Membru konċernat għandu jikkopera bis-sħiħ mal-Kummissjoni. Partikolarment hu għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li din tqis neċessarja għall-monitoraġġ tal-programm. L-Artikolu 3(3) għandu japplika.
3.  Il-Kummissjoni, b'kordinament mal-BĊE, għandha timmonitorja l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament u tinforma kull tliet xhur lill-KEF. L-Istat Membru konċernat għandu jikkopera bis-sħiħ mal-Kummissjoni u mal-BĊE. Partikolarment hu għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u l-BĊE l-informazzjoni kollha li din tqis neċessarja għall-monitoraġġ tal-programm. L-Artikolu 3(3) għandu japplika. F'każ ta' kooperazzjoni insuffiċjenti, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jindirizza rakkomandazzjoni pubblika lill-Istat Membru kkonċernat fejn jistipula l-azzjoni li għandha tittieħed minn dak l-Istat Membru.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni - b'kordinazzjoni mal-BĊE - għandha teżamina mal-Istat Membru konċernat il-bidliet li jistgħu jkunu meħtieġa fil-programm ta' aġġustament tiegħu. Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi dwar kwalunkwe bidla li trid ssir fil-programm ta' aġġustament.
4.  Il-Kummissjoni - b'kordinazzjoni mal-BĊE u kull meta jkun xieraq mal-IMF, - għandha teżamina mal-Istat Membru konċernat il-bidliet u l-aġġornamenti li jistgħu jkunu meħtieġa fil-programm ta' aġġustament tiegħu sabiex tikkunsidra sew inter alia kull nuqqas sinifikanti bejn il-previżjonijiet makroekonomiċi u ċ-ċifri realizzati, inklużi konsegwenzi possibbli li jirriżultaw mill-programm ta' aġġustament, effetti ta' riperkussjonijiet negattivi kif ukoll xokkijiet makroekonomiċi u finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar kwalunkwe bidla li trid issir fil-programm ta' aġġustament makroekonomiku. Il-Kunsill jista“, fi żmien għaxart ijiem minn dik id-deċiżjoni, jneħħiha permezz ta' maġġoranza kwalifikata.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  L-Istat Membru kkonċernat għandu, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, iħeġġeġ investituri privati biex iżommu l-iskopertura totali tagħhom fuq bażi volontarja.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 5
5.  Jekk il-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 3 jiżvela devjazzjonijiet sinifikanti mill-programm ta' aġġustament makroekonomiku, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jiddeċiedi li l-Istat Membru konċernat ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' politika inklużi fil-programm ta' aġġustament.
5.  Jekk il-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 3 jiżvela devjazzjonijiet sinifikanti mill-programm ta' aġġustament makroekonomiku, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-Istat Membru konċernat ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' politika inklużi fil-programm ta' aġġustament. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis b'mod ċar jekk id-devjazzjoni sinifikanti tkunx dovuta għal raġunijiet li ma jkunux fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kunsill jista“, fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, jneħħiha permezz ta' maġġoranza kwalifikata. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet ta' nuqqas ta' konformità u n-neċċessità u l-proporzjonalità tal-bidliet li jkunu saru fil-programm ta' aġġustament makroekonomiku msemmija fil-paragrafu 4.
Il-programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu b'mod partikolari jenfasizza miżuri prekawzjonarji u pjanijiet ta' kontinġenza li għandhom jiġu adottati f'każ ta' żviluppi mhux previsti bħal pereżempju xokkijiet eżoġeni.

L-isforzi ta' konsolidazzjoni fiskali stabbiliti fil-programm ta' aġġustament makroekonomiku għandhom iqisu l-bżonnijiet għall-iżgurar ta' mezzi suffiċjenti għal politiki fundamentali bħall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa.

Meta l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni skont l-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-BĊE, jieħu miżuri bl-għan li jevita t-taqlib fis-suq u jżomm il-funzjonament tajjeb tas-settur finanzjarju tiegħu.

Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 6
6.  Stat Membru soġġett għal programm ta' aġġustament li jesperjenzja kapaċità amministrattiva insuffiċjenti jew problemi sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament tiegħu għandu jfittex assistenza teknika mill-Kummissjoni.
6.  Stat Membru soġġett għal programm ta' aġġustament makroekonomiku li jesperjenzja kapaċità amministrattiva insuffiċjenti jew problemi sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament tiegħu għandu jfittex assistenza teknika mill-Kummissjoni, li għal dan l-għan tista' tikkostitwixxi gruppi ta' esperti ma' Stati Membri u istituzzjonijiet Ewropej u/jew internazzjonali relevanti oħra. L-objettivi u l-mezzi tal-assistenza teknika għandhom jiġu enfasizzati b'mod espliċitu fil-verżjonijiet aġġornati tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku. Barra minn hekk,għandha tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali tal-proċess ta' implimentazzjoni tal-assistenza teknika. L-assistenza teknika għandha tkun iffukata fuq osma bħal: it-titjib tal-akkwist pubbliku, il-promozzjoni tal-kompetizzjoni, il-ġlieda tal-korruzzjoni u ż-żieda fl-effiċjenza tad-dħul mit-taxxa biex tiġi promossa s-sostenibilità finanzjarja.
Il-programm ta' aġġustament makroekonomiku u l-valutazzjoni tal-impatt soċjali għandhom isiru pubbliċi.

Il-valutazzjoni tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern għandha tkun annessa mal-programm ta' aġġustament makroekonomiku.

Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Stat Membru li jkun soġġett għal programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu jwettaq awditjar komprensiv tal-ħażna tad-dejn pendenti tiegħu sabiex inter alia jwettaq valutazzjoni tar-raġunijiet li wasslu għall-bini ta' livelli eċċessivi ta' dejn kif ukoll kull irregolarità involuta fil-proċess tal-ħruġ tad-dejn.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 7
7.  Il-Kumitat relevanti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden rappreżentanti mill-Istat Membru konċernat biex jipparteċipaw fi skambju ta' fehmiet dwar il-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament.
7.  Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat u lill-Kummissjoni biex jipparteċipaw fi skambju ta' fehmiet dwar il-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 8a (ġdid)
8a.  Dan l-Artikolu ma japplikax għal assistenza finanzjarja mogħtija fuq bażi ta' prekawzjoni u għal self magħmul għar-rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 6a (ġdid)
Artikolu 6a

L-involviment tas-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili.

Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-sħab soċjali kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet pubbliċi tal-Kummissjoni previsti f'dan ir-Regolament kif ukoll dwar ir-rapporti u l-abbozzi ta' rapporti tal-Istati Membri previsti fl-Artikoli 2 sa 7 ta' dan ir-Regolament. Dawn il-fehmiet għandhom ikunu pubbliċi.

Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 6b (ġdid)
Artikolu 6b

Miżuri biex jissalvagwardjaw id-dħul mit-taxxi

1.  L-Istat Membru kkonċernat għandu, skont l-Artikolu 65 tat-TFUE u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-BĊE, jieħu miżuri maħsuba biex jipprevjenu l-ksur tal-liġi u tar-regolamenti nazzjonali b'mod partikolari fil-qasam tat-tassazzjoni.
2.  L-Istat Membru konċernat għandu jitlob lill-Kummissjoni tagħmel proposta lill-Kunsill, skont l-Artikolu tat-TFUE, sabiex jiġu salvagwardjati miżuri rigward movimenti ta' kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw diffikultajiet serji għall-operazzjoni tal-unjoni monetarja u ekonomika. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-BĊE qabel ma tagħmel il-proposta tagħha.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – titolu
Konsistenza mal-proċedura tad-defiċit eċċessiv

Konsistenza mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir

Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  Il-programm ta' aġġustament u l-bidliet fih kif previst fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jissostitwixxu s-sottomissjoni ta' programmi ta' stabilità previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97.
1.  Il-programm ta' aġġustament makroekonomiku u l-bidliet fih kif previst fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament għandhom jissostitwixxu s-sottomissjoni ta' programmi ta' stabilità previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a
(a)  Il-programm ta' aġġustament previst fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament għandu wkoll jitqies li jissostitwixxi kif xieraq ir-rapporti previsti mill-Artikolu 3(4a) u l-Artikolu 5(1a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97;
(a)  Il-programm ta' aġġustament makroekonomiku previst fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament għandu wkoll jissostitwixxi kif xieraq ir-rapporti previsti mill-Artikolu 3(4a) u l-Artikolu 5(1a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97;
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b
(b)  Il-miri baġitarji annwali fil-programm ta' aġġustament previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jissostitwixxu kif xieraq il-miri baġitarji annwali previsti skont l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 fir-rakkomandazzjoni u l-avviż imsemmija. Jekk l-Istat Membru konċernat ikun suġġett għal avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat, il-programm ta' aġġustament previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandu wkoll jitqies li jissostitwixxi l-indikazzjonijiet dwar miżuri li jwasslu għal dawk il-miri previsti fl-avviż skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97.
(b)  Il-miri baġitarji annwali fil-programm ta' aġġustament previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandhom jissostitwixxu kif xieraq il-miri baġitarji annwali previsti skont l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 fir-rakkomandazzjoni u l-avviż imsemmija. Jekk l-Istat Membru konċernat ikun suġġett għal avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat, il-programm ta' aġġustament previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandu wkoll jissostitwixxi l-indikazzjonijiet dwar miżuri li jwasslu għal dawk il-miri previsti fl-avviż skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c
(c) il-monitoraġġ previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandu jitqies li jissostitwixxi l-monitoraġġ previst mill-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 u l-monitoraġġ sottostanti għal kwalunkwe deċiżjoni prevista bl-Artikoli 4(2) u 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97.
(c) il-monitoraġġ previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandu jissostitwixxi l-monitoraġġ previst mill-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 u l-monitoraġġ sottostanti għal kwalunkwe deċiżjoni prevista bl-Artikoli 4(2) u 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 8
L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru°XXX dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi għandu jkun sospiż għall-Istati Membri li jkunu suġġetti għal programm ta' aġġustament makroekonomiku approvat mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament. Din is-sospensjoni għandha tkun applikabbli matul il-programm ta' aġġustament makroekonomiku.

L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru°1176/2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi għandu jkun sospiż għall-Istati Membri li jkunu suġġetti għal programm ta' aġġustament makroekonomiku approvat mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament bl-eċċessjoni tal-miżuri pprovduti fl-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 dwar it-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi makroekonomiċi u makrofinanzjarji, il-mekkaniżmu ta' twissija u r-reviżjoni fil-fond. Din is-sospensjoni għandha tkun applikabbli matul il-programm ta' aġġustament makroekonomiku.

Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 9
Il-monitoraġġ previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandu jitqies li jissostitwixxi l-monitoraġġ u valutazzjoni tas-Simestru Ewropew għall-kordinazzjoni tal-politika ekonomika previsti fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika.

Il-monitoraġġ previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandu jissostitwixxi l-monitoraġġ u valutazzjoni tas-Simestru Ewropew għall-kordinazzjoni tal-politika ekonomika previsti fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika. Is-sospensjoni għandha tkun applikabbli matul il-programm ta' aġġustament makroekonomiku.

Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 10
L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru°XXX dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro għandha tkun sospiża għall-Istati Membri li jkunu soġġetti għal programm ta' aġġustament makroekonomiku approvat mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament. Din is-sospensjoni għandha tkun applikabbli matul il-programm ta' aġġustament makroekonomiku.

L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru°XXX dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro għandha tkun sospiża għall-Istati Membri li jkunu soġġetti għal programm ta' aġġustament makroekonomiku approvat mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli minn 1 sa 4 tar-Regolament (UE) Nru .../2012. Din is-sospensjoni għandha tkun applikabbli matul il-programm ta' aġġustament makroekonomiku.

Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid)
Artikolu 10a

It-tqegħid ta' Stat Membru taħt protezzjoni legali

1.  Fejn il-miżuri previsti fl-Artikolu 3(5) ma jistabbilixxux mill-ġdid is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Stat Membru u fejn dak l-Istat Membru jkun f'riskju li jaqa' fi stat kontinwu ta' inadempjenzajew sospensjoni tal-ħlasijiet, il-Kummissjoni tista“, wara li tikkonsulta mal-Kunsill, tadotta deċiżjoni li tqiegħed lil dak l-Istat Membru taħt protezzjoni legali. Il-Kunsill jista”, fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, jneħħiha permezz ta' maġġoranza sempliċi.
2.  L-għan ta' dan l-Artikolu huwa li l-Istat Membru konċernat jitħalla jistabilizza s-sitwazzjoni ekonomika tiegħu u jkun kapaċi jħallas id-dejn tiegħu.
Deċiżjoni li tqiegħed Stat Membru taħt protezzjoni legali jkollha l-implikazzjonijiet li ġejjin:

(a) id-dispożizzjonijiet ta' “close-out netting” jew “credit event” ma jibqgħux operattivi;
(b) ir-rati applikabbli ta' interess fuq is-self jinżammu u l-għotjiet ta' self ġodda lill-Istat Membru, bl-eċċezzjoni tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 1(1), għandhom jitħallsu lura bħala prijorità;
(c) il-kredituri tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jiżvelaw id-dettalji tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tqiegħed l-Istat Membru kkonċernat taħt protezzjoni legali f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; jekk jonqsu milli jagħmlu dan id-dejn tagħhom jintemm;
(d) l-awtoritajiet tal-Istat Membru konċernat għandhom jimplimentaw il-miżuri rakkomandati fl-assistenza teknika prevista fl-Artikolu 6(6) u jippreżentaw pjan ta' rkupru u ta' saldu tad-dejn biex jiġi approvat mill-Kummissjoni.
3.  Dan l-Artikolu għandu japplika mill-2017.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1
1.  Stat Membru għandu jkun taħt sorveljanza ta' wara l-programm sakemm minimu ta' 75 % tal-assistenza finanzjarja mogħtija minn wieħed jew bosta mill-Istat Membri l-oħra, il-MESF, il-FESF jew il-MES ma tkunx tħallset lura. Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jestendi t-tul tas-sorveljanza ta' wara l-programm.
1.  Stat Membru għandu jkun taħt sorveljanza ta' wara l-programm sakemm minimu ta' 75 % tal-assistenza finanzjarja mogħtija minn wieħed jew bosta mill-Istat Membri l-oħra, il-MESF, il-FESF jew il-MES ma tkunx tħallset lura. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li testendi t-tul tas-sorveljanza ta' wara l-programm. Il-Kunsill jista“, fi żmien għaxart ijiem minn din id-deċiżjoni, jneħħiha permezz ta' maġġoranza kwalifikata.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha twettaq, b'kordinament mal-BĊE, missjonijiet regolari ta' rieżami fl-Istat Membru taħt sorveljanza ta' wara l-programm biex tivvaluta l-qagħda finanzjarja, ekonomika u fiskali tiegħu. Hi għandha tikkomunika kull semestru s-sejbiet tagħha lill-KEF jew kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dak l-iskop, u tivvaluta notevolment jekk jeħtiġux miżuri korrettivi.
3.  Il-Kummissjoni għandha twettaq, b'kordinament mal-BĊE, missjonijiet regolari ta' rieżami fl-Istat Membru taħt sorveljanza ta' wara l-programm biex tivvaluta l-qagħda finanzjarja, ekonomika u fiskali tiegħu. Hi għandha tikkomunika kull semestru s-sejbiet tagħha lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew, lill-KEF jew kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dak l-iskop u lill-parlament tal-Istat Membru konċernat, u tivvaluta notevolment jekk jeħtiġux miżuri korrettivi.
Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat biex jipparteċipa fi skambju ta' fehmiet dwar il-progress li jkun sar taħt is-sorveljanza ta' wara l-programm.

Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4
4.  Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jirrakkomanda lill-Istat Membru taħt sorveljanza ta' wara l-programm biex jadotta miżuri korrettivi.
4.  Il-Kummissjoni tista tirrakkomanda li l-Istat Membru taħt sorveljanza ta' wara l-programm jadotta miżuri korrettivi. Il-Kunsill jista“, fi żmien għaxart ijiem minn din ir-rakkomandazzjoni, ineħħiha permezz ta' maġġoranza kwalifikata.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-parlament tal-Istat Membru kkonċernat jista' jistieden lill-Kummissjoni biex tipparteċipa fi skambju ta' fehmiet dwar il-monitoraġġ ta' wara l-programm.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
Għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 2(1), 3, 6(2), 6(4) u 11(4), jivvotaw biss il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u l-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru konċernat.

Għall-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament, għandhom jivvotaw biss il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u l-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru konċernat.

Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 13
Artikolu 13

imħassar
Tipi ta' assistenza u selfiet esklużi mill-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 6

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 u 6 ma japplikawx għal assistenza finanzjarja mogħtija fuq bażi prekawzjonali u għal selfiet magħmula għar-rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji.

Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 13a (ġdid)
Artikolu 13a

Notifikazzjoni lill-Parlament Ewropew

Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw b'mod regolari lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 13b (ġdid)
Artikolu 13b

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-Istati Membri li jkunu diġà soġġetti għall-programm ta' assistenza fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 13c (ġdid)
Artikolu 13c

Rapport

Sal-1 ta' Jannar 2014 u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:

(a) l-effikaċja ta' dan ir-Regolament;
(b) il-progress fl-iżgurar ta' koordinazzjoni eqreb tal-politiki ekonomiċi u l-konverġenza kontinwa fil-prestazzjoni ekonomika tal-Istati Membri skont it-TFUE.
(c) il-kontribuzzjoni ta' dan ir-Regolament għall-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjieg.
(d) l-adegwatezza tal-estensjoni tal-iskop ta' dan ir-Regolament għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro.
2.  Fejn xieraq, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.
3.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(1) Il-każ kien riferut lura lill-kumitat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0172/2012).


Dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro ***I
PDF 555kWORD 402k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (COM(2011)0821 – C7-0448/2011 – 2011/0386(COD))(1)
P7_TA(2012)0243A7-0173/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal Regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  L-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li, meta tkun qed tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tikkunsidra r-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, il-garanzija ta' ħarsien soċjali adegwat, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
Emenda 2
Proposta għal Regolament
Premessa 2
(2)  Il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, partikolarment ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv, imfassal biex jiżgura dixxipplina baġitarja fl-Unjoni kollha, jistabilixxi l-qafas għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tad-defiċits eċċessivi tal-gvern. Issaħħaħ aktar bir-Regolament Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika u r-Regolament (UE) Nru …/2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv. Ir-Regolament (KE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona euro żied sistema ta' mekkaniżmi ta' infurzar effikaċi, preventiva u gradwali fil-forma ta' sanzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro.
(2)  Il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, partikolarment ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv, bl-għan li tiġi żgurata dixxipplina baġitarja fl-Unjoni kollha, jistabilixxi l-qafas għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tad-defiċits eċċessivi tal-gvern. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1466/97 u 1467/97 ġew emendati u l-Patt ta' Stabilità u Tkabbir kompla jissaħħaħ, bir-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 u bir-Regolament (UE) Nru 1177/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2.Ir-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro3 żied sistema ta' mekkaniżmi ta' infurzar effikaċi, preventiva u gradwali fil-forma ta' sanzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro. L-Artikolu 2-a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97, barra minn hekk, jistipula l-elementi li jikkostitwixxu s-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika.
1 ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.

2 ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.

3 ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.

Emenda 3
Proposta għal Regolament
Premessa 2a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  Skont l-Artikolu 2-a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97, is-Semestru Ewropew jinkludi l-formulazzjoni, u s-sorveljanza tal-implimentazzjoni, tal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni (linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika) b'konformità mal-Artikolu 121(2) TFUE; il-formulazzjoni, u l-eżami tal-implimentazzjoni, tal-linji gwida dwar l-impjiegi li għandhom jitqiesu mill-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 148(2) TFUE (il-linji gwida dwar l-impjiegi); il-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-programmi ta' stabilità jew konverġenza tal-Istati Membri skont dan ir-Regolament; il-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-programmi nazzjonali ta' riforma tal-Istati Membri li jappoġġaw l-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi u li ġew stabbiliti b'konformità mal-linji gwida ġenerali, mal-linji gwida dwar l-impjiegi u mal-linji gwida ġenerali għall-Istati Membri maħruġa mill-Kummissjoni u mill-Kunsill Ewropew fil-bidu taċ-ċiklu annwali ta' sorveljanza; is-sorveljenza biex jiġu preklużi u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi1.
1 ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.

Emenda 4
Proposta għal Regolament
Premessa 3
(3)  L-emendi għall-Patt ta' Stabilità u Tkabbir iżidu kemm il-gwida, kif ukoll, għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro, inċentivi għall-iffissar u l-implimentazzjoni ta' politika baġitarja prudenti, filwaqt li jiġu evitati defiċits eċċessivi tal-gvern. Dawn id-dispożizzjonijiet ħolqu qafas iktar robust fil-livell tal-Unjoni għas-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi nazzjonali.
(3)  L-emendi għall-Patt ta' Stabilità u Tkabbir iżidu kemm il-gwida, kif ukoll, għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro, sanzjonijiet imsaħħa u aktar awtomatiċi għan-nuqqas ta' konformità ma' politika baġitarja prudenti, filwaqt li jiġu evitati defiċits eċċessivi tal-gvern. Dawn id-dispożizzjonijiet ħolqu qafas iktar robust fil-livell tal-Unjoni għas-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi nazzjonali iżda hemm bżonn ta' koordinazzjoni aktar profonda tal-politika ekonomika u l-inċentivi għall-konformità.
Emenda 5
Proposta għal Regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir rivedut huwa bbażat fuq l-għan ta' finanzi tal-gvern sodi bħala mezz ta' tisħiħ tal-kundizzjonijiet għal stabilità tal-prezzijet u għal tkabbir sostenibbli u sod imsejjes fuq stabilità finanzjarja, biex b'hekk ikunu appoġġati l-għanijiet tal-Unjoni għal tkabbir u impjiegi sostenibbli.
Emenda 6
Proposta għal Regolament
Premessa 3b (ġdida)
(3b)  Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tas-17 ta' Ġunju 2010, adotta strateġija ġdida tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi, sabiex l-UE tkun tista' toħroġ iktar b'saħħitha mill-kriżi, u biex iddawwar l-ekonomija tagħha lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, flimkien ma' livell għoli ta' impjiegi ta' kwalità, produttività u koeżjoni soċjali. L-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi fiha wkoll għanijiet fl-oqsma tal-faqar, l-edukazzjoni, l-innovazzjoni u l-ambjent.
Emenda 7
Proposta għal Regolament
Premessa 3c (ġdida)
(3c)  Għandha tingħata l-attenzjoni xierqa fir-rigward tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi u fir-rigward ta' kif tiġi implimentata mill-Istati Membri permezz tal-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom.
Emenda 8
Proposta għal Regolament
Premessa 4
(4)  It-Trattat jippermetti l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi fiż-żona tal-euro li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
(4)  It-TFUE jippermetti l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi fiż-żona tal-euro li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat, u jiġu evitati politiki fl-Istati Memrbi li jipperikolaw, il-funzjonament xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja. Fejn ikun xieraq u neċessarju, għandu jsir użu iżjed attiv tal-miżuri speċifiċi stipulati fl-Artikolu 136 TFUE sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji għal integrazzjoni iżjed profonda u reżiljenti li għandha timxi id f'id ma' leġittimità demokratika mtejba tal-unjoni ekonomika u monetarja.
Emenda 9
Proposta għal Regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Il-finanzi pubbliċi sodi u l-baġits ibbilanċati huma prerekwiżit għall-istabilità ekonomika u finanzjarja kif intwera b'mod ċar bil-kriżi tad-dejn sovran, li enfasizzat il-ħtieġa ta' oqfsa fiskali b'saħħithom u solidi. Barra minn hekk, id-defiċits tal-lum, li huma assoċjati ma' ekonomiji staġnati, jenfasizzaw il-ħtieġa ta' riformi aktar milli żieda fl-infiq.
Emenda 10
Proposta għal Regolament
Premessa 4b (ġdida)
(4b)  L-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jadottaw kwalunkwe miżura li tista' tipperikola l-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni fil-qafas tal-unjoni ekonomika u monetarja, b'mod partikolari l-prattika tal-akkumulazzjoni tad-djun barra l-kontijiet tal-amministrazzjoni pubblika.
Emenda 11
Proposta għal Regolament
Premessa 5
(5)  Finanzi pubbliċi f'saħħithom jiġu żgurati l-aħjar fl-istadju tal-ippjanar u l-iżbalji kbar għandhom jiġu identifikati kmieni kemm jista' jkun. L-Istati Membri għandhom jibbenefikaw mhux biss minn l-iffissar ta' prinċipji ta' gwida u miri baġitarji imma wkoll minn monitoraġġ sinkronizzat tal-politiki baġitarji tagħhom.
(5)  Finanzi pubbliċi b'saħħithom u politiki ekonomiċi kkoordinati jiġu żgurati l-aħjar fl-istadju tal-ippjanar u l-iżbalji kbar għandhom jiġu identifikati kmieni kemm jista' jkun. L-Istati Membri għandhom jibbenefikaw mhux biss mill-iffissar ta' prinċipji ta' gwida u miri baġitarji imma wkoll minn monitoraġġ sinkronizzat tal-politiki baġitarji u makroekonomiċi u l-ħruġ tad-dejn pubbliku tagħhom. Bl-għan li jikkoordinaw aħjar l-ippjanar tal-ħruġ tad-dejn nazzjonali tagħhom, jeħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw dwar il-pjanijiet għall-ħruġ tad-dejn pubbliku tagħhom minn qabel.
Emenda 12
Proposta għal Regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiddaħħlu fis-seħħ iżjed mekkaniżmi tal-Unjoni għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki baġitarji u ekonomiċi tal-Istati Membri. Madankollu, għandha tintwera kawtela fl-istadji kollha, u, għal din ir-raġuni, l-ebda kwistjoni relatata mal-pjanijiet ta' ħruġ tad-dejn tal-Istati Membri, mat-tiġdid ta' dejn pendenti u ma' operazzjonijiet rilevanti oħra ma għandha tinħareġ fil-pubbliku, u tali kwistjonijiet għandhom jintużaw biss għal skopijiet ta' koordinazzjoni interna. Din il-ħtieġa tirriżulta mir-riskju li Stat Membru jista' jkun suġġett għalih jekk jagħmel il-ħtiġijiet finanzjarji tiegħu magħrufa lis-swieq finanzjarji minn qabel.
Emenda 13
Proposta għal Regolament
Premessa 6
(6)  L-istipular ta' kronoliġija baġitarja komuni għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro għandu jissinkronizza aħjar il-passi ewlenin fit-tħejjija tal-baġits nazzjonali, b'hekk jikkontribwixxi favur l-effikaċja tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika baġitarja. L-adozzjoni ta' kronoliġija baġitarja komuni għandha twassal għal sinerġiji aqwa billi tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-politika fost l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u biex jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jkunu integrati kif xieraq fil-proċess nazzjonali tal-adozzjoni tal-baġit.
(6)  L-istipular ta' kronoliġija baġitarja komuni għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro għandu jissinkronizza aħjar il-passi ewlenin fit-tħejjija tal-baġits nazzjonali, b'hekk jikkontribwixxi favur l-effikaċja tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u baġitarja. L-adozzjoni ta' kronoliġija baġitarja komuni għandha twassal għal sinerġiji aqwa billi tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-politika fost l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u biex jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet ta' politika speċifiċi skont il-pajjiż u l-programmi nazzjonali ta' riforma u l-programmi ta' stabilità u konverġenza, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq l-analiżi tal-iżbilanċi makroekonomiċi jkunu integrati kif xieraq fil-proċess nazzjonali tal-adozzjoni tal-baġit.
Emenda 14
Proposta għal Regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Huwa essenzjali li l-kronoloġija tal-pjan baġitarju komuni tkun koerenti mal-kronoloġija baġitarja tal-Istati Membri. Jekk dan ma jkunx il-każ, kwalunkwe opinjoni tal-Kummissjoni rigward abbozz ta' pjan baġitarju ta' Stat Membru jkollha r-riskju li tkun nieqsa mil-leġittimità demokratika fil-parlament ta' dak l-Istati Membru.
Emenda 15
Proposta għal Regolament
Premessa 6b (ġdida)
(6b)  Meta l-baġit ma jiġix adottat sal-31 ta' Diċembru skont kif stipulat f'dan ir-Regolament, għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri ta' baġit reviżjonarji biex jiġi żgurat li l-gvern ikun għadu kapaċi jwettaq id-dmirijiet essenzjali tiegħu.
Emenda 16
Proposta għal Regolament
Premessa 7
(7)  Hemm evidenza qawwija li turi l-effikaċja ta' oqfsa fiskali bbażati fuq regoli fl-appoġġ ta' politiki fiskali tajba u sostenibbli. L-introduzzjoni ta' regoli fiskali nazzjonali li jkunu konsistenti mal-objettivi baġitarji stabiliti fil-livell tal-Unjoni għandhom ikunu element kruċjali biex tiġi żgurata l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir. Partikolarment, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw regoli strutturali tal-baġit bilanċjat li jittrasponu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali l-prinċipji ewlenin tal-qafas fiskali tal-Unjoni. Din it-traspożizzjoni għandha tkun effettivi permezz ta' regoli vinkolanti preferibbilment ta' natura kostituzzjonali sabiex jintwera l-aqwa impenn tal-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir.
(7)  Oqfsa fiskali effikaċi bbażati fuq regoli jistgħu jkunu importanti fl-appoġġ ta' politiki fiskali tajba u sostenibbli. L-introduzzjoni ta' regoli fiskali nazzjonali li jkunu konsistenti mal-objettivi ekonomiċi u baġitarji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, u li jinkludu d-definizzjoni ta' ċirkostanzi straordinarji u tnaqqis ekonomiku gravi, għandhom ikunu element kruċjali biex tiġi żgurata l-osservanza sostenibbli tad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir. Partikolarment, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmu li għandu jibda jaħdem b'mod awtomatiku fil-każ ta' devjazzjoni sinifikanti mill-objettiv baġitarju li jiġu kkoreġuti devjazzjonijiet sinifikanti mill-għan baġitarju ta' terminu medju jew mill-perkors ta' aġġustament lejh bl-għan li jiġi żgurat ritorn f'waqtu lejn l-objettiv ta' terminu medju. huwa essenzjali li dawk ir-regoli jkopru l-amministrazzjoni pubblika fis-sħuħija tagħha u jkunu vinkolanti jew garantiti b'xi mod ieħor sabiex ikun hemm konformità magħhom fil-proċessi baġitarji nazzjonali.
Emenda 17
Proposta għal Regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Il-livell ta' dejn sovran fl-Unjoni huwa sfida ewlenija li għandha tiġi indirizzata biex l-ekonomija terġa' lura għal tendenza ta' tkabbir reżiljenti u stabbli fuq perjodu ta' żmien qasir kif ukoll fuq perjodu ta' żmien twil. Irid jgħaddi perjodu sinifikanti ta' żmien qabel ma l-livell medju tad-dejn fost l-Istati Membri jerġa' lura għall-perkors ta' 60 % stipulat mill-Patt ta' Stabilità u Tkabbir. Il-kisba tal-objettivi baġitarji fuq perjodu ta' żmien medju hija prekundizzjoni fundamentali f'dan ir-rigward filwaqt li t-tbegħid minnhom jista' jwassal għal rati ta' interess għolja, u b'hekk jhedded it-tkabbir u l-irkupru.
Emenda 18
Proposta għal Regolament
Premessa 8
(8)  Previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji mhux oġġettivi u irrealistiċi jistgħu jfixklu konsiderevolment l-effikaċja tal-ippjanar baġitarju u konsegwentement ixekklu l-impenn lejn id-dixxiplina baġitarja. Previżjonijiet minn korpi indipendenti jistgħu jipprovdu previżjonijiet makroekonomiċi oġġettivi u realistiċi.
(8)  Previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji mhux oġġettivi u irrealistiċi jistgħu jfixklu konsiderevolment l-effikaċja tal-ippjanar baġitarju u konsegwentement ixekklu l-impenn lejn id-dixxiplina baġitarja. Previżjonijiet minn korpi kompetenti tekniċi u indipendenti b'awtorità funzjonarja vis-à-vis l-awtoritajiet baġitarji tal-Istati Membri li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi, kif stipulat fl-Anness I, jistgħu jipprovdu previżjonijiet makroekonomiċi oġġettivi u realistiċi, ladarba jiġu stabbiliti l-komparabilità u l-koerenza tagħhom.
Emenda 20
Proposta għal Regolament
Premessa 9
(9)  Din is-sorveljanza msaħħa gradwalment ser tikkumplimenta d-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u ssaħħaħ is-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja fl-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro. Proċedura ta' monitoraġġ imsaħħa gradwalment għandha tikkontribwixxi għal eżiti baġitarji aħjar għall-benefiċċju tal-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro. Bħala parti minn proċedura msaħħa gradwalment, monitoraġġ metikoluż huwa partikolarment ta' valur għall-Istati Membri li jkunu soġġetti għal proċedura ta' defiċit eċċessiv.
(9)  Tali sorveljanza u koordinazzjoni msaħħa gradwalment se jkomplu jikkompletaw is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir u jsaħħu s-sorveljanza tas-saħħa baġitarja u mikrofinanzjarja u l-konverġenza ekonomika fl-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro. Proċedura ta' monitoraġġ imsaħħa gradwalment għandha tikkontribwixxi għal eżiti baġitarji u ekonomiċi aħjar għall-benefiċċju tal-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro, mingħajr ma tinħoloq burokrażija bla bżonn. Bħala parti minn proċedura msaħħa gradwalment, monitoraġġ metikoluż huwa partikolarment ta' valur għall-Istati Membri li jkunu soġġetti għal proċedura ta' defiċit eċċessiv.
Emenda 21
Proposta għal Regolament
Premessa 10
(10)  B'li ħareġ mill-kriżi tad-dejn sovran, u partikolarment mill-ħtieġa li jiddaħħlu fis-seħħ ritensjonijiet finanzjarji aħħarin komuni, l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro jikkondividu effetti sekondarji mtejba mill-politika baġitarja tagħhom. Kull Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom tkun l-euro qabel ma jadottaw klawlunkwe pjanijiet kbar ta' riforma fil-politika fiskali b'effetti sekondarji potenzjali, sabiex jippermettu l-possibilità ta' valutazzjoni tal-impatt possibbli fuq iż-żona tal-euro kollha. Għandhom iqisu l-pjanijiet baġitarji tagħhom bħala ta' interess komuni u jissottomettuhom lill-Kummissjoni għall-finijiet ta' monitoraġġ qabel il-pjanijiet isiru vinkolanti. Il-Kummissjoni għandha tkun f'pożizzjoni, jekk neċessarju, li tadotta opinjoni dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju, li l-Istat Membru u partikolarment l-awtoritajiet tal-baġit għandhom jiġu mistiedna jqisu fil-proċess tal-adozzjoni tal-liġi tal-baġit. Tali opinjoni għandha tiżgura li l-gwida politika tal-Unjoni fil-qasam baġitarju tkun adegwatament integrata fil-preparazzjonijiet baġitarji nazzjonali. Partikolarment, din l-opinjoni għandha tinkludi valutazzjoni dwar jekk il-pjanijiet baġitarji jindirizzawx adegwatament ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa fil-kuntest tas-Simestru Ewropew fil-qasam baġitarju. Il-Kummissjoni għandha tkun lesta biex tippreżenta din l-opinjoni lill-Parlament tal-Istat Membru konċernat, fuq it-talba tiegħu. L-estent safejn din l-opinjoni tkun tqieset għandu jkun parti mill-valutazzjoni, jekk u meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet, li twassal għad-deċiżjoni li l-Istat Membru konċernat jitpoġġa taħt proċedura tad-defiċit eċċessiv, fejn in-nuqqas ta' segwitu tal-gwida bikrija mill-Kummissjoni jitqies bħala fattur aggravanti. Ukoll, abbażi tal-valutazzjoni kumplessiva tal-pjanijiet mill-Kummissjoni, il-Grupp tal-euro għandu jiddiskuti s-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro.
(10)  L-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro jiġġeneraw jew jiġu effettwati bl-effetti sekondarji mill-politiki baġitarji u makroekonomiċi tagħhom. L-effetti sekondarji għandhom għaldaqstant jiġu identifikati u indirizzati fi ħdan il-qafas ta' proċeduri ta' sorveljanza speċifiċi skont il-pajjiż kif ukoll fil-valutazzjoni globali tas-sitwazzjoni baġitarja u l-prospetti fiż-żona tal-euro kollha. Il-valutazzjoni għandha tidentifika, fuq bażi ta' pajjiż pajjiż, effetti sekondarji negattivi potenzjali li jirrigwardaw is-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri ġġenerati mis-setturi privati tagħhom jew minn Stati Membri oħra. Il-kriżi tad-dejn sovran uriet ukoll l-interkonnessjoni bejn id-dejn sovran, l-istabilità finanzjarja u s-solvenza tal-banek. Kull Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom tkun l-euro qabel ma jadottaw klawlunkwe pjanijiet kbar ta' riforma fil-politika ekonomika u f'dik fiskali b'effetti sekondarji potenzjali, sabiex jippermettu l-possibilità ta' valutazzjoni tal-impatt possibbli fuq iż-żona tal-euro kollha. Għandhom iqisu l-pjanijiet baġitarji u ekonomiċi tagħhom bħala ta' interess komuni u jissottomettuhom lill-Kummissjoni għall-finijiet ta' monitoraġġ qabel il-pjanijiet isiru vinkolanti. Il-Kummissjoni għandha tkun f'pożizzjoni, jekk neċessarju, li tadotta mill-iktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-15 ta' Novembru, opinjoni dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju, li l-Istat Membru u partikolarment l-awtoritajiet tal-baġit għandhom jiġu mistiedna jqisu fil-proċess tal-adozzjoni tal-liġi tal-baġit. Tali opinjoni għandha tiżgura li l-gwida politika tal-Unjoni fil-qasam ekonomiku u dak baġitarju tkun adegwatament integrata fil-preparazzjonijiet baġitarji nazzjonali. Partikolarment, din l-opinjoni għandha tinkludi valutazzjoni dwar jekk il-pjanijiet baġitarji jindirizzawx adegwatament ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa fil-kuntest tas-Simestru Ewropew fil-qasam ekonomiku u f'dak baġitarju (rakkomandazzjonijiet ta' politika speċifiċi skont il-pajjiż). Fl-istess kuntest, għandha tiżgura li l-impenji tal-Istati Membri, fil-qafas tal-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom kif ukoll kwalunkwe impenn li jkunu ħadu fil-qafas tal-programmi ta' sħubija ekonomika u rakkomandazzjoni tal-Kunsill fil-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi jkunu riflessi b'mod xieraq fl-abbozz tal-baġit nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tkun lesta biex tippreżenta din l-opinjoni lill-Parlament tal-Istat Membru konċernat, fuq it-talba tiegħu. L-estent safejn din l-opinjoni tkun tqieset għandu jkun parti mill-valutazzjoni, jekk u meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet, li twassal għad-deċiżjoni li l-Istat Membru konċernat jitpoġġa taħt proċedura tad-defiċit eċċessiv, fejn in-nuqqas ta' segwitu tal-gwida bikrija mill-Kummissjoni jitqies bħala fattur aggravanti. Ukoll, abbażi tal-valutazzjoni kumplessiva tal-pjanijiet mill-Kummissjoni, il-Grupp tal-euro u l-Parlament Ewropew għandhom jiddiskutu s-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro.
Emenda 22
Proposta għal Regolament
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  Fil-każ ta' nonkonformità partikolarment serja tal-abbozz tal-pjan baġitarju mal-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju ta' terminu medju, il-Kummissjoni, fl-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju, għandha titlob, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru konċernat, abbozz ta' pjan baġitarju rivedut, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dan se jkun il-każ b'mod partikolari meta l-implimentazzjoni tal-pjan baġitarju inizjali tpoġġi l-istabilità finanzjarja tal-Istat Membru konċernat f'riskju jew tirriskja li tpoġġi f'periklu l-funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja jew fejn l-implimentazzjoni tal-pjan baġitarju inizjali tinvolvi ksur sinifikanti u ovvju tar-rakkomandazzjonijiet ifformulati mill-Kunsill skont il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir.
Emenda 23
Proposta għal Regolament
Premessa 10b (ġdida)
(10b)  Fil-kuntest ta' koordinazzjoni u diskussjoni ex ante aħjar fost l-Istati Membri ta' kwalunkwe pjan ta' riforma ta' politika ekonomika u fiskali b'effetti sekondarji potenzjali, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport, u jekk ikun meħtieġ proposta, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bi pjan dettaljat li jiddeskrivi kif se joperaw tali koordinazzjoni u diskussjonijiet ex ante, x'forma għandhom jieħdu tali koordinazzjoni u diskussjonijiet, liema huma l-politiki previsti, u x'inhuma l-konsegwenzi politiċi probabbli - għall-Istati Membri u, b'mod partikolari għall-parlamenti nazzjonali - tad-deċiżjonijiet li joħorġu minn tali koordinazzjoni u diskussjonijiet ex ante. L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha, mill-inqas, tiżgura li l-koordinazzjoni tkun integrata fil-qafas tas-Semestru Ewropew.
Emenda 24
Proposta għal Regolament
Premessa 10c (ġdida)
(10c)  Barra minn hekk, it-tisħiħ tal-governanza ekonomika għandha tinkludi involviment iżjed mill-qrib u iżjed f'waqtu tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali. Filwaqt li jirrikonoxxi li l-kontrapartijiet tal-Parlament Ewropew fil-qafas tad-djalogu huma l-istituzzjonijiet relevanti tal-Unjoni u r-rappreżentanti tagħhom, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri opportunità ta' parteċipazzjoni fi skambju ta' fehmiet lill-Istat Membru li jkun is-suġġett ta' deċiżjoni tal-Kunsill li timponi depożitu b'imgħax jew multa annwali, b'konformità ma' dan ir-Regolament. Il-parteċipazzjoni tal-Istat Membru f'tali skambju ta' fehmiet hija volontarja.
Emenda 25
Proposta għal Regolament
Premessa 11
(11)  L-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u li jkunu soġġetti għal proċedura ta' defiċit eċċessiv għandhom jiġu mmonitorjati aktar mill-qrib biex tiġi żgurat korrezzjoni sħiħa u fil-ħin tad-defiċit eċċessiv. Monitoraġġ metikoluż għandu jiżgura l-korrezzjoni bikrija ta' kwalunkwe devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill biex jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv. Tali monitoraġġ għandu jikkomplementa d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1467/97. Il-modalitajiet ta' dan il-monitoraġġ metikoluż għandu jkun iggradat skont l-istadju tal-proċedura li għalih ikun soġġett l-Istat Membru, kif previst fl-Artikolu 126 tat-Trattat.
(11)  L-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u li jkunu soġġetti għal proċedura ta' defiċit eċċessiv għandhom jiġu mmonitorjati aktar mill-qrib biex tiġi żgurata korrezzjoni koerenti, sostenibbli u fil-ħin tad-defiċit eċċessiv. Monitoraġġ iktar metikoluż għandu jiżgura l-prevenzjoni u l-korrezzjoni bikrija ta' kwalunkwe devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill biex jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv jew mir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi skont il-pajjiż. Tali monitoraġġ għandu jikkomplementa d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1467/97. Il-modalitajiet ta' dan il-monitoraġġ metikoluż għandhom ikunu ggradati skont l-istadju tal-proċedura li għalih ikun soġġett l-Istat Membru, kif previst fl-Artikolu 126 TFUE. L-Istati Membri li jkunu suġġetti għal proċedura ta' defiċit eċċessiv għandhom jippreżentaw programm ta' sħubija ekonomika li tkun tinkludi deskrizzjoni dettaljata tar-riformi strutturali. Huwa essenzjali li tali riformi strutturali jiddaħħlu fis-seħħ u jiġu implimentati sabiex tiġi żgurata korrezzjoni effikaċi u durabbli tad-defiċits eċċessivi tagħhom. Fejn ikun xieraq, is-sħab soċjali għandhom ikunu involuti b'konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali.
Emenda 26
Proposta għal Regolament
Premessa 12
(12)  Il-monitoraġġ metikoluż għall-Istati Membri soġġetti għal proċedura ta' defiċit eċċessiv għandu jippermetti l-identifikazzjoni tar-riskji f'konformità mal-iskadenza għal Stat Membru biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv. Fil-każ li jiġu identifikati tali riskji, il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjoni lill-Istat Membru biex jittieħdu miżuri f'perjodu partikolari li għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament tal-Istat Membru konċernat, fuq it-talba tagħha. Din il-valutazzjoni għandha tippermetti korrezzjoni rapida ta' kwalunkwe żvilupp li joħloq riskju għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-iskadenza stabilita. Il-valutazzjoni tal-konformità ma' din ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni għandha tkun parti mill-valutazzjoni kontinwa mill-Kummissjoni tal-azzjoni effettiva biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv. Meta jiddeċiedi jekk ittiħditx azzjoni effettiva biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv, il-Kunsill għandu wkoll jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq jekk l-Istat Membru kkonformax mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.
(12)  Huwa essenzjali li jsir monitoraġġ iktar metikoluż għall-Istati Membri soġġetti għal proċedura ta' defiċit eċċessiv fil-kuntest ta' programm ta' sħubija ekonomika. F'dak il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istat Membru jagħmel valutazzjoni komprensiva tal-eżekuzzjoni baġitarja fis-sena għall-amministrazzjoni pubblika u s-sottosetturi tagħha u biex jirrapporta b'mod regolari lill-Kummissjoni u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, dwar l-amministrazzjoni pubblika u s-sottosetturi tagħha, l-eżekuzzjoni baġitarja fis-sena, l-impatt baġitarju tal-miżuri diskrezzjonali meħuda kemm mil-lat ta' nefqa kif ukoll mil-lat ta' dħul, il-miri għan-nefqa u d-dħul tal-gvern, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri adottati u n-natura ta' dawk maħsubin biex jintlaħqu l-miri.
Emenda 27
Proposta għal Regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  Sabiex jiġu żgurati l-funzjonament xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja u r-rispett tad-dixxiplina baġitarja, huwa indispensabbli li l-istabilità fiż-żona tal-euro kollha tiġi ssalvagwardjata u għaldaqstant huwa indispensabbli wkoll li jissaħħu l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro kontra avvenimenti negattivi mhux mistennija, biex jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet ta' likwidità kif ukoll l-esternalitajiet negattivi marbuta mal-frammentazzjoni tas-swieq tal-bonds sovrani, u li jitnaqqsu l-ispejjeż ta' finanzjament marġinali għall-Istati Membri li jkunu qed jiffaċċaw pressjonijiet ta' finanzjament. Għal dak l-għan primarju, jeħtieġ li jiġi adottat pjan direzzjonali lejn strumenti ta' dejn sovran komuni taż-żona tal-euro li jinkludi t-twaqqif ta' qafas imtejjeb għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika. Bħala l-ewwel pass għall-ħruġ ikkoordinat u komuni ta' strumenti tad-dejn sovran taż-żona tal-euro, jeħtieġ li jiġi stabbilit fond ta' fidwa fuq perjodu ta' madwar 25 sena flimkien mal-koordinazzjoni tal-ħruġ tad-dejn ta' Stat Membru fiż-żona tal-euro. Dan l-ewwel pass huwa bla ħsara għall-implimentazzjoni ta' passi ulterjuri fil-pjan direzzjonali qabel tmiem dak il-perjodu.
Emenda 28
Proposta għal Regolament
Premessa 12b (ġdida)
(12b)  Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jirrispettaw bis-sħiħ ir-rwol tas-sħab soċjali, kif ukoll id-differenzi fis-sistemi nazzjonali, bħalma huma s-sistemi relatati mal-formazzjoni tal-pagi.
Emenda 29
Proposta għal Regolament
Premessa 13
(13)  Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, partikolarment il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u biex tiġi żgurata trasparenza akbar u r-responsabilità pubblika akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat minn rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex jipparteċipa fi skambju ta' opinjonijiet,
(13)  Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, partikolarment il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u biex tiġi żgurata trasparenza akbar u responsabilità pubblika akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat minn rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex jipparteċipa fi skambju ta' opinjonijiet. Għandhom jiġu pprovduti wkoll regoli għat-tisħiħ tal-obbligu ta' rendikont, it-trasparenza u l-iskrutinju ta' sorveljanza u koordinazzjoni tal-politiki baġitarji u b'mod usa' l-politika ekonomika taż-żona tal-euro, b'konformità mal-prinċipji demokratiċi. Għal dak l-għan, għandhom jiġu pprovduti dispożizzjonijiet speċifiċi, b'konformità mal-prattiki nazzjonali għall-involviment tal-parlamenti nazzjonali, tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
Emenda 30
Proposta għal Regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  Il-pjanijiet baġitarji u r-riformi strutturali għandhom ikunu konsistenti mal-protezzjoni tad-drittijiet soċjali u għandhom jevitaw li jżidu l-inugwaljanzi. Għaldaqstant, id-dixxiplina baġitarja m'għandhiex tiġi implimentata bi ħsara għall-mezzi b'perspettiva medja u fit-tul meħtieġa għal trasformazzjoni, sostenibbli u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent, tal-ekonomija, b'konformità mal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi u mal-għanijiet 2050 dwar it-tibdil fil-klima.
Emenda 31
Proposta għal Regolament
Premessa 13b (ġdida)
(13b)  Il-politika fiskali għandha rwol kruċjali biex tagħmel il-pjanijiet baġitarji iktar effikaċi u ġusti filwaqt li tikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli. Sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi leġiżlattivi bħat-taxxa Ewropea fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u bażi ta' taxxa korporattiva konsolidata komuni għandhom jiġu adottati malajr fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali sabiex jitneħħew l-eċċezzjonijiet mhux ġustifikati, titwessa' l-bażi tat-taxxa, titjieb l-effiċjenza tal-ġbir tat-taxxa, tiġi indirizzata l-evażjoni tat-taxxa u jiġi applikat b'mod komprensiv il-prinċipju ta' “'min iniġġeż iħallas'”.
Emenda 32
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Dan ir-Regolament jistipula dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ imsaħħaħ tal-politiki baġitarji fiż-żona tal-euro billi:
1.  Dan ir-Regolament jistipula dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ imsaħħaħ tal-politiki baġitarji u ekonomiċi u qafas imtejjeb għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fiż-żona tal-euro billi:
Emenda 33
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) jikkumplimenta l-proċedura għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi kif ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1174/2011;
Emenda 34
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) jiggarantixxi l-kompatibilità bejn il-politiki baġitarji u l-proċedura għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi kif ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1174/2011 permezz ta' monitoraġġ aktar mill-qrib tal-programmi nazzjonali ta' riforma u ta' kwalunkwe programm ta' sħubija ekonomika tal-Istati Membri, sabiex jiġu żgurati konformità u konverġenza sostenibbli fiż-żona tal-euro.
Emenda 35
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat b'konformità mal-Artikolu 152 TFUE u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati b'rispett sħiħ tal-prattiki u l-istituzzjonijiet għall-formazzjoni tal-pagi. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u dawk ir-rakomandazzjonijiet għandha tqis l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u, għaldaqstant, m'għandhiex taffettwa d-dritt li jiġu nnegozjati, konklużi jew infurzati ftehimiet kollettivi u li tittieħed azzjoni kollettiva skont il-liġi u l-prattiki nazzjonali.
Emenda 36
Proposta għal Regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
(1) “kunsill fiskali indipendenti” tfisser korp mogħni b'awtonomija funzjonali vis à vis l-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru inkarigati mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-regoli fiskali nazzjonali;
(1) “kunsill fiskali” tfisser korp indipendenti u teknikament kompetenti mogħni b'awtonomija funzjonali vis à vis l-awtoritajiet baġitarji tal-Istat Membru inkarigat mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-regoli fiskali nazzjonali;
Emenda 37
Proposta għal Regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
(2) “previżjonijiet makroekonomiċi indipendenti” tfisser il-previżjonijiet makroekonomiċi u/jew baġitarji prodotti minn korp indipendenti jew korp mogħni b'awtonomija funzjonali vis à vis l-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru;
(2) “previżjonijiet makroekonomiċi indipendenti” tfisser il-previżjonijiet makroekonomiċi prodotti jew approvati minn korp indipendenti u teknikament kompetenti mogħni b'awtonomija funzjonali vis à vis l-awtoritajiet baġitarji tal-Istat Membru li jikkonforma mar-rekwiżiti minimi stipulati fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-komparabilità u l-koerenza tal-previżjonijiet indipendenti madwar l-Istati Membri;
Emenda 38
Proposta għal Regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5
(5) “gvern” u “defiċit” ifissru kif stipulat fl-Artikolu 2 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv [defiċit eċċessiv] anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(5) “gvern”, “defiċit” u “dejn” ifissru kif stipulat fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 12 dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE.
Emenda 39
Proposta għal Regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
(5a)  “Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir” tfisser is-sistema ta' sorveljanza multilaterali stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1466/97 u l-proċedura biex jiġi evitat l-iżbilanċ eċċessiv tal-Istati Membri kif stipulat fl-Artikolu 126 TFUE u fir-Regolament (KE) Nru 1467/97;
Emenda 40
Proposta għal Regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)
(5b) “nonkonformità partikolarment serja mal-perkors ta' aġġustament lejn l-objettivbaġitarju ta' perjodu ta' żmien medju” tfisser devjazzjoni fiċ-ċifri ppreżentati fl-abbozz ta' baġit li tkun mill-inqas 1 % tal-PDG f'sena unika jew mill-inqas medja ta' 0.5 % tal-PDG kull sena fuq sentejn konsekuttivi u li ma tkunx tista' tiġi ġustifikata b'ċirkostanzi straordinarji jew bi tnaqqis ekonomiku qawwi, wara li jkunu ġew ikkunsidrati l-fatturi ta' mitigazzjoni u l-effetti sekondarji, skont kif deskritt fir-Regolament (KE) Nru 1467/97 u r-Regolament (UE) Nru 1176/2011.
Emenda 41
Proposta għal Regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament hija bla ħsara għall-Artikolu 9 TFUE.
Emenda 42
Proposta għal Regolament
Kapitolu I a (ġdid)
Kapitolu Ia

Koordinazzjoni tal-politika ekonomika

Artikolu 2a

Kronoloġija għas-Semestru Ewropew għall-koordinament tal-politika ekonomika msemmi fl-Artikolu 2-a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97

1.  Il-proċedura baġitarja tal-Istati Membri għandha tkun koerenti mal-qafas tas-Semestru Ewropew, skont ċiklu annwali li jinkludi:
(a) l-orjentazzjonijiet ta' politika tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa għal Stati Membri individwali, ibbażati fuq l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, inklużi l-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi tal-Kummissjoni, u r-rapporti annwali skont skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011; tali orjentazzjonijiet ta' politika se jipprovdu gwida għall-Istati Membri fl-abbozzar tal-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom u l-programmi ta' stabilità u konverġenza, li jridu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri f'April skont l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97;
(b) l-approvazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta' politika speċifika skont il-pajjiżi min-naħa tal-Kunsill Ewropew tas-Sajf, skont l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tal-programmi nazzjonali ta' riforma u l-programmi ta' stabilità u konverġenza tal-Istati Membri, ippreżentati skont l-Artikoli 121 u 148 TFUE.
Emenda 43
Proposta għal Regolament
Kapitolu 2 – titolu
Dispożizzjonijiet Baġitarji Komuni

Dispożizzjonijiet Baġitarji Komuni u rekwiżiti ta' informazzjoni dwar il-ħruġ ta' dejn pubbliku nazzjonali

Emenda 44
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw annwalment il-pjanijiet fiskali ta' terminu medju tagħhom skont il-qafas baġitarju ta' terminu medju bbażati fuq previżjoni makroekonomika indipendenti flimkien mal-Programmi ta' Stabilità, sa mhux aktar tard mill-15 ta' April.
1.  L-Istati Membri għandhom, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, jippubblikaw, preferibbilment sal-15 ta' April iżda mhux aktar tard mit-30 t'April kull sena, il-pjanijiet fiskali nazzjonali ta' terminu medju tagħhom skont il-qafas baġitarju ta' terminu medju, ibbażati fuq previżjonijiet makroekonomiċi kredibbli u indipendenti. Tali pjanijiet għandhom jiġu ppreżentati flimkien mal-programmi nazzjonali ta' riforma u l-programmi ta' stabilità u konverġenza u għandhom ikunu kompletament konsistenti mal-orjentazzjonijiet ta' politika bbażati fuq l-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir u r-rapporti annwali skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011.
Emenda 45
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3
3.  Il-liġijiet tal-baġit tal-amministrazzjoni pubblika għandhom jiġu adottati u pubblikati kull sena sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru.
3.  Il-liġijiet tal-baġit tal-amministrazzjoni pubblika għandhom jiġu adottati u pubblikati kull sena sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru. L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri baġitarji reviżjonarji li jridu jiġu applikati fejn għal raġunijiet ġustifikati b'mod oġġettiv li ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-gvern tal-Istat Membru, il-baġit ma jkunx ġie adottat jew miftiehem u ppubblikat sal-31 ta' Diċembru.
Emenda 46
Proposta għal Regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ regoli fiskali numeriċi dwar il-bilanċ baġitarju li jimplimentaw fil-proċessi baġitarji nazzjonali l-objettivi baġitarji ta' terminu medju tagħhom kif iddefinit fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97. Tali regoli għandhom ikopru l-amministrazzjoni pubblika fis-sħuħija tagħha u jkunu ta' natura vinkolanti, preferibbilment kostituzzjonali.
1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ regoli fiskali numeriċi li jimplimentaw fil-proċessi baġitarji nazzjonali l-objettivi baġitarji ta' terminu medju tagħhom kif iddefinit fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu wkoll id-definizzjoni ta' ċirkostanzi straordinarji u tnaqqis ekonomiku gravi, li jafu jwasslu għal devjazzjoni temporanja mill-objettiv baġitarju fuq terminu medju jew mill-perkors ta' aġġustament lejh, sakemm tali devjazzjoni ma tipperikolax is-sostenibilità fiskali fit-terminu medju, kif stipulat fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1466/97. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu mekkaniżmu, li għandu jibda jaħdem b'mod awtomatiku fil-każ ta' devjazzjoni sinifikanti mill-objettiv baġitarju ta' terminu medju jew mill-perkors ta' aġġustament lejh, bl-għan li jiġi żgurat ritorn f'waqtu lejn l-objettiv ta' terminu medju. Tali regoli għandhom ikopru l-amministrazzjoni pubblika fis-sħuħija tagħha u għandhom ikunu vinkolanti jew b'mod ieħor garantiti li jiġu rispettati u osservati b'mod sħiħ tul il-proċess baġitarju nazzjonali.
Emenda 47
Proposta għal Regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ kunsill fiskali indipendenti għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-regoli nazzjonali fiskali kif imsemmi fil-paragrafu 1.
2.  L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ kunsill fiskali għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni kemm ex ante kif ukoll ex post tar-regoli nazzjonali fiskali b'konformità mar-rekwiżiti minimi stipulati fl-Anness I.
Emenda 48
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri kull sena għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-euro abbozz ta' pjan baġitarju għas-sena sussegwenti sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ottubru.
1.  L-Istati Membri kull sena għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-euro abbozz ta' pjan baġitarju għas-sena sussegwenti sa mhux aktar tard mit-1 ta' Ottubru, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet ta' politika speċifiċi skont il-pajjiżi tal-Kunsill Ewropew tas-Sajf u kwalunkwe rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru fil-kuntest tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir jew il-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi kif stabbilit fir-Regolamenti (UE) Nru 1174/2011 u 1176/2011.
Emenda 49
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  L-abbozz tal-pjan baġitarju għandu jsir pubbliku fl-istess waqt.
2.  L-abbozz ta' pjan baġitarju, kif stipulat f'dan l-Artikolu, għandu jsir pubbliku meta jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni.
Emenda 50
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt b
(b) il-projezzjonijiet abbażi ta' ebda bdil fil-politiki għan-nefqa u d-dħul bħala persentaġġ tal-PDG tal-amministrazzjoni pubblikua u l-komponenti ewlenin tagħhom;
(b) il-projezzjonijiet abbażi ta' ebda bdil fil-politiki għan-nefqa u d-dħul bħala persentaġġ tal-PDG tal-amministrazzjoni pubblika u l-komponenti ewlenin tagħhom; dawk il-projezzjonijiet għandhom ikopru l-infiq attwali u l-infiq tal-investiment u, għal dak l-għan, għandhom jiġu stabbiliti miri baġitarji ċari dwar l-infiq attwali u tal-investiment u, fil-każ tal-infiq tal-investiment, għandha tiġi ppubblikata valutazzjoni tar-redditu ekonomiku tiegħu;
Emenda 51
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)
(ca) id-dettalji tal-infiq direttament relatat mal-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi, inkluż l-investiment pubbliku, flimkien mad-dettalji tar-rabta mal-kisba tal-objettivi baġitarji fuq perjodu ta' żmien fit-tul kif ukoll valutazzjoni tal-impatt soċjali tal-miżuri li jkun hemm provvediment għalihom fil-pjan baġitarju;
Emenda 52
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt d
(d) deskrizzjoni dettaljata u kwantifikazzjoni ddokumentata sew tal-miżuri li għandhom jiġu inklużi fil-baġit għas-sena sussegwenti sabiex jixxejjen id-distakk bejn il-miri msemmija fil-punt (c) u projezzjonijiet abbażi ta' ebda bdil fil-politiki pprovduti skont il-punt (b). Id-deskrizzjoni tista' tkun inqas dettaljata għal miżuri b'impatt baġitarju stmat li jkun inqas minn 0.1 % tal-PDG. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-pjanijiet ewlenin ta' riforma ta' politika fiskali b'effetti sekondarji potenzjali għall-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom tkun l-euro;
(d) deskrizzjoni dettaljata u kwantifikazzjoni ddokumentata sew tal-miżuri li għandhom jiġu inklużi fil-baġit għas-sena sussegwenti sabiex jixxejjen id-distakk bejn il-miri msemmija fil-punti (c) u (ca) u projezzjonijiet abbażi ta' ebda bdil fil-politiki pprovduti skont il-punt (b). Id-deskrizzjoni tista' tkun inqas dettaljata għal miżuri b'impatt baġitarju stmat li jkun inqas minn 0.1 % tal-PDG. Għandha tingħata attenzjoni partikolari u espliċita lill-pjanijiet ewlenin ta' riforma ta' politika fiskali b'effetti sekondarji potenzjali għall-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom tkun l-euro;
Emenda 53
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt e
(e) l-assunzjonijiet ewlenin dwar l-iżviluppi ekonomiċi mistennija u l-varjabbli ekonomiċi importanti li jkunu rilevanti għall-kisba tal-miri baġitarji. Dawn l-assunzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq previżjoni indipendenti tat-tkabbir makroekonomiku;
(e) l-assunzjonijiet ewlenin dwar l-iżviluppi ekonomiċi mistennija u l-varjabbli ekonomiċi importanti li jkunu rilevanti għall-kisba tal-miri baġitarji stipulati b'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/85/UE. Il-previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji għandhom jinkludu stima tal-impatt preżunt fuq il-prodott potenzjali u l-effetti ta' multiplikatur makroekonomiku. Il-metodoloġija, il-mudelli u l-preżunzjonijiet ekonomiċi u ekonometriċi sottostanti, kif ukoll kwalunkwe parametru relevanti ieħor li jirfed il-previżjoni makroekonomika indipendenti għandhom jiġu annessi mal-pjanijiet fiskali annwali ta' terminu medju;
Emenda 54
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt f
(f) fejn applikabbli, indikazzjonijiet addizzjonali dwar kif se jiġu ssodisfati r-rakkomandazzjonijiet eżistenti indirizzati lill-Istat Membru konċernat skont l-Artikolu 121 tat-Trattat fil-qasam baġitarju.
(f) fejn applikabbli, indikazzjonijiet addizzjonali dwar kif se jiġu ssodisfati r-rakkomandazzjonijiet eżistenti indirizzati lill-Istat Membru konċernat skont l-Artikoli 121 u 148 TFUE b'konformità mal-punti (a) sa (ca);
Emenda 55
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)
(fa) kwantifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-investiment pubbliku u, kif xieraq, tal-impatt baġitarju flimkien ma' valutazzjoni tar-redditi tal-miżuri previsti fil-programmi nazzjonali ta' riforma;
Emenda 56
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt fb (ġdid)
(fb) analiżi tal-kontribuzzjoni tar-riformi u l-investimenti inklużi fil-programmi nazzjonali ta' riforma għall-kisba tal-għanijiet tal-programmi ta' stabilità inkluża analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tar-riformi minn perspettiva baġitarja.
Emenda 57
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4
4.  Fejn il-miri baġitarji rrapportati fl-abbozz tal-pjan baġitarju skont il-punti (a) u (c) tal-paragrafu 3 jew il-projezzjonijiet abbażi ta' ebda bdil fil-politiki jkunu differenti minn dawk tal-programm ta' stabilità l-aktar reċenti, id-differenzi għandhom ikunu spjegati kif xieraq.
4.  Fejn il-miri baġitarji rrapportati fl-abbozz tal-pjan baġitarju skont il-punti (a) u (ca) tal-paragrafu 3 jew il-projezzjonijiet abbażi ta' ebda bdil fil-politiki jkunu differenti minn dawk tal-programm ta' stabilità l-aktar reċenti, id-differenzi għandhom ikunu spjegati kif xieraq.
Emenda 58
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-pjanijiet fiskali ta' terminu medju għandu jkollhom projezzjoni aġġornata ta' nefqa multiannwali bħala perċentwal tal-PDG għall-amministrazzjoni pubblika u l-komponenti ewlenin tagħha kif ukoll miri multiannwali u impenji relatati mal-infiq allokat għall-kisba tal-għanijiet integrati fl-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi.
Emenda 59
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 5
5.  Fejn tidentifika nonkonformità partikolarment gravi mal-obbligi ta' politika baġitarja stipulati fil-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, il-Kummissjoni għandha, fi żmien ġimagħtejn mid-data tas-sottomissjoni tal-abbozz tal-pjan baġitarju, titlob abbozz tal-pjan baġitarju rivedut mill-Istat Membru konċernat. Din it-talba għandha ssir pubblika.
5.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu -11 li jispeċifika l-kontenut tal-abbozz tal-pjan baġitarjiu msemmi fil-paragrafu 1 u l-kontenut tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 sa 4.
Il-paragrafi 2 sa 4 għandhom japplikaw fil-każ ta' abbozz ta' pjan baġitarju rivedut.

Emenda 60
Proposta għal Regolament
Artikolu 6 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.  Meta l-Kummissjoni tidentifika nuqqas ta' konformità partikolarment serju tal-abbozz tal-pjan baġitarju mal-perkors ta' aġġustament favur l-objettiv baġitarju fuq perjodu ta' żmien medju, hija tista' titlob abbozz rivedut tal-pjan baġitarju, wara konsultazzjoni adegwata tal-Istat Membru u spjegazzjoni minnu. It-talba għandha ssir sa xahar qabel il-preżentazzjoni tal-abbozz tal-pjan baġitarju.
L-Artikolu 5(2) u (4) għandu japplika għall-abbozzi riveduti tal-pjanijiet baġitarji.

Emenda 61
Proposta għal Regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha, jekk neċessarju, tadotta opinjoni dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju sat-30 ta' Novembru.
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta opinjoni dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju ta' kull Stat membru sa mhux aktar tard mill-15 ta' Novembru.
Emenda 62
Proposta għal Regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha ssir pubblika u, fuq talba tal-Parlament tal-Istat Membru konċernat, għandha tiġi ppreżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament konċernat.
2.  L-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir pubblika u għandha tiġi ppreżentata lill-Grupp tal-euro. Fuq talba tal-parlament tal-Istat Membru konċernat, jew tal-Parlament Ewropew, għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni lill-parlament konċernat.
Emenda 63
Proposta għal Regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni kumplessiva tas-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro fis-sħuħija tagħha. Il-valutazzjoni għanda ssir pubblika.
3.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni kumplessiva tas-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro fis-sħuħija tagħha. Il-valutazzjoni globali għandha tinkludi testijiet tal-istress li jipprovdu indikazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi f'każ ta' żviluppi finanzjarji jew baġitarji negattivi. Il-valutazzjoni għandha tidentifika fuq bażi ta' pajjiż pajjiż l-effetti sekondarji negattivi potenzjali fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri ġġenerati mis-settur privat tagħhom jew minn Stati Membri oħra.
Il-valutazzjoni għanda ssir pubblika u għandha tiġi integrata fl-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir li jmiss. Mal-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tehmeż sommarju dettaljat tal-previżjonijiet tar-Rebbiegħa u tal-Ħarifa għaż-żona tal-euro b'mod globali. Ix-xenarju ta' linja bażi magħżul għall-valutazzjoni għandu jiġi deskritt b'raġunament u għandu jkun mibni fuq kont ibbilanċjat ta' riskji b'xejra pożittiva u dawk b'xejra negattiva sabiex tiġi kkunsidrata l-firxa sħiħa tar-riżultati possibbli. Il-valutazzjoni għandha tiżvela l-metodoloġiji, il-preżunzjonijiet u l-parametri relevanti li fuqhom ikunu bbażati l-previżjonijiet makroekonomiċi u t-testijiet tal-istress, kif ukoll valutazzjoni ex post tax-xenarju tal-linja bażi tas-sena preċedenti.

Emenda 64
Proposta għal Regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4
4.  Il-Grupp tal-euro għandu jiddiskuti l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet baġitarji nazzjonali u s-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-eura fis-sħuħija tagħha abbażi tal-valutazzjoni kumplessiva magħmula mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3. Il-valutazzjoni għanda ssir pubblika.
4.  Il-Grupp tal-euro u l-kumitat relevanti tal-Parlament Ewropew għandhom jiddiskutu l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet baġitarji nazzjonali u s-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-eura fis-sħuħija tagħha abbażi tal-valutazzjoni kumplessiva magħmula mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3. L-eżitu ta' dik id-diskussjoni għandu jsir pubbliku u għandu jitqies fis-Semestru Ewropew ta' wara, b'mod partikolari fl-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir.
Emenda 65
Proposta għal Regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Wara d-diskussjonijiet tal-Grupp tal-euro u l-kumitati relevanti tal-Parlament Ewropew, jekk ikun xieraq il-Kummissjoni għandha taġġorna r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tagħha fil-qafas tal-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir bl-għan li jsaħħu l-qafas makroekonomiku komuni taż-żona tal-euro kif ukoll biex tingħata deskrizzjoni tal-miżuri ta' appoġġ previsti f'każ ta' żviluppi finanzjarji, ekonomiċi jew baġitarji negattivi.
Emenda 66
Proposta għal Regolament
Artikolu 6a (ġdid)
Artikolu 6a

Rappurtaġġ dwar il-ħruġ tad-dejn

1.  L-Istati Membri għandhom jirrapurtaw ex ante fil-ħin lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Grupp tal-euro, dwar il-pjanijiet tal-ħruġ tad-dejn nazzjonali tagħhom.
2.  Il-forma u l-kontenut tar-rappurtaġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu armonizzati u stipulati mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-Istati Membri.
3.  Kwistjonijiet relatati mal-pjan għall-ħruġ tad-dejn annwali tal-Istati Membri, bħalma huma l-ħtiġijiet finanzjarji u t-tiġdid ta' dejn pendenti, m'għandhomx jiġu ppubblikati.
Emenda 67
Proposta għal Regolament
Kapitolu IIIa (ġdid)
Kapitolu IIIa

Stabbiliment ta' pjan direzzjonali għal koordinazzjoni msaħħa tal-politika ekonomika, faċilità għat-tkabbir u qafas għall-ħruġ tad-dejn imsaħħaħ

Artikolu 6b

Pjan direzzjonali għal qafas ta' koordinazzjoni msaħħaħ tal-politika ekonomika u faċilità għat-tkabbir

1.  Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jistabbilixxi pjan direzzjonali lejn bonds ta' stabilità għaż-żona tal-euro. Għandha tippreżenta wkoll proposta għal strument ta' tkabbir sostenibbli għaż-żona tal-euro bl-għan li jimmobilizza 1% tal-PDG kull sena fuq perjodu ta' għaxar snin, inkluża żieda fil-kapital tal-BEI u bonds għall-proġetti, biex jiġu investiti f'infrastruttura Ewropea inklużi x-xjenza u t-teknoloġija. L-istrument għandu jkollu l-għan li joħloq il-kundizzjonijiet neċessarji għal tkabbir sostenibbli sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja u sabiex tiġi ssalvagwardjata l-istabilità tal-euro u b'hekk il-koordinazzjoni sostenibbli tad-dixxiplina baġitarja tal-Istati Membri.
2.  Il-passi stipulati fl-Artikoli 6c u 6d huma bla ħsara għal passi ulterjuri li qed jiġu implimentati qabel tmiem dan il-perjodu.
Artikolu 6c

Koordinazzjoni tal-ħruġ tad-dejn ta' Stat Membru fiż-żona tal-euro

1.  Bl-għan li jkun ikkoordinat aħjar l-ippjanar u t-tqegħid tal-ħruġ tad-dejn nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jirrapurtaw ex ante dwar il-pjanijiet ta' ħruġ tad-dejn pubbliku lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.
2.  L-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jippruvaw itejbu l-kundizzjonijiet ta' finanzjament tad-dejn nazzjonali tagħhom billi jaqblu, wara proposta mill-Kummissjoni, dwar qafas ikkoordinat u annwali għall-ħruġ tad-dejn pubbliku.
3.  L-Istati Membri, filwaqt li jikkooperaw skont il-paragrafu 2 jistgħu jkomplu jtejbu u jistabbilizzaw il-kundizzjonijiet ta' finanzjament tagħhom abbażi tal-prinċipji ekonomiċi u l-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti u skont metodoloġija li trid tiġi stabbilita b'regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
Artikolu 6d

Fond ta' fidwa Ewropew

1.  Bħala element tal-ewwel pass tal-pjan direzzjonali msemmi fl-Artikolu 6a, għandu jiġi stabbilit Fond ta' fidwa Ewropew (ERF) ibbażat fuq responsabbiltà konġunta u dixxiplina fiskali stretta, bl-għan li jitnaqqas id-dejn eċċessiv tul perjodu ta' 25 sena li għandu jiġi aġġustat skont iċ-ċifri ta' tkabbir reali. Wara dak il-perjodu, l-ERF għandu jiġi xolt.
2.  L-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li mhumiex soġġeti għal programm ta' għajnuna jew aġġustament għandhom:
(a) jittrasferixxu ammonti ta' dejn “il fuq minn 60 % tal-PDG lill-ERF tul perjodu ta' introduzzjoni ta' ħames snin;
(b) ikollhom fis-seħħ regoli fiskali numeriċi li jimplimentaw fil-proċessi baġitarji nazzjonali l-objettivi baġitarji ta' terminu medju tagħhom kif deskritt fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97;
(c) jimplimentaw strateġija ta' konsolidazzjoni fiskali u aġenda ta' riforma strutturali;
(d) iħallu garanziji biex ikopru b'mod adegwat is-self ipprovdut mill-ERF;
(e) inaqqsu d-defiċit strutturali tagħhom waqt il-perjodu ta' introduzzjoni biex jikkonforma mar-regola tal-baġitarja fil-punt (b).
3.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura t-twaqqif u l-amministrazzjoni ta' kull jum tal-ERF, li d-dettalji tiegħu għandhom jiġu stabbiliti f'Regolament mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
4.  Il-parteċipazzjoni fl-ERF għandha tkun miftuħa għal Stati Membri oħra sa mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea meħuda skont l-Artikolu 140(2) TFUE biex tiġi abrogata d-deroga tagħhom rigward l-adozzjoni tal-euro.
5.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li jiżguraw ix-xoljiment u t-terminazzjoni tal-ERF wara perjodu massimu ta' 25 sena li jista' jiġi aġġustat skont iċ-ċifri ta' tkabbir reali.
* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 68
Proposta għal Regolament
Artikolu -7 (ġdid)
Artikolu -7

Programmi ta' sħubija ekonomika

1.  Jekk il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont l-Artikolu 126(6) TFUE, jiddeċiedi li jeżisti defiċit eċċessiv fi Stat Membru, l-Istat Membru konċernat għandu jippreżenta programm ta' sħubija ekonomika lill-Kummissjoni u lill-Kunsill li jiddeskrivi l-miżuri ta' politika u r-riformi strutturali meħtieġa biex tiġi żgurata korrezzjoni effettivament dejjiema tad-defiċit eċċessiv, bħala żvilupp dettaljat tal-programm nazzjonali ta' riforma tiegħu u fil-programm ta' stabilità tiegħu u filwaqt li jikkunsidra b'mod sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida integrati għall-politiki ekonomiċi u tal-impjieg tal-Istat Membru konċernat.
2.  Il-programm ta' sħubija ekonomika għandu jkun kompletament konsistenti mal-politiki msemmija fl-Artikolu 1.
Il-programm ta' sħubija ekonomika għandu jidentifika u jagħżel numru ta' prijoritajiet baġitarji speċifiċi bl-għan li jistabbilizzaw l-ekonomija fuq perjodu ta' żmien qasir, isaħħu t-tkabbir sostebnibbli fit-tul u jindirizzaw id-dgħufijiet strutturali fl-Istat Membru konċernat. Dawk il-prijoritajiet għandu jkollhom l-għan li jerġgħu jibbilanċaw il-kompetittività skont il-ħolqien ta' Valur Miżjud Ewropew u għandhom ikunu konsistenti mal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. L-Istat Membru, b'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jipprepara rapport li jiddeskrivi l-programmi u l-proġetti magħżula inkluż pjan ta' azzjoni bl-għan li jidentifika, iġib fuq quddiem u jimmobilizza r-riżorsi finanzjarji, inklużi linji ta' kreditu tal-BEI u strumenti finanzjarji rilevanti tal-Unjoni. Dak ir-rapport għandu jiġi aġġornat fuq bażi annwali.

3.  F'każ ta' tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku kif definit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 jew korrezzjoni “l isfel sinifikanti tal-previżjonijiet, l-Istat Membru konċernat għandu jadotta perkors ta' aġġustament aġġornat lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu ta' żmien medju li jrid jintlaħaq ftehim dwaru mal-Kummissjoni filwaqt li jitqiesu kif dovut l-effetti proċikliċi tal-miżuri ta' konsolidazzjoni. L-applikazzjoni tar-regola tad-dejn għandha tiġi aġġustata b'mod koerenti.
4.  Il-programm ta' sħubija ekonomika għandu jiġi ppreżentat fl-istess ħin meta jiġu ppreżentati r-rapporti msemmija fl-Artikolu 3(4a) u l-Artikolu 5(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97.
5.  Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta opinjoni dwar il-programm ta' sħubija ekonomika.
6.  Jekk ikun jeżisti pjan ta' azzjoni korrettiva b'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu inklużi f'dak il-pjan.
7.  L-implimentazzjoni tal-programm, u l-pjanijiet baġitarji annwali konsistenti miegħu, għandhom jiġu mmonitorjati mill-Kummissjoni u mill-Kunsill.
8.  Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat u lill-Kummissjoni biex jipparteċipaw fi skambju ta' fehmiet. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lil kumitati oħrajn tal-Parlament Ewropew biex jingħaqdu f'dak l-iskambju ta' fehmiet.
Emenda 69
Proposta għal Regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  Meta l-Kunsill jiddeċiedi skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat li jeżisti defiċit eċċessiv fi Stat Membru, l-Istat Membru konċernat għandu jkun soġġett għall-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu, sa kemm tiġi abbrogata l-proċedura tad-defiċit eċċessiv.
1.  Bl-iskop li jiġi mmonitorjat il-programm ta' sħubija msemmi fl-Artikolu 7(7), l-Istat Membru konċernat, fuq talba mill-Kummissjoni, għandu jissodisfa r-rekwiżiti deskritti fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu, sa kemm tiġi abbrogata l-proċedura tad-defiċit eċċessiv.
Emenda 70
Proposta għal Regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  L-Istat Membru soġġett għal monitoraġġ metikoluż għandu mingħajr dewmien, iwettaq valutazzjoni komprensiva tal-eżekuzzjoni baġitarja tas-sena kurrenti għall-amministrazzjoni pubblika u s-sottosetturi tagħha. Ir-riskji finanzjarji assoċjati mal-entitajiet b'sjieda tal-gvern u mal-kuntratti tal-gvern għandhom ukoll ikunu koperti mill-valutazzjoni sal-estent li dawn jistgħu jikkontribwixxu għall-eżistenza ta' defiċit eċċessiv. Ir-riżultat ta' din il-valutazzjoni għandu jkun inkluż fir-rapport sottomess taħt l-Artikolu 3(4a) jew 5(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar l-azzjoni meħuda sabiex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv.
2.  Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jwettaq valutazzjoni komprensiva tal-eżekuzzjoni baġitarja tas-sena kurrenti għall-amministrazzjoni pubblika u s-sottosetturi tagħha. Ir-riskji finanzjarji assoċjati mal-entitajiet b'sjieda tal-gvern u mal-obbligazzjonijiet kontinġenti b'impatti potenzjali kbar fuq il-baġits pubbliċi, kif deskritt fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE għandhom ukoll ikunu koperti mill-valutazzjoni sal-estent li dawn jistgħu jikkontribwixxu għall-eżistenza ta' defiċit eċċessiv. Ir-riżultat ta' din il-valutazzjoni għandu jkun inkluż fir-rapport sottomess taħt l-Artikolu 3(4a) jew 5(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar l-azzjoni meħuda sabiex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv.
Emenda 71
Proposta għal Regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  Stat Membru għandu jirrapporta regolarment lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju jew kwalunkwe sottokumitat maħtur mill-KEF għal dak il-għan, dwar l-amministrazzjoni pubbliku u s-sottosetturi tagħha, l-eżekuzzjoni baġitarja fis-sena kurrenti, l-impatt baġitarju ta' miżuri diskrezzjonarji meħuda kemm fuq in-naħa tan-nefqa kif ukoll fuq in-naħa tad-dħul, il-miri tan-nefqa u d-dħul tal-gvern, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri adottati u n-natura ta' dawk maħsuba sabiex jintlaħqu l-miri. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.
3.  Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jirrapporta regolarment lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, dwar l-amministrazzjoni pubbliku u s-sottosetturi tagħha, l-eżekuzzjoni baġitarja fis-sena kurrenti, l-impatt baġitarju ta' miżuri diskrezzjonarji meħuda kemm fuq in-naħa tan-nefqa kif ukoll fuq in-naħa tad-dħul, il-miri tan-nefqa u d-dħul tal-gvern, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri adottati u n-natura ta' dawk maħsuba sabiex jintlaħqu l-miri. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kontenut tar-rapport imsemmi f'dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kontenut tar-rapport imsemmi f'dan il-paragrafu.

Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat biex jipparteċipa fi skambju ta' fehmiet.

Emenda 72
Proposta għal Regolament
Artikolu 7 – paragrafu 6 – punt a
(a) jwettaq, u jirrapporta dwar, awditu indipendenti komprensiv tal-kontijiet tal-amministrazzjoni pubblika mwettaq b'kordinament mal-istituzzjonijiet supremi nazzjonali tal-awditjar, bil-għan li jiġu vvalutati l-affidabilità, il-kompletezza u l-akkuratezza ta' dawn il-kontijiet pubbliċi għall-finijiet tal-proċedura tad-defiċit eċċessiv. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-dejta rrapportata mill-Istat Membru konċernat skont ir-Regolament (KE) Nru 679/2010;
(a) jwettaq, u jirrapporta dwar, awditu indipendenti komprensiv tal-kontijiet tal-amministrazzjoni pubblika mwettaq b'kordinament mal-istituzzjonijiet supremi nazzjonali tal-awditjar, bil-għan li jiġu vvalutati l-affidabilità, il-kompletezza u l-akkuratezza ta' dawn il-kontijiet pubbliċi għall-finijiet tal-proċedura tad-defiċit eċċessiv. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-dejta rrapportata mill-Istat Membru konċernat skont ir-Regolament (KE) Nru 479/2009, fir-rigward tal-kwalità tad-dejta fil-kuntest tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv;
Emenda 73
Proposta għal Regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  F'każ ta' riskji ta' nonkonformità mal-iskadenza biex jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tindirizza rakkomandazzjoni lill-Istat Membru konċernat għall-adozzjoni ta' miżuri ulterjuri bi skadenza konsistenti mal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tiegħu msemmija fil-paragrafu 1. Ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni għandha ssir pubblika, u, fuq talba tal-Parlament tal-Istat Membru konċernat, għandha tiġi ppreżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament konċernat.
2.  Meta jkun hemm riskju ta' nonkonformità mal-iskadenza biex jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv u meta dawk ir-riskji ma jkunux minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-Istati Membri konċernat, il-Kummissjoni għandha tindirizza rakkomandazzjoni lill-Istat Membru konċernat għall-implimentazzjoni diliġenti tal-miżuri previsti fir-rakkomandazzjonijiet inizjali bi skadenza konsistenti mal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tiegħu msemmija fil-paragrafu 1. Ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni għandha ssir pubblika, u, fuq talba tal-parlament tal-Istat Membru konċernat, għandha tiġi ppreżentat mill-Kummissjoni lill-parlament konċernat.
Emenda 74
Proposta għal Regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
3.  Fiż-żmien stabilit mir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru konċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-miżuri adottati b'respons għal din ir-rakkomandazzjoni flimkien mar-rapporti previst fl-Artikolu 7(3). Ir-rapport għandu jinkludi l-impatt baġitarju tal-miżuri diskrezzjonarji kollha meħuda, il-miri għan-nefqa u d-dħul tal-gvern, informazzjoni dwar il-miżuri adottati u n-natura ta' dawk maħsuba biex jinkisbu l-miri, kif ukoll informazzjoni dwar azzjonijiet oħra meħuda b'respons għar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.
3.  Fiż-żmien stabilit mir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru konċernat għandu jirrappurta addizzjonalment lill-Kummissjoni dwar il-miżuri implementati b'respons għal din ir-rakkomandazzjoni. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.
Emenda 75
Proposta għal Regolament
Artikolu -11 (ġdid)
Artikolu -11

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni b'suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(5) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 5(5) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 5(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 76
Proposta għal Regolament
Artikolu -11 a (ġdid)
Artikolu -11a

Djalogu ekonomiku

Sabiex jittejjeb id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u sabiex jiġu żgurati trasparenza u obbligu ta' rendikont aqwa, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u fejn xieraq, lill-President tal-Kunsill Ewropew jew lill-President tal-Grupp tal-euro biex jidhru quddiem il-kumitat sabiex jiddiskutu deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu b'konformità mal-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(3).

Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat b'tali deċiżjonijiet li jipparteċipa fi skambju ta' fehmiet.

Emenda 77
Proposta għal Regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) il-kontribuzzjoni ta' dan ir-Regolament għall-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi.
Emenda 78
Proposta għal Regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Kemm jista' jkun malajr u sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament u lill-Kunsill fejn teżamina l-fattibilità tal-possibilitajiet u tagħmel proposti għal pjan direzzjonali possibbli lejn strumenti għall-ħruġ komuni ta' dejn pubbliku, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet finanzjarji, fiskali u legali. Il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari for-rigward tal-fattibilità tal-introduzzjoni ta' fond ta' fidwa li jikkombina l-ħruġ komuni ta' dejn temporanju u regoli stretti dwar l-aġġustament fiskali.
Emenda 79
Proposta għal Regolament
Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a

Rapport tal-Kummissjoni

Sa ...*, il-Kummissjoni gaħndha tressaq rapport, u jekk ikun neċessarju proposta, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif għandhom joperaw il-koordinazzjoni u d-diskussjonijiet ex ante fost l-Istati Membri ta' kwalunkwe pjan ta' riforma ta' politika ekonomika u fiskali b'effetti sekondarji potenzjali, x'forma għandhom jieħdu tali koordinazzjoni u diskussjonijiet, liema huma l-politiki li qed jiġu kkontemplati, u l-konsegwenzi politiċi probabbli - għall-Istati Membri u, b'mod partikolari għall-parlamenti nazzjonali - tad-deċiżjonijiet li jirriżultaw minn tali koordinazzjoni u diskussjonijiet ex ante.

* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 80
Proposta għal Regolament
Artikolu 11b (ġdid)
Artikolu 11b

Awtorità Ewropea dwar id-Dejn

Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport u, jekk ikun neċessarju, proposta, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fejn tevalwa l-possibbiltà tal-ħolqien ta' awtorità Ewropea tad-dejn, responsabbli għall-ġestjoni u l-koordinazzjoni tal-kwistjonijiet marbuta mal-pjan għall-ħruġ tad-dejn annwali tal-Istati Membri, mat-tiġdid ta' dejn pendenti u mal-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tad-dejn tal-gvern tal-Istati Membri kollha. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jivvaluta wkoll il-pubblikazzjoni annwali possibbli tad-dejta relatata mad-dejn pubbliku tal-Istati Membri u indikaturi makroekonomiċi oħrajn.

* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 81
Proposta għal Regolament
Anness I (ġdid)
Prinċipji komuni għal Istituzzjonijiet Fiskali Indipendenti (IFIs).

  Sjieda: bla ħsara għall-prinċipji stipulati hawn taħt, il-karattersitiċi tal-IFIs għandhom ikunu konsistenti mal-qafas legali u s-sistema politika u amministrattiva tal-Istat Membru. L-għażliet ta' tfassil jaf ikollhom iqisu l-limiti ta' kapaċità fi Stati Membri iżgħar.
  Mandat: il-mandat tal-IFIs għandu jkun definit b'mod ċar f'leġiżlazzjoni sabiex jiġu evitati l-interferenza inġustifikabbli mill-awtoritajiet fiskali jew l-estensjoni inġustifikabbli tal-mandat tiegħu askaptu tas-setgħat tal-awtoritajiet fiskali jew il-prerogattivi tal-parlamenti nazzjonali.
  Riżorsi: ir-riżorsi allokati lill-IFIs għandhom ikunu proporzjonati mal-mandat tagħhom sabiex iwettquh b'mod kredibbli.
  Obbligu ta' rendikont: għandhom jiddaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi statutorji sabiex jitħeġġeġ l-obbligu ta' rendikont xieraq lill-parlament. Ir-rapporti u l-analiżi tal-IFIs għandhom ikunu ppubblikati u disponibbli bla ħlas.
  Tmexxija: il-ħatriet ta' livell għoli għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-mertu, l-esperjenza u l-kompetenza teknika, b'mod partikolari fir-rigward tal-proċess tal-baġit. Il-proċess tal-ħatra jista' jinvolvi bosta istituzzjonijiet, pereżempju permezz ta' proċedura ta' konferma parlamentari jew meta diversi istituzzjonijiet jinnominaw membru wieħed jew iktar. It-tul tat-terminu li sservi t-tmexxija tal-IFIs għandu jkun speċifikat b'mod ċar fil-leġiżlazzjoni, m'għandux ikun jista' jiġġedded u preferibbilment għandu jkun itwal mil-leġiżlatura parlamentari. It-terminazzjoni ta' kuntratti għandha tkun limitata strettament għal każijiet fejn il-membri jkunu ħatja ta' mġiba ħażina serja.
  Persunal: il-persunal tal-IFIs għandu jintgħażel permezz ta' kompetizzjoni miftuħa bbażata fuq il-mertu u l-kompetenza teknika. Il-kundizzjonijiet ta' impjieg għandhom ikunu allinjati ma' dawk taċ-ċivil.
  Aċċess għal informazzjoni, trasparenza u politika ta' komunikazzjoni: bħala regola, l-IFIs għandhom jiġu garantiti aċċess sħiħ fil-leġiżlazzjoni għall-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex iwettqu b'effikaċja l-mandat tagħhom fil-ħin. Kwalunkwe restrizzjoni għar-regola għandha tkun definita b'mod ċar ukoll. Bla ħsara għal dik il-leġiżlazzjoni, il-kapaċità tal-IFIs li jikkomunikaw fil-ħin permezz tal-kanali tal-midja disponibbli m'għandhiex tiġi mxekkla. Jekk tkun miżmuma f'entità oħra, għandu jkun ċar li l-opinjonijiet jorbtu biss lill-IFIs u mhux lill-istituzzjoni ospitanti.

(1) Il-każ kien riferut lura lill-kumitat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0173/2012).


Twessigħ tal-ambitu ġeografiku tal-ħidma tal-BERŻ għar-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran ***I
PDF 288kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar emendi għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (il-BERŻ) li jwessgħu l-ambitu ġeografiku tal-ħidma tal-BERŻ għar-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran. (COM(2011)0905 – C7-0523/2011 – 2011/0442(COD))
P7_TA(2012)0244A7-0142/2012

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0905),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0523/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenji meħuda mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-3 ta' Mejju 2012, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0142/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Ġunju 2012 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar emendi għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (il-BERŻ) li jwessgħu l-ambitu ġeografiku tal-operazzjonijiet tal-BERŻ għar-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran

P7_TC1-COD(2011)0442


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Deċiżjoni Nru 602/2012/UE.)


Perspettivi finanzjarji multiannwali u riżorsi proprji
PDF 210kWORD 46k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar Perspettivi Finanzjarji Multiannwali u riżorsi proprji (2012/2678(RSP))
P7_TA(2012)0245B7-0303/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17  ta'  Mejju  2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1),

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikoli 311 u 312 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu “Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva”(2),

–  wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2011 bit-titolu “Baġit għall-Ewropa 2020”,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont l-Artikolu 312(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kunsill huwa meħtieġ jadotta regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM), billi jaġixxi b'mod unanimu, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament;

B.  billi, skont l-Artikolu 311 TFUE, l-Unjoni trid tipprovdi lilha nnifisha l-mezzi meħtieġa biex tilħaq l-objettivi tagħha u twettaq il-politika tagħha, u għandha tkun iffinanzjata għal kollox minn riżorsi proprji;

C.  billi l-Presidenza Daniża attwalment fil-kariga qed timmira li tippreżenta lill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju dik li qed tissejjaħ “kaxxa ta' negozjar” li tippreżenta għażliet għall-aspetti kollha tan-negozjati, anke min-naħa tad-dħul iżda teskludi kwalunkwe ċifra f'dan l-istadju;

D.  billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija qabel tat-8 ta' Ġunju 2011, il-Parlament stabbilixxa l-prijoritajiet politiċi tiegħu għall-QFM li jmiss, kemm mil-lat leġiżlattiv kif ukoll mil-lat baġitarju, b'mod li pprovda bażi soda għan-negozjati;

E.  billi l-programmi multiannwali relatati mal-QFM li jmiss se jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

F.  billi talab ripetutament li jinħolqu riżorsi proprji ġodda u ġenwini;

1.  Jisħaq li l-baġit tal-UE hu baġit ta' investiment b'effett qawwi ta' ingranaġġ, meta jitqies li 94 % tal-approprjazzjonijiet tiegħu huma ddedikati għall-istimular tat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi u r-rwol tal-Unjoni bħala attur dinji; jenfasizza li minkejja d-daqs limitat tiegħu – 2 % biss tal-infiq pubbliku tal-Unjoni – il-baġit tal-UE jiġbor flimkien ir-riżorsi, jaġixxi ta' katalist u jipprovdi ekonomiji ta' skala u effetti transkonfinali biex jintlaħqu l-objettivi politiċi tal-UE li jkun sar qbil dwarhom komunement; jinsab konvint b'mod qawwi li l-baġit tal-UE jirrappreżenta għodda b'saħħitha ħafna biex jiżdied l-investiment strateġiku b'valur miżjud Ewropew u biex l-ekonomija Ewropea terġa' lura fit-triq it-tajba, u b'hekk jiġu ġġenerati t-tkabbir u l-impjiegi filwaqt li titrawwem il-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni kollha; jenfasizza, għaldaqstant, li l-baġit tal-UE jeħtieġ li jwettaq rwol strateġiku, b'mod parallel mal-miżuri ta' konsolidazzjoni baġitarja li hemm imposti bħalissa fuq il-baġits nazzjonali;

2.  Ifakkar li hu kien adotta b'maġġoranza kbira r-rapport tal-kumitat speċjali dwar l-isfidi tal-politika u r-riżorsi baġitarji għal Unjoni Ewropea sostenibbli wara l-2013 (SURE) fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011, li l-kontenut tagħha għadu validu għal kollox u li għandha titqies bħala l-pożizzjoni tiegħu tan-negozjar għall-QFM 2014-2020; itenni li mhux se jkun possibbli li jintlaħqu l-għanijiet politiċi kollha tal-Unjoni mingħajr finanzjament adegwat minn baġit tal-UE robust; jisħaq li l-Istrateġija Ewropa 2020, approvata mis-27 Stat Membru kollha, għandha tgħin lill-Unjoni tirkupra mill-kriżi u toħroġ aktar b'saħħitha permezz tal-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu kontra kwalunkwe proposta li ma tkunx tippermetti lill-Unjoni twettaq ir-rwol tagħha u l-impenji politiċi li diġà tat jew tirrispondi għal responsabilitajiet ġodda;

3.  Jinsisti li l-baġit tal-UE għandu juri bilanċ xieraq bejn id-dħul minn riżorsi proprji ġenwini u l-infiq, kif jitlob it-Trattat; jiddikjara li mhux lest jagħti l-kunsens tiegħu għar-regolament tal-QFM li jmiss mingħajr ftehim politiku dwar riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji, li ġġib fi tmiemhom ir-ribassi eżistenti u mekkaniżmi oħra ta' korrezzjoni u li twassal għal aktar trasparenza, ġustizzja u sostenibilità; jilqa' l-proposti leġiżlattivi magħmula mill-Kummissjoni fid-29 ta' Ġunju 2011 dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji, inklużi l-proposti dwar taxxa fuq it-tranzazzjonijiet finanzjarji (FTT) u VAT ġdida tal-UE bħala riżorsi proprji, li huma maħsuba biex inaqqsu s-sehem fil-baġit tal-UE tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri bbażati fuq id-dħul nazzjonali gross għal 40 % sal-2020, u b'hekk jingħata kontribut għall-isforzi ta' konsolidazzjoni tal-Istati Membri;

4.  Fid-dawl tal-ambjent makroekonomiku u l-isfidi tad-dinja li qed tinbidel u bl-għan li l-fondi tal-UE jintużaw aħjar u b'mod aktar effiċjenti, jisħaq li l-QFM 2014-2020 għandu jipprovdi flessibilità baġitarja mtejba kemm fl-intestaturi u kemm bejniethom, kif ukoll bejn is-snin finanzjarji fi ħdan il-QFM, biex jiġi żgurat li r-riżorsi baġitarji jkunu jistgħu jiġu allinjati kif jixraq ma' ċirkostanzi u prijoritajiet li qed jevolvu; jinsisti fuq il-prinċipju tal-unità tal-baġit tal-UE, filwaqt li jenfasizza li l-politika u l-programmi kollha tal-UE għandhom jiġu inklużi fil-QFM b'finanzjament xieraq, biex b'hekk jingħata kontribut għat-trasparenza, il-prevedibilità u l-obbligu li jingħata rendikont;

5.  Jitlob b'insistenza li l-pożizzjonijiet politiċi li qabel dwarhom il-Kunsill Ewropew jiġu negozjati bejn il-Parlament u l-Kunsill, kif rappreżentat mill-Kunsill Affarijiet Ġenerali, qabel ma l-Kunsill jippreżenta l-proposti tiegħu formalment bil-għan li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament dwar ir-regolament tal-QFM skont l-Artikolu 312 TFUE; jenfasizza li n-negozjati dwar il-proposti leġiżlattivi relatati mal-programmi multiannwali jsiru skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u jiġu finalizzati ġaladarba jintlaħaq ftehim dwar il-pakkett finanzjarju tagħhom; jinsab determinat li jagħmel użu sħiħ, skont il-każ, tas-setgħat tiegħu ta' approvazzjoni u s-setgħat leġiżlattivi ordinarji, kif imnaqqxa fit-Trattat;

6.  Jenfasizza li l-għanijiet u l-politika tal-QFM għandhom jiġu miftiehma qabel ma tiġi assenjata lilhom xi ċifra, u jenfasizza li l-Parlament u l-Kunsill għandhom jagħmlu negozjati vera u proprji dwar l-aspetti kollha relatati mal-QFM qabel ma jassenjaw iċ-ċifri u qabel ma jagħmlu l-aġġustamenti aħħarin tal-pakkett tal-QFM kollu kemm hu; jemmen li l-prinċipju li “xejn mhu miftiehem qabel ma kollox hu miftiehem” hu metodu ta' ħidma xieraq;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u l-gvernijiet nazzjonali tal-Istati Membri, u lill-istituzzjonijiet u lill-korpi l-oħra kkonċernati.

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0266.


Negozjati kummerċjali tal-UE mal-Ġappun
PDF 197kWORD 34k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar negozjati kummerċjali tal-UE mal-Ġappun ((2012/2651(RSP))
P7_TA(2012)0246B7-0297/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(1)(e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 218(2) u (10) TFUE,

–  wara li kkunsidra r-rapport minn Copenhagen Economics bl-isem “Assessment of barriers to trade and investment between the EU and Japan”, ippubblikat fit-30 ta' Novembru 2009,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta adottata waqt id-dsatax-il Samit bejn UE u l-Ġappun li sar f'Tokjo fit-28 ta' April 2010,

–  wara li kkunsidra r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Ġappun, ippubblikati fil-21 ta' Frar 2011,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u tal-25 ta' Marzu 2011,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn UE u l-Ġappun(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta adottata waqt l-għoxrin Samit bejn l-UE u l-Ġappun li sar fi Brussell fit-28 ta' Mejju 2011,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 90(2) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi kemm il-Kunsill kif ukoll il-Kummissjoni nnotaw li l-kapaċità tal-Ġappun li jneħħi l-ostakli regolatorji għall-kummerċ hija prekundizzjoni għall-varar ta' negozjati dwar il-ftehim ta' kummerċ bejn l-UE u l-Ġappun, u b'hekk titrawwem integrazzjoni ekonomika eqreb bejn iż-żewġ sħab kummerċjali strateġiċi;

B.  billi waqt l-għoxrin Samit bejn l-UE u l-Ġappun li sar fit-28 ta' Mejju 2011 fi Brussell, il-mexxejja tas-samit iddeċidew li ż-żewġ naħat jibdew diskussjonijiet bil-ħsieb li jiddefinixxu l-ambitu u l-livell ta' ambizzjoni ta' tali negozjati;

C.  billi l-Grupp ta' Valutar (Scoping Group) ġie stabbilit biex jivvaluta l-fehim komuni dwar l-ambitu u l-livell ta' ambizzjoni tan-negozjati kummerċjali potenzjali bejn il-Ġappun u l-UE;

1.  Jitlob lill-Kunsill biex ma jawtorizzax il-ftuħ tan-negozjati kummerċjali qabel ma l-Parlament ikun iddikjara l-pożizzjoni tiegħu dwar il-mandat ta' negozjar propost, fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-informazzjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2011)0225.


Il-Ginea Bissaw
PDF 228kWORD 62k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-kolp ta' stat militari fil-Ginea Bissaw (2012/2660(RSP))
P7_TA(2012)0247RC-B7-0277/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ewwel fażi tal-elezzjonijiet presidenzjali tat-18 ta' Marzu 2012 u t-tieni fażi skedata għad-29 ta' April 2012 fil-Ginea Bissaw,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) tal-31 ta' Marzu, 13 u 21 ta' April u tal-8 ta' Mejju 2012 kif ukoll ir-riżoluzzjoni tiegħu 2048 tat-18 ta' Mejju 2012,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-President tal-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) tas-6, t-12, u d-19 ta' April 2012,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tat-12 u l-14 ta' April 2012,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tal-NU tat-13 u s-16 ta' April 2012.

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' April 2012,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Komunità ta' Pajjiżi ta' Lingwa Portugiża (CPLP) tat-13 ta' April 2012,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tat-tmien u d-disa' Laqgħat Straordinarji tal-Kunsill tal-Ministri tas-CPLP tal-14 ta' April u l-5 ta' Mejju 2012,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija (OIF) tas-16 ta' April 2012,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana (UA) tas-17 u l-24 ta' April 2012,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Permanenti tal-OIF tat-18 ta' April 2012,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Grupp tal-Bank Afrikan ta' Żvilupp (AfDB) u l-Grupp tal-Bank Dinji (WBG) tad-19 ta' April 2012,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta' April u t-3 ta' Mejju 2012,

–  wara li kkunsidra l-Communiqués Finali tas-Samit Straordinarju tal-Kapijiet ta'Stat u ta'Gvern tal-ECOWAS tas-26 ta' April u t-3 ta' Mejju 2012,

–  wara li kkunsidra s-sanzjonijiet diplomatiċi, ekonomiċi u finanzjarji imposti mill-ECOWAS fuq il-Ginea Bissaw fid-29 ta' April u l-31 ta' Mejju 2012,

–  wara li kkunsidra r-rapport speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tat-30 ta' April 2012,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 tat-3 ta' Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 458/2012 tal-31 ta' Mejju 2012 li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament(UE) Nru 377/2012,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Presidenza tat-18 ta' Mejju 2012 f'isem l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta' Marzu 2009 dwar il-Ginea Bissaw(1), tal-10 ta' Marzu 2010 dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Ewropea u l-Politika ta' Sigurtà u Difiża Komuni(2) u tal-11 ta' Mejju 2011 dwar ir-rapport annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni fl-2009(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou, speċifikament l-Artikoli 1, 8, 9, 10, 11, 20 u 33,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fit-12 ta' April 2012, membri tal-forzi armati ħatfu l-poter bil-forza fil-Ginea Bissaw u arrestaw kemm il-President interim, Raimundo Pererira, kif ukoll il-Prim Ministru, Carlos Gomes Júnior;

B.  billi din l-azzjoni illeġittima saret lejlet il-bidu tal-kampanja elettorali għat-tieni fażi tal-elezzjoni presidenzjali fil-Ginea Bissaw;

C.  billi t-trasparenza tal-proċess elettorali fil-Ginea Bissaw, li fih il-Prim Ministru Gomes Júnior kien rebaħ 48,7 % fl-ewwel fażi, ġiet rikonoxxuta sew fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak internazzjonali,

D.  billi l-kolp ta' stat militari ġie kundannat fil-wisa' mill-komunità internazzjonali;

E.  billi, taħt l-awspiċi tal-ECOWAS, il-mexxejja militari u ċerti partiti tal-oppożizzjoni qablu li jistabbilixxu Kunsill Nazzjonali Tranżizjonali u Gvern Tranżizzjonali, mingħajr il-kunsens tal-istituzzjonijiet politiċi leġittimi tal-pajjiż;

F.  billi deċennji ta' instabbiltà politika fil-Ginea Bissaw waqqgħu lil dan il-pajjiż fi kriżi profonda politika, ta' governanza u umanitarja;

G.  billi t-tmexxija militari tal-Ginea Bissaw indaħlet b'mod ripetut u intollerabbli fil-ħajja politika tal-pajjiż u dan l-indħil kellu impatt estremament ħażin fuq il-proċessi tal-istituzzjonalizzazzjoni tad-demokrazija u fuq l-istabbiliment tal-istat tad-dritt, fuq is-sikurezza tal-popolazzjoni u fuq l-iżvilupp tal-ekonomija;

H.  billi l-instabbiltà fil-Ginea Bissaw mhux biss tipprevjeni ġlieda effikaċi kontra t-traffikar tad-drogi, iżda thedded il-konsolidazzjoni tal-paċi fil-pajjiż u l-istabbiltà tar-reġjun tal-Afrika tal-Punent;

I.  billi l-allokazzjoni totali tal-Unjoni Ewropea għall-Ginea Bissaw skont l-10 Fond Ewropew ta' Żvilupp (2008-2013) tammonta għal EUR 102,8 miljun;

J.  billi l-ekonomija tal-Ginea Bissaw hija waħda mill-aktar fqar u l-aktar dipendenti tar-reġjun tal-Afrika tal-Punent u l-għajnuna internazzjonali tirrappreżenta 80 % tal-baġit nazzjonali;

K.  billi s-sitwazzjoni politika kurrenti fil-pajjiż iddawwar l-attenzjoni mill-ħtiġijiet tal-popolazzjoni u mit-tkabbir tal-kriżi umanitarja fih;

L.  billi l-missjoni tal-UE għar-riforma tas-settur tas-sigurtà (SSR) fil-Ginea Bissaw, varata f'Ġunju 2008 u mwettqa taħt il-Politika ta' Sigurtà u Difiża Komuni, fit-30 ta' Settembru 2010 kkunsidrat li l-mandat tagħha kien ikkompletat u telqet mill-pajjiż;

1.  Jikkundanna bl-akbar qawwa l-ħtif antikostituzzjonali tal-poter fit-12 ta' April 2012 mill-forzi armati tal-Ginea Bissaw;

2.  Jieħu nota tar-rilaxx tal-President interim u tal-Prim Ministru fis-27 ta' April 2012 u tal-fatt li ġġiegħlu jitilqu mill-pajjiż, u jesiġi li t-tnejn li huma jitħallew jissuktaw liberament l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet ċivili u politiċi tagħhom;

3.  Jesiġi rispett assolut tal-integrità fiżika tal-uffiċjali pubbliċi u taċ-ċittadini kollha li qed jinżammu mir-ribelli militari u jitlob li jinħelsu bla kundizzjonijiet u li l-vjolenza, is-serq u l-intimidazzjoni jintemmu;

4.  Jikkundanna r-ripressjoni vjolenti ta' dimostrazzjonijiet paċifiċi favur ir-ristawr tal-istat tad-dritt, b'mod partikolari dik li seħħet fil-25 ta' Mejju 2012 f'Bissaw;

5.  Iħeġġeġ lil dawk kollha involuti jtemmu immedjatament l-azzjonijiet vjolenti tagħhom u jfakkar fil-wegħda tal-armata li tosserva l-kostituzzjoni tal-Ginea Bissaw;

6.  Jitlob lill-komunità internazzjonali teżerċita l-influwenza kollha meħtieġa u tipprovdi s-sostenn kollu meħtieġ sabiex tiżgura li ssir investigazzjoni eżawrjenti ta' dawn l-azzjonijiet illegali u li dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja;

7.  Jirrifjuta l-istabbiliment tal-entitajiet li jsejħu lilhom infushom “Kmand Militari”, “Kunsill Nazzjonali Tranżizzjonali” u “Gvern Tranżizzjonali”, jenfasizza li ma jirrikonoxxix istituzzjonijiet militari u tranżizzjonali maħtura minnhom infushom, u jħeġġeġ lill-komunità internazzjonali taġixxi bl-istess mod;

8.  Ifakkar u jħaddan il-prinċipju tal-ECOWAS ta' tolleranza żero għal poter miksub jew miżmum b'mezzi mhux kostituzzjonali u mhux demokratiċi u jqis li l-ftehim tranżizzjonali fil-Ginea Bissaw bl-iktar mod sfaċċat jikser dan il-prinċipju, imur kontra l-kostituzzjoni tal-pajjiż u jilleġitimizza l-kolp ta' stat;

9.  Jesiġi li jitreġġgħu minnufih l-ordni kostituzzjonali u l-istat tad-dritt kif ukoll li jiġi konkluż il-proċess elettorali, inklużi l-elezzjonijiet leġiżlattivi, ħalli l-poplu tal-Ginea Bissaw ikun jista' jiddeċiedi hu l-ġejjieni tiegħu permezz ta' elezzjonijiet liberi u ġusti;

10.  Jirrifjuta kwalunkwe tentattiv estern ta' sfruttament tas-sitwazzjoni preżenti u li b'hekk jimmina s-sovranità tal-poplu tal-Ginea Bissaw u l-integrità territorjali u l-indipendenza tal-Ginea Bissaw;

11.  Jesiġi li jerġgħu jiġu stabbiliti u ggarantiti l-libertajiet fundamentali, inklużi l-libertà ta' espressjoni u dik tal-istampa, il-libertà ta' assemblea u ta' assoċjazzjoni u l-libertà ta' moviment;

12.  Jappella għar-riżoluzzjoni tat-tilwim permezz ta' mezzi politiċi u paċifiċi fi ħdan il-qafas tal-istituzzjonijiet leġittimi tal-Ginea Bissaw;

13.  Jitlob lill-partiti politiċi jilħqu kunsens dwar proċess komprensiv ta' riforma għall-armata, il-pulizija, is-settur tas-sigurtà u s-sistema ġudizzjarja bħala l-ewwel pass lejn stabbiltà politika;

14.  Jirfed sforzi nazzjonali u internazzjonali maħsuba biex ireġġgħu l-fiduċja fost l-atturi politiċi, il-forzi militari u tas-sigurtà u s-soċjetà ċivili ħalli l-pajjiż jerġa' lura għan-normalità kostituzzjonali;

15.  Itenni l-konvinzjoni soda tiegħu li hemm periklu li l-Ginea Bissaw tibqa' militarment instabbli u mhux kapaċi tindirizza l-korruzzjoni bla rażan jew tibdel l-istatus tagħha bħala pajjiż ewlieni ta' tranżitu tad-drogi, dment li l-istituzzjonijiet tagħha jibqgħu strutturalment dgħajfa;

16.  Jenfasizza l-importanza tat-twaqqif tal-“Grupp ta' Kuntatt ta' Kriżi” għall-Ginea Bissaw taħt il-koordinament tan-NU, b'rappreżentanti tal-Unjoni Afrikana (UA), l-ECOWAS u s-CPLP, kif imsemmi fir-rapport speċjali tat-30 ta' April 2012 tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni fil-Ginea Bissaw, u jappella biex l-UE tkun involuta fil-Grupp;

17.  Jappoġġja r-rieda tal-UE li tikkoopera mill-qrib mal-Istati tal-Afrika tal-Punent u ma' sħabha reġjonali u internazzjonali, inklużi n-NU, l-UA, is-CPLP u l-ECOWAS, bil-għan li titwaqqaf sħubija effikaċi li tkun tista' tikkontribwixxi għall-istabbiliment tal-paċi u l-istabbilizzazzjoni fit-tul tal-Ginea Bissaw;

18.  Jilqa' s-sanzjonijiet diplomatiċi, ekonomiċi u finanzjarji, xejn sbieħ iżda meħtieġa, imposti mill-ECOWASfuq il-Ginea Bissaw, il-miżuri restrittivi diretti lejn ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw li ġew adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-projbizzjoni tal-ivvjaġġar għal ċerti individwi imposta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;

19.  Jitlob li jsir monitoraġġ kontinwu u mill-qrib tas-sitwazzjoni fil-Ginea Bissaw min-naħa tas-sħab internazzjonali kollha, u li dawn ikunu lesti jirrevedu l-adegwatezza tal-miżuri adottati, inkluża l-ħtieġa li dawn il-miżuri jitqawwew, filwaqt li jagħmlu ħilithom kollha biex jevitaw effetti negattivi fuq il-popolazzjoni;

20.  Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-ECOWAS li tiskjera l-forza ta' għassa permanenti tagħha biex twettaq l-irtirar tal-Missjoni Angolana ta' Assistenza Teknika Militari (MISSANG) kif jieħu nota wkoll tal-wasla tal-ewwel kontinġent tagħha fil-Ginea Bissaw;

21.  Jilqa' l-proposta tas-CPLP li tikkostwixxi forza ta' stabbilizzazzjoni għall-Ginea Bissaw fi ħdan il-qafas tan-NU u b'mandat definit mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, flimkien mal-ECOWAS, l-UA u l-UE, bil-qies tal-esperjenza tal-MISSANG;

22.  Jitlob li l-Kunsill jipprovdi pariri u għajnuna b'sostenn għar-riforma urġenti tas-setturi tad-difiża u s-sigurtà fil-Ginea Bissaw u jitolbu jikkunsidra li jirfed b'mod effikaċi l-iskjerament ta' operazzjoni ta' stabbilizzazzjoni internazzjonali ġdida fil-qafas tal-PSDK;

23.  Iħeġġeġ lill-UE, lin-NU, lill-UA, lill-ECOWAS u lis-CPLP jikkoordinaw flimkien id-diversi forzi militari tal-pajjiżi ġirien li diġà qegħdin fil-post, inklużi dawk tal-Angola, tan-Niġerja, tas-Senegal u ta' Burkina Faso;

24.  Jitlob li l-UE titlob lill-awtoritajiet ta' dawk il-pajjiżi li jikkontribwixxu forzi militari u ta' sigurtà – ilkoll sħab tal-AKP – jiżguraw li dawn ma jintużawx biex jirfdu l-ordni illeġittimu li qed jippruvaw jistabbilixxu dawk li wettqu l-kolp ta' stat u l-awtoritajiet tranżizzjonali maħtura minnhom infushom, jew biex iwettqu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-poplu tal-Ginea Bissaw;

25.  Jiddispjaċih dwar tmiem il-missjoni SSR fil-Ginea Bissaw fl-2010;

26.  Jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kunsill biex jistidjaw il-possibbilta li jibagħtu missjoni SSR ġdida fil-Ginea Bissaw, b'mandat imsaħħaħ ħalli tgħin fir-riforma tas-setturi tad-difiża u tas-sigurtà, tippromwovi l-bini tal-kapaċitajiet, tirriforma l-amministrazzjoni pubblika u tirfed l-istat tad-dritt, hekk kif l-awtoritajiet leġittimi jerġgħu jiksbu l-eżerċizzju sħiħ tal-governanza fil-Ginea Bissaw u jitolbu missjoni ta' dan it-tip;

27.  Jerġa' jħeġġeġ lill-Kunsill u lill-VP/RGħ jikkunsidraw mezzi ġodda ta' kif jgħinu lill-gvern leġittimu tal-Ginea Bissaw jiġġieled kontra t-trffikar tad-drogi u l-kriminalità organizzata, u b'hekk ma jħallux li dak il-pajjiż isir każ ieħor ta' stat sfaxxat tad-drogi;

28.  Ifakkar li t-traffikar tad-drogi fil-Ginea Bissaw huwa dirett lejn is-suq Ewropew u huwa marbut ma' xbieki kriminali oħra li joperaw fir-reġjun, inklużi dawk tat-terroriżmu fis-Saħel u fin-Niġerja b'mod partikolari;

29.  Jappella biex jissaħħaħ l-impenn tal-UE u dak internazzjonali favur il-kostruzzjoni ta' Ginea Bissaw demokratika u stabbli;

30.  Jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni umanitarja fil-Ginea Bissaw, b'mod partikolari għall-qagħda tal-persuni spustati f'pajjiżhom u tar-refuġjati u għar-riskju ta' epidemiji u t-theddida għas-sigurtà tal-ikel u tal-kura tas-saħħa, u jitlob lill-UE u lill-komunità internazzjonali jieħdu minnufih miżuri ta' għajnuna konkreti u adegwati;

31.  Jitlob lill-Kummissjoni tissokta bl-għajnuna umanitarja tagħħa u bl-assistenza diretta lill-popolazzjoni;

32.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarji Ġenerali tan-NU u tal-ECOWAS, lill-istituzzjonijiet tal-UA, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta UE-AKP, lis-Segretarjat tas-CPLP u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ginea Bissaw.

(1) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 178.
(2) ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 63.
(3) Testi adottati, P7_TA(2011)0227.


Is-Sudan u s-Sudan t'Isfel
PDF 225kWORD 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan u s-Sudan t'Isfel (2012/2659(RSP))
P7_TA(2012)0248RC-B7-0281/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sudan,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2046 (2012) tat-2 ta' Mejju 2012 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar is-Sudan u s-Sudan t'Isfel,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/ Viċi President tal-Kummissjoni Catherine Ashton li tilqa' r-Riżoluzzjoni 2046 (2012) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-2 ta' Mejju 2012;

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-31 ta' Jannar 2011 dwar is-Sudan, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil dwar in-Non-Aggressjoni u l-Kooperazzjoni ffirmat fl-10 ta' Frar 2012 bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet tat-28 ta' Marzu 2012 u tal-11 ta' April 2012 mill-Kelliem tar-Rappreżentant Għoli tal-UE, Catherine Ashton, dwar il-konflitti armati fil-fruntieri bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Unjoni Afrikana tas-17 ta' April 2012 li appellat lis-Sudan u lis-Sudan t'Isfel jaġixxu b'mod responsabbli u jisimgħu l-appelli li saru min-naħa tal-UA u tal-komunità internazzjonali għal tmiem immedjat tal-konflitt li għaddej bħalissa bejn iż-żewġ pajjiżi,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-16 ta' April 2012 tal-Kelliem għas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan u s-Sudan t'Isfel fejn ġie espress tħassib serju dwar l-ostilitajiet li għadhom għaddejjin bejn iż-żewġ pajjiżi, inkluż l-impatt tagħhom fuq persuni ċivili innoċenti,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tad-19 ta' April 2012 tas-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon fejn ħeġġeġ lis-Sudan u lis-Sudan t'Isfel itemmu l-ostilitajiet tagħhom, u b'hekk jevitaw li jerġgħu lura għal l-konflitti li fi żmien għoxrin sena diġà swew miljuni ta' ħajjiet,  

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sudan u s-Sudan t'Isfel tat-23 ta' April 2012 (it-3159 laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin) li esprimew it-tħassib serju tal-UE dwar l-eskalazzjoni tal-konflitt bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel,

–  wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali għas-Sudan u s-Sudan t'Isfel spjegat fil-komunikat uffiċjali maħruġ mill-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-UA fl-24 ta' April 2012, li l-UE tappoġġja għalkollox,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Komprensiv ta' Paċi (CPA) tas-Sudan tal-2005,

–  wara li kkunsidra l-Missjoni tan-NU fis-Sudan t'Isfel (UNMISS) u l-Forza tas-Sigurtà Interim tan-NU għal Abyei (UNISFA),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Ko-Presidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE dwar is-Sudan u s-Sudan t'Isfel, adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta fit-30 ta' Mejju 2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi inċidenti ripetuti ta' vjolenza transkonfinali bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel, inklużi l-movimenti tat-truppi, il-ħtif u l-okkupazzjoni ta' Heglig, l-appoġġ għal qawwiet sostituti, l-appoġġ għar-ribelli ta' xulxin, il-ġlied bejn il-Forzi Armati Sudaniżi (SAF) u l-Armata tal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA) għamlu l-konflitt bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel konfrontazzjoni vera u proprja;

B.  billi l-ġlied bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel u l-ġlied kontinwu fl-istat tal-Kordofan tan-Nofsinhar u tan-Nil l-Iżraq ħolqu sitwazzjoni umanitarja serja ġewwa s-Sudan;

C.  billi n-nuqqas ta' qbil dwar arranġamenti ekonomiċi transizzjonali bejn iż-żewġ pajjiżi, inkluż dwar l-użu taż-żejt, wassal sabiex Kartum jaħtaf lis-Southern Oil (“Iż-Żejt tan-Nofsinhar”) u għad-deċiżjoni tas-Sudan t'Isfel li jwaqqaf il-produzzjoni taż-żejt, u kkontribwixxa b'mod sinifikanti għall-kriżi preżenti;

D.  billi fid-29 ta' Ġunju 2011 ġie konkluż il-Ftehim bejn il-Gvern tas-Sudan u l-Gvern tas-Sudan t'Isfel dwar is-Sigurtà tal-Fruntieri u l-Mekkaniżmu Konġunt ta' Politika u Sigurtà, inkluż l-impenn biex tinħoloq żona tal-fruntiera sikura u demilitarizzata (SDBZ), u fit-30 ta' Lulju 2011 ġie konkluż il-Ftehim dwar il-Missjoni ta' Appoġġ għall-Monitoraġġ tal-Fruntieri bejn il-Gvern tas-Sudan u l-Gvern tas-Sudan t'Isfel;

E.  billi s-Sudan t'Isfel ħabbar l-irtirar immedjat tiegħu miż-żona ta' Abyei skont il-Ftehim bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel tal-20 ta' Ġunju 2011;

F.  billi l-abbozzi ta' deċiżjonijiet tal-Mekkaniżmu Konġunt ta' Politika u Sigurtà proposti lill-Partijiet mill-Panel Implimentattiv ta' Livell Għoli tal-Unjoni Afrikana tal-4 ta' April 2012 jipprovdu bażi soda sabiex tiġi stabbilita sigurtà reċiproka tul il-fruntiera komuni bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel;

G.  billi r-riżoluzzjoni adottata b'mod unanimu mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fit-2 ta' Mejju 2012 approvat Pjan Direzzjonali għas-Sudan u s-Sudan t'Isfel sabiex iwaqqfu l-ostilitajiet u jirriżolvu l-kwestjonijiet li għad fadlilhom wara s-seċessjoni fit-tliet xhur li ġejjin;

H.  billi kemm is-Sudan u kemm is-Sudan t'Isfel laqgħu il-Pjan Direzzjonali u kkonfermaw l-impenn tagħhom għal waqfien immedjat tal-ostilitajiet; billi, madankollu, it-tensjonijiet għadhom kbar;

I.  billi fl-4 ta' Ġunju 2012 kemm is-Sudan u kemm is-Sudan t'Isfel bdew l-ewwel taħdidiet ta' livell għoli dwar is-sigurtà tal-fruntieri minħabba li serje ta' konflitti fil-fruntieri heddew li jkaxkru l-gwerra ċivili ta' qabel lura għal kunflitt fuq skala kbira;

J.  billi l-UE tagħti importanza partikolari lill-attivazzjoni immedjata tal-Mekkaniżmu Konġunt ta' Verifika u ta' Monitoraġġ tal-Fruntieri billi jiġu mibgħuta osservaturi internazzjonali u persunal ieħor fit-territorju sabiex jimmonitorjaw dak li qed jiġri u jgħinu fl-iżgurar tal-konformità;

K.  billi s-Sudan u s-Sudan t'Isfel huma milquta minn nixfa serja u n-nies bdew jiċċaqilqu biex ifittxu l-ikel, u billi, skont l-uffiċjali tan-NU, madwar miljun ruħ jistgħu jkunu fir-riskju li jmutu bil-ġuħ jekk ma taslilhomx għajnuna f'ikel fix-xhur li ġejjin;

1.  Jilqa' l-fatt li s-Sudan u s-Sudan t'Isfel it-tnejn qablu dwar il-Pjan Direzzjonali approvat fir-Riżoluzzjoni 2046(2012) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-2 ta' Mejju 2012 u kkonfermaw l-impenn tagħhom li jwaqqfu l-ġlied b'effett immedjat; jilqa' t-tkomplija tan-negozjati diretti ġewwa Addis Ababa, kif ukoll ir-rwol tal-Unjoni Afrikana u l-medjazzjoni tas-Sur Thabo Mbeki f'dan il-proċess;

2.  Iħeġġeġ lis-Sudan u lis-Sudan t'Isfel juru r-rieda politika u prattika tagħhom li jsegwu t-triq tal-paċi billi jindirizzaw it-tħassib taż-żewġ naħat rigward is-sigurtà permezz ta' negozjati sinifikattivi fil-qafas tal-Mekkaniżmu Konġunt ta' Politika u Sigurtà, billi jibdew billi joħolqu żona tal-fruntieri li tkun sikura u demilitarizzata u bl-irtirar mingħajr kundizzjonijiet tal-qawwiet armati tagħhom kollha lejn in-naħa tal-fruntiera tagħhom, skont il-ftehimiet adottati preċedentement, inkluż il-Ftehim dwar il-Missjoni ta' Appoġġ għall-Monitoraġġ tal-Fruntieri tat-30 ta' Lulju 2011;

3.  Jitlob li l-Mekkaniżmu Konġunt ta' Verifika u ta' Monitoraġġ tal-Fruntieri (JBVMM) jiġi attivat immedjatament billi jintbagħtu osservaturi internazzjonali u persunal ieħor fit-territorju sabiex jimmonitorjaw u jgħinu fl-iżgurar tal-konformità;

4.  Jistieden lis-Sudan u lis-Sudan t'Isfel jimplimentaw l-aspetti pendenti tal-Ftehim tal-20 ta' Ġunju 2011 dwar l-Arranġamenti Temporanji Amministrattivi u ta' Sigurtà għaż- żona ta' Abyei, b'mod partikulari l-iskjerar mill-ġdid tal-qawwiet kollha tas-Sudan u tas-Sudan t'Isfel “il barra miż-żona ta' Abyei; jilqa” l-irtirar minn Heglig tal-armata tas-Sudan t'Isfel u jistieden lill-Gvern tas-Sudan jagħmel l-istess; jitlob għall-waqfien immedjat tal-bumbardamenti mill-ajru fuq is-Sudan t'Isfel mill-Qawwiet Armati Sudaniżi;

5.  Jistieden lis-Sudan u lis-Sudan t'Isfel jieqfu milli jospitaw, u milli jappoġġaw, gruppi ribelli kontra l-istat l-ieħor;

6.  Iħeġġeġ lill-partijiet kollha jirrispettaw għalkollox il-paragrafi 7 u 16 tad-Deċiżjoni tal-24 ta' April 2012 tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana, li ttenni li l-konfini territorjali tal-istati m'għandhomx jiġu mibdula bil-forza u li kwalunkwe tilwim territorjali għandu jiġi solvut esklussivament permezz ta' mezzi politiċi, paċifiċi u li jkun hemm qbil dwarhom mill-partijiet kollha u li ma jista' jkun hemm l-ebda soluzzjoni militari tal-konflitt fil-Kordofan tan-Nofsinhar u fin-Nil l-Iżraq;

7.  Jistieden lill-UE tkompli taħdem mill-qrib mas-sħab internazzjonali tagħha, b'mod partikolari l-UA, u n-NU, biex jiġi żgurat li s-Sudan u Sudan t'Isfel jimplimentaw ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-2 ta' Mejju 2012 dwar il-Pjan Direzzjonali għas-Sudan u s-Sudan t'Isfel;

8.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu minħabba s-sitwazzjoni umanitarja maħluqa mill-ġlied ta' bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel, u l-ġlied li għadu għaddej fl-istati tal-Kordofan tan-Nofsinhar u tan-Nil l-Iżraq fis-Sudan; jikkundanna bil-qawwa l-atti kollha ta' vjolenza li twettqu kontra l-persuni ċivili bi ksur tal-liġi umanitarja internazzjonali u l-liġi tad-drittijiet tal-bniedem;

9.  Jistieden liż-żewġ partijiet jippromwovu u jħarsu d-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk tan-nisa u tal-persuni li jappartienu lill-gruppi vulnerabbli, u jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-liġi internazzjonali, inkluża l-liġi internazzjonali umanitarja u l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, u jitlob li dawk responsabbli għall-ksur serju ta' tali liġi, inkluża l-vjolenza sesswali, iwieġbu għal dawn l-atti;

10.  Iħeġġeġ bil-qawwi lis-Sudan u lis-Sudan t'Isfel sabiex jikkonċedu l-aċċess umanitarju għall-popolazzjoni milquta fiż-żoni tal-konflitt, b'mod partikolari fil-Kordofan t'Isfel u fin-Nil l-Iżraq, filwaqt li jiġi żgurat, skont il-liġi internazzjonali u l-liġi internazzjonali umanitarja, l-aċċess sikur, mhux ostakolat u immedjat tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' persunal umanitarju ieħor, kif ukoll il-forniment ta' provvisti u tagħmir, sabiex il-persunal ikun jista' jwettaq b'mod effiċjenti l-kompitu tiegħu li jassisti l-popolazzjoni ċivili milquta mill-konflitt;

11.  Iħeġġeġ liż-żewġ naħat iwaqqfu r-retorika xewwiexa u l-propoganda ostili, li jwasslu għal demonizzazzjoni reċiproka, ksenofobija u theddid ta' vjolenza; jistieden liż-żewġ gvernijiet jieħdu responsabilità sħiħa għall-ħarsien taċ-ċittadini taż-żewġ naħat skont il-prinċipji internazzjonali, b'konsistenza mal-Ftehim Qafas dwar l-Istatus ta' Ċittadini tal-Istat l-Ieħor u Kwestjonijiet Relatati li inbeda f'Marzu 2012;

12.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li jestendi l-mandat tal-UNMIS u li jibgħat forzi addizzjonali għaż-żamma tal-paċi fis-Sudan; iqis li preżenza kontinwa tan-NU hija siewja ferm għall-iżvilupp paċifiku ta' żewġ stati vijabbli; jistieden kemm lis-Sudan kif ukoll lis-Sudan t'Isfel jilqgħu l-preżenza tan-NU u jiżguraw is-sikurezza tagħha;

13.  Iħeġġeġ bil-qawwa lis-Sudan u lis-Sudan t'Isfel jilħqu ftehim dwar l-arranġamenti politiċi u ekonomiċi transizzjonali li għad mhumiex solvuti, inkluż dwar l-użu taż-żejt; itenni li prekundizzjoni biex jinkisbu l-paċi u l-istabilità fir-reġjun hi li jiġu solvuti l-kwestjonijiet tad-demarkazzjoni tal-fruntieri;

14.  Jistieden lis-Sudan u lis-Sudan t'Isfel jużaw is-servizzi tal-Programm tal-Fruntieri tal-UA, li jistgħu jgħinu lill-partijiet fir-riżoluzzjoni tal-preokkupazzjonijiet tagħhom fir-rigward tad-delinjament, id-demarkazzjoni u r-riżoluzzjoni taż-żoni li hemm tilwim dwarhom abbażi tal-aħjar prattiki Afrikani u l-prinċipji internazzjonali;

15.  Jinsab konvint li l-istabilità fit-tul fir-reġjun teħtieġ strateġija internazzjonali ġdida, magħquda u komprensiva, li fiha l-UE tkun twettaq rwol flimkien ma' atturi globali u reġjonali oħra, li tkun tiffoka mhux biss fuq il-kwestjonijiet Tramuntana-Nofsinhar u fuq is-sitwazzjoni fil-Kordofan tan-Nofsinhar u fin-Nil l-Iżraq, iżda wkoll fuq il-proċess ta' riforma li ilu li messu sar ġewwa s-Sudan u l-approfondiment tar-riformi demokratiċi fis-Sudan t'Isfel; jistieden lir-RGħ/VP u lill-Kummissjoni jkunu lesti joffru l-assistenza neċessarja jekk il-Partit tal-Kungress Nazzjonali tas-Sudan (NCP) li qed jiggverna jaċċetta djalogu nazzjonali liberu u mingħajr ostakli immirat biex jistabbilixxi arranġamenti kostituzzjonali inklużivi aċċettati minn kulħadd u jieħu passi ġenwini sabiex tinġieb fi tmiemha l-impunità ġewwa d-Darfur, il-Kordofan tan-Nofsinhar u n-Nil l-Iżraq;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri tal-UE u lill-komunità internazzjonali jonoraw l-impenji tagħhom ta' ffinanzjar għar-reġjun, u b'mod partikolari biex jindirizzaw l-iskarsezzi severi li hemm tal-għajnuna f'ikel, tar-rifuġju ta' emerġenza u tal-protezzjoni; jitlob li tingħata attenzjoni mill-qrib lis-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-ikel u li jiġu stabbiliti miżuri kemm-il darba s-sitwazzjoni tmur għall-agħar;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għas-Sudan t'Isfel, lill-Gvern tas-Sudan, lill-Gvern tas-Sudan t'Isfel, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-President tal-Panel ta' Livell Għoli dwar is-Sudan tal-Unjoni Afrikana, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE.

(1) ĠU L 142, 28.5.2011, p. 61.


Ftehim kummerċjali tal-UE mal-Kolombja u l-Perù
PDF 258kWORD 79k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-ftehim kummerċjali tal-UE mal-Kolombja u l-Perù (2012/2628(RSP))
P7_TA(2012)0249B7-0301/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-tmiem tan-negozjati rigward Ftehim Kummerċjali bejn l-UE, il-Kolombja u l-Perù fl-1 ta' Marzu 2010 u l-tħabbira tal-konklużjoni tan-negozjati kummerċjali fid-19 ta' Mejju 2010,

–  wara li kkunsidra t-tnedija tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-UE, il-Kolombja u l-Perù fl-23 ta' Marzu 2011,

–  wara li kkunsidra l-approvazzjoni uffiċjali tal-Ftehim Kummerċjali mit-tliet partijiet fit-13 ta' April 2011,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Perù (COM(2011)0570),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar l-istrateġija tal-UE għar-relazzjonijiet mal-Amerika Latina(1) u tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali tal-Unjoni Ewropea mal-Amerika Latina(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana, u b'mod partikolari dik tad-19 ta' Mejju 2011 dwar il-prospetti għar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija tas-26 ta' April 2012 lill-Kummissjoni dwar il-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa u l-Kolombja u l-Perù fuq in-naħa l-oħra (O-000107/2012 – B7-0114/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, meta titqies l-importanza tar-rabtiet storiċi u kulturali, il-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Perù għandu l-għan li jiftaħ is-swieq, inter alia, għall-prodotti, is-servizzi, l-akkwisti pubbliċi u l-investiment u li jippromwovi l-integrazzjoni ekonomika bejn il-partijiet u żvilupp ekonomiku komprensiv bl-għan li jnaqqas il-faqar, joħloq opportunitajiet ġodda ta' impjieg, itejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u jżid l-istandards tal-għajxien billi jilliberalizza u jespandi l-kummerċ u l-investiment bejn it-territorji tagħhom, kif ukoll jinkoraġġixxi impenn favur l-implimentazzjoni tal-Ftehim Kummerċjali f'konformità mal-objettiv ta' żvilupp sostenibbli, inklużi l-promozzjoni tal-progress ekonomiku, ir-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-protezzjoni tal-ambjent, bi qbil mal-impenji internazzjonali adottati mill-partijiet;

B.  billi l-Unjoni Ewropea hija t-tieni l-akbar sieħba kummerċjali tal-Kolombja u l-Perù, u billi l-Ftehim Kummerċjali ppjanat jipprovdi għal liberalizzazzjoni totali tal-kummerċ fil-prodotti industrijali u fis-sajd, ħaġa li tista' żżid il-PGD Kolombjan b'massimu ta' 1,3 % u l-PGD Peruvjan b'0,7 % fuq perjodu twil, iżda li tista' tħalli wkoll impatt negattiv konsiderevoli fil-livelli ambjentali u soċjali, skont studju indipendenti ta' valutazzjoni tal-impatt fuq is-sostenibilità;

C.  billi bid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Kummerċjali, il-Kolombja u l-Perù joħorġu mill-iskema ta' arranġament ta' inċentiv speċjali tas-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati tal-UE (GSP+), li bħalissa qed tiġi riveduta;

D.  billi skont l-iskema GSP+ attwali kemm il-Kolombja kif ukoll il-Perù jirċievu preferenzi kummerċjali talli jiżguraw l-implimentazzjoni effikaċi ta' 27 konvenzjoni dwar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u dwar l-ambjent, inklużi l-erba' Standards Fundamentali tax-Xogħol tal-ILO;

E.  billi skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-azzjoni tal-UE fix-xena internazzjonali għandha tkun iggwidata mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tagħha, u li tipprova tippromwovi fil-bqija tad-dinja: id-demokrazija, l-Istat ta' dritt, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali; billi l-Unjoni għandha tfittex li tiżviluppa relazzjonijiet u tibni sħubija mal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali jew globali, li jikkondividu l-prinċipji msemmija aktar “il fuq;

F.  billi l-ewwel artikolu tal-Ftehim Kummerċjali jinkludi dispożizzjonijiet estensivi u vinkolanti li jiggarantixxu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jgħid li “ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, kif stipulati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u tal-prinċipju tal-Istat ta' dritt, huwa element fundamentali tal-politiki interni u internazzjonali tal-partijiet. Ir-rispett ta' dawn il-prinċipji huwa element essenzjali tal-Ftehim”; billi n-nuqqas li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi jikkostitwixxi “ksur materjali” tal-Ftehim Kummerċjali li, skont id-dritt internazzjonali pubbliku, jagħti lok għall-adozzjoni ta' miżuri xierqa, inkluża l-possibilità li l-Ftehim jitwaqqaf jew jiġi sospiż parzjalment jew għalkollox; billi l-monitoraġġ xieraq tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem mill-partijiet firmatarji kollha għandu jiġi żgurat u l-infurzabbiltà fil-prattika tal-Klawsola tad-Drittijiet tal-Bniedem għandha tiġi garantita;

G.  billi l-Ftehim Kummerċjali joffri garanziji biex jiġi żgurat li l-istruttura l-ġdida tar-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment tal-UE taħdem favur protezzjoni soċjali u ambjentali estensiva u żvilupp sostenibbli billi tippromwovi u tippreserva livell għoli ta' standards ta' protezzjoni tal-ħaddiema u tal-ambjent fuq in-naħat kollha, peress li fiha kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli;

H.  billi kemm il-Kolombja kif ukoll il-Perù għamlu sforzi kbar f'dawn l-aħħar snin biex itejbu l-kundizzjoni ġenerali ta' ħajjet iċ-ċittadini tagħhom, inklużi d-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol;

I.  billi, minkejja dawn l-isforzi enormi, biex jintlaħqu għalkollox l-istandards għolja stabbiliti u mitluba miċ-ċittadini individwali, mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mill-partiti fl-oppożizzjoni u mill-gvern, għad fadal xogħol sostanzjali xi jsir kemm fil-Kolombja kif ukoll fil-Perù, speċjalment rigward l-implimentazzjoni effikaċi tal-qafas leġiżlattiv il-ġdid, li għandu l-għan li jsolvi problemi antiki li għadhom ma ġewx solvuti għalkollox, relatati ma' problemi li ilhom jeżistu ta' faqar, vjolenza u korruzzjoni, kunflitti armati interni (li jmorru lura għal iktar minn 50 sena fil-każ tal-Kolombja), gruppi armati illegali, traffikar ta' drogi, impunità u esproprjazzjoni ta' art;

J.  billi, minkejja dawn l-isforzi kbar, il-Kolombja għadha l-pajjiż bl-ogħla rata ta' qtil ta' trejdjunjonisti fid-dinja, u billi, minkejja l-aħħar titjib fundamentali fl-infurzar tal-liġi, aktar minn 90 % ta' dawn id-delitti għadhom ma ġewx ikkastigati; billi kważi 4 miljun persuna huma spustati internament; billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU għad-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, għalkemm irrikonoxxa r-rikonoxximent mill-Istat tal-Kolombja tad-drittijiet tal-popli indiġeni, ħeġġeġ lill-Kolombja tistieden lill-Konsulent Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Prevenzjoni tal-Ġenoċidju biex jimmonitorja s-sitwazzjoni tal-komunitajiet indiġeni li jsibu ruħhom mhedda b'qerda kulturali jew fiżika minħabba l-kunflitt armat li ilu għaddej fil-pajjiż;

1.  Jiddispjaċih li, għalkemm il-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli jinkludi dispożizzjonijiet legalment vinkolanti, m'hemm ebda mekkaniżmu vinkolanti għas-soluzzjoni tat-tilwimiet għal dan il-kapitolu fil-Ftehim Kummerċjali, u li l-użu tal-miżuri u s-sanzjonijiet previsti fil-mekkaniżmu vinkolanti ġenerali tal-Ftehim Kummerċjali għas-soluzzjoni tat-tilwimiet huwa eskluż fil-każ ta' ksur tal-istandards stipulati fil-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, b'mod li l-kundizzjonijiet vinkolanti attwali fl-iskema GSP+ tal-UE jiddgħajfu;

2.  Jilqa' bi pjaċir kbir l-impenn espress mill-partijiet kollha involuti fir-rigward tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-Istat ta' dritt, kif ikkonfermat bl-inklużjoni fl-ewwel artikolu tal-Ftehim Kummerċjali ta' dispożizzjonijiet estensivi u vinkolanti dwar dawn il-prinċipji fundamentali;

3.  Jenfasizza l-importanza li jinżamm djalogu kostruttiv mal-pajjiżi sħab tagħna dwar l-implimentazzjoni effikaċi ta' standards ogħla tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa' bi pjaċir kbir il-Mekkaniżmu ta' Djalogu Reċiproku dwar id-drittijiet tal-bniedem (Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Kolombja), li kien stabbilit b'mod volontarju fl-2009 bejn il-Kolombja u l-Unjoni Ewropea u li minn dak iż-żmien “l hawn sar darbtejn fis-sena u li huwa prova ċara li l-Gvern Kolombjan huwa miftuħ għal djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-UE, kif ukoll ma' sħab internazzjonali oħrajn; jiddispjaċih, madankollu, li l-Parlament Ewropew la jiġi infurmat qabel u lanqas wara b'mod regolari u komprensiv dwar l-aġenda u l-eżitu tiegħu;

4.  Jappoġġa b'mod qawwi l-inklużjoni ta' kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli fil-Ftehim Kummerċjali u l-ħolqien ta' mekkaniżmi domestiċi u d-djalogu mas-soċjetà ċivili, li se jinvolvi ċ-ċittadini, sew jekk b'mod individwali u sew jekk b'mod kollettiv organizzat;

5.  Jistieden lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-Pajjiżi Andini u fl-Unjoni Ewropea, biex jipparteċipaw fil-mekkaniżmi ta' monitoraġġ stabbiliti fil-Ftehim Kummerċjali, fit-titolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli; jistieden lill-gvernijiet involuti jistabbilixxu, malajr kemm jista' jkun, il-qafas legali għall-mekkaniżmi domestiċi u d-djalogu mas-soċjetà ċivili jekk għadhom ma jeżistux, inkluża kampanja sostanzjali ta' informazzjoni u promozzjoni biex tiġi massimizzata l-parteċipazzjoni tal-gruppi jew il-persuni interessati fir-rigward tal-qafas ta' monitoraġġ tal-Mekkaniżmu tas-Soċjetà Ċivili; jissuġġerixxi li dawn il-proċeduri jiġu stabbiliti fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, minflok sena kif kien stipulat fil-Ftehim Kummerċjali(3);

6.  Ifakkar fl-importanza li jiġu stabbiliti mekkaniżmi konsultattivi domestiċi rappreżentattivi, kif stabbilit fl-Artikolu 281 tal-Ftehim Kummerċjali, bil-parteċipazzjoni tat-trejdjunjins, ir-rappreżentanti ta' min iħaddem jew partijiet interessati oħrajn bħall-NGOs, li għandu jkollhom sehem obbligatorju fl-osservazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Ftehim Kummerċjali, speċjalment fl-oqsma tax-xogħol u l-iżvilupp sostenibbli, bid-dritt li jiġu kkonsultati regolarment u li jressqu lmenti permezz ta' mekkaniżmu ta' lmenti obbligatorju u istituzzjonalizzat, kif ukoll li jagħmlu rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti, inkluża l-proposta li jkun hemm skambju ta' opinjonijiet indipendenti mal-kontropartijiet tagħhom fl-UE;

7.  Biex jintlaħqu għalkollox l-istandards għolja tad-drittijiet tal-bniedem promossi fil-Ftehim Kummerċjali, li kemm il-gvernijiet Andini kif ukoll l-Unjoni Ewropea huma impenjati fir-rigward tagħhom, jissuġġerixxi li l-partijiet involuti jistabbilixxu malajr grupp konsultattiv domestiku (GKD) ddedikat dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi, li għandu jakkumpanja u jimmonitorja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim Kummerċjali u oħrajn u jaħdem bħala korp konsultattiv intern effikaċi għall-uffiċċji domestiċi li jipparteċipaw fil-Kumitat għall-Kummerċ tal-Ftehim Kummerċjali, filwaqt li juża, bħala mudell għall-funzjonament tiegħu, il-qafas legali previst fil-Ftehim Kummerċjali għall-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fis-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli; jistieden lill-partijiet fil-Ftehim Kummerċjali jiggarantixxu lil dawn il-GKD l-istess livell ta' involviment vinkolanti għas-soċjetà ċivili bħal fil-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles mal-Korea t'Isfel, inkluż mekkaniżmu formalizzat u istituzzjonalizzat għall-ilmenti; jistieden barra minn hekk lill-partijiet jiżguraw l-indipendenza sħiħa tal-GKD, inkluż fir-rigward tal-għażla tagħhom tal-membri tal-GKD;

8.  Japprova l-miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi kollha meħuda miż-żewġ pajjiżi Andini biex jiġġieldu l-faqar, il-forom kollha ta' vjolenza, l-impunità, il-korruzzjoni u t-traffikar tad-drogi, biex jiżguraw id-drittijiet tan-nisa u tat-tfal, speċjalment fir-rigward tat-tħaddim tat-tfal, biex jimxu fit-triq tal-iżvilupp sostenibbli bħala l-uniku futur vijabbli għall-pjaneta tagħna, biex jippromwovu d-drittijiet tal-popli indiġeni, djalogu usa' u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess leġiżlattiv u biex jerġgħu jistabbilixxu l-ġustizzja;

9.  Jikkundanna bil-qawwa l-qtil tat-trejdjunjonisti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, iċ-ċivili, il-popli indiġeni, il-vittmi kollha tal-kunflitt armat intern, l-uffiċjali tal-pulizija u l-persunal tal-armata, li qed iseħħ b'mod speċjali fil-Kolombja; madankollu jinnota li kien hemm tnaqqis fil-każijiet ta' qtil ta' trejdjunjonisti rrappurtati fl-aħħar sentejn;

10.  Jappoġġa l-isforzi tal-Gvern Kolombjan biex jiġġieled kontra l-impunità u l-qtil ta' trejdjunjonisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, liema sforzi ssarrfu, pereżempju, f'żieda fin-numru ta' investigaturi fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali (FGN), li żdiedu minn 100 fl-2010 għal 243 fl-2011 speċifikatament għall-investigazzjoni ta' delitti mwettqa kontra t-trejdjunjonisti; barra minn hekk, skont l-ILO, bejn l-2010 u Ġunju 2011 kien hemm 355 arrest, u nqatgħu 88 sentenza u 483 persuna ġew ikkundannati għal delitti kontra trejdjunjonisti; f'dan ir-rigward, jenfasizza l-importanza tal-Programm ta' Protezzjoni Speċjali (PPS), li bħalissa qed jagħti protezzjoni statali lil iktar minn 8 500 persuna, inklużi trejdjunjonisti (13 %), kunsilliera muniċipali (30 %) u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (15 %); jinnota li l-baġit għal dan il-programm żdied minn EUR 10.5 miljun fl-2002 għal iktar minn EUR 120 miljun fl-2011;

11.  Jilqa' r-referenza għall-importanza tal-kunċetti ta' “kummerċ għal żvilupp sostenibbli” u tal-“promozzjoni ta' kummerċ ġust u ekwitabbli”, fl-Artikoli 271 u 324 rispettivament tal-Ftehim Kummerċjali; jitlob lill-partijiet jiffaċilitaw il-kummerċ fil-prodotti li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli, inklużi prodotti li huma s-suġġett ta' skemi bħall-kummerċ ġust u etiku u dawk li jinvolvu r-responsabilità u r-rendikont soċjali tal-kumpaniji, bħall-iskemi “kummerċ ġust”, “rainforest alliance”, “UTZ Certified”, “BSCI” u skemi oħrajn simili;

12.  Jistieden lill-partijiet involuti jipprovdu biżżejjed kapaċità teknika u finanzjarja biex jiggarantixxu l-konformità sħiħa mal-istandards ta' sostenibilità fil-Ftehim Kummerċjali u jipprovdu għal rieżami, monitoraġġ u valutazzjoni sħaħ tal-implimentazzjoni tal-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli sa mhux iżjed tard minn tliet snin wara li jkun daħal fis-seħħ il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles;

13.  Jenfasizza, b'mod partikolari, l-importanza li tiġi promossa r-responsabilità soċjali korporattiva (RSK) u jilqa' l-inklużjoni tagħha fil-Ftehim Kummerċjali; jitlob lill-partijiet kollha jippromwovu l-aħjar prattiki kummerċjali relatati mar-RSK bi qbil mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar il-Kummerċ u d-Drittijiet tal-Bniedem, il-Linji Gwida tal-OECD dwar ir-RSK u l-Komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar “Strateġija rinnovata tal-UE 2011-2014 għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva” (COM(2011)0681); jemmen b'mod qawwi li standards ogħla tal-għajxien jistgħu jintlaħqu biss permezz ta' sħubijiet attivi bejn l-imprendituri, il-ħaddiema, l-NGOs u l-Istat, jew fil-livell ċentrali, jew reġjonali jew f'dak tal-komunità; jerġa' jafferma, għalhekk, l-importanza tal-involviment tal-partijiet kollha li huma involuti, speċjalment il-gvernijiet, li għandu jkollhom rwol essenzjali fl-implimentazzjoni effettiva tar-RSK fil-pajjiżi tagħhom; jistieden lill-UE u lill-pajjiżi Andini jaħdmu favur l-implimentazzjoni globali ta' Prinċipji Gwida tan-NU dwar ir-RSK;

14.  Jilqa' l-liġijiet ambjentali robusti li ddaħħlu fil-leġiżlazzjoni mill-awtoritajiet Kolombjani iżda jenfasizza l-ħtieġa għall-infurzar sħiħ u korrett ta' dawn il-liġijiet; jenfasizza l-problemi ambjentali potenzjali, inklużi ż-żieda fid-deforestazzjoni u t-tniġġis industrijali, agrikolu u dak ikkawżat mill-mini, li jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fuq il-provvisti sikuri tal-ilma u l-protezzjoni tal-bijodiversità;

15.  Jistieden lill-pajjiżi Andini jiżguraw li jiġi stabbilit pjan direzzjonali trasparenti u li jorbot għad-drittijiet tal-bniedem, dawk ambjentali u dawk tal-ħaddiema, li essenzjalment għandu jkollu bħala mira s-salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem, it-tisħiħ u t-titjib tad-drittijiet tat-trejdjunjonisti u l-ħarsien ambjentali; jissuġġerixxi li jitqies il-Pjan ta' Azzjoni relatat mad-Drittijiet tal-Ħaddiema bejn il-Kolombja u l-Istati Uniti, b'referenza partikolari għal dan li ġej:

   l-infurzar u l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u miżuri politiċi li jiggarantixxu l-libertà tal-assoċjazzjoni u d-dritt għal negozjar kollettiv, mingħajr lakuni, b'mod partikolari għal ħaddiema fis-settur informali, u speċjalment permezz tal-eliminazzjoni tal-użu ta' kooperattivi, patti kollettivi jew miżuri oħra li għandhom l-iskop jew l-effett li jċaħħdu lill-ħaddiema mid-drittijiet trejdjunjonistiċi tagħhom jew mill-benefiċċji ta' relazzjoni ta' impjieg diretta;
   it-twettiq ta' spezzjonijiet tax-xogħol stretti li jwasslu għal pieni f'każ ta' diskriminazzjoni, tkeċċijiet mhux ġustifikati, intimidazzjoni u theddid kontra l-ħaddiema;
   passi ċari u verifikabbli biex jissaħħaħ id-djalogu soċjali fil-livell reġjonali u lokali kif ukoll min-naħa tal-impriżi;
   l-introduzzjoni ta' miżuri biex jiġi garantit l-infurzar effikaċi tal-leġiżlazzjoni li tipproteġi l-ambjent u l-bijodiversità, partikolarment mill-effetti negattivi tad-deforestazzjoni u l-estrazzjoni ta' materja prima;
   it-teħid tal-passi meħtieġa biex tintemm l-impunità u sabiex dawk l-aktar responsabbli kemm intellettwalment kif ukoll materjalment għall-atti kriminali mwettqa fil-Kolombja jiġu investigati, ipproċessati u kkastigati fil-qrati ċivili;
   il-kisba ta' miri ċari, marbutin b'perjodu ta' żmien u bbażati fuq ir-riżultati f'kull qasam minn dawk imsemmija hawn fuq;
   il-Kummissjoni Ewropea tintalab tibda tgħin immedjatament lill-Kolombja u lill-Perù fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-proċess imsemmi hawn fuq, u tiġi mħeġġa tipproduċi rapport regolari li għandu jiġi ppreżentat u vvalutat mill-Parlament Ewropew;
   l-enfasi tal-fatt li xi wħud mill-miri ta' dan il-pjan direzzjonali għandhom preferibbilment jidħlu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja dawn il-miżuri permezz ta' programmi ta' kooperazzjoni fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-kooperazzjoni regolatorja, b'mod partikolari billi ssaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet Andini biex jipproponu, jinfurzaw u jivvalutaw b'mod effikaċi l-leġiżlazzjoni ambjentali; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel użu sħiħ tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) u tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR);

17.  Jilqa' bi pjaċir il-Liġi l-ġdida dwar il-Vittmi u r-Restituzzjoni tal-Art (magħrufa wkoll bħala “Ley 1448”) li daħlet fis-seħħ fil-Kolombja fl-1 ta' Jannar 2012, li tiggarantixxi kumpens finanzjarju u r-restituzzjoni tal-art għall-kważi 4 miljun vittma tal-kunflitt armat u tal-vjolenza fil-pajjiż tul dawn l-aħħar 50 sena; jenfasizza l-isforz finanzjarju enormi tal-Gvern Kolombjan, li huwa stmat li huwa aktar minn USD 25 biljun għall-għaxar snin li ġejjin, ammont li jirrappreżenta madwar EUR 160 miljun fix-xahar; jenfasizza l-ħtieġa ta' monitoraġġ u valutazzjoni dettaljati tal-implimentazzjoni ta' din il-liġi f'konsultazzjoni mill-qrib mas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari rigward il-protezzjoni ta' dawk li jirritornaw;

18.  Jilqa' x-xoljiment tal-aġenzija ferm kontroversjali tal-intelligence (DAS) u l-kundanna tal-ex direttur tagħha għal 25 sena ħabs bħala sinjal importanti tal-bidla fl-attitudni u l-ftuħ tal-Amministrazzjoni Kolombjana u l-indipendenza tal-ġudikatura;

19.  Jenfasizza li d-dritt għall-proprjetà huwa wkoll wieħed mid-drittijiet fundamentali tal-bniedem u għandu jkun imħares mill-partijiet kollha tal-Ftehim Kummerċjali; għalhekk iwissi l-partijiet kollha għall-Ftehim Kummerċjali biex ma jieħdux azzjoni unilaterali li tipperikola l-protezzjoni tal-investiment; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa li jiġi infurzat mekkaniżmu xieraq għas-soluzzjoni tat-tilwimiet;

20.  Jilqa' l-fatt li l-Kolombja u l-Perù rratifikaw it-tmien konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO, apparti tlieta mill-erba' konvenzjonijiet dwar il-governanza, kif iddikjarat mir-rappreżentant tal-ILO waqt is-smigħ pubbliku dwar il-Ftehim Kummerċjali organizzat mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali fil-Parlament Ewropew fi Brussel fid-29 ta' Frar 2012; jinsisti dwar l-importanza ta' ratifika rapida u implimentazzjoni effikaċi tal-konvenzjonijiet kollha tal-ILO ta' dan it-tip, speċjalment C122 fil-każ tal-Kolombja u C129 fil-każ tal-Perù; jenfasizza lill-partijiet kollha l-importanza li tiġi rratifikata l-Konvenzjoni 135 tal-ILO dwar ir-rappreżentanti tal-ħaddiema; jinnota f'dan il-kuntest li 24 Stat Membru tal-UE għadhom ma rratifikawx ILO C169, il-Konvenzjoni dwar il-Popli Indiġeni u Tribali;

21.  Jenfasizza l-importanza tal-prinċipji ta' proċeduri amministrattivi u legali ġusti, ekwi u trasparenti, biex jiġu implimentati l-liġijiet nazzjonali fil-qasam tax-xogħol, inklużi spezzjonijiet stretti tax-xogħol, kif ukoll standards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, b'konformità mal-obbligi internazzjonali; jemmen li proċeduri amministrattivi u legali ġusti, ekwi u trasparenti huma meħtieġa wkoll biex jiġi żgurat li ma titqiegħed l-ebda restrizzjoni eċċessiva fuq il-komunikazzjoni jew il-libertà tal-espressjoni, li huma importanti ħafna sabiex jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini biex jorganizzaw lilhom infushom;

22.  Jemmen li s-setgħat ġodda tal-Parlament Ewropew rigward il-ftehimiet internazzjonali li huma minquxa fit-Trattat ta' Lisbona jipprovdu responsabilitajiet ġodda; għalhekk jipproponi li jiġu organizzati seduti ta' smigħ pubbliku kemm fil-Parlament Ewropew kif ukoll f'waħda mill-kapitali Andini fl-aħħar kwart tal-2013; wara s-seduti ta' smiegħ, jitlob li jsir rapport bil-miktub li jiġi ppreżentat lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u lis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar ir-riżultati tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim Kummerċjali sa dik id-data;

23.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet tal-Kolombja u tal-Perù.

(1) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 54.
(2) ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 79.
(3) Artikolu 282(1).


Ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem
PDF 223kWORD 66k
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem (2012/2088(INI))
P7_TA(2012)0250A7-0174/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6, 21, 31, 33 u 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali 2009 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwestjoni(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni, inklużi l-implikazzjonijiet għall-politika strateġika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem(2),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2011 bl-isem “Id-Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija fil-Qalba tal-Azzjoni Esterna tal-UE – Lejn Approċċ Aktar Effettiv (COM(2011)0886),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem “Il-kisba ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa – Pjan ta' azzjoni li jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma ”(COM(2010)0171),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Dritt Umanitarju Internazzjonali(3),

–  wara li kkunsidra l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar ir-responsabbiltà politika(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 97 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0174/2012),

A.  billi l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fl-azzjonijiet esterni kollha tagħha, filwaqt li jiggarantixxi koerenza u konsistenza f'dawn l-oqsma u bejn l-azzjoni esterna tagħha u l-politiki l-oħra tagħha;

B.  billi l-Artikolu 33 tat-TUE jipprovdi l-bażi legali għall-ħatra tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem, jiġifieri: “Il-Kunsill jista”, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, jaħtar rappreżentant speċjali li jingħata mandat dwar kwestjonijiet partikolari ta' politika. Ir-rappreżentant speċjali għandu jwettaq il-mandat tiegħu taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli“;

C.  billi l-Parlament Ewropew ripetutament talab għall-ħatra ta' Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif stabbilit fir-riżoluzzjonijiet hawn fuq imsemmija tas-16 ta' Diċembru 2010 u tat-18 ta' April 2012;

D.  billi l-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu jsaħħaħ il-viżibbiltà u l-koerenza tal-Politika tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE bħala parti fundamentali mill-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) tagħha u jikkontribwixxi biex jgħolli l-profil dinji tal-UE rigward id-drittijiet tal-bniedem;

1.  Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill:

   (a) filwaqt li l-ħatra tal-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-istabbiliment tal-mandat tiegħu/tagħha hija formalment deċiżjoni tal-Kunsill ibbażata fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-UE, l-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu jaġixxi u jitkellem għan-nom tal-Unjoni, b'mod li jirrifletti r-responsabbiltà konġunta u indiviżibbli tal-istituzzjonijiet u tal-Istati Membri kollha tal-UE li jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem fid-dinja; il-ħatra tal-ewwel RSUE tematiku li qatt kien hemm għandha ttejjeb il-viżibbiltà, l-effikaċja, il-koerenza u r-responsabbiltà tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem; b'mod partikolari, il-Parlament Ewropew għandu jkollu r-rwol xieraq tiegħu fil-proċedura ta' ħatra u s-superviżjoni tal-mandat matul it-terminu sħiħ tiegħu;
   (b) għat-tisħiħ tat-trasparenza u r-responsabbiltà tal-mandat tal-RSUE, għandu jsir skambju ta' fehmiet/smigħ mal-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem nominat mir-Rappreżentant Għoli, fil-kumitat relevanti tal-Parlament Ewropew;
   (c) l-implimentazzjoni tal-mandat u l-konsistenza tiegħu ma' kontribuzzjonijiet oħra mill-Unjoni f'dan il-qasam għandhom ikunu soġġetti għal rieżami regolari; l-RSUE għandu jagħti lill-Kunsill, lir-Rappreżentant Għoli, lill-Parlament u lill-Kummissjoni rapport ta' progress annwali u rapport komprensiv ta' implimentazzjoni dwar il-mandat fi tmiemu;
   (d) l-objettivi ta' politika tal-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem għandhom jinkludu t-titjib tal-koerenza, l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-azzjoni tal-UE fil-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; l-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (COHOM); l-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu jkun interlokutur ta' livell għoli għall-kontrapartijiet tiegħu f'pajjiżi terzi u f'organizzazzjonijiet internazzjonali, u għandu wkoll ikun kapaċi jittratta man-NU (Assemblea Ġenearlai tan-NU, UNHRC, eċċ.) kif ukoll ma' organizzazzjonijiet reġjonali relevanti; l-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu jippresjedi d-djalogi ta' livell għoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u jmexxi l-konsultazzjonijiet ma' pajjiżi terzi dwar kwestjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;
   (e) sabiex jilħaq dawn l-objettivi, l-RSUE, filwaqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli, għandu jingħata mandat qawwi, indipendenti u flessibbli li ma jkunx definit b'responsabbiltajiet tematiċi dojoq u speċifiċi, iżda li lill-RSUE jħalluh jaġixxi bil-ħeffa u b'mod effikaċi; b'konformità mal-azzjonijiet u l-prijoritajiet stabbiliti fil-Pjan ta' Azzjoni, l-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu jindirizza wkoll kwestjonijiet orizzontali differenti li jikkontribwixxu għal azzjoni aktar effikaċi u koerenti fil-politiki esterni tal-UE; l-ambitu tal-mandat tal-RSUE għandhu jkun għalkollox allinjat mal-prinċipji tal-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, kif ukoll mal-objettivi ta' politika stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-TUE, u għandu jkopri t-tisħiħ tad-demolrazija, l-istat tad-dritt u l-bini ta' istituzzjonijiet, il-ġustizzja internazzjonali u d-dritt umanitarju internazzjonali; il-mandat għandu jinkludi, inter alia, l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġlieda kontra l-impunità, il-ġlieda kontra t-tortura, il-libertà tal-espressjoni (inkluż fuq l-internet), il-libertà ta' assoċjazzjoni, il-libertà ta' assemblea, il-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin, drittijiet tal-minoranzi, il-protezzjoni tat-tfal, drttijiet tan-nisa, il-paċi u s-sigurtà, kwestjonijiet tal-ġeneru, kif ukoll il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni f'kull sura tagħha, irrispettivament minn jekk tkunx ibbażata fuq id-diżabilità, fuq l-oriġini razzjali jew etnika, fuq il-ġeneru, fuq l-orjentazzjoni sesswali jew fuq l-identità tal-ġeneru;
   (f) il-mandat għandu jissejjes fuq il-prinċipji li jiggwidaw il-politika tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u, b'mod partikolari, fuq il-linji gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt (2008); it-tortura u trattament jew kastigi krudili, inumani jew degradanti oħrajn (2008); id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi (2009); it-tfal u l-konflitti armati (2008); id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (2008); il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal (2008); il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom (2008); id-dritt umanitarju internazzjonali (2009), it-toolkit tal-LGBT (2010) kif ukoll ir-rapporti annwali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja; barra minn hekk, il-mandat għandu jinkludi l-appoġġ lir-Rappreżentant Għoli u lill-istituzzjonijiet tal-UE fil-promozzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;
   (g) l-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu jkollu l-kwalifiċi professjonali meħtieġa, esperjenza estensiva u storja ta' riżultati tajbin fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll integrità personali u professjonali u reputazzjoni internazzjonali;
   (h) l-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu jinħatar għal sentejn u nofs; sabiex jiġu żgurati l-kontinwità, il-koerenza u r-responsabbiltà demokratika, il-mandat għandu jkun jista' jiġġedded u l-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat b'mod adegwat u f'waqtu matul il-proċess ta' tiġdid;
   (i) l-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu jaħdem mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u mal-President tal-Parlament Ewropew sabiex jiżgura koerenza u l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-oqsma kollha tal-politika fil-ħidma tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE; l-RSUE għandu jinteraġixxi mill-qrib mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija tal-SEAE u mad-Delegazzjonijiet multilaterali kollha tal-UE (New York, Ġinevra, Vjenna, Strasburgu), kif ukoll mad-delegazzjonijiet kollha tal-UE fid-dinja, biex jiffaċilita l-kuntatti dwar kwestjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem mas-servizzi kollha tal-UE, mad-delegazzjonijiet tal-UE f'pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali; id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija tal-SEAE għandhom jipprovdu s-servizzi meħtieġa kollha u jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-mandat tal-RSUE;
   (j) filwaqt li jżomm konnessjonijiet mill-qrib mal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà tal-Kunsill, l-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu regolarment jirraporta lill-kumitat relevanti tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja u s-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-mandat, inklużi r-riżultati tas-sessjonijiet tal-UNHRC u tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi u l-implimentazzjoni tal-Istrateġiji tal-Pajjiżi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
   (k) l-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, filwaqt li jimplimenta l-mandat tiegħu, għandu jikkoopera mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili lokali, reġjonali u nazzjonali, mal-NGOs, mal-esperti kif ukoll mal-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali li jaġixxu fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;
   (l) l-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu jingħata riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex jiggarantixxu l-ħidma effikaċi tar-Rappreżentant Speċjali u t-tim tiegħu; il-baġit tal-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu jiġi rivedut annwalment;
   (m) l-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu jkun responsabbli għall-kostituzzjoni ta' tim, b'tali mod li jkopri l-għarfien espert ta' politika meħtieġ, bi qbil mal-mandat tiegħu u fl-interess ta' dak il-mandat; fid-dawl tal-ambitu u tan-natura transettorjali tal-mandat, huwa importanti li għadd suffiċjenti ta' persunal jiġi assenjat biex jaħdem taħt is-superviżjoni diretta tal-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem; it-tim jista' jinkludi persunal issekondat minn Stati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-UE, b'mod li jirrifletti wkoll il-ħtieġa li tkun żgurata l-koerenza u l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fost l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u tal-Istati Membri kollha tal-UE;
   (n) referenza għal din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi inkluża fil-mandat tal-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem;

2.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u għal finijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0489.
(2) Testi adottati, P7_TA(2012)0126.
(3) http://www.eeas.europa.eu/human_rights/docs/guidelines_en.pdf
(4) ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 470.


In-negozjati dwar it-Trattat tan-NU dwar il-Kummerċ tal-Armi
PDF 315kWORD 81k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar in-negozjati dwar it-Trattat tan-NU dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) (2012/2636(RSP))
P7_TA(2012)0251B7-0276/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-konferenza tan-Nаzzjonijiet Uniti għan-negozjar ta' trattat dwar il-kummerċ tal-armi (ATT) li se ssir fi New York bejn it-2 u s-27 ta' Lulju 2012,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 61/89(1) tas-6 ta' Diċembru 2006 intitolata “Lejn trattat dwar il-kummerċ tal-armi: l-istabbiliment ta' standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta' armi konvenzjonali” appoġġjata minn 153 Stat Membru tan-NU, li timmarka l-bidu formali ta' proċess lejn ATT, u 64/48(2) tat-2 ta' Diċembru 2009 dwar it-trattat dwar il-kummerċ tal-armi, appoġġjata minn 153 Stat Membru tan-NU, skont liema ġie deċiż li tissejjaħ Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti rigward it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi li titlaqqa' għal erba' ġimgħat konsekuttivi fl-2012 biex telabora strument vinkolanti dwar l-ogħla standards komuni internazzjonali possibbli rigward it-trasferiment tal-armi konvenzjonali,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/336/PESK(3) tal-14 ta' Ġunju 2010 u deċiżjonijiet tal-Kunsill preċedenti dwar l-attivitajiet tal-UE b'appoġġ għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi,

–  wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll tal-esportazzjoni ta' teknoloġija u tagħmir militari(4),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari dawk tal-10 ta' Diċembru 2007 u tat-12 ta' Lulju 2010 dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-21 ta' Ġunju 2007 rigward trattat dwar il-kummerċ tal-armi u l-istabbiliment ta' standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta' armi konvenzjonali(5), tat-13 ta' Marzu 2008 dwar il-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjoni tal-Armi(6) u tal-4 ta' Diċembru 2008 dwar il-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjoni tal-Armi(7) li jenfasizzaw il-ħtieġa urġenti ta' trattat dwar il-kummerċ tal-armi,

–  wara li kkunsidra t-tweġiba tal-UE għat-talba li għamel is-Segretarju Ġenerali tal-UN għal fehmiet dwar l-elementi ta' trattat dwar il-kummerċ tal-armi,

–  wara li kkunsidra l-bosta kampanji tas-soċjetà ċivili madwar id-dinja favur trattat qawwi u robust dwar il-kummerċ tal-armi, inkluża l-Kampanja “Control Arms” u s-sejħa li saret minn rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi ma jeżisti l-ebda trattat globali vinkolanti li jirregola t-trasferiment ta' armi konvenzjonali;

B.   billi aktar minn 40 Stat Membru tan-NU la għandhom qafas regolatorju nazzjonali għall-kontroll tat-trasferimenti tal-armi u lanqas ma jottemperaw ruħhom ma' kwalunkwe norma reġjonali jew internazzjonali;

C.   billi l-valur stmat globali ta' trasferimenti ta-armi lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-2010 kien USD 40 355 miljun u l-valur tal-kunsinji kien USD 34 989 miljun, skont is-Servizz ta' Riċerka tal-Kungress tal-Istati Uniti tal-Amerika(9);

D.  billi r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 64/48 tħeġġeġ lill-Istati Membri tan-NU biex jilħqu ftehim fuq strument vinkolanti, effikaċi u bilanċjat dwar l-ogħla standards komuni internazzjonali possibbli għat-trasferiment tal-armi konvenzjonali, u biex jikkkonkludu trattat b'saħħtu u robust;

E.  billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU ddefiniet l-għan tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) bħala “trattat vinkolanti li jistabbilixxi standards komuni dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta' armi konvenzjonali”(10) u ddikjarat li l-Istati għandhom “jiżguraw li s-sistemi nazzjonali u l-kontrolli interni tagħhom jkunu tal-ogħla standards possibbli biex jipprevjenu d-diverżjoni tal-armi konvenzjonali mis-suq legali għal dak illeċitu, fejn jistgħu jintużaw għal atti terroristiċi, għall-kriminalità organizzata u għal attivitajiet kriminali oħra”(11);

F.  billi l-kummerċ tal-armi mhux ikkontrollat u mhux irregolat jirrappreżenta theddida serja għall-paċi, is-sigurtà u l-istabilità lokali, nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, iżda wkoll għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli; billi l-kummerċ tal-armi mhux irregolat huwa fattur kontributorju għall-kunflitti armati, l-ispustament tan-nies, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu;

G.  billi t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi li se jiġi nnegozjat fl-2012 jeħtieġ li jinkludi dispożizzjonijiet ċari u vinkolanti li jkunu konsistenti mal-ogħla standards internazzjonali, inkluża l-konformità sħiħa mal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali;

H.  billi approċċ unit, koerenti u konsistenti min-naħa tal-UE huwa kruċjali biex trattat bħal dan ikun jista' jiġi adottat u implimentat b'mod effikaċi fil-livell dinji;

I.  billi, fil-qasam tat-trasferiment tal-armi, ma jeżistux impenji vinkolanti li jissalvagwardjaw bla ambigwità l-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali;

J.  billi l-Kunsill issottolinja li għandu jsir kull sforz possibbli biex jiġi żgurat li s-sessjonijiet tal-Kumitat Preparatorju jkunu inklussivi kemm jista' jkun; billi, għal dan il-għan, fl-14 ta' Ġunju 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/336/PESK dwar l-attivitajiet tal-UE b'appoġġ għall-proċess tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea dwar is-Sigurtà, biex jippromwovi l-ATT fost l-Istati Membri tan-NU, is-soċjetà ċivili u l-industrija;

K.  billi, mill-adozzjoni tagħha “l hawn, il-Pożizzjoni Komuni tal-UE li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll tal-esportazzjoni ta' teknoloġija u tagħmir militari kkontribwiet għall-armonizzazzjoni tal-politiki nazzjonali ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-armi tal-Istati Membri tal-UE u l-prinċipji u l-kriterji tagħha ġew approvati uffiċjalment minn diversi pajjiżi terzi;

L.  billi t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi jeħtieġ li jsaħħaħ l-obbligu ta' rendikont u billi l-implimentazzjoni tiegħu jeħtieġ li tkun ċara u trasparenti;

M.  billi l-Karta tan-Nazzjonijiet uniti tikkonferixxi drittijiet u responsabilitajiet lill-Istati Membri tan-NU, inkluż, skont l-Artikolu 51, id-dritt inerenti ta' kull Stat għall-awtodifiża individwali jew kollettiva;

Trasparenza u responsabilità – l-elementi kruċjali għal Trattat robust dwar il-Kummerċ tal-Armi

1.  Jinnota li l-valur tal-esportazzjoni globali tal-armi qed ikompli jikber, minkejja l-kriżi ekonomika u finanzjarja, u li l-Istati Membri tal-UE għandhom sehem konsistenti ta' madwar 30% tal-esportazzjonijiet kollha, u huma fost l-akbar produtturi u esportaturi tal-armi fid-dinja(12); jenfasizza, għaldaqstant, li l-UE għandha sew responsabilità kif ukoll interess li tiżviluppa u tikkontribwixxi biex il-kummerċ tal-armi fil-livell dinji jkun aktar irregolat, trasparenti u kkontrollat;

2.  Jinnota li l-kummerċ tal-armi nieqes mir-regolamentazzjoni tajba, mill-kontroll u mit-trasparenza jwassal għal kummerċ irresponsabbli tal-armi, ikkawża tbatija bla bżonn lin-nies, kebbes il-kunflitti armati, l-instabilità, l-attakki terroristiċi u l-korruzzjoni, immina l-proċessi tal-bini tal-paċi, il-governanza tajba u l-iżvilupp soċjoekonomiku u wassal biex waqgħu gvernijiet li kienu ġew eletti b'mod demokratiku u għal vjolazzjonijiet tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali;

3.  Jitlob, għaldaqstant, li n-negozjar f'Lulju 2012 ta' Trattat Internazzjonali dwar il-Kummerċ tal-Armi jimmarka pass storiku “l quddiem, b'aktar trasparenza u responsabilità, billi jistabbilixxi l-ogħla standards u kriterji internazzjonali għall-valutazzjoni ta' deċiżjonijiet dwar it-trasferiment, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali;

4.  Jitlob li l-komunità internazzjonali turi l-impenn tagħha biex tirregola l-kummerċ internazzjonali tal-armi billi tagħmel użu sħiħ mir-Regoli ta' Proċedura ħalli tilħaq qbil fuq test komprensiv li jkopri l-kwistjonijiet ewlenin kollha meħtieġa biex jintlaħaq ftehim fuq Trattat robust waqt il-konferenza ta' Lulju 2012;

5.  Jitlob li jkun hemm negozjar b'ħeffa, u adozzjoni u dħul fis-seħħ b'urġenza, ta' Trattat globali u komprensiv tan-NU dwar il-Kummerċ tal-Armi;

Ambitu

6.  Jissottolinja li Trattat effikaċi għandu jkopri l-usa' firxa possibbli ta' attivitajiet fil-kummerċ tal-armi konvenzjonali, iklużi l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-trasferiment (inkluż it-tranżitu u t-trasbord kif ukoll l-importazzjoni u l-esportazzjoni temporanji u r-riesportazzjoni), il-manifattura taħt liċenzja barranija, il-ġestjoni tal-ħażniet, u s-servizzi relatati kollha inklużi s-senserija, it-trasport u l-finanzjament;

7.  Jemmen li Trattat effikaċi għandu jkopri l-aspetti kollha tal-kummerċ fl-armi konvenzjonali, inklużi trasferiment bejn Stat u ieħor, trasferimenti bejn Stat u utent aħħari privat, bejgħ kummerċjali u kirjiet, kif ukoll self, għoti b'rigal jew assistenza, jew kwalunkwe xorta oħra ta' trasferiment;

8.  Jemmen li Trattat effikaċi għandu jkopri wkoll l-usa' firxa possibbli ta' armi konvenzjonali, inklużi l-armi żgħar u ħfief kif ukoll il-munizzjon, it-trasferimenti intanġibbli, l-oġġetti b'użu doppju, il-komponenti u t-teknoloġiji assoċjati mal-użu, il-manifattura jew il-manutenzjoni tagħhom, kemm għal użu militari kif ukoll għal finijiet oħra relatati mas-sigurtà u mal-infurzar tal-liġi;

9.  Jemmen li għandha tingħata attenzjoni xierqa għall-immarkar u t-traċċabilità tal-armi u l-munizzjon konvenzjonali, għat-tisħiħ tar-responsabilità u l-prevenzjoni tad-diverżjoni tat-trasferiment tal-armi lil riċevituri illegali;

Kriterji u standards internazzjonali

10.  Jemmen li s-suċċess fit-tul tal-ATT jiddependi mill-adozzjoni ta' sett ta' standards l-aktar għoljin, qawwija u ċari possibbli;

11.  Jitlob li l-ATT ifakkar lill-Istati Kontraenti li kull deċiżjoni dwar it-trasferiment tal-armi għandha tkun għalkollox konsistenti mal-impenji internazzjonali tagħhom, b'mod partikolari rigward il-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali, kif ukoll bi qbil mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi s-sanzjonijiet u l-embargoes fuq l-armi ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; huwa tal-fehmali l-Istati Kontraenti m'għandhomx jirttrasferixxu armi lejn pajjiżi fejn ikun hemm riskju sostanzjali li jintużaw biex bihom jitwettqu jew jiġu ffaċilitati vjolazzjonijiet serji tal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali, inklużi l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra;

12.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri tan-NU jadottaw kriterji addizzjonali vinkolanti (li għandhom jiġu żviluppati bħala standards internazzjonali) biex jiggwidaw lil dawk li jieħdu deċiżjonijiet dwar l-esportazzjoni tal-armi; iqis li dawn għandhom jinkludu, b'mod partikolari, l-imġiba fl-imgħoddi tal-pajjiż ta' destinazzjoni fir-rigward tal-governanza, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, in-nonproliferazzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ir-riskju ta' devjazzjonijiet, l-impatt fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-pajjiż, kif ukoll iż-żamma tal-paċi u s-sigurtà reġjonali; huwa tal-fehma li fit-Trattat għandhom jitniżżlu kriterji speċifiċi kontra l-korruzzjoni;

13.  Jitlob lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri tal-UE jippromwovu l-inklużjoni ta' mekkaniżmi qawwija kontra l-korruzzjoni fit-trattat futur, kif imniżżel fil-paragrafu 3 tad-dikjarazzjoni tal-UE tat-12 ta' Lulju 2011; ifakkar fil-ħtieġa li tiġi inkluża referenza għall-korruzzjoni li tkun konsistenti mal-istrumenti internazzjonali applikabbli u li jittieħdu miżuri adegwati biex jipprevjenu reati ta' dan it-tip;

14.  Jitlob li dawn il-kriterji jitfasslu fis-sura ta' linji gwida operazzjonali komuni għat-twettiq ta' valutazzjonijiet tar-riskji bħala bażi għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tal-armi;

15.  Jitlob li l-Unjoni Ewropea, irrispettivament mill-eżitu tan-negozjati tal-ATT, tkompli żżomm l-ogħla standards possibbli fl-interpretazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill dwar l-Esportazzjoni tal-Armi (2008/944/PESK) u t-tmien kriterji tagħha, speċjalment fir-rigward tal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali;

Miżuri ta' implimentazzjoni u rappurtar

16.  Jenfasizza l-importanza ta' implimentazzjoni effikaċi u kredibbli tal-ATT, b'enfasi fuq l-obbligu ta' rendikont, it-trasparenza, ir-responsabilità ta' kull Stat Kontraenti u koordinazzjoni mtejba bejn l-awtoritajiet kompetenti;

17.  Jenfasizza li ATT robust jeħtieġlu jinkludi dispożizzjonijiet u normi ta' kejl li lill-Istati Kontraenti jikkommettuhom biex jadottaw leġiżlazzjoni nazzjonali u jistabbilixxu awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tat-trasferimenti kollha ta' oġġetti koperti bit-trattat u għall-qadi tar-rekwiżiti kollha ta' rappurtar u implimentazzjoni; huwa tal-fehma li l-implimentazzjoni tal-ATT għandha tkopri l-kontrolli fuq l-utenti aħħarin u fuq l-attivitajiet ta' senserija, inklużi r-reġsitrazzjoni tal-operaturi u l-liċenzjar tal-attivitajiet tagħhom, l-għoti tal-informazzjoni meħtieġa kollha min-naħa tal-applikanti u l-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni sħiħa ta' sostenn qabel ma tinħareġ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni, kif ukoll miżuri leġiżlattivi li jistabbilixxu bħala reati kriminali kull trasferiment ta' armi u munizzjon konvenzjonali mhux liċenzjat mill-awtorità nazzjonali jew mhux skont it-trattat;

18.  Jemmen li l-implimentazzjoni effikaċi tat-trattat se tiddependi mill-promozzjoni tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Kontraenti dwar deċiżjonijiet relatati mal-esportazzjoni, l-mportazzjoni u t-trasferiment tal-armi;

19.  Jemmen li l-esperjenza tar-Reġistru tal-Armi Konvenzjonali tan-NU, li qiegħed jevolvi, se tiffaċilita l-bini ta' dan it-tip ta' trasparenza u skambju ta' informazzjoni, u jitlob li jkun hemm twessigħ tal-kategoriji ta' armi fir-reġistru, inklużi l-armi żgħar u ħfief u l-munizzjon tagħhom;

20.  Jitlob li l-ATT, għaldaqstant, jinkludi dispożizzjonijiet qawwija u ċari dwar rappurtar regolari mill-Istati Kontraenti fuq bażi annwali rigward id-deċiżjonijiet kollha dwar trasferimenti ta' armi, inkluża informazzjoni dwar it-tipi, l-ammonti u r-riċevituri ta' tagħmir awtorizzat għat-trasferiment, u dwar l-implimentazzjoni tal-ambitu sħiħ u tad-dispożizzjonijiet kollha tat-trattat; jitlob li l-ATT jesiġi wkoll li l-Istati Kontraenti jistabbilixxu sistema dettaljata ta' żamma ta' rekords għal tal-anqas 20 sena, għal kull kummerċ u għal kull tranżazzjoni internazzjonali pproċessata permezz tas-sistemi nazzjonali ta' kontroll tagħhom;

21.  Jitlob li tiġi stabbilita Unità speċifika ta' Implimentazzjoni u Appoġġ tal-ATT, li r-responsabilitajiet tagħha jkunu jinkludu l-ġbir u l-analiżi ta' rapporti tal-Istati Kontraenti; u jitlob li s-Segretarju Ġenerali tan-NU jippubblika rapport annwali bi proposti ulterjuri għat-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet operazzjonali tat-trattat; jitlob li l-Unità ta' Implimentazzjoni u Appoġġ tal-ATT tingħata l-jedd li tanalizza wkoll dejta fuq it-trasferimenti tal-armi u tidentifika diskrepanzi u ksur potenzjali tat-trattat u tirrapporta lill-assemblea tal-Istati Kontraenti;

22.  Jitlob li tali rapporti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

23.  Jitlob li jsiru assemblej annwali tal-Istati Kontraenti u konferenza ta' rieżami kull ħames snin, li fiha jitħeġġu jieħdu sehem organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

24.  Jemmen li s-suċċess fit-tul tal-ATT jiddependi mit-trasparenza sħiħa u mill-obbligu ta' rendikont lejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inklużi l-korpi ta' kontroll parlamentari fil-pajjiżi li jesportaw jew jimportaw; jitlob, għaldaqstant, li jkun hemm mekkaniżmi robusti ta' trasparenza, inkluż rappurtar annwali, ħalli jssaħħu r-rwol tal-parlamenti f'li jżommu lill-gvernijiet tagħhom responsabbli għad-deċiżjonijiet meħuda dwar l-esportazzjoni, l-importazzjoni u t-trasferiment tal-armi;

25.  Jemmen li kwalunke Stat Kontraenti li jitlob sostenn għall-implimentazzjoni tal-impenji tiegħu skont it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi għandu jingħata l-appoġġ u l-assistenza teknika meħtieġa; jitlob li l-UE tissokta bl-attivitajiet tagħha fil-qasam tal-assistenza u tqawwi l-għajnuna tagħha f'oqsma bħalma huma l-assistenza leġiżlattiva, il-bini ta' istituzzjonijiet, is-sostenn amministrattiv, kif ukoll l-appoġġ għat-titjib tal-ħiliet nazzjonali ta' għarfien espert fil-korpi kollha involuti fis-sistema tal-kontroll tat-trasferimenti, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-parlamenti;

Ir-rwol tal-UE u tal-PE

26.  Jirrikonoxxi r-rwol koerenti u konsistenti tal-UE u tal-Istati Membri tagħha fl-appoġġ tal-proċess internazzjonali għall-istabbiliment ta' trattat dwar il-kummerċ tal-armi; jappella għal impenn u kuntatt kontinwu qabel il-konferenza, anke fl-ogħla livell politiku fil-proċeduri u s-samits li jwasslu għall-konferenza ta' Lulju, kif ukoll fil-proċessi ta' ratifikazzjoni u implimentazzjoni;

27.  Jemmen li t-tweġiba tal-UE għat-talba tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għal fehmiet dwar l-elementi ta' trattat dwar il-kummerċ tal-armi jirrappreżenta l-bażi xierqa għal azzjoni koordinata mill-Istati Membri tal-UE fil-Konferenza internazzjonali dwar l-ATT;

28.  iħeġġeġ lir-RGħ/VP tagħmel sforzi intensivi biex tikkonsulta u tikkoordina mal-Istati Membri kollha tal-UE ħalli tiżgura li l-UE titkellem b'leħen wieħed u tippromwovi pożizzjoni qawwija;

29.  Jistieden lill-Istati Membri, bi qbil mal-impenn tagħhom skont it-Trattat ta' Lisbona, jiddefendu fil-Konferenza l-pożizzjonijiet tal-Unjoni bi tweġiba għas-sejħa tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, biex jiżguraw eżitu ambizzjuż u trattat robust dwar il-kummerċ tal-armi; jitlob, għalhekk, li l-Istati Membri tal-UE jiddikjaraw bil-mifuħ u bla ambigwità l-appoġġ sħiħ tagħhom għad-delegazzjoni tal-UE li se tieħu sehem fin-negozjati;

30.  Iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jaħdmu favur robustezza fir-rigward tal-kontenut u s-sħubija tat-trattat futur; iħeġġeġ lill-USA twarrab mill-pożizzjoni tagħha li t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi jeħtieġlu jiġi nnegozjat fuq il-bażi ta' kunsens;

31.  Jilqa' d-dikjarazzjoni tar-RGħ/VP, bi qbil mal-Artiolu 34(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li fiha se tippreżenta lill-Parlament il-pożizzjoni tal-UE qabel il-Konferenza;

o
o   o

32.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati membri tal-UE.

(1) http://daccess-dds-ny.un.org/doc/UNDOC/GEN/N06/499/77/PDF/N0649977.pdf?OpenElement
(2) http://daccess-dds-ny.un.org/doc/UNDOC/GEN/N09/464/71/PDF/N0946471.pdf?OpenElement
(3) ĠU L 152, 18.6.2010, p. 14.
(4) ĠU L 335, 13 .12.2008, p. 99.
(5) ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 342.
(6) ĠU C 66 E, 20.3.2009, p. 48.
(7) ĠU C 21 E, 28.1.2010, p. 2.
(8) ĠU L 146, 10 ta' Ġunju 2009, p. 1.
(9) http://www.sipri.org:9090/research/armaments/transfers/transparency/national_reports/united_states/CRS_Report_DN_03-10.pdf/view
(10) Ir-Riżoluzzjoi tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 61/89.
(11) Ir-Riżoluzzjoi tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 63/240.
(12) Ċifri meħuda mis-SIPRI Trend Indicator Values (espressi f'USD skont prezzijiet kostanti tal-1990), disponibbli fis-sit: http://www.sipri.org/databases/armstransfers/background/explanations2_default


Segwitu tal-elezzjonijiet fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
PDF 229kWORD 64k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar segwitu tal-elezzjonijiet fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (2012/2673(RSP))
P7_TA(2012)0252RC-B7-0280/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' prinċipji għall-osservazzjoni internazzjonali tal-elezzjonijiet, imfakkra min-Nazzjonijiet Uniti f'Ottubru 2005,

–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem, ratifikata mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) fl-1982,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-missjonijiet ta' assistenza u ta' osservazzjoni elettorali tal-UE,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou ffirmat f'Ġunju 2000,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-22 ta' Novembru 2007 tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikulari fil-lvant tal-pajjiż, u l-impatt tagħha fuq ir-reġjun,

–  wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/769/PESK tad-19 ta' Ottubru 2009 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qafas tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (SSR) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Kongo),

–  wara li kkunsidra l-missjoni għar-riforma tas-settur tas-sigurtà EUSEC RD Kongo, stabbilita f'Ġunju 2005 (Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/355/PESK tat-2 ta' Mejju 2005 dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea biex tipprovdi pariri u assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)),

–  wara li kkunsidra l-mandat tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE (MOE UE) għall-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi tat-28 ta' Novembru 2011 li tagħti evalwazzjoni dettaljata, imparzjali u indipendenti tal-proċess elettorali, skont il-qafas ġuridiku nazzjonali u reġjonali imma wkoll skont l-istandards u t-trattati internazzjonali ffirmati mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

–  wara li kkunsidra l-mandat tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li ngħaqdet mal-MOE UE u approvaw il-konklużjonijiet tagħha,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 tal-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà Catherine Ashton dwar il-proċess elettorali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Komuni tat-2 ta' Diċembru 2011 tar-Rappreżentant Għoli Ashton u tal-Kummissarju Piebalgs dwar l-elezzjonijiet u d-Dikjrazzjoni tas-7 ta' Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-20 ta' Diċembru 2011 tal-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà Catherine Ashton dwar il-proċess elettorali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-MOE UE fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-rakkomandazzjonijiet ta' dan ir-rapport,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Elettorali Indipendenti Nazzjonali (INEC), maħruġa f'April 2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-MOE UE fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo kkonkludiet fir-rapport finali tagħha li l-proċess elettorali kien karatterizzat min-nuqqas ta' trasparenza u ta' kredibilità minħabba d-diversi irregolaritajiet u frodi li ġew osservati;

B.  billi l-MOE UE fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo għamlet 22 rakkomandazzjoni lill-awtoritajiet pubbliċi Kongoliżi għal titjib fit-trasparenza u l-kredibilità tal-proċess elettorali. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jitpoġġew fil-prattika fil-perspettiva tal-elezzjonijiet provinċjali u lokali li se jsiru fil-futur qarib;

C.  billi meta tkellmet f'isem l-UE, il-Viċi President / Rappreżentant Għoli Catherine Ashton tenniet it-tħassib dwar in-nuqqasijiet gravi u n-nuqqas ta' trasparenza fil-ġbir u l-publikazzjoni tar-riżultati elettorali li kienu rrapurtati, fost affarijiet oħra, mill-Missjoni ta' Osservazzjoni tal-Elezzjoni tal-UE;

D.  billi minkejja n-nuqqasijiet identifikati mill-awtoritajiet Kongoliżi nfushom u mill-INEC, il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo kkonfermat ir-riżultati definittivi taż-żewġ elezzjonijiet u fis-16 ta' Diċembru 2011 ħabbret lill-President fil-kariga, Joseph Kabila, President rielett;

E.  billi l-iskadenza għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet provinċjali u lokali tal-25 ta' Marzu 2012 ma ġietx rispettata, u billi fis-6 ta' Ġunju 2012, il-President tal-INEC ħabbar kalendarju rivedut għall-elezzjonijiet provinċjali, tal-bliet, muniċipali u lokali li jestendi l-proċess elettorali sal-2014;

F.  billi l-prinċipju tal-parteċipazzjoni ndaqs tal-kandidati kollha fil-midja ma setax jiġi garantit mill-Kunsill Superjuri Awdjoviżiv u tal-Komunikazzjoni (CSAC);

G.  billi l-impunità għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem qed joħloq klima ta' nuqqas ta' sigurtà u billi s-sitwazzjoni fir-rigward tal-proċess ta' demokratizzazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo għadha qed tqajjem tħassib, minħabba li l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem motivat politikament żdied waqt il-preparazzjoni tal-elezzjoni presidenzjali;

H.  billi r-ripressjoni kontra l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti fil-Kongo kibret, u dawn qed jiġu arrestati u intimidati b'mod arbitrarju;

I.  billi l-qtil ta' Floribert Chebeya Bahizire, wieħed mill-attivisti Kongoliżi ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem, u l-mod ta' kif ġiet trattata l-kwistjoni mhumiex biss delitti serji fihom infushom iżda wkoll l-agħar messaġġ possibbli għad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem Kongoliżi;

J.  billi nqalgħu għadd kbir ta' problemi waqt il-perjodu ta' qabel l-elezzjoni, inkluża l-bidla għal sistema ta' vot wieħed għall-elezzjonijiet presidenzjali, reġistru elettorali mhux validat, nuqqas ta' leġittimità min-naħa tal-INEC, qafas legali inadegwat u applikat ħażin u l-ħatra ta' mħallfin tal-Qorti Suprema;

K.  billi skont il-pakkett A tal-Għaxar FEŻ, l-UE tappoġġa proġetti tal-governanza tajba, bħst-twettiq ta' elezzjonijiet demokratiċi u trasparenti;

L.  billi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE għal dawn l-elezzjonijiet ammontat għal EUR 47.5 miljun, EUR 2 miljuni addizzjonali għas-sigurtà; japprezza l-involviment personali ta' 147 osservatur fl-operazzjoni ta' sorveljanza tal-elezzjoni bħala parti mill-EOM UE DRC 2011;

M.  billi fir-riżoluzzjoni tiegħu 1991 adottata fit-28 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU pprolonga l-mandat tal-30 ta' Ġunju 2012 Missjoni tan-NU għall-Istabilità fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Monusco);

N.   billi ż-żieda fil-qgħad, id-degradazzjoni tal-qagħda soċjali u ż-żieda tal-faqar fost il-popolazzjoni huma wkoll fatturi li jiddeterminaw l-instabilità politika fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

O.  billi 1,7 miljun persuna ġew spostati internament, filwaqt li 426,000 persuna ħarbu lejn il-pajjiż ġirien;

1.  Jemmen li l-bini ta' soċjetà demokratika jirrikjedi, fuq kollox, rieda politika qawwija u viżjoni ambizzjuża min-naħa tal-mexxejja politiċi, tal-gvernijiet u tal-gruppi tal-oppożizzjoni, bil-għan li jibnu l-istituzzjonijiet politiċi biex jiggarantixxu d-drittijiet tal-bniedem, soċjali, ekonomiċi u ambjentali tal-popolazzjoni;

2.  Hu tal-fehma li l-mexxejja politiċi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet reliġjużi u l-assoċjazzjonijiet tan-nisa fir-RDK għandhom jilħqu konsensus nazzjonali fuq istituzzjonijiet adegwati u xierqa, jistabbilixxu u jaqblu dwar proċeduri li permezz tagħhom jistgħu jiġu implimentati prattiki demokratiċi;

3.  Iqis li sistemi ġudizzjarji u tal-midja li jkunu indipendenti huma essenzjali fit-tiswir u r-regolamentazzjoni tal-proċess demokratiku bl-għan li jissaħħaħ l-istat tad-dritt, fil-bini ta' istituzzjonijiet demokratiċi inkluż parlament li jiffunzjona msejjes fuq il-pluraliżmu politiku, u t-tisħiħ tar-rwol tas-soċjetà ċivili;

4.  Hu tal-fehma li l-elezzjonijiet huma meħtieġa, iżda minnhom infushom mhumiex biżżejjed biex jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji għal proċess tad-demokratizzazzjoni, li jinvolvi aktar minn sempliċi organizzazzjoni ta' elezzjoni; iqis li biex id-demokratizzazzjoni tkun suċċess, impenn għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' pajjiż u għar-rispett tad-drittijiet bażiċi tal-popolazzjonijiet, bħall-edukazzjoni, is-saħħa u l-impjiegi, hu kriċjali;

5.  Isellem lill-poplu Kongoliż li pparteċipa bi ħġaru fl-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi ta' Novembru 2011, u b'hekk wera kemm hi kbira x-xewqa tiegħu għall-bini ta' demokrazija ġenwina fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

6.  Iħeġġeġ lill-gvern jibda djalogu politiku mal-partijiet kollha, inklużi l-forzi tal-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili, biex titwitta t-triq għal demokrazija ġenwina u r-riformi politiċi fil-pajjiż;

7.  Jenfasizza l-importanza li titwaqqaf Qorti Kostituzzjonali li tassigura aktar trasparenza fil-proċess elettorali speċjalment fir-rigward tas-soluzzjoni ta' tilwimiet elettorali;

8.  Itenni li osserva li l-INEC ma wettqitx dmirha sewwa u jirrakkomanda riforma mill-qiegħ ta' diversi aspetti u li l-kompożizzjoni tagħha tiġi riveduta biex issir verament paritarja u aktar rappreżentattiva tas-soċjetà ċivili Kongoliża;

9.  Jilqa' r-rieda tal-INEC li terġa' tistabbilixxi l-fiduċja fost l-atturi differenti u li timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-EOM tal-UE, jistieden lill-INEC, f'dan ir-rigward, biex tissuġġerixxi linja ta' azzjoni speċifika u xierqa;

10.  Jenfasizza r-rwol kruċjali tas-soċjetà ċivili Kongoliża fil-proċess elettorali f'termini ta' promozzjoni tal-edukazzjoni ċivika u osservazzjoni nazzjonali; jitlob għaldaqstant lill-UE u lill-komunità internazzjonali biex jakkumpanjaw lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo fl-isforzi tagħha favur il-konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-paċi, jappoġġaw lill-NGOs Kongoliżi fil-ħolqien ta' kuxjenza tal-eletturi u fl-osservazzjoni tal-elezzjonijiet u biex isostnu lill-poplu Kongoliż fir-rieda tiegħu għad-demokrazija u l-ġustizzja soċjali;

11.  Iħeġġeġ l-istabbiliment ġenwin u effikaċi tal-CSAC, biex tkun żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' parteċipazzjoni ndaqs fuq il-midja tal-kandidati kollha tal-elezzjonijiet;

12.  Jikkundanna bil-qawwa l-każijiet ta' vjolenza u l-ksur tad-drittijiet fundamentali waqt l-elezzjonijiet tat-28 ta' Novembru 2011 u jitlob lill-awtoritajiet Kongoliżi jagħmlu l-isforzi kollha biex iwettqu l-inkjesti meħtieġa biex jinstabu l-persuni li wettquhom; ifaħħar ix-xogħol tal-forzi tas-sigurtà u tal-ordni fl-isforzi tagħhom biex jiġġieldu b'mod effettiv il-ksur kollha tad-drittijiet tal-bniedem;

13.  Jenfasizza li ma kienx hemm progress sinifikanti fl-informazzjoni ġudizzjarja aperta dwar il-każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-istupri tal-massa; josserva li l-qrati għadhom, fil-parti l-kbira tagħhom, mhux kapaċi joffru ġustizzja u reparazzjoni lill-vittmi;

14.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-qattiela tal-attivist tad-drittijiet tal-bniedem Chebeya, minkejja s-sentenza tal-Qorti, għadhom ħielsa; iħeġġeġ lis-sistema tal-ġustizzja Kongoliża tqis l-appell ppreżentat mill-armla Chebeya kontra din is-sentenza, u tiffissa data għas-smigħ ta' dan l-appell;

15.  Jappella lill-awtoritajiet Kongoliżi, f'isem il-libertà tal-espressjoni, biex ma jostakolawx – direttament jew indirettament – ix-xandir fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo tad-dokumentarju tal-produttur Thierry Michel li jitratta l-każ ta' Chebeya;

16.  Jitlob lill-Gvern Kongoliż jimpenja ruħu favur prattika politika li tirrispetta verament id-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-libertà tal-espressjoni u tal-opinjoni, ta' manifestazzjoni u tar-reliġjon, u biex tintemm id-diskriminazzjoni abbażi tas-sess jew tal-orjentazzjoni sesswali; jenfasizza l-importanza li jissaħħu l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kontroll fuq is-servizzi tas-sigurtà;

17.  Jistieden lill-Gvern attwali tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo biex iżid l-isforzi domestiċi tiegħu ħalli jinforza l-istat tad-dritt u jiżgura s-sigurtà għall-poplu Kongoliż fil-pajjiż kollu; jistieden lill-Prim Ministru, bħala l-membru tal-Gvern li hu responsabbli għall-finanzi pubbliċi, biex jiżgura li l-ogħla standards ta' ġestjoni finanzjarja u ta' proċeduri baġitarji sodi jsiru l-istandard fid-deċiżjonijiet tat-tfassil tal-politiki tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

18.  Josserva li d-diskriminazzjoni kontra n-nisa – li xxekkel il-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fil-ħajja politika – għadha qed issir, minkejja l-fatt li l-Kostituzzjoni tħaddan il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-parità bejniethom f'diversi sitwazzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet; jissuġġerixxi li jittieħdu l-miżri kollha meħtieġa biex tkun żgurata l-integrazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika u l-emendar tal-liġi elettorali biex ikun żgurat il-prinċipju tal-parità bejn in-nisa u l-irġiel;

19.  Jilqa' t-tħabbira mill-Bureau tal-INEC, magħmula permezz ta' stqarrija għall-istampa maħruġa fis-6 ta' Ġunju 2012, tad-deċiżjoni tiegħu N 019/CEN/BUR/12 li tiffissa kalendarju rivedut għall-elezzjonijiet provinċjali, tal-bliet, muniċipali u lokali li jestendi l-proċess elettorali sal-2014;

20.  Jistieden lill-INEC jippreżenta pjan ta' organizzazzjoni u pjan baġitarju li juru b'mod ċar kif se jiġu organizzati l-elezzjonijiet li ġejjin; jitlob li dawn il-pjanijet jiġu sottometti lill-partijiet politiċi kollha u lis-soċjetà ċivili għal approvazzjoni;

21.  Jappella lill-membri kollha tal-maġġoranza presidenzjali, l-oppożizzjoni u l-administrazzjoni publbika, u lis-soċjetà ċivili u lill-poplu Kongoliż b'mod ġenerali, biex jiżguraw li l-elezzjonijiet inklużi fil-kalendarju relettorali rivedut għall-perjodu 2012-2014 ikunu trasparenti, kredibbli u affidablli u li jkunu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

22.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-proċess elettorali Kongoliż dipendenti fuq it-twettiq effettiv tar-rakkomandazzjonijiet tal-MOE UE;

23.  Jisħaq li l-qagħda tas-sigurtà u dik umanitarja fil-pajjiż għadha theddida għall-istabilità fir-reġjun, u jenfasizza li l-paċi, s-sigurtà, id-demokrazija u l-governanza tajba huma prekundizzjonijiet għall-iżvilupp fit-tul tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

24.  Jitlob lill-Parlament Kongoliż jinvolvi ruħu fix-xogħol ta' monitoraġġ tas-settur tal-estrazzjoni u biex titqies il-possibilità ta' inkjesta indipendenti bl-għan li jkun żgurat li dan is-settur iwettaq l-attivitajiet tiegħu b'mod trasparenti;

25.  Jappoġġa l-ħolqien tal-kariga ta' Rapporteur Speċjali għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo fi ħdan il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll it-tiġdid tal-mandat tal-Monusco biex titħares il-popolazzjoni ċivili;

26.  Jistieden lill-awtoritajiet Kongoliżi jirratifikaw il-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza malajr kemm jista' jkun;

27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Unjoni Afrikana, lill-gvernijiet tar-reġjun tal-Għadajjar il-Kbar, lill-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u lill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Avviż legali - Politika tal-privatezza