Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/008 DK/Odense Steel Shipyard mid-Danimarka) (COM(2012)0272 – C7-0131/2012 – 2012/2110(BUD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0272 – C7-0131/2012),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2) (Ir-Regolament FEG),
– wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu stipulata fil-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0232/2012),
A. billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jiġi pprovdut appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol;
B. billi l-ambitu tal-FEG twessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 “l quddiem biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali;
C. billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli b'mod kemm jista' jkun malajr u effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-Ftehim Interistituzzjonali (FII) tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG;
D. billi d-Danimarka talbet assistenza għal 981 sensja, li minnhom 550 huma fil-mira tal-għajnuna, fl-intrapriża primarja Odense Steel Shipyard u f'erba' fornituri u produtturi fi stadji sussegwenti tal-produzzjoni fid-Danimarka, fi żmien perjodu ta' referenza ta' erba' xhur;
E. billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG;
1. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament FEG huma ssodisfati u li, għalhekk, id-Danimarka, hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament;
2. Jinnota li l-awtoritajiet Daniżi ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fit-28 ta' Ottubru 2011 u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli min-naħa tal-Kummissjoni fis-6 ta' Ġunju 2012; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef il-proċess ta' valutazzjoni, b'mod partikolari fil-każ ta' applikazzjonijiet li jimmiraw lejn is-setturi fejn diġà sar użu mill-FEĠ f'diversi okkażjonijiet;
3. Jinnota li t-telf dirett fl-Odense Steel Shipyard kopert minn żewġ applikazzjonijiet FEG (din u FEG/2010/025 DK/Odense Steel Shipyard(3)) jammonta għal madwar 2 % tal-forza tax-xogħol lokali, u, flimkien ma' telf ta' impjiegi indirett, l-għeluq tat-tarzna jitqies bħala kriżi ewlenija fl-ekonomija reġjonali;
4. Jinnota li l-awtoritajiet Daniżi indikaw li, fil-fehma tagħhom, kienu se jkunu 550 biss mid-981 ħaddiem mogħti s-sensja li jagħżlu li jieħdu sehem fil-miżuri, filwaqt li oħrajn kienu se jiddeċiedu li jew jirtiraw jew isibu impjieg ġdid huma stess; jitlob lill-awtoritajiet Daniżi jinqdew bl-appoġġ tal-FEG fil-potenzjal sħiħ tiegħu;
5. Jinnota li skont ir-rapport annwali tal-Komunità ta' Assoċjazzjonijiet tat-Tarzni Ewropej (CESA) għall-2010-2011(4), il-forza tax-xogħol fil-bini tal-bastimenti fl-Ewropa naqset bi 23 % tul l-aħħar tliet snin, minn 148 792 ħaddiem fl-2007 għal 114 491 fl-2010; u li l-assistenza FEG tul l-aħħar tliet snin diġà ġiet mobilizzata fi tliet każijiet fis-settur tal-bini tal-bastimenti (EGF/2010/001 DK/Nordjylland(5), EGF/2010/006 PL/H.Cegielski-Poznan(6) u EGF/2010/025 DK/Odense Steel Shipyard);
6. Jilqa' l-fatt li l-muniċipalitajiet ta' Odense u Kerteminde, li huma milqutin bil-goff mis-sensji fl-Odense Steel Shipyard, kienu mdaħħlin mill-qrib fl-applikazzjoni, li hija parti minn strateġija għal opportunitajiet ġodda ta' tkabbir fir-reġjun ifformulati minn konsorzju ta' partijiet interessati lokali, reġjonali u nazzjonali wara li tħabbar l-għeluq tat-tarzna fl-2009;
7. Jilqa' l-fatt li, sabiex il-ħaddiema jkunu pprovduti b'assistenza rapida, l-awtoritajiet Daniżi ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tal-miżuri qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ tal-FEG għall-pakkett koordinat propost;
8. Jinnota li l-awtoritajiet Daniżi qed jipproponu pakkett ikkoordinat relattivament għali ta' servizzi personalizzati (EUR 11 737 ta' appoġġ mill-FEG għal kull ħaddiem); jilqa“, b'danakollu, il-fatt li l-pakkett jikkonsisti f'miżuri li huma addizzjonali u innovattivi meta mqabblin ma' dawk offruti regolarment mill-aġenziji tal-impjiegi u li huma adattati biex jassistu ħaddiema kwalifikati ħafna f'suq diffiċli tax-xogħol;
9. Ifakkar fl-importanza tat-titjib fl-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema ssensjati imma wkoll għall-ambjent tan-negozju kif inhu bħalissa;
10. Jinnota li l-grupp ta' ħaddiema fil-mira diġà huwa kkwalifikat ħafna, iżda f'qasam fejn il-prospettivi futuri għax-xogħol huma inċerti; għalhekk, il-miżuri proposti għalihom mill-ambitu finanzjarju se jkunu jiswew aktar milli fil-każ ta' għadd kbir ta' ħaddiema ssensjati f'daqqa, sensji li spiss ikunu jolqtu persuni li relattivament għandhom ftit kwalifiki;
11. Jilqa' l-fatt li l-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati joffri wkoll inċentivi u korsijiet biex wieħed jibda negozju ġdid, u dawn huma kkontemplati għal għaxar ħaddiema (inkluż self ta' EUR 26 000 għall-bidu tan-negozju);
12. Jilqa' l-fatt li konsorzju ta' partijiet interessati lokali, reġjonali u nazzjonali ddiskuta u fformula strateġija għal opportunitajiet ġodda ta' tkabbir fir-reġjun Odense, u li din l-istrateġija qed tiggwida l-għażla ta' miżuri ta' taħriġ mill-ġdid fl-applikazzjoni;
13. Jinnota, b'danakollu, l-allowance tas-sussistenza proposta ta' EUR 103 għal kull ħaddiem għal kull ġurnata ta' involviment attiv u li l-ammont previst għal dawk l-allowances jirrappreżenta aktar minn terz mill-kost totali tal-pakkett; ifakkar li l-appoġġ mill-FEG għandu l-ewwel nett jingħata għat-tiftix ta' impjieg u għal programmi ta' taħriġ u mbagħad bħala kontribuzzjoni diretta għal allowances finanzjarji li jkunu r-responsabilità tal-Istati Membri bis-saħħa tal-liġi nazzjonali;
14. Jilqa' l-enfasi fuq oqsma ġodda ta' tkabbir u żvilupp potenzjali fl-ekonomija reġjonali, bħat-teknoloġija tal-enerġija, ir-robotika u t-teknoloġija tal-benessri, li huma konformi kemm mal-miri ta' Lisbona fir-rigward ta' kompetittività Ewropea f'saħħitha, u mal-miri tal-Ewropa 2020 dwar tkabbir intelliġenti, inklussiv u sostenibbli;
15. Jilqa' l-fatt li s-support mill-FEG f'dan il-każ huwa kkoordinat minn Segretarjat FEG li twaqqaf dan l-aħħar fi ħdan il-Muniċipalità ta' Odense u li tneda sit web iddedikat u li huwa ppjanat li jsiru żewġ konferenzi għall-promozzjoni tal-eżitu taż-żewġ applikazzjonijiet FEG;
16. Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex jaċċeleraw il-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza l-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni għall-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat il-Fond; jittama li jiġi integrat aktar titjib proċedurali fir-Regolament dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) il-ġdid u li jinkisbu effiċjenza, trasparenza u viżibbiltà akbar tal-FEG;
17. Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien, immirat biex jgħin lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG fir-reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja;
18. Jiddeplora l-fatt li, minkejja bosta mobilizzazzjonijiet Daniżi li kellhom suċċess tal-FEG skont il-kriterji marbutin mal-kummerċ u mal-kriżi, id-Danimarka hija wieħed mill-pajjiżi li qed jimminaw il-futur tal-FEG wara l-2013, bl-imblokkar tat-twessigħ tad-deroga tal-kriżi u t-tnaqqis fl-allokazzjoni finanzjarja għall-Kummissjoni għal assistenza teknika għall-FEG għall-2012;
19. Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; barra dan jenfasizza li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri għas-suq tax-xogħol attivi li jwasslu għal impjiegi fit-tul; itenni li l-għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tissostitwixxi miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi; jiddeplora l-fatt li l-FEG jista' jipprovdi inċentiv għall-kumpaniji sabiex jissostitwixxu l-forza tax-xogħol kuntrattwali tagħhom b'ħaddiema oħra aktar flessibbli u għal terminu ta' żmien qasir;
20. Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà tagħhom ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx jista' jkun hemm duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;
21. Jilqa' l-fatt li wara talbiet imtennija mill-Parlament, il-baġit tal-2012 juri approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 50 000 000 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni speċifika għalih, li tevita li jkun hemm trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, fatt li jista' jkun ta' ħsara għall-ilħuq tal-objettivi tal-politika tal-FEG;
22. Jiddispjaċih bid-deċiżjoni tal-Kunsill li jibblokka l-estensjoni tad-“deroga marbuta mal-kriżi” li tippermetti l-għoti ta' assistenza finanzjarja lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali u mhux biss lil dawk li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba bidliet fix-xejriet kummerċjali fid-dinja, u li tippermetti żieda fir-rata tal-kofinanzjament tal-Unjoni għal 65 % tal-ispejjeż tal-programm, għall-applikazzjonijiet ippreżentati wara l-iskadenza tal-31 ta' Diċembru 2011, u jitlob lill-Kunsill jerġa jintroduċi mill-ġdid din il-miżura mingħajr dewmien;
23. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
24. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
25. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-XXXX
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/008 DK/Odense Steel Shipyard mid-Danimarka)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2012/537/UE.)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/017 ES/Kostruzzjoni ta' Aragón minn Spanja) (COM(2012)0290 – C7-0150/2012 – 2012/2121(BUD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0290 – C7-0150/2012),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod(1) (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2),
– wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu stipulata fil-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0233/2012),
A. billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jiġi pprovdut appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol;
B. billi l-ambitu tal-FEG twessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 “l quddiem biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali;
C. billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG;
D. billi Spanja talbet għajnuna rigward 836 sensja, li 320 minnhom huma speċifikati għall-għajnuna, f'377 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 41 (Kostruzzjoni ta' binjiet)(3) tan-NACE Reviżjoni 2 fir-reġjun NUTS II ta' Aragona (ES24) fi Spanja;
E. billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG;
1. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament FEG huma ssodisfati u li, għalhekk, Spanja hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament;
2. Jinnota li l-awtoritajiet Spanjoli ppreżentaw l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fit-28 ta' Diċembru 2011 u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fl-18 ta' Ġunju 2012; jilqa' l-fatt li l-proċess ta' evalwazzjoni u t-tressiq ta' tagħrif addizzjonali min-naħa ta' Spanja kienu mgħaġġlin u preċiżi;
3. Jinnota li l-qgħad żdied sew f'Aragona, u li, sal-aħħar tal-2011 in-numru ta' ħaddiema reġistrati fl-uffiċċji tax-xogħol pubbliċi kien qrib 100 000, li 15% minnhom kienu ħaddiema li ingħataw is-sensja fil-qasam tal-kostruzzjoni;
4. Jieħu nota li r-reġjun ta' Aragona ntlaqgħat sew fil-passat minn sensji tal-massa u jilqa' l-fatt li r-reġjun iddeċieda li juża l-appoġġ tal-FEG biex jindirizza dawk is-sensji; Spanja ressqet żewġ applikazzjonijiet għall-FEG għar-reġjun ta' Aragona qabel: EGF/2008/004 ES Castilla y León & Aragón (1 082 sensja fl-industrija tal-karozzi li 594 minnhom seħħew f'Aragona)(4) u EGF/2010/016 ES Aragón retail (1 154 sensja fil-qasam tal-bejgħ)(5); jilqa' l-fatt li r-reġjun qed jibni fuq l-esperjenza mal-FEG u jassisti malajr lill-ħaddiema f'diversi setturi; jemmen bis-sħiħ li l-għajnuna antiċipata tal-FEG tista' tikkontribwixxi aktar għall-prevenzjoni tar-riskju ta' depopolazzjoni fir-reġjun ta' Aragona (attwalment fih bejn 3 u 54 abitant għal kull km²) billi tinkoraġġixxi b'mod effettiv lill-popolazzjoni biex tibqa' f'dan it-territorju;
5. Jinnota li l-awtoritajiet Spanjoli jinfurmaw li fil-valutazzjoni tagħhom imsejsa fuq l-esperjenza b'applikazzjonijiet preċedenti tal-FEG, se jkunu biss 320 ħaddiem fil-mira tal-appoġġ tal-FEG li se jagħżlu li jipparteċipaw fil-miżuri; jistieden lill-awtoritajiet Spanjoli jużaw il-potenzjal kollu tal-għajnuna mill-FEG;
6. Jilqa' l-fatt li, biex il-ħaddiema jkunu pprovduti b'assistenza rapida, l-awtoritajiet Spanjoli ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tal-miżuri qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ tal-FEG għall-pakkett koordinat propost;
7. Ifakkar fl-importanza tat-titjib fl-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ mfassal u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema ssensjati, iżda wkoll ta' dawk tal-ambjent kummerċjali effettiv;
8. Jilqa' l-fatt li l-imsieħba soċjali relevanti ġew ikkonsultati dwar l-applikazzjoni għall-għajnuna tal-FEG u dwar il-kontenuti tal-pakkett ta' servizzi personalizzati li se jiġu provduti lill-ħaddiema biex jittejjeb it-tqabbil bejn id-domanda u l-provvista fis-suq tax-xogħol;
9. Jilqa' b'mod partikolari l-kors ta' taħriġ li kien tfassal biex iqabbel il-ħtiġijiet identifikati tal-impriżi lokali, li min-naħa tagħhom se jimpenjaw ruħhom li jimpjegaw uħud mill-ħaddiema li jipparteċipaw f'din l-azzjoni;
10. Jenfasizza l-fatt li għandhom jiġu misluta lezzjonijiet mit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' din l-applikazzjoni u oħrajn li jindirizzaw sensji tal-massa f'għadd kbir ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) f'settur wieħed, b'mod partikolari f'termini ta' eliġibilità ta' dawk li jaħdmu għal rashom u s-sidien tal-SMEs għall-appoġġ tal-FEG fir-regolament futur u l-arranġamenti użati mir-reġjuni u l-Istati Membri sabiex jippreżentaw malajr applikazzjonijiet settorjali li jkopru għadd kbir ta' impriżi;
11. Jinnota li l-miżuri li jappoġġjaw l-intraprenditorjat huma previsti għal 20 ħaddiem biss; jittama li l-awtoritajiet Spanjoli se jippromwovu l-intraprenditorjat u li jkunu kapaċi jadattaw il-pakkett koordinat ta' servizzi fil-każ li jkun hemm żieda fl-interess f'dan it-tip ta' miżuri;
12. Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji biex jgħaġġlu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza l-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni għall-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG; jittama li jiġi integrat aktar titjib proċedurali fir-Regolament dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) il-ġdid u li jinkisbu effiċjenza, trasparenza u viżibbiltà akbar tal-FEG;
13. Jinnota li l-pakkett koordinat jipprevedi bosta inċentivi għall-parteċipazzjoni biex jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni fil-miżuri: allowance għat-tiftix ta' impjieg ta' EUR 300 (somma globali), allowance għar-rikollokament ta' EUR 200 u EUR 400 għal min jaħdem għal rasu fix-xahar għal massimu ta' tliet xhur; ifakkar li l-appoġġ mill-FEG għandu jkun allokat primarjament għal taħriġ u għat-tfittxija ta' impjieg kif ukoll għal programmi ta' taħriġ, minflok ma jikkontribwixxi direttament għal benefiċċji tal-qgħad li huma r-responsabilità tal-istituzzjonijiet nazzjonali;
14. Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien, immirat biex jgħin lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG fir-reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja;
15. Jinnota li dan il-każ speċifiku jirrifletti l-pajsaġġ soċjali u ekonomiku tar-reġjun speċifiku li jista' fil-ġejjieni jiġi indirizzat bl-estensjoni tal-ambitu tal-FEG għal ħaddiema li jaħdmu għal rashom (kif proponiet il-Kummissjoni fil-proposta tal-FEG 2014-2020);
16. Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; barra dan jenfasizza li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri għas-suq tax-xogħol attivi li jwasslu għal impjiegi fit-tul; itenni li l-għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tissostitwixxi miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi; jiddeplora l-fatt li l-FEG jista' jipprovdi inċentiv għall-kumpaniji sabiex jissostitwixxu l-forza tax-xogħol kuntrattwali tagħhom b'ħaddiema oħra aktar flessibbli u għal terminu ta' żmien qasir;
17. Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-dejta fir-rapporti annwali tagħha sabiex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx jista' jkun hemm duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;
18. Jilqa' l-fatt li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, il-baġit tal-2012 juri approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 50 000 000 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u, għalhekk, jistħoqqlu allokazzjoni speċifika, li se tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li hija xi ħaġa li tista' tkun ta' ħsara għall-ilħuq tal-objettivi tal-politika tal-FEG;
19. Jiddispjaċih bid-deċiżjoni tal-Kunsill li jibblokka l-estensjoni tad-“deroga marbuta mal-kriżi” li tippermetti l-għoti ta' assistenza finanzjarja lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali flimkien ma' dawk li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba bidliet fl-istruttura tal-kummerċ fid-dinja, u li tippermetti żieda tar-rata ta' kofinanzjament tal-Unjoni għal 65% tal-ispejjeż tal-programm, għall-applikazzjonijiet ippreżentati wara l-iskadenza tal-31 ta' Diċembru 2011, u jitlob lill-Kunsill jerġa' jintroduċi din il-miżura mingħajr dewmien;
20. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
21. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti biex tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
22. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/017 ES/Kostruzzjoni ta' Aragón minn Spanja)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2012/536/UE.)
Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija u li tirrevoka d-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (COM(2011)0370 – C7-0168/2011 – 2011/0172(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0370),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0168/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Svediż, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2011(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-14 ta' Diċembru 2011(2),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Ġunju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0265/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Japprova l-istqarrija konġunta mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni mehmuż ma' din ir-riżoluzzjoni
3. Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;
4. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2012/27/EU.)
ANNESS
Abbozz ta' Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar ir-rwol eżemplari tal-binjiet tagħhom fil-kuntest tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li, minħabba l-viżibilità għolja tal-binjiet tagħhom u r-rwol ta' tmexxija li għandu jkollhom fir-rigward tal-prestazzjoni enerġetika tal-binjiet tagħhom, huma ser jintrabtu, mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-baġit u l-akkwist, li japplikaw l-istess rekwiżiti għall-binjiet li huma l-proprjetà tagħhom u li huma jokkupaw bħal dawk applikabbli għall-binjiet tal-gvern ċentrali tal-Istati Membri skont l-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2012/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE.
Abbozz ta' dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-verifiki tal-enerġija
Kif spjegat fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (COM(2012)0209 tat-8.5.2012), il-Kummissjoni identifikat il-Linji Gwida tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Protezzjoni Ambjentali bħala wieħed mill-istrumenti li jistgħu jikkontribwixxu għall-Istrateġija tat-Tkabbir u l-objettivi ta' Ewropa 2020 u li jistgħu jiġu riveduti sa tmiem l-2013. F'dak il-kuntest, il-Kummissjoni tista' tivverifika li r-regoli futuri dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Protezzjoni Ambjentali jkomplu jippromwovu bl-aħjar mod it-tkabbir sostenibbli, fost oħrajn permezz tal-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija f'konformità mal-objettivi ta' din id-Direttiva.
Abbozz ta' dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-EU ETS
Fid-dawl tal-ħtieġa li jinżammu l-inċentivi fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti ta' Emissjonijiet, il-Kummissjoni tintrabat sabiex:
–
tippreżenta b'mod urġenti l-ewwel rapport skont l-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2003/87/KE dwar is-suq tal-karbonju akkumpanjat minn reviżjoni tal-profil taż-żmien tal-irkant tal-fażi numru 3
–
f'dan ir-rapport teżamina l-għażliet għall-azzjoni, inkluż fost oħrajn iż-żamma permanenti tal-ammont neċessarju ta' allokazzjonijiet, bl-għan li jiġu adottati malajr kemm jista' jkun aktar miżuri strutturali xierqa biex isaħħu l-ETS matul il-fażi numru 3, u biex jagħmluha aktar effettiva.
– wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jarosław Leszek Wałęsa, imressqa fl-20 ta' April 2012 mill-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika Pollakka b'rabta ma' proċedimenti għal reat allegat u mħabbra fis-seduta plenarja fit-23 ta' Mejju 2012,
– wara li Jarosław Leszek Wałęsa ngħata l-opportunità li jinstema' skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,
– wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010 u tas-6 ta' Settembru 2011(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja, u l-Artikoli 7b(1) u 7c, flimkien mal-Artikolu 10b, tal-Att Pollakk dwar it-twettiq tal-mandat ta' deputat jew senatur, tad-9 ta' Mejju 1996,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0230/2012),
A. billi l-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika Pollakka talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Membru tal-Parlament Ewropew, Jarosław Leszek Wałęsa, b'rabta ma' proċedimenti għal reat allegat;
B. billi t-talba tal-Prosekutur Pubbliku hija marbuta ma' proċedimenti għal reat allegat skont l-Att Pollakk tal-20 ta' Mejju 1971 li jistabbilixxi Kodiċi ta' Reati u l-Att dwar it-Traffiku fit-Toroq tal-20 ta' Ġunju 1997 b'rabta ma' inċident tat-traffiku fit-2 ta' Settembru 2011 fil-Polonja li Jarosław Leszek Wałęsa kien involut fih u li fih korra gravement;
C. billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri, fit-territroju tal-Istat tagħhom stess, għandhom jibbenefikaw mill-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-Parlament tagħhom;
D. billi Jarosław Leszek Wałęsa ma aċċettax li jinstema' mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, iżda wera li jippreferi konklużjoni rapida ta' din il-kwistjoni u huwa tal-fehma li l-immunità tiegħu għandha titneħħa;
E. billi huwa l-Parlament biss li jista' jiddeċiedi jekk l-immunità titneħħiex jew le f'każ partikolari; billi l-Parlament jista' raġonevolment iqis il-pożizzjoni tal-Membru biex jasal għad-deċiżjoni tiegħu dwar jekk ineħħix jew le l-immunità tiegħu(2);
F. billi l-fatti tal-każ, kif imniżżla fis-sottomissjonijiet lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, jindikaw li l-attivitajiet allegati m'għandhomx konnessjoni evidenti u diretta mat-twettiq tad-dmirijiet ta' Jarosław Leszek Wałęsa bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
G. billi għalhekk, Jarosław Leszek Wałęsa ma kienx qed jaġixxi fit-twettiq ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
1. Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Jarosław Leszek Wałęsa;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Polonja u lil Jarosław Leszek Wałęsa.
Kawża 101/63 Wagner vs Fohrmann u Krier [1964] Ġabra 195, Kawża 149/85 Wybot vs Faure et [1986] Ġabra 2391, Kawża T-345/05 Mote vs Il-Parlament [2008] Ġabra II-2849, Kawżi Magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra vs De Gregorio u Clemente [2008] Ġabra I-7929, Kawża T-42/06 Gollnisch vs Il-Parlament (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) u Kawża C-163/10 Patriciello (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).
Kawża T-345/05 Mote vs Il-Parlament [2008] ECR II-2849, punt 28.
Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Birgit Collin-Langen
285k
39k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2012 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Birgit Collin-Langen (2012/2128(IMM))
– wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Birgit Collin-Langen, mgħoddija fis-27 ta' April 2012 mill-Prosekutur Anzjan f'Koblenz (il-Ġermanja), b'konnessjoni ma' azzjoni legali rigward offiża allegata u li tħabbret fis-sessjoni plenarja fl-14 ta' Ġunju 2012,
– wara li sema' lil Birgit Collin-Langen skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 rigward l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew permezz ta' suffraġju universali dirett,
– wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010 u tas-6 ta' Settembru 2011(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Liġi Bażika Ġermaniża (Grundgesetz),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0229/2012),
A. billi l-Prosekutur Prinċipali talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Membru tal-Parlament Ewropew, Birgit Collin-Langen, b'konnessjoni ma' azzjoni legali rigward offiża allegata;
B. billi t-talba mill-Prosekutur Prinċipali tirreferi għal proċedimenti rigward offiża allegata taħt is-Sezzjoni 331 tal-Kodiċi Kriminali Ġermaniż li jiddikjara li “uffiċjal pubbliku jew persuna fdata b'funzjonijiet ta' servizz pubbliku speċjali li titlob, tħalli lilha nnifisha tiġi mwiegħda jew taċċetta benefiċċju għaliha jew għal terza persuna għall-għoti ta' kompitu uffiċjali tista” teħel ħabs għal tul ta' żmien li ma jaqbiżx tliet snin jew multa“;
C. billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri tal-Parlament;
D. billi, taħt l-Artikolu 46(2) tal-Liġi Bażika Ġermaniża (Grundgesetz), Membru ma jistax jinżamm responsabbli għal offiża punibbli mingħajr il-permess tal-Parlament sakemm ma jinqabadx fil-fatt waqt li jkun qed jikkommetti offiża jew matul il-jum ta' wara;
E. billi, konsegwentement, il-Parlament għandu jneħħi l-immunità Parlamentari ta' Birgit Collin-Langen jekk il-proċedimenti kontriha għandhom ikomplu sejrin;
F. billi Birgit Collin-Langen instemgħet mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, fejn talbet għal konklużjoni malajr ta' din il-kwistjoni u ddikjarat li l-immunità tagħha għandha titneħħa;
G. billi, jekk f'każ partikolari immunità għandhiex titneħħa jew le għandu jiġi deċiż mill-Parlament biss; billi l-parlament jista' b'mod raġonevoli jikkunsidra l-pożizzjoni ta' Membru meta jasal għal deċiżjoni biex ineħħi jew ma jneħħix l-immunità tiegħu jew tagħha(2);
H. billi Birgit Collin-Langen ilha Membru tal-Parlament Ewropew mis-17 ta' Marzu 2012;
I. billi l-fatti tal-każ imorru lura għall-2006-2008 u, kif intwera fis-sottomissjonijiet lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, l-attivitajiet allegati ma' għandhomx konnessjoni diretta u ovvja mal-prestazzjoni ta' Birgit Collin-Langen fid-dmirijiet tagħha bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
J. billi Birgit Collin-Langen, għalhekk, ma kinitx qed taġixxi fil-qadi ta' dmirijietha bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
K. billi l-fatti spjegati fin-nota spjegattiva ma jikkostitwixxux każ ta' fumus persecutionis;
1. Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Birgit Collin-Langen;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Federali Ġermaniża u lil Birgit Collin-Langen.
Il-Kawża 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] Ġabra 195, il-Kawża 149/85 Wybot v Faure u oħrajn [1986] Ġabra 2391, il-Kawża T-345/05 Mote v Parlament [2008] Ġabra II-2849, Kawżi Magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente [2008] Ġabra I-7929, Kawża T-42/06 Gollnisch v Parlament (għadha mhix ippubblikata fil-Ġabra) u l-Kawża C-163/10 Patriciello (għadha mhix ippubblikata fil-Ġabra).
Il-Kawża T-345/05 Mote v Parlament [2008] Ġabra II-2849, par. 28.
L-allegati trasportazzjoni u detenzjoni illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej mis-CIA
395k
167k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2012 dwar l-allegati trasportazzjoni u żamma illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej mis-CIA: segwitu tar-Rapport tal-Kumitat tat-TDIP tal-Parlament Ewropew (2012/2033(INI))
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3, 4, 6, 7 u 21 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 1, 2, 3, 4, 18 u 19 tagħha,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-protokolli tagħha,
– wara li kkunsidra l-istrumenti tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU, b'mod partikolari l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta' Diċembru 1966, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra tal-10 ta' Diċembru 1984 u l-protokolli relevanti tagħhom, u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat tal-20 ta' Diċembru 2006,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana tal-1949,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra(1),
– wara li kkunsidra l-Programm ta' Stokkolma – Ewropa Miftuħa u Sigura għas-Servizz u l-Protezzjoni taċ-Ċittadini(2) – u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni tal-20 ta' April 2010 dwar “Il-kisba ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa: Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma” (COM(2010)0171),
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida għall-Politika tal-UE Lejn Pajjiżi Terzi dwar it-Tortura u t-Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra u l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Brussell tal-1 ta' Ottubru 2010, adottata waqt is-6 Konferenza tal-Kumitati Parlamentari għas-Sorveljanza tas-Servizzi tal-Intelliġenza u s-Sigurtà tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-istudju konġunt tan-NU dwar prattiki globali marbuta ma' detenzjoni sigrieta fil-kuntest tal-kontroll tat-terroriżmu, ippreparat mir-Rapporteur Speċjali għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali filwaqt li jkun ikkontrollat it-terroriżmu, Martin Scheinin; ir-Rapporteur Speċjali dwar it-tortura jew trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, Manfred Nowak; il-Grupp ta' Ħidma dwar id-Detenzjoni Arbitrarja, rappreżentat mill-Viċi President tiegħu, Shaheen Sardar Ali; u l-Grupp ta' Ħidma dwar l-Għajbien Involontarju Sfurzat, rappreżentat mill-President tiegħu, Jeremy Sarkin(3),
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tar-Rapporteur Speċjali dwar it-tortura jew trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, li jiffoka fuq kummissjonijiet ta' inkjesta b'risposta għal mudelli jew prattiki ta' tortura jew forom oħra ta' trattament ħażin(4),
– wara li kkunsidra r-Rapport tar-Rapporteur Speċjali dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali filwaqt li jkun ikkontrollat it-terroriżmu, Martin Scheinin, intitolat “Kumpilazzjoni ta' prattiki tajbin dwar oqfsa legali u istituzzjonali u miżuri li jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem minn aġenziji tal-intelliġenza filwaqt li jkun ikkontrollat it-terroriżmu, inkluż dwar is-sorveljanza tagħhom”(5),
– wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet mill-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari x-xogħol tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem preċedenti, Thomas Hammarberg, u tal-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura (CPT), kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet relevanti tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari dawk intitolati “Detenzjonijiet sigrieti u trasferimenti interstatali illegali ta' priġunieri li jinvolvu stati membri tal-Kunsill tal-Ewropa”(6), u “Detenzjonijiet sigrieti u trasferimenti illegali ta' priġunieri li jinvolvu Stati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa: it-tieni rapport”(7), u r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assemblea Parlamentari, intitolat “Abbuż tas-segretezza tal-istat u s-sigurtà nazzjonali: ostakli għall-iskrutinju parlamentari u ġudizzjarju tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem”(8),
– wara li kkunsidra l-kawżi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem Al – Nashiri v. Il-Polonja, Abu Zubaydah v. il-Litwanja, Abu Zubaydah v. il-Polonja u El-Masri v. “Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja”, li nstemgħu mill-Awla Manja fis-16 ta' Mejju 2012,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill “Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini – il-programm ta' Stokkolma”(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Frar 2007(10) u d-19 ta' Frar 2009(11) dwar l-użu allegat ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni illegali ta' priġunieri,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar Guantánamo, b'mod partikolari dawk tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar “Guantánamo: deċiżjoni imminenti dwar piena tal-mewt(12), tal-4 ta' Frar 2009 dwar ir-ritorn u r-risistemazzjoni tal-priġunieri tal-faċilità ta' detenzjoni ta' Guantánamo(13) u tat-13 ta' Ġunju 2006 dwar is-sitwazzjonijiet tal-priġunieri fi Guantánamo(14), u r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2004 lill-Kunsill dwar id-dritt għal proċess ġust tal-priġunieri ta' Guantánamo(15),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar “il-qagħda tad-Drittijiet Fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) – implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona”(16),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar “il-linja politika tal-UE kontra t-terroriżmu: il-kisbiet ewlenin u l-isfidi tal-futur”(17)
– wara li kkunsidra d-diskors mogħti minn Jacques Barrot, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, fi Strasburgu fis-17 ta' Settembru 2008(18),
– wara li kkunsidra l-istqarrijiet magħmula mill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa tal-Istati Membri kkonċernati li jagħmlu investigazzjonijiet dwar l-allegazzjonijiet ta' involviment fil-programm ta' rendiment u d-detenzjoni sigrieta tas-CIA, u għad-dokumenti komunikati lir-rapporteur mill-Kummissjoni, inklużi erba' ittri mibgħuta l-Polonja, erbgħa r-Rumanija u tnejn il-Litwanja bejn l-2007 u l-2010,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament tal-15 ta' Ottubru 2003 dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea: Ir-rispett għall-valuri u l-promozzjoni tagħhom li fuqhom hija bbażata l-Unjoni' (COM(2003)0606),
– wara li kkunsidra l-ittra tad-29 ta' Novembru 2005 mill-Presidenza tal-UE għas-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti Condoleezza Rice, li titlob kwalunkwe “kjarifika li l-Istati Uniti jistgħu jagħtu dwar dawn ir-rapporti [dwar l-allegati detenzjoni u trasport ta' suspettati terroristi ġo jew minn xi Stati Membri tal-UE] bit-tama li din ittaffi t-tħassib parlamentari u pubbliku”,
– wara li kkunsidra l-2748/2749 laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tal-15 ta' Settembru 2006, li fiha ġie diskuss is-suġġett “Il-ġlieda kontra t-terroriżmu – Faċilitajiet ta' detenzjoni sigrieti”,
– wara li kkunsidra l-istqarrija tal-UE li saret fis-7 ta' Marzu 2011 waqt is-16-il sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem rigward l-istudju konġunt tan-NU msemmi qabel dwar id-detenzjoni sigrieta,
– wara li kkunsidra l-artikolu intitolat “Il-ġlieda kontra t-terroriżmu u d-drittijiet tal-bniedem”, minn Villy Sovndal, Gilles de Kerchove u Ben Emmerson, ippubblikat fil-European Voice tad-19 ta' Marzu 2012,
– wara li kkunsidra r-risposta tas-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti Condoleezza Rice tal-5 ta' Diċembru 2005 għall-ittra tal-Presidenza tal-UE tad-29 ta' Novembru 2005, li tgħid “[...] li r-rendiment huwa għodda essenzjali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. L-użu tiegħu mhuwiex uniku għall-Istati Uniti, jew għall-amministrazzjoni attwali”, filwaqt li tiċħad l-allegazzjonijiet ta' involviment dirett mill-Istati Uniti fit-tortura u tenfasizza li l-“għan” tar-rendiment ma kienx li l-persuna li sarilha rendiment tkun ittorturata, u għad-dikjarazzjonijiet tas-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti Condoleezza Rice li tikkonferma li “aħna [l-Istati Uniti] qed nirrispettaw is-sovranità tas-sħab tagħna”(19),
– wara li kkunsidra r-rikonoxximent tal-President tal-Istati Uniti, George W. Bush, fid-diskors tiegħu mill-East Room tal-White House tas-6 ta' Settembru 2006, dwar l-eżistenza ta' programm ta' rendiment u detenzjoni sigrieta mmexxi mis-CIA, inklużi operazzjonijiet barranin,
– wara li kkunsidra l-memoirs ta' George W. Bush, li ġew ippubblikati fid-9 ta' Novembru 2010,
– wara li kkunsidra l-verżjoni mhux klassifikata, maħruġa f'Awwissu 2009, tar-rapport tal-2004 tal-Ispettur Ġenerali tas-CIA John Helgerson dwar l-operazzjonijiet ta' interrogazzjoni tas-CIA ta' żmien Bush,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-2007 tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar dwar it-trattament ta' 14-il priġunier ta' valur għoli fil-kustodja tas-CIA, li sar aċċessibbli għall-pubbliku fl-2009,
– wara li kkunsidra d-diversi inizjattivi fil-livell nazzjonali dwar l-involviment tal-Istati Membri fil-programm ta' rendiment u detenzjoni sigrieta tas-CIA, inkluża l-inkjesta li qed issir bħalissa fid-Danimarka u l-inkjesti li saru fil-passat fl-Isvezja, l-investigazzjonijiet kriminali li qed isiru bħalissa fil-Polonja u fir-Renju Unit, il-proċeduri kriminali preċedenti fl-Italja, il-Ġermanja, il-Litwanja, il-Portugall u Spanja, l-investigazzjoni parlamentari tal-partijiet kollha fir-Renju Unit u l-investigazzjonijiet parlamentari preċedenti fil-Ġermanja, il-Litwanja, il-Polonja u r-Rumanija,
– wara li kkunsidra l-inkjesta ġudizzjarja Portugiża li baqgħet sejra għal sentejn, u li ngħalqet f'daqqa waħda fl-2009,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-inkjesti nazzjonali li sar diġà f'xi Stati Membri,
– wara li kkunsidra r-rapporti numerużi tal-midja u atti ta' ġurnaliżmu investigattiv, b'mod partikolari – iżda mhux b'mod eżawrjenti – ir-rapporti tal-ABC News tal-2005(20) u tal-2009(21), ir-rapporti tal-Washington Post tal-2005(22), li mingħajrhom l-atti ta' rendimenti u detenzjoni kienu jibqgħu verament sigrieti,
– wara li kkunsidra r-riċerka u l-investigazzjonijiet li saru, u r-rapporti prodotti minn riċerkaturi indipendenti, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet mhux governattivi nazzjonali u internazzjonali mill-2005, notevolment mill-Human Rights Watch(23), l-Amnesty International u Reprieve,
– wara li kkunsidra s-smigħ tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) tiegħu magħmul fis-27 ta' Marzu 2012 u tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tiegħu magħmul fit-12 ta' April 2012, iż-żjara tad-delegazzjoni LIBE fil-Litwanja fil-25-27 ta' April 2012, iż-żjara tar-rapporteur fil-Polonja fis-16 ta' Mejju 2012 u kontribuzzjonijiet kollha miktuba u orali li rċieva r-rapporteur,
– wara li kkunsidra t-talba konġunta għal dejta tat-titjiriet imressqa lid-Direttur tal-Eurocontrol mill-President tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u r-rapporteur fis-16 ta' April 2012 u r-reazzjoni komprensiva li waslet mingħand il-Eurocontrol fis-26 ta' April 2012,
– wara li kkunsidra n-nota tad-DĠ IPOL intitolata “Ir-riżultati tal-inkjesti dwar il-programm tas-CIA ta' rendimenti straordinarji u ħabsijiet sigrieti fl-Istati Ewropej fid-dawl tal-qafas legali ġdid wara t-Trattat ta' Lisbona”,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 50 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0266/2012),
A. billi l-Parlament ikkundanna l-programm ta' rendiment u detenzjoni sigrieta tas-CIA mmexxija mill-Istati Uniti li tinvolvi numru ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi detenzjoni illegali u arbitrarja, tortura u trattament ħażin ieħor, ksur tal-prinċipju tan-non-refoulement u l-għajbien sfurzat; billi l-Kumitat Temporanju għall-użu allegat ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni illegali ta' priġunieri (minn issa “l quddiem ”Kumitat Temporanju“) iddokumenta l-użu tal-ispazju tal-ajru u t-territorju Ewropew mis-CIA, u billi l-Parlament reġa” talab investigazzjonijiet sħaħ dwar il-kollaborazzjoni ta' gvernijiet u aġenziji nazzjonali mal-programm tas-CIA;
B. billi l-Parlament talab b'mod ripetut biex il-ġlieda kontra t-terroriżmu tkun tirrispetta b'mod sħiħ id-dinjità tal-bniedem, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inkluż fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam, abbażi tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-UE u kostituzzjonijiet nazzjonali u leġiżlazzjoni tad-drittijiet fundamentali, u billi reċentament irrepeta din it-talba fir-rapport tiegħu dwar il-politika tal-UE għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, fejn qal ukoll li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huwa prekondizzjoni biex tkun żgurata l-effettività tal-politika;
C. billi l-Parlament ikkundanna ripetutament u bil-qawwa l-prattiki illegali bħall-“konsenja straordinarja”, is-sekwestru, id-detenzjoni mingħajr proċess, l-għajbien, il-ħabsijiet u t-tortura sigrieti, u talab għal investigazzjonijiet sħaħ fil-livell allegat ta' involviment ta' ċerti Stati Membri b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Uniti, notevolment is-CIA, inkluż l-involviment f'territorji tal-UE;
D. billi l-għan ta' din ir-riżoluzzjoni huwa li “ssegwi b'mod politiku l-proċeduri tal-Kumitat Temporanju u li tissorvelja l-iżviluppi, u b'mod partikolari, fil-każ li l-ebda azzjoni xierqa ma ttieħdet mill-Kunsill u/jew mill-Kummissjoni, sabiex tiddetermina jekk hemmx riskju ċar ta' ksur serju tal-prinċipji u l-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea, u sabiex tirrakkommanda lilha kwalunkwe riżoluzzjoni, billi tuża l-Artikoli 6 u 7 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea bħala bażi, li tista” tkun meħtieġa f'dan il-kuntest“(24);
E. billi l-Unjoni Ewropea hija stabbilita fuq impenn għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt internazzjonali, mhux biss fil-politiki interni tagħha, iżda wkoll fid-dimensjoni esterna tagħha; billi l-impenn tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem, imsaħħaħ bid-dħul fis-seħħ tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-proċess ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għandu jiġi rifless fl-oqsma kollha tal-politika sabiex il-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem issir effettiva u kredibbli;
F. billi proċess xieraq ta' responsabilità huwa essenzjali sabiex tkun miżmuma l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet demokratiċi tal-UE, jkunu mħarsa u promossi b'mod effettiv id-drittijiet tal-bniedem fil-politiki interni u esterni tal-UE, u jkunu żgurati politiki ta' sigurtà leġittimi u effettivi bbażati fuq l-istat tad-dritt;
G. billi l-ebda Stat Membru sa issa ma ssodisfa l-obbligi tiegħu b'mod sħiħ biex jipproteġi, jippreserva u jirrispetta d-drittijiet internazzjonali tal-bniedem u jevita l-ksur tagħhom;
H. billi l-istrumenti li jirregolaw il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni tal-UE (PESK) jinkludu d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) u ż-żewġ Protokolli Fakultattivi tagħha, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura (CAT), u l-Protokoll Fakultattiv tiegħu, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta tal-UE dwar il-Libertajiet Fundamentali u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Prevenzjoni tat-Tortura u tat-Trattament jew Pieni Inumani jew Degradanti, li flimkien mhux biss jipprevedu l-projbizzjoni assoluta tat-tortura iżda jirrikjedi wkoll obbligu pożittiv li jiġu investigati l-allegazzjonijiet ta' tortura u jiġu pprovduti rimedji u reparazzjoni; billi l-linji gwida għall-politika tal-UE dwar it-tortura jipprovdu qafas għall-isforzi tal-UE “għall-prevenzjoni u l-eradikazzjoni tat-tortura u t-trattament ħażin fil-partijiet kollha tad-dinja”;
I. billi sabiex jiżguraw il-promozzjoni tal-liġi internazzjonali u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-ftehimiet kollha ta' assoċjazzjoni, ta' kummerċ u ta' kooperazzjoni jinkludu klawżoli għad-drittijiet tal-bniedem, u billi l-UE tieħu sehem ukoll fi djalogi politiċi ma' pajjiżi terzi fuq il-bażi tal-linji gwida tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu l-ġlieda kontra l-piena tal-mewt u t-tortura; billi fil-qafas tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), l-UE tappoġġja organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jiġġieldu kontra t-tortura u li jipprovdu appoġġ għar-riabilitazzjoni ta' vittmi tat-tortura;
J. billi detenzjoni sigrieta, li hija forma ta' għajbien sfurzat, tista' tammonta, jekk ipprattikata b'mod wiesa' u sistematiku, għal reat kontra l-umanità; billi stati ta' emerġenza u l-ġlieda kontra t-terroriżmu jikkostitwixxu ambjent li jippermetti d-detenzjoni sigrieta;
K. billi għalkemm l-UE uriet l-impenn tagħha biex tevita kollużjoni fit-tortura permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005(25), emendat l-aħħar f'Diċembru 2011(26), li jipprojbixxi kwalunkwe esportazzjoni jew importazzjoni ta' oġġetti li m'għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-għan ta' piena kapitali, tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħrajn, għad irid isir aktar xogħol biex tkun żgurata kopertura komprensiva;
L. billi d-dipendenza fuq assigurazzjonijiet diplomatiċi biss biex tiġi awtorizzata l-estradizzjoni jew id-deportazzjoni ta' persuna lejn pajjiż fejn hemm raġunijiet sostanzjali biex jitqies li individwi jkunu fil-periklu li jiġu soġġetti għal tortura jew trattament ħażin hija inkompatibbli mal-projbizzjoni assoluta tat-tortura fil-liġi internazzjonali, fil-liġi tal-UE u fil-kostituzzjonijiet u l-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri(27);
M. billi l-Kunsill ammetta fil-15 ta' Settembru 2006 li “l-eżistenza ta' faċilitajiet ta' detenzjoni sigrieti fejn priġunieri huma miżmuma f'vakum legali mhix f'konformità mal-liġi umanitarja internazzjonali u l-liġi kriminali internazzjonali”, iżda sa issa naqas milli jagħraf u jikkundanna l-involviment ta' Stati Membri fil-programm tas-CIA, anka jekk l-użu tal-ispazju tal-ajru u t-territorju Ewropew mis-CIA ġie kkonfermat minn awtoritajiet politiċi u ġudizzjarji tal-Istati Membri;
N. billi hemm ksur tad-drittijiet tal-bniedem għadhom għaddejjin minħabba l-programm tas-CIA, kif konfermat b'mod partikolari mid-detenzjoni amministrattiva għaddejja fi Guantánamo Bay tas-Sur Abu Zubaydah u s-Sur Abd al-Rahim al-Nashiri, li ngħataw status ta' vittma fl-investigazzjoni kriminali Pollakka dwar il-ħabsijiet sigrieti tas-CIA;
O. billi riċerka min-NU, il-Kunsill tal-Ewropea, il-midja nazzjonali u internazzjonali, is-soċjetà ġurnalista u ċivili investigattiva ħarġet informazzjoni konkreta ġdida dwar il-post ta' siti ta' detenzjoni sigrieta tas-CIA fl-Ewropa, il-vjaġġi ta' rendiment fl-ispazju tal-ajru Ewropea u persuni trasportati jew detenuti;
P. billi l-kummissjoni ta' atti illegali fit-territorju tal-UE setgħet żviluppat fil-kuntest ta' ftehimiet multilaterali jew bilaterali tan-NATO;
Q. billi l-inkjesti nazzjonali u r-riċerka internazzjonali juru li l-membri tat-Trattat tal-Organizzazzjoni tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) qablu li jimpenjaw ruħhom għal miżuri fil-kampanja kontra t-terroriżmu li ppermetta traffiku sigriet tal-linji tal-ajru u l-użu tat-territorju tal-Istati Membri tal-UE fil-programm immexxi mis-CIA ta' rendiment, li jindika għarfien kollettiv tal-programm mill-Istati Membri li huma wkoll membri tan-NATO;
R. billi l-istudju konġunt tan-NU dwar prattiki globali b'rabta mad-detenzjoni sigrieta fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu (A/HRC/13/42), imħejji mir-Rapporteur Speċjali dwar il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali filwaqt li jiġi miġġieled it-terroriżmu, ir-Rapporteur Speċjali dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, il-Grupp ta' Ħidma dwar id-Detenzjoni Arbitrarja u l-Grupp ta' Ħidma dwar l-Għajbien Sfurzat jew Involontarju, iddeskrivew fid-dettall l-użu ta' siti ta' detenzjoni sigrieti fuq territorju tal-Istati Membri tal-UE bħala parti mill-programm tas-CIA, u billi ittri ta' segwitu ntbagħtu lill-Istati Membri u talbu informazzjoni addizzjonali kif speċifikat fir-rapporti ta' komunikazzjonijiet tal-Proċeduri Speċjali, inkluż dak tat-23 ta' Frar 2012(28);
S. billi r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2011 jgħid li d-data miksuba mill-aġenziji Pollakki fl-2009 u l-2010 “tipprovdi provi definiti” li seba' ajruplani assoċjati mas-CIA niżlu fil-Polonja, u billi l-midja Pollakka rrappurtat li tressqu akkużi kontra l-eks kapijiet tal-intelligenza Pollakka, u żvelaw kuntatti possibbli bejn l-uffiċjali tal-intelligenza u l-eks Gvern Pollakk dwar l-użu ta' stallazzjoni ta' detenzjoni tas-CIA fuq it-territorju tagħha; billi fl-2011 ġurnalisti investigattivi Rumeni fittxew li jikxfu l-eżistenza ta' “sit iswed”, abbażi ta' informazzjoni fornuta minn eks impjegati tas-CIA, fl-uffiċċju tar-reġistru nazzjonali Rumen għal informazzjoni klassifikata(29); billi l-eżistenza ta' dan is-“sit iswed” ġiet miċħuda mill-awtoritajiet Rumeni u ma ħarġitx fl-inkjesta magħmula mill-parlament Rumen; billi eks dissidenti Libjani bdew proċedimenti legali kontra r-Renju Unit minabba l-involviment dirett tal-M16 fir-rendiment, id-detenzjoni sigrieta u t-tortura tagħhom u tal-familjari tagħhom;
T. billi l-awtoritajiet Litwani ppruvaw jiċċaraw l-involviment tal-Litwanja fil-programm tas-CIA permezz ta' inkjesta parlamentari u legali; billi l-investigazzjoni parlamentari mill-Kumitat ta' Seimas dwar is-Sigurtà u d-Difiża Nazzjonali li tikkonċerna l-allegat trasport u l-priġunerija ta' persuni detenuti mis-CIA f'territorju Litwan stabbilixxiet li ħames inġenji tal-ajru relatati mas-CIA niżlu fil-Litwanja bejn l-2003 u l-2005 u li żewġ faċilitajiet adattati biex iżommu l-priġunieri fil-Litwanja (il-Proġetti Nru 1 u 2) ġew ippreparati fuq talba tas-CIA; billi d-delegazzjoni LIBE tirringrazzja lill-awtoritajiet Litwani talli laqgħu lill-Membri tal-Parlament Ewropew f'Vilnius f'April 2012 u li ppermettew aċċess lid-delegazzjoni LIBE għall-Proġett Nru 2; billi l-pjan tal-bini u l-installazzjonijiet fuq ġewwa jidher li huwa kompatibbli mad-detenzjoni ta' priġunieri; billi ħafna mistoqsijiet relatati mal-operazzjonijiet tas-CIA fil-Litwanja jibqgħu miftuħa minkejja l-investigazzjoni legali sussegwenti li saret fl-2010 u ngħalqet f'Jannar 2011; billi l-awtoritajiet Litwani esprimew ir-rieda tagħhom li jniedu mill-ġdid l-investigazzjonijiet jekk toħroġ informazzjoni ġdida oħra u billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur offra li jipprovdi aktar informazzjoni dwar l-investigazzjoni kriminali b'reazzjoni għal talba bil-miktub mill-Parlament;
U. billi l-awtoritajiet Portugiżi għad iridu jipprovdu kjarifika tan-numru sostanzjali ta' elementi li jindikaw li ħafna titjiriet, identifikati fost l-oħrajn mill-Kumitat Temporanju, intużaw biex isiru t-trasferimenti bejn Bagram, Diego Garcia, ħabsijiet sigrieti u Guantánamo;
V. billi r-riċerka u s-sejbiet tal-qorti dwar il-loġistika kienu jinvolvu li jitgħattew dawn l-operazzjonijiet illegali, inklużi pjanijiet ta' vjaġġi finti, titjiriet klassifikati mill-Istat fuq inġenji tal-ajru ċivili u militari u l-użu ta' kumpaniji tal-ajru privati sabiex isiru r-rendimenti tas-CIA, komplew jikxfu n-natura sistematika u sa fejn hija involuta l-Ewropa fil-programm tas-CIA; billi analiżi tad-data ġdida mogħtija mill-Eurocontrol tappoġġja b'mod partikolari l-argument li sabiex jaħbu l-oriġini u d-destinazzjoni ta' trasferimenti ta' priġunieri, il-kuntratturi li operaw missjonijiet ta' rendiment biddlu l-ajruplan f'nofs ir-rotta;
W. billi l-UE żviluppat politiki ta' sigurtà interna u ta' kontra t-terroriżmu bbażati fuq kooperazzjoni tal-pulizija u tal-qorti u l-promozzjoni tal-kondiviżjoni tal-intelliġenza; billi dawn il-politiki għandhom ikunu bbażati fuq ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt u sorveljanza demokratika parlamentari effettiva tas-servizzi ta' informazzjoni;
X. billi skont is-CPT, “it-tekniki tal-interrogazzjoni applikati fil-faċilitajiet ta' detenzjoni barranin immexxija mis-CIA ċertament wasslu għal ksur tal-projbizzjoni tat-tortura u t-trattament inuman u degradanti”(30);
Y. billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti huma bbażati fuq sħubija b'saħħitha u kooperazzjoni f'ħafna oqsma, abbażi ta' valuri komuni ta' demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; billi l-UE u l-Istati Uniti saħħu l-impenn tagħhom fil-ġlieda kontra t-terroriżmu minn meta seħħew l-attakki terroristiċi tal-11 ta' Settembru 2001, notevolment permezz tad-Dikjarazzjoni Konġunta kontra t-Terroriżmu tat-3 ta' Ġunju 2010, iżda billi huwa neċessarju li tiġi żgurata l-konformità fil-prattika ma' impenji ddikjarati u biex jingħelbu d-diverġenzi bejn il-politiki tal-UE u tal-Istati Uniti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;
Z. billi f'Diċembru 2011, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti għaddew l-Att ta' Awtorizzazzjoni ta' Difiża Nazzjonali (NDAA) li jintroduċi bħala liġi d-detenzjoni indefinita ta' persuni suspettati li kienu involuti f'azzjonijiet terroristiċi fl-Istati Uniti u li jdgħajjef id-dritt għal proċess dovut u proċess legali ġust; billi l-iskop tal-NDAA huwa s-suġġett ta' sfida legali;
AA. billi fit-22 ta' Jannar 2009, il-President Obama ffirma tliet ordnijiet eżekuttivi li jipprojbixxu t-tortura waqt l-interrogazzjonijiet, li jistabbilixxu task force bejn l-aġenziji biex jagħmlu reviżjoni b'mod sistematiku tal-politiki u l-proċeduri ta' detenzjoni, u jirrevedu l-każijiet individwali kollha, u li jordnaw l-għeluq tal-faċilità ta' detenzjoni ta' Guantánamo Bay;
AB. billi, madanakollu, il-faċilità ta' detenzjoni ta' Guantánamo Bay għad irid jingħalaq minħabba oppożizzjoni qawwija mill-Kungress tal-Istati Uniti; billi sabiex jitħaffef l-għeluq, l-Istati Uniti talbet lill-Istati Membri tal-UE biex jospitaw priġunieri ta' Guantánamo; billi l-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem esprima diżappunt qawwi għall-falliment li tingħalaq il-faċilità ta' detenzjoni ta' Guantánamo Bay u għad-dħul ta' sistema ta' detenzjoni arbitrarja;
AC. billi l-priġunieri ta' Guantánamo għadhom qed jiġu soġġetti għal proċessi minn tribunali militari, notevolment wara d-deċiżjoni tal-President tal-Istati Uniti tas-7 ta' Marzu 2011 li jiffirma l-ordni eżekuttiva li tneħħi waqfa ta' sentejn fuq proċessi ġodda quddiem qrati militari u l-liġi tas-7 ta' Jannar 2012 li tipprojbixxi t-trasferimenti ta' priġunieri ta' Guantánamo lejn l-Istati Uniti għal proċess
Elementi ġenerali
1. Ifakkar li strateġiji kontra t-terroriżmu jistgħu jkunu effettivi biss jekk jitwettqu strettament skont obbligi tad-drittijiet tal-bniedem u b'mod partikolari skont id-dritt għal proċess ġust;
2. Itenni li l-effikaċja tal-miżuri kontra t-terroristi u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem mhumiex kontradittorji iżda huma objettivi komplementari li jsaħħu lil xulxin; ifakkar li r-rispett tad-drittijiet fundamentali huwa parti essenzjali għas-suċċess tal-politika tal-ġlieda kontra t-terroriżmu;
3. Jinsisti fuq in-natura ferm sensittiva tal-politiki ta' ġlieda kontra t-terroriżmu; jemmen li sabiex sigriet ikun iġġustifikat, irid ikun hemm motivi ġenwini ta' sigurtà nazzjonali; ifakkar madankollu li s-sigrieti tal-istat m'għandhom taħt l-ebda ċirkustanza jieħdu prijorità fuq id-drittijiet fundamentali inaljenabbli u li għalhekk ma jistgħux jintużaw argumenti ta' segretezza statali biex jillimitaw l-obbligi legali tal-istati biex jinvestigaw il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; iqis li d-definizzjonijiet ta' informazzjoni klassifikata u tas-sigrieti tal-istat m'għandhomx ikunu soġġetti għal definizzjonijiet estensivi u li l-użu abbużiv tas-sigrieti tal-istat u tas-sigurtà nazzjonali huwa ostaklu serju għall-iskrutinju demokratiku;
4. Jenfasizza li l-persuni suspettati minn xi att ta' terroriżmu m'għandhomx ikunu soġġetti għal proċeduri speċjali; ifakkar li kull persuna għandha tkun tista' tibbenefika mill-garanziji kollha previsti mill-prinċipju ta' proċess ġust hekk kif stabbilit mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
5. Itenni l-kundanna tiegħu ta' prattiki ta' rendiment straordinarju, ħabsijiet u tortura sigrieti, li huma projbiti mil-leġiżlazzjoni interna u internazzjonali li jistipulaw ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u li jiksru fost l-oħrajn id-drittijiet għal-libertà, is-sigurtà, it-trattament uman, il-libertà mit-tortura, in-non-refoulement, il-preżunzjoni ta' innoċenza, proċess ġust, il-konsulenza legali u protezzjoni ugwali skont il-liġi;
6. Jinsisti fuq il-bżonn li jiġu stabbiliti garanziji bil-għan li jiġi evitat kull ksur tad-drittijiet fundamentali fl-implimentazzjoni tal-politki kontra t-terroriżmu;
7. Jikkunsidra li l-Istati Membri wrew ir-rieda tagħha li jobdu l-liġi internazzjonali, imma s'issa ma ssodisfawx b'mod xieraq l-obbligu pożittiv li għandhom l-Istati Membri kollha li jinvestigaw ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem konness mal-programm tas-CIA, u jiddispjaċih dwar id-dewmien biex jintefa' dawl fuq dan il-każ ħalli jkun hemm rimedju sħiħ għall-vittmi kemm jista' jkun malajr, inklużi apoloġiji u kumpens fejn xieraq;
8. Jemmen li d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-Istati Membri biex jagħmlu inkjesti jirriżultaw f'falliment li jkunu kompatibbli bis-sħiħ mal-obbligi internazzjonali tagħhom, li jaffettwaw b'mod negattiv il-fiduċja reċiproka fil-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u għalhekk issir ir-responsabilità tal-UE b'mod ġenerali;
9. Itenni li l-impenn tal-Istati Membri u l-UE li jinvestigaw l-involviment tal-Ewropa fil-programm tas-CIA huwa konformi mal-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera u leali miktuba fl-Artikolu 4(3) tat-TUE;
Il-proċess ta' responsabilità fl-Istati Membri
10. Jesprimi tħassib dwar l-ostakli li ltaqgħu magħhom l-investigazzjonijiet parlamentari u ġudizzjarji nazzjonali dwar l-involviment ta' ċerti Stati Membri fil-programm tas-CIA, kif dokumentat fid-dettall mir-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2011 dwar abbuż tas-segretezza tal-istat u s-sigurtà nazzjonali, inkluż in-nuqqas ta' trasparenza, il-klassifikazzjoni tad-dokumenti, il-prevalenza ta' interessi nazzjonali u politiċi, mandat dejjaq ta' investigazzjonijiet, restrizzjonijiet tad-dritt tal-vittmi għall-parteċipazzjoni effettiva u d-difiża, u nuqqas ta' tekniki investigattivi rigorużi u tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet investigattivi fl-UE; jistieden lill-Istati Membri biex jevitaw li jibbażaw il-proċeduri kriminali nazzjonali tagħhom fuq raġunijiet legali bħal dawn, li jippermettu u jwasslu għat-tmiem ta' proċeduri kriminali billi jiġu evokati klawżoli tal-istatut tal-limitazzjonijiet u jwasslu għal impunità, u biex jirrispettaw il-prinċipju tad-dritt konswetudinarju internazzjonali li jirrikonoxxi li l-istatut tal-limitazzjonijiet ma jistax u m'għandux jiġi applikat f'każijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem;
11. Iħeġġeġ lill-Istati Membri li ma ssodisfawx l-obbligi pożittivi tagħhom li jagħmlu inkjesti indipendenti u effettivi biex jinvestigaw ksur tad-drittijiet tal-bniedem billi jqisu l-evidenza ġdida kollha li ħarġet; jistieden b'mod partikolari l-Istati Membri biex jinvestigaw jekk hemmx ħabsijiet sigrieti fit-territorju tagħhom jew jekk sarux operazzjonijiet li minħabba fihom inżammu n-nies f'faċilitajiet fit-territorju tagħhom taħt il-programm tas-CIA;
12. Jinnota li l-inkjesta parlamentari mwettqa fir-Rumanija kkonkludiet li ma setgħet tiġi stabbilita l-ebda prova sabiex tipprova l-eżistenza ta' sit ta' detenzjoni sigriet tas-CIA fuq it-territorju Rumen; jistieden lill-awtoritajiet ġudizzjarji biex jiftħu inkjesta indipendenti dwar is-siti allegati ta' detenzjoni sigrieti tas-CIA fir-Rumanija, b'mod partikolari fid-dawl tal-evidenza l-ġdida dwar konnessjonijiet ta' titjiriet bejn ir-Rumanija u l-Litwanja;
13. Jinkoraġġixxi lill-Polonja biex tkompli l-investigazzjoni kriminali tagħha li qed issir bħalissa dwar id-detenzjoni sigrieta iżda jikkundanna n-nuqqas ta' komunikazzjoni uffiċjali dwar l-ambitu, it-twettiq u l-istat attwali tal-investigazzjoni; jitlob lill-awtoritajiet Pollakki biex jagħmlu stħarriġ rigoruż, bi trasparenza xierqa, li jippermetti l-parteċipazzjoni effettiva tal-vittmi u l-avukati tagħhom;
14. Jinnota li l-inkjesti parlamentari u ġuddizjarji li saru fil-Litwanja bejn l-2009 u l-2011 ma rnexxilhomx juru li kienu nżammu priġunieri b'mod sigriet fil-Litwanja; jistieden lill-awtoritajiet Litwani biex jonoraw l-impenn tagħhom li jiftħu mill-ġdid l-investigazzjoni kriminali dwar l-involviment tal-Litwanja fil-programm tas-CIA jekk toħroġ xi informazzjoni ġdida, skont evidenza ġdida pprovduta fid-data tal-Eurocontrol li turi li l-ajruplan N787WH, li allegatament ittrasporta lil Abu Zubaydah, fil-fatt waqaf il-Marokk fit-18 ta' Frar 2005 fi triqtu lejn ir-Rumanija u l-Litwanja; jinnota li analiżi tad-data tal-Eurocontrol tiżvela wkoll informazzjoni ġdida permezz ta' pjanijiet tat-titjiriet ta' konnessjoni bejn ir-Rumanija u l-Litwanja, permezz ta' bdil tal-ajruplan f'Tirana, l-Albanija fil-5 ta' Ottubru 2005, u bejn il-Litwanja u l-Afganistan, vija l-Kajr, fl-Eġittu, fis-26 ta' Marzu 2006; iqis li huwa essenzjali li l-kamp ta' applikazzjoni ta' investigazzjonijiet ġodda għandu jkopri, lil hinn mill-abbużi tal-poter mill-uffiċjali tal-istat, id-detenzjoni kontra l-liġi possibbli u t-trattament ħażin ta' persuni fit-territorju Litwan; jinkoraġġixxi lill-Uffiċju tal-Prosekutur-Ġenerali biex jissostanzja b'dokumentazzjoni l-affermazzjonijiet li saru matul iż-żjara tad-delegazzjoni ta' LIBE li l-konklużjonijiet “kategoriċi” tal-inkjesta legali jkunu li “l-ebda priġunier ma nżamm fil-faċilitajiet tal-Proġett Nru 1 u Nru 2 fil-Litwanja”;
15. Jinnota l-investigazzjoni kriminali mnedija fir-Renju Unit dwar rendimenti għal-Libja u jilqa' d-deċiżjoni li jkompli għaddej stħarriġ usa' dwar ir-responsabilità tar-Renju Unit fil-programm tas-CIA ladarba l-investigazzjoni tiġi konkluża; jitlob lir-Renju Unit biex jagħmel dan l-istħarriġ bit-trasparenza xierqa, li jippermetti l-parteċipazzjoni effettiva tal-vittmi u s-soċjetà ċivili;
16. Jirrikonoxxi li l-investigazzjonijiet tal-Istati Membri għandhom ikunu bbażati fuq evidenza ġudizzjarja konkreta u fuq ir-rispett għas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali u l-liġi tal-UE, u mhux biss fuq l-ispekulazzjoni tal-midja u dik pubblika;
17. Jistieden lill-Istati Membri, bħall-Finlandja, id-Danimarka, il-Portugall, l-Italja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, Spanja, l-Irlanda, il-Greċja, Ċipru, ir-Rumanija u l-Polonja, li ssemmew fir-rapport tal-Kumitat Temporanju, biex jikxfu l-informazzjoni meħtieġa kollha dwar l-ajruplani suspettati kollha assoċjati mas-CIA u t-territorju tagħhom; jistieden lill-Istati Membri kollha biex jirrispettaw id-dritt għal-libertà tal-informazzjoni u biex iwieġbu kif suppost it-talbiet għal aċċess għal informazzjoni; jesprimi tħassib, fid-dawl ta' dan, li ħafna mill-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tad-Danimarka, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Irlanda u l-Litwanja, ma rrispondewx kif xieraq għat-talbiet mir-Reprieve u mill-Access Info Europe għal aċċess għal informazzjoni għar-raġunijiet tal-investigazzjonijiet tagħhom fuq il-każijiet ta' rendiment straordinarju;
18. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jirrevedu kwalunkwe dispożizzjoni jew interpretazzjoni li huma simpatetiċi għat-tortura, bħall-opinjoni legali ta' Michael Wood (imsemmija fir-riżoluzzjoni msemmija qabel tal-Parlament tal-14 ta' Frar 2007) li, bi sfida għall-ġurisprudenza internazzjonali, isostni li huwa leġittimu li wieħed jirċievi u juża informazzjoni miksuba permezz ta' tortura sakemm ma jkunx hemm responsabilità diretta għaliha (li tagħti motivazzjoni u tiġġustifika l-esternalizzazzjoni tat-tortura);
19. Jitlob lill-Istati Membri kollha biex jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha minn Għajbien Sfurzat;
20. Jistieden lill-Istati Membri, fid-dawl tal-kooperazzjoni miżjuda u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-aġenziji ta' informazzjoni sigrieta u ta' sigurtà tagħhom, biex jiżguraw skrutinju demokratiku sħiħ ta' dawk l-aġenziji u tal-attivitajiet tagħhom permezz ta' sorveljanza parlamentari interna, eżekuttiva, ġudizzjarja u indipendenti xierqa, preferibbilment permezz ta' kumitati parlamentari speċjalizzati b'mandat u setgħat estensivi inkluż is-setgħa li tinkiseb l-informazzjoni, u b'biżżejjed riżorsi investigattivi u ta' riċerka biex ikunu jistgħu jeżaminaw mhux biss kwistjonijiet bħall-politika, l-amministrazzjoni u l-finanzi, iżda wkoll il-ħidma operattiva tal-aġenziji;
Rispons tal-istituzzjonijiet tal-UE
21. Jikkunsidra li huwa essenzjali li l-UE tikkundanna l-prattiki abbużivi kollha fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, inklużi dawk li jitwettqu fuq it-territorju tagħha, mhux biss sabiex tissodisfa l-valuri tagħha imma wkoll sabiex tiddefendihom b'mod kredibbli fis-sħubijiet esterni tagħha;
22. Ifakkar li l-Kunsill qatt ma ta apoloġija formali talli kiser il-prinċipju minqux fit-Trattati ta' kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni meta b'mod żbaljat ipprova jipperswadi lill-Parlament biex jipprovdi deliberatament verżjonijiet imqassra tal-minuti għal-laqgħat tal-COJUR (il-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar id-Dritt Internazzjonali Pubbliku) u COTRA (il-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar ir-Relazzjonijiet Transatlantiċi) mal-uffiċjali għolja tal-Amerika ta' Fuq; jistenna l-apoloġiji mill-Kunsill;
23. Jistenna li finalment il-Kunsill joħroġ dikjarazzjoni li fiha jagħraf l-involviment tal-Istati Membri fil-programm tas-CIA u d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-Istati Membri fil-qafas tal-inkjesti;
24. Jistieden lill-Kunsill sabiex jagħti l-appoġġ kollu għall-proċessi ta' sejba tal-verità u responsabilità fl-Istati Membri billi jindirizza formalment il-kwistjoni fil-laqgħat tal-ĠAI, jaqsam l-informazzjoni kollha, jipprovdi assistenza għall-istħarriġ u, b'mod partikolari, jilqa' talbiet għal aċċess għal dokumenti;
25. Jistieden lill-Kunsill biex jorganizza seduti ta' smiegħ ma' aġenziji ta' sigurtà tal-UE relevanti, b'mod partikolari l-Europol, Eurojust u l-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, biex jikkjarifikaw l-għarfien tagħhom tal-involviment tal-Istati Membri fil-programm tas-CIA u r-rispons tal-UE; jistieden ukoll lill-Kunsill biex iwaqqaf salvagwardji li jiggarantixxu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fl-iskambju tal-informazzjoni, u delimitazzjoni stretta tar-rwoli bejn l-attivitajiet ta' informazzjoni u infurzar tal-liġi sabiex l-aġenziji tal-informazzjoni ma jkunux permessi li jieħdu setgħat ta' arrest u detenzjoni, u biex jirrapporta lill-Parlament fi żmien sena;
26. Jistieden lill-Kunsill biex jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jaqsmu l-aħjar prattika fir-rigward tas-sorveljanza parlamentari u ġudizzjarja tas-servizzi ta' intelliġenza, u jinvolvi lill-parlamenti nazzjonali u lill-Parlament Ewropew f'dan l-isforz;
27. Itenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill u l-Istati Membri biex jeskludu, bħala bażi għall-estradizzjoni jew deportazzjoni ta' persuni meqjusa li huma ta' theddida għas-sigurtà nazzjonali, id-dipendenza fuq assigurazzjonijiet diplomatiċi mhux infurzabbli fejn hemm riskju reali li jiġu soġġetti għal tortura jew trattament ħażin jew li jsir proċess bl-użu ta' evidenza miksuba b'dan il-mod;
28. Jitlob lill-awtoritajiet rilevanti sabiex ma jinvokawx is-segretezza statali fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-intelliġenza internazzjonali sabiex jiġu blukkati l-obbligu ta' rendikont u r-rimedju, u jinsisti li raġunijiet nazzjonali awtentiċi dwar is-sikurezza biss jistgħu jiġġustifikaw is-segretezza, li fi kwalunkwe każ tiġi wara l-obbligi tad-drittijiet fundamentali mhux derogabbli bħall-projbizzjoni assoluta tat-tortura;
29. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet relevanti biex jiżguraw li ssir distinzjoni stretta bejn l-attivitajiet ta' servizzi ta' informazzjoni sigrieta u sigurtà min-naħa waħda u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi min-naħa l-oħra, sabiex jiġi żgurat li l-prinċipju ġenerali ta' “nemo iudex in sua causa” jiġi mħares;
30. Jenfasizza li l-Kumitat Temporanju li wettaq l-investigazzjoni li kienet il-bażi tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tal-14 ta' Frar 2007 u tad-19 ta' Frar 2009 wera kif il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni u kontroll tal-inġenji tal-ajru ċivili li jtiru fuq l-ispazju tal-ajru jew jinżlu fit-territorju tal-Istati Membri kienu estremament żbaljati, b'hekk mhux talli ġew abbużati fir-“rendimenti straordinarji” tas-CIA, iżda wkoll ġew faċilment evitati minn kull operatur ta' kriminalità organizzata, inklużi netwerks ta' terroristi; ifakkar ukoll fil-kompetenza tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport u r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament lill-Kummissjoni biex tirregola u tissorvelja l-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru, l-ajruporti u l-avjazzjoni mhux kummerċjali tal-UE; għalhekk, jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex ma jkomplux jipposponu l-analiżi bir-reqqa tal-implimentazzjoni tagħhom tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-Konvenzjoni ta' Chicago) rigward l-awtorizzazzjoni u l-ispezzjonijiet ta' inġenji tal-ajru ċivili li jtiru fl-ispazju tal-ajru jew jinżlu fit-territorju tal-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat li tittejjeb is-sigurtà u jsiru kontrolli b'mod sistematiku, billi jeħtieġu l-identifikazzjoni antiċipata ta' passiġġieri u ekwipaġġ, u jiżguraw li kwalunkwe titjira kklassifikata bħala “titjiriet statali” (li huma esklużi mill-ambitu tal-Konvenzjoni) jiksbu awtorizzazzjoni minn qabel u kif suppost; ifakkar ukoll fir-rakkomandazzjoni tal-Parlament li l-Konvenzjoni ta' Tokyo dwar ir-Reati u Ċerti Atti Oħra Mwettqa Abbord Inġenji tal-Ajru tiġi msaħħa b'mod effettiv mill-Istati Membri;
31. Jinnota l-inizjattivi tal-Kummissjoni b'rispons għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament; iqis b'dispjaċir, madanakollu, li ma kinux parti minn aġenda u strateġija usa' biex jiġi żgurat l-obbligu ta' rendikont għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem magħmula fil-kuntest tal-programm tas-CIA u r-rimedju u l-kumpens meħtieġa għall-vittmi;
32. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinvestiga jekk id-dispożizzjonijiet tal-UE, b'mod partikolari dawk dwar kooperazzjoni ta' asil u ġudizzjarja, ġewx miksura bil-kollaborazzjoni mal-programm tas-CIA;
33. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiffaċilita u tappoġġja l-għajnuna legali reċiproka u l-kooperazzjoni ġudizzjarja konformi mad-drittijiet tal-bniedem bejn l-awtoritajiet investigattivi u kooperazzjoni bejn l-avukati involuti fil-ħidma tal-obbligu ta' rendikont fl-Istati Membri, u b'mod partikolari biex jiġi żgurat li jkun hemm skambju ta' informazzjoni importanti u jitħeġġeġ l-użu effettiv tal-istrumenti u r-riżorsi disponibbli kollha tal-UE;
34. Jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta fi żmien sena qafas, inklużi rekwiżiti ta' rappurtaġġ għall-Istati Membri, li jissorvelja u jappoġġja l-proċessi ta' responsabilità nazzjonali, inklużi linji gwida dwar stħarriġ kompatibbli mad-drittijiet tal-bniedem, ibbażati fuq l-istandards żviluppati mill-Kunsill tal-Ewropa u n-NU;
35. Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl ta' nuqqasijiet istituzzjonali mikxufa fil-kuntest tal-programm tas-CIA, biex tadotta miżuri immirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċità tal-UE biex jiġi evitat u jissewwa l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell tal-UE u tipprovdi għat-tisħiħ tar-rwol tal-Parlament;
36. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tipproponi miżuri għall-kooperazzjoni permanenti u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-kumitati parlamentari għas-superviżjoni tas-servizzi tal-informazzjoni u s-sikurezza tal-Istati Membri f'każijiet li jindikaw li azzjonijiet konġunti mis-servizzi ta' informazzjoni u tas-sigurtà tal-Istati Membri li jkunu saru fit-territorju tal-UE;
37. Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti għall-iżvilupp ta' arranġamenti għas-sorveljanza demokratika ta' attivitajiet ta' informazzjoni transkonfinali fil-kuntest tal-politiki tal-UE kontra t-terroriżmu; għandu l-intenzjoni li jagħmel użu sħiħ mis-setgħat parlamentari tiegħu stess għall-iskrutinju ta' politiki kontra t-terroriżmu, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet imfassla mid-dipartiment ta' studju tal-Parlament (PE 453.207);
38. Jistieden lill-Ombudsman Ewropew biex jinvestiga n-nuqqasijiet tal-Kummissjoni u tal-Kunsill u l-aġenziji tas-sigurtà tal-UE, notevolment l-Europol u l-Eurojust biex jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba u kooperazzjoni leali fir-risposta tagħhom għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat temporanju dwar l-użu allegat ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u ż-żamma illegali ta' priġunieri (TDIP);
39. Jitlob lill-UE sabiex tiżgura li l-obbligi internazzjonali tagħha stess jiġu kollha osservati u li l-politiki tal-UE u l-istrumenti tal-politika barranija, bħal-linji gwida dwar it-tortura u djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem, ikunu implimentati bis-sħiħ, sabiex tkun f'pożizzjoni aqwa biex titlob l-implimentazzjoni rigoruża ta' klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali kollha ffirmati minnha u li tħeġġeġ lill-alleati ewlenin tagħha, inkluża l-Istati Uniti, biex jikkonformaw mal-liġi interna u internazzjonali tagħhom stess;
40. Jafferma mill-ġdid li l-ġlieda internazzjonali kontra t-terroriżmu u l-kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali internazzjonali f'dan il-qasam, inkluż bħala parti min-NATO jew bejn servizzi ta' intelliġenza u sikurezza, għandhom jkunu mwettqa b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u b'sorveljanza demokratika u ġudizzjarja xierqa; jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Kunsill sabiex jiżguraw li dawn il-prinċipji jiġu applikati fir-relazzjonijiet barranin tagħhom, u jinsisti li għandhom jagħmlu evalwazzjoni bir-reqqa tar-rekords tal-kontrapartijiet tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem qabel ma jidħlu għal xi ftehim ġdid, notevolment dwar kooperazzjoni fir-rigward ta' informazzjoni sigrieta u kondiviżjoni ta' informazzjoni, jirrevedu ftehimiet eżistenti fejn dawk il-kontropartijiet ma jirrispettawx id-drittijiet tal-bniedem, u jinfurmaw lill-Parlament dwar il-konklużjonijiet ta' tali valutazzjonijiet u reviżjonijiet;
41. Iħeġġeġ li fil-futur ma jerġax ikun hemm indħil minn servizzi speċjali barranin fl-affarijiet tal-Istati Membri sovrani tal-UE u li l-ġlieda kontra t-terroriżmu tiġi mwettqa b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt;
42. Ifakkar li l-Protokoll Fakultattiv għas-CAT jeħtieġ it-twaqqif ta' sistemi ta' monitoraġġ li jkopru s-sitwazzjonijiet kollha ta' tiċħid tal-libertà, u jinsisti fuq il-fatt li l-konformità ma' dan l-istrument internazzjonali żżid element ta' protezzjoni; jinkoraġġixxi b'mod qawwi l-pajjiżi sieħba tal-UE biex jirratifikaw il-Protokoll Fakultattiv u biex joħolqu mekkaniżmi preventivi nazzjonali indipendenti li jikkonformaw mal-Prinċipji ta' Pariġi, u biex jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat;
43. Itenni t-talba tiegħu, skont il-liġi internazzjonali, b'mod partikolari l-Artikolu 12 tas-CAT, għall-istati kollha li qed jiffaċċjaw allegazzjonijiet kredibbli sabiex jagħmlu kull sforz biex iġibu l-kjarifiki neċessarji u, jekk l-indikazzjonijiet jippersistu, biex iwettqu investigazzjonijiet u inkjesti dettaljati dwar l-atti kollha allegati ta' rendiment straordinarju, ħabsijiet sigrieti, tortura u ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex jistabbilixxu l-verità u, jekk ikun hemm bżonn, jiddeterminaw ir-responsabilità u jiżguraw l-obbligu ta' rendikont u jevitaw l-impunità, inkluż li jinġiebu individwi quddiem il-ġustizzja fejn ikun hemm evidenza ta' responsabilità kriminali; jistieden lir-RGħ/VP u l-Istati Membri tal-UE biex, f'din ir-rabta, jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiġi żgurat segwitu xieraq għall-Istudju Konġunt tan-NU dwar prattiki globali fir-rigward tad-detenzjoni sigrieta fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, b'mod partikolari fir-rigward tal-ittra ta' segwitu li ntbagħtet mid-detenturi tal-Mandati Speċjali fil-21 ta' Ottubru 2011 lil 59 stat, li talbet lill-gvernijiet rispettivi tagħhom biex jipprovdu aġġornament dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu f'dan l-istudju;
44. Jitlob lill-UE biex tiżgura li l-Istati Membri tagħha, assoċjati u msieħba tal-UE (b'mod partikolari dawk koperti mill-Ftehim ta' Cotonou), li aċċettaw li jospitaw dawk li qabel kienu priġunieri fi Guantánamo, fil-fatt jagħtuhom appoġġ sħiħ fir-rigward ta' kundizzjonijiet ta' għajxien, sforzi biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà, trattament mediku inkluż irkupru psikoloġiku, aċċess għal dokumenti ta' identifikazzjoni u tal-ivvjaġġar, eżerċizzju tad-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja u d-drittijiet fundamentali l-oħra kollha attribwiti lill-persuni bi status ta' asil politiku;
45. Huwa mħasseb b'mod partikolari dwar il-proċedura mwettqa minn kummissjoni militari tal-Istati Uniti fir-rigward tas-Sur Abd al-Rahim al-Nashiri li jista' jiġi kkundannat għall-mewt jekk jinsab ħati; jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti biex jinsew għal kollox il-possibilità li tingħata l-piena tal-mewt lis-Sur al Nashiri u jtenni l-oppożizzjoni tiegħu, li ilha stabbilita, għall-piena kapitali fis-sitwazzjonijiet kollha u taħt iċ-ċirkostanzi kollha; jinnota li l-każ tas-Sur al-Nashiri ilu quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem mis-6 ta' Mejju 2011; jistieden lill-awtoritajiet ta' kwalunkwe pajjiż li fih inżamm is-Sur al-Nashiri biex jużaw il-mezzi disponibbli kollha biex jiżguraw li ma jkunx soġġett għall-piena kapitali; iħeġġeġ lir-RGħ/VP biex tqajjem il-każ tas-Sur al-Nashiri bħala kwistjoni ta' prijorità mal-Istati Uniti bi qbil mal-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena Kapitali;
46. Itenni li applikazzjoni sħiħa tal-klawżola tad-drittijiet tal-bniedem tal-ftehimiet ma' pajjiżi terzi hija fundamentali fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u dawk il-pajjiżi, u jqis li hemm momentum reali biex jiġi rivedut kif il-gvernijiet Ewropej ikkooperaw mal-apparat ta' ripressjoni tad-dittatorjati fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; iqis, f'dan ir-rigward, li l-Politika Ewropea tal-Viċinat li għadha kemm ġiet riveduta għandha ġġib appoġġ b'saħħtu għar-riforma fis-settur tas-sigurtà li għandu jiżgura, b'mod partikolari, separazzjoni ċara bejn funzjonijiet ta' informazzjoni sigrieta u infurzar tal-liġi; jistieden lis-SEAE, il-Kunsill u l-Kummissjoni biex jerġgħu isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom mal-Kumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura u mekkaniżmi oħra relevanti tal-Kunsill tal-Ewropa fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' assistenza fil-ġlieda kontra t-terroriżmu ma' pajjiżi terzi u fil-forom kollha ta' djalogi kontra t-terroriżmu ma' pajjiżi terzi;
47. Jitlob lill-Gvern ta' Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM) biex jiċċara r-responsabilità u jiżgura l-obbligu ta' rendikont għall-ħtif, apparentament minħabba identità żbaljata, tas-Sur Khaled el-Masri, li wassal għad-detenzjoni illegali u t-tortura allegata tiegħu; jiddeplora n-nuqqas ta' azzjoni mill-Uffiċċju tal-Prosekutur ta' Skopje bil-għan li ssir investigazzjoni kriminali dwar l-ilment tas-Sur el-Masri; jinnota li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ħadet dan il-każ u li l-Awla Manja kellha l-ewwel smigħ tagħha fis-16 ta' Mejju 2012; iqis li, f'dan il-każ, l-imġiba allegata tal-Gvern tal-FYROM hija inkonsistenti mal-prinċipji li fuqhom twaqqfu d-drittijiet fundamentali tal-UE u l-istat tad-dritt u trid tiġi diskussa kif suppost mill-Kummissjoni f'konnessjoni mal-kandidatura tal-FYROM għall-adeżjoni tal-UE;
48. Jistieden lin-NATO u l-awtoritajiet tal-Istati Uniti biex jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom stess, biex jikkooperaw mill-qrib mal-UE u l-inkjesti parlamentari u ġudizzjarji tal-Istati Membri dwar dawn il-kwistjonijiet(31), inkluż, fejn hu xieraq, billi jwieġbu mal-ewwel għat-talbiet għal għajnuna legali reċiproka, biex jiżvelaw informazzjoni dwar programmi ta' rendimenti straordinarji u prattiki oħrajn li jiksru d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u jipprovdu rappreżentanti legali ta' nies suspettati bl-informazzjoni neċessarja kollha ħalli jiddefendu l-klijenti tagħhom; jitlob għal konfermazzjoni li l-ftehimiet kollha tan-NATO u ta' bejn in-NATO u l-UE u ftehimiet transatlantiċi oħrajn ikunu jirrispettaw id-drittijiet fundamentali;
49. Jagħti ġieħ lill-inizjattivi tas-soċjetà ċivili tal-Istati Uniti biex twaqqaf fl-2010 task force indipendenti magħmula miż-żewġ partiti biex teżamina l-politika u l-azzjonijiet tal-Gvern tal-Istati Uniti relatati mal-qbid, id-detenzjoni u l-prosekuzzjoni ta' “terroristi suspettati” u l-kustodja tal-Istati Uniti waqt l-amministrazzjonijiet ta' Clinton, Bush u Obama;
50. Jitlob lill-Istati Uniti, minħabba r-rwol ewlieni tas-sħubija transatlantika u t-tmexxija tal-Istati Uniti f'dan il-qasam, sabiex jinvestigaw bis-sħiħ u jiżguraw obbligu ta' rendikont għal kwalunkwe abbuż li ġie prattikat, jiżguraw li l-liġi domestika u internazzjonali relevanti jiġu applikati bis-sħiħ bil-għan li jtemmu l-paradigma tal-gwerra li fil-prattika wasslet għal nuqqasijiet legali, itemmu l-proċessi quddiem qrati militari, japplikaw bis-sħiħ il-liġi kriminali għal dawk suspettati b'terroriżmu u jistabbilixxu reviżjoni tad-detenzjoni, habeas corpus, proċess ġust, libertà mit-tortura u n-nondiskriminazzjoni bejn ċittadini barranin u tal-Istati Uniti;
51. Jistieden lill-President Obama sabiex jonora l-wegħda tiegħu magħmula f'Jannar 2009 sabiex jingħalaq Guantánamo, biex jippermetti lil kwalunkwe persuna arrestata li ma tkunx se tiġi akkużata tmur lura pajjiżha jew pajjiż ieħor sigur malajr kemm jista' jkun, u sabiex jitressqu l-persuni arrestati fi Guantánamo li jkun hemm prova ammissibbli suffiċjenti kontrihom mingħajr dewmien f'seduta ta' smigħ ġusta u pubblika minn qorti indipendenti u imparzjali u, jekk jinstabu ħatja, jiġu impriġunati fl-Istati Uniti skont l-istandards u l-prinċipji internazzjonali applikabbli; jitlob bl-istess mod li jiġi investigat il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li seħħ f'Guantánamo u li jiġu rfinati r-responsabilitajiet;
52. Jitlob sabiex kwalunkwe persuna arrestata li ma tkunx se tiġi akkużata iżda li ma tistax tkun ripatrijata minħabba r-riskju reali ta' tortura jew persekuzzjoni f'pajjiżha sabiex tingħata l-opportunità ta' risistemazzjoni fl-Istati Uniti taħt protezzjoni umanitarja u tingħata rimedju(32), u jħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex huma wkoll jospitaw persuni miżmuma fi Guantánamo;
53. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti biex jirrevokaw is-setgħa ta' detenzjoni indefinita mingħajr akkuża jew proċess taħt l-NDAA;
54. Jistieden lill-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet biex tiżgura l-bidu tad-djalogi parlamentari dwar il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali filwaqt li jiġi miġġieled it-terroriżmu abbażi tas-sejbiet tal-Istudju Konġunt tan-NU dwar prattiki globali fir-rigward tad-detenzjoni sigrieta fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u bħala s-segwitu tiegħu, u tal-Kompilazzjoni ta' prattiki tajba tan-NU dwar oqfsa u miżuri legali u istituzzjonali li jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem minn aġenziji tal-informazzjoni sigrieta filwaqt li jiġi miġġieled it-terroriżmu, inkluża s-sorveljanza tagħhom;
55. Jintrabat li jiddedika l-laqgħa parlamentari konġunta tiegħu li jmiss mal-parlamenti nazzjonali għar-reviżjoni tar-rwol tal-parlamenti li jiżguraw responsabilità għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tal-programm tas-CIA, u li jippromwovi kooperazzjoni aktar b'saħħitha u skambju regolari bejn korpi ta' sorveljanza nazzjonali li huma responsabbli mill-iskrutinju tas-servizzi tal-intelliġenza, fil-preżenza tal-awtoritajiet nazzjonali relevanti, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE;
56. Huwa determinat li jkompli jissodisfa l-mandat mogħti lilu mill-Kumitat Temporanju, skont l-Artikoli 2, 6 u 7 tat-TUE; jagħti istruzzjonijiet lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu, flimkien mas-Sottokumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem, biex jindirizzaw il-Parlament fil-plenarja dwar il-kwistjoni sena wara l-adozzjoni ta' din ir-riżoluzzjoni; jikkunsidra li huwa essenzjali li issa jiġi vvalutat sa fejn ġew segwiti r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Parlament, u f'każ li ma jkunux ġew segwiti, jiġi analizzat għaliex dan ma seħħx;
57. Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, tal-istati kandidati u l-pajjiżi assoċjati, u lill-Kunsill tal-Ewropa, lin-NATO, lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-Gvern u ż-żewġ Kmamar tal-Kungress tal-Istati Uniti biex iżommu lill-Parlament infurmat bi kwalunkwe żvilupp li jista' jsir fl-oqsma li jaqgħu taħt il-mandat ta' dan ir-rapport;
o o o
58. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, tal-istati kandidati u l-pajjiżi assoċjati, u lill-Kunsill tal-Ewropa, lin-NATO, lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-Gvern u ż-żewġ Kmamar tal-Kungress tal-Istati Uniti.
“Remarks en route to Germany”, Stampa, mistoqsijiet u tweġibiet ma' Condoleezza Rice, Berlin, 5 ta' Diċembru 2005, u “Press Availability at the Meeting of the North Atlantic Council”, Brussell, 8 ta' Diċembru 2005.
Fost l-oħrajn: Dikjarazzjoni tal-Human Rights Watch dwar il-Faċilitajiet ta' Detenzjoni Sigrieta fl-Ewropa, 6.11.2005; Rapport tal-Amnesty International Europe intitolat “Open secret: Mounting evidence of Europe's complicity in rendition and secret detention”, 15.11.2010; Rapport ta' Reprieve intitolat “Rendition on Record: Using the Right of Access to Information to Unveil the Paths of Illegal Prisoner Transfer Flights”, 15.12.2011.
L-Artikolu 5 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Artikolu 7 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u l-każistika relatata, u l-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
– wara li kkunsidra l-Artikoli 67(2), 78 u 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tat-2 ta' Diċembru 2011 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-titjib tas-solidarjetà fl-UE fil-qasam tal-ażil - Aġenda tal-UE għal kondiviżjoni tar-responsabbiltà aħjar u aktar fiduċja reċiproka (COM(2011)0835),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar iż-Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini – il-Programm ta' Stokkolma(1),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tas-6 ta' April 2005 mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li tistabbilixxi programm ta' qafas dwar is-solidarjetà u l-ġestjoni tal-flussi migratorji għall-perjodu 2007-2013 (COM(2005)0123),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill “Ġustizzja u Intern” tat-8 ta' Marzu 2012 dwar Qafas Komuni għal solidarjetà ġenwina u prattika lejn l-Istati Membri li qegħdin jaffaċċjaw pressjonijiet partikolari fuq is-sistemi tal-ażil tagħhom, inkluż minħabba flussi migratorji mħallta, waqt il-laqgħa numru 3151 tal-Kunsill “Ġustizzja u Intern”,
– wara li kkunsidra l-istrumenti tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u Ewropej inkluż b'mod partikolari l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (il-KEDB), u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta),
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2007 dwar is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil futura (COM(2007)0301),
– wara li kkunsidra l-Programm ta' Politika dwar l-Ażil tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2008: Approċċ integrat għall-protezzjoni fl-UE (COM(2008)0360),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn(2),
– wara li kkunsidra l-programm ta' 18-il xahar tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2011, imħejji mill-Presidenzi tal-Polonja, tad-Danimarka u ta' Ċipru,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-15 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (COM(2011)0751),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0248/2012),
A. billi l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li tlesti t-twaqqif ta' Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA) fl-2012;
B. billi s-solidarjetà ġiet rikonoxxuta mill-bidu bħala komponent essenzjali u prinċipju ta' gwida għas-SEKA, kif ukoll tikkostitwixxi prinċipju ewlieni fid-dritt tal-UE skont liema l-Istati Membri għandhom jaqsmu kemm il-vantaġġi kif ukoll il-piżijiet b'mod ugwali u ġust;
C. billi s-solidarjetà trid timxi id f'id mar-responsabbiltà, u l-Istati Membri jridu jiżguraw li s-sistemi tal-ażil tagħhom ikunu kapaċi jissodisfaw l-istandards stabbiliti fid-dritt internazzjonali u Ewropew, b'mod partikolari dawk tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar ir-Rifuġjati tal-1951 u l-protokoll addizzjonali tagħha tal-1967, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
D. billi l-għoti ta' appoġġ fit-twettiq tal-proċeduri tal-ażil fis-sens ta' solidarjetà effiċjenti u responsabbiltà kondiviża b'mod ġust għandhom jitqiesu bħala mezz biex l-Istati Membri jiġu megħjuna jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jipprovdu protezzjoni lil dawk li jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u assistenza lil pajjiżi terzi li jospitaw l-akbar numri ta' rifuġjati, bl-għan li tissaħħaħ iż-żona komuni ta' protezzjoni kollha kemm hi;
E. billi, minkejja l-obbligu li jiġu eżaminati t-talbiet individwali għal ażil fuq bażi ta' każ b'każ, jekk l-ipproċessar konġunt iwassal għal deċiżjonijiet komuni huwa neċessarju li jingħata r-rispett dovut lill-kunċetti komuni tal-UE tal-pajjiżi ta' oriġini bla periklu u pajjiżi terzi sikuri, filwaqt li jiġu rispettati l-kundizzjonijiet u s-salvagwardji inklużi fil-pożizzjoni fl-ewwel qari tal-Parlament tas-6 ta' April 2011 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva riveduta dwar il-Proċeduri tal-Ażil;
Daħla
1. Jilqa' l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tas-solidarjetà fl-UE fil-qasam tal-ażil, li titlob li s-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà jiġu tradotti f'miżuri konkreti, u li l-Istati Membri jissodisfaw ir-responsabbiltà tagħhom biex jiżguraw li s-sistemi ta' ażil tagħhom jilħqu kemm l-istandards nazzjonali kif ukoll dawk Ewropej;
2. Jenfasizza r-rwol ċentrali u l-effett orizzontali tas-solidarjetà u tal-kondiviżjoni tar-responsabbiltà fl-istabbiliment tas-SEKA; itenni l-ħtieġa biex tkun żgurata l-applikazzjoni effiċjenti u uniformi tal-aquis tal-ażil tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni sabiex ikunu żgurati livelli għolja ta' protezzjoni;
3. Ifakkar li d-dritt għal protezzjoni internazzjonali huwa dritt fundamentali li jinsab fid-dritt internazzjonali u tal-Unjoni li jiġi kkumplimentat b'serje ta' drittijiet u prinċipji addizzjonali, bħall-prinċipju tan-non-refoulement, id-dritt għad-dinjità, il-projbizzjoni tat-tortura, it-trattament diżuman u degradanti, il-protezzjoni għan-nisa mill-vjolenza u mill-forom kollha tad-diskriminazzjoni, id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt għal ħajja privata u familjari;
4. Jenfasizza li l-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà huwa stabbilit fit-Trattati, u li mill-inqas, qafas effettiv ta' solidarjetà jinkludi d-dmir tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE u l-Istati Membri li jikkooperaw sabiex isibu modi biex jagħtu effett lil dan il-prinċipju; jiddikjara li s-solidarjetà mhijiex limitata għar-relazzjonijiet tal-Istati Membri ma' xulxin, iżda hija mmirata wkoll lejn dawk li jfittxu l-ażil u l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali;
5. Jenfasizza l-fatt li filwaqt li n-numru ta' dawk li qed ifittxu l-ażil żdied matul l-2011, l-aħħar deċennju ra tnaqqis ġenerali sinifikanti fin-numru ta' applikazzjonijiet għall-ażil fl-UE ; jenfasizza li ċerti Stati Membri, meta mqabbla ma' oħrajn, jaffaċċjaw numru sproporzjonat ta' talbiet għal ażil minħabba diversi fatturi inklużi l-karatteristiċi ġeografiċi tagħhom, u li l-applikazzjonijiet għal ażil huma mqassma b'mod mhux uniformi fl-UE; ifakkar li fl-2011, għaxar Stati Membri kienu responsabbli għal iktar minn 90 % tal-applikazzjonijiet tal-ażil, li sas-sajf tal-2011 ġew rilokati 227 benefiċjarju biss tal-protezzjoni internazzjoni fl-UE minn Malta, f'sitt Stati Membri oħra, u li fl-2011 fl-UE kollha, 4 125 rifuġjat biss ġie risistemat f'għaxar Stati Membri biss tal-UE, li jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 6,6 % tal-persuni kollha risistemati tul dik is-sena; jenfasizza li huwa kruċjali li jiġu identifikati dawn id-disparitajiet billi, inter alia, jitqabblu n-numri assoluti ma' indikaturi tal-kapaċità, u li l-Istati Membri l-aktar affettwati mill-applikazzjonijiet tal-ażil jingħataw aktar assistenza mill-UE, kemm f'livell amministrattiv kif ukoll finanzjarju;
6. Jenfasizza li ma jistax jintlaħaq livell għoli ta' protezzjoni għal dawk li japplikaw għal ażil u għall-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, u ma jistgħux jittieħdu deċiżjonijiet sodi fil-qasam tal-ażil, jekk id-diskrepanzi bejn il-proporzjon tal-applikazzjonijiet għal ażil u l-kapaċità ta' assorbiment ta' Stati Membri individwali f'termini tekniċi u amministrattivi ma jinstabx rimedju għalihom u jekk il-miżuri ta' appoġġ fis-seħħ fl-Istati Membri ma jkunux adattati sew biex jirreaġixxu għal flussi ta' ażil li jvarjaw;
7. Itenni li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jibdew jitħaddmu sistemi ġusti u effiċjenti tal-ażil biex tingħata reazzjoni għal flussi ta' ażil li jvarjaw; huwa tal-fehma li għalkemm in-numru ta' applikazzjonijiet għal ażil mhuwiex kostanti, jeżistu provi ta' punti ta' dħul speċifiċi fil-fruntieri esterni tal-UE li huma “hot spots”, u fejn jista' b'mod raġonevoli jitbassar li numru kbir ta' applikazzjonijiet għal ażil jistgħu jiġu depożitati; jitlob li jiddaħħlu miżuri biex tingħata spinta lill-istat ta' tħejjija tas-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri li jinsabu fil-punti ta' dħul ewlenin tal-UE, bħala sinjal ta' solidarjetà fil-prattika;
8. Jenfasizza li l-Istati Membri kollha għandhom l-obbligu li jimplimentaw u japplikaw bis-sħiħ kemm id-dritt tal-UE kif ukoll l-obbligi internazzjonali tagħhom dwar l-ażil; jinnota li l-Istati Membri fil-fruntieri esterni tal-Unjoni jiffaċċjaw sfidi differenti fl-ambitu tas-SEKA minn Stati Membri mingħajr fruntieri esterni, u għalhekk għandhom bżonn ukoll forom differenti ta' appoġġ sabiex iwettqu b'mod adegwat il-kompiti rispettivi tagħhom; jirrimarka li l-Artikolu 80 tat-TFUE jirrikjedi l-attivazzjoni ta' miżuri eżistenti kif ukoll l-iżvilupp ta' miżuri ġodda sabiex jassistu dawk l-Istati Membri meta jkun meħtieġ;
9. Jitlob l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-miżuri eżistenti, kif ukoll għall-iżvilupp ta' miżuri u għodod immirati ġodda sabiex jirrispondu għall-isfidi li dejjem jinbidlu b'mod flessibbli iżda effikaċi; ottimizzazzjoni bħal din hija f'waqtha b'mod partikolari minħabba l-kriżi finanzjarja akuta li għaddejja minnha l-UE, li qed tqiegħed pressjoni żejda fuq l-isforzi tal-Istati Membri biex ilaħħqu b'mod effiċjenti mal-proċeduri tal-ażil, b'mod partikolari fil-każ ta' dawk li qed jirċievu numri sproporzjonati ta' dawk li qed ifittxu l-ażil;
10. Jinnota li fid-dawl tal-ħtiġijiet li dejjem jikbru fir-rigward tar-rifuġjati fuq livell globali, il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-kuntest tal-politiki ambjentali u ta' żvilupp jista' jkollha rwol vitali fil-kostruzzjoni ta' relazzjonijiet iggwidati bis-solidarjetà;
11. Jenfasizza l-importanza li tinġabar, tiġi analizzata u titqiegħed f'perspettiva data kwantittativa u kwalitattiva affidabbli, preċiża, komprensiva, kumparabbli u aġġornata, sabiex jiġu monitorjati u evalwati miżuri u jinkiseb għarfien sod tal-kwistjonijiet relatati mal-ażil; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, għalhekk, sabiex jipprovdu lill-EASO u lill-Kummissjoni b'data relevanti dwar kwistjonijiet ta' ażil, minbarra d-data prevista mir-Regolament dwar l-istatistika fil-qasam tal-migrazzjoni u r-Regolament dwar l-EASO; fejn possibbli, id-data statistika kollha għandha titqassam skont is-sess;
12. Jiddispjaċih biż-żieda tal-ksenofobija u r-razziżmu u ta' suppożizzjonijiet negattivi u bbażati fuq informazzjoni ħażina dwar dawk li jfittxu ażil u r-refuġjati li jakkumpanjaw l-insikurezza soċjoekonomika fl-UE; jirrakkomanda li l-Istati Membri jwettqu kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali ta' dawk li jfittxu ażil u l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali;
Il-kooperazzjoni prattika u l-assistenza teknika
13. Jenfasizza li t-twaqqif tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Ażil (EASO) għandu l-potenzjal li jippromwovi kooperazzjoni prattika iżjed mill-qrib bejn l-Istati Membri sabiex jgħin fit-tnaqqis ta' diverġenzi sinifikanti fil-prattiki tal-ażil, bil-għan li jinħolqu sistemi aħjar u iżjed ġusti ta' ażil fl-UE; ifakkar li din il-kooperazzjoni prattika u attiva għandha timxi id f'id ma' armonizzazzjoni leġiżlattiva tal-politiki Ewropej tal-ażil;
14. Ifakkar fil-ħtieġa li l-EASO jipprovdi appoġġ tekniku u ħila esperta speċifika lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom tal-leġiżlazzjoni tal-ażil, f'kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili u l-UNHCR; jenfasizza li huwa importanti li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni miġbura mill-EASO biex tidentifika nuqqasijiet potenzjali fis-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri; informazzjoni bħal din miġbura mill-EASO skont ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 hija rilevanti wkoll fil-qafas tal-mekkaniżmu għal twissija bikrija, l-istat ta' tħejjija u l-ġestjoni tal-kriżijiet li se jifforma parti mir-Regolament ta' Dublin emendat; jenfasizza l-importanza tal-preżentazzjoni ta' rapporti regolari u tat-tfassil ta' pjanijiet ta' azzjoni sabiex jiġu promossi soluzzjonijiet immirati u rakkomandazzjonijiet għat-titjib fis-SEKA u rimedju tan-nuqqasijiet li jista' jkun hemm; jinnota, b'mod partikolari, ir-rwol tal-aġenzija fil-koordinament u l-appoġġ tal-azzjoni komuni biex jiġu megħjuna l-Istati Membri li s-sistemi tal-ażil u l-faċilitajiet ta' akkoljenza tagħhom huma suġġetti għal pressjoni partikolari, permezz ta' miżuri inklużi l-issekondar ta' uffiċjali fl-Istat Membru kkonċernat u l-bgħit ta' timijiet ta' esperti tal-ażil u ta' social workers u interpreti li jistgħu jiġu mobilizzati malajr f'sitwazzjonijiet ta' kriżi; ifakkar li l-impatt tal-EASO se jiddependi fuq ir-rieda tal-Istati Membri li jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal tiegħu;
15. Jistieden lill-EASO, waqt li jikkunsidra kemm id-dmirijiet tiegħu kif ukoll il-baġit, ir-riżorsi u l-esperjenza limitati tiegħu, sabiex jottimizza r-riżorsi disponibbli tiegħu billi jinvolvi ruħu fi djalogu u kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u s-soċjetà ċivili bil-għan li jsir skambju ta' informazzjoni u l-ġbir tal-għarfien fil-qasam tal-ażil, il-ġbir tad-data, l-iskambju tal-aħjar prattika, l-iżvilupp ta' linji gwida komprensivi dwar kwistjonijiet tal-ażil li għandhom x'jaqsmu mas-sess, l-iżvilupp tat-taħriġ u l-ħolqien ta' gruppi ta' esperti, case workers u interpreti li jistgħu jiġu mobilizzati f'qasir żmien sabiex jipprovdu l-assistenza; jirrakkomanda wkoll li l-EASO jiżgura rappreżentanza wiesgħa ta' organizzazzjonijiet li qegħdin jipparteċipaw fil-forum konsultattiv;
16. Jenfasizza li l-attivitajiet tal-EASO għandhom jiffukaw kemm fuq l-objettivi preventivi fit-tul u fuq il-miżuri reattivi għal żmien qasir, sabiex jirrispondu b'mod xieraq għal sitwazzjonijiet differenti; għalhekk jikkunsidra, li waqt l-EASO għandu jappoġġa l-miżuri tal-bini tal-kapaċità għas-sistemi tal-ażil sottożviluppati u li ma jiffunzjonawx sew, għandu jagħti prijorità lis-sitwazzjonijiet ta' emerġenza u lill-Istati Membri li qed jaffaċċjaw pressjonijiet partikolari jew sproporzjonati; f'dan ir-rigward, jenfasizza r-rwol kruċjali tat-Timijiet Esperti tal-Ażil fl-għajnuna għal ammonti kbar ta każijiet u xogħol b'lura, l-għoti ta' taħriġ, it-twettiq tal-ġestjoni tal-proġetti, l-għoti ta' pariri u r-rakkomandazzjoni ta' miżuri konkreti, u s-sorveljanza u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' segwitu;
17. Jieħu nota tal-pjan operattiv fis-seħħ sabiex jappoġġa s-sistema Griega tal-ażil u jtejjeb is-sitwazzjoni ta' dawk li qed ifittxu ażil u benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali fil-Greċja; jenfasizza li minkejja xi progress miksub, huma meħtieġa sforzi addizzjonali kemm mill-UE kif ukoll mill-awtoritajiet Griegi biex itejbu s-sistema tal-ażil u jiżguraw li d-drittijiet ta' dawk li qed ifittxu ażil jiġu rispettati bis-sħiħ; ifakkar li l-miżuri biex jitnaqqas id-defiċit tal-baġit jipprekludu l-allokazzjoni tal-fondi nazzjonali għar-reklutaġġ ta' iktar uffiċjali, u jirrakkomanda li din il-problema tiġi indirizzata, peress li hija meħtieġa awtorità tal-ażil li tiffunzjona tajjeb sabiex tippermetti lill-Greċja tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali u tal-UE;
18. Jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u l-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-EASO u l-Frontex, u jisħaq fuq il-fatt li l-implimentazzjoni sħiħa u rapida tal-Istrateġija tad-Drittijiet Fundamentali tal-Frontex hija sine qua non għal kwalunkwe kooperazzjoni bħal din fil-kuntest tal-protezzjoni internazzjonali, inkluża l-ħatra ta' Uffiċjal tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-ħolqien ta' forum konsultattiv mas-soċjetà ċivili u l-istedina tal-organizzazzjonijiet internazzjonali biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha bħala osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li kwalunkwe kooperazzjoni trid titqies fil-kuntest tad-difiża tal-istandards stabbiliti minn normi Ewropej u internazzjonali biex b'hekk tiżdied fil-prattika l-kwalità tal-protezzjoni provduta lil dawk li qed ifittxu ażil; jitlob għalhekk lill-EASO tappoġġa lill-Frontex fir-rigward tal-obbligi tiegħu relatati mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju tan-non-refoulement; jenfasizza li l-miżuri tal-fruntieri għandhom jiġu applikati b'mod li jkun sensittiv għal kwistjonijiet ta' protezzjoni;
19. Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi rieżaminat regolarment il-mandat tal-EASO, sabiex ikun żgurat rispons adegwat għall-isfidi different iffaċċjati mis-sistemi ta'ażil; filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li l-azzjonijiet kollha mwettqa mill-EASO jiddependu fuq ir-rieda tajba tal-Istati Membri, jissuġġerixxi l-kunsiderazzjoni tal-possibbiltà tal-introduzzjoni ta' salvagwardji strutturali fi ħdan il-mandat tal-EASO sabiex jiżgura li l-kooperazzjoni prattika u l-assistenza teknika jkunu pprovduti fejn meħtieġa;
Solidarjetà finanzjarja
20. Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-possibilitajiet disponibbli fil-Fond Ewropew għar-Rifuġjati (FER) f'termini tat-twettiq tal-azzjonijiet immirati għat-titjib fis-sistemi tal-ażil; jirrakkomanda li l-Istati Membri jieħdu azzjoni sabiex jindirizzaw kwistjonijiet bħal proċedruri burokratiċi ineffiċjenti, dewmien fl-assorbiment u problemi fil-likwidità, sabiex tkun żgurata distribuzzjoni effettiva u mgħaġġla tal-fondi;
21. Ifakkar li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir użu sħiħ tal-possibbiltajiet offruti mill-Fond Ewropew għar-Rifuġjati u li l-approprjazzjonijiet kollha allokati jkunu jistgħu jiġu żburżati sabiex il-mexxejja tal-proġetti ma jaffaċċjawx problemi meta jimplimentaw il-proġetti ffinanzjati;
22. Jilqa' l-ħolqien mill-2014 ta' Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (FMA) aktar sempliċi u flessibbli, li se jissostitwixxi l-Fond Ewropew għar-Rifuġjati, il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi u l-Fond Ewropew għar-Ritorn, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu allokati biżżejjed riżorsi biex tiġi appoġġata l-protezzjoni tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali u dawk li qed ifittxu ażil; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza li jiġu inklużi salvagwardji fil-FMA, sabiex tiġi impedita allokazzjoni eċċessiva ta' fondi lejn qasam ta' politika wieħed biss askapitu tas-SEKA b'mod ġenerali; jikkunsidrah meħtieġ, fil-kuntest tar-riforma tal-allokazzjoni tal-fondi fil-qasam tal-intern għall-QFM 2014-2020, li jiġu allokati wkoll biżżejjed riżorsi għall-protezzjoni fuq il-fruntiera sabiex tinkiseb iżjed solidarjetà f'dan il-qasam ukoll; ifakkar li għandu dejjem ikun hemm biżżejjed riżorsi biex tiġi ffinanzjata l-protezzjoni internazzjonali u l-miżuri ta' solidarjetà għall-Istati Membri;
23. Jenfasizza l-ħtieġa li l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil ikun biżżejjed flessibbli u faċli biex jiġi mobilizzat kif ukoll joffri aċċess rapidu, biex ikun jista' jirreaġixxi rapidament u b'mod xieraq għal pressjonijiet mhux previsti jew sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jaffettwaw Stat Membru wieħed jew aktar; f'dan ir-rigward jipproponi li jiġi riservat, fejn meħtieġ, ċertu perċentwal tal-ammont mill-FMA allokat fil-qafas tar-rieżami intermedju għal miżuri li jkollhom l-għan li jgħinu lill-Istati Membri jimplimentaw u japplikaw bis-sħiħ l-acquis tal-ażil tal-UE u jaderixxu mal-obbligi internazzjonali kollha f'dan il-qasam;
24. Jilqa' d-djalogi dwar il-politika tal-intern mal-Istati Membri individwali dwar l-użu min-naħa tagħhom tal-fondi qabel il-programmazzjoni multiannwali; jenfasizza l-importanza ta' azzjoni parteċipattiva biex jinkisbu riżultati ottimali, u jirrakkomanda t-tisħiħ tal-prinċipju ta' sħubija billi jiġu inklużi s-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, kif ukoll il-partijiet interessati rilevanti, peress li l-esperjenza tagħhom fil-prattika hija essenzjali biex jiġu stabbiliti prijoritajiet realistiċi u jiġu żviluppati programmi sostenibbli; il-kontribut tagħhom f'termini ta' żvilupp, implimentazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-objettivi u l-programmi għalhekk huwa importanti u għandu jitqies mill-Istati Membri;
25. Jenfasizza l-importanza tal-kondiviżjoni tar-responsabbiltà finanzjarja fil-qasam tal-ażil, u jirrakkomanda l-ħolqien ta' mekkaniżmu fornit tajjeb b'riżorsi biex jintlaqa' numru akbar ta' dawk li jfittxu l-ażil u benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, f'termini assoluti jew proporzjonali, u għall-għajnuna ta' dawk b'sistemi ta' ażil inqas żviluppati; jikkunsidra li hija meħtieġa iżjed riċerka sabiex jiġu identifikati u kkwantifikati l-ispejjeż reali tal-akkoljenza u l-ipproċessar ta' talbiet għal ażil; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju sabiex tivvaluta l-fondi li għandhom jiġu allokati skont ir-responsabbiltà li għandu kull Stat Membru, fuq il-bażi ta' indikaturi bħal: in-numru tal-ewwel applikazzjonijiet tal-ażil, in-numru ta' deċiżjonijiet pożittivi li jagħtu status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja, in-numru ta' rifuġjati risistemati u rilokati, in-numru ta' deċiżjonijiet u operazzjonijiet ta' ritorn, u n-numru ta' migranti irregolari maqbuda;
26. Jirrakkomanda li l-Istati Membri jagħmlu użu mill-inċentivi finanzjarji disponibbli permezz tal-FMA għall-attivitajiet ta' rilokazzjoni, u jirrikonoxxi li l-assistenza finanzjarja permezz tal-fond u l-assistenza teknika mill-EASO huma importanti; jissuġġerixxi li jiddaħħlu oqsma prijoritarji sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet urġenti u jipprovdu assistenza finanzjarja iktar sostanzjali lill-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw fl-inizjattivi tar-rilokazzjoni, sabiex ineħħu l-piż tal-ispiża finanzjarja relatata;
27. Jemmen li t-twaqqif ta' sistema iżjed ċara u effikaċi ta' inċentivi finanzjarji għall-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw f'attivitajiet ta' rilokazzjoni u strateġiji proattivi mmirati lejn it-titjib tal-infrastrutturi tas-sistemi nazzjonali ta' ażil se jkollu effett pożittiv fuq perjodu twil fuq il-konverġenza tal-istandards fl-UE u l-kwalità tas-SEKA;
28. Jilqa' l-possibilità li tiżdied il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni sa 90 % tal-infiq totali eliġibbli għal proġetti li nkella ma kinux jistgħu jiġu implimentati; jikkunsidra li valur miżjud ċar għandu jirriżulta minn proġetti ffinanzjati mill-Kummissjoni; jenfasizza li l-finanzjamenti tal-UE fl-ebda ċirkostanza m'għandhom jieħdu post il-baġits nazzjonali ddedikati għall-politiki tal-ażil;
29. Jenfasizza l-problemi li attwalment huma konnessi mal-finanzjament ta' attivitajiet f'termini ta' ostakoli għall-aċċess għal informazzjoni preċiża u finanzjament, l-istabbiliment ta' għanijiet realistiċi u mfassla apposta u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' segwitu effikaċi; jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta' salvagwardji sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, l-allokazzjoni ċara ta' finanzjament u l-eżami bir-reqqa tal-valur miżjud tal-attivitajiet u r-riżultati miksuba;
30. Jenfasizza l-importanza ta' superviżjoni stretta rigward l-użu u l-ġestjoni tal-fondi, abbażi ta' indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi u ta' kriterji speċifiċi, sabiex tiġi evitata l-allokazzjoni ħażina ta' riżorsi umani u finanzjarji u tiġi garantita konformità mal-objettivi stabbiliti; f'dan ir-rigward jilqa' bi pjaċir it-twaqqif ta' sistema komuni ta' valutazzjoni u monitoraġġ;
31. Iħeġġeġ lill-Istati Membri, bl-assistenza tal-Kummissjoni, biex jiżguraw l-isfruttament sħiħ tal-kumplementarjetajiet eżistenti bejn strumenti ta' finanzjament oħra disponibbli bħall-Fond Soċjali Ewropew u l-Fondi Strutturali oħra, sabiex jinkiseb approċċ ta' finanzjament olistiku għall-politiki relatati mal-ażil;
Allokazzjoni tar-responsabilitajiet
32. Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni sabiex twettaq evalwazzjoni komprensiva tas-sistema ta' Dublin fl-2014, u li tanalizza l-effetti ġuridiċi, ekonomiċi, soċjali u dawk fuq id-drittijiet tal-bniedem tagħha, inkluż l-effett fuq is-sitwazzjoni tan-nisa li qed ifittxu ażil; iqis li hija meħtieġa aktar riflessjoni dwar l-iżvilupp ta' mekkaniżmu adegwat għall-kondiviżjoni tar-responsabbiltà biex jiġi ddeterminat liema Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal ażil, ħaġa li tippermetti li jingħata appoġġ prattiku rapidu u effikaċi lil Stati Membri f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u li jaffaċċjaw piżijiet sproporzjonati;
33. Jikkunsidra li r-Regolament ta' Dublin, li jirregola l-allokazzjoni tar-responsabbiltà għall-applikazzjonijiet għal ażil, jitfa' piż sproporzjonat fuq l-Istati Membri li jikkostitwixxu punti tad-dħul fl-UE, u ma jipprevedix distribuzzjoni ġusta tar-responsabbiltà għall-ażil fost l-Istati Membri; jinnota li s-sistema ta' Dublin kif ġiet applikata sa issa, f'kuntest ikkaratterizzat minn sistemi ta' ażil differenti ħafna u livelli insuffiċjenti ta' implimentazzjoni tal-acquis tal-ażil, wasslet għat-trattament inugwali ta' dawk li qed ifittxu ażil filwaqt li kellha impatt negattiv fuq ir-riunifikazzjoni tal-familji u l-integrazzjoni; jisħaq, barra dan, fuq in-nuqqasijiet tagħha f'termini ta' effiċjenza u kosteffettività, billi iżjed min-nofs tat-trasferimenti miftiehma qatt ma jseħħu u xorta għad hemm numri sinifikanti ta' applikazzjonijiet multipli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li dawk li jfittxu ażil li jkunu rritornati fi Stat Membru abbażi tar-Regolament Dublin II ma jkunux iddiskriminati għall-unika raġuni li jkunu persuni trasferiti skont Dublin II;
34. Jenfasizza li l-ġurisprudenza rilevanti diġà hija fil-proċess li ddgħajjef il-motivazzjoni tas-sistema ta' Dublin; iqis li filwaqt li tipprovdi tweġiba għal każijiet individwali, il-ġurisprudenza tonqos milli tegħleb in-nuqqasijiet li jeżistu fl-implimentazzjoni tal-acquis fil-qasam tal-ażil; filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-Istati Membri jiżguraw li s-sistemi tal-ażil tagħhom jikkonformaw mar-regoli tal-UE u dawk internazzjonali, jilqa“, għalhekk, l-isforzi sabiex jiġu inklużi kriterji addizzjonali f'Dublin II biex jittaffew l-effetti negattivi mhux mixtieqa tas-sistema; jemmen li d-diskussjonijiet għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli jridu jieħdu f'kunsiderazzjoni l-fatt li xi Stati Membri diġà qed jaffaċċjaw pressjonijiet sproporzjonati u xi sistemi tal-ażil qegħdin jiffunzjonaw ħażin parzjalment jew għalkollox;
35. Jidhirlu li huwa essenzjali li wieħed jidħol fi djalogu ulterjuri rigward il-kondiviżjoni tar-responsabbiltà lejn dawk li jfittxu ażil u l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, inkluż dwar l-użu ta' għodod bħall-ipproċessar konġunt ta' applikazzjonijiet għall-ażil (minn hawn “il quddiem ”ipproċessar konġunt“) u skemi ta' rilokazzjoni;
36. Jikkunsidra li l-ipproċessar konġunt jista' jikkostitwixxi għodda prezzjuża għas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà f'każijiet varji, b'mod partikolari fejn l-Istati Membri jaffaċċjaw influssi sinifikanti jew għal għarrieda ta' dawk li qed ifittxu ażil jew ikun hemm applikazzjonijiet sostanzjali b'lura li jittardjaw u jdgħajfu l-proċedura tal-ażil askapitu tal-applikanti tal-ażil; l-ipproċessar konġunt jista' jipprevjeni jew jirrettifika problemi tal-kapaċità, inaqqas il-piżijiet u l-ispejjeż relatati mal-ipproċessar tal-ażil, iħaffef il-ħin li jieħu l-ipproċessar tat-talbiet u jiżgura kondiviżjoni iżjed ekwa tar-responsabbiltà għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-ażil; jenfasizza li l-ipproċessar konġunt jirrikjedi allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri involuti biex jiġi evitat l-ispostament tar-responsabbiltà, u li t-teħid tad-deċiżjonijiet għadu r-responsabbiltà tal-Istat Membru; jinnota li dan għandu bżonn jiġi kkumplimentat b'sistema sabiex tkun żgurata kondiviżjoni tar-responsabbiltà iktar ġusta ladarba l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati;
37. Jilqa' l-istudju ta' fattibbiltà mniedi mill-Kummissjoni sabiex tinvestiga l-implikazzjonijiet ġuridiċi u prattiċi tal-ipproċessar konġunt fit-territorju tal-Unjoni, billi hija meħtieġa kjarifika rigward serje ta' kwistjonijiet;
38. Jinnota li l-ipproċessar konġunt mhux neċessarjament jimplika deċiżjoni komuni, iżda jista' jinvolvi sostenn u pproċessar komuni rigward aspetti oħra tal-proċedura tal-ażil, bħall-identifikazzjoni, il-preparazzjoni tal-proċeduri fl-ewwel istanza, l-intervisti, jew il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni politika fil-pajjiż tal-oriġini;
39. Jenfasizza li l-ipproċessar konġunt għandu joffri valur miżjud fir-rigward tal-kwalità tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, li jiżgura u jiffaċilita proċeduri ġusti, effiċjenti u rapidi; jenfasizza l-fatt li meta l-proċeduri tal-ażil jiġu mtejba mill-bidu (frontloading), dan jista' jnaqqas it-tul u l-ispiża tal-proċedura, u b'hekk jibbenefikaw kemm dawk li qed ifittxu l-ażil kif ukoll l-Istati Membri;
40. Jisħaq li skema ta' pproċessar konġunt għandha tirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet tal-applikanti u tinkludi garanziji sodi għal dak il-fini; jinsisti li l-ipproċessar konġunt fl-ebda ċirkostanza ma għandu jintuża sabiex iħaffef il-proċedura tal-ażil askapitu tal-kwalità tagħha; jidhirlu li l-ipproċessar konġunt jista' jwassal għal proċeduri ta' ażil aktar effiċjenti, li jibbenefikaw minnhom ukoll dawk l-individwi li qed ifittxu ażil, peress li b'kapaċitajiet amministrattivi akbar, il-ħtiġijiet ta' protezzjoni tagħhom jistgħu jiġu rikonoxxuti aktar malajr;
41. Jikkunsidra li r-rwol tal-EASO jista' jkun ta' valur fl-istabbiliment ta' timijiet ta' appoġġ tal-ażil li jipprovdu assistenza, konsulenza, u rakkomandazzjonijiet għall-proċeduri fl-ewwel istanza, kif ukoll fit-taħriġ u fil-koordinament tagħhom;
42. Jirakkomanda li l-iskemi previsti fir-rigward tal-ipproċessar konġunt għandhom jipprijoritizzaw għażliet li jinvolvu l-isfruttament u l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet rilevanti, aktar milli t-trasferiment ta' dawk li qed ifittxu ażil;
43. Jirrakkommanda li l-EASO jħeġġeġ, jiffaċilita u jikkoordina l-iskambji ta' informazzjoni u l-attivitajiet l-oħra b'rabta mal-ipproċessar konġunt;
Rilokazzjoni tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali u ta' dawk li jfittxu ażil
44. Jenfasizza li l-iskemi ta' risistemazzjoni u ta' rilokazzjoni ġewwa l-UE huma miżuri kumplimentari maħsuba biex isaħħu l-protezzjoni ta' dawk li qed ifittxu ażil u l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali filwaqt li juru solidarjetà fl-UE u barra minnha;
45. Jisħaq fuq il-fatt li, f'ċerti kundizzjonijiet, ir-rilokazzjoni fiżika tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali u dawk li jfittxu l-ażil hija waħda mill-forom l-iżjed konkreti ta' solidarjetà u tista' tagħti kontribut sinifikanti għal SEKA iżjed ekwa; jenfasizza li għalkemm tirrappreżenta wkoll espressjoni solida ta' impenn fir-rigward tal-protezzjoni internazzjonali u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, sa issa ftit Stati Membri involvew ruħhom f'inizjattivi ta' rilokazzjoni;
46. Jisħaq fuq l-importanza ta' proġetti bħall-Proġett ta' Rilokazzjoni tal-Unjoni Ewropea għal Malta (Eurema) u l-estensjoni tiegħu, fejn il-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali kienu u qed jiġu rilokati minn Malta lejn Stati Membri oħra, u jippromwovi l-iżvilupp ta' iżjed inizjattivi ta' dan it-tip; jiddispjaċih li dan il-proġett ma kellux daqstant suċċess kif kien mistenni minħabba li l-Istati Membri ma kinux ħerqana jipparteċipaw; jistieden lill-Istati Membri jipparteċipaw b'mod iktar attiv fil-proġett Eurema fi spirtu ta' solidarjetà u kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni sabiex twettaq evalwazzjoni bir-reqqa tal-proġett Eurema u tissottometti proposta għal Mekkaniżmu ta' Rilokazzjoni tal-UE permanenti;
47. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra, fil-proposta leġiżlattiva tagħha għal Mekkaniżmu permanenti u effikaċi ta' Rilokazzjoni ġewwa l-UE, l-użu ta' Koeffiċjent ta' Distribuzzjoni tal-UE għar-rilokazzjoni tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, abbażi ta' indikaturi xierqa relatati mal-kapaċitajiet ta' akkoljenza u integrazzjoni tal-Istati Membri, bħall-PDG, il-popolazzjoni u s-superfiċje tal-Istati Membri kif ukoll l-aħjar interess u l-prospetti ta' integrazzjoni tal-benefiċjarji; dan il-Koeffiċjent ta' Distribuzzjoni tal-UE jista' jiġi kkunsidrat għal Stati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma' pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-ażil nazzjonali tagħhom jew matul sitwazzjonijiet ta' emerġenza; jenfasizza li r-rilokazzjoni dejjem se tiddependi fuq il-kunsens tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali u li l-introduzzjoni ta' Koeffiċjent ta' Distribuzzjoni tal-UE jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' kull Stat Membru li jimplimenta u japplika l-acquis eżistenti tal-UE fil-qasam tal-ażil f'termini ta' kwalifikazzjoni għall-protezzjoni, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza u l-garanziji proċedurali, u li jaderixxi mal-obbligi internazzjonali kollha f'dan il-qasam;
48. Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fil-proposta tagħha salvagwardji proċedurali sodi u kriterji ċari għal skema permanenti ta' rilokazzjoni tal-UE, sabiex jiġu garantiti l-aħjar interessi tal-benefiċjarji potenzjali, kif ukoll biex tittaffa l-pressjoni migratorja tal-Istati Membri partikolarment esposti għall-flussi ta' migrazzjoni; jirrakkomanda l-involviment tal-komunità ospitanti, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali mill-bidu f'inizjattivi ta' rilokazzjoni;
49. Jenfasizza li waqt li r-rilokazzjoni tista' toffri kemm soluzzjonijiet għal perjodu twil għall-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali kif ukoll tneħħi l-piż minn fuq is-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri, m'għandhiex tirriżulta fl-ispostament tar-responsabbiltà; jinsisti li r-rilokazzjoni għandha tinkludi impenji sodi min-naħa tal-Istati Membri li jibbenefikaw minnha sabiex jindirizzaw b'mod effikaċi n-nuqqasijiet relatati mal-protezzjoni fis-sistemi tal-ażil tagħhom u sabiex jiggarantixxu livelli għolja ta' protezzjoni għal dawk li jibqgħu fl-Istati Membri spedituri fit-termini tal-kundizzjonijiet tal-akkoljenza, il-proċeduri tal-ażil u l-integrazzjoni;
50. Jilqa' l-possibilitajiet ta' finanzjament ipprovduti mill-FMA għar-rilokazzjoni ta' dawk li jfittxu l-ażil u jħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jinvolvu ruħhom f'inizjattivi volontarji, waqt li jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet ta' dawk li jfittxu l-ażil u l-ħtieġa tal-kunsens tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-fattibbiltà li tiġi żviluppata sistema tal-UE għar-rilokazzjoni ta' dawk li jfittxu ażil, filwaqt li tiġi eżaminata, inter alia, il-fattibbiltà li tkun ibbażata fuq koeffiċjent ta' distribuzzjoni tal-UE li jikkunsidra kriterji oġġettivament verifikabbli bħall-PDG, il-popolazzjoni u s-superfiċje tal-Istati Membri kif ukoll l-aħjar interess u l-prospetti ta' integrazzjoni tal-benefiċjarji; programm bħal dan jista' jkun applikat bħala miżura ta' solidarjetà f'sitwazzjonijiet fejn in-numru ta' dawk li jfittxu ażil ikun sproporzjonatament għoli meta mqabbel mal-kapaċità tas-sistema tal-ażil tal-Istat Membru, jew f'emerġenzi;
51. Ifakkar fil-mandat tal-EASO fir-rigward tal-promozzjoni tar-rilokazzjoni tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali fost l-Istati Membri, u jistieden lill-Aġenzija tibni l-kapaċità tagħha biex tappoġġa b'mod attiv il-programmi u l-attivitajiet ta' rilokazzjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UNHCR, permezz tal-iskambju tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki u attivitajiet ta' koordinament u kooperazzjoni;
52. Jinnota li l-Kummissjoni indikat li hija dejjem se tikkunsidra l-attivazzjoni tal-mekkaniżmu tad-Direttiva ta' Protezzjoni Temporanja meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet adegwati, b'mod partikolari fil-każ ta' influss ta' massa jew influss ta' massa imminenti ta' persuni spostati li ma jistgħux jiġu rimpatrijati f'kundizzjonijiet sikuri u dejjiema; jistieden lill-Kummissjoni tagħmilha possibbli li din id-Direttiva tiġi attivata anke f'każijiet fejn l-influss rilevanti jikkostitwixxi influss ta' massa għal mill-inqas Stat Membru wieħed u mhux biss meta jikkostitwixxi influss bħal dan għall-UE kollha kemm hi;
Fiduċja reċiproka fil-qalba ta' sistema ta' governenza ġdida
53. Jinsisti li l-fiduċja reċiproka hija bbażata fuq fehim komuni tar-responsabbiltajiet; Jenfasizza li l-konformità mad-dritt tal-UE hija element indispensabbli għall-fiduċja fost l-Istati Membri;
54. Jenfasizza li jekk l-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi ġuridiċi u tad-drittijiet fundamentali, dan isaħħaħ kemm il-fiduċja kif ukoll is-solidarjetà;
55. Jisħaq dwar l-importanza li jiġu stabbiliti pedamenti sodi għall-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri, billi dan huwa kwintessenzjalment konness mal-iżvilupp tas-SEKA u ma' solidarjetà ġenwina u prattika;
56. Jirrikonoxxi li waqt li l-konformità mal-obbligi internazzjonali ta' protezzjoni ttejjeb il-fiduċja reċiproka, dan mhux bilfors jirriżulta fl-applikazzjoni uniformi tar-regoli, billi l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt internazzjonali u tal-UE dwar l-ażil għadha tvarja ħafna fost l-Istati Membri, kif jidher ċar mill-ġurisprudenza tal-QEDB u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea relatata mar-Regolament ta' Dublin; jenfasizza li hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni u tal-qrati li jissorveljaw u jevalwaw l-applikazzjoni tar-regoli tal-ażil f'konformità mad-dritt internazzjonali tal-UE;
57. Jemmen li l-mekkaniżmi ta' twissija bikrija introdotti biex jiskopru u jindirizzaw il-problemi li jitfaċċaw qabel iwasslu għall-kriżijiet jistgħu jikkostitwixxu għodda siewja; jikkunsidra, madankollu, li soluzzjonijiet kumplimentari għandhom ukoll jiġu previsti, sabiex jiġi evitat il-ksur tad-drittijiet fundamentali u jkun żgurat il-funzjonament xieraq tas-sistemi tal-ażil;
58. Jisħaq fuq il-fatt li waqt li l-proċeduri tal-ksur għandhom jintużaw iktar ta' spiss sabiex tinġibed l-attenzjoni għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u n-nuqqas tagħhom li jaderixxu mal-acquis tal-ażil eżistenti, għandhom jiġu akkumpanjati minn miżuri preventivi, pjanijiet operattivi u mekkaniżmi ta' superviżjoni, sabiex jipproduċu riżultati; jenfasizza l-importanza ta' evalwazzjonijiet regolari, djalogu kostruttiv, u l-iskambju tal-aħjar prattika, bħala elementi kruċjali li huma aktar suxxettibbli li jipproduċu żviluppi pożittivi fis-sistemi tal-ażil fejn huma identifikati nuqqasijiet; għalhekk għandhom jingħataw forom differenti ta' assistenza finanzjarja u prattika sabiex tintlaħaq l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam tal-ażil;
59. Jinnota li s-sistema ta' Dublin hija bbażata fuq il-fiduċja reċiproka u li l-implimentazzjoni tagħha tammonta għal rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet ta' rifjut fost l-Istati Membri, billi talba għal ażil tista' tiġi kkunsidrata darba biss fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta komunikazzjoni dwar qafas għat-trasferiment tal-protezzjoni tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali u r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar l-ażil sal-2014, b'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma;
60. Jenfasizza li l-ġestjoni tal-migrazzjoni tista' żżid il-fiduċja reċiproka u l-miżuri ta' solidarjetà biss jekk tiġi akkumpanjata minn approċċ li jkun sensibbli għall-protezzjoni li fih il-miżuri tal-fruntieri jitwettqu mingħajr ħsara għad-drittijiet tar-rifuġjati u l-persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali;
61. Jenfasizza li r-reġimi tal-viża jirregolaw numru kbir ta' awtorizzazzjonijiet tad-dħul u l-ħruġ u li dawk ir-regoli tad-dħul u l-ħruġ ma jirrestrinġux l-obbligi ġuridiċi dwar li jingħata aċċess għall-ażil;
62. Ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni li tiffaċilita l-wasla ordinata fl-UE ta' persuni li jeħtieġu protezzjoni, u jistedinha teżamina approċċi ġodda rigward l-aċċess għall-proċeduri ta' ażil; jilqa“, f'dan ir-rigward, l-impenn tal-Kummissjoni li tadotta ”Komunikazzjoni dwar approċċi ġodda rigward l-aċċes għal proċeduri ta' ażil li jiffukaw fuq il-pajjiżi ewlenin ta' transitu' sal-2013;
o o o
63. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kunsill tal-Ewropa.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2011)0315 – C7-0150/2011 – 2011/0150(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0315),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0150/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Settembru 2011(1),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta' Ġunju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar is-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0069/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (EU) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE ▌tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id- Deċiżjoni tal-Kunsil 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1025/2012.)
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 dwar l-identifikazzjoni elettronika tal-annimali bovini u t-tneħħija tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar volontarju taċ-ċanga (COM(2012)0162 – C7-0114/2012 – 2011/0229(COD))(1)
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 dwar l-identifikazzjoni elettronika tal-annimali bovini u t-tneħħija tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar volontarju taċ-ċanga
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 dwar l-identifikazzjoni elettronika tal-annimali bovini u t-tikkettjar taċ-ċanga
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) It-traċċar tal-laħam taċ-ċanga sas-sors permezz ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni huwa prerekwiżit għat-tikkettjar tal-oriġini tul il-katina alimentari kollha u jiżgura l-protezzjoni tal-konsumatur u s-saħħa pubblika.
(4) It-traċċar tal-laħam taċ-ċanga sas-sors permezz ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni huwa prerekwiżit għat-tikkettjar tal-oriġini tul il-katina alimentari kollha. Dawk il-miżuri jiżguraw il-protezzjoni tal-konsumatur u s-saħħa pubblika u jippromwovu l-fiduċja tal-konsumatur.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) L-użu ta' sistemi elettroniċi ta' identifikazzjoni għandu l-potenzjal li jissemplifika l-proċessi tat-traċċabbiltà permezz ta' qari u reġistrazzjoni awtomatizzati u aktar preċiżi fir-reġistru tal-istabbiliment. Dan jippermetti wkoll rappurtar awtomatizzat tal-movimenti tal-annimali fil-bażi ta' dejta kompjuterizzata, u b'hekk ikun hemm titjib fil-veloċità, l-affidabilità u l-preċiżjoni tas-sistema.
(6) L-użu ta' sistemi elettroniċi ta' identifikazzjoni għandu l-potenzjal li jissemplifika l-proċessi tat-traċċabbiltà permezz ta' qari u reġistrazzjoni awtomatizzati u aktar preċiżi fir-reġistru tal-istabbiliment. Dan jippermetti wkoll rappurtar awtomatizzat tal-movimenti tal-annimali fil-bażi ta' dejta kompjuterizzata, u b'hekk ikun hemm titjib fil-veloċità, l-affidabilità u l-preċiżjoni tas-sistema. Dan itejjeb il-ġestjoni tal-pagamenti diretti magħmulin lill-bdiewa għal kull bhima permezz ta' kontrolli aħjar u tnaqqis fir-riskju ta' żbalji fil-pagamenti.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) Is-sistemi ta' identifikazzjoni elettronika bbażati fuq l-identifikazzjoni bil-frekwenzi tar-radju għamlu avvanzi konsiderevoli matul l-aħħar għaxar snin. Dik it-teknoloġija tippermetti qari aktar veloċi u aktar preċiż ta' kodiċijiet tal-identità tal-annimali individwali direttament għal ġo sistemi għall-ipproċessar tad-dejta li jirriżulta fi tnaqqis fil-ħin meħtieġ biex jiġu rintraċċati annimali potenzjalment infettati jew ikel infettat, fi frankar ta' spejjeż tax-xogħol iżda fl-istess ħin ukoll iżżid l-ispejjeż tat-tagħmir.
(7) Is-sistemi ta' identifikazzjoni elettronika bbażati fuq l-identifikazzjoni bil-frekwenzi tar-radju għamlu avvanzi konsiderevoli matul l-aħħar għaxar snin, ukoll jekk l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardazzjoni (ISO) għad iridu jiġu applikati, u jeħtieġ li jkunu ttestjati għall-bovini. Dik it-teknoloġija tippermetti qari aktar veloċi u aktar preċiż ta' kodiċijiet tal-identità tal-annimali individwali direttament għal ġo sistemi għall-ipproċessar tad-dejta li jirriżulta fi tnaqqis fil-ħin meħtieġ biex jiġu rintraċċati annimali potenzjalment infettati jew ikel infettat, li jwassal għal titjib fil-bażijiet ta' dejta u għal kapaċità akbar għal reazzjoni mingħajr dewmien f'każ li jfaqqa' l-mard, fi frankar ta' spejjeż tax-xogħol iżda fl-istess ħin ukoll iżżid l-ispejjeż tat-tagħmir. Jekk l-identifikazzjoni elettronika tkun difettuża, il-ħsara tat-teknoloġija ma għandhiex twassal għall-impożizzjoni ta' pagamenti ta' penali fuq il-bdiewa.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Minħabba l-avvanzi teknoloġiċi fl-EID, bosta Stati Membri ddeċidew li jibdew jimplimentaw l-EID bovina fuq bażi volontarja. Dawk l-inizjattivi x'aktarx li jwasslu biex jiġu żviluppati sistemi differenti fl-Istati Membri individwali jew mill-partijiet interessati. Żvilupp bħal dan jimpedixxi l-armonizzazzjoni aktar “il quddiem tal-istandards tekniċi fi ħdan l-Unjoni.
(9) Minħabba l-avvanzi teknoloġiċi fl-EID, bosta Stati Membri ddeċidew li jibdew jimplimentaw l-EID bovina fuq bażi volontarja. Dawk l-inizjattivi x'aktarx li jwasslu biex jiġu żviluppati sistemi differenti fl-Istati Membri individwali jew mill-partijiet interessati. Żvilupp bħal dan jimpedixxi l-armonizzazzjoni sussegwenti tal-istandards tekniċi fi ħdan l-Unjoni. Għandu jkun żgurat li s-sistemi introdotti fl-Istati Membri jkunu interoperabbli u konsistenti mal-istandards tal-ISO.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) Li l-EID issir obbligatorja madwar l-Unjoni kollha jista' jħalli effetti ekonomikament ħżiena fuq ċerti operaturi. Huwa għalhekk xieraq li tiġi stabbilita sistema volontarja għall-introduzzjoni tal-EID. B'din is-sistema, l-EID tintgħażel minn dawk li x'aktarx ikollhom benefiċċji ekonomiċi immedjati.
(16) Li l-EID issir obbligatorja madwar l-Unjoni kollha jista' jħalli effetti ekonomikament ħżiena fuq ċerti operaturi. Barra minn hekk, hemm problemi prattiċi li għadhom ixekklu l-operazzjoni effikaċi tal-EID, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam mal-eżattezza tat-teknoloġija. L-esperjenza tal-implimentazzjoni ta' identifikazzjoni elettronika obbligatorja għall-annimali ruminanti żgħar turi li minħabba t-teknoloġija difettuża u diffikultajiet prattiċi spiss ikun impossibbli li tinkiseb eżattezza ta' 100 %. Huwa għalhekk xieraq li tiġi stabbilita sistema volontarja. Tali sistema tippermetti li l-EID tintgħażel biss minn dawk li x'aktarx ikollhom benefiċċji ekonomiċi rapidi.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) L-Istati Membri għandhom sistemi tat-trobbija, tal-prattiki tal-biedja u tal-organizzazzjonijiet tas-settur differenti ħafna. L-Istati Membri għandhom għalhekk jitħallew jagħmlu l-EID obbligatorja fit-territorju tagħhom biss meta jidhrilhom li jkun xieraq, wara li jikkunsidraw dawk il-fatturi kollha.
(17) L-Istati Membri għandhom sistemi tat-trobbija, tal-prattiki tal-biedja u tal-organizzazzjonijiet tas-settur differenti ħafna. L-Istati Membri għandhom għalhekk jitħallew jagħmlu l-EID obbligatorja fit-territorju tagħhom biss meta jidhrilhom li jkun xieraq, wara li jikkunsidraw dawk il-fatturi kollha, inkluż kwalunkwe impatt negattiv fuq il-bdiewa ż-żgħar u wara l-konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-industrija taċ-ċanga.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) Annimali li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi għandhom ikunu suġġetti għall-istess rekwiżiti ta'identifikazzjoni li japplikaw għal annimali mwielda fl-Unjoni.
(18) Annimali u laħam li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi għandhom ikunu suġġetti għall-istess rekwiżiti ta'identifikazzjoni u traċċabilità li japplikaw għal annimali mwielda fl-Unjoni.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jipprevedi li l-awtorità kompetenti għandha toħroġ passaport għal kull annimal li jrid jiġi identifikat skont dak ir-Regolament. Dan jikkawża piż amministrattiv konsiderevoli għall-Istati Membri. Il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati stabbiliti mill-Istati Membri jiżguraw suffiċjentement it-traċċabilità tal-movimenti domestiċi tal-annimali bovini. Il-passaporti għandhom għalhekk jinħarġu biss għal annimali maħsuba għall-kummerċ intra-Unjoni. Ladarba l-iskambju tad-dejta bejn il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati nazzjonali huwa operattiv, ir-rekwiżit tal-ħruġ ta' dawn il-passaporti ma għandux jibqa' japplika għal annimali maħsuba għall-kummerċ intra-Unjoni.
(19) Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jipprevedi li l-awtorità kompetenti għandha toħroġ passaport għal kull annimal li jrid jiġi identifikat skont dak ir-Regolament. Dan jikkawża piż amministrattiv konsiderevoli għall-Istati Membri. Il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati stabbiliti mill-Istati Membri għandhom jiżguraw suffiċjentement it-traċċabilità tal-movimenti domestiċi tal-annimali bovini. Il-passaporti għandhom għalhekk jinħarġu biss għal annimali maħsuba għall-kummerċ intra-Unjoni. Ladarba l-iskambju tad-dejta bejn il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati nazzjonali huwa operattiv, ir-rekwiżit tal-ħruġ ta' dawn il-passaporti ma għandux jibqa' japplika għal annimali maħsuba għall-kummerċ intra-Unjoni.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 19a (ġdida)
(19a)Sa issa, ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni speċifika dwar l-ikklonar. B'dana kollu, l-istħarriġiet tal-opinjoni jindikaw li din il-kwistjoni hija ta' interess kbir għall-pubbliku Ewropew. Għalhekk huwa xieraq li jkun żgurat li ċ-ċanga li tkun ġejja minn bhejjem ikklonati jew mid-dixxendenti tagħhom tiġi ttikkettata bħala tali.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) It-Taqsima II tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tistabbilixxi r-regoli għal sistema volontarja ta' tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga li jistipulaw l-approvazzjoni ta' ċerti speċifikazzjonijiet tat-tikkettjar mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Il-piż amministrattiv u l-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi biex japplikaw din is-sistema mhumiex proporzjonati għall-benefiċċji tas-sistema. Dik it-Taqsima għandha għalhekk titħassar.
(20) It-Taqsima II tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tistabbilixxi r-regoli għal sistema volontarja ta' tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga li jistipulaw l-approvazzjoni ta' ċerti speċifikazzjonijiet tat-tikkettjar mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Fid-dawl tal-iżviluppi fis-settur taċ-ċanga minn mindu ġie adottat ir-Regolament imsemmi, is-sistema ta' tikkettar taċ-ċanga jeħtieġa li tiġi riveduta. Peress li s-sistema tat-tikkettjar volontarju taċ-ċanga la hija effikaċi u lanqas utli, din għandha titħassar, bla ħsara għad-dritt tal-operaturi li jinfurmaw lill-konsumaturi permezz ta' tikkettjar volontarju. Konsegwentement, bħal fir-rigward ta' kwalunkwe tip ieħor ta' laħam, l-informazzjoni li tmur lil hinn mit-tikkettar obbligatorju, jiġifieri f'dan il-każ partikolari dak li huwa meħtieġ mill-Artikoli 13 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, u li hija estremament importanti għall-konsumaturi u l-bdiewa, ngħidu aħna r-razza, l-għalf u t-trobbija tal-bhejjem, trid tirrispetta l-leġiżlazzjoni orizzontali attwali, inkluż ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi1. Barra minn hekk, it-tħassir huwa ekwilibrat ukoll bil-formulazzjoni, f'dan ir-Regolament, ta' regoli ġenerali li jiżguraw il-ħarsien tal-konsumatur.
1 ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.
Emendai 14 + 45 Proposta għal Regolament Premessa 22
(22) Sabiex jiġi żgurat li r-regoli meħtieġa għat-tħaddim sew tal-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u t-traċċabilità tal-annimali bovini u ċ-ċanga jkunu applikati, is-setgħa għall-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rekwiżiti għal mezzi alternattivi ta' identifikazzjoni tal-annimali bovini, taċ-ċirkostanzi speċjali li fihom l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodi massimi għall-applikazzjoni tal-mezzi ta' identifikazzjoni, tad-dejta li trid tiġi skambjata bejn il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati tal-Istati Membri, tal-perjodu massimu għal ċerti obbligi ta' rappurtar, tar-rekwiżiti għal mezzi ta' identifikazzjoni, tal-informazzjoni li għandha tkun inkluża fil-passaporti u fir-reġistri individwali li jridu jinżammu fuq kull stabbiliment, tal-livell minimu ta' kontrolli uffiċjali, tal-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' movimenti ta' annimali bovini meta mħollija jirgħu fis-sajf f'postijiet differenti fil-muntanji, tar-regoli għat-tikkettjar ta' ċerti prodotti li għandhom ikunu ekwivalenti għar-regoli stabbliti fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000, tad-definizzjonijiet ta' kapuljat taċ-ċanga, fdal taċ-ċanga jew qatgħat taċ-ċanga, tal-indikazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jitqiegħdu fuq it-tikketti, tad-dispożizzjonijiet tat-tikkettjar li għandhom x'jaqsmu mas-semplifikazzjoni tal-indikazzjoni tal-oriġini, id-daqs massimu u l-kompożizzjoni ta' ċerti gruppi ta' annimali, tal-proċeduri ta' approvazzjoni relatati mal-kundizzjonijiet tat-tikkettjar fuq l-ippakkjar tal-qatgħat tal-laħam u tas-sanzjonijiet amministrattivi li jridu jiġu applikati mill-Istati Membri f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal dawn l-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(22) Sabiex jiġi żgurat li r-regoli meħtieġa għat-tħaddim sew tal-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u t-traċċabilità tal-annimali bovini u ċ-ċanga jkunu applikati, is-setgħa għall-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rekwiżiti għal mezzi alternattivi ta' identifikazzjoni tal-annimali bovini, taċ-ċirkostanzi speċjali li fihom l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodi massimi għall-applikazzjoni tal-mezzi ta' identifikazzjoni, tad-dejta li trid tiġi skambjata bejn il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati tal-Istati Membri, tal-perjodu massimu għal ċerti obbligi ta' rappurtar, tar-rekwiżiti għal mezzi ta' identifikazzjoni, tal-informazzjoni li għandha tkun inkluża fil-passaporti u fir-reġistri individwali li jridu jinżammu fuq kull stabbiliment, tal-livell minimu ta' kontrolli uffiċjali, tal-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' movimenti ta' annimali bovini fit-tipi differenti ta' ċaqliq staġjonali, tar-regoli għat-tikkettjar ta' ċerti prodotti li għandhom ikunu ekwivalenti għar-regoli stabbliti fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000, tad-definizzjonijiet ta' kapuljat taċ-ċanga, fdal taċ-ċanga jew qatgħat taċ-ċanga, tal-indikazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jitqiegħdu fuq it-tikketti, tad-dispożizzjonijiet tat-tikkettjar li għandhom x'jaqsmu mas-semplifikazzjoni tal-indikazzjoni tal-oriġini, id-daqs massimu u l-kompożizzjoni ta' ċerti gruppi ta' annimali, tal-proċeduri ta' approvazzjoni relatati mal-kundizzjonijiet tat-tikkettjar fuq l-ippakkjar tal-qatgħat tal-laħam u tas-sanzjonijiet amministrattivi li jridu jiġu applikati mill-Istati Membri f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal dawn l-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti li jagħmlu użu minn mezzi alternattivi ta' identifikazzjoni, karatteristiċi tekniċi u modalitajiet għall-iskambju tad-dejta bejn il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati tal-Istati Membri, il-format u d-disinn tal-mezzi ta' identifikazzjoni, il-proċeduri u l-istandards tekniċi għall-implimentazzjoni tal-EID, il-format tal-passaporti u tar-reġistru li jrid jinżamm fuq kull stabbiliment, ir-regoli dwar il-modalitajiet għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Istati Membri fuq id-detenturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000, azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu mill-Istati Membri biex tiġi żgurata konformità xierqa mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, f'każijiet fejn il-kontrolli fuq il-post jiġġustifikaw dan, għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni s-setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.
(23) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti li jagħmlu użu minn mezzi alternattivi ta' identifikazzjoni, karatteristiċi tekniċi u modalitajiet għall-iskambju tad-dejta bejn il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati tal-Istati Membri, id-dikjarazzjoni li s-sistema ta' skambju ta' dejta bejn l-Istati Membri hija kompletament operattiva, il-format u d-disinn tal-mezzi ta' identifikazzjoni, il-proċeduri u l-istandards tekniċi għall-implimentazzjoni tal-EID, il-format tal-passaporti u tar-reġistru li jrid jinżamm fuq kull stabbiliment, ir-regoli dwar il-modalitajiet għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Istati Membri fuq id-detenturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000, azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu mill-Istati Membri biex tiġi żgurata konformità xierqa mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, f'każijiet fejn il-kontrolli fuq il-post jiġġustifikaw dan, u r-regoli neċessarji biex tiġi żgurata konformità xierqa b'mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli, s-sanzjonijiet amministrattivi, u l-perjodi massimi varji stipulati f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni s-setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 23a (ġdida)
(23a)L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tiġi mmonitorjata. Konsegwentement, sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jittratta kemm l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ukoll il-fattibilità teknika u ekonomika tal-introduzzjoni ta' identifikazzjoni elettronika obligatorja madwar l-Unjoni kollha. Jekk dan ir-rapport jikkonkludi li l-identifikazzjoni elettronika għandha ssir obbligatorja, hu għandu, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva xierqa. Dik il-leġiżlazzjoni tneħħi r-riskji ta' distorzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1760/2000 Artikolu 2
(1a)Fl-Artikolu 2, għandha tiżdied id-definizzjoni li ġejja:
'annimali kklownjati' tfisser annimali prodotti permezz ta' metodu ta' riproduzzjoni asesswali u artifiċjali bil-għan li tkun prodotta kopja ta' annimal individwali ġenetikament identika jew kważi identika;
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1b (ġdid) Regolament (KE) Nru 1760/2000 Artikolu 2
(1b)Fl-Artikolu 2, għandha tiżdied id-definizzjoni li ġejja:
'dixxendenti ta' annimali kklownjati' tfisser annimali prodotti permezz ta' riproduzzjoni sesswali, f'każijiet fejn mill-inqas proġenitur wieħed huwa annimal ikklonat;
1. L-annimali kollha fi stabbiliment għandhom jiġu identifikati b'tal-inqas żewġ mezzi individwali ta' identifikazzjoni awtorizzati b'konformità mal-Artikoli 10 u 10a u approvati mill-awtorità kompetenti.
1. L-annimali kollha fi stabbiliment għandhom jiġu identifikati b'tal-inqas żewġ mezzi individwali ta' identifikazzjoni awtorizzati b'konformità mal-Artikoli 10 u 10a u approvati mill-awtorità kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-identifikaturi użati jkunu interoperabbli u konsistenti mal-istandards tal-ISO.
Il-mezzi ta' identifikazzjoni għandhom ikunu allokati lill-istabbiliment, distribwiti u applikati fuq l-annimali b'mod determinat mill-awtorità kompetenti.
Il-mezzi ta' identifikazzjoni għandhom ikunu allokati lill-istabbiliment, distribwiti u applikati fuq l-annimali b'mod determinat mill-awtorità kompetenti. Dan m'għandux japplika għall-annimali li twieldu qabel l-1 ta' Jannar 1998 u mhux intenzjonati għall-kummerċ intra-Unjoni.
Il-mezzi kollha ta' identifikazzjoni applikati għal annimal għandu jkollhom l-istess kodiċi ta' identifikazzjoni uniku, li jagħmilha possibbli illi kull annimal ikun identifikat individwalment flimkien mal-istabbiliment fejn twieled.
Il-mezzi kollha ta' identifikazzjoni applikati għal annimal għandu jkollhom l-istess kodiċi ta' identifikazzjoni uniku, li jagħmilha possibbli illi kull annimal ikun identifikat individwalment flimkien mal-istabbiliment fejn twieled. Bħala deroga, fil-każijiet fejn ma jkunx possibbli li ż-żewġ mezzi individwali ta' identifikazzjoni jkollhom l-istess kodiċi ta' identifikazzjoni uniku, l-awtorità kompetenti tista“, taħt is-superviżjoni tagħha, tippermetti li t-tieni mezzi ta' identifikazzjoni jkollu kodiċi differenti sakemm tkun żgurata t-traċċabilità sħiħa u l-identifikazzjoni individwali tal-annimal, inkluż l-istabbiliment fejn twieled, tkun possibbli.
L-Istati Membri li jużaw din il-possibilità għandhom jipprovdu t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali lill-Kummissjoni.
L-Istati Membri li jużaw din il-possibilità għandhom jipprovdu t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, imbagħad, għandha tipprovdi lill-Istati Membri l-oħra, f'lingwa li faċli tinftiehem minn dawk l-Istati Membri, sommarju tar-regoli nazzjonali li jirregolaw il-moviment ta' annimali lejn Stati Membri li jkunu għażlu EID obbligatorja u għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1760/2000 Artikolu 4a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b) 60 jum għat-tieni mezz ta' identifikazzjoni.
(b) 60 jum għat-tieni mezz ta' identifikazzjoni, għal raġunijiet relatati mal-iżvilupp fiżjoloġiku tal-annimali.
L-ebda annimal ma jista' jħalli l-istabbiliment fejn ikun twieled qabel ma ż-żewġ mezzi ta' identifikazzjoni jkunu ġew applikati.
L-ebda annimal ma jista' jħalli l-istabbiliment fejn ikun twieled qabel ma ż-żewġ mezzi ta' identifikazzjoni jkunu ġew applikati ħlief fil-każ ta' forza maġġuri.
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1760/2000 Artikolu 4a – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid)
L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għall-annimali li twieldu qabel l-1 ta' Jannar 1998 u mhux intenzjonati għall-kummerċ intra-Unjoni.
Dak il-perjodu ma għandux jaqbeż l-20 jum minn wara l-kontrolli veterinarji msemmija fil-paragrafu 1. Fi kwalunkwe każ, il-mezzi ta' identifikazzjoni għandhom jiġu applikati lill-annimali qabel ma jitilqu mill-istabbiliment ta' destinazzjoni.
Dak il-perjodu ma għandux jaqbeż l-20 jum minn wara l-kontrolli veterinarji msemmija fil-paragrafu 1. Bħala deroga, għal raġunijiet relatati mal-iżvilupp fiżjoloġiku tal-annimali, dak il-perjodu jista' jiġi estiż sa 60 jum għat-tieni mezz ta' identifikazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-mezzi ta' identifikazzjoni għandhom jiġu applikati lill-annimali qabel ma jitilqu mill-istabbiliment ta' destinazzjoni.
Il-perjodu massimu msemmi fil-punt (b) ma għandux jaqbeż l-20 jum mid-data tal-wasla tal-annimali fl-istabbiliment tad-destinazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-mezzi ta' identifikazzjoni għandhom jiġu applikati lill-annimali qabel ma jitilqu mill-istabbiliment ta' destinazzjoni.
Il-perjodu massimu msemmi fil-punt (b) ma għandux jaqbeż l-20 jum mid-data tal-wasla tal-annimali fl-istabbiliment tad-destinazzjoni. Bħala deroga, għal raġunijiet relatati mal-iżvilupp fiżjoloġiku tal-annimali, dak il-perjodu jista' jiġi estiż sa 60 jum għat-tieni mezz ta' identifikazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-mezzi ta' identifikazzjoni għandhom jiġu applikati lill-annimali qabel ma jitilqu mill-istabbiliment ta' destinazzjoni.
Minkejja t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1), f'każijiet fejn ma jkunx possibbli li jiġi applikat identifikatur elettroniku bl-istess kodiċi ta' identifikazzjoni uniku lill-annimal, l-awtorità kompetenti tista“, taħt is-superviżjoni tagħha, tippermetti li t-tieni mezzi ta' identifikazzjoni jkollu kodiċi differenti sakemm tkun żgurata t-traċċabilità sħiħa u li l-identifikazzjoni individwali tal-annimal, inkluż l-istabbiliment fejn twieled, tkun possibbli.
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1760/2000 Artikolu 4d
L-ebda mezz ta' identifikazzjoni ma jista“ jitneħħa jew jiġi sostitwit mingħajr il-permess u l-kontroll tal-awtorità kompetenti. Dan il-permess jista” jingħata biss meta t-tneħħija jew is-sostituzzjoni ma jkunux jikkompromettu t-traċċabilità tal-annimal.
L-ebda mezz ta' identifikazzjoni ma għandu jiġi mmodifikat, jitneħħa jew jiġi sostitwit mingħajr il-permess u l-kontroll tal-awtorità kompetenti. Dan il-permess jista' jingħata biss meta l-modifika, it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ma jkunux jikkompromettu t-traċċabilità tal-annimal.
L-Istati Membri jistgħu jiskambjaw dejta elettronika bejn il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati tagħhom minn dakinhar li l-Kummissjoni tagħraf l-operabilità sħiħa tas-sistema tal-iskambju tad-dejta.
L-Istati Membri jistgħu jiskambjaw dejta elettronika bejn il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati tagħhom minn dakinhar li l-Kummissjoni tagħraf l-operabilità sħiħa tas-sistema tal-iskambju tad-dejta. Dan għandu jsir b'tali mod li l-protezzjoni tad-data tkun iggarantita u għandu jiġi evitat kull abbuż sabiex jiġu protetti l-interessi tal-impriża.
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 6 Regolament (KE) Nru 1760/2000 Artikolu 6 – punt ca (ġdid)
(ca) fil-każ ta' bhejjem esportati lejn pajjiżi terzi, il-passaport għandu jiġi rrilaxxjat mill-aħħar gwardjan lill-awtorità kompetenti tal-post li lejh il-bhima tiġi esportata.
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 7 – punt b Regolament (KE) Nru 1760/2000 Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt b
(b) idaħħal informazzjoni aġġornata direttament fil-bażi ta' dejta kompjuterizzata fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa minn meta jiġri l-avveniment.
(b) idaħħal informazzjoni aġġornata direttament fil-bażi ta' data kompjuterizzata fi żmien 72 siegħa minn meta jiġri l-avveniment.
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1760/2000 Artikolu 9a
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna responsabbli għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali jirċievi istruzzjonijiet u gwida dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament u ta' kwalunkwe atti ddelegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikoli 10 u 10a, u li l-korsijiet ta' taħriġ xierqa jkunu disponibbli.“
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna responsabbli għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali tirċievi istruzzjonijiet u gwida dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament u ta' kwalunkwe atti ddelegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikoli 10 u 10a, u li l-korsijiet ta' taħriġ xierqa jkunu disponibbli. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata mingħajr spejjeż għad-destinatarju, kull darba li ssir xi modifika tad-dispożizzjonijiet relevanti u kemm-il darba jkun hemm bżonn. L-Istati Membri għandhom jaqsmu l-aħjar prattiki sabiex jiżguraw taħriġ u l-qsim ta' informazzjoni ta' kwalità tajba madwar l-Unjoni.
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 9 Regolament (KE) Nru 1760/2000 Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt e
e) l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-movimenti ta' annimali bovini meta jitħallew jirgħu fis-sajf f'postijiet differenti fil-muntanji.
e) l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-movimenti ta' annimali bovini matul tipi differenti ta' moviment staġjonali.
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 11 – sottopunt ba (ġdid) Regolament (KE) Nru 1760/2000 Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid)
(ba)Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:
'5a.Sa minn* l-operaturi u l-organizzazzjonijiet għandhom ukoll jindikaw fuq it-tikketti tagħhom jekk iċ-ċanga kinitx ġejja minn annimali kklownjati jew minn dixxendenti ta' annimali kklownjati.“ *Sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 46 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – punt 14 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1760/2000 Titolu II – sezzjoni II
14) L-Artikoli 16, 17 u 18 jitħassru.
14) Mill-1 ta' Jannar 2014 l-intestatura tat-Titolu II, Sezzjoni II hija sostitwita bil-kliem “Tikkettjar volontarju”, l-Artikoli 16, 17 u 18 jitħassru u l-Artikolu 15a li ġej jiddaħħal fit-Titolu II, Sezzjoni II:
'Artikolu 15a
Regoli ġenerali
Informazzjoni apparti dik speċifikata fil-parti I ta' dan it-Titolu u li hi miżjuda fit-tikketti mill-operaturi jew mill-organizzazzjonijiet li jikkumerċjalizzaw iċ-ċanga għandha tkun oġġettiva, verifikabbli mill-awtoritajiet kompetenti u komprensibbli għall-konsumaturi.
Barra minn hekk, it-tikkettjar volontarju taċ-ċanga għandu jirrispetta l-leġiżlazzjoni orizzontali fis-seħħ dwar it-tikkettjar u r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.
L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-informazzjoni volontarja. Fil-każ ta' nuqqas ta' rispett ta' dawn l-obbligi mill-operaturi jew l-organizzazzjonijiet li jikkumerċjalizzaw iċ-ċanga, is-sanzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 22(4)(a) għandhom japplikaw. “
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 15 Regolament (KE) Nru 1760/2000 Artikolu 19 – punt b
(b) l-indikazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jitqiegħdu fuq it-tikketti;
(b) id-definizzjoni tal-indikazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jitqiegħdu fuq it-tikketti u r-rekwiżiti għal tali indikazzjonijiet;
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 17 – sottopunt a Regolament (KE) Nru 1760/2000 Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi r-regoli neċessarji, inklużi l-miżuri tranżitorji meħtieġa għall-introduzzjoni tagħhom, dwar il-proċeduri għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 23(2).
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 22b, li jistabbilixxu r-regoli neċessarji, inklużi l-miżuri tranżitorji meħtieġa għall-introduzzjoni tagħhom, dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu.
Emenda 47 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – punt 18 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1760/2000 Artikolu 22b
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4(5), u 4a(2), l-Artikoli 5, 7, 10, 14 u 19 u fl-Artikolu 22(4a) għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn*
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 4(5), u 4a(2), fl-Artikoli 5, 7, 10, 14 u 19, fl-Artikolu 22(1), it-tielet subparagrafu, u fl-Artikolu 22(4a) għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn*.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4(5) u 4a(2) l-Artikoli 5, 7, 10, 14 u 19 u fl-Artikolu 22(4a) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4(5) u 4a(2), l-Artikoli 5, 7, 10, 14 u 19, l-Artikolu 22(1), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 22(4a) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att ddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
4. Hekk kif tadotta att ddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 4(5), u 4a(2) l-Artikoli 5, 7, 10, 14 u 19 u fl-Artikolu 22(4a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u la mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.“
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 4(5), u 4a(2), fl-Artikoli 5, 7, 10, 14 u 19, l-Artikolu 22(1), it-tielet subparagrafu jew fl-Artikolu 22(4a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u la mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
*[id-data tad-dħul fis-seħħ ta “dan ir-Regolament jew minn kwalunkwe data oħra stabbiliti mil-leġiżlatur].
*GU: Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1760/2000 Artikolu 23a (ġdid)
(19a)Qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
Artikolu 23a
Rapport u żviluppi leġiżlattivi
Sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill rapport li jittratta kemm l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ukoll il-fattibilità teknika u ekonomika tal-introduzzjoni ta' identifikazzjoni elettronika obligatorja madwar l-Unjoni kollha. Jekk dan ir-rapport jikkonkludi li l-identifikazzjoni elettronika għandha ssir obbligatorja, hu għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva xierqa.“.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/83/KE fir-rigward tal-farmakoviġilanza (COM(2012)0052 – C7-0033/2012 – 2012/0025(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0052),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 114 u 168(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0033/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012(1),
– wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Ġunju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel A7-0165/2012,
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/83/KE fir-rigward tal-farmakoviġilanza
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 fir-rigward tal-farmakoviġilanza (COM(2012)0051 – C7-0034/2012 – 2012/0023(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0051),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 114 u 168(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0034/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012(1),
– wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Ġunju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0164/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004, fir-rigward tal-farmakoviġilanza
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1027/2012.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/32/KE fir-rigward tal-kontenut ta' kubrit fil-fjuwils tal-baħar (COM(2011)0439 – C7-0199/2011 – 2011/0190(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0439),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0199/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Jannar 2012(1),
– wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-31 ta' Mejju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0038/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE fir-rigward tal-kontenut ta' kubrit fil-karburanti għal użu marittimu
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-reġim tal-iskema ta' pagament uniku u ta' appoġġ għal min ikabbar id-dwieli (COM(2011)0631 – C7-0338/2011 – 2011/0285(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0631),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0338/2011),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' April 2012(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Mejju 2012(2),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-9 ta' Lulju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0203/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-11 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-reġim tal-iskema ta' pagament uniku u l-appoġġ għal min ikabbar id-dwieli
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1028/2012.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (COM(2011)0522 – C7-0225/2011 – 2011/0226(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0522 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0225/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2011(1),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Mejju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0068/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1024/2012.)
Sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti *
405k
89k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti (riformulazzjoni) (COM(2011)0714 – C7-0516/2011 – 2011/0314(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni – riformulazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0714),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0516/2011),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(1),
– wara li kkunsidra l-ittra tas-6 ta' Marzu 2012 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji b'konformità mal-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0227/2012),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi ta' l-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti kienet emendata bosta drabi. Peress li għandhom isiru iktar emendi, din għandha tiġi rriformulata fl-interessi taċ-ċarezza.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti kienet emendata bosta drabi. Peress li għandhom isiru iktar emendi, din għandha tiġi rriformulata fl-interessi taċ-ċarezza. Fid-19 ta' April 2012, il-Parlament Ewropew talab li jkun hemm mezzi konkreti biex jingħelbu l-frodi fiskali u l-evażjoni fiskali, filwaqt li ġibed l-attenzjoni għall-evażjoni fiskali permezz ta' strumenti finanzjarji ibridi, u talab lill-Istati Membri jiżguraw kooperazzjoni u koordinazzjoni mingħajr problemi bejn is-sistemi fiskali tagħhom sabiex jiġu evitati non-tassazzjoni u evażjoni fiskali mhux mixtieqa.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 1a (ġdida)
(1a)Defiċits pubbliċi persistenti u konsiderevoli huma marbuta mill-qrib mal-kriżi soċjali, ekonomika u finanzjarja attwali.
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 4
(4) It-tneħħija ta' tassazzjoni fuq il-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties fl-Istat Membru fejn iqumu, sew jekk miġburin permezz ta' tnaqqis minn ras il-għajn sew jekk permezz ta' stima, hija l-mezz l-aktar approprjat sabiex ikunu eliminati l-formalitajiet u l-problemi imsemmija qabel u sabiex ikun assigurat it-trattament tat-taxxa ndaqs bejn operazzjonijiet nazzjonali u dawk bejn il-fruntieri; huwa meħtieġ partikolarment li jitneħħew dawn it-taxxi fuq dawn il-pagamenti li jsiru bejn kumpaniji assoċjati fi Stati Membri differenti kif ukoll bejn stabbilimenti permanenti ta' dawn il-kumpaniji.
(4) It-tneħħija ta' tassazzjoni fuq il-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties fl-Istat Membru fejn iqumu, sew jekk miġburin permezz ta' tnaqqis minn ras il-għajn sew jekk permezz ta' stima, hija l-mezz l-aktar approprjat sabiex ikunu eliminati l-formalitajiet u l-problemi imsemmija qabel u sabiex ikun assigurat it-trattament tat-taxxa ndaqs bejn operazzjonijiet nazzjonali u dawk bejn il-fruntieri; huwa meħtieġ partikolarment li jitneħħew dawn it-taxxi fuq dawn il-pagamenti li jsiru bejn kumpaniji assoċjati fi Stati Membri differenti kif ukoll bejn stabbilimenti permanenti ta' dawn il-kumpaniji sabiex tiġi żgurata sistema semplifikata u iktar trasparenti ta' tassazzjoni.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 5
(5) Jeħtieġ li jkun assigurat li l-pagamenti ta' imgħax u royalties ikunu soġġetti għat-taxxa darba fi Stat Membru u li l-benefiċċji tad-Direttiva għandhom ikunu applikabbli biss meta l-introjtu li ġej mill-ħlas huwa effettivament soġġett għat-taxxa fl-Istat Membru tal-Kumpanija riċeventi jew fl-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment permanenti tar-riċevitur.
(5) Jeħtieġ li jkun assigurat li l-pagamenti ta' imgħax u royalties ikunu soġġetti għat-taxxa darba fi Stat Membru u li l-benefiċċji tad-Direttiva għandhom ikunu applikabbli biss meta l-introjtu li ġej mill-ħlas huwa effettivament soġġett għat-taxxa fl-Istat Membru tal-Kumpanija riċeventi jew fl-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment permanenti tar-riċevitur, mingħajr ma jkun hemm il-possibilità ta' eżenzjoni jew ta' sostituzzjoni permezz tal-ħlas ta' taxxa oħra.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 12
(12) Barra minn dan, huwa meħtieġ li l-Istati Membri ma jinżammewx milli jieħdu miżuri xierqa biex jiġġieldu l-frodi jew l-abbuż.
(12) Barra minn dan, huwa meħtieġ li jittieħdu l-miżuri xierqa biex l-Istati Membri ma jinżammewx milli jiġġieldu l-frodi fiskali, l-evażjoni fiskali u l-abbuż.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 20a (ġdida)
(20a)Sabiex tiġi żgurata implementazzjoni bla xkiel u kosteffiċjenti tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-kumpaniji għandhom iħejju l-kontijiet annwali tagħhom flimkien mad-data fiskali relevanti kollha f'Extensible Business Reporting Language (XBRL).
Emenda 7 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1
1. Pagamenti ta' imgħax u royalties li jqumu fi Stat Membru għandhom ikunu eżenti minn kull taxxa imposta fuq dawk il-pagamenti f'dak l-Istat Membru , sew jekk permezz ta' tnaqqis minn ras il-għajn sew jekk permezz ta' stima, iżda s-sid benefiċjarju tal-imgħax jew royalties irid ikun kumpanija ta' Stat Membru ieħor jew stabbiliment permanenti fi Stat Membru ieħor ta' kumpanija ta' Stat Membru u huwa effettivament soġġett għat-taxxa fuq dak l-introjtu li ġej minn dawk il-pagamenti f'dak l-Istat Membru l-ieħor.
1. Pagamenti ta' imgħax u royalties li jqumu fi Stat Membru għandhom ikunu eżenti minn kull taxxa imposta fuq dawk il-pagamenti f'dak l-Istat Membru , sew jekk permezz ta' tnaqqis minn ras il-għajn sew jekk permezz ta' stima, iżda s-sid benefiċjarju tal-imgħax jew royalties irid ikun kumpanija ta' Stat Membru ieħor jew stabbiliment permanenti fi Stat Membru ieħor ta' kumpanija ta' Stat Membru u huwa effettivament soġġett għat-taxxa fuq dak l-introjtu li ġej minn dawk il-pagamenti f'dak l-Istat Membru l-ieħor, mingħajr ma jkun hemm il-possibilità ta' eżenzjoni jew ta' sostituzzjoni permezz tal-ħlas ta' taxxa oħra b'rata ta' mhux inqas minn 70% tar-rata fiskali korporattiva statutorja medja applikabbli fl-Istati Membri, mingħajr ma jkun hemm il-possibilità ta' eżenzjoni jew ta' sostituzzjoni b'pagament ta' taxxa oħra. Il-ħlas ta' imgħax u royalties m'għandux ikun eżentat fl-Istati Membri fejn jirriżulta jekk il-pagament ma jkunx taxxabbli skont il-liġi fiskali nazzjonali li għaliha jkun suġġett is-sid benefiċjarju minħabba kwalifikazzjoni differenti tal-pagament (strumenti ibridi) jew kwalifikazzjoni differenti ta' min jagħmel u min jirċievi l-ħlas (entitajiet ibridi).
Emenda 8 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 3
3. Stabbiliment permanenti għandu jkun trattat bħala dak li jħallas l-imgħax u r-royalties biss sakemm dawk il-pagamenti jirrappreżentaw spiża l mġarrba għal l-għanijiet tal-attivitajiet tal-istabbiliment permanenti.
3. Stabbiliment permanenti għandu jkun trattat bħala dak li jħallas l-imgħax u r-royalties biss sakemm dawk il-pagamenti jirrappreżentaw spiża l mġarrba għal l-għanijiet tal-attivitajiet tal-istabbiliment permanenti. Huwa biss stabbiliment permanenti li ħallas it-taxxi kollha dovuti li jiġi trattat bħala benefiċjarju ta' eżenzjoni jew benefiċċju fiskali.
Emenda 10 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt ii
(ii) it-tieni kumpanija għandha holding minimu ta' 10 % fil-kapital tal-ewwel kumpanija, jew
(ii) it-tieni kumpanija għandha holding minimu ta' 25 % fil-kapital tal-ewwel kumpanija, jew
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt iii
(iii) kumpanija terza għandha holding minimu ta' 10 % kemm fil-kapital tal-ewwel kumpanija kif ukoll fil-kapital tat-tieni kumpanija.
(iii) kumpanija terza għandha holding minimu ta' 25 % kemm fil-kapital tal-ewwel kumpanija kif ukoll fil-kapital tat-tieni kumpanija.
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – titolu
Frodi u abbuż
Frodi fiskali, evażjoni fiskali u abbuż
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri jistgħu, fil-każ ta' operazzjonijiet li l-għan prinċipali jew wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħhom huwa l-evażjoni tat-taxxa, l-għan li tiġi evitata t-taxxa jew l-abbuż, jirtiraw il-benefiċċji ta' din id-Direttiva jew jiċħdu l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri jistgħu, fil-każ ta' operazzjonijiet li l-għan prinċipali jew wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħhom huwa l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni fiskali, l-abbuż fiskali jew l-għan li tiġi evitata t-taxxa, jirtiraw il-benefiċċji ta' din id-Direttiva jew jiċħdu l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex iħarsu l-Artikolu 1(1) u (3), l-Artikolu 2(c) u (d) u l-Anness I, Parti A sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2012 . Huma għandhom mill-ewwel jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva .
1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex iħarsu l-Artikolu 1(1) u (3), l-Artikolu 2(c) u (d) u l-Anness I, Parti A sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013. Huma għandhom mill-ewwel jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva .
2a.Il-kumpaniji għandhom iħejju l-kontijiet annwali tagħhom flimkien mad-data fiskali relevanti kollha f'Extensible Business Reporting Language (XBRL).
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 7
Sal-31 ta' Diċembru , 31 ta' Diċembru2016 , il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l- impatt ekonomiku ta' din id-Direttiva.
Sal-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt ekonomiku ta' din id-Direttiva.
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 8
Din id-Direttiva m'għandhiex tolqot l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet domestiċi jew ibbażati fuq ftehim li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u li għandhom l-għan li jeliminaw jew inaqqsu t-tassazzjoni doppja ta' imgħax u ta' royalties.
Din id-Direttiva m'għandhiex tolqot l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet domestiċi jew ibbażati fuq ftehim li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u li għandhom l-għan li jeliminaw jew inaqqsu t-tassazzjoni doppja u n-non-tassazzjoni doppja ta' imgħax u ta' royalties.
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2013,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas eżistenti dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kummissjoni, b'mod partikolari l-Anness 4 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2012(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 35(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-grad u n-natura tad-dejn sovran u tal-kriżi finanzjarja u ekonomika qed jittestjaw il-governanza tal-Unjoni Ewropea bħal qatt qabel;
B. billi l-UE tinsab f'punt kritiku u l-kriżi mhux se tingħeleb bla approfondizzazzjoni sinifikanti tal-integrazzjoni Ewropea, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro, b'tisħiħ korrispondenti tal-kontroll demokratiku u r-responsabilizzazzjoni;
C. billi r-rwol tal-Kummissjoni huwa li tippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni, li tieħu inizjattivi xierqa għal dan l-għan, li tiżgura l-applikazzjoni tat-Trattati, li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, li teżerċita funzjonijiet eżekuttivi, ta' koordinazzjoni u ta' ġestjoni, u li tipproponi leġiżlazzjoni;
PARTI 1
1. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża bis-sħiħ is-setgħat kollha tagħha u tipprovdi t-tmexxija politika meħtieġa sabiex taffronta d-diversi sfidi li qed jinħolqu minħabba l-kriżi kontinwa, filwaqt li timmira lejn il-ksib ta' stabilità finanzjarja u l-irkupru ekonomiku fuq il-bażi ta' kompetittività miżjuda u aġenda kontra l-kriżi li tkun sostenibbli, effettiva u soċjalment ġusta;
2. Ifakkar it-talba tiegħu tal-4 ta' Lulju 2012 li l-Kummissjoni tippreżenta pakkett ta' proposti leġiżlattivi sa Settembru, b'konformità mal-metodu tal-Komunità, fuq il-bażi tal-erba' elementi fundamentali identifikati fir-rapport bl-isem “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina”;
3. Jinsisti li l-Kummissjoni jkollha rwol sħiħ fil-formulazzjoni tar-rapporti għal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew f'Ottubru u Diċembru 2012, li għandhom jistabbilixxu pjan direzzjonali ċar u skeda għall-konsolidazzjoni tal-unjoni ekonomika u monetarja, inkluż qafas politiku finanzjarju, fiskali u ekonomiku integrat, u li għandhom iwasslu eventwalment għal unjoni politika iktar b'saħħitha, u b'mod partikolari għal iktar responsabilizzazzjoni demokratika u leġittimità fuq il-bażi tal-bidla fit-Trattat;
4. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-leġiżlazzjoni taż-żewġ pakketti, li se ssaħħaħ is-sorveljanza baġitarja u ttejjeb il-politika baġitarja fiż-żona tal-euro u li tinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu toroq differenzjati għall-konsolidazzjoni baġitarja f'każ ta' tnaqqis sever fir-ritmu ekonomiku;
5. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposti biex timplimenta l-impenji msemmija fil-Patt għal Tkabbir u Impjiegi, b'mod partikolari fid-dawl tal-istimulazzjoni ta' investiment sostenibbli u orjentat lejn it-tkabbir, it-titjib tal-kompetittività ta' ekonomija Ewropea mmirata lejn l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, b'mod partikolari dawk dwar l-effiċjenza tar-riżorsi u s-sostenibilità, u l-approfondizzazzjoni tas-suq uniku; jistieden lill-Kummissjoni tuża il-Programm ta' Ħidma għall-2013 tagħha biex tistabbilixxi aġenda dettaljata għat-tkabbir li tkun tiffoka fuq it-tħeġġiġ tan-negozji u l-intraprendituri biex jiżviluppaw l-industriji u s-servizzi li se jipprovdu impjiegi u prosperità fuq medda twila ta' żmien; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-iskalar sinifikanti “l fuq tal-bonds tal-proġett Ewropew fuq il-bażi ta' kooperazzjoni bejn il-baġit tal-UE u l-Bank Ewropew tal-Investiment;
6. Jiġbed l-attenzjoni, barra minn hekk, lejn il-bżonn għal tnaqqis sostnut u simetriku tal-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi u jitlob li jkun hemm bidliet konkreti fil-leġiżlazzjoni fiskali tal-UE biex jiġu ffaċċjati l-aspetti kollha tar-rifuġji fiskali u tal-evażjoni fiskali;
7. Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-aħjar li tista' biex tiffaċilita l-adozzjoni aċċelerata tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) u l-programmi leġiżlattivi pluriennali relatati, bl-involviment sħiħ tal-Parlament u bir-rispett dovut tad-drittijiet tiegħu ta' kodeċiżjoni; jappoġġja bil-qawwi l-impenn biex il-baġit tal-UE jsir katalist għat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa kollha; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tiddefendi l-proposta tagħha li jkun żgurat li l-baġit tal-Unjoni jirrifletti iktar direttament il-bżonnijiet u l-objettivi politiki tagħha;
8. Jinsisti, madankollu, li r-riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji, inkluż il-ħolqien ta' riżorsi proprji ġodda, hija element essenzjali li mingħajru l-prospetti għal ftehim dwar il-QFP il-ġdid huma ftit wisq; jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja t-talba minn diversi Stati Membri għal kooperazzjoni mtejba f'dan il-qasam; jenfasizza x-xewqa, madankollu, li jintlaħaq ftehim globali sal-aħħar ta' din is-sena;
9. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb il-koeranza tal-programm leġiżlattiv tagħha, iżżid il-kwalità tal-abbozzar leġiżlattiv tagħha, issaħħaħ l-evalwazzjoni ta' impatt tagħha ta' liġijiet abbozzati, tipproponi fejn xieraq l-użu ta' tabbelli ta' korrelazzjoni fid-dawl ta' traspożizzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni tal-UE, u tappoġġja lill-Parlament fin-negozjati tiegħu mal-Kunsill dwar l-użu ta' atti delegati u implimentattivi; itenni s-sejħa ripetuta tiegħu li l-Ftehim Interistituzzjonali tal-2003 dwar leġiżlar aħjar jiġi rinegozjat;
10. Jistieden lill-Kummissjoni tqis b'mod dovut il-pożizzjonijiet tal-Parlament speċifiċi għal kull settur kif stipulati f'parti 2 hawn taħt;
PARTI 2 Implimentazzjoni
11. Jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni xierqa u f'waqtha tal-liġi tal-UE permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, jekk ikun neċessarju, biex tibda proċedimenti ta' ksur biex tiżgura traspożizzjoni xierqa u infurzar effettiv;
12. Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tipproponi l-introduzzjoni ta' dikjarazzjonijiet obbligatorji ta' ġestjoni nazzjonali, iffirmati fil-livell politiku xieraq, li jkopru l-fondi tal-UE taħt ġestjoni kondiviża; iħeġġeġ azzjoni kontinwa dwar is-simplifikazzjoni tal-programmi tal-UE, partikolarment fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-użu tal-istrumenti tal-inġinerija finanzjarja (SIF); jitlob li jsiru evalwazzjonijiet sistematiċi, regolari u indipendenti sabiex ikun żgurat li l-infiq kollu qed jikseb ir-riżultati mixtieqa b'mod li jkun kosteffettiv;
13. Jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta fiż-żmien xieraq l-abbozzi ta' baġits ta' emenda neċessarji biex tiżgura li l-livelli tal-pagamenti jkunu konformi mal-miżuri maqbula fil-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2012 biex jiġi stimulat it-tkabbir u jkunu suffiċjenti biex jiġu onorati l-impenji pendenti;
Is-suq uniku
14. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiffoka fuq it-titjib tal-governanza tas-suq uniku, iġġedded l-impetu tagħha biex tikseb s-simplifikazzjoni amministrattiva, tagħti kunsiderazzjoni xierqa biex tipproporni, meta jkun xieraq, regolamenti iktar milli direttivi sabiex tiżgura l-proporzjonalita tal-miżuri proposti, u biex timmoniterja l-progress fid-dawl tal-implimentazzjoni sħiħa tal-acquis tas-suq uniku, speċjalment fis-settur tas-servizzi, inkluża l-possibilità ta' proċeduri ta' ksur aċċellerati; jenfasizza li għandhom jitqiesu kif xieraq id-dimensjonijiet eknomiċi, soċjali u ambjentali tas-suq uniku;
15. Jistenna bil-ħerqa l-proposti tal-Kummissjoni dwar l-Att dwar is-Suq Uniku II għal azzjonijiet ta' prijorità sabiex tingħata spinta lit-tkabbir, lill-impjiegi u lill-fiduċja fis-suq uniku; jinkoraġġixxi l-użu tal-kooperazzjoni mtejba meta jkun xieraq u neċessarju;
16. Jistieden lill-Kummissjoni tkun iktar sistematiku fil-valutazzjoni tal-impatt tal-proposti tagħha fuq l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, li l-Ewropa tistrieħ fuqhom għal ħafna impjiegi ġodda; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tiskoraġġixxi b'mod attiv ir-regolamentazzjoni żejda fil-leġiżlazzjoni tal-UE fil-livell nazzjonali, ħaġa li tfixkel il-kundizzjonijiet kompetittivi ugwali fis-suq intern; jitlob li l-piż burokratiku jitnaqqas iktar;
17. Jikkonferma l-appoġġ tiegħu għall-enfażi tal-Kummissjoni fuq l-aġenda diġitali; iħeġġeġ li l-proposti jipprovdu iktar servizzi transkonfinali għall-konsumaturi permezz tal-UE;
18. Ifakkar fil-ħtieġa ta' reviżjoni solida tad-Direttiva dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti (Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2)) li tiggarantixxi s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi iżda li tiffaċilita wkoll il-kummerċ ta' merkanzija b'mod partikolari għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipproponi regolament orizzontali dwar is-sorveljanza tas-suq għall-prodotti kollha; jitlob, barra minn hekk, rimedju effettiv fis-servizzi finanzjarji tal-bejgħ bl-imnut u approċċ orizzontali komuni koordinat sabiex jiġu protetti l-konsumaturi;
19. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb l-imġiba regolatorja tagħhom lejn l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju u l-mikrointrapriżi billi tfassal il-leġiżlazzjoni speċifikament għall-bżonnijiet tal-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju kif ukoll tagħmel iktar progress fl-introduzzjoni ta' eżenzjonijiet adegwati;
20. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tispiċċa r-riforma tagħha tad-drittijiet tal-awtur, li għandha tkun adegwata għall-ambjent tal-internet u bbażata fuq il-leġittimità soċjali, bir-rispett dovut tad-drittijiet fundamentali, inkluż li titlesta r-riforma tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni tqis il-problemi legali li tfaċċjaw fil-kontroversja dwar il-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (l-ACTA) meta tippreżenta l-proposta tagħha dwar ir-reviżjoni tal-liġi tal-UE dwar il-marka kummerċjali;
Il-klima, l-ambjent, l-enerġija u t-trasport
21. Jinsisti fuq il-bżonn li jiġi implimentat il-pjan direzzjonali għal Ewropa effiċjenti fir-riżorsi sabiex jinħolqu inċentivi għall-iżvilupp tal-ekonomija ekoloġika, għall-promozzjoni tal-bijodiversità u għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, inkluża l-integrazzoni ta' miżuri tal-effiċjenza tar-riżorsi kif previst fl-Istrateġija Ewropa 2020;
22. Jemmen li s-Semestru Ewropew irid jipprovdi l-opportunità biex kull Stat Membru jagħti rendikont tal-impenji tiegħu stess fil-konfront tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-Patt Euro Plus, l-Att dwar is-Suq Uniku u objettivi ewlenin oħra tal-UE;
23. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq bla dewmien proposti biex tindirizza d-dgħufijiet fis-Sistema attwali għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet biex jiġi evitat il-falliment tagħha;
24. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta' azzjoni dettaljat ta' miżuri mfassla biex jinkiseb suq uniku integrat bis-sħiħ u interkonness fl-enerġija, u jenfasizza l-importanza li l-UE tiġi provduta b'infrastruttura tal-grilja moderna;
25. Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta l-Pjan Direzzjonali li jmexxi lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju fl-2050, inklużi passi importanti ta' nofs it-terminu;
26. Jitlob li l-Kumissjoni tħejji strateġija li tindirizza l-impatt tal-prezzijiet dejjem jogħlew tal-enerġija fuq il-membri tas-soċjetà;
27. Jemmen li l-kriżi għandha tintuża bħala opportunità biex titrasforma l-mudell tal-iżvilupp tagħna tas-soċjetà fid-dawl tal-ħolqien ta' ekonomija effiċjenti ħafna, ibbażata fuq l-enerġija rinovabbli u reżistenti għall-klima; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tippreżenta proposti għal pakkett tal-enerġija u l-klima 2030 imsejjes fuq it-tliet pilastri attwali, jiġifieri l-gassijiet b'effett ta' serra, sori tal-enerġiji rinovabbli u l-effiċjenza tal-enerġija;
28. Jappoġġja l-enfasi tal-Kummissjoni dwar il-bżonn li n-netwerk tat-trasport multimodali tal-Ewropa jiġi modernizzat, ħaġa li hija vitali għas-suċċess tas-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni biex tonora l-impjeni tagħha għar-rotot ferrovjarji u testendi l-kompetenzi tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tas-sikurezza tal-materjal rotanti tagħha;
29. Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-inizjattiva dwar l-Ajru Uniku Ewropew ma rnexxilhiex tiġi implimentata bis-sħiħ, u jistieden lill-Kummissjoni ġġedded l-isforzi tagħha f'dan ir-rigward;
Soċjetajiet koeżivi u inklużivi – Ewropa taċ-ċittadini
30. Jilqa' b'sodisfazzjon kbir l-iffokar tal-Kummissjoni fuq l-impjiegi taż-żgħażagħ u l-proposti tagħha li tespandi l-kapaċità tal-Unjoni li ttejjeb l-edukazzjoni u t-taħriġ; jistenna, bħala parti mill-komunikazzjoni ġenerika dwar il-pakkett tal-impjiegi, miri u skedi ta' żmien ċari u proposti konkreti fl-oqsma tal-mobilità taż-żgħażagħ, il-“Garanzija għaż-Żgħażagħ”, il-qafas tal-kwalità għall-apprendistati, il-ħiliet tal-lingwi u l-intraprenditorja taż-żgħażagħ, sabiex ikun miġġieled il-qgħad għoli fost iż-żgħażagħ; jistenna wkoll miżuri konkreti biex jitnaqqas il-faqar, jiġi riformat is-suq tal-impjiegi u jiġu stabbiliti standards soċjali, sabiex ikun jista' jiġi implimentat approċċ bilanċjat tal-flessigurtà f'dawk l-Istati Membri li jixtiequ dan, u jistieden li jkun hemm iktar enfasi fuq l-impjieg tal-persuni b'diżabilità fil-kuntest ta' soċjetà li qed tixjieħ;
31. Jenfasizza l-importanza ta' investiment fil-kapital uman u fir-riċerka u l-iżvilupp, u ta' edukazzjoni u taħriġ xierqa li jiffaċilitaw il-mobilità professjonali; jistieden ukoll li ssir iktar ħidma dwar il-kwistjonijiet tal-vjolenza kontra n-nisa u t-traffikar tal-bnedmin;
32. Itenni s-sejħa tiegħu għal politika ta' koeżjoni b'saħħitha fl-UE kollha wara l-2013, li għandha tintegra b'mod sistematiku l-fondi u l-programmi eżistenti, tiżgura finanzjament adegwat, tkun ibbażata fuq governanza f'ħafna livelli u tkun allinjati mill-qrib mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020; jinsisti fuq il-bżonn li jitjiebu l-effiċjenza u r-reazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà u jistenna proposti f'dan ir-rigward; hu konvint li hu possibbli li tinstab, b'mod adegwat, bażi komuni għall-politiki ta' koeżjoni, ta' riċerka u żvilupp tal-UE, li jeħtieġu jkunu mmirati lejn it-tkabbir u l-kompetittività, filwaqt li jiġu osservati l-prinċipji ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif anki tal-eċċellenza;
33. Jappoġġa l-inizjattivi fil-livell tal-Unjoni biex jikkumplimentaw l-isforzi nazzjonali sabiex jiżdied il-mikrokreditu u sabiex tikber l-intraprenditorija soċjali li tipprovdi servizzi li mhumiex suffiċjentement provduti mis-settur pubbliku jew dak privat;
34. Jilqa' l-approċċ iktar robust meħud mill-Kummissjoni biex tipproteġi l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Unjoni kolha; jitlob li tiġi reveduta l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali sabiex ikunu garantiti l-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem u din tiġi allinjata mat-Trattat ta' Lisbona; jappoġġja lill-Kummissjoni fin-negozjati tagħha għall-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
35. Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali (Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE(3)) u t-traspożizzjoni tad-deċiżjoni qafas dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija (Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI(4)), u jiddispjaċih li l-qafas tal-UE għal strateġiji nazzjonali ta' integrazzjoni tar-Roma mhux vinkolanti legalement;
36. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li tkun żgurata l-libertà tal-moviment u li l-acquis ta' Schengen jiġi rrispettat bis-sħiħ; jenfasizza l-bżonn li tiġi sostitwita l-evalwazzjoni bejn il-pari inadegwata mill-Istati Membri u jistieden lill-Kummissjoni tieħu responsabilità sħiħa għas-superviżjoni tar-regoli ta' Schengen; jilqa' l-appoġġ tal-Kummissjoni għall-pożizzjoni tiegħu dwar il-bażi legali għar-regoli ta' Schengen;
37. Jiddispjaċih bin-nuqqas ta' proposta leġiżlattiva dwar is-solidarjetà msaħħa fi ħdan l-UE fil-qasam tal-asil; jitlob li tiġi preżentata proposta leġiżlattiva biex tkun stabbilita sistema komuni Ewropea ta' ażil li tikkombina r-responsabilità u s-solidarjetà;
38. Jenfasizza l-importanza li jiġi adottat r-regolament dwar qafas ġenerali għall-protezzjoni tad-data u d-direttiva dwar il-protezzjoni tad-data fil-qasam tal-prevenzjoni, l-individwazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati kriminali sabiex ikun żgurat li kwalunkwe miżura ulterjuri kontra t-terroriżmu jkollha standards għoljin ta' privatezza u protezzjoni tad-data; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta r-reviżjoni tagħha tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta' Data (Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5));
39. Jappoġġja bis-saħħa l-enfasi tal-Kummissjoni fuq l-implimentazzjoni ta' inizjattivi faċli għaċ-ċittadini fil-kuntest tal-proposta għal deċiżjoni dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013) (COM(2011)0489) sabiex jissaħħaħ iktar it-tqajjim ta' kuxjenza taċ-ċittadini dwar il-benefiċċji li jirriżulatw miċ-ċittadinanza Ewropea;
Agrikoltura u sajd
40. Jieħu nota tar-riforma kurrenti tal-Politika Agrikola Komuni; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tippromwovi approċċ bilanċjat u integrat li jissalvagwardja kemm il-produzzjoni sostenibbli u effiċjenti ta' ikel ta' kwalità għolja u li wieħed jiflaħ iħallas għalih, kif ukoll ir-rispett tal-valur ambjentali u ta' wirt tal-kampanja; iħeġġeġ li l-PAK tkun allinjata mill-qrib mal-Istrateġija Ewropa 2020 sabiex titħeġġeġ l-innovazzjoni fil-biedja u jikbru s-sostenibilità, il-ġustizzja u l-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea fil-livelli lokali u reġjonali;
41. Jenfasizza li r-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd trid tkun ambizzjuża sabiex tikseb stokkijiet tal-ħut sostenibbli u b'saħħithom għall-medda twila taż-żmien; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huwa l-bażi legali għall-proposti tagħha u biex tillimita l-użu tal-Artikolu 43(3) għal proposti strettament konnessi mal-istabbiliment u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd; ifakkal l-oppożizzjoni tiegħu għall-prattika tar-rimi u għal miżuri mhux maħsuba tajjeb u għoljin ħafna biex titnaqqas il-kapaċità tal-flotta;
Il-politika barranija u dik tal-iżvilupp
42. Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jaħdmu flimkien ħalli jipproponu inizjattivi kkoordinati tajjeb lill-Kunsill fil-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà komuni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tgħaqqad l-attivitajiet u s-servizzi relevanti kollha tagħha, inkluża l-politika għall-iżvilupp, fid-dawl tal-ilħiq tal-objettivi internazzjonali tat-Trattat ta' Lisbona u, b'mod partikolari, l-Artikolu 208 tat-TFUE, li jirrelata mal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, filwaqt li tibqa' tonora l-valuri li fuqhom l-Unjoni bniet lilha nnifisha;
43. Jistenna inizjattivi leġiżlattivi biex jiġu riveduti l-bażijiet legali għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' strumenti ta' assistenza finanzjarja esterna, filwaqt li tintuża bis-sħiħ is-sistema tal-atti delegati; jitlob li jkun hemm iktar flessibilità fl-isborsjar tal-assistenza finanzjarja f'sitwazzjonijiet ta' kriżi;
44. Jistenna lill-Kummissjoni tappoġġja t-tkabbir tal-Unjoni biex jidħol kwalunkwe pajjiż Ewropew li jirrispetta l-valuri tal-Unjoni u li jimpenja ruħu li jippromwovihom, filwaqt li jitqies ir-rekwiżit għall-pajjiżi tal-adeżjoni li jissodisfaw il-kriterji ta' Kopenħagen u l-kapaċità għall-integrazzjoni tal-Unjoni; jemmen li l-Unjoni titlef l-awtorità morali u l-kredibilità politika tagħha fid-dinja kieku kellha tagħlaq il-bibien tagħha għall-ġirien tagħha; Jistenna li l-Kummissjoni tissokta b'ħidmitha dwar in-negozjati kurrenti tal-adeżjoni;
45. Jistieden lill-Kummissjoni biex tapplika politika tal-iżvilupp li tkun orjentata lejn ir-riżultati filwaqt li tiżgura effettività ikbar tal-għajnuna u tiggarantixxi koerenza politika iktar stretta u koordinazzjoni ikbar tad-donaturi fil-livell nazzjonali, tal-UE u dak dinji u, dejjem iktar, mal-atturi dinjija emerġenti tal-iżvilupp; jinsisti fuq il-bżonn li jinħoloq fond fiduċjarju dedikat li jindirizza l-problema tal-malnutriment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jinfetaħ proċess ta' konsultazzjoni dwar il-fenomenu tal-ħtif tal-art; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura effettività akbar tal-għajnuna tal-UE fid-dawl ta' qafas ta' żvilupp possibbli tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju wara l-2015;
Kummerċ
46. Iqis il-ftuħ reċiproku u bilanċjat tas-swieq bħala strument politiku strateġiku għat-tkabbir intern u l-impjiegi fl-UE; jenfasizza l-importanza li l-Parlament ikun involut fl-istadji kollha tan-negozjati u jibqa' impenjat lejn approċċ multilaterali għall-kummerċ internazzjonali; jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-protezzjoniżmu fil-livell multilaterali u permezz tal-ftehimiet kummerċjali kollha;
47. Jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni fin-negozjali kummerċjali bilaterali u reġjonali kollha li għaddejjin bħalissa; jirrikonoxxi l-bżonn li jitkompla l-progress biex jiġu konklżi ftehimiet bilaterali ta' kummerċ ħieles ma' sħab sinifikanti;
48. Jenfasizza l-importanza li jagħti lill-integrazzjoni sistematika tad-drittijiet tal-bniedem, l-istandards soċjali u ambjentali u r-responsabilità soċjali korporattiva fil-politiki internazzjonali kollha, flimkien ma' regoli ċari li jirrikjedu imġiba responsabbli mill-kumpaniji Ewropej;
o o o
49. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
– wara li kkunsidra l-Artikolu 184 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 1 dwar id-dinjità tal-bniedem u l-Artikolu 3 dwar id-dritt għall-integrità tal-persuna, li jirreferi għall-“projbizzjoni li l-ġisem tal-bniedem u l-partijiet tiegħu, bħala tali, jintużaw bħala mezz ta' gwadann finanzjarju”,
– wara li kkunsidra t-Tieni Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-Donazzjoni Volontarja u Bla Ħlas ta' Tessuti u Ċelluli (COM(2011)0352),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-istandards tal-kwalità u s-sikurezza ta' organi umani maħsuba għal trapjanti(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: “Pjan ta' Azzjoni dwar id-Donazzjoni tal-Organi u t-Trapjanti (2009-2015): Kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-Istati Membri(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1394/2007(3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-iffissar ta' standards ta' kwalità u sikurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, priservazzjoni, ħażna u tqassim ta' tessuti u ta' ċelloli tal-bniedem(4),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE tat-8 ta' Frar 2006(5) li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani,
– wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar it-Trapjant ta' Ċelluli, Tessuti u Organi Umani,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina u l-Protokoll Addizzjonali tagħha dwar it-Trapjant ta' Organi u Tessuti ta' Oriġini Umana,
– wara li kkunsidra t-Trattat ta' Oviedo dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina, u l-protokoll addizzjonali tiegħu dwar it-trapjanti ta' organi u ta' tessuti ta' oriġini umana,
– wara li kkunsidra d-data Ewropea dwar l-attivitajiet ta' donazzjoni u ta' trapjant ta' Tessuti u ta' Ċelluli Emopojetiċi u Riproduttivi tar-Rapport tal-2010 tar-Reġistru Ewropew għall-Organi, it-Tessuti u ċ-Ċelluli,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2005 dwar il-kummerċ ta' ċelluli tal-bajd uman(6),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0223/2012),
A. billi t-tessuti u ċ-ċelluli mogħtija, bħalma huma l-ġilda, l-għadam, l-għeruq, il-kornej u ċ-ċelluli staminali emopojetiċi, qed ikunu użati aktar fit-terapiji mediċi u bħala materjal inizjali għall-prodotti mediċinali tat-terapija avvanzata (ATMP); billi d-Direttiva 2004/23/KE tistipula li l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw donazzjonijiet volontarji u b'xejn u għandhom iftittxu wkoll li jiżguraw li x-xiri ta' tessuti u ċelluli jsir fuq il-bażi li ma jwassalx għal profitt; billi dan huwa obbligu legali ċar, u jekk Stat Membru ma jikkonformax mal-prinċipju, jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' ksur;
B. billi skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2004/23/KE, l-Istati Membri għandhom iressqu rapporti lill-Kummissjoni kull tliet snin dwar il-prattika tad-donazzjoni volontarja u mingħajr ħlas;
C. billi 27 mid-29 pajjiż li rrappurtaw għandhom xi forma ta' dispożizzjonijiet li jirregolaw il-prinċipju tad-donazzjoni volontarja u mingħajr ħlas ta' tessuti u ċelluli (jorbtu jew ma jorbtux);
D. billi 13-il pajjiż għandhom prinċipji ta' gwida dwar il-possibilità li jingħataw forom ta' kumpens jew inċentivi lid-donaturi ta' tessuti u ċelluli;
E. billi 19-il pajjiż irrappurtaw li jipprovdu xi forma ta' kumpens jew inċentivi għad-donaturi ħajjin ta' tessuti u ċelluli (esklużi ċ-ċelluli riproduttivi);
F. billi 14-il pajjiż jagħtu xi forma ta' kumpens jew inċentivi għad-donazzjoni taċ-ċelluli riproduttivi;
G. billi erba' pajjiżi jipprovdu forom ta' kumpens jew inċentivi lill-qraba tad-donaturi mejta;
H. billi s-sensibilizzazzjoni mmirata tal-pubbliku u t-tixrid ta' informazzjoni medika ċara, vera, b'bażi xjentifika u konvinċenti fil-livell nazzjonali u Ewropew, partikolarment fost iċ-ċirku immedjat tal-pazjent, għandhom rwol importanti ferm sabiex tkun appoġġjata l-opinjoni pubblika u jiżdiedu r-rati ta' donazzjoni tat-tessuti u ċ-ċelluli;
I. billi r-reklamar tal-ħtieġa jew id-disponibilità ta' tessuti u ċelluli tal-bniedem bil-għan li jiġi offrut jew biex isir gwadann finanzjarju jew vantaġġ komparabbli, għandu jkun projbit;
J. billi, waqt li 11-il pajjiż uffiċjalment għandhom politiki stabbiliti li jaħdmu għall-promozzjoni tal-awtosuffiċjenza tat-tessuti u ċ-ċelluli, 17-il pajjiż ieħor għandhom ftehimiet bilaterali mmirati lejn l-istess objettiv ta' provvista fuq livell nazzjonali ta' tessuti u ċelluli tal-bniedem;
K. billi huwa wkoll tal-akbar importanza etika li tiġi żgurata, sa fejn huwa possibbli, provvista adegwata ta' tessuti u ċelluli meħtieġa għal raġunijiet mediċi; billi dik il-provvista għandha tiġi amministrata fl-interess taċ-ċittadini u għalhekk għandha tiġi sorveljata minn korpi pubbliċi;
L. billi l-maġġoranza tal-pajjiżi li rrappurtaw għandhom kolletturi/fornituri pubbliċi ta' tessuti u ċelluli jew sistema doppja ta' kolletturi/fornituri privati u pubbliċi;
M. billi l-ksib ta' tessuti u ċelluli tal-bniedem għandu jsir minn persuni li jkunu lestew b'suċċess programm ta' taħriġ speċifikat minn grupp kliniku li jispeċjalizza fit-tessuti u ċ-ċelluli li jkollhom jinkisbu jew impjant tat-tessuti awtorizzat għall-ksib;
N. billi t-tneħħija ta' tessuti u ta' ċelluli għall-benefiċċju tar-riċeventi tista' ssir biss taħt żewġ kundizzjonijiet: għandha ssir għal finijiet mediċi jew xjentifiċi u terapewtiċi u l-elementi kollha meħuda għandhom ikunu parti minn donazzjoni li ssir bħala att ta' ġenerożità;
O. billi t-tneħħija ta' tessuti u ċelluli għandu jiġi kkontrollat mill-prinċipji li ġejjin: l-anonimità (ħlief fil-każ ta' teħid ta' tessuti u ċelluli għal qraba ta' persuna ħajja), ikun mingħajr ħlas, l-għoti ta' kunsens, u l-obbligu li t-trapjanti jitqassmu b'mod ugwali fost il-pazjenti, u s-salvagwardja tas-saħħa tad-donaturi u r-riċeventi;
P. billi t-tneħħija tat-tessuti u taċ-ċelluli jista' jitwettaq biss jekk id-donatur ikun ta l-kunsens liberu u infurmat tiegħu minn qabel u bil-miktub; billi dan il-kunsens jista' jiġi rtirat f'kull ħin, mingħajr ebda rekwiżit partikolari dwar il-format;
Q. billi l-użu ta' tessuti u ċelluli biex ikunu applikati għall-ġisem tal-bniedem iġorr riskju ta' trażmissjoni ta' patoloġiji għar-riċeventi; billi dak ir-riskju jista' jitnaqqas b'aktar attenzjoni fl-għażla, evalwazzjoni tad-donaturi potenzjali qabel it-teħid, li tkun ibbażata fuq analiżi tar-riskji u l-benefiċċji, bl-ittestjar u l-monitoraġġ ta' kull donazzjoni u bl-applikazzjoni ta' proċeduri għall-ksib ta' tessuti u ċelluli skont ir-regoli u l-proċessi stabbiliti u aġġornati skont l-aħjar parir xjentifiku disponibbli;
R. billi d-donazzjoni ta' xi tessuti jew ċelluli toħloq riskju serju għad-donatur; u billi dan ir-riskju huwa partikolarment għoli fir-rigward ta' donazzjoni ta' ċelluli tal-bajd minħabba t-trattament tal-ormoni li huwa meħtieġ bi tħejjija għad-donazzjoni;
S. billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, li hija l-prinċipju ewlieni għall-Unjoni Ewropea u li bdiet torbot legalment wara li daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona, tipprojbixxi li l-ġisem tal-bniedem u l-partijiet tiegħu, bħala tali, jintużaw bħala mezz ta' gwadann finanzjarju;
T. billi jkun mixtieq li l-Istati Membri kollha jkollhom regoli vinkolanti biex jinfurzaw dak il-prinċipju etiku, inkluż permezz tal-liġijiet kriminali;
U. billi, madankollu, jibqa' dubji rigward il-kompatibbiltà ta' ċerti tipi ta' kumpens ipprovduti b'konnessjoni mad-donazzjonijiet, ma' dan il-prinċipju etiku, b'mod partikolari meta tali kumpens jiġi pprovdut lill-familjari tad-donaturi mejta;
V. billi d-donazzjoni bla ħlas mhijiex biss prinċipju etiku iżda wkoll neċessarju biex jipproteġi s-saħħa tad-donatur u tar-riċevent, minħabba li l-involviment ta' ammonti kbar ta' flus fil-proċess tad-donazzjoni jista' jistimula lid-donatur biex jieħu r-riskji u jista' jxekkel l-iżvelar tar-riskji fl-istorja medika tiegħu/tagħha;
W. billi hemm ħafna evidenza li turi li t-trapjant alloġeniku tad-demm tal-kurdun diġà huwa ta' suċċess għal ħafna pazjenti, u billi hemm ukoll rapporti kredibbli li f'xi każijiet it-trattament awtologu b'dawn it-tipi ta' ċelluli jista' jkun ta' suċċess;
X. billi rapporti minn sorsi serji tal-midja jissuġġerixxu li fil-qasam tat-tessuti u taċ-ċelluli l-prinċipju tad-donazzjoni bla ħlas qed jinkiser ripetutament;
Y. billi l-kapaċità għar-rintraċċar ta' ċelluli u tessuti mid-donatur għar-riċevent u viċe versa u segwitu fit-tul ta' donaturi ħajjin u ta' riċeventi taċ-ċelluli u tat-tessuti huma elementi ċentrali għall-ġestjoni tas-sikurezza u tal-kwalità;
1. Jilqa' l-preżentazzjoni tat-Tieni Rapport dwar id-Donazzjoni Volontarja u Bla Ħlas ta' Tessuti u Ċelluli, li juri li qed isir ħafna fl-Istati Membri biex jiġi implimentat il-prinċipju ta' donazzjoni bla ħlas, iżda juri wkoll li għad fadal ħafna xi jsir;
2. Jinnota bi tħassib li nofs l-Istati Membri jiddikjaraw li regolarment qed iħabbtu wiċċhom ma' nuqqas ta' tessuti u ċelluli tal-bniedem, b'mod partikolari tan-nerv li jgħaddi mis-sinsla, tal-gameti u ta' tessuti bħall-kornea u l-ġilda, u li jeħtieġ għalhekk li ssir reviżjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni fis-seħħ li qed juru li mhumiex biżżejjed sabiex jiffaċċjaw l-isfida tal-awtosuffiċjenza fi ħdan l-Unjoni Ewropea;
In-nonremunerazzjoni, il-kunsens u s-salvagwardja tas-saħħa
3. Jenfasizza li d-donazzjoni għandha tkun volontarja, mingħajr ħlas u anonima (ħlief fil-każ ta' teħid minn persuna li tkun għadha ħajja għal qarib tagħha), irregolata minn regoli ġuridiċi u etiċi li jirrispettaw l-integrità tal-persuna;
4. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jadottaw miżuri li jipproteġu d-donaturi ħajjin u jiggarantixxu li d-donazzjoni tkun waħda anonima (ħlief fil-każ ta' teħid minn persuna għadha ħajja għal qarib tagħha), volontarja, b'kunsens liberu, infurmat u mingħajr ħlas;
5. Jitlob lill-Kummissjoni tissorvelja b'attenzjoni l-iżviluppi fl-Istati Membri, teżamina b'attenzjoni kull rapport mis-soċjetà ċivili jew mill-midja dwar ksur tal-prinċipju ta' donazzjoni mingħajr ħlas, u tieħu azzjoni xierqa, inkluż jekk meħieġ, l-użu ta' proċedimenti ta' ksur;
6. Jemmen li huwa vitali li l-Istati Membri kollha jiddefinixxu b'mod ċar il-kundizzjonijiet li taħthom ikun jista' jingħata kumpens ġust u proporzjonali, waqt li jikkunsidraw li l-kumpens huwa limitat b'mod strett għal kundizzjonijiet li jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż mġarrba fid-donazzjoni ta' tessuti u ċelluli, bħall-ispejjeż ta' vjaġġar, it-telf ta' dħul jew spejjeż mediċi, marbuta ma' proċedura medika jew effetti negattivi possibbli, b'hekk jiġi projbit kwalunkwe inċentiv finanzjarju u jiġu evitati żvantaġġi għal donaturi potenzjali; kumpens bħal dan għandu jkun trasparenti u awditjat b'mod regolari;
7. Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar prattiki u kriterji nazzjonali attwali għall-kumpens ta' donaturi ħajjin, b'mod speċjali fir-rigward ta' donazzjoni ta' ċelluli tal-bajd;
8. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li kwalunkwe kumpens ipprovdut lid-donaturi jkun kompatibbli mal-prinċipji etiċi; jagħti l-parir li għandha tingħata attenzjoni partikolari lil din il-kwistjoni meta l-kumpens ma jingħatax lid-donatur, iżda jingħata lill-familja tad-donatur wara l-mewt;
9. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li d-donaturi ħajjin jintgħażlu abbażi ta' evalwazzjoni tas-saħħa u l-istorja medika tagħhom, inkluża, jekk jitqies li dan ikun meħtieġ, evalwazzjoni psikoloġika bbażata fuq analiżi dwar ir-riskju u l-benefiċċji, minn professjonisti kkwalifikati u mħarrġa;
10. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' teħid ta' tessuti u ta' ċelluli għall-persuni taħt l-età u għall-adulti li jkunu taħt kura ta' tutur;
Anonimità, traċċabilità, trasparenza u informazzjoni
11. Jisħaq li l-prinċipji ta' trasparenza u ta' sikurezza huma essenzjali għall-ilħuq ta' livell għoli ta' appoġġ pubbliku għad-donazzjonijiet; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaħdmu ħalli joħolqu sistema ta' donazzjonijiet trasparenti li tkun sigura għad-donaturi u r-riċeventi;
12. Jistieden lill-Istati Membri kollha jistabbilixxu regoli li jiżguraw it-traċċabilità ta' tessuti u ċelluli ta' oriġini umana mid-donatur għall-pazjent u viċe versa, kif ukoll sistema li tirregola l-importazzjonijiet ta' tessuti u ċelluli tal-bniedem minn pajjiżi terzi, biex tiżgura li jiġu applikati standards ekwivalenti ta' kwalità u sikurezza;
13. Jistieden lill-Istati Membri biex jintensifikaw il-kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni tagħhom mal-pubbliku favur id-donazzjoni ta' tessuti u ta' ċelluli u biex jiżguraw il-provvediment ta' informazzjoni medika ċara, vera, b'bażi xjentifika u konvinċenti u data li tippermetti lill-pubbliku sabiex jagħmel għażliet infurmati; jenfasizza li d-donaturi għandhom ikunu infurmati bis-sħiħ dwar il-proċeduri użati f'dan il-proċess u l-konsegwenzi morali, psikoloġiċi, mediċi u soċjali tagħhom;
14. Jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni koordinata sabiex ikun evitat l-iżvilupp ta' suq iswed tal-gameti fuq l-Internet, peress li dan is-suq jissogra li jipperikola kemm il-kwalità kif ukoll is-sikurezza tat-tessuti u ċ-ċelluli u jqajjem problemi ġuridiċi, etiċi u ta' saħħa pubblika;
L-iskambju tal-aħjar prattika u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni Ewropea u internazzjonali
15. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jintensifikaw l-iskambji tal-aħjar prattiki, speċjalment rigward il-provvista ta' tessuti u ċelluli, il-preservazzjoni tal-kwalità tat-tessuti u taċ-ċelluli waqt it-trasport tagħhom, is-sensibilizzazzjoni għad-donazzjoni u t-taħriġ tal-persunal tas-saħħa;
16. Jistenna li l-Istati Membri kollha jistabbilixxu banek pubbliċi tat-tessuti u taċ-ċelluli;
17. Jitlob għal standards u rekwiżiti Ewropej għal banek tat-tessuti u taċ-ċelluli;
18. Iqis li, sabiex jiġi segwit il-prinċipju imperattiv etiku li tiġi żgurata provvista adegwata, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iqisu l-possibbiltà tat-twaqqif ta' bażi tad-data fl-Ewropa kollha ta' donaturi u riċeventi potenzjali sabiex il-provvista tiġi amministrata fl-interess ġenerali u, meta jkun possibbli, jiġi evitat in-nuqqas tal-provvista;
19. Iqis li r-rwol tal-ftehimiet bilaterali huwa estremament importanti għall-appoġġ tal-pajjiżi li jkollhom skarsezza ta' tessuti u ċelluli jew li ma jkollhom l-ebda donaturi domestiċi li jaqblu u sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar it-tessuti u ċ-ċelluli timxi iżjed liberament bejn l-Istati;
20. Fil-kuntest Ewropew, ifaħħar b'mod partikolari r-rwol f'dan il-qasam ta' Eurocet, li żvolġa rwol kruċjali bħala l-bażi ta' data ċentrali Ewropea għall-ġbir tad-data dwar id-donazzjoni ta' tessuti u ċelluli u l-attivitajiet ta' trapjant; jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Membri sabiex isaħħu l-kollaborazzjoni tagħhom mal-Eurocet ħalli jilħqu ftehim dwar iżjed standards komuni fid-donazzjoni ta' ċelluli u tessuti u b'hekk il-professjonisti tal-qasam tal-kura tas-saħħa jkunu jistgħu jtejbu t-tlaqqigħ tat-tessuti u ċ-ċelluli offruti liċ-ċittadini Ewropej;
21. Jistieden lill-Istati Membri biex jesploraw l-opportunitajiet kollha possibbli għal kooperazzjoni internazzjonali usa' f'dan il-qasam, b'mod partikolari rigward l-użu potenzjali taċ-ċelluli staminali emopojetiċi;
Demm tal-kurdun u ċelluli staminali
22. Jirrikonoxxi l-avvanzi xjentifiċi sinifikanti magħmula fil-qasam tad-demm tal-kurdun, li jikkostitwixxi alternattiva terapewtika promettenti ħafna fit-trattament għal ħafna mard, inkluż il-mard tat-tfal;
23. Jieħu nota li attwalment, il-provi kliniċi li jużaw iċ-ċelluli staminali tad-demm tal-kurdun umbilikali għat-trattament marbut ma' mard mhux ematoloġiku qed iseħħu l-aktar barra l-UE; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri adegwati sabiex jistabbilixxu qafas regolatorju li jista' jistimula disponibilità akbar ta' ċelluli staminali tad-demm tal-kurdun umbilikali;
24. Jiddispjaċih li attwalment, iċ-ċelluli staminali mid-demm tal-kurdun umbilikali huma maħżuna biss sa 1% min-numru totali ta' twelid fl-Unjoni Ewropea; jenfasizza, konsegwentement, l-importanza li l-ommijiet jqiegħdu d-demm tal-kurdun u t-tessuti mat-twelid ġewwa banek, li jaderixxu ma' standards etiċi u operazzjonali komuni, sabiex jgħinu fit-trattament tal-mard u biex issir iżjed riċerka fil-qasam; jenfasizza, barra minn hekk, li t-traċċabilità għandha tkun waħda mill-kundizzjonijiet meħtieġa għall-awtorizzazzjoni ta' dawn il-banek fil-livell nazzjonali u f'dak Ewropew; jenfasizza li l-proċess ta' allokazzjoni permezz ta' banek bħal dawn għandu jkun proċess ġust, ekwu, mhux diskriminatorju u trasparenti;
25. Jieħu nota li l-banek pubbliċi taċ-ċelluli għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipproteġu l-kunfidenzjalità tad-data sabiex ir-rekwiżit tat-traċċabilità jiġi rikonċiljat mal-bżonn li jkunu protetti d-drittijiet tad-donatur, bħalma huma l-kunfidenzjalità u l-privatezza medika;
26. Hu tal-fehma li donazzjonijiet ta' demm tal-kurdun umbilikali alloġeniku mhux familjari ‐kemm jekk il-bank ikun pubbliku kif ukoll jekk privat ‐ għandhom ikunu żviluppati aktar, b'mod li l-unitajiet maħżuna ta' demm tal-kurdun umbilikali jkunu rreġistrati fil-bażi ta' data tal-Bank Dinji tad-Donaturi tal-Mudullun (BDMW) u li jkunu għad-dispożizzjoni ta' kwalunkwe pazjent li huwa kompatibbli u li għandu bżonnhom;
27. Ifakkar li din id-donazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kunsens mill-omm li jkun liberu, infurmat u nnotifikat bil-miktub, u li dan il-kunsens jista' jiġi rtirat mingħajr formalitajiet f'kull mument qabel id-donazzjoni;
28. Jistieden lill-Istati Membri jqajmu għarfien dwar il-banek pubbliċi tad-demm tal-kurdun permezz ta' kampanji ta' informazzjoni li jistgħu jseħħu, pereżempju, matul klassijiet ta' qabel it-tqala, u jipproponi dan f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
29. Iqis li l-irġiel u n-nisa għandhom ikunu infurmati dwar l-għażliet eżistenti marbuta mad-donazzjoni tad-demm tal-kurdun mat-twelid pereżempju: il-ħażna pubblika jew privata, id-donazzjoni għal skopijiet awtologi u eterologi jew għar-riċerka; iqis li informazzjoni komprensiva, oġġettiva u akkurata għandha tkun ipprovduta dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' banek tad-demm tal-kurdun;
30. Jistieden lill-Istati Membri jtejbu fl-istess ħin il-protezzjoni tad-dritt tal-ġenituri għal kunsens infurmat u għal libertà tal-għażla fir-rigward ta' prattiki ta' preservazzjoni taċ-ċelluli staminali tad-demm tal-kurdun;
31. Jipproponi li l-Istati Membri jikkunsidraw l-adozzjoni u l-infurzar ta' standards operazzjonali u etiċi għall-banek tad-demm tal-kurdun pubbliċi u privati li jħarsu l-prinċipju tan-nonkummerċjalizzazzjoni tal-ġisem tal-bniedem u l-partijiet tiegħu, pereżempju, u li jiżguraw it-traċċabilità;
32. Jistenna li l-Istati Membri kollha jistabbilixxu tal-anqas bank pubbliku taċ-ċelluli staminali wieħed;
33. Jitlob li l-opinjoni maħruġa fl-2004 mill-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda dwar “Aspetti Etiċi relatati mal-Banek tad-Demm tal-Kurdun Umbilikali” (l-Opinjoni Nru 19) tiġi aġġornata fid-dawl tal-iżviluppi fil-preservazzjoni taċ-ċelluli staminali tad-demm tal-kurdun u l-provi kliniċi kontinwi dwar l-użu taċ-ċelluli staminali tad-demm tal-kurdun umbilikali;
34. Jistieden l-Istati Membri sabiex jipprovdu netwerk territorjali tal-kliniki tal-maternità awtorizzati sabiex iwettqu dan it-teħid bil-għan li tiġi ggarantita l-provvista tad-demm tal-kurdun fiż-żoni kollha tal-popolazzjoni;
35. Jitlob li l-banek kollha li jirrispettaw l-istandards operazzjonali tal-UE għall-ġabra u l-ħażna tad-demm tal-kurdun jiġu kkonsultati mill-awtoritajiet nazzjonali meta jkunu qed jiġu definiti u implimentati strateġiji ta' kampanji nazzjonali ta' informazzjoni maħsuba għall-ġenituri;
36. Jitlob għal standards u rekwiżiti Ewropej għal banek privati taċ-ċelluli staminali;
37. Jinnota li mudelli u opportunitajiet ta' kollaborazzjoni bejn setturi pubbliċi u privati diġà jeżistu f'xi Stati Membri, u jinkoraġġixxi l-banek pubbliċi u privati tad-demm tal-kurdun sabiex jikkollaboraw iżjed mill-qrib ħalli jżidu l-disponibbiltà u l-iskambju tal-kampjuni nazzjonali, Ewropej u internazzjonali tad-demm tal-kurdun u t-tessuti; jistieden lill-Istati Membri jirregolaw kif xieraq il-banek pubbliċi u privati sabiex tkun garantita t-trasparenza u s-sikurezza totali tad-demm tal-kurdun, b'enfasi fuq il-bżonn li l-banek jiżguraw prattiki ta' xogħol miftuħa u soda fit-tqassim tal-informazzjoni tagħhom, sabiex ikun ipprovdut benefiċċju massimu għall-pazjent;
38. Jenfasizza l-iżvilupp ta' proċeduri li mhumiex intrużivi ta' tkabbir taċ-ċelluli staminali bl-użu tal-ġbir periferali taċ-ċelluli staminali tad-demm (PBSC);
39. Hu tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw iżidu l-għadd ta' donaturi tal-mudullun u taċ-ċelluli staminali ta' demm periferali, filwaqt li jtejbu r-reġistri tad-donaturi tal-mudullun sabiex, b'kollaborazzjoni mar-reġistri nazzjonali ta' pajjiżi oħra u permezz tal-BMDW kwalunkwe pazjent li jkun fi bżonn ta' trapjant ta' ċelluli staminali jkollu l-aħjar probabilità li jsib donatur kompatibbli;
40. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw programmi li jħeġġu lill-minoranzi etniċi biex jagħtu tessuti u ċelluli lill-banek pubbliċi sabiex jiġu indirizzati l-iskarsezzi ta' donaturi li jaqblu f'dan il-grupp;
41. Jenfasizza li hija l-kompetenza tal-Istati Membri li jiddeċiedu jekk jippermettux, jipprojbixxux jew jirregolawx ir-riċerka biċ-ċelluli staminali embrijoniċi tal-bniedem u l-fertilizzazzjoni in vitro iżda l-Istat Membru kkonċernat f'dan ir-rigward għandu jirrispetta r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2004/23/KE, inklużi dawk dwar il-kwalità u s-sikurezza u dawk marbuta mal-prinċipju ta' donazzjoni mhux imħallsa; jieħu nota li l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza limitata f'dan il-qasam u, meta tapplika din il-kompetenza, trid tirrispetta l-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-prinċipji applikati fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;
42. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi, kemm jista' jkun malajr, reviżjoni tad-Direttiva 2004/23/KE, sabiex issir konformi mal-prinċipji li jirregolaw id-donazzjoni tal-organi stabbiliti fid-Direttiva 2010/45/UE, u sabiex jiġu kkunsidrati s-sitwazzjoni legali ġdida wara li daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona, l-iżviluppi xjentifiċi, l-esperjenza prattika ta' dawk involuti fis-settur u r-rakkomandazzjonijiet ta' dan ir-rapport;
43. Jistieden ukoll lill-Kummissjoni tipproponi reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007 sabiex tinkludi dispożizzjoni li tiggarantixxi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' donazzjoni mingħajr ħlas simili għal dik imsemmija fid-Direttiva 2010/45/UE u biex tikkunsidra l-problemi li tfaċċaw fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regolament, b'mod speċjali għall-SMEs;
o o o
44. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ġunju 2011 intitolata “Rio+20: lejn l-ekonomija ekoloġika u governanza aħjar” (COM(2011)0363),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2011 intitolata “Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050” (COM(2011)0112),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-11 ta' Frar 2011 intitolata “Rapport dwar il-progress għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-2010” (SEC(2011)0193),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 intitolata “Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015” (COM(2010)0491),
– wara li kkunsidra r-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa organizzata f'Beijing f'Settembru 1995, id-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni adottati f'Beijing u d-dokumenti riżultanti sussegwenti adottati mis-Sessjonijiet Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Beijing +5, +10 u +15 dwar aktar azzjonijiet u inizjattivi għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Beijing u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing, adottati fid-9 ta' Ġunju 2000, fil-11 ta' Marzu 2005 u fit-2 ta' Marzu 2010 rispettivament,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta' Diċembru 1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-2012 intitolat “Rieżami tal-Implimentazzjoni fl-UE ta' qasam K tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing: In-nisa u l-Ambjent, l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u t-Tibdil fil-Klima”,
– wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni konġunta tal-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP), il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) u l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli għall-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, il-Pajjiżi li qed Jiżviluppaw Imdawrin bl-Art u l-Istati Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw (UN-OHRLLS) tar-rapport “Why a Green Economy matters for the Least Developed Countries” (Ir-raġunijiet għalfejn ekonomija ekoloġika hija importanti għall-pajjiżi l-anqas Żviluppati)(1), ippreparat għall-Konferenza LDC-IV f'Mejju 2011,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-UNEP ta' Settembru 2008 bl-isem “Green Jobs: Towards Decent Work in a Sustainable, Low-Carbon World” (Impjiegi Ekoloġiċi: Lejn Xogħol Diċenti f'Dinja Sostenibbli, b'Livell Baxx ta' Karbonju)(2),
– wara li kkunsidra r-rapport tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nisa tal-1 ta' Novembru 2011 intitolat “The Centrality of Gender Equality and the Empowerment of Women for Sustainable Development” (Iċ-ċentralità tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-Empowerment tan-Nisa għall-Iżvilupp Sostenibbli)(3), imħejji fl-istennija tad-dokument riżultanti tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20) li ser issir fl-2012,
– wara li kkunsidra s-Sommarju tad-Dikjarazzjoni dwar il-Pożizzjoni tal-Grupp Maġġuri tan-Nisa Rio+20 tal-1 ta' Novembru 2011(4),
– wara li kkunsidra d-dokument dwar il-pożizzjoni tal-Grupp Maġġuri tan-Nisa ta' Marzu 2011 bi preparazzjoni għall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli 2012 intitolat “A Gender Perspective on the ”Green Economy'' (Perspettiva tal-Ġeneru dwar “l-Ekonomija Ekoloġika”)(5),
– wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tar-rapport uffiċjali tal-gvern (Stokkolma, l-Isvezja) tal-2005 bl-isem “Bilen, Biffen, Bostaden: Hållbara laster – smartare konsumtion”(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' April 2012 dwar in-nisa u t-tibdil fil-klima(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2012 dwar in-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi – kwalità u ugwaljanza(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-13 ta' Marzu 2012 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2011(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Settembru 2011 dwar l-iżvilupp ta' pożizzjoni komuni tal-UE qabel il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20)(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2010 dwar l-iżvilupp tal-potenzjal ta' ħolqien ta' impjiegi ta' ekonomija sostenibbli ġdida(11),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja(12),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0235/2012),
A. billi ekonomija ekoloġika tiddefinixxi ruħha bħala ekonomija sostenibbli, li tfisser sostenibilità soċjali u ekoloġika; billi s-sostenibilità soċjali tinvolvi ordni soċjali bbażat fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġustizzja soċjali, indipendentement mis-sess, l-oriġini etnika, il-kulur, ir-reliġjon, l-orjentazzjoni sesswali, diżabilità jew l-opinjoni politika;
B. billi t-tibdil tal-klima u t-tnaqqis tal-bijodiversità qed jheddu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-benessri tan-nisa u tal-irġiel; billi l-konservazzjoni tal-ekosistema tagħna hija l-pedament ta' ekonomija ekoloġika; billi l-ġenerazzjoni tal-lum ma tistax tafda r-responsabilità is-sejba ta' soluzzjonijiet tal-problemi ambjentali attwali f'idejn il-ġenerazzjonijiet li ġejjin; billi s-sostenibbiltà ekoloġika tinvolvi l-użu, il-konservazzjoni u t-titjib tar-riżorsi tal-komunità sabiex il-proċessi ekoloġiċi li fuqhom tiddependi l-ħajja jiġu ppreservati u l-kwalità tal-ħajja totali, issa u fil-futur, tkun tista' tiżdied;
C. billi minħabba r-rwoli relatati mal-ġeneri, in-nisa ma jaffettwawx l-ambjent bl-istess mod bħall-irġiel, u f'diversi pajjiżi, in-normi strutturali u d-diskriminazzjoni jillimitaw l-aċċess tan-nisa għar-riżorsi, u l-possibilitajiet tagħhom li jiġġestixxu l-kundizzjonijiet u li jadattaw;
D. billi l-politiki ambjentali għandhom impatt dirett fuq is-saħħa u l-istatus soċjoekonomiku tal-individwi, u billi l-inugwaljanza bejn il-ġeneri, flimkien ma' nuqqas ta' sensittività għall-istatus u l-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali differenti tan-nisa, jissarrfu f'tendenza li n-nisa jsofru b'mod sproporzjonat minħabba d-degradazzjoni ambjentali u l-politiki inadegwati f'dan il-qasam;
E. billi f'ċerti Stati Membri, ir-rwol tal-mara fl-ekonomija ekoloġika għadu sottovalutat u mhux rikonoxxut, bir-riżultat li jinħolqu diversi tipi ta' diskriminazzjoni f'termini ta' benefiċċji mitlufa, bħal pereżempju l-ħarsien soċjali, l-assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa, pagi xierqa u drittijiet tal-pensjoni;
F. billi l-aktar persuni foqra, li hu stmat li 70% minnhom huma nisa, ser jintlaqtu l-aktar mit-tibdil fil-klima u mill-qerda tal-ekosistema;
G. billi t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u sostenibbli hija essenzjali sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali, tissaħħaħ il-ġustizzja soċjali u tinħoloq soċjetà fejn in-nisa u l-irġiel għandhom l-istess drittijiet u opportunitajiet;
H. billi t-tranżizzjoni lejn l-ekonomija ekoloġika sikwit toħloq sfidi partikolari fir-rigward tal-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tal-impjiegi ekoloġiċi, minħabba li n-nisa sikwit ma jkollhomx it-taħriġ tekniku meħtieġ biex iwettqu rwol speċjalisti fl-ekonomija ekoloġika;
I. billi jidher ċar li n-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed waqt in-negozjati ambjentali, id-diskussjonijiet baġitarji u t-teħid ta' deċiżjonijiet relatati mal-kisba ta' ekonomija ekoloġika;
J. billi d-drawwiet tal-konsum u tal-istil tal-ħajja għandhom effett sinifikanti fuq l-ambjent u l-klima; billi d-drawwiet tal-konsum tal-pajjiżi sinjuri, b'mod partikolari fl-oqsma tal-ikel u tat-trasport, mhumiex sostenibbli fit-tul, l-aktar jekk wieħed iqis li n-nisa u l-irġiel kollha tad-dinja għandhom id-dritt li jkollhom kwalità ta' ħajja tajba b'livell adegwat ta' benessri;
K. billi n-nisa u l-irġiel ġeneralment għandhom drawwiet ta' konsum differenti; billi n-nisa jikkunsmaw anqas mill-irġiel, ikun xi jkun l-istat soċjoekonomiku tagħhom, imma apparti minn hekk in-nisa donnhom li għandhom aktar rieda li jieħdu azzjoni favur il-ħarsien tal-ambjent permezz tad-drawwiet tal-konsum, bħal pereżempju billi jieklu anqas laħam, isuqu anqas u jużaw l-enerġija b'mod aktar effiċjenti;
L. billi n-nisa, minħabba l-istruttura attwali tal-poter skont il-ġeneru, m'għandhomx l-istess kontrol bħall-irġiel fuq is-sistema tat-trasport, u lanqas għandhom l-istess aċess għaliha; billi biex jitjiebu l-opportunitajiet tat-trasport tan-nisa jeħtieġ li jiġu introdotti mezzi aktar effiċjenti tat-trasport pubbliku, aktar rotot tal-mixi u tar-roti u distanzi iqsar għas-servizzi, u li jitjiebu l-għarfien u l-innovazzjoni fir-rigward ta' mezzi ta' trasport favorevoli għall-ambjent;
M. billi n-nisa huma partikolarment vulnerabbli għall-effetti ta' perikli ambjentali u t-tibdil fil-klima minħabba li l-istatus soċjoekonomiku tagħhom huwa aktar baxx minn dak tal-irġiel, minħabba s-sehem tagħhom ta' responsabbiltajiet domestiċi li tradizzjonalment hu sproporzjonatament kbir, u l-periklu li jkunu esposti għall-vjolenza f'sitwazzjonijiet ta' konflitti maħluqa jew aggravati minħabba l-iskarsezza tar-riżorsi naturali;
N. billi jeħtieġ li n-nisa jipparteċipaw bis-sħiħ fit-tfassil tal-politiki, it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni ta' ekonomija ekoloġika; billi l-parteċipazzjoni tan-nisa rriżultat f'titjib fir-rispons ta' emerġenza, żieda fil-bijodiversità u fis-sikurezza tal-ikel, tnaqqis fid-deżertifikazzjoni u aktar ħarsien tal-foresti;
O. billi hemm nuqqas ta' data komprensiva u komparabbli dwar l-impatt ta' ekonomija ekoloġika fuq is-suq tax-xogħol;
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Jappoġġa l-bżonn li s-soċjetà tiġi orjentata lejn ekonomija ekoloġika, fejn il-ħtiġijiet ambjentali jimxu id f'id mas-sostenibilità soċjali, pereżempju t-tisħiħ tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tal-ġustizzja soċjali;
2. Jinnota li partijiet speċifiċi u importanti tal-ekonomija ekoloġika qed jaffettwaw l-ekosistema, il-konsum, l-ikel, it-tkabbir, it-trasport, l-enerġija u s-settur tal-benessri;
3. Jiddispjaċih li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-istituzzjonijiet u lill-Kumitati tal-UE dwar “Rio+20: lejn l-ekonomija ekoloġika u governanza aħjar” ma tinkludix fiha perspettiva tal-ġeneri;
4. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiġbru l-informazzjoni mqassma skont l-età u skont il-ġeneru waqt l-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-istrateġiji, il-programmi u l-proġetti tal-baġits fl-oqsma tal-ambjent u tal-klima: jiddikjara li n-nuqqas ta' statistika jnaqqas l-għażliet għall-implimentazzjoni ta' miżuri adegwati għat-titjib fl-ugwaljanza;
5. Jiddispjaċih li l-kwistjonijiet u l-perspettivi relatati mal-ġeneru mhumiex integrati sew fil-politiki u l-programmi għall-iżvilupp sostenibbli; ifakkar li n-nuqqas ta' perspettivi relatati mal-ġeneru fil-politiki ambjentali jżid l-inugwaljanza tal-ġeneri, u jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi għall-integrazzjoni sistematika tal-ugwaljanza tal-ġeneru fil-livell internazzjonali, nazzjonali u reġjonali fil-politiki ambjentali;
6. Jistieden lill-Kummissjoni tagħti bidu għal riċerka dwar il-ġeneri u l-ekonomija ekoloġika, kif ukoll il-kontribut tan-nisa għall-iżvilupp ta' innovazzjonijiet, servizzi u prodotti ekoloġiċi;
7. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw u jippromwovu riċerka u studji speċifiċi dwar kif il-bidla għal ekonomija ekoloġika se taffettwa lin-nisa u l-irġiel f'diversi setturi, u dwar ir-rwol essenzjali tan-nisa fil-faċilitazzjoni tat-tranżizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw perspettiva tal-ġeneru fil-ħarsien ambjentali u fl-istudji ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali;
8. Jirrikonoxxi l-ħtieġa urġenti għal ftehim internazzjonali dwar definizzjoni komuni tal-ekonomija ekoloġika, ibbażata fuq il-pilastri tas-sostenibbiltà soċjali u ekoloġika; jenfasizza r-rwol sinifikanti tas-soċjetà ċivili, u b'mod speċjali tal-movimenti soċjali, l-organizzazzjonijiet ambjentali u l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, fid-definizzjoni tal-għanijiet u l-objettivi tal-ekonomija ekoloġika;
9. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex b'mod sistematiku tinkludi perspettiva ta' ugwaljanza tal-ġeneri fid-definizzjoni, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ tal-politiki ambjentali fil-livelli kollha, inkluż l-iżvilupp lokali u reġjonali u l-attivitajiet tar-riċerka; jistieden lill-Kummissjoni tuża u tappoġġja l-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-kwistjonijiet tal-ġeneru bħala strument tal-governanza tajba;
10. Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala kwistjoni prinċipali fit-tfassil u n-negozjar ta' regolamenti u programmi futuri għall-fondi strutturali tal-UE (il-FSE, il-FEŻR u l-PAK), speċjalment fil-qafas ta' miżuri relatati mal-bidla lejn ekonomija ekoloġika;
11. Jinnota li l-enerġija rinnovabbli tista' tiġi sfruttata f'żoni remoti u iżolati fejn m'hemmx elettriku, u li din tikkontribwixxi għall-produzzjoni ta' enerġija li ma tniġġisx; jinkoraġġixxi, għaldaqstant, lill-Istati Membri biex jiżviluppaw faċilitajiet biex jisfruttaw l-enerġija rinnovabbli u favorevoli għall-ambjent permezz tal-użu tal-FEŻR u tal-FSE; jinkoraġġixxi, għaldaqstant, aktar innovazzjoni u aktar parteċipazzjoni tan-nisa u tal-irġiel fl-iżvilupp ta' enerġija u arkitettura rinnovabbli u favorevoli għall-ambjent;
12. Jistieden lill-Kummissjoni biex fil-kampanji ta' informazzjoni tagħha, toħloq kuxjenza dwar l-importanza tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u dwar l-effetti pożittivi ta' politiki ambjentali li jkunu sensittivi għal kwistjonijiet relatati mal-ġeneru;
Konsum sostenibbli
13. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw l-ugwaljanza tal-ġeneri fl-oqsma kollha tal-politika ambjentali u fil-livelli kollha tat-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi; jispjega li dawn il-miri għandhom jitwettqu f'konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili;
14. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jibdew japplikaw indikatur ġdid tat-tkabbir soċjali u li jiffavorixxi l-klima, li jinkludi aspetti mhux ekonomiċi tal-benessri u jkun orjentat prinċipalment fuq kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp sostenibbli bħall-ugwaljanza tal-ġeneru, it-tnaqqis tal-faqar u t-tnaqqis fil-livell ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra;
15. Jinnota li l-ħidma biex jiġu sodisfati l-ħtiġijiet leġittimi taċ-ċittadini għall-akkomodazzjoni, l-ikel, il-provvisti, l-enerġija u l-impjiegi trid dejjem issir b'mod li l-ekosistemi jiġu preservati u li jillimita t-tibdil fil-klima, filwaqt li r-riżorsi tad-dinja jintużaw b'mod konsistenti mad-drittijiet tal-bniedem, li jwassal għal aktar ugwaljanza u allokazzjoni msejsa fuq il-prinċipji tal-ugwaljanza ambjentali;
16. Jenfasizza l-importanza li jkun żgurat li t-tfal u t-tfal tat-tfal igawdu kundizzjonijiet tal-għajxien tajba u li l-iżvilupp ekonomiku jissodisfa l-ħtiġijiet attwali mingħajr ma jikkomprometti l-ġenerazzjonijiet ġejjiena;
17. Jenfasizza li l-PDG huwa biss kejl tal-produzzjoni u ma jkejjilx is-sostenibilità ambjentali, l-użu effiċjenti tar-riżorsi, l-inklużjoni soċjali jew l-iżvilupp soċjali b'mod ġenerali; jitlob li jiġi żviluppati indikaturi ġodda li jkunu ċari u jistgħu jitkejlu li jikkunsidraw il-bidliet fil-klima, il-bijodiversità, l-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-ġustizzja soċjali;
18. Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw politiki fiskali orjentati lejn ekonomija ekoloġika, parzjalment billi jiffissaw il-prezz tal-impatt ambjentali u parzjalment billi jinvestu fondi biex jitħeġġu l-innovazzjonijiet ekoloġiċi u s-sistemi infrastrutturali sostenibbli;
19. Jemmen li l-fondi pubbliċi tal-UE għandhom jintużaw ħafna aktar għal użi kollettivi sostenibbli;
20. Jitlob li jiġu imposti kundizzjonijiet biex is-sussidji tal-UE jkunu limitati għal attivitajiet ta' benefiċċju għall-ambjent u li jiffavorixxu s-sostenibilità soċjali;
Trasport sostenibbli
21. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu sistema ta' trasport sostenibbli li tqis bl-istess mod il-bżonnijiet tat-trasportazzjoni tan-nisa u tal-irġiel, u li fl-istess ħin ikollha impatt żgħir fuq l-ambjent;
22. Jistieden lill-Kummissjoni tiffoka l-finanzjament għar-riċerka, li hi lieva vitali, fuq proġetti għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tat-trasport innovattivi u sostenibbli;
23. Jistieden lill-Istati Membri jnaqqsu l-impatt ambjentali u tal-enerġija tas-settur tat-trasport u jtejbu l-ugwaljanza billi jaħdmu biex jiżdied l-aċċess għal sistemi tal-IT u l-ippjanar effiċjenti tat-traffiku;
24. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu ġerarkija tat-trasport li tindika b'mod ċar il-metodi tat-trasport li għandhom jingħataw prijorità, biex jintlaħqu l-miri ġenerali fir-rigward tal-ambjent u taċ-ċirkulazzjoni tat-traffiku;
25. Jitlob li qabel ma titfassal kwalunkwe ġerarkija tat-trasport tinġabar data tal-istatistika li tkejjel l-impatt ambjentali tal-mezzi ta' trasport pubbliċi u privati fil-firxa sħiħa ta' kuntesti lokali differenti, u jistieden lill-amministrazzjoni pubblika konċernata tagħti l-eżempju f'din il-ħidma;
26. Jistieden lill-Istati Membri jintegraw l-impatt tal-użu tat-trasport mill-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-awditjar tal-kontijiet pubbliċi li jwettqu l-awtoritajiet tal-awditjar rispettivi;
27. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw ix-xogħol mid-dar permezz ta' inċentivi soċjali u fiskali, u billi jingħata qafas ġuridiku li jipproteġi l-ħaddiema;
28. Jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu t-trasport pubbliku lokali b'mod sinifikanti billi jżidu l-kwantità u l-kwalità tas-servizzi tat-trasport, itejbu s-sikurezza, il-kumdità u l-aċċessibilità fiżika tal-mezzi u tal-faċilitajiet tat-trasport, u billi jipprovdu sistemi ta' trasport integrati u addizzjonali, anke lejn bliet żgħar u nħawi rurali, biex b'hekk tissaħħaħ il-ħila tan-nisa, ta' ersuni b'diżabilità u tal-anzjani li jivvjaġġaw, biex b'hekk igawdu aktar inkużjoni soċjali u titjib fil-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom;
29. Jisħaq li l-investiment f'sistemi tat-trasport sostenibbli jrid iqis il-fatt li l-viżjoni tan-nisa u tal-irġiel ta' “spazji pubbliċi” hi differenti, u hija msejsa fuq valutazzjoni tar-riskju differenti, u dan ifisser li ambjenti sikuri fis-sistema tat-trasport għandhom ikunu prijorità, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel;
Benessri u impjiegi ekoloġiċi
30. Jinnota li l-impjiegi ekoloġiċi f'setturi bħall-agrikoltura, l-enerġija, it-trasport, il-konsum, ir-riċerka, it-teknoloġija, it-teknoloġija tal-informatika, il-kostruzzjoni u l-iskart għandhom importanza tassew kbira f'ekonomija ekoloġika;
31. Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-intraprenditorjat tan-nisa fl-ekonomija ekoloġika billi jiffaċiliataw l-aċċess tagħhom għaliha, billi jiddistribwixxu data, jagħmlu workshops ta' taħriġ, u billi joħolqu miżuri biex jgħinu lin-nisa jiksbu bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u dik privata; jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-intraprenditorjat tan-nisa fl-iżvilupp tal-ħarsien ambjentali u ta' teknoloġiji favorevoli għall-ambjent, pereżempju f'setturi bħall-enerġija rinnovabbli, l-agrikultura u t-turiżmu, u fl-iżvilupp ta' innovazzjonijiet ekoloġiċi, b'mod speċjali fis-settur tas-servizzi; Jinnota li l-enerġija rinnovabbli tista' toħloq opportunitajiet ġodda ta' impjieg għall-imprendituri nisa f'oqsma fejn ir-rata ta' qgħad fost in-nisa hi partikolarment għolja;
32. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li n-nisa jgawdu kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati, ikollhom aċċess għal livell diċenti ta' kura tas-saħħa, edukazzjoni u akkomodazzjoni, u li jipparteċipaw b'leħen sod fi djalogi soċjali biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lejn l-impjiegi ekoloġiċi ġodda;
33. Jinnota li ekonomija sostenibbli tfisser “ekoloġija għal kulħadd”, u toħloq xogħol deċenti u komunitajiet sostenibbli u tippermetti distribuzzjoni aktar ġusta tal-ġid;
34. Jinnota li mhux biss l-impjiegi ekoloġiċi iżda x-xogħol kollu b'impatt ambjentali baxx hu importanti f'ekonomija ekoloġika; jinnota li filwaqt li dan it-tip ta' xogħol jista' jinstab fis-settur privat, jeżisti wkoll fis-settur tal-benessri, bħal pereżempju l-iskejjel u s-servizzi tal-kura;
35. Jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu l-ugwaljanza fir-rappreżentanza tan-nisa f'korpi tat-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi kif ukoll fil-korpi u l-istituzzjonijiet maħtura mill-gvernijiet li jittrattaw id-definizzjoni, l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-politiki ambjentali, enerġetiċi u tal-impjiegi ekoloġiċi, sabiex tiġi inkluża l-perspettiva tal-ġeneri; jistieden lill-Istati Mei jaħtru aktar nisa f'pożizzjonijiet maniġerjali u fil-bordijiet tal-kumpaniji fis-settur tal-impjiegi ekoloġiċi; jisħaq li jekk mhux possibbli li din il-mira tintlaħaq fuq bażi volontarja, għandhom jittieħdu inizjattivi mmirati, bħat-twaqqif ta' kwoti jew metodi oħra, biex jissaħħu l-ugwaljanza u d-demokrazija;
36. Jindika li l-bidla lejn ekonomija ekoloġika, u t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju se joħolqu domanda kbira ta' ħaddiema tas-sengħa; jirreferi għall-fatt li l-ħaddiema nisa huma sottorappreżentati ħafna fis-settur tas-sorsi rinnovabbli u speċjalment fl-impjiegi xjentifikament u teknoloġikament intensivi; jisħaq, għaldaqstant, li huwa importanti ħafna li l-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni biex iħeġġu għadd akbar ta' nisa jagħżlu korsijiet u karrieri f'oqsma bħall-inġinerija, ix-xjenzi naturali, l-IT u oqsma oħra ta' teknoloġija avvanzata, għax dawn se jkunu l-fokus ta' ħafna impjiegi ekoloġiċi fil-ġejjieni;
37. Jistieden lill-Istati Membri jużaw u jiżviluppaw metodi li jinkoraġġixxu lin-nisa jagħżlu studji u karrieri fis-setturi tal-ambjent, tat-trasport u tal-enerġija, filwaqt li jiġu miġġielda b'mod determinat l-istereotipi li jiffavorixxu karrieri fix-xjenzi naturali u applikati għall-irġiel;
38. Jinnota l-ħtieġa li jiġi appoġġat u mħeġġeġ l-aċċess tan-nisa għall-mikrokreditu għal negozji żgħar.
39. Jistieden lill-Istati Membri jużaw u jiżviluppaw metodi li jinkoraġġixxu lill-irġiel biex jagħżlu studji u karrieri b'impatt ambjentali baxx fis-settur tal-benessri;
40. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw korsijiet ta' taħriġ, permezz ta' Programmi tal-Unjoni Ewropea bħall-FEŻR u l-FSE, imfassla biex jiffaċilitaw l-aċċess ta-nnisa għal impjiegi ekoloġiċi ġodda, u teknoloġiji emerġenti b'impatt ambjentali baxx, fis-settur privat kif ukoll dak pubbliku; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ħaddiema nisa jkunu inklużi aktar fi proġetti ta' taħriġ u programmi dwar it-trasformazzjoni ekoloġika, jiġifieri fis-settur rinnovabbli u f'impjiegi intensivi mil-lat ta' xjenza u teknoloġija, u li jiffokaw fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ għan-nisa biex dawn jiksbu l-kompetenzi u l-kwalifiki meħtieġa biex jikkompetu fuq bażi ugwali mal-irġiel għall-impjiegi u għall-iżvilupp individwali tal-karriera; jinnota li l-irġiel għandhom aċċess aktar faċli għal mezzi avvanzati tal-produzzjoni agrikola u għat-teknoloġiji intraprenditorjali meħtieġa biex jiksbu pożizzjonijiet ta' livell għoli fl-ekonomija ekoloġika;
41. Jinnota li biex in-nisa jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-ekonomija ekoloġika bl-istess kundizzjonijiet bħall-irġiel, jinħtieġu aktar ċentri għall-kura tat-tfal u tal-anzjani, huwa indispensabbli li kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel ikunu jistgħu jikkonċiljaw il-ħajja familjari u professjonali, filwaqt li jkunu żgurati d-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa; jindika li l-politiki u r-regolamenti għandhom jistinkaw biex jipprovdu appoġġ għas-sigurtà soċjali, l-ippjanar tal-familja u l-kura tat-tfal, u huwa biss jekk dawn il-ħtiġijiet jiġu sodisfati li n-nisa jkunu jistgħu jużaw il-kompetenza tagħhom u jikkontribwixxu s-sehem ugwali tagħhom f'ekonomiji ekoloġiċi ta' suċċess;
42. Jinnota li l-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomija beda jiġi meqjus bħala mezz ta' stimolu tal-iżvilupp ekonomiku, b'mod partikoli fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u tal-Istrateġija UE 2020; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw sforzi favur l-ekoloġizzar tal-ekonomija billi jinkoraġġixxu investimenti u programmi li jippromwovu l-innovazzjonijiet ekoloġiċi u l-impjiegi ekoloġiċi u li huma mmirati lejn dawk li għandhom bżonnhom l-aktar; jinsisti li l-perspettiva tal-ġeneru hija kruċjali biex jiġi evitat li l-inugwaljanzi ikomplu jikbru;
43. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiġbru u janalizzaw data maqsuma skont il-ġeneru dwar id-distribuzzjoni ta' riżorsi finanzjarji f'korrelazzjoni ma' setturi diviżi skont il-ġeneri u innovazzjonijiet ekoloġiċi, u biex jiżviluppaw sabiex ikejlu l-effetti disaggregati potenzjali ta' ekonomija ekoloġika fuq il-koeżjoni territorjali u soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżviluppaw direzzjoni strateġika u sensiela ta' strumenti biex jirreaġixxu b'mod effettiv għal tibdiliet potenzjali fil-livell ta' impjegar u fl-istruttura tas-suq tax-xogħol;
Politika sostenibbli fir-relazzjonijiet internazzjonali
44. Jistenna li t-tranżizzjoni lejn indikaturi ekonomiċi usa' u aktar sostenibbli, anke fil-politika tal-iżvilupp, għandha tippermetti li jitpoġġa aktar enfasi fuq l-objettivi soċjali u ambjentali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u li politiku u regolamenti speċifiċi se jiżguraw id-drittijiet tan-nisa għall-proprjetà u għal kontrol fuq ir-riżorsi naturali; jisħaq li jeħtieġ ikun promoss l-aċċess tan-nisa għas-servizzi u għat-teknoloġiji ġodda meħtieġa għall-ġestjoni u għall-operat ta' skemi tal-enerġija u tal-ilma, intrapriżi tan-negozju u l-produzzjoni agrikola; jisħaq li jeħtieġ li n-nisa jinvolvu rwieħhom aktar fin-negozji u fit-tmexxija organizzattiva;
45. Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi bis-sħiħ u tindirizza l-effetti multipli tad-degradazzjoni ambjentali fuq l-inugwaljanzi, b'mod partikolari bejn in-nisa u l-irġiel, u biex tiżgura l-promozzjoni tad-drittijiet indaqs tan-nisa fit-tfassil ta' proposti tal-politika ġodda fil-qasam tat-tibdil fil-klima u tas-sostenibbiltà ambjentali;
46. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw indikaturi biex jivvalutaw l-impatt tal-prġetti u l-programmi skont il-ġeneru, u biex jiffaċilitaw perspettiva tal-ġeneru u tal-ugwaljanza fi strateġiji ambjentali għall-kisba ta' ekonomija ekoloġika;
47. Jistieden lill-Kummissjoni tkun partikolarment konxja li l-aċċess għall-ilma nadif hu importanti ħafna għall-bniet u n-nisa f'ħafna partijiet tad-dinja, għax ir-responsabbilità tal-ġarr tal-ilma aktarx tkun tagħhom; jisħaq li huwa importanti wkoll li jitħares l-għarfien indiġenu tan-nisa tal-ekosistemi lokali;
48. Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-fatt li f'ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw, iċ-ċans li n-nisa jidħlu f'postijiet tax-xogħol fl-ekonomija ekoloġika għadu limitat ħafna minħabba kundizzjonament soċjali u sistemi patrijarkali, u li għalhekk in-nisa ma għandhomx aċċess għall-informazzjoni, għat-taħriġ u għat-teknoloġiji meħtieġa biex jidħlu f'dan is-settur;
49. Jistieden lill-Kummissjoni tkun partikolarment konxja li biljuni ta' nies huma totalment dipendenti mill-bijomassa għall-enerġija, u li nisa u tfal isofru minn problemi tas-saħħa għax jiġbru, jipproċessaw u jużaw il-bijomassa; jenfasizza għaldaqstant li jinħtieġu investimenti f'sorsi tal-enerġija rinnovabbli u aktar effiċjenti;
50. Jitlob li jitwettaq analiżi tal-impatt profonda, mill-perspettiva tal-klima, ġeneru u sostenibilità, tal-eżitu tal-ftehimiet kummerċjali multilaterali u bilaterali nnegozjati bejn l-UE u pajjiżi terzi, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tawtorizza appoġġ espliċitu għall-immaniġġjar tat-tibdil fil-klima bħala parti mill-għajnuna kollha għall-kummerċ u kwalunkwe għajnuna għall-iżvilupp oħra rilevanti;
51. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa programmi għat-trasferiment tat-teknoloġiji moderni u tal-ħiliet esperti biex tgħin lill-pajjiiżi u r-reġjuni li qed jiżviluppaw jadattaw għall-bidliet ambjentali;
52. Jenfasizza li l-inugwaljanzi tal-ġeneru fir-rigward tal-aċċess għar-riżorsi, bħal pereżempju mikroself, kreditu, informazzjoni u teknoloġija, għandhom jitqiesu meta jiġu definiti l-istrateġiji biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima;
o o o
53. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 8, 153(1)(i), u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 bl-isem “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi” (COM(2012)0173) u d-dokument ta' akkumpanjament dwar l-isfruttament tal-potenzjal fir-rigward tal-impjiegi li joffru s-servizzi personali u domestiċi (SWD(2012)0095),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (COM(2011)0609),
– wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020), adottat mill-Kunsill Ewropew f'Marzu 2011(1),
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tal-2011 bl-isem Progress fl-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel: ir-Rapport Annwali 2010 (SEC(2011)0193),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 bl-isem “Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015” (COM(2010)0491),
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar “il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri: It-Tieni Parti tal-Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020” (COM(2010)0193),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2009 dwar “Il-Flessigurtà fi żminijiet ta' kriżi”,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/123/KE tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (riformulazzjoni)(3);
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi(4),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-2008 mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol bit-titolu “Ix-xogħol fl-Ewropa: Differenzi bejn is-sessi”,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-2007 tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol dwar “Il-kundizzjonijiet tax-Xogħol fl-Unjoni Ewropea: Il-perspettiva tal-generu”,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), tat-18 ta' Diċembru 1979,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-13 ta' Marzu 2012 dwar “l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2011”(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-aspett tal-faqar tan-nisa fl-Unjoni Ewropea(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar il-ħaddiema nisa prekarji(7),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0246/2012),
A. billi bosta pajjiżi ġarrbu terzjarizzazzjoni tal-ekonomiji tagħhom, jiġifieri s-settur tas-servizzi issa sar iħaddan il-maġġoranza tal-impjiegi u huwa l-akbar kontributur għall-PDG fil-pajjiżi kkonċernati, u jirrappreżenta aktar minn 70 % tal-attività ekonomika fl-Unjoni Ewropea u perċentwal simili, u li qed jikber, tal-impjiegi totali, u billi fl-UE fl-2010 l-impjiegi fis-settur tas-servizzi fil-medja kien jirrappreżenta kważi 70% tal-impjiegi totali, filwaqt li s-sehem tal-impjiegi fl-industrija kien 25,4 % u dak tal-impjiegi fl-agrikoltura 5,2 %;
B. billi bħalissa disgħa minn kull għaxar impjiegi qed jinħolqu fis-settur tas-servizzi, u l-istudji jindikaw li aktar titjib tas-suq uniku għas-servizzi jista' jgħin biex jillibera potenzjal konsiderevoli għax-xogħol ‐ impjiegi li l-UE teħtieġ b'urġenza f'dan iż-żmien ta' kriżi;
C. billi r-rata tal-impjiegi għan-nisa hija 62,1 % meta mqabbla mal-75,1 % għall-irġiel, li jfisser li l-mira primarja tal-istrateġija Ewropa 2020 għall-ilħiq ta' rata ta' impjiegi ta' 75 % sal-2020 tista' tintlaħaq biss jekk iktar nisa jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol;
D. billi l-parti l-kbira tal-forza tax-xogħol tan-nisa hija impjegata fis-settur tas-servizzi, u billi fl-UE fl-2010 din il-proporzjon fil-medja kienet 83,1 %, mqabbla mal-58,1 % tal-forza tax-xogħol tal-irġiel;
E. billi n-nisa x'aktarx ikunu rrappreżentati b'mod sproporzjonali fis-suq tal-impjiegi flessibbli u dawk part-time minħabba fl-isterjotipi tal-ġenenru li jpinġu immaġni tan-nisa bħala dawk li għandhom ir-responsabilità primarja li jieħdu ħsieb il-familja, u billi għaldaqstant jitqiesu li huma aktar adatti mill-irġiel għal xogħol fuq bażi temporanja, każwali jew part-time jew għal xogħol ibbażat fi djarhom; billi l-arranġamenti flessibbli tax-xogħol, inklużi t-teleworking u x-xogħol part-time jew f'uffiċċju bbażat id-dar, fil-parti l-kbira għadhom jitqiesu bħala mod “tan-nisa” għat–tqassim tal-ħin tax-xogħol;
F. billi s-settur tas-servizzi joffri bosta opportunitajiet għal kuntratti ta' impjieg flessibbli – ħin flessibbli, part-time u kuntratti għal żmien qasir – li jistgħu jgħinu kemm lill-irġiel kif ukoll lin-nisa li jieħdu ħsieb ħaddieħor, meta jkollhom il-kapaċità li jagħżlu, sabiex jikkumbinaw ix-xogħol u l-kura; billi n-nisa huma dawk li l-iktar jagħżlu impjiegi flessibbli u part-time sabiex ikunu jistgħu jibbilanċjaw l-obbligi tax-xogħol tagħhom u dawk tal-familja, anke fejn ikun hemm differenza fil-paga f'dik li hija r-rata ta' ħlas fis-siegħa bejn ħaddiema li jaħdmu part-time u dawk li jaħdmu full time; u billi n-nisa jkollhom iktar perjodi ta' waqfien fil-karriera tagħhom u jakkumulaw anqas sigħat ta' xogħol mill-irġiel, fattur li jista' jaffettwa l-iżvilupp tal-karriera tagħhom u l-prospetti ta' promozzjoni soċjali, u b'hekk iwassal biex ikollhom karrieira b'anqas qligħ;
G. billi x-xogħol prekarju huwa karatteristika persistenti tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea, u billi n-nisa huma iżjed affettwati minn din il-prekarjetà, issirilhom diskriminazzjoni f'termini ta' ħlas u huma iżjed imdaħħla fix-xogħol part-time, u għalhekk jitħallsu anqas mill-irġiel, igawdu anqas protezzjoni soċjali, huma iżjed ristretti f'termini tal-progress tal-karriera u għandhom anqas ċans ta' indipendenza ekonomika, ilkoll ħwejjeġ li jinkoraġġuhom jerġgħu lura fl-isfera privata, bir-riżultat li l-qsim tar-responsabbiltajiet ikompli sejjer lura; billi n-nisa jirrappreżentaw proporzjon akbar ta' ħaddiema f'impjiegi mhux dikjarati, li jaħdmu l-aktar f'xogħol fid-djar u ta' kura;
H. billi, fil-livelli kollha tat-taħriġ, hemm perċentwal akbar ta' rġiel li għandhom impjiegi milli nisa, minkejja l-fatt li dawn tal-aħħar jistgħu jkunu kwalifikati daqs l-irġiel jew aktar minnhom, imma billi ħiliet in-nisa spiss jitqiesu anqas minn dawk tal-irġiel u l-karrieira tagħhom timxi “l quddiem b'anqas ħeffa;
I. billi n-nisa jirrappreżentaw madwar 60 % tal-gradwati u minkejja dan, ir-rappreżentanza tagħhom f'karigi ta' uffiċjali għolja u deċiżjonali fis-settur tas-servizzi hija sproporzjonatament baxxa;
J. billi n-nisa huma sovrarappreżentati fl-aktar impjiegi u pożizzjonijiet baxxi tas-settur tas-servizzi f'termini ta' kwalifikai, rimunerazzjoni u prestiġju, u n-nisa b'hekk iħabbtu wiċċhom ma aktar nuqqas ta' sigurtà tax-xogħol u jaqilgħu anqas mill-irġiel;
K. billi l-kontribut tan-nisa fil-forza tax-xogħol soltu tisfa sottovalutata minn min iħaddem, għaliex hemm probabbiltà akbar li jintoerrompu l-karriera tagħhom biex ikollhom it-tfal u u jrabbuhom;
L. billi opportunitajiet aħjar għan-nisa fil-ħajja tax-xogħol jeħtieġ li jitqiesu bħala vantaġġ u investiment għas-soċjetà kollha kemm hi, speċjalment fil-kuntest tat-tibdil u l-isfidi tad-demografija fl-Ewropa;
M. billi n-nisa jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet akbar huma u jippruvaw jibbilanċjaw il-ħajja tax-xogħol ma' dik tal-familja, minħabba li r-responsabbiltajiet assoċjati mal-ħajja tal-familja mhux dejjem jinqasmu ndaqs u l-kura tal-membri dipendenti tal-familja fil-parti l-kbira jieħdu ħsiebha n-nisa, u billi l-ħolqien ta' bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja għaldaqstant se jgħin biex jiġi lliberat potenzjal sostanzjali għan-nisa u jiffaċilitalhom li jsibu impjiegi disponibbli fis-settur tas-servizzi u fis-setturi l-oħra kollha tal-impjiegi, u b'hekk jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-innovazzjoni; billi, f'dan ir-rigward, politiki governattivi li jipprovdu servizzi tal-kura tat-tfal u d-dipendenti huma fattur importanti fil-kapaċità tan-nisa u l-irġiel li jlaħħqu mal-esiġenzi differenti li joħorġu minn attivitajiet tal-post tax-xogħol u dawk tal-kura tad-dipendenti;
N. billi r-rwoli tradizzjonali tal-ġeneri u l-isterjotipi għad għandhom influwenza qawwija fuq il-qsim tar-rwoli bejn in-nisa u l-irġiel fid-dar, fil-post tax-xogħol u fis-soċjetà ġenerali, u x'aktarx iżommu għaddej l-istatus quo ta' ostakoli miruta li jtellfu l-ilħiq ta' ugwaljanza bejn is-sessi u jillimitaw il-firxa ta' għażliet għan-nisa rigward l-impjiegi u l-iżvilupp personali tagħhom fis-settur tas-servizzi, b'tali mod li jtellfuhom milli jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tagħhom bħala individwi u atturi ekonomiċi;
O. billi l-vjolenza domestika, konjugali, ekonomika u sesswali kontra n-nisa hija ksur tad-drittijiet tal-bniedem li taffettwa s-saffi soċjali, kulturali u ekonomiċi kollha;
P. billi l-indipendeza ekonomika tan-nisa hija kundizzjoni sine qua non biex jieħdu f'idejohm il-kontroll fuq il-ħajja personali u tax-xogħol tagħhom u jkunu jistgħu tabilħaqq jagħmlu l-għażliet tagħhom;
Q. billi għad hemm inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għat-teknoloġiji l-ġodda u l-Internet u fl-użu tagħhom, inugwaljanzi li spiss iwasslu għal qabża fil-ħiliet u anke għal “analfabetiżmu diġitali”, fenomenu magħruf bħala “l-qasma diġitali bejn is-sessi”;
R. billi d-differenza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa għall-istess xogħol jew għal xogħol tal-istess valur tilħaq wieħed mill-ogħla livelli tagħha fis-settur tas-servizzi;
1. Jinnota li hemm segregazzjoni orizzontali qawwija jew diviżjoni tax-xogħol skont il-ġeneru fis-settur tas-servizzi: kważi nofs in-nisa impjegati huma kkonċentrati f'10 minn 130 tip ta' xogħol elenkat fil-Klassifika Standard Internazzjonali tax-Xogħol imfassla mill-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO): bejjiegħa u dimostraturi tal-bejgħ fil-ħwienet, assistenti domestiċi u xogħol relatat tad-dar, ħaddiema tat-tindif u tal-ħasil tal-ħwejjeġ, ħaddiema involuti fil-kura personali u servizzi relatati, skrivani tal-uffiċini, assoċjati tal-amministrazzjoni, ħaddiema f'lukandi u ristoranti, sergretarji u operaturi tal-apparat tal-uffiċċju, maniġers ġenerali, assoċjati finanzjarji u kummerċjali u infermiera u qwiebel assoċjati;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiġġieled kontra din id-diviżjoni skont il-ġeneru billi tippromwovi x-xogħolijiet imsemmijahawn fuq;
3. Jissottolinja l-importanza li titnaqqas is-segregazzjoni okkupazzjonali sabiex tingħalaq id-diverġenza fil-pagi bejn is-sessi, li spiss hija agħar għan-nisa impjegati fit-tipi ta' xogħol iddominati min-nisa, milli għan-nisa li għandhom l-istess kwalifiki imma huma impjegati f'setturi oħra;
4. Jirrimarka li hemm ukoll konċentrazzjoni ta' impjegati nisa fis-settur pubbliku, fejn jinsabu 25 % tal-popolazzjoni attiva femminili, imqabbla ma' 17 % tal-popolazzjoni attiva tal-irġiel; jenfasizza l-fatt li f'dan is-settur in-nisa huma iżjed vulnerabbli għat-telf tal-impjieg minħabba tnaqqis fil-baġit; jinnota li, biex tintlaħaq il-mira tal-impjiegi ta' 75 % għan-nisa u l-irġiel, mira stabbilita fl-Ewropa 2020 (l-istrateġija tal-UE għat-tkabbir), jeħtieġ li jsiru sforzi sabiex iżjed nisa jidħlu jaħdmu kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat; jinnota li f'għadd kbir ta' Stati Membri, hemm wisq aktar tobba nisa milli tobba rġiel;
5. Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li s-settur pubbliku, li huwa kkaratterizzat minn kriterji ta' reklutaġġ u kundizzjonijiet ta' promozzjoni trasparenti u ċari, juri attitudni eżemplari rigward l-aċċess indaqs għall-impjiegi fis-servizz pubbliku u speċjalment f'pożizzjonijiet maniġerjali; jenfasizza l-ħtieġa li jiddaħħlu regoli trasparenti għall-għażla u r-reklutaġġ tal-impjegati fis-settur privat;
6. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri konkreti lejn approfondiment ulterjuri tas-suq għas-servizzi biex jiżviluppaw il-potenzjal sinifikanti tiegħu għall-impjiegi;
7. Jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-isterjotipi u d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru permezz tal-adozzjoni ta' politiki attivi li jistgħu jnaqqsu l-iżvantaġġi reali li jaffettwaw lin-nisa fis-settur tas-servizzi, fejn teżisti l-idea li hemm xogħolijiet maskili u femminili, u li dawn tal-aħħar huma marbuta max-xogħolijiet li jwettqu n-nisa fid-dar u li jitqiesu bħala estensjoni ta' dawn (il-ħwejjeġ u t-tessuti, it-tagħlim, ix-xogħol ta' infermiera, it-tindif, eċċ.); jappella biex is-servizzi ta' parir edukazzjonali u okkupazzjonali jkollhom rwol usa' fl-iskejjel, biex l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tiġi promossa fost iż-żgħażagħ u biex il-ġlieda kontra l-isterjotipi tiggwida lin-nisa żgħażagħ lejn il-kwalifiki u l-professjonijiet fejn għadhom sottorappreżentati; jinnota li l-proporzjon tal-irġiel li jidħlu għall-professjoni tat-tagħlim hija wisq iżgħar minn dik tan-nisa u jenfasizza l-ħtieġa għal iżjed irġiel fil-professjoni;
8. Jinnota li, fost in-nisa impjegati fis-settur tas-servizzi, hemm iżjed nisa li jsibu xogħol fis-setturi soċjali, tal-kura u tat-telekomunikazzjonijiet, setturi li x'aktarx jirrikjedu inqas kwalifiki, igawdu ftit prestiġju soċjali u jikkorrispondu mar-rwoli tradizzjonali tan-nisa fis-soċjetà, filwaqt li l-irġiel jiddominaw is-setturi l-iżjed prestiġjużi u li jħallu l-aħjar qligħ: dak tal-finanzi u dak bankarju;
9. Jirrimarka li l-politiki tal-kura u s-servizzi għall-anzjani, id-dipendenti u t-tfal, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-liv tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri, huma elementi assolutament fundamentali għall-ilħiq tal-ugwaljanza bejn is-sessi; jinnota għalhekk li n-nisa u l-irġiel għandu jkollhom l-għażla li jwettqu xogħol bil-paga, u li jkollhom it-tfal u l-familja, mingħajr ma jisfaw imċaħħda mil-libertà tagħhom li jagħmlu użu sħiħ mid-dritt tagħhom għax-xogħol u għall-opportunitajiet indaqs;
10. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li x-xogħol part-time (19,2 % tat-total tal-impjiegi tal-UE fl-2010) għadu xogħol primarjament femminili; jinnota li fl-UE fil-2010 31,9 % tal-popolazzjoni attiva tan-nisa kienu jaħdmu part-time, kontra 8,7 % biss tal-popolazzjoni tal-irġiel, li jfisser li 78 % tax-xogħol part-time jitwettaq min-nisa; jirrimarka li fl-UE kollha kemm hi 19 % tan-nisa u 7 % tal-irġiel jaħdmu xogħol part-time ta' ftit sigħat (anqas minn 20 siegħa fil-ġimgħa) mentri biss 3 % tal-irġiel bejn l-etajiet ta' 35 u 49 sena jaħdmu xogħol part-time ta' ftit sigħat, imqabbla ma 18 % tan-nisa fl-istess grupp tal-età; jinnota wkoll li xogħlijiet part-time jinsabu l-aktar f'setturi speċifiċi, b'aktar minn 38% tal-ħaddiema part-time, kemm dawk bi ftit sigħat kif ukoll dawk b'sigħat “sostanzjali” (jiġifieri bejn 20 u 34 siegħa fil-ġimgħa), impjegati fis-servizzi tal-edukazzjoni, tas-saħħa u soċjali, f'servizzi oħra, jew fil-bejgħ tal-imnut u tal-ingrossa;
11. Jiġbed l-attenzjoni fuq il-ġeneralizzazzjoni tal-kunċett ta' ħinijiet tax-xogħol flessibbli: xogħol fi tmiem il-ġimgħa, ħinijiet tax-xogħol irregolari u imprevedibbli u l-estensjoni tas-sigħat tax-xogħol, u l-fatt li, billi t-talba għall-flessibilità hija l-akbar fost il-ħaddiema part-time, li fil-parti l-kbira tagħhom huma nisa, dan ifisser li iktar nisa milli rġiel huma soġġetti għal bidliet fil-ħinijiet tax-xogħol tagħhom minn ġimgħa għal oħra, ħaġa li tkompli tagħmilha aktar diffiċli għan-nisa, speċjalment għall-ommijiet li qed irabbu t-tfal weħidhom u għal dawk li qed jieħdu ħsieb qraba dipendenti, li jibbilanċjaw il-ħajja tax-xogħol ma' dik tal-familja; jenfasizza li l-kuntratti tax-xogħol għandhom ikunu stabbli u s-sigħat tax-xogħol skedati, imma b'mod li jkunu jistgħu jiġu nnegozjati skont it-talba tal-impjegat sabiex dan tal-aħħar jilħaq bilanċ aħjar bejn il-ħajja professjonali, dik tal-familja u dik privata; jenfasizza li l-flessibilità fil-ħinijiet tax-xogħol għandha tkun l-għażla tal-ħaddiem, u mhux tkun imposta jew infurzata minn min iħaddem; jirrifjuta sitwazzjonijiet ta' flessibilità u inċertezza kuntrattwali li ma jippermettux għall-formazzjoni u l-istabbiltà tal-familja;
12. Ifakkar li arranġamenti flessibbli tax-xogħol huma speċifiċi għal ħafna impjiegi f'dan is-settur; jenfasizza li, minn naħa waħda, aktar flessibbiltà fl-arranġamenti tax-xogħol – dment li tkun volontarja u maħsuba biex taqdi l-ħtiġijiet reali tal-ħaddiema, u li l-ħaddiema jkollhom kontroll fuqha u ċarezza dwar is-sigħat tax-xogħol tagħhom u dwar l-arranġamenti part-time – lin-nisa tkattrilhom l-opportunitajiet biex ikunu jistgħu jieħdu sehem attiv fis-settur tas-servizzi u tirfed l-ilħiq ta' bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol, dik tal-familja u dik privata, iżda li, min-naħa l-oħra, il-flessibbiltà jista' jkollha impatt negattiv fuq il-pagi u l-pensjonijiet tan-nisa u konsegwenzi negattivi għan-nisa impjegati, pereżempju nuqqas ta' kuntratti formali, sigurtà soċjali u sigurtà tal-impjieg; jinnota li tista' twassal ukoll biex min iħaddem ma jipprovdix kundizzjonijiet adegwati tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;
13. Jenfasizza l-importanza tax-“xogħol mid-dar”, li qed isir dejjem iżjed popolari; jirrimarka li iżjed minn 90 % tal-kumpaniji fil-Ġermanja u fl-Isvezja jaqsmu l-ġimgħa tax-xogħol tagħhom b'modi ġodda, u l-persunal jiġi ġġudikat fuq is-sigħat f'sena u mhux fil-ġimgħa u jippermettu li l-koppji miżżewġin jaqsmu l-impjiegi bejniethom;
14. Jissottolinja l-importanza li jkunu żgurati kundizzjonijiet ta' xogħol diċenti flimkien ma drittijiet rigward, fost l-oħrajn, standards tal-pagi, saħħa u sikurezza, aċċessibbiltà, prospetti tal-karriera, taħriġ addizzjonali, sigurtà soċjali sostenibbli u tagħlim tul il-ħajja;
15. Josserva li fl-2010 fl-UE l-proporzjon tal-popolazzjoni attiva tan-nisa b'kuntratt għal żmien definit kienet 14,5 %, ftit iktar minn dik tal-irġiel, li laħqet 13%;
16. Ifakkar, għal darb'oħra, li fl-Unjoni Ewropea n-nisa jaqilgħu medja ta' 16,4 % inqas mill-irġiel; jistqarr li n-nisa ma jirċevux l-istess paga fil-każijiet fejn għandhom l-istess impjiegi bħall-irġiel jew impjiegi tal-istess valur; jinnota li, f'każijiet oħra, ma jokkupawx l-istess impjiegi, minħabba l-persistenza tas-segregazzjoni vertikali u orizzontali tax-xogħol u minħabba l-inċidenza akbar ta' impjiegi part-time; jistieden, għaldaqstant, lill-Istati Membri, lil min iħaddem u lill-movimenti trejdjunjonistiċi biex ifasslu u jimplimentaw għodod utilizzabbli u speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-impjiegi biex jiddeterminaw xogħlijiet ta' valur indaqs biex jiżguraw li n-nisa u l-irġiel jitħallsu l-istess, u jinkoraġġixxi lill-kumpaniji jwettqu awditi annwali tal-pagi u jippubblikaw id-dejta f'ġieħ l-akbar tarsparenza u biex titnaqqas id-diverġenza fil-pagi bejn is-sessi; jirrrimarka li d-diverġenza fil-pagi bejn is-sessi spiss twassal għal diverġnza fil-pensjonijiet tal-irtirar, li tista' twassal biex in-nisa jsibu ruħhom taħt il-linja tal-faqar;
17. Jenfasizza, għalhekk, l-importanza li l-prinċipju ta' paga ugwali għan-nisa u l-irġiel fl-istess post tax-xogħol , kif minqux fl-Artikolu 157 tat-Trattat ta' Lisbona; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Mejju 2012 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali(8), u jtenni t-talba tiegħu għal rieżami tad-Direttiva 2006/54/EC sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar 2013;
18. Jinnota bi tħassib li l-parti l-kbira ħafna tal-pagi baxxi, u prattikament il-pagi l-aktar baxxi kollha, jirrigwardaw ix-xogħol part-time u li madwar 80% tal-foqra li jaħdmu huma nisa; jirrimarka li hemm ħtieġa għal miżuri konkreti biex jaħdmu kontra l-impjiegi prekarji fis-settur tas-servizzi, li jaffettwaw lin-nisa b'mod partikolari, u għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw strateġiji ħalli jikkombattu l-impjiegi prekarji;
19. Jasserixxi li prattika mifruxa mhux ħażin, minkejja li hija diskriminatorja, hija li l-irġiel u n-nisa jiġu allokati kategoriji okkupazzjonali differenti għall-istess xogħol jew għal xogħol tal-istess valur: fil-każ tas-servizzi ta' tindif, pereżempju, l-irġiel jinħatru bħala tekniċi tal-manutenzjoni, filwaqt li n-nisa jinħatru bħala awżiljari tat-tindif, sitwazzjoni li tintuża biex tiġġustifika pagi aktar baxxi għax-xogħol imwettaq min-nisa;
20. Jinnota li titjib fil-livell tal-edukazzjoni tan-nisa rarament ikun akkumpanjat minn pożizzjoni ogħla fil-ġerarkija tal-impjiegi jew titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol, b'tali mod li wieħed jista' jitkellem dwar l-eżistenza ta' sovrakwalifikazzjoni fost il-popolazzjoni tan-nisa;
21. Jinnota li, bi rbit max-xejra li qed tikber ta' nisa impjegati f'xogħol part-time u l-fatt li min iħaddem jippreferi jinvesti jinvesti f'ħaddiema b'kuntratti ta' xogħol permanenti, huwa ċar li n-nisa għandhom aċċess limitat għal firxa wiesgħa ta' korsijiet ta' taħriġ u taħriġ mill-ġdid, u b'hekk anqas opportunitajiet għall-iżvilupp professjonali;
22. Jenfasizza l-ħtieġa li l-ħaddiema kollha fis-settur tas-servizzi, b'attenzjoni għal dawk li jappartjenu għall-gruppi l-aktar vulnerabbli, ikollhom aċċess għal programmi permanenti ta' titjib tal-kompetenzi u tagħlim tul il-ħajja, sabiex itejbu l-opportunitajiet futuri tagħhom fis-suq tax-xogħol u jnaqqsu l-iżbilanċ bejn il-kompetenzi u d-dmirijiet ta' xogħol li dejjem jevolvu;
23. Jinnota l-livelli baxxi tal-parteċipazzjoni tan-nisa fit-taħriġ vokazzjonali fis-settur tas-servizzi fil-kuntest tat-tagħlim tul il-ħajja, u jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni dwar din il-kwistjoni;
24. Jenfasizza l-ħtieġa għal titjib tal-kompetenzi fil-każ ta' ħaddiema li huma akbar fl-età u ta' ġenituri li jidħu lura fis-suq tax-xogħol wara li jkunu għamlu żmien jieħdu ħsieb it-tfal jew qraba dipendenti;
25. Jirrimarka li fl-2010 waħda biss minn kull seba' membri tal-bordijiet tal-amministrazzjoni tal-kumpaniji Ewropej l-iktar importanti kienet mara (13,7 %) u li 3,4 % biss tal-bordijiet tal-amministrazzjoni tal-ikbar kumpaniji kellhom president mara;
26. Jenfasizza l-importanza li ssir ħidma sabiex iżjed nisa jidħlu fis-settur tar-riċerka, u jissottlonja li n-nisa jistgħu jieħdu rwol deċiżiv fl-iżvilupp ta' sistemi ġodda u innovattivi u prodotti u servizzi ġodda fis-settur tas-servizzi, b'mod partikolari minħabba l-fatt li, minkejja li n-nisa huma responsabbli għal 80 % tad-deċżjonijiet ta' xiri madwar id-dinja , il-parti l-kbira tal-prodotti jiddisinjawhom l-irġiel, inklużi 90 % tal-prodotti tekniċi; jemmen li aktar parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċessi tal-innovazzjoni għandha tiftaħ ukoll swieq ġodda u żżid il-kompetittività; jemmen ukoll li servizzi innovattivi huma essenzjali biex nilqgħu għall-isfidi tal-ġejjieni, b'mod partikolari ż-żieda fid-domanda għas-servizzi kkawżata minn popolazzjoni li qed tixjieħ, u jistgħu joħolqu opportunitajiet imtejba biex in-nies jgħixu u jaħdmu fi bliet kbar u żgħar u fi nħawi rurali fl-Unjoni kollha permezz tal-forniment ta' servizzi tajba ta' komunikazzjoni u ta' kummerċ;
27. Jissottolinja l-fatt li, peress li ħafna nisa jkomplu jagħżlu t-taħriġ tagħhom fis-settur tas-servizzi u b'hekk qed jibnu l-esperjenza kummerċjali u l-għarfien tagħhom tan-negozju, hemm ambitu wiesa' u potenzjal kbir għall-intraprenditorija tan-nisa; jemmen li sabiex l-isforzi biex titqawwa l-intraprenditorija u l-impriża fost in-nisa jkunu effikaċi, is-settur tal-produzzjoni jeħtieġ li jkollu kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk fis-settur tas-servizzi; jilqa' f'dan ir-rigward, il-proposta li l-mikrofinanza tiġi estiża bħala assi speċifika tal-Programm Għat-Tibdil Soċjali u l-Innovazzjoni, u jenfasizza l-importanza tal-mikrofinanza bħala strument ta' appoġġ għall-intraprendituri nisa u għall-persuni li jinsabu f'pożizzjoni vulnerabbli tas-suq tax-xogħol fis-settur tas-servizzi, u jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Inizjattiva għan-negozju soċjali” (COM(2011)0682), għax in-nisa b'mod partikolari qed jidħlu f'xogħol fis-settur tan-negozju soċjali;
28. Jinnota li, fis-settur tas-servizzi, in-nisa f'pożizzjonijiet maniġerjali x'aktarx jaħdmu l-aktar f'setturi bħad-distribuzzjoni tal-imnut u l-lukandi, għalkemm qed javvanzaw f'setturi anqas tradizzjonali bħall-assigurazzjoni u l-banek, u li, fil-parti l-kbira tal-każijiet, in-nisa huma maniġers ta' impriżi żgħar jew impriżi bla impjegati; josserva wkoll li, f'organizzazzjonijiet kbar, in-nisa normalment jilħqu pożizzjonijiet maniġerjali għoljin biss fl-oqsma inqas importanti tal-impriża, bħar-riżorsi umani u r-rwoli amministrattivi; iħeġġeġ lill-kumpaniji jagħmlu disponibbli għall-impjegati f'livelli minuri taħriġ regolari u jimplimentaw skemi effikaċi ta' appoġġ għall-maternità, il-paternità parentali;
29. Jitlob li jintemm is-saqaf tal-ħġieġ fis-settur pubbliku li lin-nisa jżommhom milli jilħqu pożizzjonijiet ta' responsabbiltà għolja; jinnota li s-settur pubbliku jeħtieġ li jkollu rwol eżemplari f'dan il-qasam;
30. Jenfasizza li n-nisa jirrappreżentaw proporzjon akbar mill-irġiel tal-ekonomija moħbija fis-settur tas-servizzi, sa ċertu punt peress li hemm aktar tnaqqis tar-regolazzjoni fis-setturi li tradizzjonalment jaħdmu fihom in-nisa, bħal pereżempju s-servizz domestiku jew xogħol ta' kura tal-persuni; jirrimarka, min-naħa l-oħra, li l-ekonomija informali kibret minħabba l-kriżi, minkejja li huwa diffiċli ħafna li dak li jkun jiddetermina d-daqs partikolari tagħha fin-nuqqas ta' dejta affidabbli dwar l-inċidenza u l-impatt tagħha;
31. Jilqa' d-dokument ta' ħidma tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir bl-isem “Dwar l-isfruttament tal-potenzjal tax-xogħol tas-servizzi personali u domestiċi” u jistieden lill-Istati Membri, lis-sħab soċjali u lil partijiet interessati oħra biex jilqgħu attivament l-istedina tal-Kummissjoni biex jidħlu f'diskussjoni dwar din il-kwistjoni;
32. Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw politiki maħsuba biex il-ħaddiema prekarji fl-ekonomija informali jsiru ħaddiema regolari, pereżempju bl-introduzzjoni ta' benefiċċji tat-taxxa u kupuni tas-servizzi; jitlob li jiġi żviluppat programm maħsub biex jeduka lill-ħaddiema fis-settur tas-servizzi dwar drittijiethom u li jippromwovi l-organizzazzjoni ta' dawn il-ħaddiema; jitlob li ittieħdu inizjattivi mmirati lejn min iħaddem u lejn il-pubbliku inġenerali biex iqajmu kuxjenza dwar l-effetti u l-impatti negattivi tax-xogħol irregolari prekarju, inklużi dawk dwar is-sikurezza okkupazzjoniali u s-saħħa;
33. Jitlob lill-Kummissjoni tordna studju indipendenti dwar l-effetti tal-liberalizzazzjoni tas-settur tas-servizzi tal-kura domestika fuq il-pożizzjoni u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema;
34. Huwa mħasseb dwar is-sitwazzjoni tal-ħaddiema nisa immigranti u mhux dikjarati fis-settur tas-servizzi, b'mod partikolari dawk impjegati fid-djar privati, minħabba li fil-maġġoranza l-kbira tagħhom dawn jaħdmu mingħajr kuntratt f'impjieg prekarju fis-servizz domestiku b'kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena, b'pagi sostanzjalment aktar baxxi minn dawk tal-ħaddiema dikjarati u bl-ebda tip ta' drittijiet soċjali; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa għal politiki xierqa li jiżguraw li l-ħaddiema migranti jkunu intitolati għad-drittijiet bażiċi tal-bniedem inkluż id-dritt għall-kura tas-saħħa, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, edukazzjoni u taħriġ, integrità morali u fiżika u ugwaljanza quddiem il-liġi; jistieden lill-Istati Membri jirrevedu l-politiki u l-prattiki nazzjonali biex jiffukaw iżjed fuq il-prattiki tar-reklutaġġ, l-aċċess għall-informazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u biex lil dawn il-ħaddiema jinkoraġġuhom jirrapurtaw kundizzjonijiet tax-xogħol abużivi bla riskju ta' kwalunkwe impatt fuq l-istatus tagħhom ta' residenza;
35. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jirratifikaw mingħajr dewmien il-Konvenzjoni Nru 189 tal-ILO dwar il-ħaddiema domestiċi, adottata mill-organizzazzjoni tripartitika fl-2011 bl-għan li tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għall-ħaddiema domestiċi u l-istess drittijiet bażiċi tax-xogħol bħal dawk disponibbli għall-ħaddiema l-oħra u li tappoġġja l-iżvilupp ta' settur formali tas-servizzi domestiċi u tal-kura;
36. Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw l-introduzzjoni ta' reġim speċjali għas-settur tas-servizz personali u domestiċi sabiex jiġi regolarizzat il-fenomenu mifrux tax-xogħol mhux iddikjarat - li jaffettwa b'mod partikolari lin-nisa - u b'hekk jiżguraw kundizzjonijiet ta' xogħol diċenti; Jistieden lill-Istati Membri jirrappurtaw dwar l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu kontra x-xogħol mhux iddikjarat fil-programmi ta' riforma nazzjonali tagħhom ippreżentati fl-istrateġija Ewropa 2020;
37. Jistieden lill-Istati Membri jadottaw politiki dwar l-integrazzjoni tal-ħaddiema vulnerabbli fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari l-ħaddiema b'ħiliet baxxi, qiegħda, il-ħaddiema żgħar u ikbar, nies b'diżabilità, dawk b'disturbi mentali jew gruppi minuri bħal ħaddiema migranti u Roma, permezz ta' gwida okkupazzjonali immirata u mfassla, taħriġ u programmi ta' apprendistat;
38. Jirrimarka li l-kriżi ekonomika u l-hekk imsejħa miżuri ta' awsterità wasslu għal tnaqqis fil-miżuri tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u huma ostakolu addizzjonali għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza tal-ġeneru, partikolarment f'dak li jirrigwarda t-telf tal-impjiegi, l-aċċess għal impjiegi ġodda u aktar insigurtà għan-nisa, li flimkien mal-fatt li r-rati tal-impjiegi tal-irġiel x'aktarx li terġa' tirkupra iktar malajr minn dik tan-nisa, qed ikollha riperkussjonijiet negattivi ħafna fuq in-nisa li jaħdmu fis-settur tas-servizzi u fuq il-karrieri u l-pensjonijiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tiġbor dejta dwar l-impatt tal-miżuri ta' awsterità fuq in-nisa fis-suq tax-xogħol, b'enfasi speċjali fuq is-settur tas-servizzi; jenfasizza l-ħtieġa l-interdipendenza bejn il-kwistjonijiet soċjali u dawk ekonomiċi tiġi rikonoxxuta aktar, minħabba li iżjed attenzjoni għall-kwistjonijiet soċjali saret prerekwiżit għat-trattament effikaċi tal-inugwaljanzi abbażi tal-ġeneru;
39. Jinnota li l-Ħames Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' April 2012 sab li 18 % tal-ħaddiema rrapportaw li ftit kellhom bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja; jenfasizza l-ħtieġa ta' politiki xierqa għall-bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u dik tax-xogħol u, b'mod partikolari, jappella għal aktar servizzi soċjali pubbliċi bla ħlas u ta' kwalità biex jipprovdu servizzi tal-kura tat-tfal u ta' dipendenti oħrajn b'mod li jkun kompatibbli mal-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol, dik tal-familja u dik privata, kemm f'żoni rurali kif ukoll f'dawk urbani; jenfasizza li l-provvista ta' faċilitajiet ta' kura tkompli tgħin biex tnaqqas il-faqar fost in-nisa billi tagħmilhielhom jaħdmu;
40. Jenfasizza l-fatt li l-parteċipazzjoni attiva u l-involviment tal-irġiel fil-miżuri ta' bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja, bħalma huwa x-xogħol part-time, huma kruċjali sabiex jintlaħaq dan il-bilanċ, għaliex kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel jistgħu jibbenefikaw minn politiki tal-impjiegi li huma favur il-familja u mill-qsim ugwali tax-xogħol mhux imħallas u tar-responsabbiltajiet tad-dar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni deċiżiva ta' politika kontra l-isterjotipi tal-ġeneru u jinkoraġġixxu lill-irġiel jieħdu sehem ugwali fir-responsabbiltajiet ta' kura u tad-dar, b'mod partikolari permezz ta' inċentivi biex l-irġiel jieħdu liv parentali u tal-paternità, u b'hekk isaħħu drittijiethom bħala ġenituri, jiżguraw grad ogħla ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u qsim aktar f'loku tar-responsabbiltajiet familjari u tax-xogħol tad-dar, u jtejbu l-opportunitajiet biex in-nisa jieħdu sehem sħiħ fis-suq tax-xogħol; jissuġġerixxi li l-Istati Membri għandhom japplikaw korrettament id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2010/18/EU(9) dwar il-liv tal-ġenituri, permezz ta' miżuri sew leġiżlattivi kif ukoll edukattivi rigward l-ugwaljanza tal-ġeneri;
41. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jadottaw pjan ta' azzjoni għall-ilħiq tal-miri ta' Barċellona rigward il-faċilitajiet tal-kura tat-tfal u jistabbilixxu skeda ta' żmien biex il-livelli ta' mira jogħlew progressivament;
42. Jinnota l-opportunitajiet limitati li n-nisa għandhom biex jadattaw għar-rekwiżiti tas-swieq tax-xogħol f'dinja moderna u globalizzata ferm, fejn l-attribwit ewlieni tal-ħaddiem huwa l-mobilità u l-faċilità li jiċċaqlaq biex jieħu post tax-xogħol lil hinn mill-post tar-residenza tiegħu, li fil-każ tan-nisa, li huma iżjed involuti fil-kura tat-tfal u tad-dar din hija spiss impossibbli, b'tali mod li ma jitħallewx jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet li joffri s-suq tax-xogħol;
43. Iħeġġeġ lill-Kunsill biex jiżblokka l-adozzjoni tal-emenda tad-Direttiva dwar il-Liv tal-Maternità billi jaċċetta l-flessibilità proposta mill-Parlament Ewropew sabiex l-Ewropa tkun tista' timxi “l quddiem rigward il-protezzjoni tad-drittijiet u t-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema tqal jew li għadhom kif welldu; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-protezzjoni tal-maternità u l-paternità billi jiġu miġġielda i) it-tkeċċija mill-impjieg matul jew wara t-tqala, ii) it-tnaqqis fis-salarju matul il-liv tal-maternità, u iii) it-tnaqqis fil-grad tal-impjieg jew tar-rimunerazzjoni meta l-persuna terġa” lura x-xogħol; jenfasizza li jeħtiġilna niżguraw li anke impjegati atipiċi fl-impriżi, bħal sostituti temporanji, ħaddiema li jaħdmu għal rashom u impjegati temporanji oħra għandhom ikunu jistgħu jasserixxu drittijiet f'livell li jirrifletti l-prestazzjoni tal-ħidma tal-individwu fil-perijodu qabel it-tqala u t-twelid, u li jiżgura l-akbar ugwaljanza possibbli ta' trattament fil-konfront tal-kollegi permanenti fis-settur ikkonċernat;
44. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, bir-rispett xieraq tal-prinċipju ta' sussidjarjetà u f'konsultazzjoni mas-sħab soċjali, jiżviluppaw strateġiji għad-definizzjoni ta' standards minimi fis-settur tas-sevizzi, inklużi kuntatti regolari u negozjar kollettiv, u jippruvaw jindirizzaw il-konsegwenzi negattivi tas-segregazzjoni orizzontali u vertikali;
45. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkunu miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa fis-settur tas-servizzi, b'mod partikolari l-vjolenza ekonomika, il-fastidju psikoloġiku u sesswali fuq il-post tax-xogħol, l-abbużi sesswali u t-traffikar tal-bnedmin;
46. Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tan-nisa (xogħol iebes u r-riskji li jġib miegħu kif ukoll l-ambjent tax-xogħol) fis-settur tas-servizzi jkunu konformi mad-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar Prinċipji u Drittijiet Fundamentali tax-Xogħol, adottata f'Ġunju 1998, u mal-konvenzjonijiet fundamentali speċifiċi tal-ILO;
47. Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri kontra l-abbuż mis-servizzi ta' kura personali, bħall-massaġġi u s-sawna, biex jaħbu servizzi ta' natura sesswali fejn dawn jingħataw bi sfurzar u taħt il-kontroll ta' netwerks ta' traffikar tal-bnedmin;
48. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu l-protezzjoni ta' drittijiet soċjali u tax-xogħol għan-numru kbir ta' ħaddiema mobbli fis-settur tas-servizzi, u biex jiġġieldu kull tip ta' sfruttament u r-riskju tal-esklużjoni soċjali filwaqt li jiżguraw li l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-ħaddiema tkun faċilment aċċessibbli; jenfasizza li l-mobilità għandha tkun volontarja;
49. Jinnota l-ħtieġa li jiġu promossi korsijiet ta' taħriġ inizjali u kontinwi għan-nisa, li għandhom ikunu wkoll immirati u koerenti mal-għan tal-iżvilupp tal-kompetenzi xjentifiċi u tekniċi meħtieġa għad-dħul fid-dinja tax-xogħol u għall-karriera;
50. Jirrimarka li, filwaqt li qed jiżdied l-għadd ta' nisa li jużaw il-kompjuters u l-Internet b'mod elementari, il-qasma diġitali rigward tal-ħiliet għadha wiesgħa ħafna, fatt li lin-nisa jirrestrinġilhom l-aċċess u l-użu tat-teknoloġiji tal-infoamrzzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs), u b'hekk itellfilhom il-kapaċità li jfittxu u jsibu xogħol kwalifikat u, konsegwentement, jintensifika l-inugwaljanzi fid-djar, fil-komunitajiet, fis-swieq tax-xogħol u fl-ekonomija inġenerali; jitlob, għalhekk, li jsiru sforzi biex jippromwovu l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-użu tat-teknoloġiji l-ġodda billi jingħatalhom aċċess prijoritarju għal korsijiet ta' taħriġ b'xejn; jistieden lill-Istati Membri u lir-Reġjuni sabiex ifasslu korsijiet ta' taħriġ b'xejn fl-informatika permezz ta' proġetti ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewrepew (FSE), biex b'hekk in-nisa jingħataw il-possibbiltà li jiksbu kompetenzi tekniċi ġodda fl-oqsma tat-teknoloġiji ġodda u l-informatika li jwasslu għal opportunitajiet akbar ta' impjieg tan-nisa fis-settur tas-servizzi; jistieden lill-gvernijiet jimplimentaw politiki (bħal kampanji ta' promozzjoni u boroż ta' studju speċifiċi) immirati biex iżidu r-reġistrazzjoni tal-istudenti femminili f'korsijiet tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;
51. Jitlob li jsir djalogu soċjali b'saħħtu u l-involviment tar-rappreżentanti ta' min iħaddem u tal-ħaddiema fl-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-UE fil-qasam tas-settur tas-servizzi fir-rigward tal-ħarsien tad-drittijiet soċjali u tax-xogħol, il-benefiċċji tal-qgħad u d-drittijiet rappreżentattivi;
52. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
– wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2011 bit-titolu “L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2012” (COM(2011)0815),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2011 bit-titolu:“L-Edukazzjoni u t-Taħriġ f'Ewropa intelliġenti, sostenibbli u inklussiva” (COM(2011)0902),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 dwar “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2010 dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ(1),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”)(2),
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2011 bit-titolu “Żgħażagħ f'Moviment” – il-promozzjoni tal-mobilità fit-tagħlim taż-żgħażagħ(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra t-tluq kmieni mill-iskola(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar it-tagħlim fl-ewwel snin tat-tfulija fl-Unjoni Ewropea(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-kompetenzi ewlenin għal dinja li qed tinbidel: l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-għoti ta' tagħlim tul il-ħajja għat-tagħrif, il-kreattività u l-innovazzjoni – l-implimentazzjoni tal-“Programm ta' ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010”(7),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kummissjoni għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0247/2012),
A. billi, minkejja xi titjib fl-edukazzjoni u t-taħriġ, għall-maġġoranza tal-popolazzjoni tal-UE it-tagħlim tul il-ħajja (TTĦ) għadu m'huwiex realtà, u ċerta indikaturi huma, fil-fatt, inkwetanti, billi, flimkien mal-edukazzjoni ġenerali u t-taħriġ vokazzjonali, l-importanza tal-edukazzjoni adulta formali u mhux formali għandha tiġi enfasizzata wkoll;
B. billi l-istrateġiji tat-TTĦ huma l-bogħod milli jiġu implimentati għal kollox f'ħafna Stati Membri, għalkemm huma parti ewlenija tal-istrateġija tal-UE 2020;
C. billi l-politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ jeħtieġ li jipprovdu opportunitajiet ta' TTĦ għal kulħadd, irrispettivament mill-età, diżabilità, sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, orjentament sesswali, sfond lingwistiku u soċjo-ekonomiku tal-individwu;
D. billi opportunitajiet ta' tagħlim li huma limitati u mhux imfassla sew għadhom jippersistu għal nies li ġejjin minn gruppi differenti; u billi kemm il-popli indiġeni kif ukoll il-gruppi lingwistiċi u kulturali minoritarji għandhom ikunu jistgħu jsegwu t-tagħlim bil-lingwa materna tagħhom;
E. billi t-tkabbir ekonomiku għandu jkun ibbażat, bħala suġġett ta' prijorità, fuq l-edukazzjoni, it-tagħrif, l-innovazzjoni u l-politiki soċjali adattati sabiex l-UE toħroġ mill-kriżi attwali, u huwa importanti li jiġu implimentati l-politiki f'din l-isfera fl-istrateġija ta' struttura tal-UE 2020 b'mod tajjeb u sħiħ sabiex tgħaddi minn dan il-perjodu kruċjali;
F. billi l-Istati Membri għandhom responsabbiltà pubblika għat-tħejjija ta' politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u billi dawn l-oqsma jeħtieġu allokazzjonijiet pubbliċi xierqa biex jiġi żgurat l-aċċess ugwali għall-edukazzjoni mingħajr diskriminazzjoni soċjali, ekonomika, kulturali, razzjali jew politika;
G. billi l-miżuri ta' awsterità, u t-tnaqqis konsegwenti fil-baġit għas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE, ipoġġu f'periklu wieħed mill-motivaturi ewlenin ta' koeżjoni u tkabbir u jnaqqas l-objettiv ta' stabbiliment ta' ekonomija bbażata fuq l-għarfien fl-Ewropa;
H. billi l-Istati Membri jeħtieġ li jkomplu jaħdmu flimkien u jagħmlu skambju tal-aħjar prattiki sabiex imexxu “l quddiem is-sistemi nazzjonali tagħhom tal-edukazzjoni u t-taħriġ;
I. billi n-nuqqas suffiċjenti ta' tagħrif tal-lingwa jkompli jkun ostaklu enormi għall-mobilità għall-fini ta' edukazzjoni u taħriġ;
J. billi strateġija ta' edukazzjoni u taħriġ ta' suċċess għandha timmira wkoll li tgħammar lill-istudenti b'ħiliet u kompetenzi neċessarji għall-iżvilupp personali u ċ-ċittadinanza attiva;
K. billi t-TTĦ għandu ġenwinament ifisser tul il-ħajja fil-kuntest demografiku attwali, u billi għandna nkomplu nieħdu konsiderazzjoni aħjar tal-potenzjal tat-tagħlim akkumulat minn persuni ta' età akbar;
L. billi l-kompetenzi fit-teknoloġiji l-ġodda jiffaċilitaw l-objettivi tat-Tagħlim Tul il-Ħajja (TTĦ) b'mod sinifikanti;
M. billi t-TTĦ huwa proċess kontinwu ta' tagħlim u għandu jibqa' għaddej tul il-ħajja kollha ta' persuna, minn edukazzjoni ta' kwalità għal tfal ta' età bikrija sal-età ta' wara x-xogħol;
N. billi t-tfal kollha jiġu pprovduti b'faċilitajiet u edukazzjoni ta' kwalità għal tfal ta' età bikrija huma ta' investiment fil-futur u jipprovdu benefiċċju kbir kemm għall-individwu kif ukoll għas-soċjetà;
O. billi t-Tluq Bikri mill-Iskola (ESL) għandu konsegwenzi serji kemm għall-individwu kif ukoll għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-UE;
P. billi għandha tiġi kkunsidrata aktar innovazzjoni fil-qasam tal-għotjiet tal-istudenti fl-istadju tal-edukazzjoni ta' qabel id-dħul fl-università;
Q. billi l-aċċessibbiltà għall-edukazzjoni u t-taħriġ hija sfida kruċjali wkoll biex tikkontribwixxi aktar għall-inklużjoni soċjali, il-koeżjoni u l-ġlieda kontra l-faqar;
R. billi l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali jeħtieġ li jikkoperaw biex jindirizzaw b'suċċess l-isfidi li l-Ewropa attwalment qed tiffaċċja;
1. Jinnota l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq dwar “Edukazzjoni u Taħriġ f'Ewropa intelliġenti, sostenibbli u inklussiva”;
2. Ifakkar li, qabel il-kriżi attwali, il-prestazzjoni tal-Istati Membri f'termini ta' parteċipazzjoni tal-gruppi kollha ta' età fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fit-TTĦ kien wieħed varjat ħafna u l-medja ġenerali tal-UE baqgħet lura meta mqabbla ma' medji internazzjonali;
3. Jirrimarka illi wħud mill-Istati Membri għaddew minn tnaqqis konsegwenti fil-baġit għall-edukazzjoni u t-taħriġ fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika attwali, iżda jemmen li dawk l-investimenti bl-ikbar valur strateġiku għandhom jiġu protetti u anke miżjuda. jenfasizza illi l-qafas finanzjarju multiannwali tal-Unjoni jantiċipa li l-edukazzjoni u s-setturi relatati se jottjenu l-ogħla żieda perċentwali taħt il-baġit fit-tul tal-UE;
4. Jindika l-bżonn li tiġi approvata ż-żieda fil-baġit iddedikat għas-setturi tal-edukazzjoni u għas-setturi relatati taħt il-qafas finanzjarju multiannwali; jitlob lill-Istati Membri sabiex jadottaw l-istrateġiji tagħhom tat-TTĦ, b'ammonti adattati ta' riżorsi finanzjarji bħala l-aqwa għodda possibbli disponibbli biex jintlaħqu l-objettivi elenkati fl-istrateġija tal-ET 2020;
5. Jenfasizza li l-ispejjeż ekonomiċi tal-konsegwenzi tan-nuqqas ta' rendiment edukattiv, li jinkludi t-tluq mill-iskola u inugwaljanzi soċjali fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-impatt tagħhom fuq l-iżvilupp tal-Istati Membri, huma iktar għoljin b'mod sinifikanti mill-ispejjeż tal-kriżi finanzjarja, u l-Istati Membri diġa' qed iħallsu qares sena wara sena;
6. Jitlob lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lin-nefqiet fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fiż-żgħożija, fit-tagħlim tul il-ħajja, fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fid-diversità kulturali u lingwistika, li huma investimenti għal tkabbir u bilanċ ekonomiku fil-futur, u fl-istess ħin jiggarantixxu l-valur miżjud ta' dan l-investiment; itenni, f'dan ir-rigward, it-talba li jiġi mmirat investiment totali ta' mill-anqas 2 % tal-PDG fl-edukazzjoni għolja, kif rakkomandat mill-Kummissjoni fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u l-Imjiegi, bħala l-mimimu meħtieġ għall-ekonomiji bbażati fuq l-għarfien;
7. Ifakkar li sabiex ikunu kompetittivi mal-abbiltajiet globali ġodda fil-futur l-Istati Membri huma rikjesti sabiex jiksbu l-objettivi bażiċi tal-Ewropa 2020 li, fil-qasam tal-edukazzjoni, jistgħu jiġu espressi li jilħqu 3 % f'investimenti għar-riċerka, li jiżdiedu għall-40 % fin-numru taż-żgħażagħ b'edukazzjoni universitarja, u jirriduċu dawk li jitilqu kmieni mill-iskola għal inqas minn 10 %;
8. Ifakkar l-importanza tar-riċerka fil-qafas tal-istrateġija ambizzjuża għall-edukazzjoni u t-taħriġ; għalhekk, jistaqsi, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jerġgħu jinforzaw l-azzjonijiet tagħhom bil-għan li jżidu n-numru taż-żgħażagħ li jidħlu f'dan il-qasam;
9. Ifakkar li hemm bżonn tingħata fokus speċjali liż-żgħażagħ, wieħed għandu jżomm f'moħħu li r-rata tal-qgħad fl-UE żdiedet għal iktar minn 20 %, bl-ogħla valur jeċċedi l-50 % f'diversi Stati Membri jew diversi reġjuni, u li ż-żgħażagħ, partikolarment dawk iż-żgħażagħ li huma l-inqas kwalifikati, huma partikolarment milquta ħażin fil-kriżi attwali; jenfasizza b'mod partikolari, l-effetti negattivi tal-programmi ta' awsterità f'termini ta' qgħad fost iż-żgħażagħ f'xi Stati tal-UE, speċjalment dawk fin-nofsinhar tal-Ewropa, li jwassal, per eżempju, għal-eżodu ta' mħuħ sinifikanti lejn pajjiżi oħra, inklużi l-pajjiżi ta' barra mill-UE; ifakkar ukoll li wieħed minn kull sebat itfal tal-iskola fil-ġurnata tal-lum (14.4 %) iħalli s-sistema tal-edukazzjoni b'mhux iżjed minn edukazzjoni sekondarja baxxa u ma jipparteċipax f'edukazzjoni jew taħriġ ieħor;
10. Jinnota l-eżistenza tas-sistemi ta' taħriġ vokazzjonali doppji f'xi wħud mill-Istati Membri li jassiguraw għaqda bejn it-teorija u l-prattika u jippermettu dħul aħjar fid-dinja tax-xogħol iktar minn forom ta' taħriġ purament ibbażati għall-iskejjel;
11. Jipproponi li l-Istati Membri jnaqqsu l-investimenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ mill-kalkolazzjoni tad-defiċit nazzjonali tal-patt fiskali billi huma kkunsidrati li jkunu motivaturi ewlenin għall-irkupru sod skont l-objettivi tal-UE 2020;
12. Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jagħmlu sforzi akbar sabiex jelaboraw politiki dwar iż-żgħażagħ li huma iktar ċari, aktar immirati għall-politiki taż-żgħażagħ fil-livell tal-UE li huma adattati għall-isfidi ġodda tas-soċjetà; il-ġenerazzjoni attwali taż-żgħażagħ tħoss li mhux se jirnexxilha tikseb l-istess livell ta' prosperità bħalma kisbet il-ġenerazzjoni ta' qabel;
13. B'mod partikolari, jitlob lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw miżuri mmirati lejn iż-żgħażagħ li huma probabbli li jitilqu mill-iskola kmieni jew li m'humiex fl-edukazzjoni, fit-taħriġ jew fl-impjieg, sabiex joffrulhom tagħlim ta' kwalità u jipprovduhom b'taħriġ u bi skemi ta' garanzija għaż-żgħażagħ, sabiex ikunu jistgħu jiksbu l-abbiltajiet u l-esperjenza li għandhom bżonn biex jidħlu fl-impjieg, u sabiex jiffaċilitaw ir-ritorn ta' wħud minnhom fis-sistema edukazzjonali; jitlob, fl-istess ħin, għall-attenzjoni speċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fl-edukazzjoni terzjarja, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-diversità fis-sistemi edukattivi nazzjonali; jitlob lill-Istati Membri sabiex jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jiżguraw li ż-żgħażagħ jistgħu jiksbu esperjenza ta' xogħol reali u jidħlu malajr fis-suq tax-xogħol; jenfasizza li l-iskemi ta' taħriġ għandhom ikunu relevanti għall-istudji u jifformaw parti mill-kurrikulu;
14. Jirrimarka li l-kapaċità għall-impjieg taż-żgħażagħ huwa partikolarment f'riskju fil-perjodu ta' kriżi; jenfasizza l-importanza li ssir osservazzjoni ta' kemm iż-żgħażagħ gradwati jottjenu impjieg malajr u adattat għall-edukazzjoni u t-tagħrif tagħhom wara li jlestu l-edukazzjoni, u li ssir analiżi, abbażi ta' din l-informazzjoni, tal-kwalità tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u tal-bżonn u l-possibiltà li jsiru aġġustamenti;
15. Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jaħdmu b'mod konsistenti fuq l-introduzzjoni, l-implimentazzjoni u iktar żvilupp fis-Sistema Ewropea ta' Kreditu għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, il-Europass u l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki;
16. Jenfasizza li ż-żgħażagħ għandhom rwol importanti x'jilagħbu fil-kisba tal-miri ewlenin tal-UE għall-2020 fir-rigward tal-impjieg, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-klima u l-enerġija, l-edukazzjoni u l-ġlieda kontra l-faqar;
17. Jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni informali u mhux formali għall-iżvilupp tal-valuri, l-ħiliet u l-kompetenzi, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ, kif ukoll għat-tagħlim dwar iċ-ċittadinanza u l-involviment demokratiku; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura appoġġ, inkluż appoġġ finanzjarju, għall-edukazzjoni informali u mhux formali fil-qafas tal-programmi ġodda tal-edukazzjoni u taż-żgħażagħ, kif ukoll taċ-ċittadinanza;
18. Jitlob lill-universitajiet sabiex iwessgħu l-aċċess għat-tagħlim, u jimmodernizzaw il-kurrikulu tagħhom biex jindirizzaw sfidi ġodda, sabiex jgħollu fil-grad l-abbiltajiet tal-popolazzjoni Ewropea, mingħajr ma jsejjħu in kwistjoni in-nuqqas akkademiku f'termini li jwasslu t-tagħrif, u jżommu f'moħħhom li l-bidla demografika hija realtà fl-Ewropa li ma tistax tiġi miċħuda; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-appoġġ u r-rikonoxximent tal-edukazzjoni mhux formali u t-tagħlim informali;
19. Jinkoraġixxi d-djalogu bejn il-partijiet interessati privati, partikolarment l-SMEs u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja/universitajiet sabiex jippromwovu l-akkwist mill-istudenti tal-għarfien u l-ħiliet biex jiffaċilitaw id-dħul tagħhom fis-suq tax-xogħol; ifakkar lil min iħaddem dwar l-importanza tal-inizjazzjoni fil-ħidma, billi din tippromwovi l-aġġustament taż-żgħażagħ fil-ħajja tax-xogħol;
20. Ifakkar li l-kreattività hija element essenzjali tal-ekonomija l-ġdida bbażata fuq l-għarfien; jenfasizza li s-settur tal-kreattività jagħti kontribut b'saħħtu u dejjem jikber lill-ekonomija, li jammonta għal 4.5% tal-PDG tal-UE u għal 8.5 miljun impjieg;
21. Jikkunsidra s-sinerġija bejn il-provvista tax-xogħol u l-kapaċità ta' assorbiment tas-suq tax-xogħol bħala essenzjali;
22. Jenfasizza l-irwol essenzjali li jilgħabu s-servizzi pubbliċi tal-impjieg fit-twettieq tal-politiki ta' assistenza u ta' pariri għal min ikun qed ifittex impjieg, b'mod partikolari għall-għajnuna fit-tfittxija tax-xogħol u tat-taħriġ. jenfasizza li numru dejjem jiżdied ta' dawn li qed ifittxu x-xogħol għandhom jirċievu taħriġ adegwat li jiffaċilitalhom ir-ritorn tagħhom fis-suq tax-xogħol, u għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jagħmlu disponibbli dawn ir-riżorsi neċessarji;
23. Jenfasizza l-importanza kritika li jiġi ffaċilitat l-aċċess għat-TTĦ għall-persuni b'diżabilità, mhux biss permezz tal-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' programmi mmirati iżda wkoll permezz ta' integrazzjoni tad-diżabilità fil-programmi kollha li huma intenzjonati għall-pubbliku ġenerali; attenzjoni partikolari għandha tingħata, f'dan ir-rigward, għar-rabta bejn id-diżabilità u t-TTĦ sabiex jipprevenu l-esklużjoni soċjali u tiġi msaħħa ġenwinament il-pożizzjoni ta' dawk b'diżabilità fis-suq tax-xogħol, billi, skont l-istudji kollha relevanti, il-livell tal-edukazzjoni ta' dawk b'diżabilità huwa taħt il-medja filwaqt li l-grad tagħhom ta' parteċipazzjoni fil-programmi in kwistjoni huwa baxx ħafna;
24. Ifakkar li min iħaddem għandu responsabbiltà ewlenija biex jagħmel it-TTĦ realtà għal kulħadd, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-ugwaljanza bejn is-sessi; jinkoraġixxi lil min iħaddem sabiex jiġi ffaċilitat t-taħriġ kontinwu matul il-karriera tal-ħaddiema billi tingħata iktar viżibilità lid-dritt għat-taħriġ, billi jiġi żgurat li t-taħriġ huwa disponibbli għall-ħaddiema kollha u billi jingħata kreditu proprju għat-taħriġ fis-servizz, b'hekk ikun possibbli għal aktar speċjalizzazzjoni u jiġu kkreati opportunitajiet għall-avvanz fil-karriera;
25. Jitlob għal sforzi akbar sabiex tiġi stabbilita u implimentata sistema Ewropea għaċ-ċertifikazzjoni u r-rikonoxximent tal-kwalifiki, tat-tagħlim formali u mhux formali, li jinkludu servizz volontarju, sabiex jiġu msaħħa l-għaqdiet vitali bejn it-tagħlim mhux formali u l-edukazzjoni formali, kif ukoll tiġi mtejba l-mobilità nazzjonali u transkonfinali tal-edukazzjoni u tas-suq tax-xogħol;
26. Jinnota d-disparità kbira bejn l-edukazzjoni nazzjonali u s-sistemi ta' taħriġ u, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jirrakkomanda li r-rapport dwar il-progress għandu jkun akkompanjat minn manwal għal kull Stat Membru individwali li jinkludu rakkomandazzjonijiet ta' kif il-politiki eżistenti jistgħu jiġu mtejba u s-sistemi nazzjonali tal-edukazzjoni żviluppati;
27. Jitlob għall-dimensjoni esterna tal-politiki tal-UE biex jiġu mkabbra permezz ta' djalogu tal-politika intensifikata u permezz ta' kooperazzjoni dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ bejn l-Unjoni u l-imsieħba internazzjonali tagħha u pajjiżi ġirien, li timmira li (a) tirrifletti l-interdipendenzi ekonomiċi, soċjali u politiċi li qed jiżdiedu, (b) tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni esterna tal-Ewropa 2020, u (c) tappoġġja l-istabilità, il-prosperità u opportunitajiet ta' mpjieg aħjar għaċ-ċittadini tal-pajjiżi msieħba, u fl-istess ħin tiżviluppa strumenti aħjar biex tiġi mmaniġjata u ffaċilitata l-migrazzjoni tal-ħiliet lejn l-Ewropa, b'hekk jiġu bbilanċjati n-nuqqas ta' ħiliet u l-qsim li huma riżultat tal-iżviluppi demografiċi fl-Ewropa;
28. Ifakkar li, bħala atturi fis-suq globali tal-edukazzjoni, is-sistemi tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV) għandhom bżonn li jkunu konnessi mad-dinja wiesgħa sabiex jibqgħu aġġornati u kompetittivi, u għandhom bżonn ikunu iktar kapaċi li jattrattaw studenti minn pajjiżi oħra terzi u Ewropej, u jipprovduhom b'edukazzjoni u taħriġ kif ukoll jagħmluha faċli li jirrikonoxxu l-abbiltajiet tagħhom; jenfasizza li bidla demografika u migrazzjoni internazzjonali jagħmlu dawn il-punti iktar relevanti;
29. Jenfasizza li, għalkemm qed jitfaċċa qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-objettiv li jitneħħew l-ostakli għall-mobilità għadu ma nkisibx, u l-mobilità tal-istudenti fl-ETV għadha baxxa; jenfasizza li billi tiżdied sostanzjalment il-mobilità transnazzjonali tal-istudenti u l-għalliema tal-ETV, u jiġu rikonoxxuti l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li jkunu akkwistaw minn barra l-pajjiż, ikunu sfidi importanti għall-futur, u li l-proviżjoni ta' informazzjoni u l-gwida aħjar huma bżonnjużi wkoll biex jattiraw aktar studenti barranin lejn is-sistemi tal-ETV tagħna;
30. Jiddispjaċih li l-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “L-Edukazzjoni u t-Taħriġ f'Ewropa intelliġenti, sostenibbli u inklussiva” ma tagħtix kopertura adegwata lill-kwistjoni tal-iżvilupp bikri tal-iskola, partikolarment lid-dimensjoni lingwistika tagħha, minkejja l-fatt li tikkonsisti f'objettivi bażiċi tal-istrateġija tal-“Ewropa 2020”; jemmen li dan l-istadju tal-edukazzjoni għandu jiġi meqjus bħala l-iktar kruċjali għall-akkwist tal-edukazzjonu futura tal-individwu u l-iżvilupp personali u soċjali; jemmen li t-tfal se jibbenefikaw minn edukazzjoni bikrija li hija mmirata biex tkabbar il-ħiliet motoriċi u soċjali kif ukoll tippromwovi t-tkabbir emozzjonali bbilanċjat filwaqt li fl-istess ħin tistimula l-kurżità intellettwali;
31. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinkoraġixxi u tgħin lill-Istati Membri jpoġġu f'posthom il-miżuri biex jassistu t-tfal fil-mogħdijiet edukattivi ġenwini, minn età bikrija ħafna;
32. Jemmen bis-sħiħ li l-investiment fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (EKBT), mfassla b'mod xieraq għall-perjodu ta'sensittività u l-livell ta' maturità ta' kull grupp fil-mira, iġġib ritorni akbar milli jiġi investit f'xi stadju ieħor tal-edukazzjoni; jirrimarka li ġie ppruvat li l-investiment fis-snin bikrin tal-edukazzjoni jirriduċi l-ispejjeż futuri; jemmen ukoll li s-suċċess tal-edukazzjoni f'kull livell jiddependi minn għalliema li huma mħarrġa sew, u mit-taħriġ professjonali tagħhom li qed javvanza kontinwament, u l-investiment suffiċjenti huwa għalhekk bżonnjuż fit-taħriġ tal-għalliema;
33. Jenfasizza l-bżonn għall-kura professjonali tat-tfal sabiex tindirizza l-iżvilupp soċjali tat-tfal, partikolarment tfal f'familji li qed jesperjenzaw diffikultajiet soċjali;
34. Jenfasizza l-bżonn li kulħadd jakkwista ħiliet eċċellenti tal-lingwa minn eta' bikrija ħafna, li tkopri mhux biss il-lingwi uffiċjali tal-UE imma wkoll il-lingwi reġjonali u dawk fil-minoranza, għax dawn jippermettu lin-nies sabiex ikunu iktar mobbli, jagħtuhom aċċess ikbar għas-suq tax-xogħol u jżidu l-opportunitajiet għall-istudju b'mod sinifikanti, filwaqt li jservu biex jippromwovu skambji interkulturali u koeżjoni akbar Ewropea;
35. Jenfasizza li huwa neċessarju li tiġi inkoraġġuta l-mobilità għat-tagħlim tal-lingwi sabiex jiġi akkwistat l-objettiv li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu jafu tal-inqas żewġ lingwi minbarra l-lingwa materna tagħhom;
36. Jinnota l-bżonn li jinbeda l-akkwist tal-lingwi qabel il-bidu tal-iskola, u jilqa' inizjattivi li jippermettu lill-istudenti li jitgħallmu l-lingwa nattiva fil-forma miktuba u mitħaddta bħala suġġett elettiv fl-iskola, b'hekk jakkwistaw ħiliet addizzjonali;
37. jemmen li huwa vitali li tiġi promossa l-mobilità permezz ta' programmi ambizzjużi tal-kommunità għall-edukazzjoni u l-kultura, b'mod partikolari permezz ta' tibdiliet ta' għalliema, studenti u tfal, u speċjalment fis-settur tal-lingwa, sabiex jiġi promossi ċ-ċittadinanza attiva u l-valuri Ewropej kif ukoll ħiliet tal-lingwa u ħiliet u kompetenzi oħra ta' valur;
38. Jinkoraġixxi lill-Kummissjoni sabiex tagħti l-appoġġ tagħha lill-iżvilupp tas-soluzzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ li faċilment jistgħu jiġu adattati fir-rigward tal-lingwi u t-termini tekniċi, u dawn jikkreaw l-mobilità fis-setturi li huma affettwati l-inqas permezz tal-fenomenu tal-multilingwiżmu;
39. Jirrikonoxxi l-kontribuzzjoni importanti tas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet tal- 2012, u jfakkar kemm huwa importanti għall-UE li ċ-ċittadini tagħha jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw fit-tagħlim, fil-forom kollha tagħha, aktar tard fil-ħajja, u li jinvolvu studenti akbar fl-età fi djalogu ma' professjonisti li jaħdmu fis-servizzi li jipprovdu u jappoġġaw it-tagħlim;
40. Ifakkar li l-programm Grundtvig jimmira sabiex jgħin sabiex jiżviluppa s-settur tal-edukazzjoni adulta kif ukoll jawtorizza iktar nies sabiex jipparteċipaw fl-esperjenzi ta' tagħlim; jirrimarka li huwa jiffoka fuq it-tagħlim u l-bżonnijiet tal-istudju tal-istudenti li jieħdu l-edukazzjoni tat-tagħlim għall-adulti u l-korsijiet “alternattivi” tal-edukazzjoni, kif ukoll dwar l-organizzazzjonijiet li jwasslu dawn is-servizzi; jitlob lill-Istati Membri sabiex itejbu l-kwalità tal-edukazzjoni offruta minn – u biex irawmu l-kooperazjoni bejn – organizzazzjonijiet tat-tagħlim għall-adulti;
41. Jenfasizza l-bżonn li jiġu promossi l-għodod Ewropej eżistenti, partikolarment l-Fondi Strutturali għat-taħriġ;
42. Jenfasizza li t-tagħlim fost l-adulti jestendi lilhinn mill-attivitajiet relatati mal-impjieg li jinkludu l-avvanz tal-ħiliet personali, ċiviċi u soċjali permezz tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ formali matul il-ħajja, kif enfasissat mill-programm tat-TTĦ;
43. Jirrikonoxxi l-impatt pożittiv tal-attivitajiet tal-persuni adulti fuq is-soċjetà in ġenerali, promossi mill-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li huma mwettqa għas-sodisfazzjon personali jew kuntatt soċjali;
44. Jenfasizza l-bżonn għal statistika dwar it-TTĦ li tkopri l-età minn 65 sena “l fuq; jirrimarka li bl-età ta' rtirar li qed tiżdied f'ħafna mill-pajjiżi tal-UE, u bin-nies jaħdmu iktar tard fil-ħajja, huwa neċessarju li jitqies it-tibdil fil-popolazzjoni li jaqa” “l barra mill-kategorija tal-età;
45. Jirrikonoxxi l-irwol li l-isport għandu fl-edukazzjoni u t-taħriġ, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri sabiex iżidu l-investimenti fl-isports, u jippromwovu l-attivitajiet sportivi fl-iskejjel, sabiex jinkoraġixxu l-integrazzjoni u jikkontribwixxu għall-iżvliupp tal-valuri pożittivi fost iż-żgħażagħ Ewropej;
46. Jenfasizza li t-taħriġ tal-plejers f'livell lokali huwa fundamentali għall-iżvilupp sostenibbli u l-irwol tas-soċjetà fl-isport, u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-korpi li jirregolaw l-isports sabiex jinkoraġixxu lill-klabbs li jinvestu fl-edukazzjoni u t-taħriġ tal-plejers żgħażagħ lokali permezz ta' miżuri li jistabbilixxu numru minimu ta' plejers lokali imħarrġa fi skwadra tat-tim, u jinkoraġixxihom biex jimxu “l quddiem;
47. Jinkoraġixxi lill-Istati Membri li jikkonsidraw l-possibilità li jintroduċu sistema iktar wiesgħa ta' għotjiet żgħar, b'minimu ta' burokrazija żejda, għall-istudenti fl-istadju tal-edukazzjoni qabel id-dħul fl-università li jkunu ffaċjati minn diffikultajiet finanzjarji, sabiex jinkoraġġuhom biex jibqgħu fl-edukazzjoni, u b'hekk jikkontribwixxu għall-eliminazzjoni tan-nuqqas ta' ugwaljanza u jassiguraw opportunitajiet akbar ta' tagħlim għal kulħadd;
48. Jemmen li għandu jsir sforz akbar biex tiġi indirizzata d-disparità bejn l-irġiel u n-nisa li jiggradwaw bi gradi fis-suġġetti STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika), hekk kif jidher bil-fatt li 20 % biss tal-gradwati tal-inġinerija huma nisa;
49. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Id-distribuzzjoni onlajn ta' xogħlijiet awdjoviżivi fl-UE
361k
115k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2012 dwar id-distribuzzjoni onlajn ta' xogħlijiet awdjoviżivi fl-Unjoni Ewropea (2011/2313(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali adottata mill-Organizzazzjoni Edukattiva, Xjentifika u Kulturali tan-Nazzjonijiet Uniti (Unesco) fl-20 ta' Ottubru 2005,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li fuq il-bażi tiegħu s-setturi kulturali u kreattiva jagħtu kontribut sinifikanti għall-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni, inklużi r-razziżmu u l-ksenofobija,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dipożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-fornimant ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li fuq il-bażi tiegħu jeħtieġ li tkun garantita l-protezzjoni tad-dejta personali,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007)(2),
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar il-patrimonju ċinematografiku u l-kompetittività ta' attivitajiet industrijali relatati(3),
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Awwissu 2006 dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibilità onlajn tal-materjal kulturali u l-preżervazzjoni diġitali(4),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummisjsoni tat-3 ta' Marzu 2010 bl-isem “Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Awwissu 2010 bl-isem: “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (COM(2010)0245),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar l-isfruttar tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi(5),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0262/2012),
A. billi l-era diġitali, mill0istess natura tagħha, toffri opportunitajiet kbar għall-ħolqien u t-tqassim tax-xogħolijiet, imma tippreżenta wkoll sfidi enormi;
B. billi l-progress tas-suq b'ħafna modi ħoloq it-tkabbir meħtieġ u l-kontenut kulturali f'konformità mal-għanijiet tas-suq uniku;
C. billi illum jeżisti iżjed kontenut għall-konsumatur minn qatt qabel;
D. billi huwa essenzjali li s-settur awdjoviżiv Ewropew isir aktar kompetittiv filwaqt li jappoġġja s-servizzi onlajn u jippromwovi wkoll iċ-ċiviltà, id-diversità lingwistika u kulturali u l-pluraliżmu tal-midja tal-Ewropa;
E. billi d-dritt tal-awtur huwa strument legali vitali li jagħti ċertu drittijiet esklussivi lid-detenturi tad-drittijiet u jħares dawn id-drittijiet, u jippermetti li l-industriji kulturali u kreattivi jikbru u jgawdu minn prosperità finanzjarja filwaqt li jgħinu wkoll biex jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi;
F. billi tibdiliet fil-qafas ġuridiku bil-għan li li jiffaċilitaw il-ksib tad-drittijiet jiffavorixxu ċ-ċirkolazzjoni libera tax-xogħlijiet fl-Unjoni u jikkontribwixxu biex isaħħu l-industrija awdjoviżiva Ewropea;
G. billi l-impriżi tax-xandir Ewropej għandhom rwol kruċjali għall-promozzjoni tal-industrija kreattiva Ewropea u l-ħarsien tad-diversità kulturali, u billi l-impriżi tax-xandir jiffinanzjaw aktar minn 80 % tal-kontenut awdjoviżiv oriġinali Ewropew;
H. billi l-użu ċinematografiku kummerċjali jkompli jirrappreżenta parti importanti mid-dħul ta' xogħol ċinematografiku u għandu impatt konsiderevoli fuq is-suċċess ta' film fuq il-pjattaformi tal-video-on-demand;
I. billi l-Artikolu 13 (1) tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva jipprovdi l-bażi għall-introduzzjoni ta' impenji ta' finanzjament u promozzjoni tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand, għaliex huma wkoll għandhom rwol kruċjali fil-promozzjoni u l-ħarsien tad-diversità kulturali;
J. billi l-impriżi tax-xandir Ewropej, li joperaw f'ambjent ta' pjattaformi multipli diġitali, konverġenti u multimedjali, jeħtieġu sistemi flessibbli u orjentati lejn il-ġejjieni li jikkjarifikaw id-drittijiet, u li jippermettu wkoll il-kjarifika effettiva tad-drittijiet f'punt uniku ta' servizz; billi, fil-pajjiżi Nordiċi, sistemi flessibbli ta' kjarifika tad-drittijiet ta' dan it-tip ilhom jeżistu għal għexieren ta' snin;
K. billi huwa indispensabbli li jiġi garantit l-iżvilupp ta' firxa diversa ta' offerta legali onlajn attraenti, u sabiex tkun faċilitata iżjed u żgurata d-distribuzzjoni faċli ta' din l-offerta billi jinżammu f'minimu assolut l-ostakoli għal-liċenzjar, inkluż il-liċenzjar transkonfinali; jenfasizza wkoll l-importanza li jkun faċilitat l-użu tal-kontenut għall-konsumaturi, partikolarment rigward il-ħlas;
L. billi l-konsumaturi qed jitolbu l-aċċess għal għażla dejjem akbar ta' films onlajn, irrispettivament mil-lok ġeografiku tal-pjattaforma;
M. billi d-distribuzzjoni transfruntiera tax-xogħlijiet awdjoviżivi diġà qed isseħħ illum fl-Ewropa, abbażi ta' liċenzji pan-Ewropej miksuba fuq bażi volontarja, u billi l-iżvilupp ulterjuri tagħhom jista' jkun qieħed mit-toroq li għandhom jiġu esplorati, dment li teżisti d-domanda ekonomika korrispondenti; billi għandu jsir ir-rikonoxximent dovut tal-fatt li l-kumpaniji jeħtiġilhom ukoll jikkunsidraw id-diversi preferenzi lingwistiċi u kuturali tal-konsumaturi Ewropej, li jirriflettu l-għażliet diversi taċ-ċittadini tal-UE fil-konsum tax-xogħlijiet awdjoviżivifis-suq intern;
N. billi d-distribuzzjoni onlajn tal-prodotti awdjoviżivi hija opportunità eċċellenti biex ittejjeb l-għarfien tal-lingwi Ewropej, u billi dan il-għan jista' jintlaħaq permezz ta' verżjonijiet oriġinali u l-possibbiltà li l-prodotti awdjoviżivi jiġu tradotti f'varjetà kbira ta' lingwi;
O. billi, kemm għad-detenturi tad-drittijiet kif ukoll għall-konsumaturi, huwa essenzjali li tkun żgurata ċ-ċertezza ġuridika rigward l-applikazjzoni tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet ġirien fl-ispazju diġitali Ewropew, permezz ta' aktar koordinament tar-regoli legali bejn l-Istati Membri;
P. billi t-tisħiħ tal-qafas legali għas-settur awdjoviżiv fl-Ewropa jikkontribwixxi għal aktar protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni u tal-ħsieb, filwaqt li jsaħħaħ il-valuri u l-prinċipji demokratiċi tal-UE;
Q. billi jeħtieġ li tittieħed azzjoni speċifika biex il-wirt ċinematografiku u awdjoviżiv Ewropew jiġi ppreservat, partikolarment permezz tal-promozzjoni tad-diġitizzazzjoni tal-kontenut, u billi jsir aktar faċli għaċ-ċittadini u l-utenti li jaċċessaw il-wirt ċinematografiku u awdjoviżiv Ewropew;
R. billi l-introduzzjoni ta' sistema ta' identifikazzjoni u ta' tikettar ta' xogħlijiet tippermetti li d-detenturi tad-drittijiet jiġu protetti u li jiġi llimitat l-użu mhux awtorizzat;
S. billi huwa assolutament essenzjali li titħares in-newtralità tan-net fin-netwerks tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni u jkun garantit li d-disinn tal-pjattaformi tal-midja u tal-players ikun teknoloġikament newtrali bil-għan li tkun żgurata d-disponibilità tas-servizzi awdjoviżivi, u għall-promozzjoni tal-espressjoni u tal-pluraliżmu tal-midja fl-Unjoni Ewropea u l-qies tal-konverġenza teknoloġika;
T. billi la jista' jkun hemm kreattività sostenibbli u lanqas diversità kulturali mingħajr jew drittijiet tal-awtur li jipproteġu u jippremjaw lil dawk li joħolqu l-kontenut, jew inkella aċċess legalment ineċċeppibbli għall-wirty kulturali għall-utenti tiegħu; billi mudelli ġodda tan-negozju għandhom jinkorporaw sistemi effikaċi tal-liċenzjar, kontinwazzjoni tal-investiment fid-diġitalizzazzjoni tal-kontenut kreattiv, u aċċess faċli għall-konsumaturi;
U. billi għadd kbir ta' vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati tal-proprjetà intellettwali huma kkawżati mill-bżonn komprensibbli tal-udjenza potenzjali għal offerti kontenuti awdjoviżivi ġodda b'kundizzjonijiet ta' prezz ġust, u billi din id-domanda għadha ma ġietx sodisfatta biżżejjed;
V. billi jeħtieġ li jiġu mħeġġa l-adattamenti għar-realtajiet tal-era diġitali, u partikolarment dawk li għandhom l-għan li jevitaw ir-rilokazzjonijiet motivati mit-tiftixa għal leġiżlazzjoni li tagħti l-anqas protezzjoni possibbli;
W. billi l-ekwità titlob li l-kuntratti kollha jipprevedu remunerazzjoni ġusta għall-awturi għall-forom kollha tal-użu tax-xogħlijiet tagħhom, inkluż l-użu onlajn;
X. billi hemm ħtieġa urġenti li l-Kummissjoni tipproponi direttiva dwar il-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet u dwar is-soċjetajiet tal-ġbir tqawwi l-fiduċja fis-soċjetajiet tal-ġbir billi tintroduċi miżuri maħsuba biex itejbu l-effiċjenza, iżidu t-trasparenza b'mod sinifikanti u jippromwovu l-governanza tajba tagħhom u r-riżoluzzjoni efiċjenti tat-tilwim;
Y. billi l-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet hija għodda essenzjali għax-xandara, minħabba l-għadd kbir ta' drittijiet li jridu jikklerjaw kuljum, u għalhekk għandu jsir provvediment għal skemi effiċjenti tal-liċenzjar għall-użu onlajn on-demand tal-kontenut awdjoviżiv;
Z. billi jkun f'loku li t-taxxa tal-oġġetti u tas-servizzi kulturali tiġi adattata għall-era diġitali;
AA. billi l-prinċipju tal-kronoloġija tal-midja jippermetti ekwilibriju ġenerali fis-settur awdjoviżiv, u b'hekk jiżgura prefinanzjament effiċjenti tax-xogħlijiet awdjoviżivi;
AB. billi l-prinċipju tal-kronoloġija tal-midja qed qed jiffaċċa żieda tal-kompetizzjoni minħabba aktar disponibbiltà tax-xogħlijiet diġitali u l-possibbiltajiet tat-tixrid immedjat li toffri s-soċjetà tal-informazzjoni avvanzata tagħna;
AC. billi l-Unjoni jeħtieġ li tadotta approċċ koerenti għal kwaistjonijiet teknoloġiku billi tippromwovi l-interoperabilità tas-sistemi użati fl-era diġitali;
AD. billi l-qafas leġiżlattiv u fiskali għandu jkun favorevoli għall-impriżi li jippromwovu d-distribuzzjoni onlajn tal-prodotti awdjoviżivi b'valur ekonomiku;
AE. billi l-aċċess għall-midja huwa ta' importanza kbira għall-persuni b'diżabilità u għandu jiġi ffaċilitat, filwaqt li l-programmi għandhom jiġu adattati għall-persuni b'diżabilità;
AF. billi hemm ħtieġa kruċjali ta' intensifikazzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp biex jiġu żviluppati tekniki li tal-ġestjoni awtomatizzata tas-servizzi għall-persuni b'diżabilità, partikolarment permezz tax-xandir ibridu;
1. Jirrikonoxxi l-frammentazzjoni tas-suq onlajn, li huwa kkaratterizzat minn, pereżempju, ostakoli teknoloġiċi, kumplessità tal-proċeduri ta' liċenzjar, differenzi fil-metodi ta' ħlas, nuqqas ta' interoperabilità għall-elementi kruċjali bħall-firma elettronika, u varjazzjonijiet fir-rati ta' ċerti taxxi applikabbli għall-oġġetti u s-servizzi, inklużi r-rati tal-VAT; jemmen, għalhekk, li llum hemm ħtieġa għal approċċ trasparenti, flessibbli u armonizzat fil-livell Ewropew biex nimxu “l quddiem lejn is-suq uniku diġitali; jissottolinja li kwalunkwe miżura proposta għandha tfittex li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u l-kosts tat-tranżazzjonijiet assoċjati mal-liċenzjar tal-kontenut;
Kontenut legali, aċċessibilità u ġestjoni kollettiva tad-drittijiet
2. Jenfasizza l-ħtieġa li l-kontenut legali jsir aktar attraenti, sew rigward il-kwantità kif ukoll il-kwalità, u aktar aġġornat, u li tittejjeb id-disponibbiltà onlajn ta' xogħlijiet awdjoviżivi, inklużi sew xogħlijiet b'sottotitoli kif ukoll xogħlijiet bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE;
3. Jissottolinja l-importanza li l-kontenut jiġi offrut b'sottotitoli bl-akbar għadd ta' lingwi possibbli, speċjalment permezz tas-servizzi ta' video on demand;
4. Jenfasizza li hemm ħtieġa dejjem tikber li tiġi promossa provvista onlajn legali u attraenti u li tiġi inkoraġġita l-innovazzjoni, u li għalhekk huwa essenzjali li l-metodi ġodda ta' distribuzzjoni jkunu flessibbli biex jippermettu li jfeġġu mudelli tan-negozju ġodda u biex il-prodotti diġitali jitqiegħdu għad-dispożizzjoni taċ-ċittadini kollha tal-UE, irrispettivament mill-Istat Membru ta' residenza tagħhom, u b'kunsiderazzjoni tal-prinċipju tan-newtralità tal-netwerk;
5. Jenfasizza li s-servizzi diġitali, bħas-servizzi tal-video streaming, għandhom isiru disponibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE irrispettivament minn liema Stat Membru jinsabu fih; jistieden lill-Kummissjoni biex titlob li l-kumpaniji diġitali Ewropej ineħħu l-kontrolli ġeografiċi (eż. l-ibblukkar ta' indirizzi IP) madwar l-Unjoni kollha u jippermettu x-xiri ta' servizzi diġitali minn barra l-Istat Membru ta' oriġini tal-konsumatur; jitlob lill-Kummissjoni tabbozza analiżi tal-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-kejbil u s-satelliti(6) għad-distribuzzjoni diġitali;
6. Iqis li għandha tingħata attenzjoni għat-titjib tas-sigurtà tal-pjattaformi tad-distribuzzjoni onlajn, inklużi il-ħlas onlajn;
7. Jenfasizza li jiġu żviluppati sistemi alternattivi u innovattivi ta' mikropagament, bħalma hu l-ħlas permezz ta' SMS jew applikazzjonijiet għall-pjattaformi legali tas-servizzi onlajn, sabiex l-użu tagħhom mill-konsumaturi jkun faċilitat;
8. Jenfasizza li problemi marbutin ma' sistemi ta' ħlas online, bħal nuqqas ta' interoperabilità u spejjeż għoljin ta' mikropagamenti għall-konsumaturi, għandhom jiġu indirizzati bil-għan li jiġu żviluppati soluzzjonijiet sempliċi, innovattivi u kosteffikaċi li jkunu ta' siwi sew għall-konsumaturi kif ukoll għall-pjattaformi diġitali;
9. Jappella għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ġodda fil-qasam ta' sistemi tal-ħlas li jkunu faċli għall-utent, bħall-mikropagamenti, u ta' sistemi li jippermettu l-ħlas dirett lil dawk li joħolqu l-kontenuti, għall-benefiċċju kemm tal-konsumaturi kif ukoll tal-awturi;
10. Jenfasizza li l-użu onlajn jista' jirrappreżenta opportunità reali għad-diffużjoni u d-distribuzzjoni aħjar ta' xogħlijiet Ewropej, partikolarment ta' xogħlijiet awdjoviżivi, f'kundizzjonijiet fejn il-forniment legali jista' jiżviluppa f'ambjent ta' kompetizzjoni tajba li b'mod effikaċi tindirizza l-forniment illegali ta' xogħlijiet protetti;
11. jippromwovi l-iżvilupp ta' provvista rikka u diversa ta' kontenut awdjoviżiv, b'mod partiolari permezz ta' perjodi aktar flessibbli ta' ħruġ fis-suq; jenfasizza li d-detenturi tad-drittijiet għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu liberament meta jixtiequ jvaraw il-prodotti tagħhom fuq pjattaformi differenti;
12. Jenfasizza li għandna noqogħdu attenti li s-sistema attwali ta' twieqi għall-użu ma tintużax bħala mezz sabiex jiġi llimitat l-użu onlajn għad-detriment tal-produtturi u d-distributuri żgħar;
13. Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timplimenta l-azzjoni preparatorja adottata mill-Parlament għall-ittestjar ta' metodi ġodda bbażati fuq il-komplementarjetà bejn il-pjattaformi rigward il-flessibiltà l-perjodi tal-ħruġ fis-suq ;
14. Jitlob li jiġu appoġġjati strateġiji awdjoviżivi Ewropej li jippermettu li l-SMEs jamministraw id-drittijiet diġitali b'iktar effikaċja u, għalhekk, jilħqu pubbliku akbar;
15. Jistieden lill-Istati Membri kollha biex, b'urġenza, jimplimentaw l-Artikolu 13 tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva b'mod preskrittiv u jintroduċu impenji ta' finanzjament u promozzjoni għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand, u jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti lill-Parlament Ewropew, bla dewmien, rapport dettaljat kif stipulat fl-Artikolu 13(3) dwar l-istat attwali tal-implimentazzjoni;
16. Ifakkar, li għall-ħolqien ta' suq intern diġitali u uniformi fl-Ewropa, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti Regolamenti uniformi fl-Ewropa kollha dwar l-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, biex ma jibqax ikun hemm emendi differenti għal-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri, li tkompli tikkomplika l-ġestjoni tad-drittijiet transkonfinali;
17. Jappoġġja l-ħolqien ta' qafas legali biex jiffaċilita d-diġitizzazzjoni u d-disseminazzjoni transkonfinali ta' xogħlijiet orfni fis-suq uniku diġitali, ladarba din hija waħda mill-azzjonijiet ewlenin identifikati fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, li hija parti mill-Istrateġija Ewropa 2020;
18. Jirrimarka li l-iżvilupp tas-servizzi transkonfinali huwa għalkollox possibbli, dment li pjattaformi kummerċjali jkunu lesti ħalli jakkwistaw, b'mezzi kuntrattwali, id-drittijiet għall-kopertura ta' territorju jew territorji, għax m'għandux jintesa l-fatt li s-sistemi territorjali huma swieq naturali fil-qasam awdjoviżiv;
19. Jenfasizza l-ħtieġa li tinħoloq ċertezza ġuridika dwar liema sistema legali tapplika għall-ikklerjar tad-drittijiet fil-każ ta' distribuzzjoni transkonfinali, billi jiġi propost li l-liġi applikabbli tkun dik tal-pajjiż fejn impriża twettaq l-attività prinċipali tagħha u minn fejn tiġġenera l-introjtu ewlieni tagħha;
20. Itenni l-għan ta' distribuzzjoni onlajn transkonfinali intensifikata u effiċjenti tax-xogħlijiet awdjoviżivi bejn l-Istati Membri;
21. Jissuġġerixxi li jiġi adottat approċċ komprensiv fil-livell tal-UE li għandu jinvolvi kooperazzjoni akbar bejn id-detenturi tad-drittijiet, il-pjattaformi tad-distribuzzjoni onlajn u l-fornituri tas-servizz tal-internet, b'tali mod li jiġi ffaċilitat l-aċċess faċli u kompetittiv tal-utenti għall-kontenut awdjoviżiv;
22. Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-flessibilità fid-distribuzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi minn pjattaformi diġitali, sabiex l-offerta legali onlajn ta' xogħlijiet awdjoviżivi tespandi b'risposta għad-domanda tas-suq, u jitrawwem l-aċċess transkonfinali għal kontenut li joriġina minn Stati Membri oħra, filwaqt li jkun żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-awtur;
23. Jilqa' l-Programm il-ġdid dwar Ewropa Kreattiva propost mill-Kummissjoni, li jissottolinja li d-distribuzzjoni onlajn qed ikollha wkoll impatt enormi u pożittiv fuq id-distribuzzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi, speċjalment billi tilħaq udjenzi ġodda fl-Ewropa u lil hinn minnha, u billi sseddaq il-koeżjoni soċjali;
24. Jenfasizza l-importanza tan-newtralità tan-netwerk sabiex jiġi ggarantit aċċess ugwali għal netwerks ta' veloċità kbira, li huwa kruċjali għall-kwalità ta' servizzi awdjoviżivi onlajn leġittimi;
25. Jissottolinja li d-distakk diġitali bejn l-Istati Membri jew ir-reġjuni tal-UE jirrappreżenta ostakolu serju għall-iżvilupp tas-suq uniku diġitali; jitlob, għalhekk li l-aċċess għall-internet broadband jespandi madwar l-UE kollha kemm hi bil-ħsieb li jiġi stimulat l-aċċess għas-servizzi onlajn u għat-teknoloġiji l-ġodda;
26. Ifakkar li, għall-finijiet tal-użu kummerċjali, id-drittijiet jiġu trasferiti lill-produttur awdjoviżiv, li jiddependi fuq iċ-ċentralizzazzjoni tad-drittijiet esklussivi mogħtija skont il-liġi tad-drittijiet tal-awtur biex jorganizza l-finanzjament, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi;
27. Ifakkar li l-isfruttament kummerċjali tad-drittijiet esklussivi ta' “komunikazzjoni lill-pubbliku” u ta' “disponibilità għall-pubbliku” għandu l-għan li jiġġenera riżorsi finanzjarji, f'każ ta' suċċess kummerċjali, biex jiffinanzja l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' proġetti tal-ġejjieni, u b'hekk jippromwovi d-disponibilità ta' offerta diversifikata u permanenti ta' films ġodda;
28. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta inizjattiva leġiżlattiva għall-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur, bil-għan li tiżgura responsabbiltà, trasparenza u governanza aħjar min-naħa ta' soċjetajiet tal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet, kif ukoll mekkaniżmi effiċjenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, u li tiċċara u tissimplifika s-sistemi tal-liċenzjar fis-settur tal-mużika; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-bżonn li ssir distinzjoni ċara bejn prattiki ta' liċenzjar għal tipi differenti ta' kontenut, b'mod partikolari bejn xogħlijiet awdjoviżivi/ċinematografiċi u dawk mużikali; ifakkar li l-liċenzjar ta' xogħlijiet awdjoviżivi isir fuq il-bażi ta' ftehimiet kuntrattwali individwali, f'xi każijiet flimkien mal-ġestjoni kollettiva tal-klejms għar-remunerazzjoni;
29. Jenfasizza li r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/29/KE(7) identifika differenzi fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5, 6 u 8 fl-Istati Membri, li wasslu għal diversi interpretazzjonijiet u deċiżjonijiet mill-qrati tal-Istati Membri; jirrimarka li dawn saru parti mill-ġabra ta' ġurisprudenza speċifika rigward is-settur awdjoviżiv;
30. Jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tissorvelja rigorożament l-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/29/KE u tirrapporta s-sejbiet tagħha regolarment lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill;
31. Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-Direttiva 2001/29/KE, wara li tikkonsulta l-partijiet interessati relevanti kollha, b'tali mod li d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5, 6 u 8 jingħataw diċitura aktar preċiża, bil-għan li tiġi żgurata l-armonizzazzjoni fil-livell tal-Komunità tal-qafas legali għall-protezzjoni tad-dritt tal-awtur fis-soċjetà tal-informazzjoni;
32. Jappoġġja l-istabbiliment ta' regoli konsistenti Ewropej dwar il-governanza tajba u trasparenza tas-soċjetajiet tal-ġbir kif ukoll dwar mekkaniżmi effiċjenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim;
33. Jenfasizza li kklerjar u aggregazzjoni sempliċi, speċjalment tad-drittijiet tal-mużika f'xogħlijiet awdjoviżivi għad-distribuzzjoni onlajn, jaqdu biex jippromwovu s-suq intern, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkunsidra dan kif jixraq fl-att legali mħabbar dwar il-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet;
34. Jirrimarka li l-konverġenza progressiva tal-midja mhux biss teħtieġ soluzzjonijiet ġodda fir-rigward tad-dritt tal-awtur, iżda wkoll fil-leġiżlazzjoni li tirregola l-midja; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex, fir-rigward tal-iżviluppi teknoloġiċi ġodda, teżamina sa fejn għadhom aġġornati r-Regolamenti differenti għas-servizzi lineari u mhux lineari fid-Direttiva 2010/13/UE dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva;
35. Iqis li, minkejja d-distinzjoni dejjem aktar skaduta bejn l-offerti lineari u mhux lineari, jibqgħu f'lokhom ir-restrizzjonijiet tar-reklamar għal offerti lineari għat-tfal, l-aħbarijiet u x-xandir informattiv; madankollu jissuġġerixxi, li għandhom jiġu kkunsidrati l-forom ġodda ta' sistemi ta' ħlas li jkopru diversi pjattaformi u programmi għall-ħinijiet ta' reklamar, li bl-għajnuna tagħhom jinħolqu inċentivi għal kontenut bi kwalità ogħla, li jżid b'mod ugwali l-kwalità tal-programmi lineari u d-diversità onlajn, mingħajr ma jintefa' piż fuq id-dħul tax-xandara privati;
36. Jenfasizza li l-għażla ta' skemi ta' produzzjoni u distribuzzjoni territorjali għandha tkompli tapplika għall-ambjent diġitali, minħabba li din il-forma ta' organizzazzjoni tas-suq awdjoviżiv tidher sservi bħala l-bażi għall-finanzjament ta' xogħlijiet awdjoviżivi u ċinematografiċi Ewropej;
37. Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta analiżi dwar jekk il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku jistax jiġi applikat għall-prodotti diġitali bl-istess mod bħall-prodotti fiżiċi;
Identifikazzjoni
38. Huwa tal-fehma li teknoloġiji ġodda jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw l-ikklerjar tad-drittijiet; jilqa“, f'dan ir-rigward, l-inizjattiva tal-International Standard Audiovisual Number (ISAN), li tiffaċilita l-identifikazzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi u tad-detenturi tad-drittijiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra miżuri implimentattivi li jiffaċilitaw l-użu usa” tas-sistema tal-ISAN.
Użu mhux awtorizzat
39. Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti ċertezza legali lill-utenti tal-internet huma u jużaw servizzi tal-istreaming u jistedinha biex tqis, b'mod partikolari, modi li jipprevjenu l-użu ta' sistemi ta' pagament, u l-finanzjament ta' dawn is-sistemi, permezz ta' reklamar fuq pjattaformi bi ħlas li joffru tniżżil u streaming mhux awtorizzati;
40. Jappella biex l-Istati Membri jippromwovu r-rispett tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati u biex jiġġieldu kontra l-forniment u d-distribuzzjoni ta' kontenut mhux awtorizzat, inkluż permezz tal-istreaming;
41. Jiġbed l-attenzjoni għall-ispinta li ħadu l-pjattaformi tan-netwerking soċjali li lill-utenti tal-internet joffrulhom l-opportunità li jagħtu sostenn finanzjarju għall-produzzjoni ta' film jew dokumentarju, li jagħtihom sens ta' appartenenza fil-proċess kreattiv, iżda jenfasizza, madankollu, li fuq medda qasira ta' żmien, dan it-tip ta' finanzjament mhuwiex probabbli li jieħu l-post ta' sorsi tradizzjonali ta' finanzjament;
42. Jirrikonoxxi madankollu li, fejn jeżistu alternattivi legali, il-ksur tad-drittijiet tal-awtur onlajn jibqa' sors ta' tħassib, u għalhekk id-disponibbiltà legali onlajn ta' materjal kulturali bid-dritt tal-awtur jeħtieġ li tiġi ssupplimentata b'infurzar onlajn tad-dritt tal-awtur b'mod aktar intelliġenti u b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari l-libertà tal-informazzjoni u tal-kelma, il-ħarsien tad-dejta personali u d-dritt tal-privatezza, kif ukoll il-prinċipju tal-“kollegament sempliċi”;
43. Jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi qafas ta' ċertezza legali fil-kuntest ta' reviżjoni tad-Direttiva 2004/48/KE, li kienet maħsuba għas-suq analoġiku, bil-għan li jsirulha t-tibdiliet meħtieġa għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet effikaċi għas-suq diġitali;
Rimunerazzjoni
44. Ifakkar fil-ħtieġa li tkun żgurata remunerazzjoni xierqa għad-detenturi tad-drittijiet għad-distribuzzjoni onlajn ta' materjali awdjoviżivi; jinnota li, għalkemm dan id-dritt ilu rikonoxxut fil-livell Ewropew mill-2001, għad hemm nuqqas ta' remunerazzjoni tajba għal xogħlijiet disponibbli onlajn;
45. Huwa tal-fehma li din ir-remunerazzjoni għandu jkollha l-għan li tiffaċilita l-ħolqien ta' xogħlijiet artistiċi, tqawwi l-kompetittività tal-Ewropa u tikkunsidra l-karatteristiċi tas-settur, l-interessi tal-persuni interessati differenti u l-ħtieġa ta' proċeduri tal-liċenzjar issimplifikati; jistieden lill-Kummissjoni biex tistimula soluzzjonijiet minn isfel għal fuq f'kooperazzjoni mal-partijiet interessati kollha ħalli tiżviluppa leġiżlazzjoni speċifika tal-UE;
46. Isostni li huwa essenzjali li l-awturi u l-artisti jkollhom garanzija ta' rimunerazzjoni ekwa u proporzjonali għall-forom kollha ta' utilizzazzjoni, b'mod partikolari l-użu onlajn ta' xogħlijiethom; u għalhekk, jitlob lill-Istati Membri biex jipprojbixxu l-kuntratti tat-tip buyout, li jmorru kontra dan il-prinċipju;
47. Jitlob lill-Kummissjoni biex b'urġenza tippreżenta studju li jikkunsidra d-diverġenzi fil-mekkaniżmi differenti ta' remunerazzjoni għall-awturi u l-artisti li jintużaw fil-livell nazzjonali, ħalli tfassal lista tal-aqwa prattiki;
48. Jitlob li l-pożizzjoni ta' negozjar bejn l-awturi u l-artisti fil-konfront tal-produtturi terġa' tiġi bbilanċjata billi l-awturi u l-atturi jingħataw dritt li ma jistax jiġi ċedut għal rimunerazzjoni għall-forom kollha tal-użu ta' xogħlijiethom, inkluża r-rimunerazzjoni kontinwata meta jkunu ttrasferew id-dritt esklussiv tagħhom “tad-disponibbiltà” lill-produttur;
49. Jitlob li jittieħdu miżuri li jiggarantixxu rimunerazzjoni ekwa għad-detenturi tad-drittijiet meta ssir distribuzzjoni, ritrażmissjoni jew xandir mill-ġdid ta' xogħlijiet awdjoviżivi;
50. Isostni li l-aqwa mezz biex lill-propjetarji tad-dritt tal-awtur ikollhom rimunerazzjoni adegwata garantita huwa permezz ta' għażla, skont il-preferenza, bejn ftehimiet tan-negozjati kollettivi (inklużi l-kuntratti standard), liċenzji kollettivi estiżi u organizzazzjonijiet tal-ġestjoni kollettiva;
Liċenzjar
51. Jirrimarka li l-acquis communautaire Ewropew dwar id-drittijiet tal-awtur per se ma jeskludix mekkaniżmi volontarji ta' liċenzjar multiterritorjali jew pan-Ewropej, iżda li differenzi bejn l-Istati Membri fil-kultura u fil-lingwa, kif ukoll varjazzjonijiet fir-regoli nazzjonali, inklużi dawk li m'għandhomx x'jaqsmu mal-proprjetà intellettwali, jirrikjedu approċċ flessibbli u kumplimentari fil-livell Ewropew biex nimxu “l quddiem lejn suq uniku diġitali;
52. Jirrimarka li l-mekkaniżmi ta' liċenzjar multiterritorjali jew pan-Ewropej għandhom jibqgħu volontarji u li d-differenzi lingwistiċi u kulturali bejn l-Istati Membri, flimkien mal-varjazzjonijiet fir-regoli nazzjonali li mhumiex relatati mal-liġi tad-drittijiet tal-awtur, għandhom l-isfidi speċifiċi tagħhom; jemmen għalhekk li jeħtieġ li jiġi adottat approċċ flessibbli rigward il-liċenzjar pan-Ewropew, filwaqt li jitħarsu d-detenturi tad-drittijiet u jsir progress lejn is-suq uniku diġitali;
53. Huwa tal-fehma li, jekk liċenzjar multiterritorjali sostenibbli jista' jiġi inkoraġġut u promoss fis-suq uniku diġitali għax-xogħlijiet awdjoviżivi, dan għandu jiffaċilita inċentivi mmexxija mis-suq; jissottolinja li t-teknoloġiji diġitali jipprovdu modi ġodda u innovattivi kif il-provvista ta' dawn ix-xogħlijiet tiġi adattata u arrikkita għal kull suq u biex taqdi t-talba tal-konsumaturi, inkluż għal servizzi transkonfinali mfassla apposta; jitlob li jsir sfruttament aħjar ta' teknoloġiji diġitali, li minnu għandhom jieħdu spinta sew id-differenzjazzjoni kif ukoll it-tkattir tal-provvista leġittima tax-xogħlijiet awdjoviżivi;
54. Jemmen li jeħtieġ li jkun hemm informazzjoni aġġornata dwar il-kundizzjonijiet tal-liċenzjar, id-detenturi tal-liċenzji u r-repertorji, u li jeħtieġ li jsiru studji komprensivi fil-livell Ewropew ħalli jiffaċilitaw it-trasparenza, jidentifikaw fejn jinsabu l-problemi u jsibu mekkaniżmi ċari, effiċjenti u adegwati biex isolvuhom;
55. Jirrimarka li l-amministrazzjoni tad-drittijiet awdjoviżivi fl-era diġitali tista' tkun faċilitata għall-użu kummerċjali tax-xogħlijiet jekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jippromwovu, fil-każ fejn dan ikun nieqes, liċenzjar effikaċi u trasparenti, inkluż il-liċenzjar kollettiv estiż volontarju;
56. Jinnota li jkun utli li l-ħaddiema kulturali u l-Istati Membri jinnegozjaw l-implimentazzjoni ta' miżuri li jippermettu lill-arkivji pubbliċi jibbenefikaw bis-sħiħ mit-teknoloġija diġitali għal xogħlijiet li jiffurmaw parti mill-wirt, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-aċċess għax-xogħlijiet diġitali b'mod remot fuq skala mhux kummerċjali;
57. Jilqa' l-konsultazzjoni tal-Kummissjoni mibdija bl-pubblikazzjoni tal-Green Paper u r-rikonoxximent tagħha tal-ispeċifiċitajiet tas-settur awdjoviżiv fir-rigward ta' mekkaniżmi ta' liċenzjar, li huma ta' importanza kbira għall-iżvilupp kontinwu tas-settur fil-kuntest tal-promozzjoni kemm ta' diversità kulturali kif ukoll ta' industrija Ewropea awdjoviżiva b'saħħitha fis-suq uniku diġitali;
L-interoperabilità
58. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tkun ibbażata fuq sistemi effikaċi, funzjonali u interoperabbli;
VAT
59. Jenfasizza kemm huwa importanti li tinbeda diskussjoni dwar il-kwistjoni tad-differenza bejn ir-rati tal-VAT applikabbli fl-Istati Membri u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom f'dan il-qasam;
60. Jenfasizza li għandha titqies l-applikazzjoni ta' rata ta' VAT imnaqqsa għad-distribuzzjoni diġitali ta' oġġetti u servizzi kulturali sabiex jiġtneħħew id-diskrepanzi bejn is-servizzi onlajn u dawk offlajn;
61. Jenfasizza l-bżonn li l-istess rata ta' VAT tiġi applikata għal xogħlijiet kulturali awdjovizivi mibjugħin onlajn u offlajn; huwa tal-fehma li l-applikazzjoni ta' rati mnaqqsa ta' VAT għal kontenut kulturali onlajn mibjugħ minn fornitur stabbilit fl-UE lil konsumatur residenti fl-UE tista' tagħti spinta lill-attrazzjoni ta' pjattaformi diġitali; ifakkar, f'dan ir-rigward, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-17 ta' Novembru 2011 dwar l-immodernizzar tal-leġiżlazzjoni tal-VAT sabiex jingħata spinta s-suq uniku diġitali(8) u tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-futur tal-VAT(9);
62. Jitlob lill-Kummissjoni biex timplimenta qafas legali għal servizzi awdjoviżivi onlajn li mhumiex tal-UE iżda li jkunu mmirati direttament jew indirettament lejn pubbliku tal-UE, b'tali mod li jkunu soġġetti għall-istess obbligi bħas-servizzi tal-UE;
Protezzjoni u promozzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi
63. Jiġbed l-attenzjoni fuq il-kundizzjonijiet li fihom jitwettaq ix-xogħol ta' restawr, konservazzjoni u preżentazzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi għal finijiet kulturali u edukattivi fl-era diġitali, u jenfasizza li din il-kwistjoni jistħoqqilha kunsiderazzjoni partikolari;
64. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva u jirrakkomandalhom biex jissorveljaw kif ix-xogħlijiet Ewropej, b'mod partikolari l-films u d-dokumentarji, jiġu ppreżentati u vvalutati fid-diversi servizzi tal-midja awdjoviżiva aċċessibbli għall-pubbliku, u jenfasizza l-ħtieġa li l-awtoritajiet regolatorji jikkooperaw aktar mill-qrib mal-korpi għall-finanzjament tal-films;
65. Jistieden lill-Kummissjoni biex tfittex mekkaniżmi ħalli tinkoraġġixxi aċċess għal materjal awdjoviżiv arkivjat miżmum milll-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku Ewropew; jirrimarka li, għal raġunijiet spiss assoċjati ma' tnaqqis fl-interess għall-konsumatur u perjodu limitat ta' disponibbiltà, parti sostanzjali mill-materjal awdjoviżiv Ewropew mhuwiex disponibbli kummerċjalment;
66. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jippromwovu soluzzjonijiet favur id-diġitizzazzjoni, il-preservazzjoni u d-disponibilità edukattiva ta' dawn ix-xogħlijiet, anki f'sitwazzjonijiet transkonfinali;
67. Jinnota l-importanza tal-librerija onlajn “Europeana”, u jemmen li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet kulturali għandhom jagħtu aktar attenzjoni għal kif jistgħu jiżguraw li tkun aċċessibbli u viżibbli;
68. Iqis li d-diġitizzazzjoni u l-preservazzjoni tar-riżorsi kulturali, kif ukoll l-aċċess imtejjeb għal dawn ir-riżorsi, joffru opportunitajiet ekonomiċi u soċjali kbar u jirrappreżentaw kundizzjoni essenzjali għall-iżvilupp futur tal-kapaċitajiet kulturali u kreattivi tal-Ewropa u għall-preżenza industrijali tagħha f'dan il-qasam; jappoġġja, għaldaqstant, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibilità onlajn għax-xogħlijiet diġitali u l-preservazzjoni diġitali(10), kif ukoll il-proposta li jinħoloq pakkett aġġornat ta' miżuri għal dak il-għan;
Edukazzjoni
69. Jenfasizza l-importanza li jiġu promossi l-ħiliet diġitali u l-litteriżmu medjatiku għaċ-ċittadini kollha tal-UE, inklużi x-xjuħ u dawk b'diżabilità, bħalma huma dawk neqsin mis-smigħ, u li tiċċekken id-diverġenza diġitali fis-soċjetà, għax dawn il-ħiliet għandhom rwol essenzjali għall-parteċipazzjoni fis-soċjetà u għaċ-ċittadinanza demokratika; ifakkar fir-rwol importanti li għandha l-midja tas-servizz pubbliku f'dan ir-rigward bħala parti mill-missjonijiet tagħha ta' servizz pubbliku;
70. Itenni r-rwol kruċjali tal-integrazzjoni ta' teknoloġiji ġodda fil-programmi edukattivi nazzjonali, u l-importanza partikolari li ċ-ċittadini kollha Ewropej, tal-etajiet kollha, jiġu edukati dwar il-midja u dwar il-litteriżmu diġitali, biex jiżviluppaw u jgawdu minn ħiliethom f'dawn l-oqsma;
71. Jenfasizza l-ħtieġa għal kampanji Ewropej u nazzjonali ta' edukazzjoni li jkattru l-għarfien dwar l-importanza tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, kif ukoll dwar il-mezzi legali disponibbli li permezz tagħhom ix-xogħlijiet awdjoviżivi jiġu distribwiti onlajn; jirrimarka li l-konsumaturi għandhom jiġu mgħarrfa sew dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li tista' tqum waqt l-użu ta' servizzi tal-iskambju ta' fajls fil-kuntest ta' servizzi tal-cloud computing;
72. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta' komunikazzjoni intensifikata lill-pubbliku dwar l-importanza tal-ħarsien tad-drittijiet tal-awtur u l-ħtieġa relatata ta' rimunerazzjoni ġusta;
73. Jenfasizza l-ħtieġa li jitqies li istituzzjonijiet b'finijiet edukattivi jingħataw status speċjali rigward l-aċċess onlajn għal xogħlijiet awdjoviżivi;
MEDIA 2014-2020
74. Ifakkar li l-Programm MEDIA stabbilixxa ruħu bħala isem kummerċjali indipendenti u li huwa vitali li jitkompla programm MEDIA ambizzjuż għall-perjodu 2014-2020, fl-istess spirtu tal-programm kurrenti;
75. Jenfasizza li huwa kruċjali MEDIA jibqa' jeżisti bħala programm speċifiku li jiffoka esklussivament fuq is-settur awdjoviżiv;
o o o
76. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.