Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokk ta' aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk. (COM(2011)0760 – C7-0432/2011 – 2011/0345(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0760),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0432/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Jannar 2012(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0145/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwestjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Ġunju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali multiannwali għall-istokk ta' aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali multiannwali għall-istokk ta' aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk(4), jagħti s-setgħa lill-Kunsill li jsegwi u jirrevedi r-rati massimi ta' mortalità mis-sajd u l-livelli relatati ma' bijomassa ta' stokkijiet li jbidu speċifikati fl-Artikolu 3(2) u msemmija fl-Artikoli 4(2), 4(5) u 9 tiegħufih. [Em. 1]
(2)Skont l-Artikolu 290 tat-Trattat il-Kummissjoni tista' tingħata s-setgħa li tissupplimenta jew temenda elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv permezz ta' atti delegati. [Em. 2]
(3) Biex ikun hemm lok għal twettiq effiċjenti tal-mirijiġi żgurat li l-miri stipulati fil-pjan multiannwali jintlaħqu b'mod effiċjenti u għal reazzjoni fil-prontli r-reazzjoni għal bidliet fil-kundizzjonijiet tal-istokk isseħħ malajr, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni biex jiġu riveduti r-rati massimi ta' mortalità mis-sajd u l-livelli relatati mal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu, meta data xjentifika tindika li dawn il-valuri m'għadhomx adattati biex jintlaħaq l-għan tal-pjan., għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 tat-TrattatHuwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, waqt it-tħejjija u t-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 3]
(4) Minħabba li l-aringa fil-Punent tal-Iskozja hija speċi li temigramigratorja, l-ispeċifikazzjoni taż-żona li jgħix fiha bħalissa l-istokk tal-aringi li jinsab distribwuit lejn il-Punent tal-Iskozja għandha sservi biex tiġi identifikatadistinta minn stokkijiet oħrajn, iżda m'għandhiex timpedixxi lil dan il-pjan milli japplika f'każ li l-ispeċi tibdeldak l-istokk jibdel ix-xejriet ta' mobilità tagħhatiegħu. L-Artikoli 1u 2 għandhom jiġu modifikati skont dan. [Em. 4]
(5)Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. [Em. 5]
(6)Il-Kummissjoni, fil-preparazzjoni u t-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 6]
(7)Fl-okkażjoni ta' din l-emenda, għandu jiġi kkoreġut żball fit-titlu tal-Artikolu 7. [Em. 7]
(8) Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1300/2008 għandu jiġi emendat skont dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1300/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:"
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokk tal-aringi fil-Punentfiż-żona li tinsab in-naħa tal-Punent tal-Iskozja.‘ [Em. 8]
(2) Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt (e) li ġej:
‘(e) ’stokk ta' aringi fil-Punentfiż-żona li tinsab in-naħa tal-Punent tal-Iskozja' jfisser l-istokk ta' aringi (clupea harengus) distribwit lejn il-Punent tal-Iskozja li bħalissa jgħix fl-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali tad-diviżjonijiettaż-żoni tal-ICES Vb, VIa u VIb kif ukoll il-parti taż-żoni tal-ICES VIa li tinsab in-naħa tal-Lvant tal-meridjan tal-lonġitudni 7° W u n-naħa tat-Tramuntana tal-parallel tal-latitudni 55° N, jew in-naħa tal-Punent tal-meridjan tal-lonġitudni 7° W u n-naħa tat-Tramuntana tal-parallel tal-latitudni 56° N, bl-esklużjoni tal-Clyde.‘ [Em. 9]
(3) L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:
'Artikolu 7
Reviżjoni tar-rati massimi tal-mortalità mis-sajd u tal-livelli relatati mal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu
Fejn il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' parir mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u possibilment data xjentifika tindikaoħra u wara li tikkonsulta bir-reqqa kollha mal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali Pelaġiku, issib li l-valuri għar-ratir-rati tal-mortalità mis-sajd u l-livelli relatati mal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu speċifikati fl-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(2) sa (5) u l-Artikolu 9 m'għadhomx xierqa biex jintlaħaq l-għan stipulatstabbilit fl-Artikolu 3(1), il-Kummissjonihija għandha tistabbilixxitadotta atti delegati skont l-Artikolu 9a li jiffissaw valuri ġodda għal talidawk rati u livelli permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 9a.‘ [Em. 10]
(4) L-Artikolu 8 jinbidel b'dan li ġej:
'Artikolu 8
Evalwazzjoni u reviżjoni tal-pjan pluriennali
1.Tal-inqas kull erba' snin, mit-18 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-operat u l-adegwatezza tal-pjan pluriennali. Għall-finijiet ta' din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tfittex il-parir tal-STECF u tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali Pelaġiku. Fejn hu xieraqikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tipproponi adattamenti għall-pjangħandha tagħmel proposti xierqa, għall-adozzjoni skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għall-emendar tal-pjan pluriennali jew tadotta atti delegati skont l-Artikolu 7.
"
2.Il-paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għad-delega tas-setgħa fl-Artiklu 7.“[Em. 11]
(5) L-Artikolu 9a li ġej jiddaħħal:"
'Artikolu 9a
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati qiegħda tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Id-delega tas-setgħaIs-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 7 u 8 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta' żmientliet snin minn ...(5)[jj/xx/ssss] [daħħal id-data tad-dħulIl-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża taċitament għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu. [Em. 12]
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7 u 8fl-Artikolu 7 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revokabiex issir revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f‘Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ. [Em. 13]
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 7 u 8l-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn ta' notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
"
[Em. 14]
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi (COM(2010)0781 – C7-0011/2011 – 2010/0377(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0781),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0011/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2011(1),
– wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-25 ta' April 2012 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija kif ukoll tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0339/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Ġunju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar d-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2012/18/UE).
ANNESS
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
Dikjarazzjoni dwar l-esklużjoni tal-kategorija tossika akuta 3 dermali
(Seveso Anness I, Parti 1
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-kompromess milħuq fuq il-proposta tagħha jimplika titjib tal-livell tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem u tal-ħarsien tal-abjent, meta mqabbel ma' dak provdut mid-Direttiva attwali Seveso II Nru 96/82/KE.
Il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel analiżi ulterjuri tal-probabbiltà, ir-riskji u l-konsegwenzi potenzjali ta' aċċidenti maġġuri li jinvolvu sustanzi perikolużi klassifikati fil-kategorija tossika akuta 3 dermali. Skont ma jkun l-eżitu ta' din l-analiżi, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tinkludi din il-kategorija wkoll fl-ambitu ta' din id-Direttiva.“
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u dwar ikel għal skopijiet mediċi speċjali (COM(2011)0353 – C7-0169/2011 – 2011/0156(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0353),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 144 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0169/2011),
– wara li kkunsidra l-Artkolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa mis-Senat Taljan, fil-qafas tal-protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tisħaq li l-abozz ta' att leġislattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2011(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija kif ukoll tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0059/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Ġunju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u dwar ikel għal skopijiet mediċi speċjaliu dwar ikel għal persuni intolleranti għall-glutina u dwar ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx u b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji [Em. 1]
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),
Li taġixxi bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),
Filwaqt li:
(1) L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi miżuri li għandhom bħala għan it-twaqqif u t-tħaddim tas-suq intern u li jikkonċernaw inter alia is-saħħa, is-sigurtà u l-protezzjoni tal-konsumaturi, jridu jkunu msejsa fuq livell għoli ta' protezzjoni billi jqisu b'mod partikolari kwalunkwe żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi.
(2) Il-moviment liberu ta' ikel sigur u nutrittiv huwa aspettIs-sikurezza tal-ikel, speċjalment meta jkun maħsub biex jitma' popolazzjonijiet vulnerabbli bħal pereżempju t-trabi, it-tfal żgħar kif ukoll persuni li għandhom mard partikolari, tikkostitwixxi prerekwiżit essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b'mod sinifikattiv fis-saħħa u l-benessri taċ-ċittadini, u fl-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom.għall-moviment ħieles ta' tali persuni u għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. [Em. 2]
(2a)F'dan il-kuntest u minħabba li l-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni ġiet stabbilita b'tali mod li hija tiggarantixxi li l-ebda ikel ma jitpoġġa fis-suq jekk ikun perikoluż, għandhom jiġu esklużi s-sustanzi suxxettibbli li jkollhom effett negattiv fuq is-saħħa tal-popolazzjonijiet ikkonċernati mill-kompożizzjoni tal-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament. [Em. 3]
(3) Id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel maħsuba għal użu ta' nutriment partikolari(4) tistabbilixxi regoli ġenerali dwar il-kompożizzjoni u t-tħejjija ta' ikel simili li huwa mfassal apposta biex jilħaq rekwiżiti ta' nutriment partikolari għall-persuni li hu maħsub għalihom dan l-ikel. Il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Direttiva jmorru lura għall-1977 u b'hekk għandhom jiġu rrevedutiu ma jsolvux id-diffikultà tal-konsumatur meta jiġi biex jagħmel għażla informata bejn ikel djetetiku, ikel imsaħħaħ, ikel b'indikazzjoni dwar is-saħħa u ikel għall-konsum normali. L-interazzjoni ta' din il-leġislazzjoni mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni adottati riċentement, bħad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel(5), ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel(6) ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel(7) u r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi(8), teħtieġ ukoll reviżjoni profonda tad-Direttiva 2009/39/KE. [Em. 4]
(4) Id-Direttiva 2009/39/KE tistabbilixxi definizzjoni komuni għall-“oġġetti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari” u r-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar, inkluż li ikel simili jrid ikollu indikazzjoni li turi li huwa xieraq għall-għanijiet nutrittivi mistqarra.
(5) Ir-rekwiżiti ġenerali dwar il-kompożizzjoni u t-tikkettar stabbiliti fid-Direttiva 2009/39/KE għandhom jikkumplimentaw għadd ta' atti mhux leġiżlattivi tal-Unjoni, li huma applikabbli għal kategoriji speċifiċi tal-ikel. Minħabba f'hekk, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE(9) tistabbilixxi regoli armonizzati b'rabta ma' formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment, filwaqt li d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tistabbilixxi ċerti regoli armonizzati dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar(10). B'mod simili, ir-regoli armonizzati stabbiliti wkoll mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE tas-26 ta' Frar 1996 dwar ikel maħsub sabiex jintuża f'dieti ta' restrizzjoni ta' enerġija għat-tnaqqis fil-piż(11), mid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta' Marzu 1999 dwar l-ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali(12) u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 tal-20 ta' Jannar 2009 li jikkonċerna l-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta' oġġetti tal-ikel għal dawk li ma taqbilx magħhom il-glutina(13).
(6) Barra dan, id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE(14) tal-Kunsill jistabbilixxi regoli armonizzati b'rabta mal-formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment intiżi biex jiġu esportati lejn pajjiżi terzi.
(6a)Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 1992(15) l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-applikazzjoni ta' prattika xierqa għall-kummerċjalizzazzjoni tas-sostituti tal-ħalib tal-omm fil-pajjiżi terzi min-naħa tal-manifatturi tal-Komunità. [Em. 5]
(7) Id-Direttiva 2009/39/KE tipprevedi li jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali dwar iż-żewġ kategoriji speċifiċi ta' ikel li ġejjin, u li huma klassifikati taħt id-definizzjoni ta' prodotti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari: “ikel maħsub li jkun imfassal għal sforzi muskolari intensi, b'mod partikolari għall-isportivi” u “ikel għall-persuni li jbatu minn problemi ta' metaboliżmu minħabba l-karboidrati (dijabete)”. F'dak li għandu x'jaqsam mal-ikel maħsub li jkun imfassal għal sforzi muskolari intensi, ma setgħet tintlaħaq ebda konklużjoni ta' suċċess b'rabta mal-iżvilupp ta' dispożizzjonijiet speċifiċi minħabba opinjonijiet ferm diverġenti bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati b'rabta mal-għan tal-leġiżlazzjoni speċifika, l-għadd ta' kategoriji sekondarji tal-ikel li jridu jiġu inklużi, il-kriterji għat-twaqqif ta' rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni u l-impatt potenzjali fuq l-innovazzjoni fl-iżvilupp tal-prodott. F'dak li għandu x'jaqsam mad-dispożizzjonijiet speċjali tal-ikel għal persuni li jbatu minn problemi ta' metaboliżmu minħabba l-karboidrati (dijabete), rapport tal-Kummissjoni(16) jikkonkludi li ma hemmx bażi xjentifika għat-twaqqif ta' rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni. Madankollu, l-impenn meħud mill-Kummissjoni fid-Direttiva 2009/39/KE sabiex tirrikonoxxi r-rekwiżiti nutrizzjonali tal-persuni sportivi għandu jibqa' japplika, kif appoġġat mill-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-“Awtorita”) dwar indikazzjonijiet rilevanti għall-individwi attivi, u r-rapport tal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel tat-28 ta' Frar 2001 dwar il-kompożizzjoni u l-ispeċfikazzjoni tal-ikel maħsub għal sforsi muskolari intensi, speċjalment għall-persuni sportivi. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 2015, il-ħtieġa li terġa' teżamina l-liġi ġenerali dwar l-ikel f'dan ir-rigward. [Em. 6]
(7a)Ir-Rapport tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ġunju 2008 dwar ikel għal persuni li jbatu minn problemi ta' metaboliżmu minħabba l-karboidrati (dijabete)(17), jikkonkludi li ma hemmx bażi xjentifika għat-twaqqif ta' rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni. Għalhekk dan ir-Regolament mhuwiex il-qafas legali xieraq għal din il-kategorija ta' ikel. Skont il-Kummissjoni, huwa aktar importanti, fir-rigward tal-persuni dijabetiċi, li jiġu kkunsidrati l-kwantità u t-tip ta' ikel mikul. Din il-konklużjoni ma topponiex l-istabbiliment ta' strateġija f'livell tal-Unjoni mmirata, b'mod globali, għad-dijabete (tat-tip 1 u tat-tip 2) li taffettwa aktar minn 32 miljun ċittadin Ewropew. Dawn iċ-ċifri li huma mistennija jiżdiedu b'16% sal-2030 minħabba obesità endemika u t-tixjiħ tal-popolazzjoni Ewropea, jiġġustifikaw attenzjoni kostanti f'livell tal-Unjoni, anke fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp. [Em. 7]
(8) Id-Direttiva 2009/39/KE teħtieġ ukoll proċedura ta' notifika ġenerali fuq livell nazzjonali għall-ikel imressaq minn operaturi tan-negozju tal-ikel li jikklassifika taħt id-definizzjoni ta' “prodotti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari” u li għalihom ma ġewx stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi tal-Unjoni, qabel it-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni, għat-tħaffif fl-effiċjenza tal-monitoraġġ ta' ikel simili mill-Istati Membri.
(9) Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din il-proċedura ta' notifika(18) wera li jistgħu jinqalgħu diffikultajiet minħabba interpretazzjonijiet differenti tad-definizzjoni tal-prodotti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari li kienu jidhru disponibbli għal interpretazzjonijiet differenti mill-awtoritajiet nazzjonali. Għaldaqstant, ġie konkluż li biex tiġi żgurata implimentazzjoni aktar effettiva u armonizzata tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, hi meħtieġa reviżjoni tal-ambitu tad-Direttiva 2009/39/KE.
(10) Rapport ta' studju(19) dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar prodotti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari jikkonferma s-sejbiet tar-rapport tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq dwar l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' notifika u jindika żieda fl-għadd ta' prodotti tal-ikel li bħalissa qed jitqiegħdu fis-suq u jiġu klassifikati bħala prodotti tal-ikel xierqa għal użu ta' nutriment partikolari, minħabba d-definizzjoni wiesgħa stabbilita fid-Direttiva 2009/39/KE. Ir-rapport ta' studju juri wkoll li t-tip ta' ikel regolat taħt dik il-leġiżlazzjoni huwa ferm differenti bejn l-Istati Membri; ikel simili jista' fl-istess ħin jitqiegħed fis-suq minn Stati Membri differenti bħala ikel għal użu ta' nutriment partikolari u/jew bħala ikel għal konsum normali indirizzat lill-popolazzjoni ġenerali jew lil ċerti gruppi sekondarji minnhom bħan-nisa tqal, nisa b'postmenopawża, anzjani, tfal li għadhom qed jikbru, adolexxenti, individwi differenti li huma attivi u oħrajn. Dawn iċ-ċirkostanzi jnaqqsu t-tħaddim tas-suq intern, joħolqu inċertezzi legali għall-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tan-negozju tal-ikel u l-konsumaturi, filwaqt li r-riskji tal-abbuż tas-suq u t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni ma jistgħux jiġu injorati.
(11) Jidher li atti oħra tal-Unjoni li ġew adottati reċentement huma aktar adattati għal suq tal-ikel li għadu qed jevolvi u innovattiv mid-Direttiva 2009/39/KE. F'dan ir-rigward, huma ta' rilevanza u importanza partikolari: Id-Direttiva 2002/46/KE , ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006. Barra dan, id-dispożizzjonijiet ta' dawn l-atti tal-Unjoni għandhom jirregolaw b'mod adegwat għadd mill-kategoriji tal-ikel koperti mid-Direttiva 2009/39/KE b'inqas piż amministrattiv u b'mod aktar ċar skont l-iskop u l-għanijiet.
(11a)Hemm il-ħtieġa, għalhekk, li jitneħħew id-differenzi fl-interpretazzjoni u li jiġu trattati d-diffikultajiet tal-Istati Membri u tal-operaturi tan-negozji tal-ikel meta jikkombinaw il-leġislazzjonijiet differenti dwar it-tipi ta' ikel, billi jiġi simplifikat l-ambjent regolatorju; Dan jiżgura li prodotti simili jiġu trattati bl-istess mod fl-Unjoni kollha u li jinħolqu kundizzjonijiet aktar ugwali għall-operaturi kollha fis-suq intern, speċjalment l-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju.[Em. 8]
(12) Barra dan, l-esperjenza turi li ċerti regoli inklużi jew adottati skont id-Direttiva 2009/39/KE ma għadhomx effettivi biex jiggarantixxu t-tħaddim tas-suq intern.
(13) B'hekk, il-kunċett ta' “prodotti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari” għandu jiġi mħassar u d-Direttiva 2009/39/KE għandha tiġi mibdula bl-att preżenti. Għas-simplifikazzjoni tal-applikazzjoni tagħha u għall-garanzija ta' konsistenza fl-Istati Membri, l-att preżenti għandu jieħu l-forma ta' Regolament.
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 jistabbilixxi l-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali dwar il-liġi tal-ikel, iwaqqaf l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi proċeduri b'rabta mas-sigurtà tal-ikel(20) għat-twaqqif ta' prinċipji u definizzjonijiet komuni għal-liġi tal-ikel tal-Unjoni sabiex jiggarantixxi livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u t-tħaddimtal-bniedem u tal-interessi tal-konsumatur, filwaqt li jiġi żgurat it-tħaddim effettiv tas-suq intern. Dan jistabbilixxi l-prinċipji tal-analiżi tar-riskju relatati mal-ikel jiddikjara li skont il-prinċipju tal-prekawzjoni jistgħu jiġu adottati miżuri provviżorji tal-ġestjoni tar-riskji, u jistabbilixxi strutturi u mekkaniżmi għal valutazzjoni xjentifika u teknika li ssir mill-Awtorità. B'hekk, ċerti definizzjonijiet stabbiliti f'dak ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll fil-kuntest ta' dan ir-Regolament. Barra dan, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tiġi kkonsultata fuq kull kwistjoni li tista' taffettwa s-saħħa pubblika. [Em. 9]
(14a)Meta jkun hemm riskju għall-ħajja jew għas-saħħa, kemm jekk ikun immedjat jew fit-tul, iżda tkun tippersisti inċertezza xjentifika, il-prinċipju tal-prekawzjoni għandu japplika biex jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, b'kunsiderazzjoni tal-effetti tossiċi kumulattivi u s-sensittivitajiet partikolari tas-saħħa tal-gruppi tal-popolazzjoni partikolarment vulnerabbli speċifikati f'dan ir-Regolament. [Em. 10]
(15) Għadd limitat ta' kategoriji tal-ikel jikkostitwixxu s-sors ewlieni ta' tmigħ għal ċerti gruppi tal-popolazzjoni jew jirrappreżentaw sors parzjali ta' tmigħ; kategoriji simili ta' ikel huma essenzjali għall-ġestjoni ta' ċerti kundizzjonijiet u/jew huma essenzjali biex jinżammu s-sustanzi xierqa meħtieġa għal ċerti gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni magħrufa. Dawn il-kategoriji tal-ikel jinkludu l-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi u, l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, l-ikel għal persuni intolleranti għall-glutina u l-ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx (LCD) u b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji. L-esperjenza wriet li d-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2006/141/KE, id-Direttiva 2006/125/KE, kif ukoll id-Direttiva 1999/21/KE jiggarantixxu l-moviment ħieles ta' ikel simili b'mod sodisfaċenti, filwaqt li jiggarantixxu livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika. Ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx ħafna ta' kaloriji attwalment mhuwiex kopert mid-Direttiva 96/8/KE iżda biss mid-Direttiva Qafas 2009/39/KE. B'hekk huwa xieraq li dan ir-Regolament jiffoka fuq ir-rekwiżiti ġenerali dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi għat-trabi u t-tfal żgħar, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, l-ikel għal persuni intolleranti għall-glutina u l-ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx u b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji, filwaqt li jikkunsidra d-Direttiva 2006/141/KE, id-Direttiva 2006/125/KE u d-Direttiva 1999/21/KE. [Em. 11]
(16) Għall-garanzija taċ-ċertezza legali, id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2006/141/KE, id-Direttiva 2006/125/KE u d-Direttiva, id-Direttiva 1999/21/KE , ir-Regolament (KE) Nru 41/2009 u d-Direttiva 96/8/KE għandhom jiġu trasferiti għal dan ir-Regolament. Madankollu, id-definizzjonijiet tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali l-ikel għal persuni intolleranti għall-glutina u l-ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx u b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji għandhom jiġu adattati b'mod regolari billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku u l-iżviluppi rilevanti fuq livell internazzjonali, kif inhu xieraq. [Em. 12]
(16a)Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Organiżżazzjoni Dinjija tas-Saħħa, trabi tat-twelid b'piż baxx għandhom jiġu mitmigħa l-ħalib ta' ommhom stess. Madankollu, trabi tat-twelid b'piż baxx u trabi prematuri ħafna drabi jkollhom rekwiżiti nutrizzjonali speċjali li ma jistgħux jiġu sodisfati mill-ħalib tal-omm stess jew mill-formuli standard tat-trabi. L-ikel għal dawn it-trabi għandu jikkonforma mar-regoli applikabbli għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, meta dan it-tip ta' ikel jintgħażel bħala l-formula l-aktar xierqa, b'kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni medika speċifika tat-tarbija. Il-formula maħsuba għal trabi tat-twelid b'piż baxx jew prematuri għandha fi kwalunkwe każ tikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2006/141/KE. [Em. 13]
(17) Huwa importanti li l-ingredjenti li jintużaw fil-manifattura tal-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament ikunu adegwati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti nutrittivi, u jkunu adegwati għall-persuni li huma maħsuba għalihom u li l-livell nutrittiv xieraq ikun stabbilit minn dejta xjentifika aċċettata b'mod ġenerali. Din l-adegwatezza għandha tintwera permezz ta' reviżjoni sistematika u indipendenti tad-dejta xjentifika disponibbli. [Em. 14]
(17a)Huwa importanti li l-pestiċidi, livelli massimi ta' residwi li huma awtorizzati mid-Direttiva 2006/141/KE u mid-Direttiva 2006/125/KE u li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta' sigurtà tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti(21) ikunu pprojbiti mis-suq u ma jintużawx fil-produzzjoni tal-ikel kopert mir-regolament. [Em. 15]
(17b)Livelli massimi ta' residwi tal-pestiċidi stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni rilevanti, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali(22), għandhom japplikaw mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.[Em. 16]
(17c)Madankollu, fid-dawl tan-natura vulnerabbli tat-trabi u tat-tfal żgħar, jeħtieġu restrizzjonijiet rigorużi fuq residwi tal-pestiċidi f'formuli tat-trabi u f'formuli tal-prosegwiment u fl-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar. Il-limiti massimi speċifiċi tar-residwi ta' pestiċidi għal dawn il-prodotti huma stabbiliti fid-Direttiva 2006/141/KE u d-Direttiva 2006/125/KE. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-pestiċidi li għandhom sustanzi kklassifikati bħala perikolużi speċifikament għas-saħħa tal-bniedem. [Em. 17]
(17d)Fl-istadji kollha tal-katina tal-produzzjoni tal-ikel, in-negozji tal-ikel u l-operaturi tan-negozji tal-ikel, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom jiżguraw li l-ikel kopert minn dan ir-Regolament jikkonforma mar-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel b'mod ġenerali u ma' dan ir-Regolament b'mod partikolari. [Em. 18]
(18) Ir-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar huma stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel(23).fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011. Dawk ir-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar għandhom, bħala regola ġenerali, japplikaw għall-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu, dan ir-Regolament għandu jipprovdi wkoll rekwiżiti addizzjonali għal, jew derogi minn, dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE, tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 fejn hu meħtieġ, sabiex jilħaq l-għanijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament. [Em. 19]
(19) Dan ir-Regolament għandu jipprovdi l-kriterji għat-twaqqif ta' rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, l-ikel għal persuni intolleranti għall-glutina u l-ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx u b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji,billi jqis id-Direttiva 2006/141/KE, id-Direttiva 2006/125/KE u d-Direttiva 1999/21/KE. Sabiex jiġu adattati d-definizzjonijiet tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali stabbiliti f'dan ir-Regolament billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku fuq livell internazzjonali, għall-istabbiliment tar-rekwiżitistabbiliti r-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni b'rabta mal-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament, inkluż għar-rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar, jew derogi minn, dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE u għall-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet nutrittivi u tas-saħħa, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fuq livell ta' esperti. Waqt it-tħejjija u t-tfassil ta' atti delegati, il-Kummissjoni, għandha tiggarantixxi trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata ta' dokumenti rilevanti għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill.[Em. 20]
(19a)Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-Awtorità , tikkjarifika l-istatus tat-tipi ta' ħalib maħsubin għat-tfal bejn it-12 u s-36 xahar, li attwalment huma regolati minn atti legali differenti tal-Unjoni, bħal pereżempju r-Regolament (KE) Nru 178/2002, ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006, u d-Direttiva 2009/39/EC, u tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn tivvaluta jekk hijiex meħtieġa azzjoni leġislattiva addizzjonali, sa mhux aktar tard minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Fejn xieraq, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva. [Em. 21]
(20) Huwa xieraq li tiġi stabbilita u aġġornata lista annessa ma' dan ir-Regolament ta' vitamini, minerali, aċidi amminiċi u sustanzi oħra li jistgħu jiġu miżjuda mal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, kif ukoll l-ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx u b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji, soġġetti għal ċerti kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-adozzjoni tal-lista annessa għandha issir b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet tal-ikel tal-gruppi tal-popolazzjonijiet kkonċernati u għandha tikkunsidra l-listi stabbiliti mid-Direttivi 2006/141/KE u 2006/125/KE, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 tat-13 ta' Ottubru 2009 dwar sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda għal għanijiet nutrittivi speċifiċi fl-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari(24), li ma tapplikax għall-formuli kemm dawk likwidi kif ukoll dawk solidi għat-trabi u tfal żgħar, u li tissostitwixxihom. Minħabba l-fatt li l-adozzjoni u l-aġġornament tal-Anness timplika l-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(25)hija miżura ta' applikazzjoni ġenerali biex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward. Il-Kummissjoni għandha tadotta b'mod immedjat atti ta' implimentazzjonidelegati applikabbli li jaġġornaw il-lista tal-Unjonil-Anness, fejn, f'każijiet b'raġuni adegwata relatati mas-saħħa pubblika, ikunu meħtieġa minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza. [Em. 22]
(21) Bħalissa, f'konformità mal-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji tas-Saħħa Emerġenti u Identifikati Ġodda (SCENIHR) dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-prodotti tan-nanoteknoloġiji, tad-19 ta' Jannar 2009, hemm informazzjoni mhux adegwata dwar ir-riskji assoċjati man-nanomaterjali artifiċjali u l-metodi ta' testijiet eżistenti jistgħu ma jkunux adegwati biex ikopru l-kwistjonijiet kollha li jistgħu jinqalgħu b'rabta man-nanomaterjali artifiċjali. B'hekk B'kunsiderazzjoni ta' din l-opinjoni xjentifika u rigward is-sensittività partikolari tal-kategoriji li għalihom huwa maħsub l-ikel kopert minn dan ir-Regolament, in-nanomaterjali artifiċjali ma għandhomx jiġu nklużi fil-lista tal-Unjoniannessa ma' dan ir-Regolament għall-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament, sakemm issir valutazzjoniis-sikurezza, abbażi ta' biżżejjed metodi ta' testijiet, il-valur nutrizzjonali tagħhom u l-idoneità għall-persuni li għalihom huma maħsuba ma jintwerewx mill-Awtorità. [Em. 23]
(22) Fl-interessi tal-effiċjenza u s-simplifikazzjonitas-simplifikazzjoni leġiżlattiva u tar-rieda ddikjarata għall-appoġġ tal-innovazzjoni, għandu jkun hemm perjodu minimu ta' eżaminazzjoni dwar il-kwistjoni tal-estensjoni tal-għan tal-lista tal-Unjoniannessa ma' dan ir-Regolament għal kategoriji oħra tal-ikel mmexxija minn leġiżlazzjoni speċifika oħra tal-Unjoni. Tali estensjoni għandha tiġi deċiża mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, fuq il-bażi ta' evalwazzjoni mill-Awtorità. [Em. 24]
(23) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri għall-addozzjoni ta' miżuri ta' emerġenza f'sitwazzjonijiet fejn l-ikel kopert minn dan ir-Regolament jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa umana. Għall-garanzija ta' kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta' emerġenza, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(26). Il-Kummissjoni għandha tadotta b'mod immedjat atti ta' implimentazzjoni applikabbli relatati mal-miżuri ta' emerġenza, fejn, f'każijiet b'raġuni adegwata relatati mas-saħħa pubblika, jkunu meħtieġa minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza.
(24) Id-Direttiva 92/52/KEE tistqarr li l-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment li huma esportati jew esportati mill-ġdid mill-Unjoni Ewropea jridu jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni sakemm ma jkunx meħtieġ mod ieħor mill-pajjiż tal-importazzjoni. Dan il-prinċipju diġà ġie stabbilit għall-ikel fir-Regolament (KE) Nru 178/2002. Għall-fini ta' simplifikazzjoni u ċertezza legali, b'hekk id-Direttiva 92/52/KEE għandha tiġi rrevokata.
(25) Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistabbilixxi r-regoli u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw bħala regola ġenerali għall-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament jew fl-atti mhux leġiżlattivi adottati bi qbil ma' dan ir-Regolament.
(26) Bħalissa, l-indikazzjonijiet “mingħajr glutina” u “b'livell baxx ta' glutina” jistgħu jintużaw għall-ikel maħsub għal użu ta' nutriment partikolari u għall-konsum normali tal-ikel skont ir-regoli speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 41/2009. Indikazzjonijiet simili jistgħu jiġu interpretati bħala indikazzjonijiet nutrittivi, kif inhuma definiti fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006. Għal għan ta' simplifikazzjoni, dawn l-indikazzjonijietDawk l-indikazzjonijiet għandhom jiġu regolati biss bir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 b'dan ir-Regolament u f'konformità mar-rekwiżiti msemmija. Huwa meħtieġ li l-adattamenti tekniċi bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, li jinkludu l-indikazzjonijiet nutrittivi “mingħajr glutina” u “b'livell baxx ta' glutina” u l-kundizzjonijiet tal-użu assoċjati magħhom kif inhuma rregolati mir-Regolament (KE) Nru 41/2009 jitwettqu qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tiegħu. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 41/2009 għandu jiġi rrevokat. [Em. 90]
(26a)Bħalissa, l-indikazzjonijiet “mingħajr lattożju” u “b'livell baxx ta' lattożju” mhumiex koperti mil-liġi tal-Unjoni. Dawn l-indikazzjonijiet madankollu huma importanti għall-persuni intolleranti għal-lattożju. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tikkjarifika l-istatus tagħhom skont il-liġi ġenerali dwar l-ikel. [Em. 25]
(27) It-“tibdil ta' ikel għall-kontroll tal-piż” u t-“tibdil tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż” huma attwalment meqjusa bħala ikel għal użu ta' nutriment partikolari u huma rregolati mir-regoli speċifiċi adottati skont id-Direttiva 96/8/KE, filwaqt li l-ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji (VLCD) huwa regolat mid-Direttiva 2009/39/KE biss. Madankollu, aktar u aktar ikel maħsub għall-popolazzjoni ġenerali deher fuq is-suq b'indikazzjonijiet simili li huma ppreżentati bħala indikazzjonijiet tas-saħħa għall-kontroll tal-piż. Huwa f'dan il-kuntest ta' żieda tal-prodotti tal-ikel li għandhom indikazzjonijiet ġeneriċi u r-riskju ta' drawwiet mhux normali tal-ikel miġjuba minn ċerti dieti mhux ikkontrollati li l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel għandha ta' spiss tevalwa xjentifikament id-domanda għall-indikazzjonijiet tas-saħħa rigward sostituti tal-ikliet. L-evalwazzjoni mwettqa mill-Awtorità ma tkopriex is-sigurtà tal-kriterji ta' kompożizzjoni proposti mill-operatur tan-negozju tal-ikel li japplika l-użu ta' indikazzjoni jew ċerti kundizzjonijiet tat-tikkettar. Għalhekk huma meħtieġa dispożizzjonijiet speċifiċi f'dan ir-Regolament dwar l-ikel għall-użu f'dieti b'ammont baxx u b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji. Tali dispożizzjonijiet huma għodda importanti ta' sigurtà nutrizzjonali u ta' saħħa tal-persuni li jixtiequ jitilfu l-piż. Sabiex tiġi eliminata kwalunkwe konfużjoni potenzjali bejn l-ikel li jitqiegħed fis-suq għall-kontroll tal-piż u fl-interessi taċ-ċertezzi legali u l-koerenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, filwaqt li jitħarsu dawk l-aktar vulnerabbli, indikazzjonijiet simili dwar l-ikel maħsub għall-popolazzjoni ġenerali għandhom jiġu rregolati biss mir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u jkunu konformi mar-rekwiżiti tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx (LCD) u b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji (VLCD), li għandhom jikkonformaw ma' dan ir-Regolament. Huwa meħtieġ li l-adattamenti tekniċi bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, jinkludu indikazzjonijiet tas-saħħa li jirreferu għall-kontroll tal-piż tal-ġisem għall-ikel ippreżentat bħala “tibdil ta' ikel għall-kontroll tal-piż” u t-“tibdil tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż” u l-kundizzjonijiet tal-użu assoċjati kif inhuma rregolati skont id-Direttiva 96/8/KE jridu jitwettqu qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. [Em. 26]
(27a)Bil-għan li jiġi ggarantit livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri proċeduri adegwati għas-superviżjoni, kemm tal-iġjene kif ukoll tal-kompożizzjoni, kemm qabel kif ukoll wara t-tqegħid fis-suq tal-ikel. [Em. 27]
(27b)Skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali(27), l-Istati Membri għandhom jagħmlu spezzjonijiet dwar il-konformità tal-impriżi ma' dan ir-Regolament u dwar l-atti delegati li jiġu adottati skont dan ir-Regolament, skont approċċ abbażi tar-riskju.[Em. 28]
(28) Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod adegwat mill-Istati Membri u b'hekk jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, bi qbil mal-principju ta' sussidjarjetà kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Bi qbil mal-prinċipju ta' proporzjonalità, stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ għall-ksib ta' dawn l-għanijiet.
(29) Huma meħtieġaIl-Kummissjoni għandha tieħu miżuri tranżizzjonali adegwati biex tiżgura ċ-ċertezza legali waqt it-tranżizzjoni għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tipprovdi l-assistenza u l-informazzjoni aġġornata meħtieġa lill-operaturi tan-negozju tal-ikel biex li jippermettulhom lill-operatur tan-negozju tal-ikel jadattaw għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. [Em. 29]
(29a)Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fis-suq, li f'ċerti settturi, bħal pereżempju l-ikel għat-trabi u l-ikel mediku, jidher li hu ddominat minn ftit kumpaniji kbar, il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati kkonċernati, tadotta linji gwida, permezz ta' atti delegati, sabiex tgħin lill-impriżi, partikolarment l-SMEs, jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u b'hekk tgħin il-kompetittività u l-innovazzjoni. [Em. 30]
(29b)Bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess fis-suq għall-operaturi tan-negozju tal-ikel – speċjalment l-SMEs – li jkunu jixtiequ jbigħu prodotti tal-ikel li jirriżultaw minn progress xjentifiku u teknoloġiku, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati rilevanti, għandha tadotta linji gwida dwar il-proċedura tat-tqegħid fis-suq, fuq bażi temporanja, ta' tali ikel. [Em. 31]
(29c)Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tawtorizza, permezz ta' atti delegati, li ikel li jirriżulta minn progress xjentifiku u teknoloġiku jitqiegħed fis-suq fuq bażi temporanja biex ikun jista' jinkiseb benefiċċju xieraq mix-xogħol tar-riċerka industrijali sa ma jiġi emendat l-att delegat għall-kategorija speċifika tal-ikel ikkonċernata. Madankollu, fl-interess tal-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur, awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tista' tingħata biss wara li l-Awtorità tkun ġiet ikkonsultata, [Em. 91]
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu I
Suġġett tal-kawża u definizzjonijiet
Artikolu 1
Is-suġġett
1. Dan ir-Regolament, li jikkumplimenta l-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel, jistabbilixxi rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-kategoriji tal-ikel li ġejjin: [Em. 33]
(a)
formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment;
(b)
ikel proċessat biċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar;
(c)
ikel għal skopijiet mediċi speċjaliinkluża l-formula maħsuba għat-trabi tat-twelid b'piż baxx u prematuri. [Em. 34]
(ca)
l-ikel għal persuni intolleranti għall-glutina; u [Em. 35]
(cb)
l-ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx tal-kaloriji u b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji. [Em. 36]
2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għat-twaqqif u l-aġġornament ta' lista tal-Unjonidefiniti b'mod ċar fl-Anness I, ta' vitamini, minerali u sustanzi oħra li jistgħu jiġu miżjuda mal-kategoriji tal-ikel li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għal skop nutrizzjonali speċifiku. [Em. 37]
2a.Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament għandu jkollhom il-prevalenza fuq kull rekwiżit konflittwali ieħor tal-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-ikel. [Em. 38]
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
id-definizzjonijiet ta' “ikel”, “bejgħ bl-imnut” u “tqegħid fis-suq” stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3(7) u 3(8) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; [Em. 39]
(b)
id-definizzjonijiet ta' ikel ippakkjat minn qabel' u 'tikkettar' u “prodotti tal-ikel ippakkjati” fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2000/13/KEfil-punti (e) u (j) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011; [Em. 40]
(c)
id-definizzjonijiet ta' “indikazzjoni nutrittiva” u “indikazzjoni tas-saħħa” stabbiliti fil-punti (4) u (5) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006;
(d)
id-definizzjoni ta' “sustanzi oħra” stabbilita fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006; u
2. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
(a) “Awtorità” tfisser l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 178/2002;
(b)
“trabi” tfisser tfal ta' taħt it-12-il xahar;
(c)
“tfal żgħar” tfisser tfal bejn sena u tliet snin;
(d)
“formula tat-trabi” tfisser ikel li jintuża għat-trabi fl-ewwel snin ta' ħajjithom u li waħdu jissodisfa r-rekwiżiti nutrittivi tat-trabi sal-introduzzjoni ta' tmigħ kumplementari adegwat;
(e)
“formula tal-prosegwiment” tfisser ikel li jintuża għat-trabi meta jiġi introdott it-tmigħ ta' ikel kumplementari u li jikkostitwixxi element likwidu ewlieni f'dieta bi progess differenti ta' dawn it-trabi;
(f)
“ikel proċessat biċ-ċereali” tfisser ikel
(i)
maħsub biex jissodisfa r-rekwiżiti partikolari tat-trabi b'saħħithom waqt li jiġu mreddgħa, u tat-tfal żgħar b'saħħithom u bħala suppliment għad-dieta tagħhom u/jew b'saħħithom li jkunu mreddgħa, u għat-tfal żgħar b'saħħithom bħala suppliment għad-dieta tagħhom u/jew għall-addattament progressiv tagħhom għall-ikel ordinarju u
(ii)
li jaqgħu fl-erba' kategoriji li ġejjin:
–
ċereali normali li huma jew li fihom il-ħalib jew likwidi nutrittivi oħra adegwati;
–
ċereali miżjuda b'ikel b'livell għoli ta' proteini li huma jew fihom l-ilma jew likwidu ieħor mingħajr proteini;
–
għaġin li jintuża wara li jissajjar fl-ilma jagħli jew f'likwidi oħra adegwati;
–
ħobż mixwi u gallettini li jintużaw kif inhuma jew, wara li jitfarrku, biż-żieda tal-ilma, il-ħalib jew likwidi oħra adegwati;
(g)
“ikel tat-trabi” tfisser ikel maħsub biex jissodisfa r-rekwiżiti partikolari tat-tfal żgħar b'saħħithom li jkunu mreddgħa, u tat-tfal żgħar b'saħħithom bħala suppliment għad-dieta tagħhom u/jew għall-addatament progressiv tagħhom, għall-ikel ordinarju, minbarra:
(i)
ikel proċessat biċ-ċereali u
(ii)
ħalib maħsub għat-tfal żgħar;
(h)
“ikel għal skopijiet mediċi speċjali” tfisser ikel ipproċessat jew ifformulat speċjalment u maħsub għall-ġestjoni djetetika tal-pazjenti li jintuża taħt sorveljanza medika. Huwa maħsub għat-tmigħ esklużiv jew parzjali tal-pazjenti li l-ħila limitata, debboli jew kompromessa tagħhom ma tippermettilhomx jieħdu, jiddiġerixxu, jassorbixxu, iħaddmu jew ineħħu ikel normali jew ċerti nutrijenti li jkollhom fihom jew metaboliti, jew ma' rekwiżiti nutrittivi oħra b'għan mediku, fejn il-ġestjoni djetetika tagħhom ma tistax tinkiseb biss permezz ta' tibdil fid-dieta normali. Ikel għal skopijiet mediċi speċjali jinkludi wkoll formula maħsuba għal trabi li jitwieldu b'piż baxx u għal trabi prematuri. Tali formula għandha tikkonforma ukoll mad-Direttiva 2006/141/KE. [Em. 92]
(ha)
“formula maħsuba għal trabi tat-twelid b'piż baxx u prematuri” tfisser formula żviluppata speċifikament biex tissodisfa l-bżonnijiet nutrittivi determinati medikalment tat-trabi li jitwieldu qabel iż-żmien jew li jitwieldu b'piż baxx. [Em. 43]
(hb)
“ikel għal persuni intolleranti għall-glutina” tfisser oġġetti tal-ikel maħsuba għal użi nutrizzjonali partikolari li jkunu prodotti, preparati jew proċessati b'mod speċjali biex jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta' dieta ta' persuni intolleranti għall-glutina; [Em. 44]
(hc)
“glutina”, tfisser frazzjoni tal-proteina mill-qamħ, segala, xgħir, ħafur jew varjetajiet inkroċjati tagħhom u derivati tagħhom u li ma tinħallx fl-ilma jew f'soluzzjoni ta' klorur tas-sodju bi 0,5 M; [Em. 45]
(hd)
“ikel maħsub għall-użu f'dieti baxxi fil-kaloriji jew prodotti LCD” u “ikel maħsub għall-użu f'dieti baxxi ħafna fil-kaloriji jew prodotti VLCD” tfisser ikel fformulat speċifikament li, meta jintuża kif indikat mill-manifattur, jissostitwixxi d-dieta totali ta' kuljum.
Prodotti VLCD għandhom bejn l-400 u t-800 kalorija kuljum.
Prodotti LCD għandhom bejn t-800 u l-1200 kalorija kuljum.[Em. 46]
Ikel għal skopijiet mediċi speċjali skont it-tifsira tal-punt (h) tal-ewwel subparagrafu jaqa' f'waħda mit-tliet kategoriji li ġejjin:
(i)
ikel komplut mil-lat nutrizzjonali b'formulazzjoni nutrittiva standard li, meta użata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, tista' tikkostitwixxi l-uniku sors ta' tmigħ għal persuni li għalihom huwa maħsub;
(ii)
ikel komplut mil-lat nutrizzjonali b'formulazzjoni adattata għan-nutrijenti speċifika għall-mard, disturbi jew kundizzjoni medika, li, meta użata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, tista' tikkostitwixxi l-uniku sors ta' tmigħ għal persuni li għalihom huwa maħsub;
(iii)
ikel komplut mil-lat nutrizzjonali b'formulazzjoni standard jew b'formulazzjoni adattata għan-nutrijenti speċifika għall-mard, disturbi jew kundizzjoni medika li mhuwiex adatt għall-użu bħala l-uniku sors ta' tmigħ. [Em. 47]
3.Il-Kummissjoni se jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 15 għall-adattament tad-definizzjonijiet tal-“formula tat-trabi”, “formula tal-prosegwiment”, l-“ikel ibbażat fuq iċ-ċereali” u l-“ikel għat-trabi” u l-“ikel għal skopijiet mediċi speċjali” billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku u l-iżviluppi rilevanti fuq livell internazzjonali, kif inhu xieraq. [Em. 48]
Kapitolu II
Tqegħid fis-suq
Artikolu 3
Tqegħid fis-suq
1.L-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) jista' jitqiegħed fis-suq biss jekk ikun konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolamentu mal-leġislazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-prodotti tal-ikel.
2.Il-prodotti tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) impurtati fl-Unjoni bl-għan li jitpoġġew fis-suq għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-ikel. Il-prodotti tal-ikel msemmija fl-Artikolu 1(1) esportati jew esportati mill-ġdid mill-Unjoni bil-għan li jitpoġġew fis-suq f'pajjiż terz jirrispettaw il-preskrizzjonijiet applikabbli tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-ikel, ħlief jekk ċirkustanzi partikolari fil-pajjiż importatur marbuta pereżempju mal-kundizzjonijiet klimatiċi jew mat-topografija jiġġustifikaw kompożizzjoni u kondizzjonament differenti.
3.L-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jitqiegħed fis-suq biss f'għamla ta' ikel ippakkjat minn qabel.
4.L-Istati Membri ma jistgħux jirrestrinġu jew jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' ikel li jikkonforma ma' dan ir-Regolament għal raġunijiet relatati mal-kompożizzjoni, il-manifattura, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tiegħu. [Em. 49]
4a.Sabiex tippermetti tqegħid fis-suq malajr tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) u li jirriżulta minn progress xjentifiku u teknoloġiku, il-Kummissjoni tista“, wara konsultazzjoni mal-Awtorità , tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15, li jawtorizzaw għall-perjodu ta' sentejn, it-tqegħid fis-suq tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1), li ma jissodisfawx ir-regoli ta' kompożizzjoni stabbiliti minn dan ir-Regolament jew mill-atti delegati għall-gruppi ta' prodotti tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1). [Em. 50]
Artikolu 4
Ikel ippakkjat minn qabel
L-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jkun awtorizzat biss fis-suq bl-imnut f'għamla ta' ikel ippakkjat minn qabel.[Em. 51]
Artikolu 5
Moviment ħieles tal-prodotti
L-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet relatati mal-kompożizzjoni, il-manifattura, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tagħhom, jillimitaw jew jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' ikel li jkun konformi ma' dan ir-Regolament.[Em. 52]
Artikolu 6
Miżuri ta' emerġenza
1. Fejn huwa evidenti li l-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) jista' jkollu riskji serji fuq is-saħħa umana u li riskji ma jistgħux jiġu kkontrollati b'mod sodisfaċenti permezz tal-miżuri meħuda mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i), fuq inizjattiva personali tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' Stat Membru, għandhom jittieħdu kwalunkwe miżuri temporanji ta' emerġenza xierqa mingħajr dewmien, inklużi miżuri li jillimitaw jew jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-ikel ikkonċernat, skont il-gravità tas-sitwazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati permezz ta' atti tal-implimentazzjoni bi qbil mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(2).
2. F'każ ta' raġunijiet imperattivi ta' urġenza li tikkonċerna jew tittratta riskju serju fuq il-ħajja umana, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli b'mod immedjat bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(3).
1. F'każ li Stat Membru jinforma uffiċjalment lill-Kummissjoni bil-ħtieġa li jittieħdu miżuri ta' emerġenza u l-Kummissjoni ma tkunx ħadet azzjoni skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat jista' jadotta kwalunkwe miżuri temporanji ta' emerġenza adegwati, inklużi miżuri li jillimitaw jew jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-ikel ikkonċernat, skont il-gravità tas-sitwazzjoni fit-territorju tiegħu. Għandu minnufih jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan, u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jimmiraw biex jestendu, jemendaw jew jirrevokaw il-miżuri temporanji nazzjonali ta' emerġenza. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(2). L-Istat Membru jista' jżomm il-miżuri temporanji nazzjonali ta' emerġenza tiegħu sakemm jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu.
Artikolu 6a
Prinċipju ta' prekawzjoni
Meta, wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni xjentifika disponibbli, ikun hemm raġunijiet raġonevoli għal tħassib għall-possibbiltà ta' effetti negattivi iżda tippersisti l-inċertezza xjentifika, jistgħu jiġu adottati miżuri tal-ġestjoni tar-riskji, li jkunu meħtieġa biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni li għalihom huwa maħsub l-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1). [Em. 53]
Artikolu 6b
Sorveljanza
L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jiżguraw id-dħul fis-seħħ ta' sistema adegwata ta' kontroll li tiżgura li l-operaturi tan-negozju tal-ikel jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u mar-rekwiżiti tas-saħħa relevanti. [Em. 54]
Kapitolu III
Rekwiżiti
Taqsima 1
Dispożizzjonijiet introduttorji
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet introduttorji
L-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jkun konformi ma' kwalunkwe rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-ikel.
2.Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament għadu jkollhom il-prevalenza fuq kull rekwiżit konflittwali ieħor tal-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-ikel.[Em. 55]
Artikolu 8
Opinijonijiet tal-Awtorità
L-Awtorità għandha tipprovdi opinjonijiet xjentifiċi bi qbil mal-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għall-għan tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 8a
Ikel għall-konsum normali
Fit-tikkettar, preżentazzjoni u reklamar tal-ikel għall-konsum normali dan li ġej għandu jkun projbit:
(a)
l-użu tal-espressjoni “nutrizzjoni speċjalizzata”, waħidha jew flimkien ma' kliem ieħor, bħala indikazzjoni ta' tali ikel;
(b)
markaturi oħra kollha jew kull preżentazzjoni li x'aktarx jagħtu l-impressjoni li l-ikel jappartjeni lil waħda mill-kategoriji msemmija fl-Artikolu 1(1). [Em. 56]
Taqsima 2
Rekwiżiti ġenerali
Artikolu 9
Rekwiżiti ġenerali għall-kompożizzjoni u l-informazzjoni
1. Il-kompożizzjoni tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tkun adegwata biex tissodisfa l-ħtiġijiet nutrittivi tiegħu, u li tkun adegwata għall-persuni li għalihom hija maħsuba, bi qbil mad-dejta xjentifika ġenerali aċċettata, evalwata mill-pari u vvalutata indipendentement u mal-opinjoni medika. [Em. 57]
2. L-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) ma għandux ikollu xi sustanza ta' kwalunkwe kwantità li tista' tkun ta' periklu għas-saħħa tal-persuni li għalihom huwa maħsub.
3. It-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jipprovdu informazzjoni adegwata lill-konsumaturikunu eżatti, ċari u jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi u ma għandhomx jiżgwidaw. Tali prodotti tal-ikel m'għandhomx jiġu attribwiti proprjetajiet għall-prevenzjoni, trattament jew kura tal-mard tal-bniedem, jew jimplikaw tali proprjetajiet. [Em. 58]
3a.L-ittekkettjar tal-formuli u l-formuli tal-prosegwiment għat-trabi m'għandux ikollu stampi ta' trabi, u lanqas m'għandu jinkludi stampi oħra jew kitba li tista' tidealizza l-użu tal-prodott. Madankollu, rappreżentazzjonijiet grafiċi għall-identifikazzjoni faċli tal-prodott u għall-illustrazzjoni tal-metodi tal-preparazzjoni għandhom ikunu permessi. Id-Direttiva 2006/141/KE għandha tiġi emendata skont dan. [Em. 59]
4. It-tixrid ta' informazzjoni utli jew ir-rakkomandazzjonijiet b'referenza għall-kategoriji tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1 (1) għandhom isiru fil-punti(a), (b) (c) u (ca) tal-Artikolu 1(1) jistgħu jsiru esklużivament mill-lill-persuni bi kwalifiki fil-mediċina, in-nutrizzjoni, il-farmaċewtika jew jew fil-farmaċewtika. Informazzjoni addizzjonali mxerrda minn professjonisti oħra responsabbli mill-kura materna u dik tas-saħħa tat-trabital-kura tas-saħħa lill-konsumatur finali għandha tkun biss ta' natura xjentifika u fattwali u m'għandhiex ikollha riklamar. [Em. 60]
4a.Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ uffiċjali effiċjenti, l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru fejn iqiegħdu fis-suq ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) billi jibagħtulha mudell tat-tikketta tal-prodott. [Em. 61]
4b.L-użu ta' pestiċidi fil-prodotti agrikoli maħsuba għall-produzzjoni tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jiġi limitat kemm jista' jkun, mingħajr ħsara għad-Direttiva 2006/125/KE u d-Direttiva 2006/141/KE. [Em. 62]
4c.Rekwiżiti speċifiċi relatati mal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) li jistabbilixxu limitazzjonijiet fuq l-użu jew il-projbizzjoni ta' ċerti pestiċidi għandhom jiġu aġġornati regolarment, u għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-pestiċidi li għandhom sustanzi attivi, safeners jew synergists ikklassifikati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet(28), bħala mutaġen fil-kategorija 1A jew 1B, karċinoġeni tal-kategorija 1A jew 1B, tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1A jew 1B meqjusa li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali, li jistgħu jikkawżaw effett negattiv fil-bnedmin, jew sustanzi attivi approvati bħala “kandidati għas-sostituzzjoni” skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. [Em. 63]
Taqsima 3
Rekwiżiti speċifiċi
Artikolu 10
Rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni
1. L-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni provduti fl-Artikolu 9.
2. Soġġett għar-rekwiżiti ġenerali tal-Artikoli 7 u 9, u għar-rekwiżiti speċifiċi tal-Artikoli 10a u 10b, u billi titqies id-Direttiva 2006/141/KE, id-Direttiva 2006/125/KE u d-Direttiva 1999/21/KE kif ukoll kwalunkwe progress tekniku u xjentifiku,partikolarment ir-riżultati ta' evalwazzjonijiet tar-riskju u l-prinċipju tal-prekawzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6a, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta Regolamentiatti delegati mhux aktar tard minn ....(29) bi qbil mal-Artikolu 15, b'rabta ma' dan li ġej: [Em. 64]
ir-rekwiżiti speċifiċi dwar l-użu ta' pestiċidi fil-prodotti agrikoli maħsuba għall-produzzjoni ta' ikel simili u dwar ir-residwi tal-pestiċidi f'ikel simili;
(c)
ir-rekwiżiti speċifiċi dwar it-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1), inkluża l-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet nutrittivi u tas-saħħa. dawk ir-rekwiżiti għandhom jinkludu r-regoli relatati speċifiċi diġà fis-seħħ għall-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1); [Em. 66]
(ca)
ir-rekwiżiti għall-informazzjoni li trid tingħata dwar ir-rakkomandazzjonijiet għall-użu xieraq tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1). [Em. 67]
(d)
il-proċedura ta' notifika għat-tqegħid fis-suq tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) sabiex tiffaċilita l-monitoraġġ uffiċjali effiċjenti ta' dan l-ikel fuq liema bażi l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) fejn il-prodott qed jitqiegħed fis-suq;
(e)
ir-rekwiżiti dwar il-prattiċi promozzjonali u kummerċjali relatati mal-formuli tat-trabi;
(f)
ir-rekwiżiti dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta dwar it-tmigħ tat-trabi u t-tfal żgħar sabiex jiggarantixxu informazzjoni adegwata dwar il-prattiċi tat-tmigħ adegwati; u
(fa)
rekwiżit għall-monitoraġġ wara s-suq tal-ikel msemmija fl-Artikolu 1(1) sabiex jivverifika jekk hemm konformità mar-rekwiżiti speċifiċi. [Em. 68]
3. Suġġett għar-rekwiżiti ġenerali tal-Artikoli 7 u 9, u għar-rekwiżiti speċifiċi tal-Artikoli 10a u 10b, u billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku rilevanti, b' mod partikolari r-riżultati ta' evalwazzjonijiet ġodda tar-riskju u l-prinċipju tal-prekawzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6a, il-Kummissjoni għandha taġġorna r-Regolamentil-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu bi qbil mal-Artikolu 15. [Em. 69]
F'każ ta' riskji emerġenti tas-saħħa, li jeħtieġu raġunijiet imperattivi ta' urġenza, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 16 għall-atti delegati adottati f'konformità ma' dan il-paragrafu.
Artikolu 10a
l-ikel għal persuni intolleranti għall-glutina.
1.Apparti r-rekwiżiti tal-Artikolu 9, l-ikel maħsub għal persuni intolleranti għall-glutina jikkonsistu minn jew li fih ingredjent wieħed jew iżjed magħmulmill-qamħ, mis-segala, mix-xgħir, mill-ħafur jew mill-varjetajiet mit-taħlit tar-razez tagħhom li ġew ipproċessati speċjalment biex titnaqqas il-glutina, m'għandux ikun fih livell ta' glutina ta' aktar minn 100 mg/kg fl-ikel kif mibjugħ lill-konsumatur aħħari.
2.L-ikel maħsub għal persuni intolleranti għall-glutina mibjugħ lill-konsumatur aħħari, li fih livell ta' glutina:
–
mhux aktar minn 100 mg/kg, jista' jiġ tikkettat bħala “kontenut baxx ħafna ta' glutina;
–
mhux aktar minn 20 mg/kg, jista” jiġ tikkettat bħala “mingħajr glutina”.
3.ikel maħsub għal persuni intolleranti għall-glutina għandu wkoll ikun konformi mal-kriterji li ġejjin:
–
għandu jipprovdi bejn wieħed u ieħor l-istess ammont ta' vitamini u minerali bħall-prodotti tal-ikel li qed jissostitwixxu,
-
– għandu jiġi ppreparat b'attenzjoni partikolari, b'konformità mal-prattiki tajba ta' manifattura (PTM), biex tkun evitata kull kontaminazzjoni bil-glutina,
-
– fejn jintużaw it-termini “'kontenut baxx ħafna ta' glutina” u “mingħajr glutina” huma għandhom jidhru viċin l-isem li taħtu huwa kkummerċjalizzat l-ikel. [Em. 70]
Artikolu 10b
L-ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx tal-kalorijiu b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji
1.Il-prodotti LCD u VLCD għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kompożizzjonali stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
2.Il-komponenti individwali kollha li jiffurmaw il-prodotti LCD u VLCD, għandhom ikunu f'pakkett uniku.
3.L-isem li taħtu jinbiegħu l-prodott LCD u VLCD għandu jkun:
(a)
għall-prodotti VLCD,
'Sostitut tad-dieta totali għall-użu f'dieti b'ammont baxx ħafna ta' kaloriji“.”
(b)
għall-prodotti LCD,
'Sostitut tad-dieta totali għall-użu f'dieti b'ammont baxx ħafna ta' kaloriji“.”
4.L-ittikkettjar tal-prodotti LCD u VLCD għandu jkollu, flimkien mad-dettalji li għalihom hemm provdut fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, id-dettalji mandatorji li ġejjin:
(a)
il-valur tal-enerġija disponibbli espressa f'kJ u kcal, u l-kontenut ta' proteini, karboidrati u xaħam, espressi f'forma numerika, għal kull kwantità speċifikata tal-prodott lest għall-użu kif propost għall-konsum;
(b)
il-kwantità medja ta' kull mineral u kull vitamina li għalihom, il-kondizzjonijiet mandatorji huma stipulati fil-paragrafu 5 tal-Anness II, espressi f'forma numerika, għal kull kwantità speċifikata tal-prodott lest għall-użu kif propost għall-konsum;
(c)
istruzzjonijiet għal preparazzjoni xierqa, fejn meħtieġ, u dikjarazzjoni dwar l-importanza li wieħed isegwi dawk l-istruzzjonijiet;
(d)
jekk prodott, jipprovdi l-ammont ta' kuljum ta' polyols f'eċċess ta' 20 g kuljum, meta użat kif avżat mill-manifattur, ikun hemm dikjarazzjoni b'effett li dak l-ikel jista' jkollu effett lassattiv;
(e)
dikjarazzjoni dwar l-importanza li wieħed jieħu ammont ta' fluwidu adegwat kuljum;
(f)
dikjarazzjoni li l-prodott jipprovdi ammonti adegwati tan-nutrijenti essenzjali kollha għall-ġurnata;
(g)
dikjarazzjoni li l-prodott m'għandux jintuża għal iktar minn tliet ġimgħat mingħajr parir mediku.
5.It-tikkettar, ir-riklamar u l-preżentazzjoni tal-prodotti LCD u VLCD ikkonċernati m'għandhom jagħmlu l-ebda referenza għar-rata jew l-ammont tat-telf tal-piż li jista' jirriżulta mill-użu tagħhom. [Em. 71]
Artikolu 10c
Aċċess għas-suq intern għall-SMEs
Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati kollha u l-Awtorità, tadotta linji gwida xierqa u tipprovdi gwida teknika biex tippermetti lill-impriżi, speċjalment lill-SMEs, li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u tgħinhom fit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-valutazzjoni xjentifika. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15 sabiex tadotta dawn il-linji gwida. [Em. 72]
Kapitolu iv
Il-lista ta' sustanzi permessi tal-unjoni
Artikolu 11
IL-listaIt-twaqqif ta' lista ta' sustanzi permessi tal-Unjoni
1. Filwaqt li tqis id-Direttivi 2006/141/KE u 2006/125/KE u r-regolament (KE) Nru 953/2009, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, mhux aktar tard mill-...(30) [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], atti ddelegati skont l-Artikolu 15, sabiex iddaħħal fl-Anness I lista ta' vitamini, minerali u sustanzi oħra li jistgħu jiżdiedu ma' kull kategorija ta' ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1).
1.2.Mal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) jistgħu jiġu miżjuda vitamini, minerali, aċidi amminiċi u sustanzi oħra, sakemm tali sustanzi jkunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
dawn ma għandhomx, fuq bażi tal-evidenza xjentifika disponibbli, aċċettata b'mod ġenerali u rieżaminata minn esperti, jippreżentaw problema ta' sigurtà għas-saħħa tal-konsumatur; u,
(b)
għandhom ikunu disponibbli għall-użu mill-ġisem uman;
(ba)
għandhom ikunu xierqa għall-użu nutrittiv li għalih ikunu maħsuba; u
(bb)
għandu jkollhom, abbażi ta' evidenza xjentifika aċċettata b'mod ġenerali, effett nutrittiv u/jew fiżjoloġiku.
2.Mhux aktar tard minn [sentejn (2) mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u sussegwentement taġġorna lista tal-Unjoni tas-sustanzi permessi li jilħqu l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1, permezz tar-Regolamenti ta' implimentazzjoni. Id-dħul ta' sustanza fil-lista tal-Unjoni għandha tinkludi speċifikazzjoni dwar is-sustanza, u, fejn ikun meħtieġ, tispeċifika l-kundizzjonijiet tal-użu u l-kriterji tal-purità applikabbli. Dawn ir-Regolamenti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(2). Permezz ta' raġunijiet xierqa ta' urġenza estrema relatati mar-riskji emerġenti tas-saħħa, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli b'mod immedjat li jaġġornaw il-lista tal-Unjoni bi qbil mal-Artikolu 14(3).
2a.Għas-sustanzi msemmija fil-paragrafu 2 li huma nanomaterjali maħdumin, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
(a)
il-kundizzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 2 intweriet abbażi ta' metodi ta' ttestjar adegwati; kif ukoll
(b)
il-valur nutrittiv tagħhom u kemm ikunu xierqa għall-persuni li għalihom huma maħsuba jkunu ntwerew. [Em. 87]
Artikolu 11a
Aġġornament tal-lista ta' sustanzi permessi
Iż-żieda ta' sustanza fil-lista tal-Unjoni skont il-paragrafu 2ġdida fl-Anness -1 għandu jsir jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella permezz ta' applikazzjoni. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn Stat Membru jew minn parti interessata, li tista' wkoll tirrappreżenta bosta partijiet interessati (minn issa “l quddiem magħrufa bħala l-applikant). L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, bi qbil mal-paragrafu 4.
1a.L-applikant għandu jressaq applikazzjoni lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tagħti konferma li rċevietha bil-miktub sa mhux aktar tard minn 14-il ġurnata.
4 2. L-applikazzjoni għandha tinkludi:
(a)
l-isem u l-indirizz tal-applikant;
b)
l-isem u deskrizzjoni ċara tas-sustanza
(c)
il-kompożizzjoni tas-sustanza;
(d)
l-użu propost tas-sustanza u l-kundizzjonijiet tagħha;
(e)
reviżjoni sistematika tad-dejta xjentifika u l-istudji xierqa eżaminati mill-pari u mwettqa skont gwida esperta b'validità ġenerali dwar it-tfassil u t-twettiq ta' studji simili;
(f)
evidenza xjentifika li turi l-kwantità tas-sustanza li mhix ta' periklu għas-saħħa tal-persuni li hija maħsuba għalihom u kemm hi xierqa għall-użi maħsuba;
(g)
evidenza xjentifika li turi li s-sustanza tista' tintuża għall-ġisem uman u għandha effett nutrittiv jew fiżjoloġiku;
(h)
taqsira tal-kontenut tal-applikazzjoni.
53. Jekk sustanza tkun diġà ġiet inkluża fil-lista tal-Unjonifl-Anness I u jkun hemm tibdil sinifikanti fil-metodi tal-produzzjoni, jew ikun hemm tibdil fid-daqs tal-partikuli, eżempju permezz tan-nanoteknoloġija, is-sustanza mħejjija minn dawn il-metodi l-ġodda jew b'bidla fid-daqs tal-partikuli għandha tkun meqjusa bħala sustanza differenti u l-lista tal-Unjoni li ma tkunx inkluża fl-Anness -1 u li għandha tiġi emendata kif suppost qabel titqiegħed fis-suq tal-UnjoniApplikazzjoni separata għandha tkun meħtieġa fl-Anness I.
4.Jekk sustanza li tkun fl-Anness I ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2) u (2a), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tneħħi dik is-sustanza mill-Anness I.
5.L-inklużjoni ta' sustanza fl-Anness I għandha tinkludi:
–
speċifikazzjoni tas-sustanza
–
meta jkun xieraq, speċfikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-użu, u
–
meta jkun xieraq, speċfikazzjoni tal-kriterji tal-purità applikabbli.
6.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 15 sabiex taġġorna l-Anness I. Meta, fil-każ ta' riskji emerġenti għas-saħħa, raġunijiet imperattivi ta' urġenza jeħtieġu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 16 għandha tapplika għall-atti delegati adottati f'konformità ma' dan il-paragrafu. [Em. 88]
Artikolu 12
Informazzjoni kunfidenzjali relatata mal-applikazzjonijiet
1. Fost l-informazzjoni provduta fl-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 11, għandu jingħata trattament kunfidenzjali għall-informazzjoni li x-xandir tagħha jista' jkun ta' ħsara sinifikanti għall-pożizzjoni kompetittiva tal-applikant.
2. Informazzjoni relatata ma' dan li ġej ma għandhiex, taħt l-ebda ċirkostanza, tiġi trattata b'mod kunfidenzjali:
(i)
l-isem u l-indirizz tal-applikant;
(ii)
l-isem u d-deskrizzjoni tas-sustanza;
(iii)
il-ġustifikazzjoni għall-użu tas-sustanza fi jew fuq ikel speċifiku;
(iv)
informazzjoni li hija rilevanti għall-valutazzjoni tas-sigurtà tas-sustanza;
(v)
fejn japplika, il-metodu(i) tal-analiżi użat mill-applikant.
(va)
kwalunkwe dejta xjentifika miġbura mill-ittestjar fuq l-annimali għall-valutazzjoni tas-sikurezza tas-sustanza. [Em. 75]
3. L-applikanti għandhom jindikaw liema informazzjoni jixtiequ li tiġi trattata b'mod kunfidenzjali. F'dawn il-każijiet, għandha tingħata informazzjoni li tista' tiġi verifikata.
4. Wara li tikkonsulta lill-applikanti, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi liema informazzjoni tista' tibqa' kunfidenzjali u għandha tavża lill-applikanti u lill-Istati Membri b'mod xieraq.
5. Wara li jiġu infurmati bil-pożizzjoni tal-Kummissjoni, l-applikanti jkollhom tliet ġimgħat li fihom jistgħu jirtiraw l-applikazzjoni tagħhom sabiex jippreservaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni pprovduta. Il-kunfidenzjalità għandha tiġi ppreservata sakemm jiskadi dan il-perjodu.
Kapitolu V
Kunfidenzjalità
Artikolu 13
Klawżola tat-traspaerenza u ġenerali tal-kunfidenzjalità
Il-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Istati Membri, bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(31), għandhom jiggarantixxu aċċess wiesgħa kemm jista' jkun għad-dokumenti u partikolarment jassistu u jinfurmaw lill-membri tal-pubbliku rigward proċeduri ta' applikazzjoni tat-talbiet għall-aċċess għad-dokumenti. Huma għandhom jieħdu wkoll l-miżuri meħtieġa għall-garanzija ta' kunfidenzjalità adegwata tal-informazzjoni li jirċievu skont dan ir-Regolament, minbarra l-informazzjoni li għandha tixxandar skont iċ-ċirkustanzi għall-protezzjoni tas-saħħa umana, is-saħħa tal-annimali jew tal-ambjent. [Em 76]
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI
Artikolu 14
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata appoġġ mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont id-definizzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fejn l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-mexxej tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew meta titlob dan maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, b'rabta mal-Artikolu 5 tiegħu.
Artikolu 15
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Id-delega tas- Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(3) u 10fl-Artikoli 3(4a), 10(2) u (3), 10c, 11(1) u 11a(6) ta' dan ir-Regolament għandha tingħata għal perijodu ta' żmien mhux determinat minn (*) [(*) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-att leġiżlattiv bażiku jew minn kull data oħra stabbilita mil-leġiżlatur.] ta' ħames ...(32). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa hija estiża b'mod taċitu għall-perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponi għal din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem ta' kull perjodu. [Em 77]
3. Id-delega tas-Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(3) u 10fl-Artikoli 3(4a), 10(2) u (3), 10c, 11(1) u 11a(6) tista' tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada li tiġi ppubblikata d-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data speċifikata aktar tard fih. Din ma għandhiex tħalli effett fuq il-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà qiegħed fis-seħħ. [Em 78]
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha fl-istess ħin tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 2(3) u 103(4a), 10(2), u (3), 10(c), 11(1) u 11a (6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dan l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel id-data ta' skadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż għal xahrejn (2) fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em 79]
Artikolu 16
Proċedura ta' urġenza
1. Atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw ladarba ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni bi qbil mal-paragrafu 2. In-notifika tal-att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tistqarr ir-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.
2. Il-Parlament Ewropew jew inkella l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15. F'każ simili, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Kapitolu VII
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 16a
l-ikel għal persuni intolleranti għal-latożju.
Sa ...(33), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, u jekk ikun xieraq ikun akkumpanjat minn proposta leġislattiva, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tikkjarifika l-istatus tal-indikazzjonijiet ta' tikkettar ta' “mingħajr lattożju” u “kontent baxx ħafna ta' lattożju” skont il-liġi ġenerali dwar l-ikel. [Em 80]
Artikolu 16b
Ħalib maħsub għat-tfal żgħar;
Sa ...(34) , il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-Awtorità , tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn tivvaluta l-ħtieġa għal dispożizzjonijiet speċjali dwar il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-ħalib maħsub għal tfal żgħar. Dan ir-rapport għandu jikkunsidra l-ħtiġijiet nutrizzjonali, ix-xejra tal-konsum, in-nutrijenti kkunsmati u l-livell ta' sustanzi kontaminanti u pestiċidi li għalih qed jiġu esposti t-tfal żgħar. Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll jekk dan il-ħalib għandux benefiċċji nutrizzjonali meta mqabbel ma' dieta normali għal tarbija li qed tiġi miftuma. Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha jew:
(a)
tiddeċiedi li ma jkunx hemm bżonn ta' dispożizzjonijiet speċjali rigward il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-ħalib maħsub għal tfal żgħar; jew
(b)
jekk ikun xieraq, tibgħat, skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u fuq il-bażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE, proposta leġislattiva.
Qabel it-tħejjija tar-rapporti tal-Kummissjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, il-ħalib maħsub għal tfal żgħar għandu jkompli jaqa' taħt l-ambitu tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni bħal pereżempju r-Regolament (KE) Nru 178/2002, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1924/2006. [Em 81]
Artikolu 17
Revoka
1. Id-Direttiva 92/52/KEE u d-Direttiva 2009/39/KE ġew revokati minn...(35) . Referenzi għall-atti revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
2. Id-Direttiva 96/8/KE u r-Regolament (KE) Nru 41/2009 ġew revokati minn ...*.
Artikolu 18
Miżuri tranżitorji
Ikel li mhux konformi ma' dan ir-Regolament iżda li hu konformi mad-Direttivi 2009/39/KE u 96/8/KE, mar-Regolamenti (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009, u li ngħata tikketta qabel ...(36) jista' jibqa' fis-suq wara dik id-data sakemm jispiċċaw il-ħażniet.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli f'kull Stat Membru.
Magħmul fi,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Il-President
Għall-Kunsill
Anness I
Lista ta' sustanzi permessi [Em. 89]
Anness II
Rekwiżiti kompożizzjonali għall-prodotti LCD u VLCD
Dawn l-speċifikazzjonijiet jirreferu għall-prodotti LCD u VLCD lesti għall-użu, imqiegħda fis-suq, jew ikkostitwiti mill-ġdid skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-manifattur.
1.Enerġija
1.1.L-enerġija pprovduta minn prodott VLCD m'għandhiex tkun inqas minn 1 680 kJ (400 kcal) u m'għandhiex taqbeż it-3 360 kJ (800 kcal) għar-razzjon totali ta' kuljum.
1.2.L-enerġija pprovduta minn prodott LCD m'għandhiex tkun inqas minn 3 360 kJ (800 kcal) u m'għandhiex taqbeż il-5 040 kJ (1 200 kcal) għar-razzjon totali ta' kuljum.
2.Proteini
2.1Il-proteini li jinsabu fil-prodotti LCD u VLCD m'għandhomx jipprovdu inqas minn 25 % u mhux aktar minn 50 % tal-enerġija totali tal-prodott. Fi kwalunkwe każ, l-ammont tal-proteini ta' dawn il-prodotti m'għandux ikun iktar minn 125g
2.2.Il-punt 2.1 jirreferi għal proteina li l-indiċi kimiku tagħha huwa daqs dak tal-proteini ta' referenza tal-FAO/WHO (1985) stabbilita fit-Tabella 2. Jekk l-indiċi kimiku huwa iktar baxx minn 100 % tal-proteina ta' referenza, il-livelli minimi ta' proteina għandhom jiġu miżjuda b'mod li jikkorrispondi. Fi kwalunkwe każ l-indiċi kimiku tal-proteini għandu jkun għalinqas ugwali għal 80 % ta' dak tal-proteini ta' referenza.
2.3.L-“indiċi kimiku” għandu jfisser il-proporzjon l-aktar baxxa bejn il-kwantità ta' kull aċidu amminiku essenzjali tal-proteini tat-test u l-kwantità ta' kull aċidu amminiku li jikkorrispondi tal-proteina ta' referenza.
2.4.Fi kwalunkwe każ, iż-żieda ta' aċidu amminiku hija permessa biss għall-għan ta' titjib tal-valur nutrittiv tat-taħlita tal-proteini, u biss fil-proporzjonijiet meħtieġa għal dak il-għan.
3.2.L-aċidu linoleiku (fil-forma ta' ma għandux ikun inqas minn 4,5g.
4.Fibra tad-dieta
Il-kontenut tal-fibra tad-dieta ta' prodotti LCD u VLCD m'għandhiex tkun inqas minn 10 g u m'għandhiex tkun aktar minn 30 g għar-razzjon ta' kuljum.
5.Vitamini u minerali
Il-prodotti LCD u VLCD għandhom jipprovdu għad-dieta kollha ta' kuljum tal-anqas: 100 % tal-ammonti ta' vitamini u minerali speċifikati fit-Tabella 1.
TABELLA 1
Vitamina A
(µg RE)
700
Vitamina D
(µg)
5
Vitamina E
(mg-TE)
10
Vitamina C
(mg)
45
Tiamina
(mg)
1,1
Riboflavin
(mg)
1,6
Niaċina
(mg-NE)
18
Vitamina B6
(mg)
1,5
Folat
(µg)
200
Vitamina B12
(µg)
1,4
Biotin
(µg)
15
Aċidu Pantoteniku
(mg)
3
Kalċju
(mg)
700
Fosfru
(mg)
550
Potassju
(mg)
3 100
Ħadid
(mg)
16
Żingu
(mg)
9,5
Ram
(mg)
1,1
Jodju
(µg)
130
Selenju
(µg)
55
Sodju
(mg)
575
Manjeżju
(mg)
150
Manganiż
(mg)
1
Tabella 2
XEJRA TAR-REKWIŻIT TAL-AĊIDU AMMINIKU (1)
g/100 g proteina
Ċistina + metijonina
1,7
Istidina
1,6
Iżolewċina
1,3
Lewċina
1,9
Liżina
1,6
Fenilalanina + Tirożina
1,9
Treonina
0,9
Triptofan
0,5
Valina
1,3
(1) Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (World Health Organisation - WHO) Rekwiżiti tal-enerġija u tal-proteini. Rapport ta' Laqgħa Konġunta FAO/WHO/UNU. Ġinevra: L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 1985. (WHO Technical Report Series, 724).
COM (2008) 392 Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ikel għal persuni li jbatu minn taqlib fil-metaboliżmu tal-karboidrati (dijabete), Brussell, 26.6.2008.
Rapport mill-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 89/398/KEE tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-prodotti tal-ikel maħsuba għal użu ta' nutriment partikolari, COM (2008)0393, 27.6.2008.
Analiżi tal-impatt Ewropew, soċjali u ambjentali tal-għażliet politiċi għar-reviżjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-ikel djetetiku – Rapport ta' studju ta' Agra CEAS Consulting, 29.4.2009.
** L-ewwel ġurnata tax-xahar sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Il-konsultazzjonijiet pubbliċi u d-disponibbiltà tagħhom fil-lingwi kollha tal-UE
203k
35k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar il-konsultazzjonijiet pubbliċi u d-disponibilità tagħhom bl-ilsna kollha tal-UE (2012/2676(RSP))
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2010 dwar ir-Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea (COM(2010)0543), li tħabbar li l-Kummissjoni se twettaq rieżami tal-politika tagħha ta' konsultazzjoni fl-2011 ,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' April 2011 jisimha “L-Att dwar is-Suq Uniku Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja ”Flimkien għal tkabbir ġdid'' (COM(2011)0206),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Krakovja adottata fil-Forum tas-Suq Uniku fit-3 u l-4 ta' Ottubru 2011,
– wara li kkunsidra l-mistoqsija bil-miktub tal-14 ta' Marzu 2011 lill-Kummissjoni, bl-isem “Strateġija għall-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni / Ilsna għall-konsultazzjoni pubblika” (E-002327/2011),
– wara li kkunsidra r-Regola 110 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Kummissjoni pproponiet li s-sena 2013 tingħażel bħala s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini ħalli tkattar l-għarfien tan-nies dwar il-benefiċċji u d-drittijiet miksuba biċ-ċittadinanza tal-UE u biex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fit-tfassil tal-politiki tal-Unjoni;
B. filwaqt li l-persuni diżabbli għandhom diffikultajiet akbar billi jeħtieġu formati aċċessibbli għall-faċilitizzazzjoni tal-komunikazzjoni;
C. billi l-involviment tal-pubbliku huwa komponent fundamentali tal-governanza demokratika, ġaladarba l-konsultazzjonijiet pubbliċi mfasslin u kkomunikati tajjeb huma waħda mill-għodod ewlenin li jagħtu sustanza lill-politika ta' trasparenza tal-UE, u billi sal-lum il-potenzjal tagħhom ħalli tingħeleb il-qabża ta' komunikazzjoni u informazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-UE għadu ma ġiex sfruttat sa barra;
1. Jistieden lill-Kummissjoni tfittex attivament li tikkomunika maċ-ċittadini ordinarji billi tagħmel użu sħiħ mill-kanali eżistenti tal-komunikazzjoni ħalli tqassam il-konsultazzjonijiet fost il-pubbliku inġenerali u twettaqhom, b'mod li jilħaq il-miri, flimkien mal-NGOs u stakeholders oħrajn;
2. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-jedd ta' kull ċittadin tal-UE li jindirizza lill-istituzzjonijiet tal-UE bi kwalunkwe wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-UE jkun rispettat bis-sħiħ u implementat billi jkun żgurat li l-konsultazzjonijiet pubbliċi jkunu disponibbli bl-ilsna uffiċjali kollha tal-UE, li l-konsultazzjonijiet kollha jkunu ttrattati b'mod ugwali u li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni msejsa fuq l-ilsien bejn il-konsultazzjonijiet;
3. Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-konsultazzjonijiet kollha jkunu jinftehmu miċ-ċittadini ordinarji u jitwettqu fi żmien biżżejjed twil li jippermetti parteċipazzjoni akbar;
4. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiggarantixxi d-dritt tan-nies diżabbli li jkunu kkonsultati bl-użu ta' formati aċċessibbli;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.
Sitwazzjoni fit-Tibet
218k
52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar is-Sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tibet (2012/2685(RSP))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iċ-Ċina u t-Tibet, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tas-27 ta' Ottubru 2011(1) u tal-25 ta' Novembru 2010(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni preċedenti tas-7 ta' April 2011 tiegħu dwar il-projbizzjoni tal-elezzjonijiet għall-gvern Tibetan f'eżilju fin-Nepal(3),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 36 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jiggarantixxi liċ-ċittadini kollha d-dritt għal-libertà tat-twemmin reliġjuż,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà tal-identità, il-kultura u r-reliġjon u l-libertà tal-assoċjazzjoni huma prinċipji fundamentali tal-UE u tal-politika barranija tagħha;
B. billi l-Ue qajmet il-mistoqsija dwar id-drittijiet tal-minoranzi Tibetani matul il-31 rawnd tad-Djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina li sar fi Brussell fid-29 ta' Mejju 2012; billi d-Djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem ma rriżulta fl-ebda titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bnidem għat-Tibetani;
C. billi l-emissarji tal-Qdusija Tiegħu id-Dalai Lama approċċaw lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina biex tinstab soluzzjoni paċifika u reċiprokament benefika għall-kwistjoni tat-Tibet; billi t-taħditiet bejn iż-żewġ partijiet ma wasslu għal ebda riżultat konkret u bħalissa huma ffriżati;
D. billi l-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina użaw saħħa sproporzjonata biex jiffaċċjaw il-protesti tal-2008 fit-Tibet u, minn dak iż-żmien, imponew miżuri ta' sigurtà restrittivi li jxekklu l-libertà tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni u tat-twemmin reliġjuż;
E. billi n-numru ta' vittmi tal-protesti tal-2008 setgħu kienu iktar minn 200 u n-numru ta' ħabsin ivarja bejn 4434 u iktar minn 6500, u fi tmiem l-2010, kien hemm 831 priġunier politiku mhux magħruf fit-Tibet, li fosthom 360 ġew ikkundannati ġuridikament u 12 qed jgħixu sentenza ta' għomor il-ħabs;
F. billi t-tortura, inkluż is-swat, l-użu ta' armi tal-elettroxokk, konfinazzjoni solitarja fit-tul, ġuħ u miżuri oħra simili huma rappurtati li jintużaw biex jingħataw konfessjonijiet fil-ħabsijiet tat-Tibet mill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina;
G. billi 38 Tibetan, għall-maġġorparti patrijiet u sorijiet, ġew irrappurtati li taw in-nar lilhom infushom sa mill-2009, bħala protesta kontra l-politiki restrittivi taċ-Ċina fit-Tibet, u bħala appoġġ biex id-Dalai Lama jitħalla jirritorna u għad-drittijiet ta' libertà reliġjuża fil-prefettura tal- kontea Aba/Ngaba fil-Provinċja ta' Sichuan u f'partijiet oħra tat-Tibet;
H. billi l-istat attwali tal-benessri u ta' fejn jinsabu għadd ta' vittmi ta' ħruq bin-nar għadhom mhux magħrufa jew mhux ċari, partikolarment din ta' Chimey Palden, Tenpa Darjey, Jamyang Palden, Lobsang Gyatso, Sona Rabyang, Dawa Tsering, Kelsang Wangchuck, Lobsang Kelsang, Lobsang Kunchok u Tapey;
I. billi Gedhun Choekyi Nyima, il-11-il Panchen Lama, inżamm mill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u ma deherx sa mill-14 ta' Mejju 1995;
J. billi l-identità, il-lingwa, il-kultura u r-reliġjon Tibetani, ix-xhieda ta' ċivilizzazzjoni storikament għanja, huma pperikolati mit-tpoġġija ta' persuni Han fit-territorju storiku Tibetan u mill-isterminju tal-istil ta' għajxien tradizzjonalment nomadiku tat-Tibetani;
K. billi l-UE tinsab fil-proċess li taħtar u tistabbilixxi l-mandat u tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem;
L. billi t-talbiet preċedenti tal-Parlament Ewropew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-UE biex tindirizza s-sitwazzjoni fit-Tibet mal-kontropartijiet Ċiniżi tagħha ma wasslux għar-riżultati mistennija;
1. Itenni li s-Sħubija Strateġika bejn l-UE u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandha tkun ibbażata fuq prinċipji u valuri komuni;
2. Jitlob biex il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-UE iżżid u ssaħħaħ l-isforzi biex tindirizza s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tat-Tibetani fil-kuntest tad-Djalogu bejn l-Ue u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem;
3. Jiddispjaċih f'dan ir-rigward dwar in-nuqqas ta' rieda tal-awtoritajiet Ċiniżi li jkollhom djalogu darbtejn fis-sena u dwar il-pożizzjoni tagħhom rigward il-modalitajiet u l-frekwenza tal-laqgħat, partikolarment fir-rigward tat-tisħiħ tal-parti tas-soċjetà ċivili u l-involviment tas-soċjetà ċivili fid-djalogu; iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant għoli tal-Unjoni biex tagħmel l-isforzi kollha possibbli sabiex tiżgura li d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem ikun iktar effikaċi u orjentat lejn il-kisba ta' riżultati;
4. Jaqbel mal-proċess ta' demokratizzazzjoni ferm importanti u ta' suċċess fil-governanza tat-Tibetani fl-eżilju mill-Qdusija Tiegħu d-Dalai Lama u t-trasferiment reċenti min-naħa tiegħu tal-poteri u r-responsabilitajiet politiċi lid-demokratikament elett Kalon Tripa tal-Amministrazzjoni Ċentrali Tibetana, li jirrappreżenta x-xewqiet tal-poplu Tibetan;
5. Jappoġġa d-deċiżjoni tat-tmexxija politika Tibetana l-ġdida, li ġiet eletta demokratikament, li tkompli żżomm mal-Politika tal-Moderazzjoni tal-Qdusija Tiegħu d-Dalai Lama, li tfittex awtonomija ġenwina għat-Tibetani fi ħdan ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fil-kuntest tal-Kostituzzjoni Ċiniża;
6. Jappoġġa l-prinċipji stabbiliti fil-Memorandum dwar Awtonomija Ġenwina għall-poplu Tibetan, propost mill-emissarji tal-Qdusija Tiegħu d-Dalai Lama lill-kontropartijiet Ċiniżi tagħhom fl-2008, li jipprovdu l-bażi għal soluzzjoni politika realistika u sostenibbli għall-kwistjoni tat-Tibet;
7. Jirrifjuta l-argument tal-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina li l-impenn tal-gvernijiet mal-Qdusija Tiegħu d-Dalai Lama u l-membri tat-tmexxija Tibetana eletta demokratikament u l-espressjoni ta' appoġġ mill-gvernijiet għal sejba ta' soluzzjoni paċifika tal-kwistjoni tat-Tibet permezz ta' djalogu u negozjati jikkostitwixxu ksur tal-Politika ta' Ċina Waħda;
8. Jitlob biex l-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina jagħtu awtonomija sinifikanti lit-territorju storiku tat-Tibet;
9. Jesprimi d-diżappunt li l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina ma kienx lest jissokta bid-djalogu mal-emissarji tal-Qdusija Tiegħu id-Dalai Lama sa minn Jannar 2010 u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jibdew diskussjonijiet sinifikanti mar-rappreżentanti tal-Amministrazzjoni Ċentrali Tibetana dwar il-ġejjieni tat-Tibet;
10. Jinsisti li l-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina tirrispetta l-libertà tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni u tat-twemmin tat-Tibetani;
11. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina biex jippermettu stħarriġ internazzjonali indipendenti, li għandu jitwettaq fir-rigward tal-protesti tal-2008 u l-konsegwenzi ta' dawn, u jitlob għar-rilaxx tal-priġunieri politiċi;
12. Jikkundanna kwalunkwe forma ta' tortura ta' persuni ħabsin u jistieden u jitlob lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina bie jippermettu spezzjoni internazzjonali indipendenti tal-ħabsijiet u taċ-ċentri ta' detenzjoni fit-Tibet;
13. Itenni l-kundanna tiegħu tal-attakki kontinwi min-naħa tal-awtoritajiet Ċiniżi fuq il-monasteri Tibetani u jitlob lill-Gvern Ċiniż jiggarantixxi l-libertà tat-twemmin reliġjuż lill-poplu tat-Tibet kif ukoll liċ-ċittadini kollha tiegħu;
14. Jinsisti li l-awtoritajiet Ċiniżi jiżvelaw x'sar mill-vittmi kollha li taw in-nar lilhom infushom fit-Tibet;
15. Itenni t-talba tiegħu li l-awtoritajiet Ċiniżi jiżvelaw x'sar minn Chedun Choekyi Nyima, il-11il Panchen Lama;
16. Jitlob lill-awtoritajiet Ċiniżi jħarsu l-libertajiet fundamentali lingwistiċi, kulturali, reliġjużi u libertajiet oħra tat-Tibetani u biex jevitaw politiki ta' ċaqliq favur il-persuni Han u għaż-żvantaġġ tat-Tibetani f'territorji storiċi tat-Tibet kif ukoll jisfurzaw nomadi Tibetani jabbandunaw l-sitil ta' għajxien tradizzjonali tagħhom;
17. Jitlob lill-awtoritajiet Ċiniżi biex ineħħu r-restrizzjonijiet kollha u jippermettu aċċess mingħajr ostakli u libertà tal-moviment madwar it-Tibet lill-midja indipendenti, lill-ġurnalisti u lis-sorveljanti tad-drittijiet tal-bniedem;
18. Jitlob li r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, ladarba jinħatar, jirrapporta regolarment dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, b'mod partikolari ir-rigward tat-Tibet;
19. Iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-UE biex taħtar koordinatur speċjali b'mandat li jirrapporta b'mod regolari dwar it-Tibet sabiex isir progress fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem tal-poplu Tibetan, inkluż id-dritt tagħhom li jippreservaw u jiżviluppaw l-identità distintiva u t-turija reliġjuża, kulturali u lingwistika ta' din l-identità, biex jingħata appoġġ lil djalogu kostruttiv u negozjati bejn il-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-emissarji tal-Qdusija Tiegħu d-Dalai Lama u biex tingħata għajnuna lir-refuġjati Tibetani, b'mod partikolari fin-Nepal u fl-Indja;
20. Jitlob biex il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-UE tindirizza s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tibet f'kull laqgħa mar-rappreżentanti tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina;
21. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvern u l-parlament tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-gvern Tibetan f'eżilju, lill-parlament Tibetan f'eżilju u lill-Qdusija Tiegħu id-Dalai Lama.
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' April 2011 bit-titolu “L-Att dwar is-Suq Uniku. Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u tissaħħaħ il-fiduċja'Flimkien għal tkabbir ġdid” (COM(2011)0206),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta “Ottubru 2010 bit-titolu ”Lejn Att dwar is-Suq Uniku għal ekonomija tas-suq soċjali kompetittiva ħafna: 50 proposta biex intejbu l-ħidma, in-negozju u l-iskambji ma' xulxin' (COM(2010)0608),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2012 bit-titolu “Nagħmlu Suċċess mis-Suq Uniku – Kontroll Annwali fuq il-Governanza 2011” (SWD(2012)0025),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tas-16 ta' Awwissu 2011 bit-titolu “Is-Suq Uniku f'għajnejn il-poplu: Ħarsa ġenerika tal-20 tħassib ewlieni taċ-ċittadini u n-negozji” (SEC(2011)1003),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Kompetittività tal-10 ta' Diċembru 2010,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar suq uniku għall-impriżi u t-tkabbir(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar suq uniku għall-Ewropej(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar il-governanza u s-sħubija fis-Suq Uniku(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar l-eżitu tal-Forum tas-Suq Uniku(5), li sar fi Krakow (il-Polonja) fit-3-4 ta' Ottubru 2011, u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2011,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi s-Suq Uniku Ewropew ġab miegħu benefiċċji tremendi għaċ-ċittadini tal-Ewropa, filwaqt li fetaħ opportunitajiet ġodda għan-negozji Ewropej, speċjalment għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs);
B. billi s-Suq Uniku huwa mutur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjieg fl-Unjoni Ewropea; billi l-Ewropej għadhom ma bbenefikawx bis-sħiħ mill-potenzjal tas-Suq Uniku f'ħafna oqsma u billi jinħtieġu inċentivi ġodda, b'mod partikolari biex jiżguraw il-mobbiltà effettiva tax-xogħol fl-Ewropa kollha, flimkien ma' koeżjoni soċjali adegwata, u biex jiffaċilitaw il-bejgħ u x-xiri transkonfinali;
C. billi s-Suq Uniku ma jistax jitiqies b'mod iżolat minn oqsma oħra ta' politika orizzontali, b'mod partikolari s-saħħa, il-protezzjoni soċjali u tal-konsumatur, il-liġi tax-xogħol, l-ambjent, l-iżvilupp sostenibbli u l-politiki esterni; billi l-implimentazzjoni konkreta tal-Istrateġija UE 2020 teħtieġ approċċ żviluppat bis-sħiħ għall-approfondiment tas-Suq Uniku;
D. billi t-tendenza ekonomika negattiva attwali, u l-adozzjoni mill-ġdid ta' attitudnijiet ekonomiċi protezzjonisti fl-Istati Membri, heddew uħud mis-suċċessi l-aktar viżibbli tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea, li jfisser li jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi oriġinarjament stabbiliti mid-Direttiva dwar is-Servzzi, u sadanittant jiġi evitat li jsir dannu għas-setturi ekonomiċi tradizzjonali;billi s-Suq Uniku huwa meħtieġ aktar minn qatt qabel bħala mezz biex terga' tieħu r-ruħ l-ekonomija Ewropea, billi jipprovdi reazzjoni konkreta għall-kriżi fit-tul attwali, u biex jiżgura l-vijabbiltà tal-proġett Ewropew fuq medda twila ta' żmien;
E. billi l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jaqblu dwar kalendarju vinkolanti, u dwar il-miżuri konkreti meħtieġa biex jinfurzaw il-leġiżlazzjoni tas-Suq Uniku u biex jiġu aboliti l-ostakli kollha mhux ġustifikati li fadal għall-moviment ħieles ta' oġġetti, servizzi u ħaddiema;
F. billi l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jiffokaw fuq l-adozzjoni u l-implimentazzjoni fil-pront tal-partijiet prinċipali tal-leġiżlazzjoni dwar it-tkabbir, filwaqt li jagħtu prijorità lill-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u t-tnaqqis tal-burokrazija;
I.Introduzzjoni
1. Jenfasizza li t-tisħiħ tas-Suq Uniku u li jiġi sostent bil-governanza ekonomika ottimali għandu jkun fil-qalba tal-aġenda tat-tkabbir tal-UE, u jitlob li s-Suq Uniku jitlesta bl-akbar determinazzjoni u ħeffa, filwaqt li titqies id-dimensjoni ekonomika, soċjali u ambjentali;
2. Jenfasizza r-rilevanza strateġika tal-Att dwar is-Suq Uniku, u l-identifikazzjoni “tat-tnax-il lieva” għal tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklussiv, bħala kontribut importanti għat-tisħiħ tas-Suq Uniku b'mod komprensiv u bbilanċjat; jenfasizza li l-Att dwar is-Suq Uniku huwa r-riżultat ta' proċess wiesa' ta' konsultazzjoni interistituzzjonali u mal-partijiet interessati;
3. Huwa tal-fehma li għandha tingħata prijorità immedjata għall-adozzjoni tat-12-il azzjoni ewlenija tal-Att dwar is-Suq Uniku, speċjalment dawk li se jiffaċilitaw it-tlestija tas-suq uniku diġitali, fejn possibbli, sa tmiem l-2012; jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ewlenin immirati lejn it-traspożizzjoni bikrija, ferm qabel l-iskadenza;
4. Jemmen li hemm bżonn li jinżamm il-pass milħuq fir-rigward tal-Att dwar is-Suq Uniku u għalhekk jipproponi li l-Att dwar is-Suq Uniku għandu jkun programm li jibqa' għaddej u li jiġi aġġornat u rivedut kull sena; jilqa' l-pjan tal-Kummissjoni biex ikompli jiġi approfondit is-Suq Uniku billi jittieħed kont tal-progress miksub fir-rigward tal-Att dwar is-Suq Uniku qabel tmiem l-2012, bl-għan li jiġi ffaċilitat it-tkabbir u tittejjeb il-governanza tas-Suq Uniku; itenni li l-Att dwar is-Suq Uniku għandu jindirizza wkoll il-problemi soċjoekonomiċi tal-UE u għandu jaħdem lejn suq li jkun għas-servizz taċ-ċittadini;
5. Huwa tal-fehma li l-passi li jmiss għal azzjonijiet ta' prijorità għandhom ikunu bbażati prinċipalment fuq “it-tnax-il lievi” li jgħatu spinta lit-tkabbir, tal-Att dwar is-Suq Uniku, sabiex tiġi ffokata l-attenzjoni politika, jiġi żgurat kunsens dwar progress'il quddiem b'bażi bbilanċjata, u jsir japprofondiment u mmodernizzar tas-Suq Uniku, b'attenzjoni speċjali għall-promozzjoni tal-benefiċċji tiegħu għall-konsumaturi u n-negozji; huwa tal-fehma li s-Suq Uniku għandu wkoll jippreserva benesseri soċjali u jiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti;
6. Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposti dettaljati relevanti sar-Rebbiegħa 2013;
II.Il-governanza tas-Suq Uniku
7. Itenni li t-tmexxija b'saħħitha min-naħa tal-istituzzjonijiet Ewropej, u s-sjieda politiku min-naħa tal-Istati Membri, huma meħtieġa biex jirrestawraw il-kredibbiltà tas-Suq Uniku u l-fiduċja fih;
8. Jenfasizza li traspożizzjoni fqira u tardiva, u implimentazzjoni u infurzar inadegwati tar-regoli, jipprevjenu liċ-ċittadini u n-negozji milli jieħdu vantaġġ sħiħ mill-benefiċċji tas-Suq Uniku;
9. Itenni l-ħtieġa li jitnaqqas id-defiċit ta' traspożizzjoni tad-Direttivi tas-Suq Uniku għal 0,5 % għal-leġiżlazzjoni pendenti u 0,5 % għal-leġiżlazzjoni trasposta b'mod inkorrett sal-aħħar tal-2012;
10. Jenfasizza li jeħtieġ li jkun hemm anqas leġiżlazzjoni tal-UE li hija aqwa; għalhekk, jistieden lill-Kummisjoni tuża fejn xieraq u prinċipalment fejn ma jkunx hemm bżonn aktar diskrezzjoni fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, aktar ir-regolamenti minflok id-direttivi bħala l-istrument legali ppreferut għar-regolamentazzjoni tas-Suq Uniku peress li għandhom vantaġġi evidenti f'termini ta' effiċjenza u effikaċja u joħolqu ambjent b'kundizzjonijiet ekwi għaċ-ċittadini u n-negozji, u għandhom potenzjal akbar għal infurzar privat;
11. Jistieden lill-Kummissjoni tiffoka l-isforzi tagħha biex ittejjeb l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tas-Suq Uniku, speċjalment fis-settur tas-servizzi u l-oġġetti, li mistennija jkollhom l-ogħla potenzjal biex jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni ssegwi ksur relatat mas-Suq Uniku fil-pront u b'mod vigoruż;
12. Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra mekkaniżmi innovattivi, bħalma hija l-proċedura ta' valutazzjoni reċiproka tadd-Direttiva tas-Servizzi, ħalli tkun żgurata applikazzjoni aktar effettiva tal-liġi tal-UE;
13. Iqis li t-tabelli ta' korrelazzjoni jżidu t-trasparenza fil-proċess għall-iżgurar tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE;
14. Jistieden lill-UE u l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom biex jerġgħu jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi b'25 % sal-2015 u jimmodernizzaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom;
15. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa “test ta' proporzjonalità” biex tiġi identifikata leġiżlazzjoni tal-UE sproporzjonata, u biex tali leġiżlazzjoni tiġi rrevokata;
16. Jilqa' “il-Kontroll tal-Governanza” tal-Kummissjoni għall-2011, li jippreżenta għall-ewwel darba perspettiva integrata tal-istrumenti differenti użati “fiċ-ċiklu ta' governanza tas-Suq Uniku”, inklużi t-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern, ir-Rapport Annwali Solvit u l-websajt “L-Ewropa Tiegħek”; jafferma mill-ġdid u bil-qawwa l-pożizzjoni tiegħu dwar l-importanza ta' punt uniku ta' servizz; ifaħħar lill-Kummissjoni għall-ħidma tagħha fuq il-portal L-Ewropa Tiegħek, u jħeġġeġ it-tlestija tal-iżvilupp ta' dan l-istrument innovattiv li jservi bħala element komplementari essenzjali għan-netwerk “Punti ta' Kuntatt Uniku” billi jipprovdi bieb uniku għall-informazzjoni kollha u jgħin is-servizzi meħtieġa miċ-ċittadini u n-negozji biex jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom fis-Suq Uniku;
17. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta mingħajr dewmien pjan ta' azzjoni għat-tisħiħ ulterjuri tar-rwol tas-SOLVIT, tal-Pariri tal-Ewropa Tiegħek u taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi, fost servizzi ta' assistenza oħra, sabiex tagħmilhom aktar viżibbli għaċ-ċittadini u n-negozji;
18. Jisħaq dwar l-importanza ta' involviment aktar b'saħħtu u aktar bikri tal-partijiet interessati fit-tfassil, l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri meħtieġa biex tingħata spinta lit-tkabbir u lid-drittijiet taċ-ċittadini fis-Suq Uniku; jenfasizza, barra minn hekk, li d-djalogu mas-sħab soċjali, mal-parlamenti nazzjonali u mas-soċjetà ċivili għandu rwol essenzjali fir-restawr tal-fiduċja fis-Suq Uniku, u għalhekk għandu jitpoġġa fil-qalba tas-Suq Uniku mġedded;
19. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvolvu liċ-ċittadini aktar mill-qrib fl-iżvilupp tas-Suq Uniku, b'mod partikolari billi jipprovdu informazzjoni aktar ċara li permezz tagħha se jkunu jistgħu jimmonitorjaw l-infurzar tar-regoli tas-Suq Uniku, billi jitrawwem id-djalogu u l-komunikazzjoni maċ-ċittadini sabiex jifhmu aħjar l-aspettattivi tagħhom, u billi jiġi żgurat li ċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jissodisfaw l-obbligi tagħhom;
20. Itenni l-ħtieġa ta' monitoraġġ kontinwu tal-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Suq Uniku fl-ogħla livell politiku; jilqa' l-impenn tal-Kunsill Ewropew permezz tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Suq Uniku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni u t-traspożizzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni dwar is-Suq Uniku permezz ta' monitoraġġ indipendenti aktar sistematiku sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni kollha. jipproponi li t-traspożizzjoni tista' titjieb billi ssir ħidma mill-qrib mal-Istati Membri biex jinkixfu l-problemi li jaffrontaw meta jkunu qegħdin jittrasponu leġiżlazzjoni, inklużi l-kunflitti mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tgħinhom;
21. Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja t-tlestija tas-Suq Uniku fi ħdan l-eżerċizzju annwali tas-Semestru Ewropew, filwaqt li tqis il-Kontroll annwali tal-Governanza SMA u l-mekkaniżmi ta' rappurtar tat-Tabella ta' Valutazzjoni; huwa tal-fehma li l-monitoraġġ annwali għandu jivvaluta sa liema punt il-konsumaturi u n-negozji jibbenefikaw mis-Suq Uniku, u għandu jirrapporta dwar kwalunkwe xkiel għall-funzjonament tiegħhu;
22. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi inizjattiva ddedikata għat-Tkabbir mibnija fuq il-kunċett ta' Ekonomija Ewropea tas-Suq Soċjali, ibbażata fuq is-semestru Ewropew, l-SMA l-Istrateġija UE2020 u d-deċiżjonijiet eżistenti relevanti, u li tkun sostnuta b'finanzjament minn, inter alia, il-Fondi Strutturali, bonds tal-proġetti u l-Programm ta' Qafas għar-Riċerka; jissuġġerixxi li l-inizjattiva għat-Tkabbir għandha tkun approvata politikament mill-Kunsill Ewropew u mill-Parlament Ewropew, wara konsultazzjoni mal-parlamenti nazzjonali, u li dan il-proċess għandu jagħti kontribut għal rakkomadazzjonjiet speċifiċi skont il-pajjiż li jqisu l-istat ta' implimentazzjoni tas-Suq Uniku;
III.Il-passi li jmiss għat-tkabbir
23. Jemmen li huwa importanti li s-setturi li għandhom impatt dirett fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u l-ħtiġijiet tal-konsumatur għandhom jitpoġġew fiċ-ċentru tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni tas-Suq Uniku;
24. Ifakkar l-importanza ta' mekkaniżmu ta' rimedju effettiv bħala mezz biex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu jistgħu jfittxu li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom; jenfasizza li ċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati aħjar dwar dawn il-mekkaniżmi ta' rimedju u l-istrumenti għar-riżoluzzjoni tal-problemi bl-għan li jkun iffaċilitat ir-rimedju tal-konsumatur f'xiri transkonfinali ta' prodotti u servizzi;
25. Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jiżguraw implimentazzjoni sħiħa u kompleta tad-Direttiva tas-Servizzi, inter alia, bit-twaqqif ta' Punti ta' Kuntatt Uniku li faċli għall-utent u komprensivi, u biex isegwu l-proċess ta' valutazzjoni reċiproka u l-kontrolli tal-prestazzjoni; iqis li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-integrazzjoni ta' dawn il-Punti ta' Kuntatt Uniku meħtieġa skont il-Pakkett dwar il-Prodotti;
26. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq il-mekkaniżmu ta' trasparenza previst fl-Artikolu 59 tad-Direttiva MRPQ (Rikonoxximent Reċiproku tal-Kwalifiki Professjonali) biex jiġu identifikati l-oqsma fejn l-Istati Membri qegħdin jimblukkaw b'mod sproporzjonat, l-aċċess għal professjonijiet regolati;
27. Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-akkwist pubbliku għat-tistiħ tal-innovazzjoni u l-kompetittività u għalhekk jitlob iż-żamma tal-isforz li qed isir f'dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali jimplimentaw il-leġiżlazzjoni ġdida dwar akkwisti pubbliċi b'mod strateġiku li jiggarantixxi li l-flus pubbliċi investiti f'xogħlijiet, servizzi u provvisti jwasslu għal tkabbir sostenibbli, ħolqien tal-impjiegi u koeżjoni soċjali;
28. Jenfasizza l-ħtieġa li l-fondi tal-UE li ma ntefqux jintużaw fil-pront għall-miżuri li jindirizzaw b'mod effiċjenti r-rata għolja tal-qgħad fost iż-żgħażagħ; jistieden lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jaqblu malajr dwar miri u miżuri vinkolanti fil-qasam tal-mobbiltà taż-żgħażagħ (“Żgħażagħ Attivi”), kif ukoll biex jimplimentaw fil-pront l-Inizjattiva Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ;
29. Jinsisti li, fl-era diġitali, l-Unjoni għandha tirrealizza bis-sħiħ il-potenzjal u l-opportunitajiet offruti permezz tal-Internet, il-kummerċ elettroniku u d-diffużjoni tal-ICTs fl-SMEs u fl-amministrazzjoni pubblika għall-iżvilupp ulterjuri tas-Suq Uniku, filwaqt li tagħmilhom disponibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE; jenfasizza li l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda għandu jqis il-bżonn li jiġu protetti ċ-ċittadini, il-konsumaturi u l-SMEs;
30. Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-iżvilupp tas-suq uniku diġitali bħala prijorità sabiex il-konsumaturi jkollhom aċċess bis-sħiħ għal offerti aktar kompetittivi ta' prodotti u servizzi; jitlob azzjoni ulterjuri min-naħa tal-Istati Membri b'koordinazzjoni mal-Kummissjoni biex jingħelbu l-ostakli li jżommu liċ-ċittadini milli jkollhom aċċess għal servizzi onlajn;
31. Jitlob aġenda ambizzjuża tal-Konsumatur, li tinkludi azzjonijiet leġiżlattivi u politiċi, immirati biex jagħtu s-setgħa bis-sħiħ lill-konsumaturi medji kif ukoll lil dawk vulnerabbli;
32. Jenfasizza r-rwol tal-bejgħ bl-imnut bħala mutur għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, u bħala pedament tas-Suq Uniku; jilqa' l-adozzjoni ppjanata tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Bejgħ bl-Imnut komprensiv tal-Kummissjoni, li jistabbilixxi strateġija għal suq bl-imnut aktar effiċjenti u ġust fl-Ewropa, li jibni fuq kisbiet pożittivi u jindirizza l-isfidi pendenti, kif ukoll il-Komunikazzjoni li tevalwa miżuri nazzjonali fis-seħħ li jindirizzaw relazzjonijiet kuntrattwali; ifakkar li l-Pjan ta' Azzjoni, u r-riżultati tad-djalogu bejn diversi partijiet interessati dwar prassi B2B (negozju għal negozju), se jiġu ppreżentati fl-ewwel Laqgħa ta' Diskussjoni dwar is-Suq bl-Imnut, li se ssir fl-aħħar tal-2012;
33. Jemmen li d-dimensjoni esterna tas-Suq Uniku teħtieġ li tissaħħaħ, b'mod partikolari billi tittejjeb il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istandardizzazzjoni internazzjonali, u li s-sinerġiji li jistgħu jinkisbu bejn il-politiki ekonomiċi esterni u interni tal-Unjoni, jiġifieri bejn is-Suq Uniku u l-kummerċ, għandhom jiġu segwiti;
34. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jippromwovu l-implimentazzjoni ta' Ajru Uniku Ewropew II, li fir-rigward tiegħu l-użu tas-SESAR se jkollu rwol importanti u jistieden lill-Kummissjoni biex sal-2013, tipproponi proposta dwar it-tlestija ta' spazju uniku Ewropew permezz ta' tnaqqis fin-numru ta' blokok funzjonali tal-ispazju tal-arja,
35. Jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati infrastrutturi għall-industriji ta' netwerks kbar u għas-servizzi pubbliċi - inklużi servizzi ta' enerġija u trasport bħal netwerks ferrovjarji Trans-Ewropej, u komunikazzjonijiet elettroniċi bħall-aċċess broadband fl-UE kollha - bħala lieva għall-kompetittività, it-tkabbir u l-impjieg; jenfasizza l-ħtieġa li jinħoloq suq Ewropew intern tal-enerġija sabiex inaqqas id-dipendenza enerġetika tal-UE, ittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-UE u jtejjeb l-affordabilità tal-prezzijiet;
36. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012, proposta għal direttiva li jkun fiha d-dispożizzjonijiet relatati mar-relazzjoni bejn l-immanniġġjar tal-infrastruttura u l-operazzjonijiet tat-trasport, kif ukoll proposta għall-ftuħ tas-suq nazzjonali tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri li ma tnaqqasx il-kwalità tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju u tissalvagwardja l-obbligi tas-servizz pubbliku,
37. Jenfasizza l-ħtieġa li jitrawwem ir-rwol tal-SMEs fis-Suq Uniku billi jiġi żgurat aċċess għal kreditu u finanzjament, u billi jiġi implimentat kompletament is-Small Business Act;
38. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri li jtejbu l-kundizzjonijiet ta' qafas għall-industrija, u għall-SMEs, speċjalment billi jissaħħu l-azzjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment għas-sostenn tal-aċċess għal finanzi, u biex titrawwem ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jiżdiedu sostanzjalment il-programmi prinċipali tal-UE għar-Riċerka u l-Iżvilupp u billi jsir użu aħjar tal-fondi li ma ntefqux għall-proġetti li jsaħħu t-tkabbir;
39. Ifakkar it-talba tiegħu għall-14-il Direttiva tal-Liġi tal-Kumpaniji dwar it-trasferiment transkonfinali tas-sede tal-kumpaniji, u jenfasizza li tali Direttiva se tiffaċilita b'mod konsiderevoli l-mobbiltà tal-kumpaniji fl-Ewropa; jitlob, barra minn hekk, lill-Kummissjoni, tippreżenta proposti leġiżlattivi li jsegwu fuq il-Green Paper dwar il-Governanza Korporattiva u tinkludihom fil-Programm ta' Ħidma 2013;
40. Jiddeplora l-irtirar tar-regolament propost għall-istatut tas-soċjetajiet reċiproċi Ewropej, u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tressaq proposta ġdida; jitlob lill-Kummissjoni terġa' tibda taħdem fuq id-Disa' Direttiva tal-Liġi tal-Kumpaniji dwar gruppi ta' kumpanniji sabiex jiġi pprovdut qafas regolatorju għal din il-forma komuni ta' assoċjazzjoni tan-negozju, u b'hekk toħloq sett ta' regoli komuni fir-rigward ta', inter alia, il-protezzjoni ta' sussidjarji u partijiet interessati, u trasparenza akbar fl-istruttura legali u tas-sjieda;
41. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti biex jittejbu l-istrumenti finanzjarji disponibbli għas-sostenn ta' tkabbir sostenibbli, bħal progetti ta' bonds għal investimenti fit-tul, u biex toħroġ komunikazzjoni dwar il-kontribut tal-politika tal-kompetizzjoni għall-innovazzjoni u t-tkabbir, u tirrevedi r-regoli eżistenti kif meħtieġ;
42. Jitlob lill-Kummissjoni tressaq b'urġenza proposti li jtejbu l-protezzjoni għall-investituri u għal klijenti bl-imnut oħra fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, b'mod partikolari prodotti ta' investiment mhux professjonali offruti flimkien (PRIPS), impriżi għall-investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (UCITS), u medjazzjoni fl-assigurazzjoni u skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni;
43. Jenfasizza l-importanza ta' infrastruttura tas-suq finanzjarju soda biex issostni s-Suq Uniku, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti bikrija dwar mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tal-kriżijiet fir-rigward ta' tali infrastruttura; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza ta' segwitu bikri għall-Karta Strateġika tal-Kummissjoni dwar il-futur tal-VAT;
44. Jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa fl-livell nazzjonali u Ewropew, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkoordinaw il-politiki fiskali b'mod adegwat sabiex titġi evitata d-distorsjoni fil-funzjonament tas-Suq Uniku, jiġi garantit ambjent b'kundizzjonijiet ekwi għan-negożji u ċ-ċittadini u jiġu żgurati finanzji pubbliċi fis-sod;
45. Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tipproduċi tabella ta' valutazzjoni li tippreżenta l-ostakli affrontati mill-ħaddiema tal-Unjoni li jixtiequ jagħmlu użu mid-dritt tagħhom għal moviment liberu, li tiddeskrivi kif dawn l-ostakli qed jiġu indirizzati fl-Istati Membri u li sservi biex tevalwa jekk ġewx indirizzati kompletament u b'mod effettiv, mhux l-inqas billi teżamina l-fenomenu ta' “dumping soċjali”; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta' azzjoni biex jitneħħew l-ostakli persistenti li jaffrontaw iċ-ċittadini tal-Unjoni li jixtiequ jagħmlu użu mid-dritt tagħhom li jiċċaqalqu u li jmorru jaħdmu fi Stat Membru ieħor;
46. Huwa tal-fehma li l-Ewropej għadhom ma sfruttawx kompletament il-potenzjal tas-Suq Uniku f'ħafna oqsma, inkluż il-moviment liberu tal-persuni u tal-ħaddiema, u li jintħieġu inċentivi importanti, b'mod partikolari, biex jiżguraw mobbiltà tax-xogħol effettiva fl-Ewropa kollha, notevolment permezz tal-garanzija tal-portabbiltà tas-sigurtà soċjali u d-drittijiet tal-pensjoni;
47. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, filwaqt li jikkonformaw mar-Regolament(KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 153 TFUE, jagħmlu studji sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħarsien tas-sigurtà soċjali għal ċittadini mobbli fl-UE, kif ukoll l-ugwaljanza tat-trattament bħaċ-ċittadini tal-pajjiż ikkonċernat, billi jqisu wkoll sistema ta' sigurtà soċjali fakultattiva, volontarja u trasferibbli fil-livell Ewropew, li tkun komplementarja għas-sistema ġenerali, sabiex tkun stabbilita kooperazzjoni aktar mill-qrib fil-qasam tal-politika soċjali;
o o o
48. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
– wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika dwar il-futur tad-dritt soċjetarju Ewropew imnedija mill-Kummissjoni fl-20 ta' Frar 2012(1),
– wara li kkunsidra l-konferenza dwar “Id-Dritt Soċjetarju Ewropew: it-triq ”il quddiem“, organizzata mill-Kummissjoni fis-16 u s-17 ta' Mejju 2011(2),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta' Riflessjoni dwar il-Futur tad-Dritt Soċjetarju tal-Ewropa tal-5 ta' April 2011(3),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' April 2011 intitolata “L-Att dwar is-Suq Uniku – Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja – ”Flimkien għal tkabbir ġdid'“(COM(2011)0206),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2011 “Inizjattiva għan-negozju soċjali – Il-ħolqien ta' klima favorevoli għall-intrapriżi soċjali, il-partijiet interessati ewlenin fl-ekonomija soċjali u l-innovazzjoni” (COM(2011)0682),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Lulju 2007 dwar ambjent ta' negozju simplifikat għall-kumpaniji fl-oqsma tal-liġi tal-kumpaniji, il-kontabilità u l-verifika (COM(2007)0394),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Mejju 2003 dwar “L-Immodernizzar tal-Liġijiet tal-Kumpaniji u t-Titjib tal-Governanza tal-Kumpaniji fl-Unjoni Ewropea - Pjan biex nimxu ”l quddiem' (COM(2003)0284),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' April 2004 dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: Modernizzazzjoni tal-Liġi tal-Kumpaniji u Tisħiħ tal-Governanza tal-Kumpaniji fl-Unjoni Ewropea – Pjan biex Nimxu ”l Quddiem“(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2006 dwar l-iżviluppi riċenti u l-prospetti fir-rigward tal-liġi tal-kumpaniji(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-Kumpanija Privata Ewropea u l-Erbatax-il Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji dwar it-trasferiment tas-sede tal-kumpanija(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2009 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-trasferiment transkonfinali tal-uffiċċju reġistrat ta' kumpanija(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Novembru 2010 dwar aspetti tad-dritt ċivili, tad-dritt kummerċjali, tad-dritt tal-familja u tad-dritt internazzjonali privat tal-Pjan ta' Azzjoni li jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2012 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-14-il direttiva dwar il-Liġi tal-kumpaniji rigward it-trasferiment transkonfinali tas-sedi tal-kumpaniji(9),
– wara li kkunsidra l-mistoqsija tal-7 ta' Mejju 2012 lill-Kummissjoni dwar il-futur tad-dritt soċjetarju Ewropew (O-000110/2012 – B7-0117/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-qafas regolatorju tal-UE għal-liġi tal-kumpaniji u l-governanza tal-kumpaniji hemm bżonn li jiġi adattat sabiex jirrifletti t-tendenza dejjem tiżdied li kumpaniji Ewropej joperaw b'mod transkonfinali ġewwa l-UE u l-integrazzjoni kontinwa tas-swieq Ewropej,
B. billi l-objettiv ġenerali huwa li n-negozji fl-Ewropa jkunu jistgħu jikkompetu b'mod iktar effettiv u jiksbu suċċess ikbar f'ambjent dinji kompetittiv ħafna, filwaqt li jiġi żgurat ħarsien adegwat tal-interessi tal-kredituri, azzjonisti, membri u impjegati;
C. billi qafas regolatorju b'użu faċli jinkoraġġixxi n-negozji, b'mod partikolari lis-SME, li japprofittaw mill-opportunitajiet offruti mis-suq uniku;
D. billi kull inizjattiva futura għandha tkun kumpatibbli mas-sistemi nazzjonali ta' governanza soċjetarja u mal-liġijiet nazzjonali dwar l-involviment tal-ħaddiema, filwaqt li jkollha l-objettiv ta' iktar flessibilità u libertà tal-għażla fir-rigward tal-forom ta' kumpaniji, tqassim intern tas-setgħat u strateġiji sostenibbli tal-kumpaniji;
E. billi hemm potenzjal mhux użat fil-forom legali tal-kumpaniji fil-livell Ewropew li għandu jiġi esplorat, żviluppat u promoss ulterjorment;
F. billi l-mobilità transkonfinali għall-kumpaniji għandha tkun faċilitata;
G. billi l-kriżi finanzjarja wriet il-bżonn ta' qafas ta' governanza soċjetarja iktar ċar li jiffoka b'iktar qawwa fuq il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati;
1. Jilqa' l-konsultazzjoni pubblika reċenti tal-Kummissjoni dwar il-futur tad-dritt soċjetarju Ewropew, li għandha tgħin biex jissawru inizjattivi futuri maħsuba biex jissemplifikaw l-ambjent kummerċjali għall-kumpaniji, inaqqsu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa u jippermettu lill-kumpaniji joperaw b'mod effettiv fi ħdan is-suq uniku, filwaqt li jiżguraw ħarsien adegwat tal-interessi tal-kredituri, azzjonisti, membri u impjegati;
2. Huwa tal-fehma li l-forom tal-kumpaniji tal-UE li jissuplimentaw il-forom eżistenti disponibbli skont id-dritt nazzjonali għandhom potenzjal konsiderevoli u għandhom jiġu żviluppati u promossi ulterjorment; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, sabiex tissodisfa l-bżonnijiet speċifiċi tas-SME, tagħmel iktar sforzi biex jiġi adottat L-Istatut tal-Kumpaniji Privati (SPE)(10), li jkun jista' jikkunsidra bis-sħiħ l-interessi tal-partijiet interessati kollha, ħalli tingħeleb is-sitwazzjoni ta' staġnar fil-Kunsill;
3. Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni qed tmexxi studju dwar l-impriżi mutwi Ewropej, kif imħabbar fl-Inizjattiva għan-negozju soċjali tagħha msemmija hawn fuq(11), u jħeġġiġha tagħmel passi mgħaġġla biex tressaq proposta ġdida għal statut;
4. Jemmen li riformi possibbli lit-Tieni Direttiva dwar id-Dritt Soċjetarju(12) għandhom jiffukaw fuq semplifikazzjoni ulterjuri minflok l-introduzzjoni ta' skema alternattiva għall-formazzjoni u ż-żamma tal-kapital;
5. Jilqa' r-rieżami tad-direttivi tal-kontabilità u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tesplora iktar il-possibilitajiet li jiġu żviluppati standards Ewropej ta' kontabilità, b'mod partikolari fir-rigward tal-bżonnijiet speċifiċi tas-SME, billi jitqiesu l-ideat tradizzjonali ta' sostenibilità, ippjanar fuq żmien twil, sjieda familjari u aspetti tradizzjonali oħra tas-SME;
6. Jemmen li għandha tingħata l-kunsiderazzjoni xierqa lill-issoktar tal-ħidma fuq il-Ħames Direttiva dwar id-Dritt Soċjetarju fir-rigward tal-istruttura u t-tħaddim tal-kumpaniji pubbliċi b'responsabilità limitata;
7. Itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi miżuri maħsuba biex jiffaċilitaw il-mobilità transkonfinali għall-kumpaniji fi ħdan l-UE (l-14-il Direttiva dwar id-Dritt Soċjetarju dwar it-trasferiment transkonfinali tas-sedi tal-kumpaniji);
8. Ifakkar illi, fil-Ftehim ta' Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kummissjoni, din tal-aħħar ħadet l-impenn li tirrapporta dwar segwitu konkret għal kwalunkwe talba biex titressaq proposta skont l-Artikolu 225 TFUE fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tar-riżoluzzjoni korrispondenti fis-sessjoni plenarja; jiddeplora l-fatt li dan l-impenn ma ġiex irrispettat fir-rigward tar-riżoluzzjoni tal-Parlament b'rakkomandazzjonijiet dwar l-14-il Direttiva dwar id-Dritt Soċjetarju; jitlob lill-Kummissjoni tikkonforma mal-ftehim ta' qafas billi tressaq rapporti ta' segwitu iktar dettaljati fil-ġejjieni;
9. Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tkompli b'ħidmitha fuq id-Disa' Direttiva dwar id-Dritt Soċjetarju dwar gruppi ta' kumpaniji sabiex tipprovdi qafas regolatorju għal din il-forma komuni ta' assoċjazzjoni ta' negozju; jemmen li mhemmx bżonn ta' leġiżlazzjoni soċjetarja Ewropea kompletament armonizzata dwar il-gruppi, iżda minflok jenħtieġ sett ta' regoli komuni, fost l-oħrajn dwar il-ħarsien tas-sussidjarji u l-partijiet interessati u żieda fit-trasparenza fir-rigward tal-istruttura legali u ta' sjieda;
10. Ifakkar li, skont l-Aġenda tar-regolamentazzjoni intelliġenti tal-Kummissjoni, il-leġiżlazzjoni għandha tkun iktar ċara u aċċessibbli; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tikkodifika d-dritt soċjetarju tal-UE biex tipprovdi sett ta' regoli li faċli jintużaw u biex tiġi żgurata l-konsistenza tal-liġi tal-UE; jirrikonoxxi l-merti ta' strument uniku ta' dritt soċjetarju tal-UE, iżda jemmen li d-direttivi dwar id-dritt soċjetarju għandhom jinġabru flimkien bħala l-ewwel pass; jissuġġerixxi li dawn jinġabru f'kategoriji, inkluż il-formazzjoni u t-tħaddim (eż. l-Ewwel u t-Tieni Direttivi u d-direttivi dwar il-kontabilità u l-verifika), il-mobilità (eż. it-Tielet(13), is-Sitt(14), l-Għaxar(15), il-Ħdax(16) u t-Tlettax-il(17) Direttiva u l-14-il Direttiva Futura) u l-forom ta' dritt soċjetarju tal-UE (eż. SE, SCE, GEIE); jenfasizza li l-proġett ta' kodifikazzjoni m'għandux, ovvjament, iwassal biex jitwaqqfu l-attivitajiet ta' riforma neċessarji;
11. Huwa tal-fehma li kwistjonijiet ta' kunflitt tal-liġijiet għandhom ukoll jiġu solvuti fil-qasam tad-dritt soċjetarju u li proposta akkademika f'dan il-qasam(18) tista' sservi bħala punt inizjali għal ħidma ulterjuri fuq regoli ta' kunflitt tal-liġijiet fir-rigward tal-operazzjonijiet soċjetarji transkonfinali;
12. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq pjan ta' azzjoni fejn tindika t-triq li għandha tittieħed wara l-konsultazzjoni, li għandu jippreżenta fil-qosor inizjattivi fuq medda ta' żmien qasira, medja u twila biex jittejjeb il-qafas regolatorju għad-dritt soċjetarju Ewropew; jemmen li inizjattivi fuq medda qasira ta' żmien għandhom jinkludu l-14-il Direttiva dwar id-Dritt Soċjetarju u miżuri li jtejbu l-qafas tal-UE għall-governanza soċjetarja, filwaqt li inizjattivi fuq medda medja ta' żmien għandhom jindirizzaw, pereżempju, id-Disa' Direttiva dwar id-Dritt Soċjetarju, u inizjattivi fuq medda twila ta' żmien għandhom jittrattaw il-kodifikazzjoni tad-dritt soċjetarju tal-UE;
13. Jenfasizza li jistenna li inizjattivi fuq medda qasira ta' żmien jiġu inklużi formalment fil-programm ta' ħidma leġiżlattiva għall-2013, u li jiġu stabbiliti dati mira għal inizjattivi fuq medda ta' żmien medja u twila;
14. Itenni t-talba preċedenti tiegħu li l-Kummissjoni tanalizza l-problemi fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti sabiex is-sejbiet ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati meta jitqiesu proposti leġiżlattivi ġodda;
15. Ifakkar li kwalunkwe proposta leġiżlattiva mressqa mill-Kummissjoni għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-impatt li tkun tqis l-interessi tal-partijiet kollha interessati, inklużi l-investituri, il-proprjetarji, il-kredituri u l-impjegati, f'konformità sħiħa mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;
16. Jitlob lill-Kummissjoni biex tinforma b'mod komprensiv lill-Parlament dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni tagħha dwar il-futur tad-dritt soċjetarju Ewropew u biex tispjega fid-dettall id-deċiżjonijiet li tkun se tieħu bħala riżultat ta' din il-konsultazzjoni;
17. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.
H.-J. Sonnenberger (ed.), Vorschläge und Berichte zur Reform des europäischen und deutschen internationalen Gesellschaftsrechts – Vorgelegt im Auftrag der zweiten Kommission des Deutschen Rates für Internationales Privatrecht, Spezialkommission Internationales Gesellschaftsrecht, Mohr Siebeck, Tübingen, 2007.
Lejn irkupru mogħni bl-impjiegi
243k
79k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi” (2012/2647(RSP))
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 bit-titolu “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi” (COM(2012)0173),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 bit-titolu “Qafas ta' Kwalità għall-Apprendistati” (SWD(2012)0099),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 dwar l-isfruttament tal-potenzjal fir-rigward tal-impjiegi li joffru s-servizzi personali u tal-unitajiet domestiċi (SWD(2012)0095),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 bit-titolu “Ir-Riforma tal-EURES biex jintlaħqu l-miri ta' Ewropa 2020” (SWD(2012)0100),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 bit-titolu “L-Implimentazzjoni tal-Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ: l-ewwel passi li ttieħdu” (SWD(2012)0098),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 dwar ix-xejriet u l-isfidi tas-suq tax-xogħol (SWD(2012)0090),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 bit-titolu “Swieq tax-xogħol miftuħa, dinamiċi u inklużivi” (SWD(2012)0097),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 bit-titolu “l-Isfruttament tal-potenzjal għall-impjiegi li toffri t-Teknoloġija tal-Informatika” (SWD(2012)0096),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 dwar Pjan ta' azzjoni dwar il-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa tal-UE (SWD(2012)0093),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 bit-titolu “L-isfruttament tal-potenzjal fir-rigward ta' impjiegi li joffri t-tkabbir ekoloġiku” (SWD(2012)0092),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2010 intitolata “Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta' impjiegi” (COM(2010)0682) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-26 ta' Ottubru 2011(1) dwarha,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-istejtus ta' min jitħarreġ, tal-internship u tal-apprendistat(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar kuntratti atipiċi, karrieri professjonali sikuri, flessigurtà u forom ġodda ta' djalogu soċjali(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2010 dwar l-iżvilupp tal-potenzjal ta' ħolqien ta' impjiegi ta' ekonomija sostenibbli ġdida(4),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2010 dwar “Politiki dwar impjiegi għal ekonomija kompetittiva, b'livell baxx ta' karbonju, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u ekoloġika”,
– wara li kkunsidra l-istudju taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali (Cedefop) “Ħiliet għal Impjiegi Ekoloġiċi”, 2010,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea(5),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta' Jannar 2011 intitolata “Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir: l-avvanz tar-rispons komprensiv tal-UE għall-kriżi” (COM(2011)0011), u l-Abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi anness magħha,
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2011 intitolat “Progress lejn l-objettivi Ewropej komuni għall-edukazzjoni u t-taħriġ” (SEC(2011)0526),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali biex tiġi appoġġjata l-Istrateġija Ewropa 2020(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali(7),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi, minħabba dgħufijiet strutturali persistenti u l-kriżi ekonomika, ir-rati ta' qgħad żdiedu minn 9,5 % għal 10,2 % fl-2010 u fl-2012 rispettivament, b'mod li ammontaw għal total ta' 6 miljun impjieg li ntilfu mill-2008 “l hawn;
B. billi l-isfida f'termini ta' impjiegi, inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar qed tikber, kif qed jagħmlu d-diverġenzi bejn l-Istati Membri u bejn ir-reġjuni;
C. billi l-perspettiva għall-2012, skont it-tbassir tal-Kummissjoni, hija saħansitra iktar sfavorevoli, peress li l-PDG tal-UE fl-2012 għandu jistaġna u f'bosta Stati Membri se jkun hemm riċessjoni;
D. billi se jkollhom jinħolqu 17.6 miljun impjieg ġdid biex tintlaħaq il-mira tal-impjiegi stabbilita fl-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, li titlob li jkun hemm 75 % ta' dawk bejn l-20 u l-64 sena f'impjieg sal-2020;
E. billi l-instabilità tal-impjiegi hija, fuq kollox, traġedja umana għall-ħaddiema u għall-familji tagħhom u timplika ħela ta' kapaċità produttiva, peress li l-ħiliet għandhom it-tendenza li jintilfu konsegwenza ta' rotazzjoni eċċessiva bejn impjiegi u perjodi twal ta' qgħad jew nuqqas ta' attività;
F. billi l-qgħad huwa partikolarment għoli fost iż-żgħażagħ, parzjalment minħabba nuqqas ta' tqabbil bejn il-provvista ta' ħiliet u d-domanda għalihom, iżda ta' spiss ukoll irrispettivament mil-livell ta' edukazzjoni tagħhom;
G. billi l-miżuri ta' awsterità li għandhom bħala għan il-konsolidament fiskali u li qed jiġu applikati f'numru ta' Stati Membri kkontribwew għal żidiet sinifikanti fil-qgħad;
H. billi l-kriżi finanzjarja wasslet għal żidiet sinifikanti fil-qgħad u l-ekonomiji f'ħafna Stati Membri qed jonqsu milli jipproduċu tkabbir adegwat biex jindirizzaw din il-problema;
I. billi, sabiex ikun hemm livell għoli ta' impjiegi, huwa wkoll neċessarju li jiġu implimentati l-konsolidament fiskali u l-irkupru tal-ekonomija, sew billi jinżamm il-livell ta' konsum intern kif ukoll billi aktar nies jiġu mġiegħla jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-istat soċjali;
J. billi r-riformi tal-liġijiet tax-xogħol f'ħafna Stati Membri ma wasslux għal opportunitajiet ta' xogħol aktar kwalitattivi iżda minflok ippromwovew suq tax-xogħol b'żewġ livelli fejn numru li qed jiżdied ta' ħaddiema – u ta' spiss l-aktar gruppi vulnerabbli ta' ħaddiema, bħan-nisa, il-ħaddiema żgħażagħ u l-migranti – qed jaħdmu f'kundizzjonijiet ta' prekarjetà permanenti u b'salarji baxxi;
K. billi l-impenji stabbiliti fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tal-Istati Membri ta' spiss mhumiex biżżejjed biex jilħqu l-parti l-kbira tal-miri fil-livell tal-UE stipulati fl-Istrateġija UE 2020;
L. billi l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-UE għall-2012 jitlob li tittieħed azzjoni determinata biex tintensifika l-ħolqien tal-impjiegi u tiżgura rkupru li jkun mogħni bl-impjiegi, u billi dan il-messaġġ ġie mtenni b'mod qawwi waqt il-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2012;
M. billi hija r-responsabbiltà ta' min ifassal il-politika, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE, li jiżgura li jkunu disponibbli faċilitajiet adegwati ta' edukazzjoni u taħriġ għall-ħaddiema biex jadattaw is-settijiet ta' ħiliet tagħhom għal strutturi ekonomiċi u xejriet fil-qasam tal-impjiegi li qed jinbidlu;
N. billi l-promozzjoni ta' ekonomija soċjali, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, sostenibbli u kompetittiva hija waħda mill-objettivi tal-Istrateġija UE 2020;
O. billi jistgħu diġà jiġu osservati defiċits f'ħiliet speċjalizzati kwalifikati f'oqsma li huma kritiċi għall-innovazzjoni, u sal-2020 tal-anqas 40 % tal-impjiegi huma mistennija jkunu fi professjonijiet kwalifikati ħafna u li ma jinvolvux xogħol manwali;
P. billi, skont statistika riċenti, wieħed minn kull erbgħa minn min iħaddem fl-Ewropa jirrapporta diffikultà sabiex jirrekluta, filwaqt li l-ħaddiema kummerċjali kwalifikati, it-tekniċi u l-inġiniera huma l-aktar diffiċli biex jinstabu;
Q. billi l-investiment fir-riċerka, fl-innovazzjoni, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, li huwa vitali għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien tal-impjiegi, għadu f'livell aktar baxx fl-UE milli fis-sħab ekonomiċi u kompetituri tiegħu f'partijiet oħra tad-dinja;
1. Jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni biex tikkomplementa l-prijoritajiet fil-qasam tal-impjiegi fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir bi gwida politika fuq perjodu medju li jkollha l-għan li tilħaq il-miri stabbiliti fl-Istrateġija UE 2020; jilqa' l-firxa wiesgħa indirizzata mill-Pakkett tal-Impjiegi u jfaħħar il-bidla li kienet ilha mitluba fil-politika favur il-ħolqien tal-impjiegi; jitlob li jsir l-investiment meħtieġ fil-potenzjal ta' impjiegi u tkabbir fl-ekonomija ekoloġika, is-settur tas-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali u l-ICT, inkluż l-investiment fil-ħiliet, fit-taħriġ u f'salarji ogħla;
2. Jikkundanna l-fatt li, minkejja l-impenn politiku tagħhom waqt il-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa 2012 u l-gwida tal-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni, il-parti l-kbira tal-Istati Membri ma ppreżentawx Pjan Nazzjonali dwar l-Impjiegi bħala parti mill-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012, li fih jispeċifikaw miżuri komprensivi għall-ħolqien tal-impjiegi, l-impjiegi ekoloġiċi, ir-rabta bejn il-politiki tal-impjiegi u l-istrumenti finanzjarji, ir-riformi tas-suq tax-xogħol u skeda ta' żmien ċara dwar kif l-aġenda ta' riforma nazzjonali se tiġi implimentata tul it-tnax-il xahar li jmiss;
3. Jirrimarka li l-politiki tas-suq tax-xogħol ma jistgħux jikkumpensaw għal politiki makroekonomiċi li qed ifallu, u jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-erba' objettivi tal-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO fil-proposti kollha li huma mmirati għall-ħolqien tal-impjiegi: il-ħolqien tal-impjiegi, il-garanzija tad-drittijiet fil-post tax-xogħol, l-estensjoni tal-protezzjoni soċjali u l-promozzjoni tad-djalogu soċjali;
4. Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal sistema ta' monitoraġġ tas-suq tax-xogħol u skema ta' traċċar individwali għal pajjiżi li ma jikkonformawx ma' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi f'din is-sistema monitoraġġ biex tgħin sabiex isir progress lejn l-objettiv tal-faqar u tal-inklużjoni soċjali ta' UE 2020;
5. Iħeġġeġ lill-Kapijiet tal-Istati u tal-Gvernijiet tal-UE biex jimpenjaw ruħhom favur pakkett Ewropew dwar l-investiment qabel tmiem l-2012; jemmen li pakkett bħal dan jista' joħroġ l-Ewropa mill-kriżi jekk ikun jinkludi impenn konkret fil-livell nazzjonali u Ewropew fir-rigward ta' investiment biex jiġu stimolati tkabbir sostenibbli u impjiegi f'setturi importanti bħall-effiċjenza u l-ġestjoni tar-riżorsi, ir-rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u r-riċiklaġġ/l-użu mill-ġdid; jindika d-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija bħala eżempju konkret ta' leġiżlazzjoni Ewropea li tista' toħloq sa 2 miljun impjieg ġdid;
6. Jilqa' l-proposta li jitnaqqas is-sehem tat-taxxa fuq ix-xogħol b'mod li jkun newtrali għall-baġit; ifakkar li l-medja tas-sehem tat-taxxa bejn dak li jkollu jħallas min iħaddem biex jimpjega ħaddiem u s-salarju reali tal-ħaddiem ta' spiss hija “l fuq minn 40 % fl-UE; jemmen liċ-ċaqliq tal-piż fiskali jista” jippermetti lill-kumpaniji li jibbenefikaw minn dawn l-eżenzjonijiet/tnaqqis biex joħolqu impjiegi ġodda jew iżidu l-pagi;
7. Jaqbel mal-Kummissjoni li miri aktar ambizzjużi fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli jiskattaw l-investimenti u konsegwentament l-impjiegi f'teknoloġiji ta' ġenerazzjoni li jeħtieġu ħafna għarfien; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimxu lejn mudell ekonomiku bbażat fuq il-prinċipju tal-użu effiċjenti tar-riżorsi; jindika l-konklużjoni tal-Kummissjoni li kull punt perċentwali ta' tnaqqis fl-użu tar-riżorsi jista' jwassal għal massimu ta' bejn 100 000 u 200 000 impjieg ġdid;
8. Jappoġġa l-idea li l-intraprenditorija, in-negozji li għadhom fil-fażi inizjali tagħhom u l-impjieg indipendenti għandhom jiġu promossi bħala mezz kif jinħolqu aktar impjiegi, b'mod partikolari peress li l-SMEs u l-mikrointrapriżi jipprovdu aktar minn żewġ terzi tal-impjiegi fis-settur privat tal-UE, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-investiment f'dawn l-oqsma, b'mod partikolari permezz tal-akkwist pubbliku u l-aċċess għall-finanzi;
9. Jilqa' l-investiment fl-intrapriżi soċjali u fl-intraprenditorija soċjali, ħaġa li tipprovdi għażla tajba biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet soċjali li mhumiex issodisfati b'beni u b'servizzi pubbliċi;
10. Jitlob lill-Kummissjoni tosserva l-prinċipju “L-Ewwel Aħseb fiż-Żgħir” u timmonitorja bir-reqqa l-implimentazzjoni ta' tnaqqis xieraq biex tiżgura li l-SMEs ma jbatux minn piż amministrattiv sproporzjonat jew ostakoli għall-kummerċ ħieles fis-Suq Uniku, filwaqt li tiżgura li d-dritt fil-qasam tax-xogħol u r-regolamenti soċjali jiġu rispettati kif suppost fil-livelli kollha;
11. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jneħħu immedjatament ir-restrizzjonijiet kollha għall-aċċess ħieles għas-suq tax-xogħol għall-ħaddiema mill-Bulgarija u mir-Rumanija; jindika l-impatt negattiv li dawn ir-restrizzjonijiet għandhom fuq l-impjieg mhux iddikjarat u irregolari u l-abbuż li jseħħ;
12. Jistieden lill-Istati Membri jintensifikaw il-ġlieda tagħhom kontra x-xogħol informali jew mhux iddikjarat u “l-impjieg indipendenti furzat” billi jipprovdu biżżejjed mezzi għall-finijiet tal-ispezzjoni tax-xogħol, jintroduċu kampanji ta' informazzjoni dwar ir-riskji u l-iżvantaġġi tax-xogħol illegali, jikkumbinaw aktar infurzar u infurzar aħjar tal-liġijiet u l-istandards tax-xogħol eżistenti biex jiġġieldu kontra x-xogħol mhux iddikjarat, l-applikazzjoni ġenerali tal-prinċipju tal-ugwaljanza, rwol aktar qawwi għall-UE fil-promozzjoni ta' aktar kooperazzjoni u koordinament u kooperazzjoni u koordinament aħjar bejn l-ispettorati tax-xogħol u dawk soċjali nazzjonali, b'miżuri preventivi b'kontrolli u sanzjonijiet adegwati u billi jimmonitorjaw mill-qrib il-progress li jsir f'dan il-qasam;
13. Jilqa' t-tnedija tal-konsultazzjoni pubblika dwar l-impjiegi fis-setturi tas-saħħa u tal-kura soċjali; iqis li dawn is-setturi jista' jkollhom rwol importanti fl-ilħiq tal-miri fil-qasam tal-impjiegi u tal-inklużjoni soċjali tal-UE 2020; jistieden lill-Kummissjoni, f'kull proposta politika fil-ġejjieni, tqis il-Konvenzjoni tal-ILO, issupplimentata b'rakkomandazzjoni dwar il-ħaddiema domestiċi biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol eżistenti f'dawn is-setturi;
14. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-politika ta' koeżjoni, il-FAEŻR u l-FEMS huma sorsi importanti ta' investiment li jistimolaw it-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-użu effiċjenti ta' dawn il-fondi u tal-Faċilità ta' Mikrofinanzjament sal-potenzjal sħiħ tagħhom għal investiment fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fl-impjieg indipendenti, fil-mobilità tal-ħaddiema u fil-produttività;
15. Jitlob li jkun hemm ipproċessar aktar rapidu u faċli tal-proċeduri ta' applikazzjoni u ta' approvazzjoni għall-programmi ta' finanzjament tal-UE għat-tkabbir u l-innovazzjoni;
16. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tenfasizza l-benefiċċju tal-istabbiliment ta' pagi minimi fil-livell tal-Istati Membri biex tiġġieled kontra l-faqar fost dawk li jaħdmu u d-dumping soċjali u tagħti spinta lid-domanda aggregata; iqis li kwalunkwe proposta bħal din għandha tieħu nota tal-prattiki nazzjonali tan-negozjar kollettiv u tirrispettahom;
17. Huwa konvint li l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi għandha tkun adattata biex tħeġġeġ lill-kumpaniji joħolqu impjiegi ġodda, tgħin biex tiżdied il-mobbiltà u l-kapaċità ta' aġġustament tas-swieq tax-xogħol u fl-istess ħin tgħin biex tiġi indirizzata s-segmentazzjoni fl-UE;
18. Jitlob lill-Kummissjoni tindirizza l-kawżi reali tas-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, bħall-inugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nuqqas ta' politiki biex jiġi appoġġjat il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;
19. Jaqbel li l-flessibbiltà interna tal-organizazzjoni tal-ħin tax-xogħol tista' tgħin biex jinżammu l-impjiegi u jitnaqqsu l-kostijiet ta' aġġustament fi żminijiet ta' kontrazzjoni ekonomika, għalkemm ma tistax tissostitwixxi l-politiki ta' tkabbir; jenfasizza madankollu li l-miżuri jridu jkunu mfassla għaċ-ċirkostanzi soċjali, innegozjati mas-sħab soċjali u jkunu konsistenti mal-interessi kemm ta' min iħaddem kif ukoll tal-ħaddiema;
20. Jaqbel mal-Kummissjoni li t-tipi kollha ta' arranġamenti kuntrattwali għandhom jagħtu lil min ikollu impjieg aċċess għal sett ta' drittijiet, inklużi drittijiet għal pensjoni, protezzjoni soċjali u aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja;
21. Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tniedi l-Panorama tal-Ħiliet tal-UE, li se ttejjeb it-trasparenza u l-aċċess għal min qed ifittex impjieg u se żżid il-mobbiltà tal-ħaddiema;
22. Jilqa' l-inizjattiva leġiżlattiva riċenti tal-Kummissjoni dwar il-kwalifiki professjonali; iqis li huwa kruċjali li jissaħħaħ ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi u tal-kwalifiki professjonali u li jiġi żviluppat mekkaniżmu ta' rikonoxximent reċiproku msaħħaħ tal-kompetenzi u tal-ħiliet;
23. Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel il-Passaport Ewropew tal-Ħiliet realtà qabel tmiem l-2012 biex tiżgura l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni f'termini tal-mezzi u l-post fejn ikunu nkisbu l-ħiliet, tippermetti li jkun hemm aktar effiċjenza fit-tqabbil tad-domanda għall-ħiliet u l-provvista tagħhom u tippromwovi l-mobbiltà tal-ħaddiema minn naħa għall-oħra tal-fruntieri;
24. Jilqa' d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Qafas ta' Kwalità għall-Apprendistati u jistenna b'ħerqa r-riżultati tal-istudju dwar ħarsa ġenerali lejn l-arranġamenti ta' apprendistat fl-Istati Membri, u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi li l-apprendistati għandhom dejjem ikunu assoċjati ma' proċess ta' kwalifika; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta malajr kemm jista' jkun proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas ta' Kwalità għall-Apprendistati u Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Garanziji għaż-Żgħażagħ, u tiddefinixxi standards minimi li jappoġġaw l-offerta u t-twettiq ta' apprendistati ta' kwalità għolja;
25. Jenfasizza li s-sitwazzjoni tal-impjieg taż-żgħażagħ tiddependi ferm mis-sitwazzjoni ekonomika ġenerali; jenfasizza l-importanza tal-appoġġ, tal-gwida u tal-monitoraġġ taż-żgħażagħ fit-tranżizzjoni tagħhom mill-edukazzjoni għall-ħajja professjonali; jistieden lill-Kummissjoni tallinja l-proposti leġiżlattivi futuri f'dan il-qasam mal-inizjattivi “Żgħażagħ Attivi” u “Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ”; jistieden lill-Istati Membri jibdew skambju tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ;
26. Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jaħtfu, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, kull opportunità biex jiżguraw li kull żagħżugħ tal-UE jkun jistà jibda xogħol jew taħriġ wara perjodu massimu ta' erba' xhur ta' qgħad billi jimplimentaw il-Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ, jemmen li l-Istati membri għandhom jagħmlu l-Garanzija taż-Żgħażagħ legalment infurzabbli biex tittejjeb b'mod effikaċi s-sitwazzjoni taż-żgħażagħ li la għandhom impjieg u lanqas mhu qed isegwu kors ta' edukazzjoni jew taħriġ u biex tingħeleb b'mod gradwali l-problema tal-qgħad taż-żgħażagħ fl-UE; jenfasizza li l-Garanzija taż-Żgħażagħ teħtieġ appoġġ finanzjarju Ewropew speċifiku, speċjalment fl-Istati Membri bl-ogħla rati ta' qgħad fost iż-żgħażagħ;
27. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra l-qgħad u l-qgħad fost iż-żgħażagħ b'allokazzjonijiet mhux użati mill-Fondi Strutturali;
28. Jingħaqad mal-Kummissjoni fl-appell tagħha sabiex l-Istati Membri jsaħħu l-użu tagħhom tas-sistema EURES; jenfasizza r-rwol ewlieni tal-EURES fil-funzjonament tas-Suq Intern permezz tal-għoti ta' pariri lill-ħaddiema u lil min qed ifittex impjieg fir-rigward tad-drittijiet tagħhom fi Stati Membri oħrajn; jitlob li l-Parlament Ewropew ikun involut b'mod sħiħ fir-rigward tar-riforma tal-istruttura u l-governanza tan-netwerk EURES;
29. Jilqa' l-inizjattivi tal-Kummissjoni mmirati lejn it-tnaqqis tal-iżvantaġġi u l-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol billi jipprovdu pagi ugwali u servizzi adegwati għall-kura tat-tfal, u billi jeliminaw id-diskriminazzjoni kollha u d-diżinċentivi fil-qasam tal-benefiċċji fiskali li jwaqqfu lin-nisa milli jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni ulterjuri f'dawn l-oqsma;
30. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef il-ħidma fuq id-Direttiva dwar it-Trasferibbiltà tal-Pensjonijiet, peress li l-inċertezza legali rigward id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali u d-drittijiet għall-pensjoni hija waħda mill-ostakoli ewlenin għall-moviment ħieles tal-ħaddiema;
31. Jistieden lill-Istati Membri jadottaw jew iżommu politiki li jiffavorixxu t-tkabbir, inkluża l-prijoritizzazzjoni tal-infiq fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, minkejja l-miżuri ta' awsterità li saru neċessarji minħabba l-kriżi ekonomika u l-ħtieġa li jiġi minimizzat il-piż tad-dejn pubbliku, speċjalment fiż-żona tal-euro;
32. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-mobbiltà ġusta u tiġġieled kwalunkwe abbuż tal-ħaddiema li jintbagħtu jaħdmu barra minn pajjiżhom kemm fil-pajjiżi ospitanti kif ukoll f'dawk tal-oriġini;
33. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.
– wara li kkunsidra r-rapporti ppreżentati fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Protokoll Fakultattiv tiegħu, u l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili pprattikata fl-UE(1),
– wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-5 ta' Diċembru 2011 bit-titolu “It-tmiem għall-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa”,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO tat-8 ta' Marzu 2010 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa fl-Unjoni Ewropea, li jappellaw għal approċċ internazzjonali biex tiġi miġġielda l-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-12 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika,
– wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom, adottati mill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali fit-8 ta' Diċembru 2008,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2011 dwar il-prijoritajiet u l-punti ewlenin ta' qafas politiku ġdid tal-UE għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni, inklużi l-implikazzjoni għall-politika strateġika dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-UE(3),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa hija abbuż irreparabbli li intenzjonalment ibiddel jew jikkawża ħsara lill-partijiet ġenitali tal-bniet għal raġunijiet mhux mediċi, b'konsegwenzi irriversibbli u li attwalment taffetwa 140 miljun mara u tifla, u billi kull sena 3 miljun tifla oħra huma fir-riskju li jgħaddu minn din il-proċedura;
B. billi, skont il-WHO, 500 000 mara fl-Ewropa qegħdin jgħixu bil-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa u huwa stmat li 180 000 tifla huma fir-riskju; billi, skont l-esperti, dawn iċ-ċifri huma anqas mir-realtà u ma jqisux il-migranti tat-tieni ġenerazzjoni jew dawk mingħajr dokumenti;
C. billi kull forma ta' mutilazzjoni ġenitali tan-nisa hija prattika tradizzjonali dannuża li li ma tistax titqies li hi parti minn reliġjon, iżda hija att ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet li tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom, b'mod partikolari d-dritt għas-sigurtà u l-integrità personali u s-saħħa fiżika u mentali, u tas-saħħa sesswali u riproduttiva tagħhom, filwaqt li, fil-każ ta' bniet li huma minorenni, tikkostitwixxu wkoll abbuż mit-tfal; billi tali vjolazzjonijiet ma jistgħu f'ebda ċirkostanza jkunu ġġustifikati għal raġunijiet ta' tradizzjonijiet kulturali ta' diversi tipi jew ta' ċerimonji ta' inizjazzjoni,
D. billi, filwaqt li l-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa hija, fiha nnifisha, ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tikkawża ġrieħi serji ħafna u irreparabbli fuq terminu qasir u twil għas-saħħa fiżika u mentali tan-nisa u l-bniet li jgħaddu minnha, u b'hekk tikkostitwixxi assalt gravi fuq il-persuna u l-integrità tagħhom, u f'xi każijiet tista' tkun saħansitra fatali; billi l-użu ta' strumenti rudimentali u l-assenza ta' prekawzjonijiet antisettiċi għandhom effetti dannużi ulterjuri, tant li r-rapport sesswali u l-ħlas jistgħu jkunu ta' wġigħ, l-organi milquta ssirilhom ħsara irreparabbli u jista' jkun hemm kumplikazzjonijiet bħalma huma l-emorraġija, stat ta' xokk, infezzjoni, it-trażmissjoni tal-virus tal-AIDS, it-tetanu, tumuri beninji u kumplikazzjonijiet serji li jaffettwaw it-tqala u l-ħlas,
E. billi l-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa hija espressjoni ta' relazzjonijiet ta' setgħa inugwali u forma ta' vjolenza kontra n-nisa, flimkien ma' forom oħra ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, u billi huwa assolutament neċessarju li l-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa tiġi inkorporata f'approċċ ġenerali u koerenti għall-ġlieda kontra l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru u l-vjolenza kontra n-nisa;
1. Jilqa' d-deċiżjoni tas-56 Sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa tat-8 ta' Marzu 2012 li l-kwistjoni tal-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa għandha tiġi diskussa mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti waqt is-67 sessjoni tagħha li jmiss;
2. Jistieden lill-Assemblea Ġenerali tan-NU tadotta riżoluzzjoni waqt is-67 sessjoni tagħha bil-ħsieb li ttemm il-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa globalment – kif intalab mis-Samit tal-Unjoni Afrikana tal-1 ta' Lulju 2011 – billi tarmonizza l-azzjoni meħuda mill-istati membri u tipprovdi rakkomandazzjoni u linji gwida għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-istrumenti legali reġjonali u internazzjonali u leġiżlazzjoni nazzjonali;
3. Jiddikjara li, billi l-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa titwettaq l-aktar fuq bniet żgħar bejn l-infanzja u l-età ta' 15-il sena, hija tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tat-tfal; itenni li s-27 Stat Membru lkoll impenjaw ruħhom li jħarsu d-drittijiet tat-tfal fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal;
4. Jistieden lill-Istati Membri jkomplu jirratifikaw l-istrumenti internazzjonali u jimplimentawhom permezz ta' leġiżlazzjoni komprensiva li tipprojbixxi l-forom kollha tal-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa u li tipprevedi sanzjonijiet effettivi kontra min iwettaq dan ir-reat; jinnota li l-leġiżlazzjoni għandha wkoll tawtorizza sensiela sħiħa ta' miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni, inklużi mekkaniżmi biex jikkoordinaw, jimmoniterjaw u jevalwaw l-infurzar tal-liġi, u għandha ttejjeb il-kundizzjonijiet li jippermettu lin-nisa u l-bniet jirrappurtaw każijiet ta' mutilazzjoni ġenitali tan-nisa;
5. Jistieden lill-entitajiet relevanti tan-NU u lis-soċjetà ċivili, permezz tal-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji xierqa, jappoġġaw b'mod attiv programmi immirati u innovattivi u jxerrdu l-aħjar prattiki li jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-bniet f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, inklużi dawk li sofrew il-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa, u li għandhom diffikultà ta' aċċess għas-servizzi u l-programmi;
6. Jitlob lis-Segretarju Ġenerali tan-NU jiżgura li l-organizzazzjonijiet u l-entitajiet rilevanti kollha tan-NU, b'mod partikolari l-Fond tan-NU għat-Tfal, il-Fond tan-NU għall-Popolazzjoni, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, l-Organizzazzjoni Edukattiva, Xjentifika u Kulturali tan-NU (UNESCO), l-Entità tan-NU dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Għotja tas-Setgħa lin-Nisa, il-Fond għall-Iżvilupp tan-NU għan-Nisa, il-Programm ta' Żvilupp tan-NU u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod individwali u kollettiv, jinkorporaw il-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniet sabiex ma jkunux suġġetti għall-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa fil-programmi nazzjonali tagħhom, kif xieraq, u skont il-prijoritajiet nazzjonali, sabiex isaħħu ulterjorment l-isforzi tagħhom f'dan ir-rigward;
7. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġati l-membri tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tan-nisa, fil-ħidma fi ħdan il-komunitajiet tagħhom biex itemmu l-vjolenza fuq in-nisa, inkluża l-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa;
8. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-miżuri maħsuba biex jiġġieldu l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru u li jippromwovu l-għoti tas-setgħa lin-nisa jiġu integrati fil-politiki u l-programmi tal-iżvilupp kollha tal-UE permezz tal-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar il-Ġeneru tal-2010; jenfasizza l-importanza li titqajjem il-kuxjenza, tal-mobilizzazzjoni tal-komunità, tal-edukazzjoni u t-taħriġ u tal-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u s-soċjetà ċivili fil-pajjiżi sħab; jirrimarka li l-isforzi sabiex jiġu eliminati l-attitudnijiet u l-prattiki dannużi li jaffettwaw lill-bniet b'mod negattiv iwasslu biss għal suċċess jekk ikun hemm l-involviment sħiħ tal-atturi prinċipali kollha, inklużi l-mexxejja reliġjużi u tal-komunità, u dawk li jaħdmu direttament mal-bniet, inklużi l-ġenituri, il-familji u l-komunitajiet;
9. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċifika lill-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa bħala parti minn strateġija ġenerali għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, inkluża azzjoni konġunta kontra l-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa;
10. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni li t-tmiem tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet tqisha bħala prijorità u, permezz tal-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji xierqa, tappoġġa programmi immirati u innovattivi fi ħdan l-Unjoni Ewropea u f'pajjiżi terzi;
11. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu azzjoni iebsa biex tiġi miġġielda din il-prattika illegali;
12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-Istati Membri.
Proteżijiet tas-sider difettużi magħmulin minn ġel tas-silikon manifatturati mill-kumpanija Franċiża PIP
233k
69k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar il-proteżijiet tas-sider difettużi magħmulin minn ġel tas-silikon manifatturati mill-kumpanija Franċiża PIP (2012/2621(RSP))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 184 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-innovazzjoni fis-settur tat-tagħmir mediku(1);
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta' Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem(3),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro(4),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2000 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar il-mezzi mediċi li għandhom fihom derivattivi stabbli tad-demm uman jew plażma umana(5),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar Riskji Sanitarji Emerġenti u dawk li ġew Identifikati Reċentement (SCENIHR) dwar “is-sikurezza tal-prodotti tas-silikon manifatturati mill-Kumpanija Poly Implant Prothèse” ppubblikata fl-1 ta' Frar 2012(6),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet(7) tal-Konferenza ta' Livell Għoli dwar is-Saħħa dwar l-innovazzjoni fit-teknoloġija medika li nżammet fi Brussell fit-22 ta' Marzu 2011,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2001 dwar il-petizzjonijiet iddikjarati ammissibbli dwar il-proteżijiet tas-silikon (Petizzjonijiet Nri 0470/1998 u 0771/1998)(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2012 dwar “Lejn Approċċ Ewropew Koerenti għar-Rimedju Kollettiv”(9),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem, id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar mezzi mediċi u Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali(10),
– wara li kkunsidra l-mistoqsija tat-18 ta' April 2012 lill-Kummissjoni dwar il-proteżijiet tas-sider difettużi magħmulin minn ġel tas-silikon manifatturati mill-kumpanija Franċiża PIP (O-000101/2012 – B7-0118/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi skont il-konstatazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa Franċiżi, manifattur Franċiż (Poly Implant Prothèse) qed jiġi investigat fuq l-użu frodulenti ta' materjal ta' kwalità baxxa (silikon industrijali) li huwa differenti mill-materjal indikat fid-dokumenti ppreżentati għall-valutazzjoni ta' konformità (silikon ta' grad mediku approvat);
B. billi hemm nuqqas ta' data kemm klinika kif ukoll epidemjoloġika fuq ir-riskji potezjali tal-proteżijiet tas-sider manifatturati mill-PIP;
C. billi għall-proteżijiet tat-tielet ġenerazzjoni fi zmien 10 snin minn meta jiddaħħlu fil-ġisem hemm rata ta' ftuq ta' 10-15%;
D. billi t-testijiet immexxija mill-awtoritajiet Franċiżi fuq l-integrità fiżika ta' kampjun ta' proteżijiet tas-sider magħmula mis-silikon tal-PIP indikaw punti debboli fl-istrutturi tal-qoxriet maħduma mill-PIP li ma nstabux fi proteżijiet oħra disponibbli fis-suq;
E. billi r-Rapport SCENIHR li talbet il-Kummissjoni fil-bidu ta' Jannar 2012 jenfasizza li hemm ċertu tħassib dwar il-possibbiltà ta' infjammazzjoni pprovokata minn proteżijiet tas-silikon tal-PIP li jkunu miftuqin jew li jkunu jnixxu;
F. billi n-nuqqas ta' reġistrazzjoni ta' proteżijiet tas-sider fil-livell tal-Ewropa kollha jfisser li n-numru totali ta' nisa li rċevew proteżijiet mhuwiex magħruf; billi, madankollu, huwa stmat abbażi tad-data disponibbli pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea li nbiegħu madwar 400 000 proteżi tas-sider tas-silikon tal-PIP fid-dinja kollha; billi ħafna nisa fir-Renju Unit (40 000), Franza (30 000), Spanja (10 000), il-Ġermanja (7 500) u l-Portugall (2 000) għandhom proteżijiet tas-sider tas-silikon tal-PIP;
G. billi l-pazjenti għandhom bżonn ikunu jafu li l-proteżijiet mhumiex permanenti u jista' jagħti l-każ li jkollhom bżonn jiġu sostitwiti jew imneħħija; billi l-pazjenti għandhom bżonn ukoll jiġu mgħarrfa dwar il-kwalità tal-proteżijiet u r-riskji potenzjali assoċjati magħhom;
H. billi t-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-mezzi mediċi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ma pprevenietx din il-frodi fil-qasam tas-saħħa, li kellha, u se jkompli jkollha, impatt negattiv serju fuq is-saħħa fid-dinja kollha;
I. billi din il-frodi fil-qasam tas-saħħa kixfet nuqqas ta' funzjonament fil-livell Ewropew u dak nazzjonali, b'mod partikolari n-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-komunità internazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambju ta' informazzjoni u n-notifika tal-effetti avversi, u nuqqas ta' traċċabbiltà tal-materja prima użata għall-mezzi mediċi;
J. billi l-każ tal-proteżijiet tal-PIP, bħall-każ tal-bdil tal-għadma tal-ġenbejn, juri l-falliment tas-sistema attwali ta' ċertifikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza kif ukoll tal-kontroll u s-sorveljanza tal-korpi notifikati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali skont id-Direttiva dwar il-Mezzi Mediċi (2007/47/KE);
K. billi x-xewqa li jiġi pprovdut aċċess ta' malajr għal mezzi mediċi ġodda għall-pazjenti qatt ma għandha tieħu preċedenza fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sikurezza tal-pazjenti;
L. billi d-Direttiva dwar il-Mezzi Mediċi (2007/47/KE) se tiġi rieżaminata fl-2012; billi huwa essenzjali li jintgħallmu l-lezzjonijiet mill-ikkummerċjar frodulenti tal-proteżijiet tal-PIP b'tali mod li s-sorveljanza u l-kontrolli u r-rekwiżiti tas-sikurezza għat-tqegħid ta' prodotti fis-suq jiġu msaħħa fil-livell nazzjonali u fil-livell Ewropew;
M. billi d-data disponibbli tindika li ħafna proteżijiet tal-PIP ġew manifatturati minn silikon ta' grad li mhuwiex mediku li fih komponenti li jistgħu jdgħajfu l-qoxra tal-proteżijiet u jinfirxu fit-tessuti tal-ġisem;
1. Jinnota li għadd ta' Stati Membri taw parir lill-pazjenti biex jikkonsultaw lill-kirurgu tagħhom, jew irrakkomandaw lill-pazjenti li jfittxu li bħala prekawzjoni jitneħħewlhom il-proteżijiet tas-sider magħmula mill-PIP;
2. Jinnota, madankollu, li jeżistu inugwaljanti bejn l-Istati Membri peress li xi wħud taw liċ-ċittadini tagħhom parir konfliġġenti dwar x'azzjoni għandhom jieħdu, fatt li ħoloq konfużjoni fost il-pazjenti;
3. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fi ħdan il-qafas ġuridiku eżistenti, b'mod partikolari fl-oqsma tas-sorveljanza tas-suq, il-viġilanza u l-ispezzjoni, u jagħmlu l-kontrolli aktar stretti, bil-għan li jipprovdu garanzija aħjar tas-sikurezza tal-pazjenti, speċjalment dawk li huma esposti għal mezzi mediċi b'livell ta' riskju għoli;
4. Jenfasizza li wara li jwettqu valutazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li jkunu ttieħdu, jew li qed jiġu kkunsidrati, sabiex tiġi minimizzata l-possibbiltà li tali inċidenti jerġgħu jseħħu;
5. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas ġuridiku xieraq biex tiġi ggarantita s-sikurezza tal-proteżijiet tas-sider u tat-teknoloġija medika b'mod ġenerali;
6. Jitlob li jiġu introdotti u implimentati miżuri speċifiċi essenzjali u immedjati fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni li hemm fis-seħħ dwar il-meżżi mediċi, maħsuba b'mod partikolari sabiex:
–
jiġu msaħħa l-kontrolli fuq il-mezzi mediċi li diġà jinsabu fis-suq, inklużi dawk li jużaw kampjuni;
–
jiġi żgurat li, fil-kuntest tal-valutazzjonijiet tal-konformità, il-korpi notifikati kollha jagħmlu użu sħiħ tas-setgħat tagħhom biex iwettqu spezzjonijiet għal għarrieda frekwenti (tal-inqas darba fis-sena) tal-katina kollha tal-provvista u tal-operazzjonijiet ta' ċerti fornituri, b'mod partikolari l-fornituri tal-mezzi mediċi assoċjati mal-akbar riskji u dawk li fir-rigward tagħhom ir-rapporti tal-utenti jindikaw li l-għadd ta' inċidenti qed jikber.
–
jiġu msaħħa l-kriterji għall-akkreditazzjoni u l-valutazzjoni tal-korpi notifikati – b'enfasi partikolari fuq il-kompetenza murija tal-istaff impjegat full-time, l-użu ta' riżorsi kutrattwali, u t-trasparenza fir-rigward tal-funzjonament u l-kompiti tagħhom – u tiġi stabbilita sistema ta' ġestjoni tal-kwalifiki fl-UE kollha għall-korpi notifikati, l-istaff , l-awdituri u l-esperti tagħhom;
–
jiġu msaħħa s-sorveljanza tas-suq mill-awtoritajiet nazzjonali u l-iskambju tal-informazzjoni bejniethom biex jimmonitorjaw l-effetti avversi tal-mezzi mediċi u l-irtirar ta' tali mezzi mis-suq, bil-għan li jiggarantixxu traċċabilità aħjar tal-mezzi mediċi u segwitu aħjar tal-miżuri maħsuba biex jikkontrollaw il-kummerċjalizzazzjoni tagħhom;
–
tittejjeb is-superviżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali tal-entitajiet notifikati u tiġi żgurata l-konsistenza fl-Istati Membri kollha;
–
tiġi mħeġġa l-innovazzjoni fit-teknoloġija medika, peress li l-innovazzjoni hija kruċjali għall-isforzi sabiex jiġu megħluba l-isfidi tas-saħħa tal-lum u t'għada;
–
jiġi impost fuq il-produtturi tal-mezzi mediċi l-obbligu li jinformaw immdejatament lill-awtorità nazzjonali kompetenti bi kwalunkwe projbizzjoni, restrizzjoni jew azzjoni ġuridika fis-seħħ fi Stat Membru wieħed jew aktar;
–
jittejjeb il-funzjonament tas-sistema ta' viġilanza għall-mezzi mediċi, pereżempju billi l-pazjenti, l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, il-gruppi tal-pazjenti u l-professjonisti tal-kura tas-saħħa jiġu ffaċilitati u inkoraġġiti b'mod attiv biex jirrapportaw kull avveniment avvers u l-effetti ta' ħsara kollha lill-awtoritajiet kompetenti, mingħajn ma jiġu mxekkla minn burokrazija eċċessiva, billi jingħata lill-korpi notifikati aċċess sistematiku għar-rapporti ta' avvenimenti avversi u billi tiġi stabbilita proċedura ċentralizzata għall-ġbir u t-trattament tan-notifiki dwar l-effetti avversi u dwar l-irtirar ta' mezzi mis-suq;
–
jiġu stabbiliti strumenti li, filwaqt li jipprovdu protezzjoni tad-data, jiżguraw it-traċċabbiltà tal-mezzi mediċi kif ukoll il-monitoraġġ tagħhom fit-tul tas-sikurezza u l-prestazzjoni tagħhom, bħalma huma sistema ta' Identifikazzjoni ta' Mezzi Unika“, reġistru tal-proteżijiet u sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti għal kull mezz mediku;
–
tiġi ffaċilitata n-notifika tal-awtoritajiet nazzjonali mill-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti u l-professjonisti fil-qasam tas-saħħa dwar l-effetti avversi;
–
tiġi stabbilita bażi ta' data Ewropea unika li tiġbor flimkien l-informazzjoni dwar il-mezzi mediċi li jkunu disponibbli fis-suq, ir-reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet ekonomiċi, l-inizjattivi ta'viġilanza u ta' sorveljanza tas-suq, l-investigazzjonijiet kliniċi, il-korpi notifikati u ċ-ċertifikati tal-KE li jkunu nħarġu;
7. Jistieden lill-Kummissjoni tgħaddi għal sistema ta' awtorizzazzjoni qabel il-kummerċjalizzazzjoni għal ċerti kategoriji ta' mezzi mediċi, inklużi, tal-anqas, il-mezzi mediċi tal-klassi IIb u III;
8. Jitlob għall-introduzzjoni – fejn mhux diġà jeżisti fil-livell nazzjonali – ta' passaport tar-riċevitur ta' proteżi li jkun jispeċifika l-kodiċi tal-prodott uniku tal-proteżi, il-karatteristiċi speċjali tiegħu u l-effetti avversi potenzjali tiegħu, u li jkun fih twissija tar-riskji potenzjali tas-saħħa u l-miżuri tal-kura ta' segwitu għal wara l-operazzjoni assoċjati mal-proteżi; il-passaport ikollu jiġi ffirmat mill-kirurgu u l-pazjenta, u jkun validu bħala forma ta' kunsens għall-operazzjoni;
9. Jirrakkomanda li l-isptarijiet għandhom iżommu verżjoni elettronika tal-passaport għar-referenza futura, filwaqt li jinnota li verżjoni elettronika tista' faċilment tintbagħat fuq talba ta' pazjenta lil faċilità ġdida tal-kura, kemm jekk fl-istess pajjiż u kemm jekk f'pajjiż differenti;
10. Jistieden lill-Istati Membri jqajmu kuxjenza b'mod aktar effikaċi dwar ir-riskji potenzjali li hemm marbuta mal-kirurġija kożmetika, u jirregolaw aħjar ir-reklamar tal-kirurġija kożmetika bil-għan li jiġi żgurat li l-pazjenti jkunu konxji għalkollox kemm tar-riskji kif ukoll tal-benefiċċji; jenfasizza li n-nisa għandhom jintgħamlu konxji tal-fatt l-proteżijiet tas-sider ikollhom bżonn jiġu sostitwiti wara perjodu ta' żmien li jvarja minn persuna għal oħra, sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw ir-riskji b'mod aktar effettiv;
11. Jirrikonoxxi l-fatt li l-pazjenti li diġà rċevew proteżijiet tas-sider jista' jkun li jkollhom bżonn informazzjoni, pariri, superviżjoni medika u counselling retrospettivi, kif ukoll skrining intiż sabiex jiġi determinat jekk kienx hemm ftuq intrakapsulari jew extrakapsulari;
12. Jenfasizza li l-proċeduri ta' ttestjar u l-istandards għall-proteżijiet tas-sider għandhom jiġu rraffinati sabiex tkun tista' tiġi mifhuma aħjar l-interazzjoni tal-materjal tal-materjal tal-qoxra mal-ġel li jimla l-proteżi u l-fluwidi tal-ġisem ta' madwar il-proteżi, kif ukoll ir-reżistenza għall-użu u għall-ftuq tal-qoxra u l-proteżi kollha kemm hi; iqis li għandhom isiru aktar proposti għal riċerka sabiex jiġu żviluppati metodi mhux distruttivi tal-ittestjar tal-proteżijiet;
13. Jirrakkomanda b'mod urġenti li d-dettalji tal-operazzjonijiet tal-proteżijiet tal-sider jiġu rreġistrati fl-UE fis-sura ta' Reġistru Nazzjonali tal-Proteżijiet tas-Sider obbligatorju f'kull Stat Membru; jenfasizza l-fatt li reġistru obbligatorju jagħmel ir-rappurtar mandatorju għall-kliniċi kollha, imma jisħaq li l-inklużjoni tad-dettalji personali ta' pazjenta għandha tiġi soġġetta għall-kunsens tagħha; jirrakkomanda li dawn ir-reġistri nazzjonali jkunu interkonnessi u jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni fejn meħtieġ, pereżempju fil-każijiet fejn jiġu osservati difetti sinifikanti fil-proteżijiet;
14. Jirrakkomanda b'urġenza li ssir reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Mezzi Mediċi bil-għan li tiġi introdotta l-kapaċità li jiġi identifikat u minimizzat ir-riskju ta' frodi, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari fuq id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-sorveljanza tas-suq, il-viġilanza, u l-funzjonament u l-kompiti tal-korpi notifikati, ħalli jiġi evitat li jirrepeti ruħu l-każ tal-PIP;
15. Jistieden lill-Kummissjoni tqis il-possibbiltà li tiġi stabbilita sistema effiċjenti ta' traċċar tal-mezzi mediċi użati bħala proteżijiet, b'mod partikolari għall-mezzi mediċi l-aktar perikolużi bħall-mezzi li jaqgħu fil-klassi III;
16. Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-aspetti li ġejjin fir-rieżami li se jsir dalwaqt tal-leġiżlazzjoni dwar il-mezzi mediċi; il-ħtieġa li jkun hemm talba ta' awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni għall-mezzi mediċi perikolużi li tkun tikkonforma mar-rekwiżiti għall-prodotti mediċinali, jew li tkun simili għalihom; l-użu ta' spezzjonijiet għal għarrieda mandatorji; il-ħtieġa li jkun hemm aktar traċċabilità tal-mezzi mediċi imdaħħla fil-ġisem; il-ħtieġa li jkun hemm aktar koordinament bejn l-Istati Membri meta jiġu għar-rappurtar dwar l-effetti sekondarji serji jew il-ħsara kkawżata mill-mezzi mediċi, u t-twissijiet dwar dawn l-effetti sekondarji u l-ħsara; kontroll imsaħħaħ tal-korpi notifikati; u ttestjar addizzjonali tal-kampjuni tal-prodotti li diġà jinsabu fis-suq;
17. Jistieden lill-Kummissjoni tqis ukoll, fir-rieżami li dalwaqt isir tal-leġiżlazzjoni dwar il-mezzi mediċi, il-bżonn li jsir ittestjar adegwat fuq il-bniedem matul l-investigazzjonijiet kliniċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-mezzi mediċi li jistgħu jiddaħħlu fil-ġisem, qabel ma jitqiegħdu fis-suq;
18. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu, tal-anqas darba fis-sena, permezz ta' spezzjonijiet għal għarrieda ta' dawk il-mezzi mediċi li huma assoċjati mal-akbar riskji u ta' dawk il-mezzi li fir-rigward tagħhom ir-rapporti tal-utenti jindikaw li l-għadd ta' inċidenti qed jiżdied;
19. Iħeġġeġ lill-Istati Membri japplikaw pieni fil-każ ta' nuqqas ta' konformità;
20. Iqis li din il-frodi tkompli tagħti prova aktar tal-bżonn li jkun hemm sistema ta' rimedju kollettiv maħsuba sabiex tgħin lill-konsumaturi u lill-pazjenti jiksbu kumpens, kif inhu enfasizzat mir-riżoluzzjoni hawn fuq imsemmija tat-2 ta' Frar 2012;
21. Jistieden lill-Istati Membri jiġbru r-rapporti tagħhom dwar l-inċidenti avversi u data regolatorja oħra ġo bażi ta' data ċentralizzata, kif meħtieġ mid-Direttiva dwar il-Mezzi Mediċi, sabiex ikun jista' jkun hemm miżuri ta' viġilanza u ta' protezzjoni tas-saħħa aktar effikaċi;
22. Jistieden lill-Kummissjoni tirrikjedi valutazzjonijiet tossikoloġiċi adegwati tal-mezzi mediċi kollha, u tipproponi li l-użu ta' sustanzi li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (kategorija 1A jew 1B) jinqatgħu gradwalment, ħlief jekk ma hemmx sostituti disponibbli;
23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tas-sigurtà fir-reġjun tas-Sahel
247k
78k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tas-sigurtà fir-reġjun tas-Sahel (2012/2680(RSP))
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta' April 2012 dwar il-Mali/Saħel(1),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta' Marzu 2012 dwar is-Saħel(2) li approvaw il-Kunċett ta' Ġestjoni tal-Kriżijiet għal missjoni PSDK ċivili ta' Konsultazzjoni, Assistenza, u Taħriġ fis-Saħel,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-SEAE: “Strateġija għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel: Rapport tal-Progress tal-Implimentazzjoni, Marzu 2012”,
– wara li kkunsidra r-rapport tan-NU tal-missjoni ta' valutazzjoni dwar l-impatt tal-kriżi fil-Libja fuq ir-reġjun tas-Saħel, tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-2012(3), u d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-Mali tat-22 ta' Marzu(4), 26 ta' Marzu(5), 4 ta' April(6) u 9 ta' April(7) 2012,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Strateġija tal-UE għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel, tal-21 ta'Marzu 2011 (Laqgħa Nru 3076 tal-Kunsill Affarijiet Barranin),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Parlament Konġunta AKP-UE tat-18 ta' Mejju 2011 dwar it-taqlib demokratiku fl-Afrika ta' Fuq u fil-Lvant Nofsani – il-konsegwenzi għall-pajjiżi tal-AKP, l-Ewropa u d-dinja(8) u tat-23 ta' Novembru 2011 dwar ir-Rebbiegħa Għarbija u l-impatt tagħha fuq l-istati sub-Saħarjani ġirien(9),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-1 ta' Diċembru 2011 li jħeġġu lir-Rappreżentant Għoli tmexxi “l quddiem ix-xogħol ta' tħejjija dwar impenn PSDK għat-tisħiħ tal-ħiliet ta' sigurtà reġjonali fir-reġjun tas-Saħel, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Unjoni Afrikana,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Libja tal-21 ta' Marzu, 23 ta' Mejju u t-18 ta' Lulju u t-23 ta' Marzu 2012,
– wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-inizjattiva tas-sigurtà u l-iżvilupp fis-Saħel tal-1 ta' Ottubru 2010(10),
– wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet rilevanti addizzjonali tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 3, 6, 21 u 39 tiegħu, u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 205, 208, 214 u 222 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE (“Il-Ftehim ta' Cotonou”), u b'mod partikolari l-Artikoli 1, 8, 25 u 28 tiegħu,
– wara li kkunsidra s-Sħubija għall-Paċi u s-Sigurtà Afrika-UE, b'mod partikolari l-inizjattivi 2, 7 u 8 tal-Pjan ta' Azzjoni 2011-2013, adottati fis-Samit Afrika-UE li sar fi Tripoli bejn id-29 u t-30 ta' Novembru 2010,
– wara li kkunsidra l-Protokoll tal-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra t-Terroriżmu tal-Unjoni Afrikana, adottat f'Addis Ababa fit-8 ta' Lulju 2004 fit-tielet sessjoni ordinarja tal-Konferenza tal-Unjoni Afrikana,
– wara li kkunsidra d-diskors ta' Ban Ki-moon fil-Parlament tal-Lussemburgu fis-17 ta' April 2012, fejn talab lill-komunità internazzjonali għal rispons għall-kunflitt li qed jikber fir-reġjun tas-Saħel, li qed isofri minn nixfa kbira, fejn l-għadd ta' nies spostati qed jikber u l-prezzijiet tal-ikel u tal-fjuwil qed jogħlew,
– wara li kkunsidra t-talba għall-għajuna mibgħuta lill-komunità internazzjonali fil-5 ta' Ġunju 2012 mill-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Punent tal-Afrika (ECOWAS) wara l-laqgħa ta' livell għoli tagħha f'Lomé, Togo, bil-ħsieb li tindirizza l-kwistjoni tas-sigurtà tal-ikel fir-reġjun, b'mod speċjali fis-Senegal, il-Mawritanja, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer u ċ-Ċad,
– wara li kkunsidra d-dokument strateġiku “Tħejjija għal kriżi tal-ikel u n-nutrizzjoni fil-pajjiżi tas-Saħel u l-pajjiżi ġirien”, miktub b'mod konġunt u aġġornat fi Frar 2012 minn Action Against Hunger, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (il-FAO), l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA), il-Fond tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti (Unicef) u l-Programm Dinji tal-Ikel (WFP), u imniedi bħala strateġija biex iwieġeb aħjar għar-riskju ta' kriżi ġdida tal-ikel u n-nutrizzjoni fis-Saħel fl-2012 f'isem ir-Regional Food Security and Nutrition Working Group tal-IASC,
– wara li kkunsidra t-talba li saret fl-10 ta' April 2012 minn aġenziji varji tan-NU – il-Unicef, il-UNHCR u d-WHO – għal finanzjament addizzjonali għall-miljuni ta' nies milquta min-nuqqas ta' sigurtà tal-ikel fir-reġjun tas-Saħel,
– wara li kkunsudra l-appell tal-Unicef għal USD 26 miljun għal Mali sabiex il-pajjiż ikun jista' jissodisfa l-bżonnijiet tas-saħħa u dawk nutrittivi tat-tfal sal-aħħar tas-sena,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afrika tal-Punent, b'mod partikulari r-riżoluzzjoni tiegħu tat-20 ta' April 2012(11),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlament Konġunta AKP-UE dwar l-impatt politiku tal-kunflitt fil-Libja fuq l-Istati ġirien tal-AKP u tal-UE (101.157/fin) adottata f'Horsens, id-Danimarka, fit-30 ta' Mejju 2012,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi t-taħlita ta' fatturi ta' nixfa, għargħar, degradazzjoni tal-ħamrija, livell baxx ta' għelejjel, prezzijiet tal-ikel għoljin, spustar, kriżi ta' refuġjati, faqar kroniku, governanza fqira, u, bħala riżultat tal-kunflitti, sitwazzjoni li qed tas-sigurtà u tad-drittijiet tal-bniedem li qed tkompli tmur għall-agħar qed tolqor miljuni ta' nies fir-reġjun;
B. billi n-nies milquta mill-kriżi politika u tal-ikel qed jgħixu f'kundizzjonijiet ta' faqar tant estrem li l-bżonnijiet umani bażiċi tagħhom mhux qed jiġu sodisfati, u t-tensjonijiet soċjali qed jiżdiedu; billi l-parti l-kbira ta' dawn in-nies huma nisa mingħajr ebda forma ta' protezzjoni, u għaldaqstant jikkostitwixxu grupp partikolarment vulnerabbli;
C. billi l-istati membri ta' ECOWAS irreġistraw tnaqqis ta' 9 % fil-produzzjoni taċ-ċereali fl-2012 meta mqabbla mas-sena ta' qabel. Il-produzzjoni taċ-ċereali fis-Saħel naqset b'26 %, filwaqt li fiċ-Ċad u fil-Gambja ġie reġistrat tnaqqis ta' 50 %;
D. billi, skont in-NU, 18 -il miljun ruħ ġew milquta min-nixfa u mill-kriżi relatata mal-kunflitt fir-reġjun tas-Saħel fl-Afrika tal-Punent, fejn aktar minn 200 000 tifel u tifla mietu minħabba l-malnutriment fl-2011, u fejn bħalissa miljun tifel u tifla jinsabu f'riskju ta' malnutriment akut sever;
E. billi l-fraġilità tal-istat, il-governanza fqira u l-korruzzjoni fil-pajjiżi tas-Saħel, flimkien mas-sottożvilupp ekonomiku jirriżultaw f'faqar kroniku, jipprovdu ambjent perfett għall-gruppi terroristiċi, it-traffikanti tad-drogi u tal-persuni, u l-gruppi involuti fil-piraterija, il-kummerċ tal-armi, il-ħasil tal-flus, l-immigrazzjoni illegali u n-netwerks tal-kriminalità organizzata, li jingħaqdu flimkien biex joħolqu instabilità fir-reġjun, b'impatt negattiv fuq ir-reġjuni ġirien;
F. billi r-reġjun qed jesperjenza tisħiħ allarmanti tar-rabtiet bejn it-traffikanti tad-droga fl-Amerika Latina u fi stati fl-Afrika tal-Punent/Ċentrali, u billi dan ir-reġjun issa hija rotta ta' tranżitu ewlenija għat-trasport bil-baħar tad-droga lejn l-Ewropa, li tammonta għal aktar minn 25% tal-konsum globali ta' kokaina; billi dawn ix-xejriet jirrikjedu impenn akbar mill-Unjoni Ewropea;
G. billi l-kunflitti fil-Libja u l-Mali, b'mijiet ta' eluf ta' persuni spustati jemigraw lejn il-Burkina Faso, in-Niġer ul-Mawritanja, ħallew impatt negattiv fuq il-qagħda tas-sigurtà tar-reġjun, li jbati minn nuqqas ta' sigurtà tal-ikel akuta, skarsezza tal-ilma, żieda fil-kriminalità u instabilità kbira;
H. billi l-kunflitt Libjan was għal proliferazzjoni, fir-reġjun tas-Saħel-Saħarjan, ta' kwantitajiet kbar ta' armi, u influss f'daqqa ta' armi tqal li, f'idejn id-diversi gruppi terroristiċi u kriminali u t-traffikanti tad-drogi fir-reġjun, huma theddida serja għas-sigurtà u l-istabilità tas-sottoreġjun kollu;
I. billi l-ex-ġellieda li mil-Libja qed jaslu lura fiċ-Ċad, in-Niġer, il-Mali u l-Mawritanja, bi kwantitajiet kbar ta' armi u munizzjon, huma rekluti potenzjoali għal movimenti tar-ribelli, gruppi affiljati tal-al-Qaeda fil-Magreb Iżlamiku (AQIM) u klikek kriminali, u qed jikkontribwixxu għad-distabbilizzazzjoni tar-reġjun kollu kemm hu;
J. billi t-tradizzjonijiet ta' tolleranza, solidarjetà u rispett għall-persuna umana li jaderixxi magħhom l-Iżlam kif inhuma prattikati fir-reġjun;
K. billi n-nuqqas ta' żvilupp soċjo-ekonomiku ġenwin, it-tqassim inġust tar-riżorsi, rati għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ, il-faqar kroniku, in-nuqqas ta' sigurtà tal-imjiegi u d-deprivazzjoni soċjali ddisprata għandhom rwol importanti fir-reklutaġġ taż-żgħażagħ minn gruppi terroristiċi;
L. billi l-qawmien ta' gruppi tar-ribelli bħal Boko Haram fiċ-Ċad u fin-Niġerja huma theddida għall-istabilità tar-reġjun kollu tas-Saħel;
M. billi dan l-iżvilupp, flimkien mal-itfaċċar mill-ġdid tal-irridentiżmu tat-Tuareg f'pajjiżi bħall-Mali u n-Niġer, qed ixekkel l-istabilità u l-integrità territorjali tal-pajjiżi tar-reġjun tas-Saħel-Saħarjan, b'mod speċjali l-Mawritanja u l-Burkina Faso;
N. billi jeżistu rabtiet iddikjarati fil-miftuħ bejn gruppi terroristiċ fir-reġjun Saħel-Saħaran u traffikanti tad-drogi, armi, sigaretti u bnedmin; billi diversi Ewropej ġew maħtufa u miżmuma ostaġġi, b'mod partikolari fis-snin riċenti;
O. billi t-terroriżmu fis-Saħel jeħtieġ jiġi missielet parzjalment permezz ta' politika attiva għall-promozzjoni tal-iżvilupp, il-ġustizzja soċjali, l-istat tad-dritt u l-integrazzjoni; billi huwa neċessarju li jiġu offruti prospetti ekonomiċi għall-gruppi tal-popolazzjoni lokali li jipprovdu alternattiva għall-ekonomija kriminali;
P. billi l-ark tas-Saħel huwa żona strateġika bejn l-Afrika Sub-Saħarjana u l-Ewropa u billi s-sitwazzjoni fl-istrixxa tas-Saħel-Saħara hija għalhekk kwistjoni ewlenija ta' sigurtà kemm għall-Afrika kif ukoll għall-Ewropa;
Q. billi l-partijiet interessati internazzjonali, reġjonali u nazzjonali kollha għandhom jiġu mobilizzati biex isaħħu l-ġlieda kontra t-terroriżmu u għat-tisħiħ tas-sigurtà fir-reġjun, anke permezz ta' djalogi strutturati;
R. billi l-istrateġija tal-UE tidentifika l-Mawritanja, il-Mali u n-Niġer bħala pajjiżi ewlenin tas-Saħel, u tisħaq li n-nuqqas ta' ħiliet governattivi u l-faqar sistemiku huma dinaki li jsaħħu lill-xulxin b'mod reċiproku;
S. billi kkunsidra r-riperkussjonijiet serji tan-nuqqas ta' sigurtà fuq l-ekonomija tar-reġjun, b'mod partikolari s-setturi tal-minjieri u tat-turiżmu, fuq l-iżvilupp u fuq il-ħolqien tal-impjiegi; billi s-sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tiħżien wasslet biex il-proġetti għall-iżvilupp mibdija f'diversi pajjiżi fis-sottoreġjun waqfu, u b'hekk ħafna żgħażagħ sabu rwieħhom qegħda, filwaqt li l-vulnerabilità tagħhom aktar se jibbenefikaw minnha l-gruppi terroristiċi u kriminali;
1. Jesprimi tħassib serju dwar id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tas-sigurtà fir-reġjun tas-Saħel, u jistieden lill-UE taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet u l-parlamenti tal-pajjiżi tar-reġjun, is-soċjetà ċivili u l-korpi reġjonali u internazzjonali, inkluża l-Unjoni Afrikana u l-ECOWAS, tindirizza b'mod komprensiv il-kawżi fundamentali politiċi, ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-faqar, tappoġġjaw l-iżvilupp ekonomiku, il-governanza tajba u aċċess imtejjeb għall-infrastrutturi ewlenin u s-servizzi bażiċi għall-popolazzjoni lokali, u sabiex tgħin il-konsolidazzjoni tal-istituzzjonijiet statali, il-ġustizzja, il-pulizija u d-dwana sabiex tissaħħaħ is-sigurtà u l-istat tad-dritt fir-reġjun;
2. Jikkundanna għalkollox kull attentat ta' teħid tal-poter bl-użu tal-forza, kull att ta' terroriżmu u ta' sakkeġġi ta' sptarijiet, skejjel, aġenziji tal-għajnuna u bini tal-gvern, kull forma ta' kastig krudili u inuman assoċjat mal-applikazzjoni tal-liġi tax-Xarija, u kull delitt tal-gwerra, ħtif u ksur serju tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem diretti lejn il-popolazzjoni tal-Mali, b'mod speċjali fiż-żoni tat-Tramuntana kkontrollati mir-ribelli, u jappella lill-awtoritajiet tal-Mali u lill-moviment għal-liberazzjoni tat-Tuareg isibu soluzzjoni paċifika u dejjiema permezz ta' djalogu kostruttiv;
3. Jikkundanna b'mod partikolari l-attroċitajiet imwettqa kontra l-popolazzjoni ċivili, li kienu diretti l-iktar kontra n-nisa u t-tfal, u jikkundanna b'mod partikolari l-użu tal-ħtif u l-istupru bħala armi tal-gwerra;
4. Iħeġġeġ lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tħaffef l-implimentazzjoni tal-komponenti varji tal-Istrateġija tal-UE għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel; jappoġġa l-impenn tal-Kunsill li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' reġjun paċifiku u stabbli fejn tkun żgurata l-awtosuffiċjenza tal-ikel;
5. Ifakkar li, minħabba li s-sigurtà u l-iżvilupp huma marbuta mill-qrib, it-titjib tal-qagħda tas-sigurtà huwa integrali għat-tkabbir ekonomiku u t-tnaqqis tal-faqar fir-reġjun; jappella lill-UE biex tintroduċi strumenti biex titjieb is-sigurtà fir-reġjun, b'enfasi speċjali fuq il-bini tal-kapaċità fil-pajjiżi konċernati u l-promozzjoni u t-tisħiħ ta' djalogu komprensiv bejn l-atturi reġjonali ewlenin;
6. Jitlob lill-Kummissjoni u l-SEAE, biex fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel (b'enfasi fuq erba' gruppi ta' azzjoni: l-iżvilupp, il-governanza tajba u s-soluzzjoni ta' kunflitti interni; l-azzjoni politika u diplomatika; is-sigurtà u l-istat tad-dritt; l-azzjoni kontra l-estremiżmu vjolenti u r-radikalizzazzjoni), jadottaw bħala prinċipju ewlieni r-rabta tas-sigurtà mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp, b'mod speċjali s-sigurtà tal-ikel;
7. Jilqa' l-programm ta' kontra t-terroriżmu tas-Saħel, is-Sistema ta' Informazzjoni tal-Afrika tal-Punent, il-Proġett għall-Paċi u s-Sigurtà tal-ECOWAS u l-Pjan ta “Azzjoni kontra d-Drogi u l-Kriminalità tal-ECOWAS, imnedija fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel, kif ukoll l-inizjattivi reġjonali bħal dawk organizzati miċ-Ċentru Afrikan ta' Studju u Riċerka dwar it-Terroriżmu (ACSRT) dwar il-kapaċità tas-sistemi legali nazzjonali biex iwieġbu għat-terroriżmu;
8. Huwa tal-fehma li l-Istrateġija tal-UE għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel, filwaqt li tagħti riżultati pożittivi, jeħtieġ li tindirizza r-riskju ta' frammentazzjoni, u ttejjeb iss-sinkronizzazzjoni tal-azzjonijiet meħuda mill-UE fi ħdan l-istrumenti differenti li jindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-Saħel;
9. Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jimmobilizaw ir-riżorsi disponibbli kollha biex jippromwovu s-sigurtà u l-iżvilupp fir-reġjun tas-Saħel-Saħara b'kooperazzoni mal-pajjiżi tar-reġjun, man-Nazzjonijiet Uniti u ma' sħab internazzjonali oħra;
10. Jilqa' l-pakkett tal-komunità tal-Afrika tal-Punent ta' USD 80 miljun, imwiegħed bi tweġiba għall-kriżi ta' emerġenza fir-reġjun tas-Saħel, u ż-żieda fl-għajnuna umanitarja tal-UE fir-reġjun tas-Saħel minn EUR 45 miljun għal aktar minn EUR 120 miljun sa mill-bidu tal-2012, u jħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jiżguraw li din l-għajnuna jgawduha dawk li huma fil-bżonn; jistieden fl-istess ħin lill-komunità internazzjonali biex tagħmel l-isforzi finanzjarji meħtieġa biex tindirizza l-kriżi tal-ikel u n-nuqqas ta' sigurtà fir-reġjun;
11. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-Saħel huwa wieħed mir-reġjuni l-aktar milquta mit-tibdil fil-klima u mit-telf tal-bijodiversità, li għandhom impatt kbir fuq l-agrikoltura u fuq il-ħajja tal-bdiewa u tan-nies tal-post, u jżidu l-faqar u l-inugwaljanzi; jilqa' b'sodisfazzjon l-azzjoni meħuda mill-FAO, flimkien mal-Kumitat Interstatali Permanenti għall-Kontroll tan-Nixfa fis-Sahel (Permanent Interstate Committee for Drought Control in the Sahel - CILSS), in-Netwerk ta' Sistemi ta' Twissija Bikrija tal-Karestija (Famine Early Warning Systems Network - FEWSNET), il-WFP u l-gvernijiet;
12. Iħeġġeġ lill-UE biex waqt li tikkoordina ma' donaturi oħra, teżerċita tmexxija soda u tieħu azzjoni rapida sabiex jiġi evitat li l-kriżi fir-reġjun tas-Saħel issir diżastru, minħabba li s-sitwazzjoni umanitarja fir-reġjun huwa mistenni li se tibqa' kritiku talanqas sal-ħsad prinċipali ta' din il-ħarifa;
13. Jinsab konvint li huwa indispensabbli għall-komunità internazzjonali, fil-perspettiva medja u fit-tul, li tiffoka l-azzjonijiet tagħha fuq it-tisħiħ tal-ħila tal-popolazzjonijiet ikkonċernati li jgħixu man-nixfiet ġejjieni u avvenimenti diffiċli oħra u b'hekk titnaqqas id-dipendenza tagħhom fuq l-għajnuna ta' emerġenza, li ttejjeb l-istrateġiji ta' rispons għall-ġuħ u li tiġġieled kontra vulnerabilitajiet strutturali, u b'hekk tindirizza l-problema b'mod aktar effiċjenti;
14. Iħeġġeġ lill-UE u l-komunità internazzjonali sabiex jiffokaw l-attivitajiet tagħhom fuq sforzi biex jipproteġu l-għajxien tal-familji l-aktar vulnerabbli, isaħħu l-ħila ta' reżistenza tar-raħħala, tal-agro-raħħala u tal-bdiewa, jappoġġjaw il-ġestjoni/konservazzjoni tar-riżorsi naturali bħall-ilma, is-siġar u l-ħamrija , jipprovdu assistenza integrata ta' nutrizzjoni ta' emerġenza lill-familji l-aktar vulnerabbli, speċjalment in-nisa, isaħħu t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u l-ġestjoni fil-livelli lokali, nazzjonali u reġjonali, u jappoġġjaw il-koordinazzjoni ta', u jsaħħu, il-ġestjoni tal-inforamzzjoni dwar is-sigurtà tal-ikel u s-sistemi ta' twissija bikrija;
15. Jemmen li teżisti ħtieġa urġenti ta' inizjattivi ta' appoġġ immirati għat-tisħiħ tad-djalogu dwar it-terroriżmu u dwar ir-reklutaġġ taż-żgħażagħ minn terroristi u gruppi kriminali oħra, inkluż permezz ta' appoġġ għall-impjegar u t-taħriġ taż-żgħażagħ, kif ukoll għat-tisħiħ tal-ħila tal-komunitajiet lokali li jirreżistuhom u jiġġilduhom;
16. Iħeġġeġ lill-istati tar-reġjun Saħel-Saħara, lill-awtoritajiet ġodda Libjani u lill-aġenziji multilaterali kompetenti biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex iwaqqfu l-proliferazzjoni tal-armi fir-reġjun billi jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa għall-kontroll u s-sigurtà tal-fruntieri nazzjonali fir-reġjun, inkluż mekkaniżmu biex iwaqqaf it-trasferiment ta' armi żgħar u armamenti ħfief, biex jimplimentaw programmi għall-ġbir u l-qerda ta' armi żgħar u armamenti ħfief illegali, u biex jieħdu miżuri għall-iskambju ta' informazzjoni u t-tnedija ta' operazzjonijiet tas-sigurtà konġunti fir-reġjun;
17. Jilqa' l-ħolqien fl-2010 tas-CEMOC mill-Alġerija, l-Mawritanja, il-Mali u n-Niġer biex jikkoordina l-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-drogi fir-reġjun Saħel-Saħarjan;
18. Jappella lill-komunità internazzjonali b'mod ġenerali, u l-UE b'mod partikolari, biex iżidu l-kooperazzjoni tagħhom mal-pajjiżi tar-reġjun tas-Saħel-Saħara u mal-ECOWAS fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata fis-sottoreġjun, b'mod speċjali billi jżidu r-riżorsi disponibbli għall-CEMOC;
19. Jappella li l-miżuri kollha meħuda biex jiġi miġġieled it-terroriżmu jkunu konformi mal-konvenzjonijiet u l-protokolli internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;
20. Jenfasizza li għandhom jittieħdu miżuri effettivi biex jinqatgħu s-sorsi ta' finanzjament tat-terroristi u l-kompliċi tagħhom, u tappella lill-istati tar-reġjun biex jadottaw il-miżuri appoġġjati mill-Uffiċċju dwar id-Drogi u l-Kriminalità tan-Nazzjonijiet Uniti (UNODC - United Nations Office on Drugs and Crime), jiġifieri riforma tas-sistemi tal-ġustizzja kriminali, liġijiet konta l-korruzzjoni, titjib tal-monitoraġġ tal-kummerċ ta' armi żgħar u l-iffriżar tal-kontijiet bankarji ta' persuni suspettati;
21. Ifakkar u jikkundanna l-ħtif bejn l-24 u l-25 ta' Novembru 2011 ta' żewġ ċittadini Franċiżi, Svediż, Olandiż u Sud-Afrikan b'passaport Brittaniku, flimkien mal-qtil ta' ċittadin Ġermaniz li rreżista lil dawk li ppruvaw jaħtfuh; jinnota li dan ifisser li l-għadd ta' ostaġġi mill-UE fiż-żona tas-Saħel hu 12, filwaqt li l-al-Qaeda fil-Magreb Iżlamiku għadha qed iżżomm żewġ ċittadini Spanjoli u ċittadin Taljan maħtufa fil-Punent tal-Alġerija f'Ottubru 2011, erba' ċittadini Franċiżi maħtufa fin-Niġer f'Settembru 2010 u fil-15 ta' April 2012, missjunarja mill-Isvizzera maħtufa f'Timbuktu;
22. Jittama li kwalunkwe missjoni tal-ESDP mitluba uffiċjalment mill-Gvern tal-Mali se tgħin lill-pajjiżi fis-sottoreġjun jikkontrollaw il-fruntieri tagħhom b'mod iktar effettiv, u b'mod partikolari biex jiġġieldu t-traffikar tal-armi, drogi u bnedmin;
23. Ifaħħar l-azzjonijiet meħuda mill-ECOWAS, l-Unjoni Afrikana, in-Nazzjonijiet Uniti u l-pajjiżi ġirien bl-għan li jiffaċilitaw ir-ritorn rapidu ta' Mali għall-ordni kostituzzjonali u t-tnedija ta' miżuri konkreti mfassla biex jipproteġu s-sovranità, l-unità u l-integrità territorjali tal-Mali; jieħu nota tal-eżitu tal-konferenza li saret f'Ouagadougou bejn l-14 u l-15 ta' April 2012 taħt l-awspiċi tal-President Burkinjan Blaise Compaoré, il-medjatur maħtur mill-ECOWAS, u jittama li l-kalendarju u l-arranġamenti dettaljati tat-tranżizzjoni se jkomplu jiġu ċċarati bil-ħeffa;
24. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħtu attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet fir-reġjun tas-Saħel, u jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw il-protezzjoni tagħhom minn kwalunkwe tip ta' vjolenza u mill-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom;
25. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Segretarji Ġenerali tan-NU u tal-UA, lill-ECOWAS u lill-Istati Membri tal-UE.
– wara li kkunsidra l-Ftehim tan-NU dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Protokoll Addizzjonali li hemm miegħu, li r-Repubblika tal-Filippini hija firmatarja tiegħu,
– wara li kkunsidra id-Dokument ta' Strateġija tal-Pajjiż 2007-2013 tal-Kummissjoni għall-Filippini,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Finanzjament għall-Programm ta' Appoġġ għall-Ġustizzja UE-Filippini, li ġie ffirmat f'Ottubru 2009 u li kien intiż biex iħaffef il-proċedimenti ġudizzjarji kontra l-perpetraturi tal-qtil extraġudizzjarju, kif ukoll il-programm il-ġdid “Ġustizzja għal Kulħadd”,
– wara li kkunsidra r-ratifika reċenti mill-Filippini tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) u l-Prokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Kastigi Krudili, Inumani jew Degradanti oħra (OPCAT),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar ir-Rieżami Universali Perjodiku (UPR) dwar il-Filippini tal-31 ta' Mejju 2012,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-VP/RGħ Catherine Ashton tal-24 ta' April 2012,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Filippini, b'mod partikolari dik tal-21 ta' Jannar 2010(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi Esmail Amil Enog, impjegat tal-familja Ampatuan ta' Maguindanao, għeb f'Marzu 2012 wara li kien xehed fil-qorti li kien saq membri ta' milizja armata sal-post fejn inqatlu 57 vittma fl-2009; billi ġismu mqatta“, b'fuqu traċċi tat-tortura, instab fil-31 ta Mejju 2012;
B. billi, f'mossa bla preċedent, il-mexxejja ewlenin tal-familja Ampatuan akkużati li kienu huma l-imħuħ wara l-massakru ta' Maguindanao ġew arrestati wara l-ġrajjiet tat-23 ta' Novembru 2009, filwaqt li l-assi u l-kontijiet bankarji ta' 28 membru u assoċjat tal-klann ġew iffriżati;
C. billi l-proċess tal-persuni akkużati li wettqu l-massakru ta' Maguindanao beda fit-8 ta' Settembru 2010 f'Manila; billi Andal Ampatuan u bosta minn uliedu qed isirilhom proċess minħabba l-massakru, filwaqt li madwar 100 suspettat ieħor għadhom liberi;
D. billi Esmail Enog kien it-tielet xhud li nqatel mindu beda l-proċess fl-2010, filwaqt li ġie rrapurtat li l-qraba ta' xhied oħra sfaw attakkati, mhedda, iffastidjati, jew sarulhom offerti ta' tixħim;
E. billi l-mewt brutali tas-Sur Enog hija indikatur ċar tal-fatt li l-klima ta' impunità li wittiet it-triq għall-massakru ta' Maguindanao għadha ħajja fil-pajjiż;
F. billu, skont rapporti tal-istampa internazzjonali, erba' ġurnalisti nqatlu fl-2012 u organizzazzjonjiet tal-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem iqisu l-Filippini bħala pajjiż perikoluż għall-midja;
G. billi l-każijiet ta' qtil extraġudizzjarju u għibien furzat naqsu b'mod sinifikanti mindu ħa l-poter il-President Aquino, billi, madankollu, il-gvern għad m'għandux biżżejjed kapaċità jiġġieled b'effikaċja l-impunità tal-perpetraturi ta' atti bħal dawn, u jindirizza l-vjolenza politikament motivata fil-pajjiż;
H. billi, skont l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, mill-ħafna mijiet ta' każijiet ta' qtil extraġudizzjarju fl-aħħar għaxar snin, kienu biss seba' każijiet, li jinvolvu 11-il akkużat, li saritilhom prosekuzzjoni b'suċċess, u l-ebda każ minn mindu tela' l-President Aquino;
I. billi, wara l-massakru ta' Maguindanao, il-gvern stabbilixxa Kummissjoni Indipendenti kontra l-Armati Privati biex ixxolji l-milizji privati, imma sal-lum, din baqgħet bla riżultati konkreti;
J. billi, skont ir-rapport ta' Mejju 2011 tal-Kummissjoni Indipendenti kontra l-Armati Privati hemm tal-anqas 72 grupp armat privat attiv fil-pajjiż;
K. billi l-aktar UPR reċenti tal-Filippini tenna r-rakkomandazzjonijiet tal-2008, jiġifieri: li tinġieb fi tmiemha l-impunità għall-qtil extraġudizzjajru, l-għibien furzat u t-tortura, u li dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja; li jiġu intensifikati l-isforzi għall-projbizzjoni totali tat-tortura, tal-qtil extraġudizzjarju u tal-għibien furzat; li tinġieb fi tmiemha l-impunità billi l-perpetraturi jitressqu quddiem il-ġustizzja; u li tkun żgurata protezzjoni adegwata għall-ġurnalisti u għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;
L. billi l-Att dwar l-Għibien Furzat jew Involontarju ġie adottat mis-Senat tal-Filippini f'Ġunju 2011 u mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-pajjiż f'Mejju 2012;
1. Jikkundanna bil-qawwa l-qtil tat-tielet xhud tal-massakru ta' Maguindanao u l-assassinju ta' erba' ġurnalisti, u jesprimi s-solidarjeta tiegħu mal-familji tal-mejtin;
2. Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-indipendenza tal-ġudikatura u l-pass kajman tal-kundanni għal vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, u jitlob li minnufih issir investigazzjoni indipendenti ta' każijiet reċenti ta' qtil;
3. Jistieden lill-Gvern tal-Filippini jieħu miżuri ulterjuri biex iġib fi tmiemha l-impunità għall-qtil extraġudizzjajru, l-għibien furzat u t-tortura, u jressaq lil dawk responsabbli quddiem il-ġustizzja, inklużi l-perpetraturi tal-massakru ta' Maguindanao li għadhom liberi; jitlob ukoll li jinħelsu l-persuni li għebu li għadhom miżmuma u li jinxteħet id-dawl fuq il-każijiet l-oħra kollha li għadhom mhux solvuti;
4. Jilqa' x-xili ta' 196 individwu għall-massakru ta' Maguindanao, imma jiddeplora l-fatt li sal-lum għadu ma sar l-ebda progress reali fil-proċess;
5. Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Filippini biex jirratifika l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha kontra l-Għibien Furzat u jippromulga l-Att dwar l-Għibien Furzat jew Involontarju;
6. Jistieden lill-Gvern tal-Filippini biex jiżgura l-protezzjoni adegwata tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, trejdjunjonisti u ġurnalisti, jinvestiga u jipprosegwixxi b'mod effikaċi każijiet ta' attakki fu il-ġurnalisti, u jdaħħal fil-liġijiet tal-pajjiż leġiżlazzjoni qawwija li tipprojbixxi dawn l-atti u timponi pieni kriminali;
7. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet statali biex jistabbilixxu, taħt il-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, programm speċjalizzat ta' protezzjoni tax-xhieda u tal-vittmi, inkluża l-protezzjoni tal-familji tal-vittmi, f'każijiet li jinvolvu vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment meta jkun maħsub li l-perpetraturi jkunu suldati, pulizija jew uffiċjali statali;
8. Jesprimi t-tħassib tiegħu li għadhom mifruxa l-użu tat-tortura u l-maltrattament tal-persuni suspettati miżmuma mill-pulizija, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Filippini biex iqawwu l-isforzi tagħhom ħalli jiġġieldu rigorożament kontra l-vjolazzjonijiet tal-Att nazzjonali tal-2009 kontra t-Terroriżmu;
9. Iħeġġeġ lill-gvern jipprojbixxi u jisfaxxa minnufih il-forzi paramilitari (anki f'każijiet fejn l-attività paramilitari tkun taħt is-superviżjoni tal-kmand militari) u l-milizji lokali, u jħeġġu jistabbilixxi kontroll sħiħ militari u tal-pulizija fuq unitajiet armati ċivili, b'mod partikolari l-Unitajiet Ġeografiċi tal-Forzi Armati Ċivili u l-Organizzazzjonijiet ta' Volontari Ċivili;
10. Jistieden lill-gvern jieħu passi konkreti biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet li saru lill-Filippini fil-UPR reċenti; iħeġġu jirrevoka, bla aktar dewmien, l-Ordni Eżekuttiv Nru 546, bil-għan li jipprojbixxi l-armati privati;
11. Jilqa' r-ratifika reċenti mill-Filippini tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kiriminali Internazzjonali fit-30 ta' Awwissu 2011 u tal-Prokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Kastigi Krudili, Inumani jew Degradanti oħra (OPCAT) fis-17 ta' April 2012;
12. Jilqa' l-passi importanti meħuda mill-Gvern tal-Filippini fit-tentattivi tiegħu biex jipprevjeni l-qtil u jressaq lil dawk responsabbli quddiem il-ġustizzja, kif ukoll biex ivara Grupp dedikat ta' prosekuturi li jindirizza l-qtil extraġudizzjarju u l-għibien furzat;
13. Jilqa' l-implimentazzjoni b'suċċess tal-programm EPJUST u l-Programm il-ġdid ta' appoġġ għall-ġustizzja UE-Filippini “Ġustizzja għal Kulħadd”, li mhux se jdum ma jiġi varat u li sejjer jalloka EUR 10 miljun tul il-perjodu 2012-2015 biex jippromwovi l-aċċess ekwu għall-ġustizzja u l-infurzar effiċjenti tagħha għaċ-ċittadini kollha inġenerali, u b'mod partikolari għan-nies foqra u żvantaġġati, speċjalment in-nisa, it-tfal, il-minoranzi u l-popli indiġeni, kif ukoll għall-attivisti tad-dritiijiet tal-bniedem u soċjali;
14. Jistieden lill-Gvern tal-Filippini jippermetti żjara mir-Rapporteur Speċjali tan-NU biex dan jinvestiga s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż;
15. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-President u lill-Gvern tal-Filippini, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, u lill-gvernijiet tal-istati membri tal-ASEAN.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iran, b'mod partikolari dawk dwar id-drittijiet tal-bniedem,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 16/9 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, li tistabbilixxi l-mandat għal Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran,
– wara li kkunsidra r-rapporti dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran tat-23 ta' Settembru 2011 u tas-6 ta' Marzu 2012,
– wara li kkunsidra l-Istqarrija tal-Kelliem għar-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton dwar l-użu tal-piena tal-mewt fl-Iran fit-30 ta' Mejju 2012,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR) u l-Konvenzjoni dwar it-Tneħħija ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni, li għalihom kollha l-Iran huwa stat kontraenti,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi s-sitwazzjoni attwali tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran hi kkaratterizza minn xejra kontinwa ta' ksur sistematiku tad-drittijiet fundamentali; billi l-minoranzi fl-Iran għadhom isofru diskriminazzjoni u fastidju għal raġunijiet tal-isfond etniku jew reliġjuż tagħhom; billi f'dawn l-aħħar xhur gruppi ta' minoranza għamlu manifestazzjonijiet għad-drittijiet tagħhom, u billi dan wassal biex numru kbir ta' manifestanti ntefgħu l-ħabs;
B. billi sitt membri tal-minoranza Għarbija Aħważi qiegħdin jiġu pproċessati wara li nżammew mingħajr att ta' akkuża għal kważi sena b'konnessjoni mal-attivitajiet tagħhom f'isem din il-minoranza; billi jeżistu biżgħat iġġustifikati li dawn jistgħu ma jkunux ipproċessati b'mod ġust u jistgħu jkunu fir-riskju ta' tortura jew trattament ħażin ieħor;
C. billi, fil-5 ta' Ġunju 2012, pereżempju, Mohammad Mehdi Zalieh, priġunier Iranjan-Kurd miet fil-ħabs Rajaee Shahr bħala riżultat ta' attenzjoni medika fqira mill-awtoritajiet tal-ħabs;
D. billi l-kostituzzjoni tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran tipprovdi formalment għat-trattament ġust tal-minoranzi etniċi; billi, madankollu fil-prattika, membri ta' minoranzi etniċi, bħall-Ażeri, l-Għarab, il-Kurdi u l-Baloch, qed jiffaċjaw firxa sħiħa ta' vjolazzjonijiet tad-drittijiet umani u ċivili, inklużi indħil fuq id-drittijiet tagħhom tal-libertà ta' għaqda, assoċjazzjoni u espressjoni;
E. billi hemm diskriminazzjoni mifruxa kontra l-persuni li jappartjenu għall-minoranzi, inkluża l-konfiska tal-art u tal-proprjetà u ċ-ċaħda ta' impjieg, u restrizzjonijiet fuq id-drittijiet soċjali, kulturali u lingwistiċi, bi vjolazzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali u tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;
F. billi d-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi etniċi għandha impatt konsiderevoli fil-qasam tal-edukazzjoni, minħabba li l-iskejjel fir-reġjuni tal-minoranzi huma sikwit foqra u r-rati ta' analfabetiżmu f'dawn ir-reġjuni għandhom tendenza li jkunu ogħla mill-medja nazzjonali, fattur li jikkontribwixxi għar-rappreżentanza insuffiċjenti tal-minoranzi nazzjonali u etniċi fil-karigi għolja tal-gvern;
G. billi n-nisa mhux Persjani jiffaċjaw diskriminazzjoni doppja bħala membri ta' komunitajiet marġinalizzati u bħala nisa fl-Iran, fejn il-liġi tillimita d-drittijiet tagħħom b'mod speċifiku;
H. billi kienet irreġistrata żieda drammatika fl-eżekuzzjonijiet, inklużi ta' minuri, fl-Iran f'dawn l-aħħar snin; billi l-piena tal-mewt tkun imposta regolarment f'każijiet fejn l-akkużati jkunu miċħuda d-drittijiet ta' proċess ġust tagħhom u għal delitti li ma jaqgħux taħt il-kategorija tal-“iktar delitti gravi” skont l-istandards internazzjonali;
1. Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu għas-sitwazzjoni li dejjem sejra għall-agħar fl-Iran, inkluż għal persuni li jagħmlu parti minn minoranzi reliġjużi u etniċi, minħabba diskriminazzjoni politika, ekonomika, soċjali u kulturali sistematika;
2. Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jeliminaw il-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontra persuni li huma parti minn minoranzi etniċi u reliġjużi, kemm jekk huma uffiċjalment rikonoxxuti kemm jekk mhumiex; jitlob li kull persuna li hi parti minn minoranza titħalla teżerċita d-drittijiet kollha mħaddna fil-Kostituzzjoni Iranjana u fil-liġi internazzjonali, inklużi l-garanziji stipulati fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, li tagħhom l-Iran huwa stat kontraenti;
3. Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani biex jiżguraw li l-membri tal-minoranza Għarbija Aħważi arrestati – Mohammad Ali Amouri, Rahman Asakereh, Hashem Sha'bani Amouri, Hadi Rashidi, Sayed Jaber Alboshoka u Sayed Mokhtar Alboshoka – ikunu pproċessati skont l-istandards internazzjonali ta' proċess ġust, bil-protezzjoni dovuta mit-tortura u minn trattament ħażin ieħor, u mingħajr l-użu tal-piena tal-mewt;
4. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jeħilsu l-attivisti li bħalissa qiegħdin il-ħabs għall-ħidma paċifika tagħhom favur id-drittijiet tal-minoranzi;
5. Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jirrispettaw id-dritt tal-minoranzi etniċi li jużaw il-lingwi proprji tagħhom, fil-privat u pubbliku, u b'mod partikolari jiggarantixxu l-edukazzjoni fil-lingwi minoritarji, skont il-kostituzzjoni tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran;
6. Jistieden lill-Espert Indipendenti tan-NU dwar kwistjonijiet ta' minoranzi u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar forom kontemporanji ta' razziżmu, ksenofobija u intolleranza relatata biex jagħmlu żjara fl-Iran sabiex jirrapportaw dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u b'mod partikolari l-qagħda mwiegħra tal-minoranzi;
7. Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jiggarantixxu l-libertà reliġjuża skont il-kostituzzjoni Iranjana u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u jtemmu, fil-prattika, id-diskriminazzjoni kontra u l-fastidju lil minoranzi reliġjużi bħal Musulmani mhux Xiti, Assirjani u gruppi Kristjani oħrajn, il-persekuzzjoni sistematika tal-minoranza Baha'i u l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt lil min jikkonverti mill-Iżlam;
8. Jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament, biex tagħmel użu effettiv mill-Istrument għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem il-ġdid sabiex tappoġġa d-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni minn minoranzi, fl-Iran;
9. Jikkundanna bil-qawwa l-piena kapitali fl-Iran u jistieden lill-awtoritajiet Iranjani biex, bi qbil mar-Riżoluzzjonijiet 62/149 u 63/168, tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, jistabbilixxu moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet sakemm titneħħa l-piena kapitali; iħeġġeġ lill-gvern sabiex jipprojbixxi l-eżekuzzjoni tal-minuri u jikkommuta s-sentenzi kapitali kollha li bħalissa qed jiffaċjaw il-minuri;
10. Jafferma mill-ġdid ir-rieda tiegħu li jimpenja ruħu fi djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-Iran fil-livelli kollha fuq il-bażi ta' valuri universali kif imħaddna fil-Karta tan-NU u l-konvenzjonijiet tan-NU;
11. Jistieden lill-Awtoritajiet Iranjani juru li huma impenjati bis-sħiħ li jikkooperaw mal-komunità internazzjonali fit-titjib tal-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran; jenfasizza l-ħtieġa għal impenn aktar mill-qrib mal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u mal-mekkaniżmi tad-drittijiet tal-bniedem;
12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi-President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lill-Uffiċċju tal-Mexxej Suprem, u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran.
Ġimgħa Ewropea ta' tqajjim ta' kuxjenza dwar l-arrest kardijaku
72k
34k
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar l-istabbiliment ta' ġimgħa Ewropea ta' tqajjim ta' kuxjenza dwar l-arrest kardijaku
– wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi fl-Ewropa madwar 400 000 persuna kull sena tbati minn arrest kardjaku f'daqqa li jseħħ barra l-isptar, b'rata ta' sopravivenza ta' inqas minn 10 %;
B. billi s-sopravivenza ta' ħafna vittmi li jkunu jidhru b'saħħithom tiddependi mir-risuxxitazzjoni kardjopulmonari amministrata mill-persuni fil-qrib u d-defibrillazzjoni bikrija, u billi l-intervent fl-ewwel 3 sa 4 minuti jista' jżid l-opportunità ta' sopravivenza għal iktar minn 50 %;
C. billi fl-Ewropa, il-programmi ta' defibrillaturi esterni awtomatizzati huma implimentati parzjalment biss;
1. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iħeġġu:
–
l-adozzjoni ta' programmi komuni għall-implimentazzjoni tad-defibrillaturi esterni awtomatizzati f'postijiet pubbliċi u għat-taħriġ tal-persuni lajki fl-Istati Membri kollha,
–
l-aġġustament tal-leġiżlazzjoni sabiex tkun iffaċilitata r-risuxxitazzjoni kardjopulmonari u d-defibrillazzjoni minn persuni mhux mediċi,
–
il-ġbir sistematiku tad-data għall-feedback u l-ġestjoni tal-kwalità f'kull programm;
2. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu ġimgħa Ewropea ta' tqajjim ta' kuxjenza dwar l-arrest kardijaku mmirata lejn it-titjib tal-kuxjenza u l-edukazzjoni tal-pubbliku ġenerali, tat-tobba u tal-professjonisti tas-saħħa;
3. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' strateġiji nazzjonali għal aċċess ugwali għal risuxxitazzjoni kardjopulmonari ta' kwalità għolja;
4. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni armonizzata fl-UE kollha sabiex jipprovdu l-immunità mir-responsabilità għall-persuni mhux mediċi li jirreaġixxu l-ewwel biex joffru l-assistenza volontarja f'emerġenzi kardijaki;
5. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji(1), lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.