Deċiżjoni li ma' tiġix opposta miżura ta' implimentazzjoni: sistema ta' evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru fuq ċerti inġenji tal-ajru
203k
36k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma jopponiex l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza lir-Repubblika Franċiża biex tidderoga mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1332/2011 tal-Kummissjoni fir-rigward tal-użu ta' verżjoni ġdida tas-softwer tas-sistema ta' evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS II) fuq ċerti inġenji tal-ajru mibnija ġodda (D020967/02 – 2012/2745 (RPS))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni (D020967/02),
– wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fl-4 ta' Ġunju 2012 mill-Kumitat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, immirat lejn il-premessa 9 tal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-5 ta' Lulju 2012, fejn talbitu jiddikjara li mhux se joġġezzjona għall-abbozz ta' deċiżjoni,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, tas-27 ta' Lulju 2012,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni(1), u partikolarment l-Artikolu 14(6) u (7) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 88(4)(d) u l-Artikolu 87a(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba inċiżi tal-Artikolu 87a (6) tar-Regoli ta' Proċedura li skada fil-11 ta' Settembru 2012,
A. billi l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni jipprevedi li tali deċiżjoni ma tibqax applikabbli fil-31 ta' Jannar 2013 u billi jixraq li, f'dawn il-kundizzjonijiet, l-adozzjoni tagħha ma tiġix ittardjata ;
1. Jiddikjara li mhux se jopponi l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni u, għall-informazzjoni, lill-Kunsill.
Deċiżjoni li ma' jiġix oppost att iddelegat: kooperazzjoni transnazzjonali u n-negozjati kuntrattwali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib
203k
35k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma jopponix ir-regolament ta' delega tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2012 li jissupplimenta r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kooperazzjoni transnazzjonali u n-negozjati kuntrattwali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (12020-12 – C(2012)4297 – 2012/2780 (RPS)
– wara li kkunsidra r-regolament ta' delega tal-Kummissjoni (C(2012)4297),
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-27 ta' Lulju 2012, fejn talbitu jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament ta' delega,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar l-OKS Unika)(1), u partikolarment l-Artikolu 126(e)(1) tiegħu u l-Artikolu 196a(5) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 87a(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba inċiżi tal-Artikolu 87a (6) tar-Regoli ta' Proċedura li skada fil-11 ta' Settembru 2012,
A. billi l-Kummissjoni enfasizzat li jkun essenzjali li l-Parlament jieħu d-deċiżjoni tiegħu qabel it-3 ta' Ottubru 2012 peress li d-dispożizzjonijiet tal-att leġislattiv ta' bażi dwar in-negozjati kuntrattwali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib se jibdew jiġu applikati minn din id-data;
B. billi l-Kunsill iddeċieda, fis-16 ta' Lulju 2012, li jitlob il-proroga ta' xahrejn tal-iskadenza biex jesprimi oġġezzjonijiet fir-rigward tar-regolament ta' delega, jiġifieri sat-28 ta' Ottubru 2012, kif ukoll li jirrikonoxxi l-importanza li tittieħed deċiżjoni qabel it-3 ta' Ottubru 2012 jekk dan jesprimi jew le oġġezzjonijiet fir-rigward tal-imsemmi regolament, u billi hu informa lill-Parlament b'dan bl-ittra tas-17 ta' Lulju 2012;
1. Jiddikjara li mhux se jopponi r-regolament ta' delega;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità (COM(2011)0275 – C7-0127/2011 – 2011/0129(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0275),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0127/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2011(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Frar 2012(2),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta Ġunju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi taħt l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0244/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI
L-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra ***I
366k
64k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja, u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra (COM(2011)0906 – C7-0524/2011 – 2011/0445(COD))(1)
(3) Sabiex ikunu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 774/94, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-aġġustamenti għal dak ir-Regolament, fil-każ li jiġu aġġustati l-volumi u l-kundizzjonijiet tal-arranġamenti tal-kwota, b'mod partikolari b'deċiżjoni li tapprova ftehim ma' pajjiż terz individwali jew aktar. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(3) Sabiex ikunu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 774/94, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-aġġustamenti għal dak ir-Regolament, fil-każ li jiġu aġġustati l-volumi u l-kundizzjonijiet tal-arranġamenti tal-kwota, b'mod partikolari b'deċiżjoni tal-Kunsill li jiġi konkluż ftehim ma' pajjiż terz individwali jew aktar. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati għandha tiżgura, trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti ddelegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament Ewropew jiġi involut kif xieraq, billi tibni fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti ddelegati mill-Parlament Ewropew.
Emenda 2 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 774/94 Artikolu 7 − paragrafu 2
Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu [323(2)] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] tal-Parlament u tal-Kunsill [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika allinjat]*.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7a(2).
Emenda 3 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 774/94 Artikolu 7a (ġdid)
Artikolu 7a
Proċedura ta’ kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, stabbilit permezz tal-Artikolu [xx] tar-Regolament (UE) Nru [xxx/ssss] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ta' … 2012] [dwar ir-Regolament dwar l-OKS Unika allinjat]*. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011**.
2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.Fejn l-opinjoni tal-kumitat tkun se tingħata permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu li jsir .dan.
* ĠU L …, …, p.
** ĠU L 55, 28.2.2011, p.13.
Emenda 4 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 774/94 Artikolu 8a − paragrafu 2
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li jemenda].
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn ... *. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
*Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 774/94 Artikolu 8a − paragrafu 5
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.“
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’erba’ xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli biex jerġà jiġi kkunsidrat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0212/2012).
Importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa u prodotti agrikoli oħra mit-Turkija fir-rigward tas-setgħat ta’ delegazzjoni u implimentazzjoni li se jingħataw lill-Kummissjoni ***I
350k
114k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2008/97, (KE) Nru 779/98 u (KE) Nru 1506/98 fil-qasam ta’ importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa u prodotti agrikoli oħra mit-Turkija fir-rigward tas-setgħat ta' delegazzjoni u implimentazzjoni li ser jingħataw lill-Kummissjoni (COM(2011)0918 – C7-0005/2012 – 2011/0453(COD))(1)
5. Għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-adozzjoni tal-emendi meħtieġa li jirriżultaw għal dak ir-Regolament, sabiex tissuplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2008/97, meta l-kundizzjonijiet attwali tal-arranġamenti speċjali previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jiġu emendati, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammonti, jew meta jiġi konkluż ftehim ġdid. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness V sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' adattament fil-ġejjieni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tkun qed tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura, trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2008/97, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-emendi meħtieġa li jirriżultaw għal dak ir-Regolament, meta l-kundizzjonijiet attwali tal-arranġamenti speċjali previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jiġu emendati, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammonti, jew meta jiġi konkluż ftehim ġdid. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura, trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament ikun involut kif xieraq, billi tibni fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew.
Emenda 2 Proposta għal Regolament Artikolu 1, punt -1 (ġdid) Regolament (KE) Nru 2008/97 Premessa 5a (ġdida)
-1.Tiddaħħal il-premessa li ġejja:
“Billi, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġi kkonferiti setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni*.
* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.“.
Emenda 3 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – punt 1a (ġdid) Regolament (KE) Nru 2008/97 Premessa 6
-1a.Il-Premessa 6 tinbidel b’dan li ġej:
“Billi, sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-emendi meħtieġa li jirriżultaw għal dan ir-Regolament, meta l-kundizzjonijiet attwali tal-arranġamenti speċjali previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jiġu emendati, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammonti, jew meta jiġi konkluż ftehim ġdid. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament Ewropew ikun involut kif xieraq, billi tibni fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew.”.
Emenda 4 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 2008/97 Artikolu 7
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri meħtieġa biex timplimenta r-regoli ta’ applikazzjoni tal-arranġamenti speċjali għall-importazzjoni stipulati f'dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu [323(2)] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri meħtieġa biex timplimenta r-regoli ta’ applikazzjoni tal-arranġamenti speċjali għall-importazzjoni stipulati f'dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami
msemmija fl-Artikolu 7a(2).
Emenda 5 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 2008/97 Artikolu 7a (ġdid)
Artikolu 7a
Proċedura ta' kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn ... Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu [xx] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill... . [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011**.
2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.Fejn l-opinjoni tal-kumitat tkun se tingħata permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu li jsir dan.
* ĠU L …, …, p....
** ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
Emenda 6 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 2008/97 Artikolu 8a – paragrafu 2
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ta' emenda].
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn ... *. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
–––––––––––––––––
* Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 7 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 2008/97 Artikolu 8a – paragrafu 5
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’erba' xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 8 Proposta għal Regolament Artikolu 2, punt -1 (ġdid) Regolament (KE) Nru 779/98 Premessa 4a (ġdida)
-1.Tiddaħħal il-premessa li ġejja:
“Billi, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjonii lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni*.
* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.“.
Emenda 9 Proposta għal Regolament Artikolu 2 – punt 1 Regolament (KE) Nru 779/98 Artikolu 1
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli meħtieġa għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ importazzjoni għal prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li joriġinaw mit-Turkija u li jiġu importati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni KE-Turkija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu [323(2)] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli meħtieġa għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ importazzjoni għal prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li joriġinaw mit-Turkija u li jiġu importati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni KE-Turkija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 2a(2).
Emenda 10 Proposta għal Regolament Artikolu 2 – punt 1a (ġdid) Regolament (KE) Nru 779/98 Artikolu 2a (ġdid)
-1a.Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 2a
Proċedura ta' kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn... Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu [xx] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ... [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011**.
2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.Fejn l-opinjoni tal-kumitat tkun se tingħata permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu li jsir dan .
* ĠU L …, …, p.
** ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.“.
Emenda 11 Proposta għal Regolament Artikolu 3, punt -1 (ġdid) Regolament (KE) Nru 1506/98 Premessa 6a (ġdida)
-1.Qed tiddaħħal il-premessa li ġejja:
“Billi, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jipu kkonferiti setgħat ta' impliementazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.
* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.“.
Emenda 12 Proposta għal Regolament Artikolu 3 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1506/98 Artikolu 3
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tikkonferma t-tmiem tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 2 meta jitneħħew l-ostakli għall-esportazzjonijiet preferenzjali mill-Unjoni għat-Turkija. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu [323(2)] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tikkonferma t-tmiem tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 2 meta jitneħħew l-ostakli għall-esportazzjonijiet preferenzjali mill-Unjoni għat-Turkija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 3a(2).
Emenda 13 Proposta għal Regolament Artikolu 3 – punt 1a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1506/98 Artikolu 3a (ġdid)
-1a.Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 3a
Proċedura ta' kumitat
1.Il-Kummissjoni tkun megħjuna minn ... Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu [xx] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill... [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011**.
2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.Fejn l-opinjoni tal-kumitat tkun se tingħata permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu li jsir dan.
Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli biex jerġà jiġi kkunsidrat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0209/2012).
Emenda tal-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-istima tal-konformità, iċ-ċertifikati u l-immarkar bejn il-KE u l-Awstralja
198k
33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-istima tal-konformità, tal-istima tal-konformità, iċ-ċertifikati u l-immarkar bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja (12124/2010 – C7-0057/2012 – 2010/0146(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12124/2010),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-istima tal-konformità, tal-istima tal-konformità, iċ-ċertifikati u l-immarkar bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja (12150/2010),
– wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a), punt v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0057/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0211/2012),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Awstralja.
Ftehim UE/New Zealand dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-istima tal-konformità ***
200k
32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim UE/New Zealand li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-istima tal-konformità bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand (12126/2010 – C7-0058/2012 – 2010/0139(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12126/2010),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-istima tal-konformità bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand (12151/2010),
– wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a), punt v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0058/2012),
– wara li kkunsidra r-Regoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0210/2012),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tan-New Zealand.
Ċerti miżuri fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut (COM(2011)0888 – C7-0508/2011 – 2011/0434(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0888),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 207(2) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0508/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012(1),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Ġunju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0146/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1026/2012.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (COM(2011)0416 – C7-0197/2011 – 2011/0194(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0416),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0197/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-28 ta' Marzu 2012(1),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Mejju 2012(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0217/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;
2. Jisteden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda din il-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u li tħassar r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Europea,
Wara li għaddew l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),
Billi:
(1) L-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd (“PKS”) jestendi għal miżuri dwar is-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura fl-Unjoni. L-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, jew “Organizzazzjoni Komuni tas-Suq” (“OKS”), hija parti integrali tal-PKS u għandha tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha. Billi l-PKS qed tiġi riveduta, l-OKS għandha tiġi adattata skont dan.
(2) Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura(6) jiġi rivedut biex jitqiesu n-nuqqasijiet misjuba fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ attwalment, l-iżviluppi riċenti fl-Unjoni u s-swieq dinjija, u l-evoluzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura.
(2a)Is-sajd iwettaq rwol partikolarment importanti fl-ekonomiji tar-reġjuni kostali tal-Unjoni, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi. Minħabba li lis-sajjieda ta’ dawk ir-reġjuni jipprovdilhom l-għajxien tagħhom, għandhom jittieħdu passi biex jitrawmu l-istabilità tas-suq u korrispondenza mtejba bejn il-provvista u d-domanda. [Em. 1]
(3) Għandhom jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-OKS skont l-impenji internazzjoni tal-Unjoni, partikularment fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”). Il-ħut u l-molluski huma ġid komuni. Billi s-sajd, għalhekk, mhuwiex bħal industriji oħrajn, għandu jiġi regolat partikolarment minn miżuri li jissodisfaw kriterji ambjentali u ekosistemiċi, irrispettivament mir-rekwiżiti tas-suq. [Em. 2]
(3a)Billi d-dispożizzjonijiet kummerċjali tad-WTO li japplikaw attwalment qed jaħdmu b’mod sodisfaċenti, kwalunkwe proposta ġdida għandha tfittex li żżomm status quo meta dan ikun possibbli. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura importati minn pajjiżi terzi jirrispettaw għal kollox prattiki u dispożizzjonijiet sostenibbli tal-liġi tal-Unjoni, sabiex tiżgura li prodotti tal-Unjoni u dawk importati jikkompetu f’kundizzjonijiet ekwi. [Em. 3]
(4) L-OKS għandha tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd.
(5a)Minħabba l-volumi kbar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jiġu importati għal ġol-Unjoni minn pajjiżi terzi u l-proporzjon sostanzjali tal-prodotti importati fil-konsum totali tal-Unjoni, huwa indispensabbli li l-OKS tifforma parti minn politika kummerċjali u doganali li jkollha l-għan li tirregola l-importazzjonijiet u ttaffi l-effetti tagħhom minn fuq il-prezzijiet ottenuti mill-produtturi tal-Unjoni fl-ewwel bejgħ u minn fuq il-profitabilità tal-attivitajiet tagħhom.[Em. 4]
(5b)Jeħtieġ li jintlaħaq l-ogħla grad possibbli ta’ konsistenza bejn il-PKS u l-politika kummerċjali komuni, fejn din il-politika tal-aħħar tintuża b’mod sistematiku biex tkompli tmexxi ’l quddiem l-objettivi ta’ dik tal-ewwel, kemm fin-negozjati multilaterali tad-WTO u kemm fir-rigward tal-ftehimiet kummerċjali bilaterali u reġjonali.[Em. 5]
(5c)L-aġenziji nazzjonali kollha li għandhom ir-responsabilità li jwettqu l-iċċekkjar doganali u tas-saħħa fuq il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura importati għal ġol-Unjoni għandhom jingħataw ir-riżorsi umani u finanzjarji u l-għodod li huma jeħtieġu biex jagħmlu xogħolhom kif suppost. [Em. 6]
(6) Huwa importanti li l-immaniġġar tal-OKS jitmexxa fuq il-prinċipji ta' governanza tajba tal-PKS.
(6a)Biex l-OKS tkun suċċess, huwa essenzjali li l-konsumaturi jiġu mgħarrfa, permezz ta’ kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni u edukattivi, dwar il-valur li wieħed jiekol il-ħut u dwar il-varjetà wiesgħa ta’ speċijiet disponibbli, kif ukoll għandhom isiru jafu dwar kemm hu importanti li wieħed ikun jista' jifhem it-tagħrif li jidher fuq it-tikketti.[Em. 7]
(7) L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-atturi ewlenin għall-applikazzjoni xierqa tal-PKS u tal-OKS. Huwa għalhekk meħtieġ li jsaħħu l-għanijiet tagħhom biexu li jipprovdu l-appoġġ finanzjarju meħtieġ biex ikun jista' jkollhom rwol iktar sinifikanti fil-ġestjoni ta' kuljum tas-sajd, billi jaġixxu f'qafas definit mill-objettivi tal-PKS. Huwa wkoll meħtieġ li jiżguraw li l-membri tagħhom iwettqu attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura b'mod sostenibbli, itejbu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti, jesperjenzaw titjib fid-dħul tagħhom, u jiġbru informazzjoni ekonomika dwar l-akkwakultura. Filwaqt li jilħqu dawn l-għanijiet, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkunsidraw il-kundizzjonijiet differenti tas-setturi tas-sajd u l-akkwakultura li jeżistu fl-Unjoni, speċjalment dawk fir-reġjuni ultraperifeċriċi, b'mod partikulari l-ispeċifiċitajiet tas-sajd fuq skala żgħira u tal-akkwakultura estensiva. Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri u l-gvernijiet reġjonali li jieħdu responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta’ dawk l-għanijiet, u jaħdmu mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fuq kwistjonijiet ta’ ġestjoni, inkluża, fejn hi xierqa, dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti u l-ġestjoni tal-isforz tas-sajd, skont il-ħtiġijiet ta’ kull qasam tas-sajd partikolari. [Em. 8]
(7a)Sabiex tissaħħaħ il-kompetittività u l-vijabbiltà tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, hemm il-bżonn li l-kriterji adegwati għall-istabbiliment tagħhom ikunu definiti b’mod ċar, partikolarment dawk li jirrigwardaw in-numru minimu ta' membri u r-rikonoxximent formali tagħhom.[Em. 9]
(8) L-organizzazzjonijiet interprofessjonali billi jiġbru flimkien kategoriji differenti ta' operaturi jistgħu jgħinu biex itejbu l-koordinazzjoni ta' attivitajiet tal-kummerċjalizzajoni matul il-katina tal-attivitajiet u biex jiżviluppaw miżuri ta' interess għas-settur kollu.
(9) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet komuni għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali mill-Istati Membri, biex ir-regoli adottati mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali u tal-produtturi jiġu estiżi, u biex il-kosti li jirriżultaw minn din l-estensjoni jiġu kondiviżi. Il-proċedura għall-estensjoni ta' regoli għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni.
(10) Sabiex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jidderiġu lill-membri lejn attivitajiet ta' sajd u akkwakultura sostenibbli, huma għandhom jiddefinixxu u jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni bil-miżuri meħtieġa biex jilħqu l-għanijiet tagħhom.
(10a)Il-ħatt l-art tal-qabdiet inċidentali u sekondarji kollha u t-tnaqqis tar-rimi huma tnejn mill-objettivi tar-riforma tal-PKS li għaddejja bħalissa. Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, għandu jsir użu aktar wiesa’ ta’ rkaptu tas-sajd selettiv li jipprevjeni li jinqabad ħut ta’ daqs iżgħar milli suppost.[Em. 165]
(11) Id-diffikulta biex jitbassru l-attivitajiet tas-sajd teżiġi li jitwaqqaf mekkaniżmu għal ħżin ta' prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem bil-għan li titrawwem stabbilità akbar tas-suq u jiżdied ir-redditu fuq il-prodotti, partikularment billi jinħoloq valur miżjud. Dan il-mekkaniżmu għandu jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni u l-konverġenza tas-swieq lokali tal-Unjoni bil-għan li jinħoloq is-suq uniku.
(11a)Minħabba l-bogħod u l-iżolament ġeografiku tar-reġjuni ultraperiferiċi, huwa possibbli skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) li jsir programm ta' azzjoni speċjali li jqis il-karatteristiċi speċifiċi ta' tali reġjuni.[Em. 11]
(11b)Il-Kummissjoni jmissha tistabbilixxi miżuri ta’ appoġġ biex tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-akkwakultura.[Em. 12]
(12) L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu joħolqu fond kollettivgħandhom jiġu allokati għajnuna finanzjarja tal-Unjoni taħt il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd biex jiffinanzja l-pjanijiet ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni u l-mekkaniżmu ta' ħżin. [Em. 13]
(13) Biex tiġi kkunsidrata d-diversità fil-prezzijiet madwar l-Unjoni, kull organizzazzjoni tal-produtturi għandha tkun intitolata tipproponi prezz li jiskatta l-mekkaniżmu ta' ħżin. Dan il-prezz ma għandux iwassal biex jiġu ffissati prezzijiet minimi li jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni.
(14) Billi l-istokkijiet tal-ħut huma riżorsi kondiviżi, l-isfruttar sostenibbli u effiċjenti tagħhom jista', f'xi ċirkustanzi, jintlaħaq aħjar permezz ta' organizzazzjoniiet magħmula minn membri minn Stati Membri differenti u minn reġjuni differenti.Għalhekk jeħtieġ li tiġi prevista wkoll il-possibbiltàmħeġġa l-possibbiltà li jitwaqqfu organizzazzjonijiet ta' produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi fuq livell transreġjonali, ibbażati fejn xieraq fuq ir-reġjuni bijoġeografiċi, u fil-livell transnazzjonali. li jibqgħu soġġetti għal regoli tal-kompetizzjoni kif previst fir-regolament preżenti Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu sħubiji bl-għan li jipproduċu regoli komuni u vinkolanti, u li jipprovdu kundizzjonijiet ekwi għall-partijiet interessati kollha li jaħdmu fis-sajd. Fit-twaqqif ta' organizzazzjonijiet bħal dawn, jeħtieġ li jiġi żgurat li huma li jibqgħu soġġetti għal regoli tal-kompetizzjoni kif previst fir-regolament preżenti u li tiġi rispettata l-ħtieġa li tinżamm ir-rabta bejn il-komunitajiet kostali individwali u l-ħut u l-ilmijiet li storikament ikunu esplojtaw. [Em. 14]
(15) L-applikazzjoni ta' standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni għandha tippermetti li s-suq ikun fornut bi prodotti sostenibbli, li jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tas-suq intern tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, u li jiġi ffaċilitat il-kummerċ fuq bażi ta' kompetizzjoni ġusta, u b'hekk tgħin biex tintlaħaq il-profitabbiltà tal-produzzjoni.
(16) Minħabba l-varjetà wiesgħa tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, jeħtieġHuwa meħtieġ li l-konsumaturi jingħataw ammont minimuinformazzjoni ċara u komprensiva dwar, inter alia, l-oriġini, il-metodu u d-data ta' informazzjoni obbligatorja dwar il-karatteristiċi ewleninproduzzjoni tal-prodotti sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati. [Em. 15]
(16a) L-użu ta' ekotikketta għall-prodotti tas-sajd, li joriġinaw kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll barra joffri l-possibbiltà li tiġi pprovduta informazzjoni ċara dwar is-sostenibbiltà ekoloġika ta' prodotti tas-sajd. Huwa meħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li jiġu żviluppati u stabbiliti kriterji minimi għall-iżvilupp ta' ekotikketta għall-prodotti tas-sajd waħda għall-Unjoni kollha.[Em. 16]
(16b)Sabiex jiġu salvagwardjati l-konsumaturi Ewropej, l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għas-sorveljanza u l-infurzar tal-obligazzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jagħmlu użu sħiħ mit-teknoloġija disponibbli, inkluża l-analiżi tad-DNA, sabiex l-operaturi ma jitħallewx jagħmlu tikkettjar falz tal-qabdiet.[Em. 17]
(16c)Minħabba l-importanza li l-konsumaturi jattribwixxu lill-oriġini u l-provenjenza, fis-sens wiesgħa ta’ dawn it-termini, meta jkunu qed jagħżlu bejn il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura disponibbli fis-suq, għandha tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li t-tagħrif li jingħataw dwar il-prodotti jkun eżatt, ċar u komprensiv kemm jista’ jkun.[Em. 18]
(16d)Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-PKS – b’referenza partikolari għall-OKS u d-dispożizzjonijiet għall-għoti ta’ tagħrif lill-konsumatur – u l-politika kummerċjali komuni, wieħed irid jieħu ħsieb li jiġu evitati d-definizzjonijiet li huma eċċessivament wesgħin tal-oriġini doganali preferenzjali tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, kif ukoll kwalunkwe eċċezzjonijiet għad-definizzjonijiet standard li jdgħajfu t-traċċabilità tal-prodotti u jikkawżaw konfużjoni dwar minn fejn u kif prodott partikolari jkun inġab.[Em. 19]
(17) Ir-regoli dwar il-kompetizzjoni relatata ma' ftehimiet, deċiżjonijiet u prassi msemmija fl-Artikolu 101 TFUE għandhom japplikaw għall-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, sakemm l-applikazzjoni tagħhom ma tfixkilx it-tħaddim tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq jew thedded li jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 39 TFUE.
(17a)Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-prodotti importati li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jikkonformaw mal-istess rekwiżiti u standards ta’ kummerċjalizzar bħal dawk li jridu jissodisfaw il-produtturi tal-Unjoni.[Em. 20]
(18) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, waqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura, inklużi l-frammentazzjoni tas-settur, il-fatt li l-ħut huwa riżorsa kondiviża u jekk l-ammont tal-importazzjoni huwa kbir, li għandhom jiġu regolati mill-istess regoli bħall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura tal-Unjoni.Minħabba raġunijiet ta' simplifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 tal-24 ta' Lulju 2006 li japplika ċerti regoli ta' kompetizzjoni għall-produzzjoni ta', u l-kummerċ f'ċerti prodotti agrikoli(7) għandhom jiġu inkorporati fir-regolament preżenti. Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1184/2006 ma għandux jibqa' japplika għal prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. [Em. 21]
(19) Jeħtieġ li tittejjeb l-informazzjoni ekonomika dwar is-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura fl-Unjoni.
(20) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet inter-professjonali, kif ukoll biex jiġu stabbiliti standards tas-suq komuni, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-appoġġ finanzjarju tagħhom, ir-regoli interni tagħhom, il-kontenut tal-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll id-definizzzjoni u l-emendar tal-istandards komuni tas-suq. [Em. 22] Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(22) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, dwar l-iskadenzi taż-żmien u l-proċeduri għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri; il-format, l-iskadenzi taż-żmien u l-proċeduri għall-komunikazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni tad-deċiżjonijiet tagħhom biex jingħata jew jiġi rtirat rikonoxximent; ir-regoli dwar il-frekwenza u l-kontenut u l-metodi prattiċi tal-verifiki mill-Istati Membri; il-format u l-proċedura ta' notifika mill-Istati Membri fil-każ ta' estensjoni tar-regoli; il-proċedura u l-iskadenzi taż-żmien biex jintbagħtu mill-organizzazzjoni tal-produtturi u approvazzjoni mill-Istati Membri tal-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni; u l-format tan-notifika mill-Istati Membri tal-prezzijiet skattaturi, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni(8).
(22a) Peress li dawn l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi stabbilita l-organizzazzjoni komuni fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, ma jistgħax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jista' għalhekk minħabba l-skali u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx 'l hinn minn dak li huma meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.
(23) Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandu jiġi rrevokat iżda għandhom jibqgħu japplikaw sakemm jidħol fis-seħħ ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd.
(23a) Ir-Regolament (KE) Nru 1184/2006 għandu jiġi emendat kif ġej,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Suġġett
1. B'dan qed tiġi stabbilita organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, minn hawn 'il quddiem “Organizzazzjoni Komuni tas-Suq”.
2. L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq (“OKS”) għandha tħaddan l-istrumenti li ġejjin:
(a)
organizzazzjonijiet professjonali;
(b)
standards ta' kummerċjalizzazzjoni;
(c)
informazzjoni għall-konsumatur;
(d)
regoli dwar il-kompetizzjoni;
(e)
għarfien intelliġenti dwar is-suq;
(ea)
id-dimensjoni esterna.[Em. 23]
Artikolu 2
Ambitu
L-OKS għandha tapplika għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, li jiġu prodotti jew kkummerċjalizzati fl-Unjoni. [Em. 24]
Artikolu 3
Għanijiet
L-OKS għandha tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament fir-Regolament (UE) Nru .../20XX ta' ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd(9)u, b’mod partikolari, biex jiġu pprovduti inċentivi tas-suq ħalli jiġu appoġġjati prattiki ta’ produzzjoni li jkunu aktar sostenibbli, biex tittejjeb il-pożizzjoni tas-suq tal-prodotti tal-Unjoni, biex jitfasslu strateġiji tal-produzzjoni bil-ħsieb li l-Politika Komuni tas-Sajd (“PKS”) tiġi adattata għall-bidliet strutturali tas-swieq u għall-fluttwazzjonijiet ta’ żmien qasir, u biex jissaħħaħ il-potenzjal tas-suq tal-prodotti tal-Unjoni. [Em. 25]
Artikolu 4
Prinċipji
L-OKS għandha tipproċedi fuq il-prinċipji ta' governanza tajba, stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.li hi għandha tikseb permezz ta' definizzjoni ċara tar-responsabilitajiet fil-livell tal-Unjoni, dak nazzjonali, dak reġjonali u dak lokali, perspettiva fit-tul, l-involviment wiesgħa tal-operaturi, ir-responsabilità tal-Istat tal-bandiera, u l-konsistenza mal-politiki integrati marittimi, kummerċjali u politiki oħra tal-Unjoni. [Em. 26]
Artikolu 5
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet imsemmija fir-Regolament (UE) Nru .../20XX(10)u dawk imsemmija fir-Regolamet tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd(11),, u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009(12) għandha tapplika.[Em. 27]
Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
'prodotti tas-sajd' tfisser organiżmi akwatiċi li jirriżultaw minn kwalunkwe attività tas-sajd jew prodotti li ġejjin minnhom, kif elenkat fl-Anness I;
(b)
'prodotti tal-akkwakultura' tfisser organiżmi akwatiċi, fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, li jirriżultaw minn kwalunkwe attività tal-akkwakultura jew prodotti li ġejjin minnhom, kif elenkat fl-Anness I;
(c)
'produttur' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża mezzi ta' produzzjoni biex tikseb prodotti ta' sajd jew akkwakultura bl-intenzjoni li tqiegħdhom fis-suq;
(d)
'settur tas-sajd jew l-akkwakultura' tfisser is-settur tal-ekonomija li jinkludi l-attivitajiet kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura;
(da) “qabdiet mhux mixtieqa’ tfisser qabdiet kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru .../20XX(13).[Em. 28]
(e)
'tagħmel disponibbli fis-suq' tfisser kwalunkwe provvista ta' prodott tas-sajd jew l-akkwakultura għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll mingħajr;
(f)
'tqegħid fis-suq' tfisser l-ewwel darba li prodott tas-sajd jew l-akkwakultura jsir disponibbli fis-suq tal-Unjoni.
Kapitolu II
Organizzazzjonijiet professjonali
Taqsima I
Stabbiliment, għanijiet u Miżuri
Artikolu 6
Stabbiliment ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd
Organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd jistgħu jiġu stabbiliti bħala grupp imwaqqaf fuq l-inizjattiva proprja ta' produtturi ta' prodotti tas-sajd fi Stat Membru wieħed jew aktar u li huma rikonoxxuti skont it-Taqsima II.
Fl-istabbiliment ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tas-sajd, għandha titqies is-sitwazzjoni speċifika tal-produtturi tas-sajd qrib il-kosta fuq skala żgħira u tas-sajd mhux industrijali, sabiex, b'mod partikolari, dawn il-produtturi igawdu minn diskriminazzjoni pożittiva fl-aċċess għall-għajnuna għat-twaqqif ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi.[Em. 29]
Artikolu 7
Għanijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd
L-organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd għandu jkollhom l-għanijiet li ġejjin:
(a)
jippromwovu attivitajiet vijabbli u sostenibbli tas-sajd mill-membri tagħhom, b'konformità sħiħa mal-politika ta' konservazzjoni, immaniġġjar u sfruttar stipulata fir-Regolament (UE) Nru .../20XX(14) u fl-atti legali ambjentali tal-Unjoni; [Em. 30]
(aa)
jippjanaw il-produzzjoni tal-membri tagħhom u jagħtu konsulenza lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali dwar kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tas-sajd kif ukoll jaqsmu l-aħjar prattiki żviluppati mill-bastimenti tal-Unjoni; [Em. 31]
(ab)
jikkontribwixxu fil-provvista tal-ikel u jżommu u joħolqu impjiegi fiż-żoni kostali u rurali, inkluż taħriġ vokazzjonali u programmi ta' kooperazzjoni biex iż-żgħażagħ jitħeġġu jidħlu fis-settur u biex jiġi żgurat standard ġust ta' għajxien għal dawk impenjati fis-sajd; [Em. 32]
(b)
jieħdu ħsiebjevitaw, jimminimizzaw u jagħmlu l-aħjar użu minn qabdiet ta' stokkijiet kummerċjali li ma hemmx domanda għalihom mingħajr ma joħolqu suq sostanzjali għal qabdiet bħal dawn;[Em. 33]
(ba)
jikkontribwixxu għall-eliminazzjoni tal-prattiki ta' sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat billi japplikaw fuq il-membri tali kontrolli interni li jkun hemm bżonn;[Em. 34]
(bb)
inaqqsu l-impatt ambjentali tas-sajd, inkluż billi jimplimentaw miżuri li jtejbu s-selettività tal-irkaptu tas-sajd, jikkontrollaw l-isforz u jevitaw qabdiet mhux mixtieqa u mhux awtorizzati;[Em. 35]
(bc)
jimmaniġġjaw id-drittijiet tal-aċċess għar-riżorsi assenjati lill-membri tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru .../20XX(15);[Em. 36]
itejbu l-profittabbiltà tal-produtturi u jtejbu d-dħul tal-operaturi tas-sajd; [Em. 37]
(ea)
jiżguraw it-traċċabilità u jtejbu l-aċċess għal informazzjoni ċara u komprensiva sabiex il-konsumaturi jifhmu aħjar l-istejtus ta' konservazzjoni tal-ekosistemi marittimi u tar-riżorsi tas-sajd, kif ukoll jiġu mgħallma dwar il-varjetà wiesgħa ta' speċijiet disponibbli għall-konsum; [Em. 38]
(eb)
jippromwovu l-użu tat-Teknoloġija tal-Komunikazzjonijiet tal-Informazzjoni (“TKI”) biex jiżguraw ikkummerċjar u prezzijiet ogħla għall-prodotti tas-sajd.[Em. 39]
Artikolu 8
Miżuri li jittieħdu minn organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd
Organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd jistgħu jużaw, inter alia,l-miżuri li ġejjin biex jilħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 7: [Em. 41]
(a)
jippjanaw l-attivitajiet tas-sajd tal-membri tagħhom;jippjanaw il-ġestjoni tal-attivitajiet ta' sajd tal-membri tagħhom, inkluż l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' miżuri li jtejbu s-selettività tal-attivitajiet ta' sajd u joffru konsulenza lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali tal-pjanijiet ta' ġestjoni msemmija hawn fuq, għal kull Stat Membru;[Em. 42]
(b)
jagħmlu l-aħjar użu ta' qabdietu jassistu lill-membri tagħhom biex jevitaw u jimminimizzaw il-qabdiet ta' stokkijiet kummerċjali li ma hemmx domanda għalihom. billi
–
jiddisponu minn prodotti li jkunu nħattu l-art li mhumiex konformi mad-daqsijiet minimi ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2)(a) għal użi oħrajn għajr konsum mill-bniedem;
–
jqiegħdu fis-suq prodotti li jkunu nħattu l-art li huma konformi mad-daqsijiet minimi ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2)(a);
–
jiddistribwixxu mingħajr ħlas prodotti li jkunu nħattu l-art għal finijiet filantropiċi jew karitatevoli.:[Em. 43 u 44]
jidderiġu l-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tagħhom;
(e)
jimmaniġġaw ħżin temporanju ta' prodotti tas-sajd b'konfomità mal-Artikoli 35 u 36;
(f)
jikkontrollaw u jieħdu miżuri biex l-attivitajiet tal-membri tagħhom ikun konformi mar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;
(fa)
ittejbu l-kwalità, l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq; iwettqu studji biex jittejbu l-ippjanar u l-ġestjoni ta' attivitajiet u jingħata appoġġ lil programmi professjonali biex jiġu promossi prodotti ta' sajd sostenibbli;[Em. 46]
(fb)
jibagħtu, fuq bażi volontarja, informazzjoni rigward l-istat ta' konservazzjoni tal-ekosistemi marini u tar-riżorsi tal-ħut lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bil-frekwenza, u b-għajnuna ta' mezzi, li jkunu meqjusa adegwati;[Em. 47]
(fc)
jimmaniġġjaw l-opportunitajiet tas-sajd tal-membri tagħhom fuq bażi kollettiva;[Em. 48]
(fd)
jippromwovu l-aċċess tal-konsumatur għall-informazzjoni ċara u komprensiva dwar il-prodotti tas-sajd;[Em. 49]
Artikolu 9
Stabbiliment ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura
Organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura jistgħu jiġu stabbiliti bħala grupp imwaqqaf fuq l-inizjattiva proprja ta' produtturi ta' prodotti tal-akkwakultura fi Stat Membru wieħed jew aktar u li huma rikonoxxuti skont it-Taqsima II.
Artikolu 10
Għanijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura
L-organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura għandu jkollhom l-għanijiet li ġejjin:
(a)
jippromwovu l-attivitajiet vijabbli u ekonomikament, soċjalment u ambjentalment sostenibbli tal-akkwakultura tal-membri tagħhom, u l-benefiċċji tal-akkwakultura organika billi jipprovdu opportunitajiet għall-iżvilupp tagħhom; b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u skont id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin(16)u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa(17), fi ħdan il-qafas legali stabbilit f'kull Stat Membru, jew parti minnu;[Em. 151]
(aa)
jiżguraw li prodotti tal-ikel mill-akkwakultura li joriġinaw mis-sajd, jiġu mis-sajd li jkun immaniġjat b’mod sostenibbli;[Em. 52]
(b)
jikkontribwixxu għall-provvista tal-ikel u, billi jiġu rrispettati l-istandards għoljin tal-kwalità u tas-sikurezza tal-ikel, filwaqt li jikkontribwixxu għall-impjieg f'żoni kostali u rurali; [Em. 53]
(c)
jaċċertaw li l-attivitajiet tal-membri tagħhom huma konsistenti mal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru .../20XX(18);
itejbu l-profittabbiltà tal-produtturi u d-dħul tal-ħaddiema fis-settur filwaqt li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom; [Em. 55]
(ea)
iniedu programmi biex jippromwovu t-tijib kontinwu tal-prodotti u attivitajiet tal-akkwakultura li jkunu favur l-ambjent u sostenibbli, kif ukoll taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet biex jiġi żgurat livell ta' għajxien ġust għal dawk impenjati fl-attivitajiet tal-akkwakultura u jitnaqqas l-impatt negattiv fuq il-katina ta' produzzjoni kollha kemm hi; [Em. 56]
(eb)
jippromwovu kwalunkwe attivitajiet oħra li huma fl-interess tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi u jiżviluppaw jew itejbu l-operat tas-settur sabiex jippermettu li organizzazzjonijiet tal-produtturi jilħqu għanijiet li mhumiex speċifikati f'dan l-Artikolu; [Em. 57]
(ec)
jiffaċilitaw l-aċċess tal-konsumatur għall-informazzjoni dwar il-prodotti tal-akkwakultura;[Em. 58]
(ed)
jużaw, kemm jista’ jkun, t-TIK biex jiżguraw li jinkiseb l-aqwa prezz possibbli għall-prodotti;[Em. 59]
Artikolu 11
Miżuri li jittieħdu minn organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura
Organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura jistgħu jużaw, fost affarijiet oħra, il-miżuri li ġejjin biex jilħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 10: [Em. 60]
(a)
jippromwovu akkwakultura responsabbli, estensiva u sostenibbli, notevolment f'termini ta' ħarsien tal-ambjent, saħħa u benessri tal-annimali; [Em. 61]
jimmaniġġjaw ħżin temporanju ta' prodotti tal-akkwakultura b'konfomità mal-Artikoli 35 u 36; [Em. 64]
(d)
jikkontrollaw u jieħdu miżuri biex l-attivitajiet tal-membri tagħhom ikunu konformi mar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;
(e)
jiġbru informazzjoni ambjentali u dwar il-prodotti kkumerċjalizzati inkluża informazzjoni ekonomika dwar l-ewwel bejgħ u t-tbassir ta' produzzjoni; [Em. 65]
(ea)
ittejbu l-kwalità, l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq; iwettqu studji biex jittejbu l-ippjanar u l-ġestjoni ta' attivitajiet u jingħata appoġġ lil programmi professjonali biex jiġu promossi prodotti ta' akkwakultura sostenibbli; [Em. 66]
(eb)
jippromwovu l-aċċess tal-konsumatur għall-informazzjoni ċara u komprensiva dwar il-prodotti tal-akkwakultura;[Em. 67]
(ec)
jippromwovu l-prodotti tal-akkwakultura billi jintuża l-potenzjal taċ-ċertifikazzjoni, partikolarment dak tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-merti ta’ sostenibbiltà.[Em. 68]
Artikolu 12
Stabbiliment ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi
1. Assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd jew akkwakultura tista' tiġi stabbilita bħala grupp imwaqqaf fuq l-inizjattiva proprja ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti fi Stat Membru wieħed jew aktar.
2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament applikabbi għal organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom japplikaw għal assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi ħlief jekk indikat mod ieħor.
Artikolu 13
Għanijiet ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi
Assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd jew l-akkwakultura għandu jkollhom l-għanijiet li ġejjin:
(a)
iwettqu b'mod iktar sostenibbli u effiċjenti kwalunkwe għan tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri stipulati fl-Artikoli 7 u 10; [Em. 69]
(b)
jikkoordinaw u jiżviluppaw attivitajiet ta' interess komuni għall-organizzazzjonijiet ta' produtturi membri, inkluża l-kummerċjalizzazzjoni mtejba tal-prodotti għall-konsumatur; [Em. 70]
(ba)
jikkonformaw mal-miżuri kollha mmirati lejn l-iżgurar ta’ stabbiltà relattiva tal-attivitajiet f’kull Stat Membru għal kull stokk tal-ħut jew żona tas-sajd.[Em. 71]
Artikolu 13a
Il-finanzjament ta’ assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi
1.Il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd jista’ jikkontribwixxi finanzjarjament lejn l-istabbiliment u/jew l-iżvilupp ta’ assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
2.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 50, waqt li tistabbilixxi regoli ddettaljati li jirrigwardaw appoġġ finanzjarju ta’ dan it-tip.[Em. 72]
Artikolu 14
Stabbiliment ta' organizzazzjonijiet minn diversi oqsma
Tista' tiġi stabbilita organizzazzjoni interprofessjonali bħala grupp imwaqqaf fuq l-inizjattiva proprja ta' operaturi ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura fi Stat Membru wieħed jew aktar u li hija rikonoxxuta skont it-Taqsima II.
Artikolu 15
Għanijiet ta' organizzazzjonijiet minn diversi oqsma
L-organizzazzjonijiet interprofessjonali għandu jkollhom l-għanijiet li ġejjin:
(a)
itejbu l-kundizzjonijiet biex prodotti tas-sajd u l-akkwakultura jkunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni;
(b)
jgħinu biex jikkoordinaw aħjar it-tqegħid fis-suq u d-disponibbiltà fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u l-akkwakultura tal-Unjoni.
Artikolu 16
Miżuri li jittieħdu minn organizzazzjonijiet minn diversi oqsma
Organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu jużaw il-miżuri li ġejjin biex jilħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 15:
(a)
it-tfassil ta’ kuntratti standard li huma kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;
(b)
il-promozzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura tal-Unjoni b'mod mhux diskriminatorju permezz tal-użu tal-potenzjal ta' ċertifikazzjoni, partikularment dak tad-denominazzjonijiet tal-oriġini, siġilli ta' kwalità, indikazzjonijiet ġeografiċi u merti ta' sostenibbiltà, u filwaqt li jsir provvediment għall-identifikazzjoni ċara tal-prodotti tal-Unjoni f'paragun ma' prodotti importati; [Em. 73]
(c)
l-istipular ta' regoli dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura li huma iktar stretti minn dawk stabbiliti fl-atti legali tal-Unjoni jew leġiżlazzjoni nazzjonali;
(d)
it-titjib fil-kwalità, tal-għarfien dwar u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, kif ukoll il-provvista ta' programmi ta' taħriġ vokazzjonali u professjonali biex jiġu mħeġġa u promossi l-kwalità tal-prodott, it-traċċabilità u s-sikurezza tal-ikel u inizjattivi ta' riċerka u żvilupp,[Em. 74]
(e)
it-twettiq ta' riċerka u studji tas-suq, u l-iżvilupp ta' tekniki li jwasslu għall-aqwa livell tal-operat tas-suq, inklużi l-ITK;
(f)
il-forniment ta' informazzjoni u t-twettiq ta' riċerka meħtieġa biex twassal għal provvisti sostenibbli b'ammont, kwalità u prezz skont il-ħtiġijiet tas-suq u l-aspettattivi tal-konsumatur;
(fa)
il-promozzjoni, lill-konsumaturi, tal-ispeċijiet b'valur nutrittiv apprezzabbli li bħalissa mhumiex kummerċjabbli u li jinkisbu minn stokkijiet ta' ħut sani;[Em. 75]
(g)
il-kontroll u, fejn meħtieġ, it-teħid ta' miżuri xierqa biex jiġi żgurat li l-attivitajiet tal-membri tagħhom ikunu konformi mar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni minn diversi oqsma;
Taqsima II
Rikonoxximent
Artikolu 17
Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi
1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd u l-akkwakultura kull grupp tas-sajd jew l-akkwakultura li japplikaw għal dan ir-rikonoxximent, bil-kundizzjoni li:
(a)
ikun attiv b'mod suffiċjenti ekonomikament fit-territorju tiegħu jew parti minnu, partikularment fir-rigward ta' l-għadd ta' membri u volum ta' produzzjoni kummerċjabbli li jkollhom;
(b)
għandu personalità ġuridika skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru u għandu l-kwartieri ġenerali uffiċjali tiegħu u huwa stabbilit fit-territorju tiegħu;
(c)
huwa kapaċi li jsegwi l-għanijiet stipulati fl-Artikoli 7 u 10;
(d)
huwa konformi mar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fil-Kapitolu VIKapitoluV;[Em. 76] u
(e)
jista' ma jkollux pożizzjoni dominanti f’suq partikolari ħlief jekk dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-miri tal-Artikolu 39 tat-Trattat.[Em. 77]
(ea)
jagħtu evidenza tat-trasparenza fir-rigward tad-dettalji tas-sħubija, il-governanza u s-sors tal-finanzjament tagħhom.[Em. 78]
1a.L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali għar-rikonoxximent ta' organizzazzjoni tal-produtturi.[Em. 79]
1b.L-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandhom jitqiesu bħala rikonoxxuti skont dan ir-Regolament.[Em. 80]
1c.Għandhom jittieħdu miżuri sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni rappreżentattiva tas-sajd fuq skala żgħira fl-organizzazzjonijiet tal-produtturi.[Em. 81]
Artikolu 18
Rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet minn diversi oqsma
1. L-Istati Membri jistgħu, wara li jqisu r-regoli tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk dwar il-kompetizzjoni, jirrikonoxxu bħala organizzazzjoni interprofessjonali, kwalunkwe grupp stabbilit fit-territorju tagħhom li jagħmel applikazzjoni xierqa, bil-kundizzjoni li:
(a)
jirrappreżenta sehem sinifikanti talanqas ta' tnejn mill-attivitajiet li ġejjin f'żona/i partikulari, sehem mill-produzzjoni, : produzzjoni, kummerċjalizzazzjoni u pproċessar jew ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura jew prodotti pproċesstati minn prodotti tas-sajd u l-akkwakultra li qed jinqabdu minn bastimenti tal-Unjoni jew qed jiġu akkwakultivati fl-Istati Membri; [Em. 82]
(b)
mhuwiex huwa nnifsu impenjat f'attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura jew ta' prodotti pproċessati minn prodotti tas-sajd u l-akkwakultura;
(c)
ikollu personalità ġuridika skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membri u jkollu l-kwartieri ġenerali uffiċjali tiegħu u huwa stabbilit fit-territorju tiegħu;
(d)
jista' jwettaq l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 15;
(e)
jikkunsidra l-interess tal-konsumaturi; u
(f)
ma jfixkilx t-tħaddim tajjeb tal-OKS.
1a.Organizzazzjonijiet interprofessjonali eżistenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dan l-Artikolu jistgħu wkoll jitqiesu bħala rikonoxxuti, anke jekk stabbiliti b'att eżekuttiv jew bl-użu tal-liġi.[Em. 83]
Artikolu 19
Verifiki u rtirar tar-rikonoxximenti mill-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki f'intervalli regoli biex jiżguraw jekk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkonformawx mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stipulati fl-Artikoli 17 u 18, u għandhom fejn xieraq, jirtiraw ir-rikonoxximent tal-tagħhom. [Em. 84]
Artikolu 20
Organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali u tal-produtturi fil-livell transnazzjonali
L-Istati Membri li għandhom ċittadini li huma membri ta' organizzazzjoni ta' produtturi, assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjoni interprofessjonali fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u dawk l-Istati Membri li jospitaw il-kwartieri ġenerali uffiċjali ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuta fi Stati Membri differenti, għandhom jistabbilixxu, b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri rilevanti, il-kooperazzjoni ammistrattiva meħtieġa biex ikunu jistgħu jitwettqu l-verifiki fuq l-attivitajiet tal-organizzazzjoni jew tal-assoċjazzjoni konċernata. [Em. 85]
Artikolu 21
Allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd
Organizzazzjoni tal-produtturi li l-membri tagħha huma ċittadini ta' Stati Membri differenti jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuta fi Stati Membri differenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru .../20XX(19).
Artikolu 22
Komunikazzjoni lill-Kummissjoni u pubblikazzjoni tal-lista tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi[Em. 87]
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, b'mezzi elettroniċi, kwalunkwe deċiżjoni biex jingħata jew jiġi rtiratIl-Kummissjoni fil-bidu ta' kull sena għandha tippubblika l-lista tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fis-sena preċedenti u tal-organizzazzjonijiet li tneħħielhom ir-rikonoxximent matul dik is-sena. [Em. 88]
Artikolu 23
Verifiki mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni tista' twettaq verifiki u tista'għandha meta jkun xieraq, titlob li l-Istati Membri jirtiraw ir-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali, sabiex tiżgura konformità mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali stipulati fl-Artikoli 17 u 18. [Em. 89]
Artikolu 24
Atti delegati
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 sabiex tistabbilixxi regoli dwar it-tħaddim intern ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali, ir-regoli ta' assoċjazzjoni tagħhom, id-dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji li japplikaw għalihom, l-obbligi għall-membri tagħhom u l-infurzar ta' tali regoli, inkluż il-pieni li għandhom jiġu imposti. [Em. 90]
(a)
temenda jew tissupplimenta l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent imsemmija fl-Artikoli 17 u 18. Dawk ir-regoli jistgħu jikkonċernaw it-tħaddim intern ta' organizzazzjoni ta' produtturi jew organizzazzjonijiet minn diversi oqsma, ir-regoli ta' assoċjazzjoni, dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji, obbligi għall-membri tagħhom u l-infurzar tal-applikazzjoni tar-regoli tagħhom inkluż penali; .[Em. 91]
(b)
jistabbilixxu regoli dwar il-frekwenza, il-kontenut u l-metodi prattiċi tal-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri skont l-Artikoli 20 u 21.[Em. 92]
Artikolu 25
Atti ta’ implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar:
(a)
l-iskadenzi taż-żmien u l-proċeduri li l-Istati Membri għandhom japplikaw għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali skont l-Artikoli 17 u 18 jew għall-irtirar ta' tali rikonoxximent skont l-Artikolu 19;
(b)
il-format, l-iskadenzi taż-żmien u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri għall-komunikazzjoni lill-Kummissjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni biex jingħata jew jiġi rtirat ir-rikonoxximent skont l-Artikolu 22.
(ba)
ir-regoli dwar il-frekwenza, il-kontenut u l-metodi prattiċi tal-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri skont l-Artikolu 20.[Em. 93]
2. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51.
Taqsima III
Estensjoni tar-Regoli
Artikolu 26
Estensjoni tar-regoli ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi[Em. 94]
1. Stat Membru jista' jeżiġi li r-regoli miftiehma f'organizzazzjoni tal-produtturi jew f'assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jsiru vinkolanti għal produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni jew assoċjazzjoni u li jbiegħu kwalunkwe prodott [kopert minn tali organizzazzjoni ta' produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi] fiż-żona li fiha l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi hija rrapreżentata bil-kundizzjoni li: [Em. 95]
(a)
l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta' produtturihija kkunsidrata li tirrappreżenta l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, inkluż, fejn ikun rilevanti, is-setturi fuq skala żgħira u artiġjanali, fi Stat Membru wieħed u tressaq applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali; [Em. 96]
(b)
ir-regoli li se jiġu estiżi jikkonċernaw waħda jew iktar mill-miżuri għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi stipulati fl-Artikolu 8(a) sa (e).
(ba)
jiġu mħarsa r-regoli li jmexxu l-kompetizzjoni ħielsa bejn l-impriżi.[Em. 97]
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a) organizzazzjoni tal-produtturi tas-sajd titqies bħala rappreżentattiva meta tkun responsabbli għal talanqas 65 %30 % tal-kwantitajiet ikkummerċjalizzati tal-prodott rilevanti matul is-sena ta' qabel fiż-żona fejn huwa propost li jiġu estiżi r-regoli.[Em. 98]
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a) organizzazzjoni tal-produtturi tas-sajd titqies bħala rappreżentattiva meta tkun responsabbli għal talanqas 40 % tal-kwantitajiet ikkummerċjalizzati tal-prodott rilevanti matul is-sena ta' qabel fiż-żona fejn huwa propost li jiġu estiżi r-regoli[Em. 99]
4. Ir-regoli li se jiġu estiżi għal dawk li mhumiex membri għandhom japplikaw għal perjodu ta' bejn 90 30 jum u 12-il xahar. [Em. 100]
Artikolu 27
Estensjoni tar-regoli ta' organizzazzjonijiet minn diversi oqsma
1. Stat Membru jista' jeżiġi li xi wħud mill-ftehimiet, deċiżjonijiet jew prassi ġenerali miftiehma fi ħdan organizzazzjoni interprofessjonali tkun vinkolanti f'żona speċifika jew f'żoni speċifiċi għal operaturi oħra li mhumiex affiljati mal-organizzazzjoni bil-kundizzjoni li:
(a)
l-organizzazzjoni interprofessjonali hija responsabbli għal talanqas 65 % ta' talanqas tnejn minn dawn l-attivitajiet: produzzjoni, kummerċjalizzazzjoni jew ipproċessar tal-prodott rilevanti matul is-sena ta' qabel fiż-żona jew iż-żoni kkonċernati ta' Stat Membru, u tressaq applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali; u
(b)
ir-regoli li ser jiġu estiżi għal operaturi oħra jikkonċernaw kwalunkwe miżura għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali stipulata fl-Artikolu 16(a) sa (f) u ma jikkawżaw l-ebda dannu lil operaturi oħra fl-Istat Membru kkonċernat jew fl-Unjoni.
2. L-estensjoni tar-regoli għandha tapplika għal mhux iktar minn tliet snin.
Artikolu 28
Responsabbiltà
Meta r-regoli jiġu estiżi għal dawk li mhumiex membri skont l-Artikoli 26 u 27, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li dawk li mhumiex membri għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-organizzazzjoni interprofessjonali l-ekwivalenti tal-kosti kollha, jew parti minnhom, li tħallsu minn membri li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-estensjoni tar-regoli.
Artikolu 29
Awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni
1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar ir-regoli li huma beħsiebhomjiddeċiedu li jagħmlu vinkolanti għall-produtturi jew l-operaturi kollha f’żona speċifika jew f'żoni speċifiċi skont l-Artikoli 26 u 27. [Em. 101]
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza l-estensjoni tar-regoli nnotifikati minn Stat Membru, sakemm:
(a)
id-disposizzjonijiet tal-Artikoli 26 u 27 huma mħarsa;
(b)
hemm konformità mal-Kapitolu VI dwar regoli ta' kompetizzjoni;
(c)
l-estensjoni ma tipperikolax il-kummerċ ħieles; u
(d)
l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-TFUE ma jiġux kompromessia.
3. Fi żmien xahrejn15-il ġurnata minn meta l-Kummissjoni tirċievi n-notifika, għandha tieħu deċiżjoni tawtorizzax jew tirrifjutax l-awtorizzazzjoni għall-estensjoni tar-regoli u għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan. Meta l-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni fil-perjodu ta' xahrejn,15-il ġurnata, l-estensjoni tar-regoli titqies li ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni. [Em. 102]
Artikolu 30
Irtirar ta' awtorizzazzjoni
Il-Kummissjoni tista' twettaq verifiki u tista' tirtira l-awtorizzazzjoni ta' estensjoni ta' regoli fil-każ li tistabbilixxi li kwalunkwe rekwiżit għall-awtorizzazzjoni ma jitħarisx. Il-Kummissjoni għandhom tinforma lill-Istati Membri b'dan.
Artikolu 31
Atti ta’ implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw il-format u l-proċedura ta' notifika msemmija fl-Artikolu 29(1). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformita' mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51.
Taqsima IV
Ippjanar tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni
Artikolu 32
Pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni
1. Skont il-linji gwida irċevuti mill-Kummissjoni, kull organizzazzjoni tal-produtturi għandha tissottometti pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jiddiskrivi kif bi ħsiebhom jilħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3fl-Artikoli 3, 7 u 10. [Em. 103]
2. L-Istat Membru għandu japprova l-pjan. Ladarba jiġi approvat, l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha immedjatament timplimenta l-pjan.
3. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jirrevedu l-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni u għandhom jibagħtu r-reviżjoni għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru.
4. L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tistabbilixxi rapport annwali tal-attivitajiet tagħha skont il-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, u għandha tibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru.
5. L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki biex jiżguraw li kull organizzazzjoni ta' produtturi twettaq l-obbligi previsti f'dan l-Artikolu. Meta Stat Membru jagħmel sejba ta' nonkonformità, dan jista’ jiddeċiedi li jirtira r-rikonoxximent.[Em. 104]
Artikolu 33
Atti delegati
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 biex tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw il-kontenut tal-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 32(1).
Artikolu 34
Atti ta’ implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli tal-proċedura u l-iskadenzi taż-żmien biex jintbagħtu mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u r-regoli tal-approvazzjoni mill-Istati Membri tal-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 32. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformita' mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51.
Taqsima V
Stabbilizzazzjoni tas-swieq
Artikolu 35
Mekkaniżmu ta' ħżin
L-organizzazzjonijiet ta' produtturi jistgħu jiffinanzjawjikkofinanzjaw il-ħżin ta' prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II , sakemm: [Em. 105]
(a)
il-prodotti jkunu tqiegħdu għall-bejgħ mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, iżda għadu ma nstabx bejgħ tagħhom bil-prezz skattatur imsemmi fl-Artikolu 36;
(b)
il-prodotti jilħqu l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni adottati skont l-Artikolu 39 u huma ta' kwalità adegwata għal konsum mill-bniedem;
(c)
il-prodotti huma stabbilizzati jew proċessati u maħżuna billi jiġu ffriżati, jew abbord bastimenti jew f'faċilitajiet fuq l-art, immellħa, imnixxfa, immarinati, u, fejn rilevanti, mgħollija u pasturizzati. Jistgħu jiġu mqatta' fi fletti jew maqtugħin f'biċċiet, u fejn xieraq, tinqata' rashom, flimkien mal-proċessi msemmija qabel;
(d)
il-prodotti maħżuna jerġgħu jitqiegħdu mill-ġdid fis-suq għal konsum tal-bniedem fi stadju aktar tard; u
(da)
il-perjodu minimu u dak massimu għall-iffinanzjar tal-ħżin ta' prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għandhom jiġu stipulati b'mod ċar.[Em. 106]
Artikolu 36
Prezzijiet li jiskattaw il-mekkaniżmu tal-ħżin
1. Qabel il-bidu ta' kull sena, kull organizzazzjoni tal-produtturi tista' tagħmel individwalment proposta għal prezz li jiskatta l-mekkaniżmu tal-ħżin imsemmi fl-Artikolu 35 għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II, u għall-prodotti tal-akkwakultura. [Em. 107]
2. Il-prezz skattatur ma jistax jaqbeż it-80 % tal-prezz medju peżat irreġistrat għall-prodott ikkonċernat fiż-żona tal-attività tal-organizzazzjoni tal-produtturi rilevanti matul it-tliet snin li jiġu immedjatament qabel is-sena li għaliha qed jiġi ffissat il-prezz skattatur.
3. Meta jiġi ffissat il-prezz skattatur, għandhom jitqiesu:
(a)
ix-xejriet fil-produzzjoni u d-domanda;
(b)
l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tas-suq;
(c)
il-konverġenza tas-swieq;
(d)
l-introjtu tal-produtturi; u
(e)
l-interessi tal-konsumaturi.
4. L-Istati Membri, meta jeżaminaw il-proposti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fit-territorju tagħhom, għandhom jiddeterminaw il-prezzijiet skattaturi li għandhom jiġu applikati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Dawn il-prezzijiet għandhom jiġu ffissati abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Il-prezzijiet għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Artikolu 37
Atti ta’ implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw il-format tan-notifika mill-Istati Membri tal-prezzijiet skattaturi msemmija fl-Artikolu 36(4). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformita' mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51.
Taqsima VI
Fond Kollettiv
Artikolu 38
Fond Kollettiv
-1.Il-ħolqien, ir-ristrutturar u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet biex jittejbu l-istandards tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd.[Em. 108]
1.Kull organizzazzjoni tal-produtturi tista' toħloq fond kollettiv, li għandu1. Il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd jista' jintuża biss biex jiffinanza l-miżuri li ġejjin: [Em. 109]
(a)
il-pjanijiet ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni approvati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 32;
(b)
il-mekkaniżmu ta' ħżin stipulat fl-Artikoli 35 u 36.
1a.Il-finanzjament tal-istrumenti inklużi fl-OKS, inkluż il-Fond Kollettiv, għandu jiġi mwettaq permezz tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, mingħajr preġudizzju għar-rati ta' kofinanzjament stipulati. [Em. 110]
1. Jistgħu jiġu stabbiliti standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti elenkati fl-Anness I, irrispettivament mill-oriġini tagħhom (mill-Unjoni jew importati) intenzjonati għal konsum mill-bniedem. [Em. 111]
2. Id-drittijiet msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu relatati partikularment ma':
(a)
daqsijiet minimi ta' kummerċjalizzazzjoni li jqisu l-aħjar parir xjentifiku disponibbli u b'konformità mad-daqsijiet ta' referenza tal-konservazzjoni għall-prodotti tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 15(3)fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru .../20XX(20); [Em. 112]
(aa)
klassifikazzjoni skont il-kwalità, id-daqs jew il-piż, kif ukoll skont il-preżentazzjoni; [Em. 113]
(b)
speċifikazzjonijiet ta' prodotti fil-landi skont ir-rekwiżiti ta' konservazzjoni u l-obbligi internazzjonali.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal:
(a)
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali(21);
(b)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat(22), u
1. Il-prodotti li għalihom ikunu ġew stabbiliti standards tal-kummerċjalizzazzjoni jistgħu jiġu kkummerċjalizzati biss fl-Unjoni għal konsum mill-bniedem skont dawk l-istandards. Din ir-regola għandha tapplika wkoll għall-prodotti kollha importati tas-sajd u tal-akkwakultura.[Em. 114]
2. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk il-prodotti soġġetti għal standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni jikkonformawx ma' dawk l-istandards. Il-verifiki jistgħu jitwettqu fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni u waqt it-trasport.
3. Il-prodotti tas-sajd kollha li jinħattu l-art, inkluż dawk li mhumiex konformi mal-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni, jistgħu, taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, jitqassmu bla ħlas lill-istituzzjonijiet filantropiċi jew karitatevoli stabbiliti fl-Unjoni jew lill-persuni li huma rikonoxxuti bil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat bħala li huma intitolati għall-assistenza pubblika.
Artikolu 40a
Standards tas-saħħa u tal-iġjene
Sabiex tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta fis-suq tal-Unjoni, il-prodotti importati għandhom jissodisfaw eżattament l-istess standards tas-saħħa u tal-iġjene bħal dawk mitluba għall-prodotti tal-Unjoni u għandhom ikunu suġġetti għall-istess kontrolli, inkluża t-traċċabilità totali. Ir-rigorożità tal-verifiki mwettqa kemm fil-fruntieri kif ukoll fil-punti ta' oriġini għandha tkun tali li tiggarantixxi l-osservanza xierqa ta' dawn ir-rekwiżiti.[Em. 116]
Artikolu 41
Atti delegati
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 sabiex tiddefinixxi l-istandards komuni ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(1) fir-rigward ta' kwalità, daqs jew piż, imballaġġ, preżentazzjoni u tikkettar, u, jekk l-esperjenza miksuba fl-użu ta' dawk l-istandards hekk tirrekjedi, li temendahom, filwaqt li tiżgura li l-istandards jiġu definiti b'mod ġust u transparenti.
Kapitolu IV
Informazzjoni għall-konsumatur
Artikolu 42
Informazzjoni obbligatorja
1. Irrispettivament mill-oriġini ġeografika tagħhom, prodotti tas-sajd u l-akkwakultura msemmija fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-Anness I li jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni, jistgħu jiġu offruti għall-bejgħ lill-konsumatur finali meta l-immarkar jew l-ittikkettar xieraq b'indikazzjoni ta'jinkludi t-tagħrif dwar l-ikel mandatorju speċifikat fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011, dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi(23).
1a.Il-marka jew it-tikketta għandha tindika wkoll dan li ġej:[Em. 117]
(a)
l-indikazzjoni kummerċjali tal-ispeċi;
(b)
il-metodu ta' produzzjoni, b'mod partikolari bil-kliem li ġej “... maqbud ...” jew “... maqbud f'ilma frisk ...” jew “... imrobbi ...”, inkluż, fil-każ ta' sajd tal-qbid, it-tip ta' rkaptu li jintuża, kif definit fl-Anness XI għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011; [Em. 167]
(c)
stokkijiet speċifiċi ta' ħut u iż-żona fejn il-prodott inqabad jew trabba; [Em. 118]
(d)
Għal prodotti li għandhom jinbiegħu friski id-data tal-qabdatat-tniżżil l-art tal-prodotti tas-sajd jew id-data tal-ħsad tal-prodotti tal-akkwakultura; [Em. 119]
(e)
jekk il-prodott hux frisk jew kienx iddifrostjat.il-kliem “prodott iddifrostjat” għall-prodotti ffriżati li jitqiegħdu direttament għall-bejgħ bħala prodotti friski, kif muri minn gradazzjoni ta’ kontroll tal-kwalità, mingħajr preġudizzju għall-Annessi V u VI tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u l-Artikolu 68 (3) u (4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011;[Em. 120]
2.Prodotti tas-sajd u l-akkwakultura msemmija fil-partijiet (h) u (i) tal-Anness I li jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, jistgħu jiġu offruti biss għall-bejgħ lill-konsumatur finali meta jiġu mmarkati jew ittikkettati b'mod xieraq b'indikazzjoni ta':
(a)
l-indikazzjoni kummerċjali tal-ispeċi;
(b)
il-metodu ta' produzzjoni, partikularment bil-kliem li ġej “...maqbud...” jew “...maqbud f'ilma frisk ...” jew “...imrobbi...”;
(c)
iż-żona fejn il-prodott inqabad jew trabba. [Em. 121]
3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1a u 2 għandha tintwera b'mod ċar u distint.
4. Il-paragrafi 1a u 3 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal:
(a)
Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel(24);
(b)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 tal-21 ta' Ġunju 1989 li jistabbilixxi ċerti standards komuni dwar il-marketing [kummerċjalizzazzjoni] tas-sardin ippriservat(25);
(c)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 tad-9 ta' Ġunju 1992 li jippreskrivi l-istandards ta' marketing [kummerċjalizzazzjoni] komuni għat-tonn u għall-plamtu/tumbrell priservat(26);
(ca)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel(27).[Em. 122]
Artikolu 42a
Rappurtar tal-ekotikkettjar
Wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, il-Kummissjoni, mill-1 ta' Jannar 2015, għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta, għall-istabbiliment ta' skema ta' ekotikketti għall-prodotti tas-sajd għall-Unjoni kollha. Ir-rapport se jeżamina r-rekwiżiti minimi potenzjali għall-kisba ta’ approvazzjoni għall-użu ta’ dawn l-ekotikketti.[Em. 123]
Artikolu 43
Indikazzjoni kummerċjali
Għall-finijiet tal-Artikolu 42(1a)(a), l-Istati Membri għandhom ifasslu u jippubblikaw lista tal-indikazzjonijiet kummerċjali aċċettati fit-territorju tagħhom. Il-lista għandha tindika:
(a)
l-isem xjentifiku għal kull speċi skont is-Sistema ta' Informazzjoni FishBase; [Em. 124]
(b)
l-isem tagħha bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru;
(c)
fejn applikabbli, minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) u (b), kwalunkwe isem jew ismijiet oħra aċċettati jew permessi lokalment jew reġjonalment. [Em. 125]
Artikolu 44
Indikazzjoni taż-żona tal-qabda, tat-trobbija jew tal-produzzjonital-kultivazzjoni. [Em. 126]
1. L-indikazzjoni taż-żona tal-qabda jew tal-produzzjonital-provenjenza tal-prodott, jiġifieri fejn inqabad jew trabba, skont l-Artikolu 42(1a)(c) għandha tkun tikkonsisti f'dan li ġej: [Em. 127]
(a)
fil-każ ta' prodotti tas-sajd maqbuda fil-baħar,
(i)
l-isem ta' waħda miż-żoni, is-subżoni jew id-diviżjonijiet elenkati fiż-Żoni tas-Sajd tal-FAO, inklużi l-indikazzjoni ġeografika u kostali tagħhom, espressi f’termini li jifhmu l-konsumaturi; [Em. 128]
(ii)
dettalji dwar jekk il-prodotti nqabdu fl-ibħra tal-Unjoni jew f’ibħra oħrajn;[Em. 129]
(iii)
dettalji tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li qabad il-prodotti;[Em. 130]
(b)
fil-każ ta' prodotti tas-sajd maqbuda fl-ilma ħelu, referenza għall-Istat Membrugħall-korp tal-ilma tal-oriġini fl-Istat Membru jew il-pajjiż terz tal-oriġini tal-prodott; [Em. 131]
(c)
fil-każ ta' prodotti tal-akkwakultura, referenza għall-Istat Membru jew il-pajjiż terz li fih il-prodott jgħaddi mill-aħħar stadju fil-proċess ta' biedja jew jew stadju ta' kultivazzjoni ta' mill-inqas 3 xhur.
2. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-operaturi jistgħu, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jindikaw żona ta' qbid jew produzzjoni aktar preċiża. [Em. 132]
Artikolu 45
Informazzjoni addizzjonali volontarja
1. Barra mill-informazzjoni obbligatorja meħtieġa skont l-Artikolu 42, tista' tingħata l-informazzjoni li ġejja fuq bażi volontarja, bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata b’mod ċar u mhux ambigwu: [Em. 133]
(-a)
id-data tal-qabda tal-prodotti tas-sajd jew id-data tal-ħsad tal-prodotti tal-akkwakultura;[Em. 134]
(a)
informazzjoni dwar l-ambjent;
(b)
informazzjoni dwar kwistjonijiet etiċi jew soċjali;
(c)
informazzjoni dwar tekniki ta' produzzjoni;
(d)
informazzjoni dwar tekniki ta' produzzjoni;
(e)
informazzjoni dwar il-kontenut nutrittiv tal-prodotti;
(ea)
informazzjoni rigward il-port fejn jitniżżel il-prodott; [Em. 135]
(eb)
id-data tal-qabda tal-prodotti tas-sajd jew il-ħsad tal-prodotti tal-akkwakultura li għalihom m'hemmx ħtieġa li tintwera din l-informazzjoni skont l-Artikolu 42.[Em. 136]
2. L-informazzjoni volontarja m'għandhiex tintwera għad-detriment tal-ispazju li hemm provdut għall-informazzjoni obbligatorja fuq il-marka jew it-tikketta.
2a.L-informazzjoni volontarja li ma tistax tiġi verifikata ma għandhiex tkun inkluża. [Em. 137]
3. Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-atti legali tal-Unjoni li ġejjin:
(a)
Id-Direttiva 2000/13/KE;
(b)
Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011;
(c)
Ir-Regolament (KE) 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel(28);
(d)
Ir-Regolament (KE) Nru 510/2006;
(e)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti(29), u
(f)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi(30).
Artikolu 46
Atti delegati
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 50 sabiex
(a)
tissupplimenta jew temenda r-rekwiżiti obbligatorji tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 42(1), 42(2), 43 u 44, filwaqt li tiżgura li l-informazzjoni obbligatorjia tingħata b'mod preċiż u trasparenti;
(b)
tistabbilixxi kriterji minimi għall-informazzjoni volontarja mogħtija mill-operaturi msemmija fl-Artikolu 45(1), waqt li tiżgura li l-kundizzjonijiet għall-wiri tal-informazzjoni volontarja huma preċiżi, trasparenti u mhux diskriminatorji.[Em. 138]
Kapitolu V
Regoli dwar il-kompetizzjoni
Artikolu 47
Applikazzjoni ta’ regoli ta’ kompetizzjoni
L-Artikoli 101 sa 106 TFUE u r-regolamenti jew direttivi xierqa li jagħtuhom effett għandhom japplikaw għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prassi msemmija fl-Artikoli 101(1) u 102 TFUE jikkonċernaw il-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura.
1. Minkejja l-Artikolu 47 ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prassi ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi li jikkonċernaw il-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, jew l-użu ta' faċilitajiet konġunti għall-ħżin, it-trattament jew l-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, u li:
(a)
huma meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 39 TFUE,
(b)
ma jimplikaw l-ebda obbligu li jintalbu prezzijiet identiċi;
(c)
ma jwasslux għal separazzjoni ta' kwalunkwe għamla ta’ swieq fl-Unjoni,
(d)
ma jeskludux il-kompetizzjoni, u
(e)
ma jheddux il-kisba tal-għanijiet tal-Artikolu 39 TFUE.
2. Minkejja l-Artikolu 47 ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prassi ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali li
(a)
huma meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 39 TFUE,
(b)
ma jeżiġu l-ebda obbligu li jiġi applikat prezz fiss;
(c)
ma jwasslux għal separazzjoni ta’ kwalunkwe għamla ta’ swieq tal-Unjoni;
(d)
ma japplikawx kundizzjonijiet mhux simili għal xulxin għal tranżazzjonijiet ekwivalenti ma' sħab oħra tal-kummerċ, u b'hekk ipoġġuhom fi żvantaġġ kompetittiv;
(e)
ma jeliminawx il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ proporzjon sostanzjali tal-prodotti kkonċernati; u
(f)
ma jxekklux il-kompetizzjoni b’mod li huma kruċjali biex jintlaħqu l-miri tal-PKS.
Kapitolu VI
Intelliġenza dwar is-Suq
Artikolu 49
Intelliġenza dwar is-Suq
1. Il-Kummissjoni għandha:
(a)
tiġbor, tanalizza u tqassam għarfien u fehim ekonomiku tas-suq tal-Unjoni għal prodotti tas-sajd u l-akkwakultura matul il-katina tal-provvista, waqt li tqis il-kuntest internazzjonali;tipprovdi appoġġ finanzjarju u prattiku lil organizzazzjonijiet tal-produtturi biex tgħinhom joħolqu bażijiet tad-data u swieq elettroniċi fuq skala nazzjonali għal koordinament tal-informazzjoni aħjar bejn l-operaturi u dawk li jipproċessaw fis-swieq;[Em. 139]
(b)
tistħarreġ il-prezzijiet regolarment għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura matul il-katina tal-provvista tal-Unjoni u tmexxi l-analiżi tax-xejriet tas-suq, u tippubblika r-riżultati ta' dawn l-inkjesti u l-analiżi; [Em. 140]
(c)
tipprovdi studji ad hoc u metodoloġija għal stħarriġ dwar il-formazzjoni tal-prezzijiet.
(ca)
timpenja ruħha biex tippjana kampanja madwar l-Unjoni sabiex tiżgura li l-konsumaturi jkunu konxji tal-varjetà kbira ta’ speċijiet tal-ħut li jitniżżel fil-portijiet madwar l-Unjonij, biex tinforma liċ-ċittadini tal-Unjoni bil-perjodi differenti meta ċerti speċijiet ikunu fl-istaġun tagħhom, flimkien ma' kampanji promozzjonali li jirrigwardaw l-intruduzzjoni tal-miżuri tal-ittikkettar il-ġodda;[Em. 141]
(cb)
timpenja ruħha wkoll biex fl-iskejjel primarji u sekondarji madwar l-Unjoni, il-kampanji tal-informazzjoni jitwettqu sabiex ċittadini iżgħar u l-għalliema tagħhom ikunu konxji dwar il-benefiċċji tal-konsum tal-ħut, u dwar il-varjetà enormi ta’ speċijiet ta’ ħut li hi disponibbli għall-konsum;[Em. 142]
2. Sabiex jinkisbu l-objettivi msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu minn dawn il-miżuri:
(a)
il-faċilitazzjoni ta' aċċess għal dejta disponibbli dwar prodotti tas-sajd u l-akkwakultura miġbura skont l-atti legali tal-Unjoni;
(b)
li tagħmel l-informazzjoni adegwata dwar is-suq disponibbli fil-livell adegwat għal partijietgħall-partijiet interessati kollha, inkluż it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' din l-informazzjoni għall-konsumaturi b'mod aċċessibbli u li jinftiehem.[Em. 143]
3. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Kapitolu VII
Dispożizzjonijiet proċedurali
Artikolu 50
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 13a, 24, 33 u 41 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn […](31).
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 13a, 24, 33 u 41 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta; kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 13a, 24, 33 u 41 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 51
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Kapitolu VIII
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 52
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1184/2006
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1184/2006, għandhom jiżdiedu l-kliem li ġejjin:"
u r-Regolament (UE) Nru … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' … dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (*)(32).
(*) ĠU …
"
Artikolu 52a
Miżuri transizzjonali
Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu IV, il-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, u l-ippakkjar tagħhom, immarkat jew ittikkettat qabel ...(33)jistgħu jiġu kkumerċjalizzati u jinbiegħu sakemm jispiċċaw l-istokkijiet li jkun fadal.[Em. 144]
Artikolu 53
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 huwa b'dan irrevokat. Madankollu l-Artikoli 9, 10, 11, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 34, 35, 36, 37, 38 u 39 għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2013.
Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw b’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness III.
Artikolu 54
Reviżjoni
Il-Kummmissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolalment qabel tmiem l-2022l-2019. [Em. 145]
Artikolu 55
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2013, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 32, 35 u 36, li għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 20142014. L-informazzjoni tal-konsumatur stipulata fl-Artikolu 42 għandha tapplika skont id-data tad-dħul fis-seħħ stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011.[Em. 146]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ...,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Il-President
Għall-Kunsill
ANNESS I
Il-kodiċi tan-NM
Deskrizzjoni tal-prodotti
(a) 0301
0302
0303
0304
Ħut ħaj
Ħut, frisk jew imkessaħ, ħlief qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' titlu 0304
Ħut, friżat, ħlief qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut ta’ titlu 0304
Qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut (kapuljat jew mhuwiex), frisk, imkessaħ jew friżat
(b) 0305
Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura; ħut affumikat, kemm jekk imsajjar jew le qabel jew waqt il-proċess ta’ affumikar; dqiq, pasti u gerbub ta' ħut, tajbin għal konsum uman
(c) 0306
0307
Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, immellħin, jew fis-salmura; krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma, kemm jekk imkessħin jew le, friżati, imnixxfa, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub tal-krustaċji, tajbin għal konsum uman
Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji u molluski, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub ta’ invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji, tajbin għal konsum uman
(d)
0511 91 10
0511 91 90
Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, mhux tajbin għall-konsum uman:
-Oħrajn
Prodotti ta' ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn; annimali mejta tal-Kapitolu 3:
- - - Skart tal-ħut
- - - Oħrajn
(e) 1212 20 00
- Alka tal-baħar u alki oħrajn
(f)
1504 10
1504 20
Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ ħut jew mammiferi tal-baħar, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament:
- Żjut tal-fwied tal-ħut u l-frazzjonijiet tagħhom
- Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, tal-ħut, ħlief żjut tal-fwied
(g) 1603 00
Estratti u sugu ta’ laħam, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn
(h) 1604
Ħut preparat jew preservat; kavjar jew sostituti tal-kavjar imħejjija minn bajd tal-ħut
(i) 1605
Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, preparati jew preservati
(j)
1902 20
1902 20 10
Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew preparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, njokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le
-Għaġin mimli, imsajjar jew ippreparat mod ieħor jew le:
- - Li fih iktar minn 20 % tal-piż ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn
(k)
2301 20 00
Dqiq, pasta u gerbub, ta’ laħam jew fdal ta’ laħam, tal-ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, mhux tajbin għal konsum uman; skart tax-xaħam ta’ dam (greaves):
Dqiq, pasta u gerbub, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn
(l)
2309 90
ex 2309 90 10
Preparazzjonijiet ta’ tip użati għall-għalf tal-annimali
Oħrajn:
Materjali li jinħallu ta’ ħut
smida tal-ħut,
tonn maħsub għall-ipproċessar,
speċijiet tal-akkwakultura mniżżla fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 104/2000
l-ispeċijiet Sprattus sprattus u Coryphaena hippurus [Em. 147]
ANNESS II
Kodiċi NM
Deskrizzjoni tal-prodotti
0302 22 00
Barbun tat-tbajja’ (Pleonectes platessa)
ex 0302 29 90
Dab (Limanda limanda)
0302 29 10
Megrim (Lepidorhombus spp.)
ex 0302 29 90
Barbun (Platichthys flesus)
0302 31 10
kif ukoll
0302 31 90
Alonga jew tonn tal-ġwienaħ twal (Thunnus alalunga)
ex 0302 40
Arringa tal-ispeċi Clupea harengus
0302 50 10
Merluzz tal-ispeċi Gadus morhua
0302 61 10
Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus
0302 62 00
Haddock (Melanogrammus aeglefinus)
0302 63 00
Pollakju (saithe) (Pollachius virens)
ex 0302 64
Kavalli tal-ispeċijiet Scomber scombrus u Scomber japonicus
0302 65 20
kif ukoll
0302 65 50
Mazzola (Squalus acanthias u Scyliorhinus spp)
0302 69 31
kif ukoll
0302 69 33
Redfish (Sebastes spp.)
0302 69 41
Merlangu (Merlangius merlangus)
0302 69 45
Lipp (Molva spp.)
0302 69 55
Inċova (Engraulis spp.)
ex 0302 69 68
Marlozz tal-ispeċi Merluccius merluccius
0302 69 81
Xkatlu komuni (Lophius spp.)
03026999
Rebekkin skur (Raja spp, Amblyraja spp u Leucoraja spp)
03028410
Spnott Ewropew (Dicentrarchus labrax)[Em. 148]
ex 0307 41 10
Siċċ (Sepia officinalis u Rossia macrosoma)
ex 0306 23 10
ex 0306 23 31
ex 0306 23 39
Gambli tal-ispeċi Crangon crangon u gambli tal-fond (Pandalus borealis)
0302 23 00
Lingwata (Solea spp.)
0306 24 30
Granċijiet li jittieklu (Cancer pagurus)
0306 29 30
Ksampu (Nephrops norvegicus)
0303 31 10
Ħalibatt miż-żgħir jew tal-Groenlandja (Reinhardtius hipoglossoides)
0303 78 11
0303 78 12
0303 78 13
0303 78 19
kif ukoll
0303 29 55
0304 29 56
0304 29 58
Marlozz tal-ġeneru Merluccius
0303 79 71
Denċi (Dentex dentex u Pagellus spp.)
0303 61 00
0304 21 00
0304 91 00
Pixxispad (Xiphias Gladius)
0306 13 40
0306 13 50
ex 0306 13 80
Gambli tal-familja Penaeidae
0307 49 18
0307 49 01
Siċċ tal-ispeċijiet Sepia officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti
0307 49 31
0307 49 33
0307 49 35
kif ukoll
0307 49 38
Klamari (Loligo spp.)
0307 49 51
Klamari (Ommastrephes sagittatus)
0307 59 10
Qarnit (Octopus spp.)
0307 99 11
Illex spp.
0303 41 10
Alonga jew tonn tal-ġwienaħ twal (Thunnus alalunga)
0302 32 10
0303 42 12
0303 42 18
0303 42 42
0303 42 48
Tonna safra(Thunnus albacares)
0302 33 10
0303 43 10
Palamit jew plamtu bl-istrixxi fuq iż-żaqq (Katsuwomus pelamis)
0303 45 10
Tonn (Thunnus thynnus)
0302 39 10
0302 69 21
0303 49 30
0303 79 20
Speċijiet oħra tal-ġeneri Thunnus u Euthynnus
ex 0302 29 90
Lemon sole (Microstomus kitt)
0302 35 10
kif ukoll
0302 35 90
Tonn tax-xewka kaħla (Thunnus thynnus)
ex 0302 69 51
Pollakkju (Pollachius pollachius)
0302 69 75
Pixxiluna (Brama spp.)
ex 0302 69 82
Stokkafixx (Micromesistius poutassou jew Gadus poutassou)
ex 0302 69 99
Pout (Trisopterus luscus) u mankana (Trisopterus minutus)
ex 0302 69 99
Vopi (Boops boops)
ex 0302 69 99
Arżnell (Spicara smaris)
ex 0302 69 99
Gringu (Conger conger)
ex 0302 69 99
Gallina (Trigla spp.)
ex 0302 69 91
ex 0302 69 99
Sawrell (Trachurus spp.)
ex 0302 69 99
Mulett (Mugil spp.)
ex 0302 69 99
kif ukoll
ex 0304 19 99
Rebekkin skur (Raja spp.)
ex 0302 69 99
Xabla (Lepidopus caudatus u Aphanopus carbo)
ex 0307 21 00
0307 31 10
Moxt il-baħar komuni (Pecten maximus)
Mollusk Ewropew (Mytilus spp.)[Em. 150]
ex 0307 91 00
Bronja komuni (Buccinum undatum)
ex 0302 69 99
Trilja tal-faxxi jew bla faxxi (Mullus surmuletus, Mullus barbatus)
*Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament .
Ir-Rapport Annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni
633k
237k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (12562/2011 -2012/2050(INI))
– wara li kkunsidra ir-Rapport Annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (12562/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 Parti II, Taqsima G, paragrafu 43(1),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali msemmi hawn fuq tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2011(2) u tal-10 ta’ Marzu 2010(3) dwar ir-rapporti annwali tal-PESK tal-2008 u tal-2009 rispettivament,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2010(4) dwar is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar l-affidabilità politika(5),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli lill-Parlament Ewropew li ltaqa' fil-plenarja tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar l-organizzazzjoni bażika tal-amministrazzjoni ċentrali tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni, inklużi l-implikazzjonijiet għall-politika strateġika dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-UE(7),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2011 bl-isem “Id-Drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-qalba tal-azzjoni esterna tal-UE – Lejn approċċ aktar effettiv” (COM(2011)0886),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 1325 (2000) u 1820 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, ir-Riżoluzzjoni 1888 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-vjolenza sesswali fuq in-nisa u t-tfal f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat, ir-Riżoluzzjoni 1889 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU bil-għan li jissaħħu l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tar-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u r-Riżoluzzjoni 1960 (2010) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li ħolqu mekkaniżmu għall-ġabra ta’ dejta fuq, u i jelenkaw lista tal-awturi ta’, vjolenza sesswali fil-kunflitti armati,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 119(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0252/2012),
A. billi l-UE għandha tiżviluppa l-objettivi tal-politika barranija tagħha aktar u għandha tavvanza l-valuri u l-interessi tagħha mad-dinja kollha bl-għan globali li tikkontribwixxi għall-paċi, is-sigurtà umana, is-solidarjetà, il-prevenzjoni tal-kunflitti, l-istat tad-dritt u l-promozzjoni tad-demokrazija, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, ir-rispett għad-dritt internazzjonali, l-appoġġ għall-istituzzjonijiet internazzjonali, il-multilateraliżmu effikaċi u r-rispett reċiproku fost in-nazzjonijiet, l-iżvilupp sostenibbli, il-governanza trasparenti u responsabbli, il-kummerċ ħieles u ġust u l-qerda tal-faqar;
B. billi sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet l-UE għandha tkun kapaċi toħloq sinerġiji u tiżviluppa sħubiji strateġiċi ma’ dawk il-pajjiżi li għandhom l-istess valuri u huma lesti li jadottaw politiki komuni u jwettqu azzjonijiet miftiehma b’mod reċiproku;
C. billi l-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona qed iġġib dimensjoni ġdida lill-azzjoni esterna Ewropea u se jkun strumentali biex jitjiebu l-koerenza, il-konsistenza u l-effikaċja tal-politika barranija tal-UE u, b’mod iktar mifrux, l-azzjonijiet esterni; billi għandhom jittieħdu lezzjonijiet min-nuqqasijiet tal-passat tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fit-tiswir mill-ġdid tal-azzjoni esterna tagħha waqt li tħaddan id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-qalba tal-politiki tagħha u fil-promozzjoni ta’ tranżizzjoni f’pajjiżi b’reġimi awtoritarji b’mod partikolari fejn it-tħassib dwar l-istabilità u s-sigurtà kkomprometta politika bi prinċipji ta' promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;
D. billi t-Trattat ta’ Lisbona qed joħloq momentum ġdid fil-politika barranija tal-UE, li partikolarment jagħti l-għodod istituzzjonali u operattivi li jistgħu jippermettu lill-Unjoni li jkollha rwol internazzjonali kompatibbli mal-istatus ekonomiku prominenti tagħha u mal-ambizzjonijiet tagħha u li torganizza ruħha b’tali mod biex tkun attur globali effettiv, kapaċi li jkollha sehem fir-responsabilità għas-sigurtà dinjija u li tkun mexxejja fid-definizzjoni ta’ reazzjonijiet komuni għall-isfidi komuni;
E. billi l-kriżi finanzjarja u tad-dejn sovran li għaddejja bħalissa qed taffettwa profondament il-kredibilità tal-Unjoni Ewropea fl-arena internazzjonali u qed tfixkel l-effettività u s-sostenibilità fit-tul tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK);
F. billi l-momentum il-ġdid fl-azzjoni esterna Ewropea jirrikjedi wkoll li l-UE taġixxi b’mod aktar strateġiku sabiex ikollha piż fix-xena internazzjonali; billi l-kapaċità tal-UE li tinfluwenza l-ordni internazzjonali tiddependi mhux biss mill-koerenza fost il-politiki, l-atturi u l-istituzzjonijiet tagħha imma wkoll minn kunċett strateġiku reali tal-politika barranija tal-UE, li għandha tgħaqqad flimkien u tikkoordina l-Istati Membri kollha mal-istess sensiela ta’ prijoritajiet u miri sabiex dawn jitkellmu b’vuċi unika b’saħħitha u juru solidarjetà fl-arena internazzjonali; billi l-politika barranija tal-UE għandhom jingħatawlha l-mezzi u l-istrumenti neċessarji ħalli tippermetti lill-Unjoni taġixxi b’mod effikaċi u konsistenti fix-xenarju dinji;
G. billi l-iskrutinju tal-politika barranija tal-UE mwettaq mill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fil-livelli rispettivi tagħhom huwa essenzjali jekk l-azzjoni esterna Ewropea għandha tiġi mifhuma u appoġġjata miċ-ċittadini tal-UE; billi l-iskrutinju parlamentari jtejjeb il-leġittimità ta’ din l-azzjoni;
VALUTAZZJONI TAR-RAPPORT ANNWALI TAL-KUNSILL 2010 DWAR PESK
1. Jilqa' l-passi li ttieħdu mill-Kummissjoni bl-appoġġ tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), fir-Rapport Annwali tal-2010, favur l-immappjar tal-Politika Barranija tal-Unjoni f’dokument ta’ politika li jħares ’il quddiem u strateġiku;
2. Jemmen, madankollu, li r-Rapport Annwali tal-Kunsill ma jilħaqx l-ambizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona b’modi importanti, li jinkludu: li ma jagħtix sens ċar ta’ prijoritajiet jew linji gwida strateġiċi fit-terminu medju u twil għall-PESK; li ma jiċċarax il-mekkaniżmi tal-politika biex jiżguraw koerenza u konsistenza fost il-komponenti differenti tal-politika barranija, inklużi dawk taħt ir-responsabilità tal-Kummissjoni; li ma jindirizzax kwistjonijiet importanti dwar ir-rwol tas-SEAE u d-Delegazzjonijiet fl-iżgurar li r-riżorsi tal-Unjoni (tal-persunal, finanzjarji u diplomatiċi) jkunu allinjati mal-prijoritajiet tagħha tal-affarijiet barranin; u li jevita diskussjoni, li t-twettiq tagħha huwa implikat fl-istrateġiji l-ġodda għall-Qarn tal-Afrika u s-Sahel, dwar kif għandhom jiġu inkorporati l-missjonijiet u l-operazzjonijiet ad hoc tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) (ir-raġunament u l-istat finali tagħhom) fil-qafas politiku strateġiku tal-prijoritajiet tal-politika barranija tal-UE għal pajjiż jew reġjun;
3. Ifakkar fil-prerogattiva tiegħu tat-Trattat li jiġi kkonsultat fl-oqsma tal-PESK u tal-PSDK, li l-opinjonijiet tiegħu jitqiesu b’mod xieraq u li jagħmel rakkomandazzjonijiet; jirrikonoxxi, f’dan ir-rigward, id-disponibilità tal-VP/RGħ għall-Parlament; iqis madankollu li bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jista' jitjieb il-mod kif jiġi infurmat il-kumitat kompetenti dwar ir-riżultat tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin kif ukoll il-mod kif jiġi kkonsultat il-Parlament sabiex jiġi żgurat li l-opinjonijiet tiegħu jitqiesu kif suppost qabel l-adozzjoni tal-mandati u l-istrateġiji fil-qasam tal-PESK; jistenna bil-ħerqa r-reviżjoni tal-istrumenti tal-assistenza esterna u riżultat li jirrikonoxxi d-drittijiet tal-Parlament fuq karti ta’ strateġija u pjanijiet ta’ azzjoni multiannwali, kif stabbilit fl-Artikolu 290 tat-TFUE; jitlob, barra minn hekk, għal titjib fl-għoti ta’ informazzjoni u konsultazzjoni mal-Parlament fl-istadji kollha tal-proċedura għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-PESK dwar ftehimiet ma’ pajjiżi terzi, speċjalment qabel ma jiġi deċiż li jingħata mandat lill-Kummissjoni jew lill-VP/RGħ biex tinnegozja u tiffirma ftehimiet f’isem l-Unjoni u f’dak li jirrigwarda oqfsa għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi f’operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-kriżi tal-UE;
4. Jistieden lill-Kunsill biex fit-tfassil ta’ Rapporti Annwali futuri tal-PESK jinvolvi lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fi stadju bikri sabiex jiddiskutu l-qafas wiesa’ tal-politika għas-sena sussegwenti u l-objettivi strateġiċi fit-tul, u biex jistabbilixxu punt ta’ referenza biex iċ-ċittadini Ewropej jingħataw dikjarazzjoni ċara dwar l-evoluzzjoni, il-prijoritajiet u l-progress tal-politika barranija tal-Unjoni Ewropea;
APPROĊĊ KOMPRENSIV ĠDID GĦALL-POLITIKA BARRANIJA TAL-UE
5. Jindika li fit-tieni deċennju tas-seklu wieħed u għoxrin hemm kuxjenza dejjem tikber fost iċ-ċittadini Ewropej, u lil hinn minn dan, li huma biss l-approċċi komprensivi li jintegraw mezzi diplomatiċi, ekonomiċi, tal-iżvilupp u – bħala l-aħħar għażla u f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tan-NU – mezzi militari li jkunu adegwati biex jiġu indirizzati t-theddidiet u l-isfidi globali;
6. Jemmen li bit-Trattat ta’ Lisbona l-UE għandha l-mezzi kollha meħtieġa biex tadotta approċċ komprensiv bħal dan, fejn ir-riżorsi diplomatiċi u finanzjarji kollha tal-Unjoni huma użati biex jappoġġjaw il-linji gwida strateġiċi komuni ta’ politika sabiex ikun hemm l-akbar ingranaġġ possibbli fil-promozzjoni tas-sigurtà u l-prosperità ekonomika taċ-ċittadini Ewropej u l-ġirien tagħhom, kif ukoll id-drittijiet fundamentali; jitlob, barra minn hekk, żvilupp ulterjuri ta’ mekkaniżmu xieraq fis-SEAE, bil-parteċipazzjoni tas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, fejn il-kompetenza ġeografika u dik tematika jiġu integrati u jmexxu approċċ komprensiv għall-ippjanar, il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki;
7. Jenfasizza li fehim komprensiv tal-PESK ikopri l-oqsma kollha tal-politika barranija, inkluż it-tfassil progressiv ta’ Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) li jista’ jwassal għal difiża komuni, b’enfasi fuq il-koerenza u l-konsistenza filwaqt li tiġi rrispettata l-ispeċifiċità ta’ kull komponent tal-azzjoni esterna; itenni li approċċ bħal dan għall-iżvilupp tal-politika barranija tal-UE għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji u l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jfisser li l-azzjoni esterna tal-UE għandha tiġi spirata mill-promozzjoni u l-protezzjoni tal-valuri tal-UE, bħar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija u l-istat tad-dritt; jenfasizza, fl-istess ħin, l-importanza ta’ koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn id-dimensjonijiet interni u esterni tal-politiki ta’ sigurtà tal-UE, li għandha tiġi riflessa fl-azzjoni esterna tal-Unjoni;
8. Jinnota li l-2013 se timmarka l-fatt li jkunu għaddew għaxar snin mill-adozzjoni tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà u, konsegwentement, jissottolinja l-ħtieġa li dan id-dokument qafas jiġi aġġornat u kkonsolidat skont l-ambjent internazzjonali kurrenti;
L-ARKITETTURA TAL-POLITIKA BARRANIJA
9. Jenfasizza r-rwol ta’ tmexxija politika mistenni mill-VP/RGħ fl-iżgurar tal-unità, il-koordinazzjoni, il-konsistenza, il-kredibilità u l-effettività ta’ azzjoni mill-Unjoni; jistieden lill-VP/RGĦ tuża s-setgħat kollha tagħha fil-ħin biex tibda, tmexxi u tiżgura konformità mal-PESK, billi tinvolvi kompletament il-korpi relevanti tal-Parlament fl-isforzi tagħha; jilqa’ r-rwol prinċipali importanti, f’isem il-komunità internazzjonali, taħt ċirkostanzi diffiċli mill- VP/RGĦ fin-negozjati mal-Iran;jikkunsidra r-relazzjoni storika importanti bejn lUnjoni Ewropea u l-poplu tal-Iran jitlob tmexxija fit-titjib tar-rwol tal-Unjoni b’appoġġ għall-Viċinat Ewropew, fid-dawl tar-Rebbiegħa Għarbija, b’mod partikolari fil-proċessi demokratiċi ta’ tranżizzjoni fil-Mediterran tan-Nofsinhar, inkluż permezz tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija, kif ukoll fil-proċess ta' paċi li waqaf fil-Lvant Nofsani;
10. Jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tas-SEAE (inklużi d-Delegazzjonijiet tiegħu u r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE) fl-assistenza lill-VP/RGħ biex isegwi approċċ politiku aktar strateġiku, koerenti u konsistenti għall-azzjoni esterna tal-Unjoni; jafferma l-intenzjoni tiegħu li jkompli bis-sorveljanza tal-bilanċ ġeografiku u tas-sessi tal-persunal fis-SEAE, inkluż f’pożizzjonijiet għolja, u li jevalwa jekk il-ħatra ta’ diplomatiċi ta’ Stati Membri bħala Kapijiet ta’ Delegazzjoni u pożizzjonijiet ewlenin oħra tkunx fl-interess tal-Unjoni, u mhux biss tal-Istati Membri tagħhom; jenfasizza l-importanza ta’ SEAE totalment funzjonali u effiċjenti u tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn is-SEAE, il-Kummissjoni u l-Istati Membri bil-għan li jinkisbu sinerġiji fl-implimentazzjoni effettiva ta’ azzjoni esterna u fit-twassil ta’ messaġġ uniku tal-UE dwar kwistjonijiet politiċi ewlenin;
11. Jenfasizza li r-rwol tal-Rappreżentanti Speċjali tal-UE (RSUE) għandu jikkumplimenta u jkun konsistenti mal-ħidma speċifika għall-pajjiż tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE u għandu jirrappreżenta u jikkoordina l-politika tal-UE lejn reġjuni bi strateġiji jew interessi ta’ sigurtà speċifiċi, li jeħtieġu preżenza u viżibilità kontinwa tal-UE; jilqa’ r-rispons pożittiv mill-VP/RGħ rigward il-fatt li RSUE u Kapijiet tad-Delegazzjoni li għadhom jilħqu jidhru quddiem il-Parlament għal skambju ta’ fehmiet qabel ma dawn jieħdu l-kariga tagħhom; jitlob titjib fir-rappurtar u fl-aċċess għar-rapporti politiċi minn Delegazzjonijiet u RSUE biex il-Parlament jirċievi informazzjoni sħiħa u f’waqtha dwar l-iżviluppi mill-post, partikolarment f’oqsma kkunsidrati bħala strateġikament importanti jew iċ-ċentru ta’ tħassib politiku;
12. Itenni l-pożizzjoni tiegħu li politiki tematiċi importanti li qabel kienu koperti minn Rappreżentanti Personali għandu jkollhom l-appoġġ sħiħ tas-SEAE u rappreżentazzjoni politika esterna xierqa, u għalhekk jitlob li jitressqu proposti bħal dawk għad-Drittijiet tal-Bniedem;
13. Jilqa’ d-deċiżjoni għall-ħatra ta’ rappreżentant speċjali tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem li għandu jkollu mandat sostanzjali għall-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-PESK u l-PSDK u politiki oħra tal-UE u jipprovdi viżibilità u koerenza mal-azzjoni tal-UE f’dan il-qasam;
14. Jemmen li linji gwida strateġiċi definiti b’mod ċar għandhom jgħinu biex ir-riżorsi importanti finanzjarji iżda limitati tal-Unjoni jiġu mfassla skont l-ambizzjonijiet u l-prijoritajiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni; jenfasizza li approċċ strateġiku bħal dan għandu jkun taħt kontroll demokratiku, iżda li dan m’għandux jimpedixxi jew inaqqas il-flessibilità tar-reazzjoni sabiex ċirkostanzi politiċi jinbidlu fil-post;
15. Jilqa’ l-impenn mill-Istati Membri fit-Trattat ta’ Lisbona biex iwettqu r-rwol sħiħ tagħhom fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika barranija tal-UE u biex jiżguraw il-koordinazzjoni u l-konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni; jenfasizza l-importanza tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri, waqt żmien ta’ restrizzjonijiet ekonomiċi, meta jasal iż-żmien għal titjib fl-effettività tal-Unjoni bħala attur globali koeżiv; jinnota b’mod partikolari l-importanza li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli kapaċitajiet ċivili u militari għall-implimentazzjoni effettiva tal-PSDK; jiddispjaċih, madankollu, li f’ħafna okkażjonijiet ir-relazzjonijiet bilaterali ta’ xi Stati Membri ma’ pajjiżi terzi għadhom jiddominaw jew idgħajfu l-konsistenza tal-azzjoni tal-UE u jitlob, f’dan ir-rigward, li jsiru aktar sforzi mill-Istati Membri biex jallinjaw il-politiki esterni tagħhom mal-PESK tal-UE;
16. Jistieden lill-VP/RGĦ , filwaqt li jsaħħaħ il-kooperazzjoni sistematika bejn l-Istati Membri kollha fil-PESK, biex jesplora b’mod sħiħ il-possibilitajiet ipprovduti mit-Trattat ta’ Lisbona għal kooperazzjoni msaħħa, inkluża l-produzzjoni ta’ linji gwida għall-kunsinna sistematika ta’ kompiti u missjonijiet speċifiċi lil koalizzjonijiet ta' voluntiera, bħal “grupp ċentrali” ta’ Stati tal-UE, u biex jinbeda l-proċess li jwassal għal konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar il-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża u dwar l-implimentazjoni ta' klawżola għad-difiża reċiproka;
POLITIKA BARRANIJA – ARKITETTURA BAĠITARJA U FINANZJARJA
17. Ifakkar li r-reviżjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba għandha timmarka pass ieħor ’il quddiem lejn trasparenza akbar fil-qasam tal-PESK u għoti ta’ informazzjoni relevanti lill-awtorità baġitarja bi qbil mad-Dikjarazzjoni tal-VP/RGħ dwar ir-Responsabilità Politika; jemmen, f’dan ir-rigward, li t-trasparenza sħiħa u l-iskrutinju demokratiku jeħtieġu linji baġitarji separati għal kull missjoni u operazzjoni tal-PSDK, u għal kull RSUE, flimkien ma’ proċeduri simplifikati iżda trasparenti għat-trasferiment ta’ fondi minn entrata għal oħra jekk iċ-ċirkostanzi jeħtieġu hekk; fl-istess ħin, huwa konvint li m’għandux ikun hemm ksur tal-flessibilità u r-reattività meħtieġa għall-PESK;
18. 15 Jinsisti li r-riżorsi disponibbli tal-UE għall-implimentazzjoni tal-PESK għandhom jintużaw bl-aktar mod effiċjenti possibbli u għalhekk is-sinerġija bejn l-azzjonijiet esterni tal-UE u tal-Istati Membri tagħha għandha tinkiseb kemm f’termini politiċi kif ukoll baġitarji;
19. Iqis li l-mekkaniżmu Athena għall-iffinanzjar ta’ spejjeż komuni marbuta ma’ operazzjonijiet militari u ta’ difiża mmexxija mill-UE ma jipprovdix perspettiva ġenerali biżżejjed tal-implikazzjonijiet finanzjarji kollha tal-missjonijiet imwettqa mill-PESK, u għalhekk jitlob għal lista ċara tan-nefqiet kollha;
20. Jilqa’ l-enfasi akbar fuq il-konsistenza u l-koerenza fil-firxa tal-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni, pereżempju fl-għamla tad-dispożizzjonijiet trasversali dwar is-SEAE fir-regolamenti proposti għal strumenti finanzjarji ġodda ta’ relazzjonijiet esterni għall-perjodu 2014-2020; jemmen li approċċ bħal dan se juri l-valur miżjud tal-Unjoni fit-tfittxija għas-sigurtà u l-prosperità għaċ-ċittadini tal-Ewropa; jenfasizza f’dan ir-rigward li għandhom jintużaw l-istrumenti finanzjarji b’mod kumplementari tul il-firxa komprensiva tal-politika estera tal-Unjoni mingħajr duplikazzjoni;
21. Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji l-ġodda tar-relazzjonijiet esterni kkunsidrati mill-Parlament u mill-Kunsill jiġu mfassla u jkunu ffinanzjati b’mod adegwat biex jirrispondu għall-interessi strateġiċi tal-Unjoni kif ukoll ikunu jistgħu jiġu adattati għaċ-ċirkustanzi politiċi li qed jinbidlu; jitlob, għalhekk, li l-baġit tal-Unjoni (il-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020) ikollu r-riżorsi xierqa, skont l-ambizzjonijiet u l-prijoritajiet tal-Unjoni bħala attur globali, b'tali mod li jipprovdi futur sigur u ta’ prosperità għaċ-ċittadini kif ukoll il-flessibilità meħtieġa biex ilaħħaq ma’ żviluppi mhux previsti;
22. Jemmen li approċċ aktar konġunt u komprensiv għall-applikazzjoni tal-istrumenti tal-UE tar-relazzjonijiet esterni b’appoġġ għall-objettivi politiċi u strateġiċi komuni għandu jagħti risposti aktar effiċjenti u kost-effettivi għall-isfidi tal-politika estera u ta’ sigurtà u għalhekk jipprovdi aktar sigurtà u prosperità liċ-ċittadini tal-Ewropa; jenfasizza li biex il-Parlament jassigura liċ-ċittadini rigward il-koerenza u l-kost-effettività tal-politiki esterni u l-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni, is-setgħat mogħtija lilu mit-Trattati (notevolment skont l-Artikolu 290 tat-TFUE) għandhom ikunu riflessi kif xieraq fir-reviżjoni tal-istrumenti finanzjarji, u b’mod partikolari fl-użu ta’ atti delegati għal dokumenti strateġiċi ta’ programmazzjoni;
23. Hu tal-fehma li, sabiex tkun konsistenti mal-valuri proprji tal-Unjoni, l-istrumenti finanzjarji li jippromwovu, fost l-oħrajn, il-bini tal-paċi, is-sigurtà, l-istat ta’ dritt, il-governanza tajba u soċjetajiet ġusti għandhom jissaħħu peress li huma strumenti strateġiċi tal-politika estera u tal-azzjoni esterna tal-UE fl-indirizzar ta’ sfidi globali.
24. Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata koerenza bejn l-ippjanar, il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politika, permezz ta’ taħlita xierqa ta’ strumenti finanzjarji esterni fil-qasam tal-affarijiet barranin; jitlob fost affarijiet oħra kumplimentarjetà kontinwa bejn il-PESK u l-Istrument għall-Istabilità fl-oqsma tal-medjazzjoni, il-prevenzjoni tal-kunflitti, il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-konsolidazzjoni tal-paċi wara kunflitt, kif ukoll għal ħidma ulterjuri lejn kumplimentarjetà mal-istrumenti ġeografiċi għal impenn fit-tul ma’ pajjiż jew reġjun; jilqa’ l-introduzzjoni ta’ Strument ta’ Sħubija ġdid kif mitlub mill-Parlament li jġib valur miżjud importanti fil-PESK tal-UE billi jipprovdi qafas finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-UE ma’ pajjiżi terzi dwar objettivi li jirriżultaw mir-relazzjonijiet bilaterali, reġjonali jew multilaterali tal-Unjoni u huma barra mill-ambitu tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp;
25. Jemmen li approċċ bħal dan jista’ jiġi megħjun bit-twaqqif ta’ punti ta’ referenza ċari, li għandhom jiġu ssorveljati u valutati mill-Parlament fuq żmien qasir, medju u twil; jitlob li jkun hemm punti ta' riferiment tal-politika barranija tal-UE, permezz ta’ dokumenti ta’ programmazzjoni strateġika jew oqfsa ta’ politika strateġika eżistenti (bħal dawk imwaqqfa għall-Qarn tal-Afrika jew is-Sahel), inkluż definizzjoni aktar sistematika u kwantifikabbli tal-prijoritajiet u l-objettivi politiċi, u tar-riżorsi li għandhom jintużaw fi skedi preċiżi fit-terminu qasir, medju u twil;
26. Jemmen li approċċ komprensiv għall-azzjoni esterna tal-Unjoni jeħtieġ, fost l-oħrajn, allinjament akbar u tisħiħ reċiproku tal-PESK u tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV); jilqa’, f'dan il-kuntest, ir-rispons tal-politika konġunta tal-Kummissjoni u s-SEAE għall-avvenimenti fil-Viċinat tan-Nofsinhar, li hemm eżempju tagħhom fil-“Komunikazzjoni Konġunta” tal-25 ta’ Mejju 2011; jemmen, barra minn hekk, li l-istrutturi multilaterali tal-PEV għandhom jiġu konsolidati u żviluppati b’mod aktar strateġiku, sabiex javvanzaw b’mod effettiv il-prijoritajiet tal-politika estera tal-Unjoni; isostni li, minħabba ċ-ċentralità tal-“multilateraliżmu effettiv” fl-azzjoni esterna tal-Unjoni, is-SEAE u l-Kummissjoni għandhom jesploraw il-vijabilità tad-direzzjoni multilaterali tal-PEV biex isservi bħala qafas għall-organizzazzjoni ta’ relazzjonijiet politiċi fl-Ewropa aktar wiesgħa;
PRIJORITAJIET STRATEĠIĊI: ĊRIEKI KONĊENTRIĊI TA’ PAĊI, SIGURTÀ U ŻVILUPP SOĊJOEKONOMIKU
27. Jemmen li l-interessi, l-objettivi u l-linji gwida strateġiċi ġenerali li għandhom jiġu segwiti permezz tal-PESK għandhom ikunu bbażati fuq l-għoti ta’ paċi, sigurtà u prosperità liċ-ċittadini tal-Ewropa u lil hinn minnha, l-ewwel nett fil-viċinat tagħna, iżda wkoll lil hinn minnu, iggwidati mill-prinċipji li spiraw il-ħolqien tal-UE nnifisha, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali, ir-rispett tad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza u s-solidarjetà u r-rispett għal-liġi internazzjonali u għall-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż l-eżerċizzju tar-responsabilità ta’ protezzjoni;
28. Ikompli jappoġġja t-tkabbir potenzjali tal-Unjoni Ewropea għal kwalunkwe stat Ewropew li jirrispetta l-valuri tal-Unjoni u li huwa impenjat fil-promozzjoni tagħhom u li huwa lest u kapaċi jissodisfa l-kriterji ta’ adeżjoni;
29. Jinnota li maż-żmien l-Unjoni żviluppat relazzjonijiet ma’ pajjiżi u organizzazzjonijiet reġjonali li għandhom bażijiet kuntrattwali u legali differenti, li xi wħud minnhom ġew imsejħa “strateġiċi’; josserva li m’hemmx formula ċara biex tiġi stabbilita l-għażla ta’ sieħeb strateġiku tal-Unjoni u li, meta jsiru dawn l-għażliet, il-Parlament Ewropew la hu infurmat u lanqas ikkonsultat; jinnota li l-ingranaġġ tar-relazzjonijiet bilaterali ġenwini u responsabbli jista’ jkun multiplikatur importanti tas-setgħa għall-politika barranija tal-UE kemm b’mod reġjonali kif ukoll fil-fora multilaterali, u li għalhekk l-għażla tas-sħsb strateġiċi jixirqilha riflessjoni bir-reqqa fid-dawl tal-valuri u l-objettivi strateġiċi li l-Unjoni tixtieq tipproġetta;
30. Jemmen, għalhekk, li d-deċiżjonijiet futuri dwar is-sħab strateġiċi għandhom isiru b’attenzjoni skont il-prijoritajiet tal-politika estera tal-Unjoni, jew vis-à-vis pajjiż jew reġjun, jew fil-fora internazzjonali, u li għandu jitqies b'mod xieraq li jintemmu sħubiji li jkunu tilfu r-rilevanza jew li jkunu saru kontroproduttivi; għalhekk, jitlob li jsir dibattitu ta’ segwitu mal-Parlament dwar id-diskussjoni tal-Kunsill Ewropew ta’ Settembru 2010 dwar l-isħubiji strateġiċi u li l-Parlament jiġi infurmat regolarment u bil-quddiem rigward deċiżjonijiet dwar sħubiji futuri, b’mod partikolari fejn dawn is-sħubiji jirċievu appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-Unjoni jew jinvolvu relazzjoni kuntrattwali aktar mill-qrib mal-UE;
31. Huwa tal-opinjoni li, sabiex l-Unjoni tkun effettiva fit-twassil tal-paċi, sigurtà u żvilupp soċjo ekonomiku għaċ-ċittadini f’ordni politika internazzjonali kompetittiva ħafna, li qed tinbidel u li hija imprevedibbli, huwa importanti li wieħed jiffoka r-riżorsi limitati tal-Unjoni fuq il-prijoritajiet strateġiċi, l-ewwel fuq l-isfidi l-aktar viċin, b’mod partikolari dawk fil-pajjiżi ta’ tkabbir, fil-viċinat, u wara dan jiġi estiż ’il barra fi ċrieki konċentriċi, inkluż, fejn ikun rilevanti, ir-rwol u l-influwenza relattiva ta’ organizzazzjonijiet reġjonali;
32. Jemmen li r-rispett għall-impenji magħmula fil-qafas tat-tkabbir, u l-wiri ta’ responsabilità għall-viċinat tagħna, isaħħaħ il-kredibilità tal-firxa globali tal-Unjoni; jikkonferma mill-ġdid l-impenn tal-UE għal multilateraliżmu effettiv, bis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti fil-qalba, u jenfasizza l-importanza ta’ ħidma ma’ msieħba internazzjonali oħra fir-reazzjoni għal kriżijiet, theddidiet u sfidi internazzjonali;
Il-Balkani tal-Punent
33. Jappoġġja l-istrateġiji tal-UE għall-Balkani tal-Punent, inkluż il-prospett tat-tkabbir tal-UE, li jħeġġu d-demokratizzazzjoni, l-istabbilizzazzjoni, is-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti u l-modernizzazzjoni soċjoekonomika kemm tal-pajjiżi individwali kif ukoll tar-reġjun kollu kemm hu; jinnota bi tħassib, li l-instabilità politika, id-dgħufijiet istituzzjonali, il-korruzzjoni mferrxa, il-kriminalità organizzata u l-kwistjonijiet reġjonali u bilaterali li għadha ma nstabitx soluzzjoni għalihom, qed ixekklu iktar progress ta’ xi pajjiżi lejn l-integrazzjoni fl-UE; jitlob għalhekk lill-UE biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet b’mod aktar vigoruż fil-proċess ta’ integrazzjoni, f'konformità mal-Karta tan-NU, kif ukoll issaħħaħ ir-rwol ċentrali tagħha fir-reġjun;
34. Itenni l-appoġġ tiegħu għat-titjib tal-proċess ta’ adeżjoni tal-Balkani tal-Punent billi jagħmlu iktar immexxi mill-punti ta’ riferiment, trasparenti u responsabbli b’mod reċiproku u billi jiġu introdotti indikaturi ċari; jistieden lill-UE biex tagħmel sforzi ġodda, konvinċenti u ġenwini sabiex terga’ tagħti l-ħajja lill-proċess tat-tkabbir kif ukoll biex tkompli tagħti prijorità lill-kundizzjonijiet li ġejjin: djalogu politiku kostruttiv, relazzjonijiet tajbin mal-ġirien, żvilupp ekonomiku, konsolidazzjoni tal-istat tad-dritt, inkluż l-iżgurar tal-libertà tal-espressjoni u r-rispett għad-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali, ġlieda effettiva kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, titjib fl-effettività u l-indipendenza tal-ġudikatura, titjib fil-kapaċitajiet u r-rekords amministrattivi biex jinfurzaw il-leġiżlazzjoni relatata mal-acquis, trattament ta’ tensjonijiet interetniċi u interreliġjużi, u indirizzar tas-sitwazzjoni tar-refuġjati u l-persuni spostati kif ukoll is-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet bilaterali u reġjonali miftuħa;
35. Iqis, barra minn hekk, li huwa essenzjali li l-politika esterna tal-UE għal reġjun bi storja riċenti ta’ kunflitt armat interetniku tippromwovi klima ta’ tolleranza, rispett għad-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi u politiki u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, relazzjonijiet tajba mal-viċinat u kooperazzjoni reġjonali – inkluż permezz ta’ sistemi edukattivi aktar integrati (skambji intrareġjonali ta’ studenti) – u kollaborazzjoni xjentifika, bħala prerekwiżiti għal stabilità Ewropea u bħala mezz li jiffaċilita r-rikonċiljazzjoni;
36. Jilqa’ l-konfigurazzjoni mill-ġdid tal-missjoni EULEX u l-iffokar mill-ġdid tagħha fuq l-istat tad-dritt u l-mandat eżekuttiv; jistenna li din tkun operattiva għal kollox fit-territorju kollu tal-Kosovo, inkluż it-Tramuntana, u biex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli kollha, inkluż kontra l-kriminalità organizzata;
It-Turkija
37. Jilqa' l-aġenda pożittiva tal-Kummissjoni għar-relazzjonijiet UE-Turkija; jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni f'numru ta' oqsma, b'mod partikolari fir-rigward tal-libertà ta' espressjoni, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tan-nisa fit-Turkija, il-progress bil-mod lejn kostituzzjoni ċivili ġdida u, barra minn hekk, il-polarizzazzjoni tas-soċjetà Torka; iħeġġeġ lit-Turkija biex tħaffef il-proċess ta’ riforma;jinnota li t-Turkija mhijiex biss pajjiż kandidat iżda wkoll sieħeb strateġiku importanti u alleat tan-NATO; jitlob, għalhekk, biex jisaħħaħ id-djalogu politiku eżistenti mat-Turkija dwar l-għażliet u l-objettivi tal-politika barranija ta’ interess reċiproku; jenfasizza l-importanza li t-Turkija tiġi mħeġġa biex issegwi l-politika barranija tagħha f'qafas ta' relazzjonijiet tajbin mal-ġirien fi djalogu u koordinazzjoni mal-Unjoni Ewropea sabiex jinħolqu sinerġiji siewja u jissaħħaħ il-potenzjal għal impatt pożittiv, b'mod partikolari fir-rigward tal-appoġġ għall-proċess ta' riforma fid-dinja Għarbija; Jittama li l-kundizzjonijiet jitjiebu għall-ftuħ ta’ aktar kapitli fin-negozjati ta’ sħubija (eż. ratifika u implimentar tal-Protokoll ta’ Ankara);
Il-Viċinat tan-Nofsinhar u l-Lvant Nofsani
38. Jitlob biex il-prinċipji sottostanti tal-approċċ il-ġdid tal-PEV, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni Konġunta tal-VP/RGħ u l-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2011, b’mod partikolari l-prinċipju “aktar għal aktar’, dak tad-differenzjazzjoni u dak tar-responsabilità reċiproka, kif ukoll ”is-sħubija mas-soċjetà“, ikunu kompletament operattivi u li l-assistenza tal-Unjoni tkun allinjata bis-sħiħ ma’ dan l-approċċ ġdid; ifakkar li l-Komunikazzjoni Konġunta ”Twettiq ta’ Politika Ewropea tal-Viċinat ġdida’ tal-15 ta’ Mejju 2012 telenka dawn l-isfidi li jiffaċċjaw il-pajjiżi tar-reġjun: id-demokrazija sostenibbli, l-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku u inklużiv, il-mobilità, il-kooperazzjoni reġjonali u l-istat tad-dritt;
39. Ifakkar li l-Viċinat tan-Nofsinhar huwa ta’ importanza vitali għall-Unjoni Ewropea, jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ is-sħubija bejn l-UE u l-pajjiżi u s-soċjetajiet tal-Viċinat fl-għajnuna għat-tranżizzjoni lejn demokraziji kkonsolidati, u jħeġġeġ li jintlaħaq bilanċ aħjar bejn, fuq naħa waħda, l-insegwiment ta’ approċċ orjentat lejn is-suq, u min-naħa l-oħra, ta’ approċċi umani u soċjali fir-rispons tal-UE għar-Rebbiegħa Għarbija; jitlob, għalhekk, li tingħata aktar attenzjoni lid-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, l-impjieg (speċjalment il-qgħad fost iż-żgħażagħ), l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-iżvilupp reġjonali, sabiex jiġu megħjuna jtaffu l-kriżi ekonomika u soċjali attwali f’dawn il-pajjiżi, u tiġi pprovduta l-assistenza meħtieġa għal appoġġ tat-tisħiħ tal-governanza tajba u tar-riformi politiċi demokratiċi kif ukoll l-iżvilupp soċjali u ekonomiku; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza ta’ appoġġ għall-bini ta’ kapaċitajiet istituzzjonali u l-amministrazzjoni pubblika effettiva, inkluż għall-parlamenti ta’ dawn il-pajjiżi, ta’ sistema ġudizzjarja indipendenti, għat-tisħiħ ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u midja indipendenti, u għall-formazzjoni ta’ partiti politiċi pluralisti f’sistema kemm jista' jkun sekulari li fiha jiġu rrispettati għal kollox id-drittijiet tan-nisa, u fejn hemm titjib notevoli fir-rispett għad-drittijiet fundamentali ewlenin bħal dak tad-dritt għal-libertà tar-reliġjon, fl-aspetti individwali, kollettivi, pubbliċi, privati u istituzzjonali tiegħu;
40. Itenni li relazzjoni ekonomika, politika, kulturali jew xi tip ta’ relazzjoni oħra bejn l-UE u l-pajjiżi tal-PEV għandha tkun ibbażata fuq it-trattament indaqs, is-solidarjetà, id-djalogu u l-osservanza tal-asimetriji speċifiċi u l-karatteristiċi ta’ kull pajjiż;
41. Iqis li l-valutazzjoni tal-progress globali magħmul mill-pajjiżi msieħba għandha tkun ibbażata fuq it-trasparenza reċiproka u għandha tkun ibbażata fuq il-livell ta’ impenn għar-riforma u fuq punti ta’ referenza definiti b’mod ċar, u miftiehma b’mod konġunt, li jistabbilixxu skedi għall-implimentazzjoni ta’ riformi kif stabbilit fil-pjanijiet ta’ azzjoni; dawn il-punti ta’ referenza għandhom ikunu l-bażi għal monitoraġġ u valutazzjoni regolari u, fejn ikun possibbli, konġunti li jinkludu rwol sħiħ għas-soċjetà ċivili, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u trasparenti tal-politiki;
42. Jenfasizza l-importanza tal-Unjoni għall-Mediterran bħala strument għall-instituzzjonalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Viċinat tan-Nofsinhar; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi megħlub l-istadju ta’ paraliżi li sabet ruħha fiha din l-organizzazzjoni; jilqa’ l-bidliet magħmula rigward il-kopresidenza Ewropea u jittama li d-dinamiżmu tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid se jikkontribwixxi biex jagħti spinta ’l quddiem lill-proġetti identifikati;
43. Ifakkar l-impenn tal-UE għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani u l-appoġġ tiegħu għal soluzzjoni ta’ żewġ stati mal-Istat tal-Iżrael u Stat Palestinjan indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli li jgħixu fil-paċi u s-sigurtà flimkien;
44. Ifakkar li s-soluzzjoni tal-kunflitt fil-Lvant Nofsani huwa interess fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-partijiet infushom u r-reġjun aktar wiesa’. jenfasizza, għalhekk, li l-ħtieġa għal progress fil-proċess ta' paċi hija aktar urġenti minħabba l-bidliet li għaddejjin bħalissa fid-dinja Għarbija;
L-Iran
45. Jappoġġja l-approċċ doppju tal-Kunsill bil-għan li tinstab soluzzjoni diplomatika bħala l-uniku approċċ vijabbli għall-kwistjoni nukleari Iranjana; ifakkar li s-sanzjonijiet mhumiex riżultat fihom infushom; iħeġġeġ lill-UE3+3 u lill-Iran biex ikomplu jipparteċipaw mal-mejda tan-negozjati u jistieden lin-negozjaturi jilħqu ftehim; ifakkar li, skont il-prinċipju ċentrali tan-NPT, l-Iran għandu d-dritt li jarrikkixxi l-uranju għal skopijiet paċifiċi u li jirċievi assistenza teknika għall-istess objettiv; huwa mħasseb li jaf ikun hemm azzjoni militari u jsejjaħ lill-partijiet kollha għal riżoluzzjoni paċifika u jħeġġeġ lill-Iran biex jirrispetta t-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni u r-riżoluzzjonijiet tan-NU u biex jikkoopera bi sħiħ mal-IAEA;
46. Barra minn hekk, jistieden lill-Kunsill jikkunsidra miżuri pożittivi , jekk l-Iran jimpenja ruħu li jillimita l-arrikkiment tal-uranju għal inqas minn 5%, jesporta l-istokkijiet kollha tal-uranju ’l fuq minn dan il-livell għall-ipproċessar mill-ġdid f’vireg tal-fjuwil għal skopijiet nukleari ċivili u jiftaħ b’mod sħiħ l-aspetti kollha tal-programm nukleari tiegħu lill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), sabiex l-IAEA tkun tista’ tivverifika li l-programm nukleari tal-Iran huwa totalment ċivili; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kunsill sabiex jibdew mill-ġdid in-negozjati diplomatiċi dwar kwistjonijiet oħra ta’ interess reċiproku għall-UE u l-Iran, bħas-sigurtà reġjonali, id-drittijiet tal-bniedem, is-sitwazzjoni fis-Sirja, l-Afganistan, l-Iraq u l-Golf Persjan; jitlob li l-Iran ikollu rwol kostruttiv fis-sigurtà reġjonali;
47. Jitlob, għalhekk, li jkun hemm sforz sostnut u persistenti mill-VP/RGħ u l-Kunsill biex l-Iran jintalab bis-saħħa biex jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-ħtieġa għal politika Ewropea għall-Iran biex tesprimi solidarjetà ma’ dawk li jirreżistu r-ripressjoni u jiġġieldu għal-libertajiet bażiċi u d-demokrazija; jinsisti li preżenza tal-UE fuq il-post tista’ tiżgura li l-Istati Membri, kif ukoll l-UE, jevalwaw kif suppost l-evoluzzjoni f’kull qasam u jikkomunikaw mal-awtoritajiet Iranjani; iqis li l-ftuħ ta' delegazzjoni tal-UE fl-Iran tista' sseħħ fil-mument opportun fl-iżvilupp tar-relazzjonijiet UE-Iran;
Il-Libja
48. Jitlob lill-VP/RGħ biex jiżgura skjerament rapidu fil-Libja ta’ biżżejjed persunal u kompetenza istituzzjonali li jassisti lil-Libja biex tilħaq il-ħtiġijiet tagħha u tirrispondi għat-talbiet tal-Libja fil-qasam tal-bini tal-kapaċità, il-governanza, is-soċjetà ċivili u l-iżvilupp; iħeġġeġ lill-UE biex tappoġġja t-tranżizzjoni demokratika fil-Libja fl-oqsma kollha u jitlob lill-VP/RGħ biex tiżgura li l-Istati Membri tal-UE jaġixxu b’mod koordinat, konsistenti mal-prinċipji u l-valuri tal-UE u mal-interessi strateġiċi fl-issodisfar tal-ħtiġijiet u t-talbiet tal-Libja;
Is-Sirja
49. Iħeġġeġ lill-VP/RGħ, il-Kunsill u l-Istati Membri biex jinvestu lilhom infushom sabiex isibu soluzzjoni għall-kriżi fis-Sirja; jitlob lill-VP/RGħ biex jiżgura li l-Istati Membri jaġixxu b’mod unit u kkoordinat fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li jikkostitwixxi l-forum xieraq biex jiġi diskuss intervent potenzjali internazzjonali u appoġġjat min-NU fis-Sirja; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-VP/RGħ biex iżżid l-isforzi biex b’mod diplomatiku titfa' pressjoni fuq ir-Russja u ċ-Ċina biex ineħħu l-istaġnar fir-rigward tas-Sirja fil-Kunsill tas-Sigurtà; jistieden lill-VP/RGħ u l-Kummissjoni biex jesploraw il-modi kollha biex jipprovdu u jsaħħu l-assistenza umanitarja sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet f'dawk il-pajjiżi ġirien li, b'mod partikolari minħabba l-influss tar-refuġjati, huma affettwati l-aktar mill-kriżi fis-Sirja;
Il-Viċinat tal-Lvant
50. Ifakkar li l-Viċinat tal-Lvant huwa ta’ importanza strateġika; jitlob għal sforzi ikbar, u impenn politiku akbar, sabiex jinkisbu l-objettivi tas-Sħubija tal-Lvant – kif iddikjarat fid-Dikjarazzjoni ta’ Praga u l-Konklużjonijiet tas-Samit tal-Varsavja, u fakkar fil-Komunikazzjoni Konġunta “Is-Sħubija tal-Lvant: Pjan direzzjonali għas-Samit tal-Ħarifa 2013’ tal-15 ta’ Mejju 2012 – inkluż, b'mod partikolari, it-tħaffif tal-assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika, u t-titjib tal-mobilità għaċ-ċittadini f’ambjent sikur u ġestit sew; huwa tal-opinjoni li l-Unjoni għandha b’mod partikolari ssegwi n-negozjati u l-konklużjonijiet tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni mas-Sħab tal-Lvant, li jippromwovu l-mobilità permezz ta’ sħubiji ta’ mobilità u djalogi dwar il-viża, u li jiżguraw progress kontinwu fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-riformi, f’assoċjazzjoni mill-qrib mal-Assemblea Parlamentari EURONEST; jenfasizza li d-deċiżjonijiet kollha għandhom ikunu akkumpanjati bl-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji adegwati u jitlob għal titjib biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet fis-Sħubiji għal Modernizzazzjoni;
51. Jiddispjaċih, madankollu, li s-sitwazzjoni globali dwar l-istandards demokratiċi u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant bilkemm għamlet progress; jenfasizza, barra minn hekk, li l-iżvilupp sħiħ tas-Sħubija tal-Lvant jista’ jseħħ biss ladarba l-kunflitti ffriżati kollha jiġu solvuti ; jitlob, f’dan ir-rigward, involviment aktar attiv tal-UE fil-proċessi rilevanti tal-paċi sabiex jinbdew inizjattivi kredibbli mmirati biex jitneħħa l-istaġnar attwali, tiġi ffaċilitata t-tkomplija tad-djalogu bejn il-partijiet u jinħolqu l-kondizzjonijiet għal soluzzjonijiet komprensivi u dejjiema;
52. Jitlob involviment iktar b’saħħtu min-naħa tal-UE, b’kooperazzjoni ma’ sħab reġjonali, fis-soluzzjoni tal-kunflitti ffriżati' li qed iseħħu fit-territorji tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, b’mod partikolari t-tkissir tal-istaġnar dwar Ossezja tan-Nofsinhar u Abkhazia u dwar il-kunflitt bejn Nagorno u Karabakh u li jkollha rwol sħiħ fl-appoġġ ta’ kwalunkwe ftehim ta’ paċi konsegwenti; jemmen li l-kwistjoni Transnistrijana tista’ tkun każ ta’ prova tajjeb għar-rieda tajba tas-sħab reġjonali;
Il-Moldova
53. Jilqa’ l-isforzi multidimensjonali tar-Repubblika tal-Moldova biex toqrob lejn l-UE, b'mod partikolari billi tagħmel progress fir-riformi politiċi domestiċi u billi tieħu passi sostantivi u pożittivi fin-negozjati “5+2” dwar il-kunflitt Transnistrijan;
L-Ukraina
54. Jenfasizza li, filwaqt li l-Ftehim bejn l-UE u l-Ukraina ġie inizjalat, l-iffirmar u r-ratifika tiegħu jistgħu jseħħu biss jekk l-Ukraina tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa, li jfisser, jekk jiżgura r-rispett għad-drittijiet tal-minoranzi, jinforza l-istat tad-dritt – billi jissaħħu l-istabilità, l-indipendenza u l-effettività tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxuh – u billi juri rispett lejn id-drittijiet – u jtemm il-persekuzzjoni – tal-oppożizzjoni, li b'hekk tiġi stabbilita demokrazija verament pluralista; jitlob lill-VP/RGħ u l-Kummissjoni biex jiggarantixxu mezzi finanzjarji suffiċjenti biex jappoġġjaw il-missjonijiet addizzjonali ta’ monitoraġġ elettorali ippjanati għall-elezzjonijiet parlamentari li ġejjin fl-Ukraina; jitlob lill-Parlament tal-Ukraina biex jemenda l-kodiċi penali, li tmur lura għal żminijiet Sovjetiċi, billi jitneħħew is-sanzjonijiet kriminali għal atti politiċi ċari mwettqa minn funzjonarji tal-istat li jaġixxu f’kapaċità uffiċjali;
Il-Bjelorussja
55. Jitlob lill-awtoritajiet tal-Belarus biex jirrilaxxaw lill-priġunieri politiċi kollha; jitlob li l-iżvilupp tar-relazzjonijiet mal-awtoritajiet tal-Bjelorussja ikunu kondizzjonali fuq il-progress lejn ir-rispett għall-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; ifakkar li ma jista’ jkun hemm ebda progress fid-djalogu UE-Bjelorussja sakemm ma jinħelsux u ma jiġux riabilitati l-priġunieri politiċi kollha ; fl-istess ħin, jilqa’ l-isforzi mill-UE u d-Delegazzjoni tagħha f’Minsk biex tintlaħaq u tiġi involuta aktar is-soċjetà tal-Bjelorussja, inkluż permezz ta’ “Djalogu Ewropew għall-modernizzazzjoni”, proċeduri ffaċilitati għall-għoti tal-viża u aktar partiċipazzjoni taċ-ċittadini tal-Bjelorussja fil-programmi tal-UE;
Il-Kawkasu tan-Nofsinhar
56. Jinnota l-progress sinifikanti li sar fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-Armenja, l-Azerbajġan u l-Ġeorġja; jitlob għal passi ulterjuri biex jiġu approfonditi r-relazzjonijiet bejn l-UE u t-tliet pajjiżi tal-Kawkasu tan-Nofsinhar;
Strateġija għall-Baħar l-Iswed
57. Jenfasizza l-importanza strateġika tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed għall-Unjoni u jerġa' jfakkar lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex ifasslu strateġija għar-reġjun tal-Baħar l-Iswed li tiddefinixxi approċċ integrat u komprensiv tal-UE biex jiġu indirizzati l-isfidi u l-opportunitajiet tar-reġjun;
Ir-Russja
58. Jappoġġja l-politika tal-Unjoni ta’ impenn kritiku mar-Russja; jikkunsidra r-Russja bħala sieħba u ġara strateġika importanti, iżda jkompli jkollu t-tħassib dwar l-impenn tar-Russja għall-istat tad-dritt, id-demokrazija pluralista u d-drittijiet tal-bniedem; jiddeplora b'mod partikolari l-intimidazzjoni kontinwa, il-fastidju u l-arresti tar-rappreżentanti tal-forzi tal-oppożizzjoni u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-adozzjoni reċenti ta' liġi dwar il-finanzjament tal-NGOs, u l-pressjoni li dejjem tiżdied fuq il-midja libera u indipendenti; f'dan ir-rigward jistieden lill-UE biex tibqa' kostanti fit-talbiet tagħha li l-awtoritajiet Russi jissodisfaw ir-responsabilitajiet tagħhom bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-OSCE; jenfasizza li t-tisħiħ tal-istat tad-dritt fl-oqsma kollha tal-ħajja pubblika Russa, inkluża l-ekonomija, ikun rispons kostruttiv għall-iskuntentizza li dejjem tikber espressa minn ħafna ċittadini Russi, u huwa bżonnjuż biex tinbena sħubija ġenwina u kostruttiva bejn l-UE u r-Russja; jenfasizza r-rieda tal-UE li tikkontribwixxi għas-Sħubija għall-Modernizzazzjoni u għal kwalunkwe suċċessur għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni attwali li huwa marbut mal-progress tar-Russja rigward id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija pluralista;
59. Huwa tal-fehma li s-sentenza riċenti tat-tliet membri tal-grupp punk femminist Pussy Riot għal sentejn f'kolonja penali għal “ħuliganiżmu mmotivat minn mibegħda reliġjuża” hija parti minn miżuri ripressivi fuq in-nuqqas ta' qbil politiku u l-forzi tal-oppożizzjoni li jkomplu jnaqqsu l-ispazju demokratiku Russu u jdgħajfu ħafna l-kredibilità tas-sistema ġudizzjarja Russa; jikkundanna bil-kbir dan il-verdett immotivat mill-politika u jistenna li din il-kundanna tinbidel fl-appell bir-rilaxx tat-tliet membri ta' Pussy Riot.
60. Jemmen li l-aħjar bażi għal sħubija aktar mill-qrib għandha tkun Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni ġdid, ambizzjuż u komprensiv li jinkludi kapitli dwar id-djalogu politiku, il-kummerċ u l-investimenti, il-kooperazzjoni fl-enerġija, id-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-oqsma tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà; jenfasizza l-ħtieġa għall-bini ta’ sħubija ġenwina bejn is-soċjetajiet tal-UE u tar-Russja, u f’dan il-kuntest, jilqa’ l-progress miksub fl-implimentazzjoni ta’ “Passi komuni lejn vjaġġar mingħajr viża” bi ftehim bejn l-UE u r-Russja;
61. Jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kunsill biex jaħdmu mar-Russja u ċ-Ċina sabiex jegħlbu d-diverġenzi – inkluż ġewwa l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti – fl-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fis-Sirja bl-għan komuni li jitkisser iċ-ċiklu tal-vjolenza, filwaqt li tiġi evitata gwerra ċivili u tinstab soluzzjoni paċifika dejjiema fis-Sirja; jilqa’ l-kooperazzjoni mar-Russja fin-negozjati E3 +3 mal-Iran sabiex l-Iran ma jitħalliex jakkwista armi nukleari;
62. Jistieden lir-Russja biex itejbu l-istabilità, il-kooperazzjoni politika u l-iżvilupp ekonomiku filwaqt li jirrispettaw id-dritt sovran ta’ kull pajjiż biex jagħmel l-arranġamenti ta’ sigurtà tiegħu; iħeġġeġ lir-Russja biex tirrispetta l-integrità territorjali u kostituzzjonali tal-ġirien reġjonali u biex tissieħeb fil-kunsens internazzjonali fin-Nazzjonijiet Uniti rigward id-demokrazija emerġenti;
63. Jenfasizza li waqt li l-Istati Membri jistabbilixxu l-konnessjonijiet u l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali tagħhom permezz ta’ investiment fl-infrastruttura u l-approvazzjoni tar-regolamenti komuni, għandhom isiru wkoll sforzi kontinwi fil-kollaborazzjoni mar-Russja sabiex jiġu identifikati miżuri kreattivi u reċiprokament aċċettabbli biex inaqqsu d-diskrepanzi bejn iż-żewġ swieq tal-enerġija;
64. Huwa mħasseb dwar il-militarizzazzjoni żejda riċenti fiż-żona ta’ Kaliningrad li qed toħloq nuqqas ta’ sigurtà dejjem akbar madwar iż-żona tal-UE;
L-Asja Ċentrali
65. Jappoġġja l-promozzjoni tal-UE ta’ approċċ reġjonali fl-Asja Ċentrali, li huwa essenzjali biex tiġi trattata d-dimensjoni reġjonali ta’ kwistjonijiet li jinkludu l-kriminalità organizzata, it-traffikar (tad-drogi, ta’ materjali radjuattivi u tal-bnedmin), it-terroriżmu, id-diżastri ambjentali naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-enerġija; jiddispjaċih, madankollu, dwar in-nuqqas ta’ progress sostanzjali dovut parzjalment biss minħabba r-riżorsi finanzjarji limitati disponibbli; jitlob għalhekk li dan l-impenn ikun sod u kondizzjonali (“aktar għal aktar”) fuq il-progress fid-demokratizzazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, l-iżvilupp sostenibbli soċjoekonomiku, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jenfasizza li l-approċċ reġjonali ma għandux ifixkel sforzi individwali għal stati aktar avvanzati; jinnota li l-Istrateġija ta’ Kooperazzjoni tal-UE għall-Asja Ċentrali tidentifika seba’ prijoritajiet, iżda tipprovdi riżorsi li huma wisq limitati biex ikollhom impatt fl-oqsma kollha tal-politika; jitlob li l-UE tiddefinixxi aħjar il-prijoritajiet skont ir-riżorsi disponibbli; ifakkar l-importanza tar-reġjun f’termini ta’ kooperazzjoni ekonomika, enerġija u sigurtà, iżda jenfasizza li huwa importanti li jiġi żgurat li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp ma tkunx subordinata għall-interessi ekonomiċi, tal-enerġija jew tas-sigurtà; madankollu jisħaq fuq l-importanza tad-djalogu tal-UE mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà reġjonali, b’mod partikolari fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Afganistan u eskalazzjoni possibbli fir-relazzjonijiet Uzbeki-Taġik; jissuġġerixxi li l-UE tħares lejn possibilitajiet biex tgħaqqad ir-riżorsi tagħha mal-Istati Membri attivi fir-reġjun;
66. Jinnota li s-sitwazzjoni ġenerali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tax-xogħol, in-nuqqas ta’ appoġġ għas-soċjetà ċivili u l-istatus tal-istat tad-dritt tibqa’ inkwetanti; jitlob li d-djalogi tad-drittijiet tal-bniedem jiġu msaħħa u jsiru aktar effettivi u orjentati lejn ir-riżultati, bil-kooperazzjoni mill-qrib u l-involviment ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta’ djalogi bħal dawn; jitlob lill-UE u lill-VP/RGħ biex iqajmu pubblikament il-każijiet ta’ priġunieri politiċi u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti mixħutin il-ħabs u biex jitolbu li jkun hemm ir-rilaxx immedjat tal-priġunieri politiċi kollha u biex ikun hemm proċeduri legali ġusti u trasparenti għall-oħrajn; jitlob li l-Inizjattiva għall-Istat tad-Dritt ittejjeb it-trasparenza għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tinkludi objettivi ċari li jagħmlu possibbli valutazzjoni trasparenti tal-implimentazzjoni u r-riżultati tagħha;
67. Jinnota li l-pajjiżi tal-Asja Ċentrali li għandhom ħafna enerġija u riżorsi jipprovdu sors potenzjalment sinifikanti għad-diversifikazzjoni tal-UE tas-sorsi u r-rotot ta’ provvista; jinnota li l-UE hija konsumatur affidabbli u li l-pajjiżi produtturi għandhom juru l-affidabilità tagħhom bħala fornituri lill-pajjiżi konsumaturi u lil investituri barranin billi, fost l-oħrajn, jistabbilixxu kundizzjonijiet indaqs għall-korporazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali skont l-istat tad-dritt; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni biex ikomplu jipprovdu appoġġ għal proġetti ta’ enerġija u l-promozzjoni ta’ komunikazzjoni fuq għanijiet importanti bħall-Kuritur tan-Nofsinhar u t-trans-Caspian pipeline mingħajr ma jintesew il-prinċipji ta’ governanza tajba u trasparenza bħala elementi ta’ benefiċċju għal kulħadd fil-kooperazzjoni tal-enerġija bejn l-UE u l-pajjiżi msieħba;
68. Jenfasizza li l-isfruttament u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali fir-rigward, b’mod partikolari, tal-ilma għadhom punt ta’ diskussjoni fir-reġjun u sors ta’ instabilità, tensjoni u kunflitt potenzjali; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-Inizjattiva tal-Ilma mnedija mill-UE fl-Asja Ċentrali iżda jitlob djalogu iktar effettiv u kostruttiv bejn il-pajjiżi muntanjużi fin-naħa ta' fuq u dawk man-naħa t'isfel bil-ħsieb li jinkisbu modi sodi u sostenibbli ta’ kif jiġu trattati l-kwistjonijiet tal-ilma u l-adozzjoni ta’ ftehimiet komprensivi u dejjiema tal-qsim tal-ilma;
L-Afganistan
69. Huwa mħasseb dwar r-riġenerazzjoni tal-vjolenza wara li fallew in-negozjati għall-paċi; jenfasizza l-importanza ta’ approċċ subreġjonali tal-Asja Ċentrali biex jiġi indirizzat it-traffikar transkonfinali tal-persuni u l-merkanzija u għall-ġlieda kontra l-produzzjoni u t-traffikar illegali tad-droga, li huma sors bażiku ta’ finanzjament għall-kriminalità organizzata u t-terroriżmu; jitlob għal kooperazzjoni mtejba fost l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-missjoni tal-ISAF tan-NATO sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-intervent; jitlob li jiżdied l-appoġġ għall-bini tal-kapaċità tal-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Afganistan u l-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali kif ukoll biex tingħata għajnuna lill-popolazzjoni aktar wiesgħa bl-iżvilupp agrikolu u soċjoekonomiku sabiex il-pajjiż jassumi responsabilità sħiħa għas-sigurtà tiegħu wara t-tlestija tat-trasferiment tas-sigurtà interna lill-Forzi Afgani sa tmiem l-2014;
70. Jinnota, bi tħassib kbir għall-popolazzjoni affettwata, li l-intervent militari fl-Afganistan ma kisibx il-bini ta’ stat vijabbli bi strutturi demokratiċi, it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja għall-maġġoranza – b’mod partikolari għan-nisa u l-bniet - jew is-sostituzzjoni tal-produzzjoni tan-narkotiċi b’forom oħrajn ta’ agrikoltura, iżda minflok daħħal lill-pajjiż f’livell bla preċedent ta’ korruzzjoni; minħabba l-irtirar mgħaġġel tat-truppi Ewropej jistieden lill-UE u lill-Istati Membri, bħala kwistjoni ta' prijorità, biex jippreparaw pjan ta’ sikurezza għal dawk l-Afgani li appoġġjaw mill-qrib l-isforzi tal-UE għall-bini tal-istat, u li l-eżistenza tagħhom tista’ tkun mhedda mit-tluq tal-forzi Ewropew, b’mod partikolari attivisti tan-nisa; jistieden lis-SEAE biex jagħmel evalwazzjoni onesta tal-politika tal-UE u tal-Istati Membri fl-Afganistan mill-2001 u biex jippreżenta pjan realistiku ta’ attivitajiet futuri tal-UE fir-reġjun sal-aħħar tas-sena;
71. Jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni msaħħa ma’ pajjiżi bħar-Russja, il-Pakistan, l-Indja u l-Iran meta jiġu indirizzati l-isfidi fl-Afganistan, speċjalment dawk relatati mat-traffikar tad-drogi, it-terroriżmu u r-riskju ta’ tixrid fil-pajjiżi ġirien u r-reġjun;
Il-Kontinent Amerikan L-Istati Uniti
72. Jemmen bis-sħiħ li l-Istati Uniti hija l-aktar sieħeb strateġiku importanti għall-UE; għalhekk iħeġġeġ lill-UE biex tagħti prijorità politika ċara għall-approfondiment tar-relazzjonijiet transatlantiċi fil-livelli kollha;
73. Jissottolinja l-importanza kbira tar-relazzjonijiet transatlantiċi; huwa tal-opinjoni li samits regolari bejn l-UE u l-Istati Uniti jipprovdu opportunità għall-identifikazzjoni ta’ objettivi komuni u l-koordinazzjoni ta’ strateġiji rigward theddidiet u sfidi ta’ rilevanza globali , inkluża, fost l-oħrajn, il-governanza ekonomika, u l-iżvilupp ta’ approċċ komuni għas-setgħat emerġenti; jilqa’ r-rapport tal-Grupp ta’ Ħidma ta’ Livell Għoli dwar l-Impjiegi u t-Tkabbir; iqis li l-Kunsill Ekonomiku Trans-Atlantiku (TEC)u d-Djalogu Transatlantiku tal-Leġiżlaturi (TLD) għandhom jinkludu riflessjoni dwar l-impenn strateġiku mill-UE u l-Istati Uniti mal-pajjiżi BRICS u pajjiżi emerġenti oħrajn rilevanti, kif ukoll mal-ASEAN, l-Unjoni Afrikana, il-Mercosur, il-Komunità Andina u CELAC u dwar kif għandha tiġi mrawma konverġenza regolatorja ma’ pajjiżi bħal dawn; jissottolinja l-importanza tat-TEC, bħala l-korp responsabbli għat-titjib tal-integrazzjoni ekonomika u l-kooperazzjoni regolatorja, u t-TLD, bħala forum għal djalogu parlamentari u għall-koordinazzjoni tal-ħidma parlamentari miż-żewġ naħat dwar kwistjonijiet ta’ tħassib komuni, speċjalment leġiżlazzjoni rilevanti għas-suq transatlantiku; ifakkar il-ħtieġa għall-ħolqien, mingħajr aktar dewmien, ta’ Kunsill Politiku Trans-Atlantiku bħala korp ad hoc għal konsultazzjoni u koordinazzjoni sistematiċi u ta’ livell għoli dwar il-politika barranija u ta’ sigurtà bejn l-UE u l-Istati Uniti b’mod parallel man-NATO;
74. Jinnota li, minħabba r-rilevanza globali u reġjonali dejjem tikber taċ-Ċina, l-Indja u pajjiżi oħra emerġenti fl-Asja, l-Istati Uniti tal-Amerika progressivament qiegħda ċċaqlaq l-attenzjoni primarja, l-investiment politiku u r-riżorsi militari tagħha lejn il-Paċifiku; barra minn hekk jinnota li l-Asja għandu jkollha post aktar importanti fuq l-aġenda barranija tal-UE u l-Istati Membri; jitlob għalhekk li ssir koordinazzjoni akbar bejn il-politiki tal-Istati Uniti u tal-UE lejn iċ-Ċina, l-Indja u pajjiżi emerġenti oħra fl-Asja sabiex jiġi evitat diżakkoppjar tal-approċċi rispettivi tagħhom għall-politiki ewlenin;
75. Jemmen li l-Istati Uniti se tkompli tagħti kontribut vitali għas-sigurtà kollettiva taż-żona Ewro-Atlantika, u jafferma mill-ġdid ir-rilevanza kritika u li ma tinbidilx tar-rabta tas-sigurtà transatlantika; jinnota li, fis-sitwazzjoni ġeostrateġika u ekonomika li dejjem tinbidel, il-bini ta’ kapaċitajiet Ewropej ta’ sigurtà u difiża aktar b’saħħithom jirrappreżenta mezz importanti ta’ kif tissaħħaħ ir-rabta transatlantika;
L-Amerika Latina
76. Jitlob li d-djalogu politiku bejn l-UE u l-Amerika Latina jitwessa’ f'kull livell, inklużi s-samits tal-kapijiet ta’ stat u l-Assemblea Parlamentari EUROLAT, bħala għodda importanti għall-iżvilupp ta’ kunsens politiku; jitlob li l-impenji politiċi li jiġu wara s-samits bejn l-UE u l-Amerika Latina jkunu akkumpanjati mill-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji adegwati; jesprimi t-tħassib serju dwar il-fatt li l-Arġentina riċentement innazzjonalizzat kumpanija ewlenija Spanjola tal-petrol (YPF) u wettqet ukoll proċeduri politiċi li ma jgħinu xejn rigward il-Gżejjer Falkland tar-Renju Unit;
77. Jipproponi li tiġi esplorata l-possibilità ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib, l-aktar il-kooperazzjoni ekonomika, bejn l-Ameriki u l-UE bil-għan ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles komuni;
78. Jitlob għat-tisħiħ tad-djalogi eżistenti dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’livell ogħla ta’ involviment minn naħa tal-Parlament, kif ukoll għat-tnedija ta' djalogu biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar sfidi ta’ sigurtà importanti, u mhux anqas l-impatt devastanti tal-kriminalità organizzata u narkotika fuq l-istituzzjonijiet tal-istat u s-sigurtà tal-bniedem; jinnota li s-7 Samit UE-ALK tal-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern, li għandu jsir fiċ-Ċili f’Jannar 2013, jista’ jkun opportunità tajba biex jiġu mnedija viżjonijiet ġodda għal kooperazzjoni bireġjonali f'numru ta’ oqsma politiċi u soċjoekonomiċi;
79. Jenfasizza li l-koeżjoni soċjali għandha tibqa’ prinċipju fundamentali fl-istrateġija għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp lejn l-Amerika Latina, mhux biss minħabba l-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi tagħha, iżda wkoll minħabba l-importanza tagħha f’termini tal-konsolidament tal-istituzzjonijiet demokratiċi fir-reġjun u l-istat tad-dritt; jenfasizza wkoll li hemm bżonn ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp ulterjuri bejn l-UE u l-pajjiżi bi dħul medju tal-Amerika Latina, b’mod li jistgħu jiġu indirizzati l-inugwaljanzi kbar li għadhom jeżistu fir-reġjun; jitlob għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni trijangulari u l-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar mal-pajjiżi tal-Amerika Latina;
80. Jitlob għal iktar żvilupp tal-kooperazzjoni trijangulari mal-Ameriki dwar kwistjonijiet ta’ interess reċiproku, bil-ħsieb li jimxu lejn żona Ewro-Atlantika li jkun fiha l-UE, l-Istati Uniti, l-Kanada u l-Amerika Latina;
81. Jinnota l-impatt sinifikanti tal-emerġenza tal-Brażil fir-reġjun u globalment, li tgħaqqad programmi ekonomiċi u soċjali mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-libertajiet bażiċi; jitlob għat-tisħiħ tas-sħubija strateġika u d-djalogu politiku UE-Brażil; bl-għan li jiġu appoġġati l-isforzi tal-pajjiż biex isaħħaħ il-bini tal-istituzzjonijiet fil-Mercosur u fil-Unasur;
82. Jilqa’ l-fatt li l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Amerika Ċentrali se jiġi ffirmat dalwaqt u jkun suġġett għall-proċedura ta’ kunsens fil-Parlament Ewropew; jissottolinja l-fatt li bħala l-ewwel trattat komprensiv bejn reġjun u reġjun għall-UE, huwa jtejjeb ir-relazzjoni u jrawwem approċċ reġjonali kif ukoll integrazzjoni reġjonali tal-Amerika Latina; jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li jissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-ftehim, u b’mod partikolari l-impatt tiegħu fuq is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fl-Amerika Ċentrali;
83. Jilqa’ l-fatt li l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Perù se jiġi ffirmat dalwaqt u se jkun suġġett għall-proċedura ta’ kunsens fil-Parlament Ewropew; ifakkar li dan il-ftehim ma jistax jitqies bħala qafas definittiv għar-relazzjoni bejn l-UE u dawn il-pajjiżi iżda bħala pass ieħor lejn ftehim ta’ assoċjazzjoni globali, li jħalli l-bieb miftuħ għal pajjiżi oħrajn tal-Komunità Andina biex jingħaqdu miegħu;
84. Ifakkar għalhekk li l-objettiv tal-UE huwa li jiġi ffirmat Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-membri kollha tal-Komunità Andina; jikkunsidra li l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-MERCOSUR għandu jirrappreżenta avvanz deċiżiv fir-relazzjonijiet strateġiċi mal-Amerika Latina, sakemm jiġi bbażat fuq il-prinċipji tal-kummerċ ħieles u ġust u s-sigurtà ġuridika tal-investiment, fir-rispett tal-liġijiet internazzjonali, tax-xogħol u ambjentali u bl-imġiba affidabbli tal-membri;
85. Jiddeplora l-fatt li l-proposti tal-Kummissjoni fuq ir-regolament dwar sistema ta’ preferenzi doganali ġeneralizzati u l-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp jinjoraw in-natura strateġika tar-relazzjonijiet mal-Amerika Latina, billi jeskludu numru sew ta’ pajjiżi vulnerabbli tar-reġjun; ifakkar li ċerti pajjiżi tal-Amerika Latina huma fost l-aktar inugwali fid-dinja f'termini ta' dħul per capita u li l-inugwaljanza persistenti sseħħ f’kuntest ta’ mobilità soċjoekonomika baxxa; iqis li l-messaġġ li tittrażmetti l-UE lejn dan ir-reġjun huwa ta’ tħassib u li, fil-prattika, hija dikjarazzjoni li ma tingħatax l-importanza li jistħoqqilha, minkejja l-impenji politiċi u kummerċjali numerużi miksuba kif ukoll l-interessi globali komuni;
L-Afrika
86. Jinnota li l-Istrateġija konġunta Afrika-UE u t-tmien setturi tagħha inizjalment iffokat fuq l-Unjoni Afrikana (UA) u fuq l-appoġġ tekniku għall-bini tal-kapaċitajiet istituzzjonali u politiki madwar l-firxa tal-paċi u s-sigurtà, id-drittijiet tal-bniedem, il-promozzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs); ifakkar li filwaqt li tali approċċ komprensiv jibqa’ validu, il-koerenza u l-effetività ta' l-istrateġija tnaqqsu bl-eżistenza ta' ftehimiet li jidduplikaw lil xulxin b'bosta sħab u n-nuqqas ta' baġit speċifiku għal implimentazzjoni tiegħu; barra minn hekk hemm bżonn urġenti li nimxu lil hinn mill-bini tal-kapaċitajiet istituzzjonali fil-livell kontinentali lejn l-iżvilupp ta’ sħubija politika għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp soċjoekonomiku fuq livell reġjonali u subreġjonali; jitlob estenzjoni ta’ dawn is-sħubiji politiċi biex jinkludu l-Komunitajiet Ekonomiċi Reġjonali, mhux biss bħala strateġija għat-tisħiħ tal-Unjoni Afrikana, iżda wkoll bħala mezz ta’ approfondiment tas-sħubija UE-Afrika fil-livell reġjonali u subreġjonali, biex b’hekk jiġu indirizzati l-interessi politiċi, ta’ sigurtà u ekonomiċi taċ-ċittadini Afrikani u Ewropej; jiddeplora l-ostakli li joħolqu kolpi ta’ stat bħal dawk li seħħew fil-Mali u l-Ginea Bissaw skont il-prinċipji u l-miri demokratiċi mressqa mill-UA, l-UE u n-NU; jitlob li l-ordni kostituzzjonali tiġi stabbilita mill-ġdid b’mod urġenti f’dawk il-pajjiżi;
87. Jinnota l-istrateġiji tal-UE għall-Qarn tal-Afrika u r-reġjun tas-Sahel; jemmen li l-kawżi strutturali tal-kunflitt f’dawn ir-reġjuni għandhom jiġu indirizzati sabiex tiġi mwittija t-triq għal soluzzjoni paċifika vijabbli tal-problemi u tingħata perspettiva aħjar għall-popolazzjoni, li timplika aċċess ġust għar-riżorsi, l-iżgurar tal-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni u r-ridistribuzzjoni tal-ġid; jitlob evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni fejn huma skjerati għajnuna għall-iżvilupp u riżorsi konsiderevoli diplomatiċi sabiex jevalwaw l-aċċess fuq il-popolazzjoni; jitlob ukoll assoċjazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Parlament Ewropew, il-Parlament Pan-Afrikan u l-arranġamenti parlamentari reġjonali sabiex tiġi żgurata responsabilità akbar għad-deċiżjonijiet politiċi u baġitarji vis-à-vis iċ-ċittadini taż-żewġ kontinenti, u bħala bażi għall-kejl u l-valutazzjoni tal-progress fl-l-implimentazzjoni tal-politiki; jilqa’ b’mod partikolari d-deċiżjoni tal-Kunsill biex jestendi l-mandat ta’ EUNAVFOR Atalanta (biex ikun inkluż l-indirizzar tat-theddida tal-piraterija fuq l-art) bħala mezz biex jissaħħaħ l-approċċ komprensiv tiegħu li jindirizza t-theddida speċifika tal-piraterija kif ukoll jingħata appoġġ għall-iżvilupp tar-reġjun fuq terminu ta’ żmien twil;
88. Huwa mħasseb serjament dwar it-tensjonijiet bejn is-Sudan u s-Sudan tan-Nofsinhar; jitlob liż-żewġ naħat biex juru rieda politika biex isolvu l-kwistjonijiet pendenti wara l-firda tagħhom fuq il-bażi tal-Pjan Direzzjonali approvat fir-Riżoluzzjoni 2046 (2012) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-2 ta’ Mejju 2012; jenfasizza li l-istabilità fit-tul fir-reġjun teħtieġ strateġija ġdida, magħquda, komprensiva u internazzjonali, fejn l-UE jkollha rwol, flimkien ma’ atturi oħrajn globali u reġjonali, li tiffoka mhux biss fuq kwistjonijiet tat-Tramuntana-Nofsinhar u s-sitwazzjoni fil-Kordofan tan-Nofsinhar u l-Blue Nile, iżda wkoll fuq il-proċess ta’ riforma fis-Sudan li suppost ilu li sar, u l-approfondiment tar-riformi demokratiċi fis-Sudan tan-Nofsinhar;
89. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar is-sitwazzjoni fis-Saħara tal-Punent iħeġġeġ lill-Marokk u lill-Front Polisario biex ikomplu n-negozjati għal soluzzjoni paċifika u dejjiema tal-kunflitt tas-Saħara tal-Punent, u jtenni d-dritt tal-poplu Saħarawi għall-awtodeterminazzjoni, u d-dritt tagħhom li jiddeċiedu dwar l-istatus tas-Saħara tal-Punent permezz ta’ referendum demokratiku, skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti;
L-Asja
90. Jistieden lill-UE biex ikollha preżenza ikbar u iktar b'saħħitha fir-reġjun Asja-Paċifiku, b’mod partikolari billi tenfasizza l-kisbiet tat-tranżizzjoni demokratika fl-Indoneżja, l-ikbar nazzjon Musulman, u billi tikkontribwixxi, permezz tal-esperjenza u l-kompetenza tagħha, għall-inizjattivi multilaterali fl-ASEAN u madwaru, u għall-emerġenza progressiva ta’ żieda fl-inizjattivi Trans-Paċifiċi; huwa tal-fehma li s-SEAE issa għandu jagħmel użu sħiħ tal-potenzjal għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Asja; iqis li l-Pjan ta’ Azzjoni Bandar Seri Begawan isaħħaħ is-sħubija mtejba ASEAN-UE bħala l-ewwel pass rilevanti f’dan ir-rigward; ifaħħar ukoll l-approvazzjoni riċenti tat-Trattat ta’ Ħbiberija bħala opportunità għall-approfondiment tal-kooperazzjoni, bil-għan li jintlaħaq lil hinn mill-perspettiva tal-ftehimiet kummerċjali bejn l-UE u l-pajjiżi Asjatiċi; jenfasizza li l-fertilizzazzjoni trasversali ekonomika u kulturali għandha tingħata aktar prijorità, b’mod partikolari billi jiġu mrawma opportunitajiet ta’ investiment dirett u billi l-aċċess lill-istudenti u r-riċerkaturi jsir aktar faċli u aktar attraenti; jinnota li dan jimplika koordinazzjoni strateġika tal-isforzi tal-Istati Membri u tal-UE, għall-kuntrarju ta’ politiki nazzjonali paralleli u f’kompetizzjoni; jinnota li fil-kuntest reġjonali ta’ sigurtà Asja-Paċifiku, inkluż tilwim territorjali madwar il-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina kif ukoll tħassib dwar il-Korea ta’ Fuq, l-UE bħala sieħeb newtrali għandha tkun proponent attiv ta’ soluzzjoni stabbli u paċifika bbażata fuq istituzzjonijiet multilaterali;
91. Jitlob li jinbdew malajr in-negozjati dwar il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni u Sħubija UE - Ġappun;
Iċ-Ċina
92. Jilqa’ l-progress li sar fl-iżvilupp tal-isħubija strateġika UE-Ċina, inkluż l-iżvilupp ta’ tielet pilastru “Djalogu bejn in-Nies”, minbarra d-djalogi tal-ekonomija u tas-sigurtà; jenfasizza l-interdipendenza dejjem tikber bejn l-ekonomiji tal-UE u taċ-Ċina u jfakkar is-sinifikat tat-tkabbir rapidu tal-ekonomija Ċiniża u l-influwenza għas-sistema internazzjonali;
93. Jinnota li l-bidla fit-tmexxija taċ-Ċina se tkun test importanti tal-evoluzzjoni tal-pajjiż; Itenni l-mira tiegħu li jiżvuiluppa sħubija strateġika komprensiva maċ-Ċina; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri biex ikunu aktar konsistenti u strateġiċi fil-messaġġi u politiċi rispettivi tagħhom u b'hekk jikkontribwixxu b’mod li jappoġġjaw l-evoluzzjoni f’direzzjoni pożittiva; jenfasizza li dan jimplika eliminazzjoni tad-diskrepanzi bejn prijoritajiet tal-Istati Membri u tal-UE fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, id-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-appoġġ għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
Il-Ġappun
94. Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu kkonsolidati r-relazzjonijiet tal-Unjoni mal-Ġappun bħala attur internazzjonali ewlieni li jaqsam il-valuri demokratiċi komuni tal-UE u huwa sieħeb naturali għall-kooperazzjoni fil-fora multilaterali u dwar kwistjonijiet ta’ interess reċiproku; jistenna bil-ħerqa t-twettiq tal-qafas tal-ftehim komprensiv u l-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles;
L-Asja tan-Nofsinhar u tal-Lvant
95. Jistieden lill-UE tkun aktar attiva fl-Asja t’Isfel u l-Asja tax-Xlokk b’appoġġ ta’ żviluppi demokratiċi u titjib fil-qasam tal-governanza u l-istat tad-dritt; għalhekk, jilqa’ l-impenn għal Pakistan demokratiku, sekulari, stabbli u soċjalment inklużiv; jilqa’ l-ewwel Djalogu Strateġiku UE-Pakistan li sar f’Ġunju 2012 u l-impenn għal diskussjonijiet kostruttivi biex tissaħħaħ kooperazzjoni bilaterali u opinjonijiet komuni dwar kwistjonijiet reġjonali u internazzjonali ta’ interess reċiproku, inkluż impenn aktar proattiv fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jfittxu relazzjonijiet mal-Indja, abbażi tal-promozzjoni tad-demokrazija, l-inklużjoni soċjali, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, u jistieden lill-UE u l-Indja biex jikkonkludu malajr in-negozjati tagħhom li għaddejjin bħalissa ta’ Ftehim komprensiv tal-Kummerċ Ħieles UE-Indja, li jistimola l-kummerċ u t-tkabbir ekonomiku Ewropew u Indjan; jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jappoġġjaw ir-rikonċiljazzjoni, ir-rikostruzzjoni wara l-gwerra u l-iżvilupp ekonomiku tas-Sri Lanka, u f’dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kunsill biex jappoġġa lil Sri Lanka fl-implimentazzjoni tar-rapport tal-Kumitat tal-Lezzjonijiet Mitgħallma u tar-Rikonċiljazzjoni (LLRC); jilqa’ appoġġ attiv tal-UE għall-promozzjoni tad-demokrazija fil-Mjanmar;
96.Jilqa’ l-konklużjoni ta’ suċċess tal-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari li saru fit-Tajwan fl-14 ta’ Jannar 2012; ifaħħar l-isforzi kontinwi tat-Tajwan fiż-żamma tal-paċi u l-istabilità fir-reġjun tal-Asja Paċifika; jirrikonoxxi l-progress li sar f’relazzjonijiet bejn iċ-Ċina u t-Tajwan, speċjalment it-titjib fir-rabtiet ekonomiċi, billi jiġi nnotat li rabtiet ekonomiċi eqreb mat-Tajwan jistgħu jtejbu l-aċċess tal-UE għas-suq taċ-Ċina; iħeġġeġ il-Kummissjoni u lill-Kunsill, skont ir-riżoluzzjoni PESK tal-Parlament ta’ Mejju 2011, biex jieħdu passi konkreti biex jissaħħu r-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-UE u t-Tajwan u jiġu ffaċilitati n-negozjati tal-ftehim ta’ kooperazzjoni ekonomika bejn l-UE u t-Tajwan; itenni l-appoġġ b’saħħtu tiegħu għall-parteċipazzjoni sinifikanti tat-Tajwan f’organizzazzjonijiet u attivitajiet internazzjonali rilevanti, inkluża l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; jirrikonoxxi li l-Programm tal-UE għall-Eżenzjoni mill-Viża mogħti liċ-ċittadini tat-Tajwan, li daħal fis-seħħ f’Jannar 2011, wera li kien ta’ benefiċċju reċiproku; jinkoraġġixxi kooperazzjoni bilaterali aktar mill-qrib bejn l-UE u t-Tajwan f’oqsma bħall-kummerċ, ir-riċerka, il-kultura, l-edukazzjoni u l-protezzjoni ambjentali;
97. Jistieden lill-UE biex tqajjem kuxjenza dwar il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, il-qtil estensiv u t-trattament inuman fil-kampijiet ta’ priġunieri tax-xogħol u politiċi fil-Korea ta’ Fuq u biex tappoġġa l-vittmi ta’ tali ksur;
Is-sħab multilaterali G-7, G-8 u G-20
98. Jemmen li, fid-dawl tar-rilevanza dejjem tikber tal-BRICS u ta’ setgħat emerġenti oħrajn u fid-dawl tas-sistema ta’ governanza globali multipolari li qed tissawwar, il-G20 jista’ jirriżulta bħala forum utli u partikolarment xieraq għall-bini ta’ kunsens li huwa inklussiv, ibbażat fuq sħubija u li jkun kapaċi jrawwem il-konverġenza, inkluża l-konverġenza regolatorja; Huwa tal-fehma, madankollu, li l-G-20 għad irid juri l-valuri tiegħu fil-konverżjoni ta’ konklużjonijiet tas-samits f’politiki sostenibbli li jindirizzaw sfidi kritiċi, mhux anqas il-kontroll tar-rifuġji fiskali u sfidi u theddidiet oħrajn espressi bil-kriżi finanzjarja u ekonomika globali; jinnota f’dan ir-rigward il-potenzjal għall-G-8 li jkollu rwol fil-bini ta’ kunsens qabel il-laqgħat tal-G-20; iqis li l-fatt li jeżisti l-G-8 għandu jintuża wkoll fit-tentattiv biex jerġgħu jiġu stabbiliti r-relazzjonijiet mar-Russja bl-għan li jiġu affrontati l-isfidi b’mod ikkoordinat u effikaċi;
In-NU
99. Jitlob lill-UE meta tafferma li l-multilateraliżmu effettiv huwa l-pedament tal-politika barranija tal-UE, biex tieħu rwol ewlieni fil-kooperazzjoni internazzjonali u tavvanza l-azzjoni globali tal-komunità internazzjonali; jinkoraġġixxi lill-UE biex tkompli tippromwovi s-sinerġiji fis-sistema tan-NU, taġixxi bħala bennejja ta’ pontijiet fin-NU u timpenja ruħha globalment ma’ organizzazzjonijiet reġjonali u msieħba strateġiċi; jesprimi l-appoġġ tiegħu għat-tkomplija tar-riforma tan-NU; jitlob lill-UE biex tikkontribwixxi għal tmexxija finanzjarja tajba u dixxiplina baġitarja fir-rigward tar-riżorsi tan-NU;
100. Jistieden għalhekk lill-UE biex tinsisti għal riforma komprensiva tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU sabiex issaħħaħ il-leġittimità tagħha, ir-rappreżentanza reġjonali u l-effettività; jenfasizza li tali proċess ta’ riforma jista’ jiġi mniedi b’mod irriversibbli mill-Istati Membri tal-UE jekk huma jitolbu, b’mod konsistenti mar-raġunijiet tat-Trattat ta' Lisbona biex titħeġġeġ il-politika barranija tal-UE u r-rwol tal-UE fil-paċi globali u s-sigurtà, siġġu permanenti għall-UE f’KSNU mkabbar u riformat; jitlob lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni biex tieħu inizjattiva b’mod urġenti biex l-Istati Membri jkollhom jiżviluppaw pożizzjoni komuni għal dik ir-raġuni; sakemm tali pożizzjoni komuni tiġi adottata, iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiftiehmu dwar u jippromulgaw, mingħajr dewmien, sistema ta’ rotazzjoni fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, sabiex jiżguraw siġġu tal-UE permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;
101. Iqis li huwa importanti li r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar il-parteċipazzjoni tal-UE fil-ħidma tal-AĠNU tkun implimentata bis-sħiħ u li l-UE taġixxi u tagħti riżultati rigward kwistjonijiet sostantivi fil-ħin u b’mod ikkoordinat; jitlob lill-UE tkompli ttejjeb il-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE u l-interessi fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jilqa’ t-twaqqif ta’ prijoritajiet tal-UE fuq perijodu medju fin-NU u jitlob li Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament biex jiġi kkonsultat regolarment dwar ir-reviżjoni annwali u kwalunkwe implimentazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa għal diplomazija pubblika aktar b’saħħitha dwar l-affarijiet tan-NU u għall-komunikazzjoni tar-rwol globali tal-UE b’mod aktar effettiv lill-pubbliku Ewropew;
102. Jemmen bis-sħiħ fil-ħtieġa li jinbnew sħubiji fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti, il-ġestjoni tal-kriżijiet ċivili u militari, u l-konsolidazzjoni tal-paċi, u, fir-rigward ta’ dan, li l-Kumitat ta’ Tmexxija UE-NU jsir aktar operattiv fil-kuntest tal-ġestjoni tal-kriżi; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiġġeneraw progress akbar fl-operazzjonalizzazzjoni tal-prinċipju tar-responsabilità ta' protezzjoni u għax-xogħol mas-sħab tan-NU lejn l-iżgurar li dan il-kunċett isir parti mill-prevenzjoni u l-bini mill-ġdid ta’ wara l-kunflitt; jitlob l-elaborazzjoni ta’ “Kunsens dwar ir-R2P u Politika komuni dwar il-Prevenzjoni tal-Kunflitti” Interistituzzjonali b’mod parallel mal-“Kunsens dwar l-Għajnuna Umanitarja” u l-“Kunsens għall-Iżvilupp” diġà eżistenti, li jista’ jiżgura aktar konsistenza tal-UE fil-fora tan-NU dwar dawk il-kwistjonijiet;
103. Ifakkar li l-approċċ komprensiv għall-implimentazzjoni tal-UE tar-Riżoluzzjonijiet 1325 u 1820 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta’ Diċembru 2008, jirrikonoxxi r-rabtiet mill-qrib bejn il-kwistjonijiet tal-paċi, is-sigurtà, l-iżvilupp u l-ugwaljanza bejn is-sessi u għandhom ikunu pedament għall-PESK; jenfasizza li l-UE talbet b’mod konsistenti għall-implimentazzjoni sħiħa tar-riżoluzzjonijiet 1325 (2000) u 1820 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nisa, il-paċi u l-aġenda tas-sigurtà u sussegwentement msaħħa mill-adozzjoni tar-riżoluzzjonijiet 1888 u 1889 (2009) u 1960 (2010) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari l-ħtieġa tal-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-bini tal-paċi; jitlob lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex jadottaw pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà u jenfasizza li dawn għandhom ikunu bbażati fuq standards uniformi minimi Ewropej fir-rigward tal-objettivi tagħhom, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ fl-UE;
104. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati linji gwida u kapaċitajiet ta’ medjazzjoni aktar effettivi permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-UE u n-NU rigward il-kapaċitajiet ta’ medjazzjoni sabiex jiġu pprovduti riżorsi adegwati għal medjazzjoni fil-ħin u b’mod ikkoordinat, inkluż permezz tal-iżgurar tal-parteċipazzjoni tan-nisa f'dawn il-proċessi; iqis li huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem li tiġi żviluppata l-kapaċità tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU li jindirizza sitwazzjonijiet serji u urġenti tad-drittijiet tal-bniedem, li jiġi msaħħaħ il-proċess ta’ segwitu dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Proċeduri Speċjali u li jiġi msaħħaħ il-proċess tar-Reviżjoni Perjodika Universali; jisħaq fuq it-tkomplija tal-appoġġ tal-UE għall-Qorti Kriminali Internazzjonali, bil-għan li tikkontribwixxi għall-ħarsien effettiv tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra l-impunità.
105. Jitlob lill-VP/RGħ tal-UE u lill-Kunsill, fir-rigward tan-negozjati tan-NU dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi (ATT), biex jaħdmu għall-ogħla standards possibbli tal-protezzjoni tal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali billi jiġu stabbiliti standards li jmorru lil hinn minn dawk diġà miftiehma fil-livell tal-UE u stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni tal-UE dwar l-Esportazzjoni tal-Armi; jenfasizza għalhekk li l-partijiet tal-Istati tal-UE għandhom joqogħdu lura milli jaċċettaw standards iktar baxxi li bla dubju jkunu ta’ detriment għas-suċċess u l-effettività tal-ATT;
UE-NATO
106. Jilqa’ l-impenji mwettqa mill-UE u n-NATO biex isaħħu s-sħubija strateġika tagħhom, affermata mill-ġdid mill-Alleanza fil-Kunċett Strateġiku ġdid u fis-Summit ta’ Chicago u jenfasizza l-progress li sar fir-rigward tal-kooperazzjoni prattika fl-operazzjonijiet. jinnota li l-kriżi ekonomika attwali globali u Ewropea xprunat sforzi għal kapaċitajiet operazzjonali aktar effettivi u meħtieġa b’mod urġenti kemm fl-UE kif ukoll fin-NATO; jitlob, għalhekk, li l-VP/RGħ tkun aktar proattiva fil-promozzjoni ulterjuri ta’ proposti konkreti għal kooperazzjoni bejn organizzazzjoni u oħra, inkluż permezz tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (b’difiża, akkomunament u qsim intelliġenti u approċċ komprensiv bħala prinċipji ta’ gwida bbażati fuq il-kumplimentarjetà tal-inizjattivi); jitlob soluzzjoni politika urġenti għall-imblukkar fil-kooperazzjoni taħt l-arranġamenti “Berlin Plus’, li qed iżommu lura lill-prospetti għall-kooperazzjoni b’mod aktar effettiv bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet;
Il-Kunsill tal-Ewropa
107. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jikkonkludu malajr in-negozjati dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB); jissottolinja l-importanza tal-istandards, il-proċeduri ta’ monitoraġġ u s-sejbiet tal-Kunsill tal-Ewropa bħala kontribut ewlieni għall-valutazzjoni tal-progress mill-pajjiżi fil-viċinat fil-kisba ta’ riformi demokratiċi;
108. Jenfasizza l-fatt li l-adeżjoni tal-UE għall-KEDB hija opportunità storika biex id-drittijiet tal-bniedem jiġu affermati kemm bħala valur ewlieni tal-UE kif ukol bħala bażi komuni għar-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi u jittama li din issir mingħajr dewmien bla bżonn; jafferma mill-ġdid li l-adeżjoni tal-UE għall-KEDB tikkostitwixxi kisba sinifikanti għat-tisħiħ ulterjuri tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa;
OSKE
109. Jappoġġja d-djalogu dwar ir-riforma tal-Organizzazzjoni għas-Sigurta? u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), sakemm dan ma jikkawżax dgħufija fl-istituzzjonijiet jew fil-mekkaniżmi eżistenti, jew ma jaffettwax l-indipendenza tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jinżamm bilanċ bejn it-tliet dimensjonijiet tal-OSKE, li jiġu żviluppati b’mod koerenti u komprensiv, u l-bini fuq dak li diġà nkiseb; jenfasizza, barra minn hekk, li t-theddid għas-sigurtà u l-isfidi għandhom jiġu indirizzati permezz tat-tliet dimensjonijiet kollha sabiex l-azzjoni tkun verament effettiva; jitlob lill-OSKE biex issaħħaħ aktar il-kapaċità tagħha li tiżgura r-rispett, u l-implimentazzjoni, tal-prinċipji u l-impenji mwettqa mill-Istati parteċipanti tagħha fit-tliet dimensjonijiet kollha, fost l-oħrajn permezz tat-tisħiħ ta’ mekkaniżmi ta’ segwitu;
GCC
110. Jistenna li l-UE tiżviluppa sħubija strateġika reali mal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC), inkluż djalogu miftuħ, regolari u kostruttiv u kooperazzjoni strutturata dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija kif ukoll dwar il-proċess ta’ tranżizzjoni u l-ġestjoni tal-kriżi fil-Viċinat tan-Nofsinhar; itenni, biex jappoġġja dan l-objettiv, li s-SEAE għandu jiddedika aktar riżorsi umani għar-reġjun u delegazzjonijiet miftuħa fil-pajjiżi ewlenin tal-GCC; jenfasizza li d-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tan-nisa, l-istat tad-dritt u l-aspirazzjonijiet demokratiċi tan-nies fil-pajjiżi tal-GCC, mill-Baħrejn għall-Arabja Sawdija, ma jistgħux ikomplu jiġu injorati fil-politiki tal-UE lejn ir-reġjun;
Il-Lega Għarbija
111. Jirrikonoxxi r-rwol dejjem aktar importanti tal-organizzazzjonijiet reġjonali, b’mod partikolari tal-Lega Għarbija, iżda wkoll l-Organizzazzjoni tal-Konferenza Islamika u l-Organizzazzjoni ta’ Kooperazzjoni Ekonomika, u jistieden lill-UE ssaħħaħ il-kooperazzjoni, speċjalment dwar kwistjonijiet relatati mal-proċessi ta’ tranżizzjoni u l-ġestjoni tal-kriżi fil-Viċinat tan-Nofsinhar; jilqa’ l-isforzi tal-UE biex tassisti lil-Lega Għarbija fil-proċess ta’ integrazzjoni tagħha;
Prijoritajiet tematiċi tal-PESK Il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni
112. Jenfasizza li l-azzjonijiet tal-PSDK għandhom jiddaħħlu f'politika komprensiva li timmira lejn il-pajjiżi u r-reġjuni fi kriżi fejn il-valuri u l-interessi strateġiċi tal-UE u fejn l-operazzjonijiet tal-PESK jagħtu valur miżjud reali f'termini ta' promozzjoni tal-paċi, stabilità u l-istat tad-dritt; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa ta’ proċess ta’ tagħlim ta’ lezzjonijiet li jevalwa b’mod aktar preċiż l-implimentazzjoni b’suċċess ta’ kull operazzjoni u tal-impatt fit-tul tagħha fil-post;
113. Itenni t-talba tiegħu li l-VP/RGħ, il-Kunsill u l-Istati Membri jindirizzaw il-kwistjonijiet numerużi li jtellfu l-kooperazzjoni ċivili-militari, min-nuqqas ta’ persunal ikkwalifikat għal nuqqas u żbilanċi fit-tagħmir; jitlob b’mod partikolari għall-persunal fl-oqsma tal-ġustizzja, l-amministrazzjoni ċivili, id-dwana , id-djalogu, ir-rikonċiljazzjoni u l-medjazzjoni, sabiex jiġi żgurat li tkun tista’ tingħata l-kompetenza adegwata u suffiċjenti lill-missjonijiet tal-PSDK; jitlob li l-VP/RGħ tressaq proposti speċifiċi biex jitranġaw in-nuqqasijiet tal-persunal, b’mod partikolari fil-qasam tal-ġestjoni tal-kriżijiet ċivili il-prevenzjoni tal-kunflitti, ir-rikostruzzjoni ta' wara l-kriżi u s-setturi deskritti hawn fuq;;
114. Jilqa’ b’sodisfazzjon sejħiet għal aktar ippuljar u qsim tal-piżijiet ta’ kapaċitajiet militari ewlenin, kapaċitajiet imtejba għall-ippjanar u t-tmexxija ta’ missjonijiet u operazzjonijiet, u integrazzjoni ta’ missjonijiet u operazzjonijiet ċivili u militari; jenfasizza l-ħtieġa li kontinwament titjieb il-prestazzjoni tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, inkluż permezz tal-valutazzjoni tal-eżiti, punti ta' riferiment, il-valutazzjoni tal-impatt, l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' lezzjonijiet meħuda u l-iżvilupp tal-aħjar prattiki għal azzjoni aktar effettiva u effiċjenti tal-PSDK; madankollu, jiddispjaċih dwar il-limiti politiċi fir-rigward tal-kooperazzjoni, li kultant iwaqqfu l-aħjar prattiki milli joħolqu sinerġiji;
Il-kummerċ fl-armi
115. Ifakkar li l-Istati Membri huma responsabbli għal aktar minn terz tal-esportazzjonijiet ta’ armi globali; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ma jikkonformawx biss mat-tmien kriterji tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK (il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjoni tal-Armi) iżda wkoll mal-prinċipji tal-politika tal-iżvilupp tal-UE; jitlob biex il-kompetenza dwar ir-regoli li jirregolaw l-esportazzjoni tal-armi jiġu ttrasferiti lejn l-UE; ifakkar lill-Istati Membri li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom l-ewwel u qabel kollox jinvestu riżorsi finanzjarji fl-iżvilupp sostenibbli soċjali u ekonomiku, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri tal-UE biex jużaw ir-reviżjoni li għaddejja bħalissa tal-Pożizzjoni Komuni tal-UE 2008/944/PESK biex jissaħħu l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-kriterji tal-UE għall-esportazzjonijiet tal-armi; jiddispjaċih ħafna għan-nuqqas tan-negozjati tan-NU għal Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) globali f'Lulju 2012; jitlob lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri tal-UE jagħmlu pressjoni urġenti fuq dawk il-pajjiżi li opponew ATT globali robust; jitlob li jkun hemm ATT b’saħħtu u robust li jeħtieġ li l-istati partijiet jiċħdu kull esportazzjoni tal-armi u munizzjon f’każ li jkun hemm riskju serju li l-armi jintużaw biex jitwettaq jew jiġi ffaċilitat ksur serju tal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali, inkluż il-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra;
Il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi
116. Jistieden lill-VP/RGħ iressaq proposti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-SEAE fuq il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi, b’referenza partikolari għall-Programm ta’ Gothenburg, u għall-estenzjoni tal-kapaċità tal-UE biex timpedixxi l-kunflitti u tipprovdi kapaċitajiet ta’ medjazzjoni, djalogu u rikonċiljazzjoni flimkien mal-kapaċitajiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet tagħha li għandhom riżorsi aħjar; bħala kwistjoni prijoritarja, jitlob li jittieħed kont tal-politiki tal-UE fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi bil-għan li l-VP/RGħ tirrapporta lura lill-Parlament rigward proposti għat-tisħiħ tal-kapaċità esterna u r-rispons tal-Unjoni f’dan il-qasam; jilqa’ l-proposta mill-Kummissjoni u s-SEAE li jintroduċu linja baġitarja li tammonta għal EUR 500 000 għas-Servizzi ta’ Appoġġ ta’ Prevenzjoni u Medjazzjoni tal-Kunflitti fil-baġit tas-SEAE għall-2013, wara li fl-aħħar ta’ din is-sena titlesta b’suċċess azzjoni preparatorja proposta mill-Parlament; jitlob lill-VP/RGħ biex ittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa f’mekkaniżmi ta’ prevenzjoni tal-kunflitti, medjazzjoni, djalogu u rikonċiljazzjoni u l-bini tal-paċi;
117. Iqis il-proposta għal Istitut Ewropew għall-Paċi awtonomu jew semiawtonomu b’rabtiet mill-qrib mal-UE hija idea promettenti ħafna, li tista’ tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-prevenzjoni tal-kunflitti u ta’ medjazzjoni fl-Ewropa; jitlob li tali istitut ikun ibbażata fuq mandat definit b’mod ċar li jevita d-duplikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet eżistenti governattivi u mhux governattivi u li jiffoka fuq diplomazija tal-medjazzjoni informali u t-trasferiment tal-għarfien fost u bejn l-UE u atturi ta’ medjazzjoni indipendenti; jistenna bil-ħerqa r-riżultati tal-proġett pilota dwar Istitut Ewropew għall-Paċi mnedi din is-sena; jistenna li jkun involut totalment fid-diskussjonijiet li jwasslu għall-ħolqien possibbli ta’ tali istitut;
Sanzjonijiet u miżuri restrittivi
118. Jemmen li fit-trattament tagħha ta’ reġimi awtoritarji l-UE għandha tiżviluppa politika aktar konsistenti fir-rigward tal-impożizzjoni u t-tneħħija ta’ sanzjonijiet u miżuri restrittivi;
Nonproliferazzjoni u diżarm
119. Jitlob li l-VP/RGħ tanalizza l-effettività tal-Unjoni Ewropea fl-indirizzar tat-theddida mill-armi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari għaxar snin wara l-adozzjoni tal-Istrateġija 2003 kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva u malli tgħaddi l-iskadenza estiża għall-implimentazzjoni tal-Linji Ġodda għal Azzjoni tal-2008, bil-għan ta’ rappurtar mill-VP/RGħ lura lill-Parlament dwar il-proposti għat-tisħiħ kapaċità tal-UE f’dan il-qasam ta’ politika;
120. Jitlob lill-VP/RGħ biex tanalizza l-effettività tal-Unjoni Ewropea fl-indirizzar tat-theddida minħabba l-proliferazzjoni ta' armi żgħar u ħfief (SALW) u armi konvenzjonali oħra kif ukoll fit-trattament ta' kwistjonijiet aktar wiesgħa relatati mad-diżarmament mill-adozzjoni tal-Istrateġija dwar l-Armi Żgħar u Ħfief tal-2005 u oqfsa politiċi rilevanti oħrajn, inkluża l-Pożizzjoni Komuni tal-UE 2003 dwar l-intermedjazjoni għall-armi u l-embargoes tal-armi tal-UE, bil-għan li l-VP/RGħ tirrapporta lura lill-Parlament dwar proposti għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-UE f’dan il-qasam ta’ politika;
L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża
121. Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex iżidu l-kooperazzjoni Ewropea fid-difiża, li huwa l-uniku mod possibbli biex jiġi żgurat li l-forzi militari Ewropej ikomplu jkunu kredibbli u operattivi rigward il-baġits tad-difiża li qegħdin jonqsu; jinnota l-progress li sar taħt l-akkomunament u l-qsim tal-UE u d-difiża intelliġenti tan-NATO u jqis li huwa essenzjali li jinkisbu iktar sinerġiji miż-żewġ organizzazzjonijiet; jenfasizza l-ħtieġa li jsir aktar progress fl-akkomunament u l-qsim tal-assi, u l-potenzjal għas-sinerġiji fir-riċerka, l-iżvilupp u l-kooperazzjoni industrijali fi kwistjonijiet tad-difiża fil-livell tal-Unjoni; jilqa’ l-inizjattivi ta’ kooperazzjoni msaħħa f’dan il-qasam, u fosthom l-Inizjattiva Weimar Plus;
122. Ifakkar, f’dan il-kuntest, ir-rwol essenzjali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ kapaċitajiet u armamenti tal-UE; jistieden lill-Kunsill, għalhekk, biex isaħħaħ il-karattru istituzzjonali tal-EDA u biex jillibera l-potenzjal sħiħ tagħha, kif previst fl-Artikoli 42(3) u 45 TUE;
123. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jipprovdu finanzjament adegwat lill-EDA għall-firxa sħiħa tal-missjoni u l-kompiti tagħha; huwa tal-opinjoni li dan isir l-aħjar permezz tal-finanzjament tal-persunal u tal-ispejjeż tal-Aġenzija mill-baġit tal-Unjoni, mill-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss; għal dak il-għan jitlob lill-VP/RGħ biex tressaq il-proposti meħtieġa;
Is-sigurtà tal-enerġija
124. Jinnota li l-Artikolu 194 tat-Trattat ta’ Lisbona jispeċifika li l-UE hija intitolata li tieħu miżuri fuq livell Ewropew biex tiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija u fl-istess ħin tissaħħaħ il-kredibilità u l-effettività tal-PESK, huwa ta’ importanza kbira li titnaqqas id-dipendenza fuq enerġija minn pajjiżi terzi, li ma jaqblux ma’ jew li jaġixxu kontra l-valuri tal-UE; jemmen li d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista u r-rotot ta’ transitu, u dipendenza li dejjem tiżdied fuq l-enerġiji rinnovabbli u s-sorsi tal-enerġija nadifa u rotot ta' transitu, hija urġenti u esenzjali għall-UE, li hija dipendenti ħafna fuq sorsi esterni tal-enerġija; jinnota li l-direzzjonijiet ewlenin għal diversifikazzjoni huma l-Artiku, il-baċin tal-Mediterran u l-Kuritur tan-Nofsinhar mill-Iraq sal-Asja Ċentrali u l-Lvant Nofsani, u jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti prijorità lil tali proġetti; jinsab imħasseb bid-dewmien fl-ikkompletar tal-Kuritur tan-Nofsinhar; jenfasizza l-ħtieġa li tinkiseb sigurtà tal-enerġija permezz tad-diversità tal-enerġija u jenfasizza l-potenzjal ta’ kuritur kumplimentari LNG fil-Mediterran tal-Lvant, bħala sors flessibbli ta’ enerġija u inċentiv għal kompetizzjoni akbar fis-suq intern tal-UE; jemmen li l-UE għandha tiżgura li sors prinċipali attwali tal-importazzjonijiet – ir-Russja – tkun konformi mar-regoli tas-suq intern, ir-regolamenti taħt it-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija u t-Trattat tal-Karta tal-Enerġija; jinnota l-potenzjal kbir fl-iżvilupp u l-interdipendenza li jistgħu joffru netwerks intelliġenti transkontinentali għall-enerġija rinnovabbli li jgħaqqdu l-Ewropa u l-Afrika;
125. Jinnota li fl-2011 il-Kummissjoni pproponiet li twaqqaf mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar il-ftehimiet intergovernattivi fl-enerġija bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi; jemmen li l-iskambji tal-aħjar prattiki u l-appoġġ politiku mill-Kummissjoni jsaħħu wkoll is-setgħa tan-negozjar tal-Istati Membri; jitlob lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni biex jirrapportaw regolarment lill-Parlament dwar it-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi “klawżola tas-sigurtà tal-enerġija’ fil-ftehimiet tal-kummerċ, tal-assoċjazzjoni u s-sħubija u ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi produtturi u ta’ transitu, jiġifieri kodiċi ta’ kondotta fil-każ ta’ tfixkil, jew bidliet unilaterali, fit-termini tal-provvista;
Theddidiet u sfidi ġodda
126. Jissottolinja li, fil-PESK, l-azzjoni kontra l-ġenerazzjoni ġdida ta’ sfidi għall-istabilità u s-sigurtà internazzjonali bħat-tibdil fil-klima, il-kriminalità u t-terroriżmu internazzjonali, l-attakki ċibernetiċi, il-proliferazzjoni tal-armi nukleari u tal-qerda massiva, stati li jfallu, il-piraterija u l-pandemiji, għandu jkollha post importanti;
Id-dimensjoni esterna taż-żona tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja
127. Ifakkar li d-dimensjoni esterna taż-żona tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja għandu jkollha rwol importanti fil-PESK; jenfasizza l-ħtieġa ta’ ġestjoni organizzata tal-flussi migratorji li jiżguraw l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ transitu;
Djalogu kulturali u reliġjuż
128. Jemmen li t-trawwim ta’ djalogu u fehim bejn reliġjonijiet u kulturi differenti għandu jkun parti integrali mill-impenn estern tagħna ma’ pajjiżi u soċjetajiet tat-tielet dinja u b’mod partikolari, mill-appoġġ tagħha biex jissolvew kunflitti u jiġu promossi soċjetajiet ibbażati fuq it-tolleranza, inklużivi u demokratiċi;
o o o
129. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO, lill-President fil-kariga tal-OSKE, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-OSKE, lill-President tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, u lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.
Konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd
304k
72k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2012 dwar l-obbligi tar-rappurtar skont ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd (2011/2291(INI))
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-obbligi tar-rappurtar skont ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2011)0418),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd,
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-22 ta’ April 2009 dwar ir-Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2009)0163),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2011 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2011)0425),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2007 dwar it-titjib tal-kapaċità tas-sajd u l-indikaturi tal-isforz skont il-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2007)0039),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2011 li tikkonċerna konsultazzjoni dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd (COM (2011)0298),
– wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 12/2011 intitolat “Il-miżuri tal-UE kkontribwixxew għall-adattament tal-kapaċità tal-flotot tas-sajd għal opportunitajiet ta' sajd disponibbli?”,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Frar 2006 dwar ir-reviżjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet ta’ aċċess għal Politika Komuni tas-Sajd (Shetland Box u Plaice Box)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0225/2012),
A. billi r-rapport mill-Kummissjoni, imsemmi hawn fuq, jerġa' jikkonferma li l-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) attwali ma laħqitx il-miri tagħha fir-rigward ta’ konservazzjoni u sfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd tal-UE u li taġġusta l-kapaċità ta’ sajd disponibbli għar-riżorsi tas-sajd disponibbli;
B. billi aktar minn 60% tal-istokkijiet tal-ħut fl-ilmijiet Ewropej huma mistada lil hinn mill-ogħla rendiment sostenibbli, u billi hemm nuqqas ta' dejta xjentifika għal diversi speċijiet;
C. billi s-sistema ta' TACs u ta’ kwoti rriżultat ineffiċjenti fil-ġestjoni sostenibbli ta’ ċerta stokkijiet tal-ħut u billi pjanijiet ta’ ġestjoni fit-tul (LTMPs) huma essenzjali għal ġestjoni sostenibbli ta’ stokkijiet tal-ħut;
D. billi l-fatt li xi drabi d-dejta xjentifika hi nieqsa jew mhux affidabbli u l-livell ta' inċertezza dwar il-mudelli biex tiġi determinata din id-dejta tkompli tkun problema serja fit-tfittxija għal ġestjoni sostenibbli ta' ħafna stokkijiet ta' ħut;
E. billi l-popolazzjonijiet dejjem jikbru ta’ għasafar tal-baħar u foki qed jagħmlu aktar pressjoni fuq ir-riżorsi tas-sajd skarsi f’uħud mir-reġjuni tal-UE;
F. billi l-konservazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd hija affettwata wkoll mit-tibdil fil-klima, bħat-tisħin globali, u minn effetti antropoġeniċi, bħat-tniġġis;
G. billi matul id-deċennju li għadda ntilfu numru sinifikanti ta’ impjiegi fl-industrija tas-sajd Ewropea minħabba l-istat fqir tal-istokkijiet tal-ħut, iż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni, it-tnaqqis fil-prezzijiet ikkawżat minn importazzjonijiet irħas, u żviluppi teknoloġiċi; billi, fl-istess ħin, f'xi każijiet, dawn l-iżviluppi teknoloġiċi wasslu għal żieda sinifikanti fil-kapaċità tal-flotta tas-sajd;
H. billi d-dejta disponibbli dwar il-kapaċità attwali tal-flotta tas-sajd Ewropea mhix affidabbli biżżejjed minħabba li ma ġewx ikkunsidrati l-iżviluppi teknoloġiċi u l-Istati Membri qed jonqsu milli jirrappurtaw dejta preċiża dwar il-kapaċitajiet tal-flotta;
I. billi r-reviżjoni ppjanata tal-oqsfa ta’ miżuri tekniċi se tkun leġiżlazzjoni importanti li tindirizza u tgħaqqad miżuri ta’ konservazzjoni;
1. Jinnota li l-Kummissjoni issa ssodisfat l-obbligi tagħha skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 li jobbliga lill-Kummissjoni sabiex tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjoni tal-PKS fir-rigward tal-Kapitoli II (Konservazzjoni u Sostenibbiltà) u III (Aġġustament tal-Kapaċità għas-Sajd) ta’ dak ir-Regolament qabel l-aħħar tal-2012;
2. Jinnota li l-Kummissjoni ssodisfat ukoll l-obbligu tagħha skont l-istess Regolament li tirrapporta dwar l-arranġament stipulat fl-Artikolu 17(2) dwar restrizzjonijiet tas-sajd fiż-żona ta’ 12-il mil nawtiku sal-31 ta’ Diċembru 2011;
Konservazzjoni u sostenibbiltà (Kapitolu II)
3. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi pjanijiet ta’ ġestjoni fit-tul għas-sajd kummerċjali kollu tal-UE f’reġim ta’ ġestjoni deċentralizzat ħafna li jinvolvi b'mod sħiħ lill-partijiet interessati rilevanti kollha; jenfasizza l-possibbiltà li s-sajd jinqasam fi gruppi skont ir-reġjuni ġeografiċi ta’ sajd billi ssir reġjonalizzazzjoni tal-politika komuni tas-sajd, fejn l-aspetti speċifiċi tal-ilmijiet Ewropej differenti kif ukoll is-sitwazzjoni tas-sajd fuq skala żgħira għandhom jiġu kkunsidrati fiż-żoni differenti sabiex jiġu mwettqa bl-aħjar mod possibbli l-miżuri ta’ ġestjoni fis-sitwazzjonijiet reali tal-flotot differenti;
4. Jistieden lill-Kummissjoni, tippriserva riżorsi ħajjin u tiżgura sostenibbiltà ambjentali fit-tul, tevalwa l-possibilità li twaqqaf netwerk ta' żoni magħluqa li fihom l-attivitajiet kollha tas-sajd ikunu projbiti għal xi żmien sabiex tiżdied il-produttività tal-ħut u jkunu konservati riżorsi akwatiċi ħajjin u l-ekosistema marina;
5. Jemmen li fl-objettiv tal-garanzija tas-sostenibbiltà għandhom jiġu kkunsidrati politiki li jappoġġjaw il-futur tas-settur tas-sajd u, konsegwentement, li jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta’ ġenerazzjonijiet ġodda ta’ sajjieda;
6. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs), fil-futur, sabiex jużaw il-metodu tal-ekosistema bħala l-bażi għal-LTMPs kollha; iqis li dawn il-pjanijiet ta’ ġestjoni għandhom ikunu l-bażi tal-PKS tal-futur, u jinkludu objettivi definiti b’mod ċar li jistabbilixxu regoli li jiddeterminaw l-isforz tas-sajd annwali filwaqt li jikkunsidraw id-differenza bejn, fuq naħa, id-daqs u l-istruttura tal-istokk tas-sajd preżenti u, fuq l-oħra, l-objettiv tal-istokk fil-mira, il-kriterji dwar ir-rimi u l-kontroll tal-qbid. iħeġġeġ lill-Kunsill f’dan ir-rigward sabiex isegwi l-objettivi tal-LTMPs mingħajr eċċezzjoni;
7. Jesprimi diżappunt dwar l-imblokk interistituzzjonali attwali fir-rigward ta' ċerti pjanijiet multiannwali proposti, li għandu implikazzjonijiet usa' għal-LTMPs kollha;
8. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ bilanċ bejn is-sitwazzjoni ekoloġika u dik ekonomika u soċjali f’kull tip ta’ sajd, waqt li jirrikonoxxi l-fatt li mingħajr stokkijiet ta’ ħut abbondanti ma jistax ikun hemm industrija tas-sajd effiċjenti u li tħalli l-qligħ, u jenfasizza li hu importanti ħafna li s-sajjieda Ewropej jaċċettaw ir-regoli tal-kontroll tal-qbid, u għalhekk jitlob parteċipazzjoni wiesgħa mir-rappreżentanti tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs) u partijiet interessati rilevanti oħra meta jiġu stabbiliti l-pjanijiet ta’ ġestjoni; iqis li fil-futur dawn il-partijiet għandu jkollhom rwol ħafna akbar f’dan il-proċess; jitlob għalhekk għal reġjonalizzazzjoni ġenwina; jipproponi li r-RACs jibagħtu opinjoni mandatorja lill-Kummissjoni dwar il-pjanijiet kollha ta’ ġestjoni qabel ma ssir il-proposta;
9. Jenfasizza r-rabta diretta bejn il-ħut skartat, qabdiet mhux mixtieqa u sajd żejjed, u l-ħtieġa li tkun żviluppata politika effikaċi mingħajr rimi fil-livell tal-UE fejn l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA) għandu jkollha setgħat akbar sabiex tiżgura sistema ġusta ta’ regoli u sanzjonijiet, jiġifieri l-prinċipju ta’ trattament ugwali; jargumenta li projbizzjoni ta’ rimi għandha tiġi implimentata b'mod gradwali, skont it-tip ta' sajd differenti, tiġi inkorporata fil-pjanijiet varji ta’ ġestjoni u mhux relatata ma’ stokkijiet ta’ ħut differenti; jenfasizza li għandhom jiġu promossi tagħmir tas-sajd selettiv u apparat ieħor selettiv li jnaqqas jew jelimina qabdiet mhux mixtieqa ta’ speċi mhux fil-mira, ta' speċijiet żgħar fil-mira, flimkien ma' metodi oħra ta’ sajd sostenibbli; jenfasizza li meta tiġi stabbilita kwalunkwe sistema ta’ ġestjoni fl-Unjoni Ewropea huwa essenzjali li tiġi kkunsidrata l-importanza ta’ sajd imħallat fl-ilmijiet Komunitarji, li jimplika li jsiru l-adattamenti neċessarji u t-trattamenti speċifiċi skont iż-żoni kkonċernati;
10. Iqis li, skont il-PKS riformata, l-Istati Membri li jikkooperaw fuq bażi reġjonali għandhom ikunu inkoraġġiti jaħdmu mal-industrija u ma' partijiet interessati oħra biex joħolqu metodi innovattivi għall-eliminazzjoni tar-rimi li jkunu adattati għal reġjuni u tipi ta' sajd individwali;
11. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tindirizza minnufih il-kwistjoni ta’ nuqqas ta’ dejta meħtieġa affidabbli għal konsulenza xjentifika tajba; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi sistema fejn l-Istati Membri li ma jissodisfawx l-obbligi rispettivi dwar il-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta fil-qafas tal-programm Ewropew tal-ġbir tad-dejta tas-sajd ikunu sanzjonati; jisħaq fuq il-kontradizzjoni bejn l-ilmenti tal-Kummissjoni minħabba nuqqas ta’ dejta u l-baġit baxx maħsub biex tinġabar din id-dejta, u għalhekk jinsisti li għandhom jiġu allokati mezzi finanzjarji adegwati għall-ġbir tad-dejta u għal riċerka xjentifika rilevanti fl-Istati Membri; iħeġġeġ, fl-istess ħin, lill-Kummissjoni sabiex, f’sitwazzjonijiet fejn hemm skarsezza ta' dejta, toħloq qafas għat-teħid ta’ deċiżjonijiet kemm dwar pjanijiet ta’ ġestjoni u TACs kif ukoll deċiżjonijiet dwar kwoti, ibbażati fuq l-approċċ prekawzjonali;
12. Jenfasizza li r-riċerka xjentifika fil-qasam tas-sajd hija għodda essenzjali għall-ġestjoni tas-sajd, indispensabbli biex jiġu identifikati s-setturi li jikkundizzjonaw l-iżvilupp tar-riżorsi tas-sajd, sabiex ikun hemm progress għall-valutazzjoni kwantitattiva tagħhom u għall-iżvilupp ta’ mudelli li jippermettu l-previżjoni tal-iżvilupp ta' dawk ir-riżorsi, imma wkoll għal titjib fit-tagħmir tas-sajd, tad-dgħajjes u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-sigurtà tas-sajjieda, flimkien mal-għarfien u l-esperjenzi tagħhom; iqis, f’dan il-qasam, li hemm lok ta’ investiment fit-taħriġ tar-riżorsi umani, li jiġu offruti l-mezzi finanzjarji adegwati u li tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet pubbliċi differenti tal-Istati Membri;
13. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tieħu miżuri li jnaqqsu l-effetti negattivi fuq l-istokkijiet tal-ħut ikkawżati mill-foki u ċerti għasafar tal-baħar, b’mod partikolari meta dawn huma speċijiet invażivi f’reġjun partikolari;
Aġġustament tal-Kapaċità tas-Sajd (Kapitolu III)
14. Jenfasizza l-fatt li m'hemmx definizzjoni preċiża u kwantifikata tal-kapaċità żejda; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi definizzjoni ta’ kapaċità żejda fil-livell tal-UE li takkomoda definizzjonijiet reġjonali, filwaqt li jiġu meqjusa l-ispeċifikazzjonijiet lokali; jitlob ukoll lill-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi mill-ġdid il-kapaċità tas-sajd b’tali mod li kemm il-kapaċità tas-sajd tal-bastiment kif ukoll l-isforz tas-sajd attwali tiegħu jittieħdu bħala bażi; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa li jkun definit is-sajd fuq skala żgħira, għaliex m'hemmx definizzjoni li tapplika b'mod universali, u sabiex dan ikun adattat skont l-objettivi tal-PKS il-ġdida;
15. Isejjaħ lill-Kummissjoni, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-konsultazzjoni teknika tal-FAO tal-1999, u dan qabel tmiem l-2013, sabiex tkejjel il-kapaċità tal-flotot Ewropej ħalli tistabbilixxi fejn hemm kapaċità żejda meta mqabbla mar-riżorsi disponibbli u liema tip ta’ tnaqqis/konverżjonijiet hemm bżonn; jinsisti sabiex il-kejl tal-kapaċità ma jkunx limitat għall-ammont ta’ tunnellati u l-qawwa tal-magni iżda jkun jinkludi t-tipi u l-kwantitajiet ta’ tagħmir tas-sajd użati u kull parametru ieħor li jikkontribwixxi għall-kapaċità tas-sajd;
16. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja u taġġusta l-limiti massimi tal-kapaċità tal-flotta għall-Istati Membri sabiex ikunu f’konformità ma’ dejta affidabbli u jiġu kkunsidrati avvanzi tekniċi;
17. Iħeġġeġ lill-Istati Membri, sabiex fejn meħtieġ jagħmlu tnaqqis xieraq, ibbażat fuq kejl preċiż tal-kapaċità tal-flotot eżistenti, inkluża l-kapaċità tal-magni u għall-qbid, sabiex jintlaħqu miri stabbiliti għal livell ta’ kapaċità sostenibbli definit minn qabel għal kull tip ta’ sajd sabiex tiġi indirizzata l-kapaċità żejda u sinifikanti tal-flotot tas-sajd li fadal, b’sanzjonijiet għal min ma jilħaqx il-miri, jiġifieri l-iffriżar tal-fondi mill-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS);
18. Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li tintroduċi sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli individwalment (TFCs), soġġetta għal salvagwardji stretti, li teskludi s-sajd fuq skala żgħira u jitlob li tiġi stabbilita sistema speċjali għal sajd fuq skala żgħira u kostali kif ukoll trattament preferenzjali għal bastimenti tas-sajd ekoloġiċi, li tipprovdi għal kundizjonalità u tindirizza l-kwistjoni tal-konċentrazzjoni tad-drittijiet u l-possibbiltà li jkunu revokati konċessjonijiet tas-sajd; jemmen li skema volontarja ta' TFC hi wieħed minn diversi mudelli li l-Istati Membri jistgħu japplikaw sabiex inaqqsu l-kapaċità żejda;
19. Jenfasizza li s-sistema ta’ TFCs ma tistax tiġi kkunsidrata bħala l-unika miżura sabiex jiġu indirizzati s-sajd żejjed u l-kapaċità żejda, imma għandha tkun disponibbli bħala waħda minn għadd ta’ miżuri ta’ ġestjoni addizzjonali disponibbli għal Stat Membru li biha l-Kummissjoni, flimkien maż-żewġ koleġiżlaturi, tistabbilixxi l-qafas usa’, tikkontrolla u tissorvelja l-applikazzjoni nazzjonali, (sakemm din tkun l-għażla tal-Istat Membru) u tirrapporta lil-leġiżlaturi perjodikament dwar ir-riżultati ta’ din is-sistema; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-iżvilupp ta' firxa tajba ta' miżuri tekniċi li jippromovu tagħmir tas-sajd selettiv, bħall-għeluq ta’ żoni speċifiċi jew ir-restrizzjoni ta’ aċċess għal żoni marittimi identifikati bħala żoni bijoġeografikament sensittivi għal flotot reġjonali li jużaw tagħmir ta' sajd li jirrispetta l-ambjent għandhom jiġu promossi aktar bħala miżuri komplementari;
20. Jenfasizza li l-FEMP tal-futur għandu jikkunsidra l-impatt soċjoekonomiku tal-miżuri maħsuba sabiex titnaqqas il-kapaċità żejda, fejn dan tal-aħħar jkun ippruvat, u jiġi aġġustat id-daqs u l-isforz tal-flotot tas-sajd f’konformità mal-opportunitajiet tas-sajd u s-sostenibbiltà fit-tul, u konsegwentement jiġu pprovduti l-allokazzjonijiet finanzjarji xierqa sabiex jitnaqqas dan l-impatt; huwa tal-opinjoni li, aktar ma l-parteċipazzjoni tkun għolja, l-objettivi jkunu aktar ċari, u li aktar ma l-għajnuna ekonomika u soċjali offruta lill-partijiet interessati tkun importanti, il-miżuri differenti ta’ ġestjoni tar-riżorsi tal-ħut ikunu mifhuma, aċċettati u applikati aħjar;
21. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti skadenzi ċari u li, fejn meħtieġ, isir progress malajr kemm jista' jkun fir-rigward tal-aġġustamenti tal-flotta; jenfasizza li għandha tingħata prijorità lil sistemi li jinkoraġġixxu l-flotot jaġġustaw għar-realtajiet tas-sajd tagħhom, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex toffri skema ta’ miżuri li tissanzjona Stati Membri li ma jissodisfawx l-obbligi rispettivi tagħhom fiż-żmien stipulat, filwaqt li tipprovdi wkoll fondi adegwati għal dan il-proċess, u sabiex tiżviluppa aktar il-kunċett ta’ kondizzjonalità ekoloġika u soċjali fil-kuntest ta’ aċċess għal riżorsi tas-sajd u rikompens li jippremja sajd sostenibbli;
22. Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni sabiex tinżamm l-awtorizzazzjoni għal restrizzjonijiet tas-sajd speċifiċi sal-31 ta’ Diċembru 2022. jaqbel mal-Kummissjoni li modifika tal-arranġamenti relatati mar-reġim ta’ aċċess għat-12-il mil tista’ ttellef il-bilanċ preżenti li ġie żviluppat mill-introduzzjoni ta’ dan ir-reġim speċjali; ifakkar, barra minn hekk, li l-objettivi tar-reġim ta’ aċċess għat-12-il mil huma kompletament differenti minn dawk imħaddna permezz tal-istabbiliment tar-restrizzjonijiet l-oħra;
23. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi sistema ta’ ġestjoni bbażata fuq ir-riżultati għat-tqassim ta’ drittijiet ta’ aċċess li bihom l-obbligu tal-prova ta' sajd sostenibbli tkun fuq l-industrija;
24. Jemmen li, għalissa, ir-reġim ta’ aċċess speċjali għal sajd fuq skala żgħira fiż-żona ta’ 12-il mil nawtiku għandu jinżamm, bħalma jaqbel li jinżammu r-restrizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-bastimenti rreġistrati fil-portijiet ta' Azores, ta’ Madeira u tal-gżejjer Kanarji, fl-ilmijiet madwar dawn l-arċipelagi, partikolarment fiż-żoni bijoġeografikament sensittivi, li attwalment huma rregolati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003(2);
25. Jinnota li r-rapport tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) dwar ix-Shetland Box kien jgħid li t-tneħħija tal-istazzjonament tista’ twassal għal żieda fl-isforz tas-sajd f’din iż-żona u li l-STECF għaldaqstant irrakkomanda li l-istazzjonament jibqa’ f’postu;
26. Jemmen li fil-futur, il-klassifikar ta’ żoni ristretti għas-sajd, bħal ma jista’ jkun il-każ ta’ Shetland Box, għandu jiġi appoġġjat b’mod wiesa’ minn kriterji xjentifiċi li juru r-rigorożità tal-ikklassifikar tagħhom bħala żoni bijoġeografikament sensittivi, speċjalment jekk ikun mistenni li dawk ir-restrizzjonijiet jiffurmaw parti mill-qafas regolatorju tal-Politika Komuni tas-Sajd permezz tar-Regolament bażiku tiegħu;
27. Iqis li r-rwol ta' perjodi ta' mistrieħ bijoloġiku għandu jkun rikonoxxut u appoġġjat bħala mezz importanti għall-ħarsien tar-riżorsi tas-sajd, li rriżulta bħala strument effikaċi u essenzjali għal ġestjoni sostenibbli tas-sajd; jemmen li t-twaqqif ta’ perjodi ta’ mistrieħ bijoloġiku, f’ċerti fażijiet kritiċi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-ispeċi, jippermetti tkabbir tal-istokkijiet li hu kompatibbli maż-żamma tal-attività tas-sajd barra mill-perjodu ta’ mistrieħ;
o o o
28. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
– wara li kkunsidra l-Ftehim tal-1995 dwar l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Stokk ta’ Ħut li hu Komuni f’Aktar minn Żona Waħda u Stokk ta’ Ħut li hu Migratorju Ħafna (“Il-Ftehim ta’ New York” tal-4 ta’ Awwissu 1995),
– wara li kkunsidra l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO għas-Sajd Responsabbli, adottata fil-31 ta’ Ottubru 1995,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2002 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-Politika Komuni tas-Sajd(1),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni li saret fis-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar mis-26 ta’ Awwissu sal-4 ta’ Settembru 2002 f’Johannesburg,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd(2),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “It-twettiq tas-sostenibilità tas-sajd fl-UE permezz tar-rendiment massimu sostenibbli” (COM(2006)0360) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-6 ta' Settembru 2007 dwar it-twettiq tas-sostenibilità tas-sajd fl-UE abbażi tal-ogħla rendiment sostenibbli(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2007 dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq fis-settur tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura(4),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Politika sabiex jitnaqqas il-qbid inċidentali mhux mixtieq u jiġi eliminat ir-rimi lura ta' ħut fis-sajd Ewropew” (COM(2007)0136) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-31 ta’ Jannar 2008 dwar politika sabiex jitnaqqas il-qbid inċidentali mhux mixtieq u jiġi eliminat ir-rimi lura ta’ ħut fis-sajd Ewropew(5),
– wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 12/2011 mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri intitolat “Il-miżuri tal-UE kkontribwixxew għall-adattament tal-kapaċità tal-flotot tas-sajd għal opportunitajiet ta' sajd disponibbli?”,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)(6),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-rwol tal-PKS fl-implimentazzjoni tal-approċċ ekosistemiku għall-ġestjoni tal-ibħra (COM(2008)0187) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-13 ta’ Jannar 2009 dwar il-PKS u l-approċċ tal-ekosistema għat-treġija tas-sajd(7),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta' Settembru 2008 intitolata 'Strateġija Ewropea għar-Riċerka tal-Baħar u dik Marittima: Qafas koerenti ta' Żona Ewropea ta' Riċerka b'appoġġ ta' użu sostenibbli tal-oċeani u l-ibħra' (COM(2008)0534) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-19 ta' Frar 2009 dwar ir-riċerka applikata li jkollha x’taqsam mal-politika komuni tas-sajd(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' April 2009 dwar 'Il-Governanza fil-PKS: il-Parlament Ewropew, il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali u atturi oħra'(9),
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Mejju 2009 dwar ir-rwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona(10),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu, “Il-bini ta' futur sostenibbli għall-akkwakultura - Spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea” (COM(2009)0162),
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-22 ta’ April 2009 dwar ir-Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2009)0163),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Frar 2010 dwar il-Green Paper dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd(11),
– wara li kkunsidra l-objettiv Nru 6 ta’ Aichi tal-Protokoll ta’ Nagoya, ippubblikat wara s-Samit ta’ Nagoya dwar il-Bijodiversità, li sar bejn it-18 u d-29 ta’ Ottubru 2010,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2011għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2011)0425) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja din il-proposta (SEC(2011)0891),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu, “Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd” (COM(2011)0417),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (COM(2011)0804),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (COM(2011)0416),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar id-Dimensjoni Esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2011)0424),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-Obbligi tar-Rappurtar skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (COM(2011)0418),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2012 dwar il-kontribut tal-politika komuni tas-sajd għall-produzzjoni ta’ beni pubbliċi(12),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-kriżi fis-settur Ewropew tas-sajd minħabba ż-żieda fil-prezz taż-żejt(13),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv’ (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp kif ukoll tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0253/2012),
A. billi din hija l-ewwel darba fl-istorja tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) li l-Parlament qed jaġixxi bħala koleġiżlatur fit-twaqqif ta’ PKS riformata;
B. billi l-industrija tas-sajd hija ta’ importanza strateġika f’termini tal-provvista pubblika tal-ħut u l-bilanċ tal-ikel f’diversi Stati Membri u fl-Unjoni Ewropea stess, u billi din tikkontribwixxi b’mod konsiderevoli għall-benessri soċjoekonomiku fil-komunitajiet kostali, l-iżvilupp lokali, l-impjiegi, il-preservazzjoni u l-ħolqien tal-attivitajiet ekonomiċi upstream u downstream u l-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet kulturali lokali;
C. billi, minkejja ċerta progress li sar wara r-reviżjoni fl-2002, il-komunikazzjoni attwali tfakkar li l-PKS preċedenti naqset milli tilħaq uħud mill-objettivi ewlenin: sar sajd żejjed f’ħafna stokkijiet; is-sitwazzjoni ekonomika ta’ partijiet mill-flotta tal-UE hija fraġli minkejja s-sussidji; l-impjiegi fis-settur tas-sajd qed jintilfu u m'għadhomx attraenti, speċjalment għaż-żgħażagħ li jibdew jaħdmu f'dan is-settur, u s-sitwazzjoni ta’ ħafna komunitajiet kostali li jiddependu fuq is-sajd u l-akkwakultura hija prekarja;
D. billi l-PKS preċedenti kellha madanakollu xi impatti pożittivi għaliex ippermettiet l-irkupru ta’ xi stokkijiet u l-ħolqien tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs);
E. billi huwa essenzjali li l-politika komuni tas-sajd (PKS) issegwi approċċ għas-settur tas-sajd li jqis il-livelli ekoloġiċi, u d-dimensjonijiet ekonomiċi u soċjali (it-tliet pilastri tar-riforma PKS) sabiex dejjem ikun hemm kompromess bejn l-istat ta’ riżorsi eżistenti fid-diversi żoni marittimi u l-protezzjoni tan-nisġa soċjoekonomika tal-komunitajiet kostali li jiddependu fuq sajd qrib il-kosta biex jiggarantixxu l-impjiegi u l-prosperità;
F. billi l-Unjoni Ewropea tirrappreżenta madwar 4,6 % tas-sajd globali u l-produzzjoni tal-akkwakultura, li jagħmilha r-raba’ l-akbar produttur fid-dinja; billi, madankollu, l-UE timporta iktar minn 60 % tal-ħut li tikkonsma;
G. billi, minkejja n-nuqqas rikonoxxut ta' data xjentifika, il-Kummissjoni tikkalkula li 75 % tal-istokkijiet tal-ħut tal-UE huma sfruttati żżejjed, li aktar minn 60% tal-istokkijiet fl-ilmijiet Ewropej huma mistada lil hinn mir-rendiment massimu sostenibbli (MSY), u li l-UE qed titlef madwar EUR 1.8 biljun fis-sena fi dħul potenzjali minħabba l-falliment tagħha li tamministra s-sajd b’mod sostenibbli;
H. billi minkejja li ċerti industriji tas-sajd tal-UE huma akkreditati bħala sostenibbli li juri li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet governattivi, l-industrija tas-sajd u partijiet interessati oħra tista’ tikseb riżultati sodisfaċenti;
I. billi, skont il-Kummissjoni, id-deċiżjonijiet tal-Kunsill qabżu r-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi b’medja ta’ 47 % mill-2003, u attwalment 63 % tal-istokkijiet stmati fl-Atlantiku huma mistada żżejjed, bħalma huma 82 % ta’ dawk fil-Mediterran u 4 minn 6 ta’ dawk fil-Baltiku;
J. billi, għalkemm l-industrija tas-sajd tal-UE tilfet 30 % tal-impjiegi tagħha bejn l-2002 u l-2007 minħabba l-istat ħażin tal-istokkijiet tal-ħut, l-inżul fil-prezzijiet ikkawżat minn importazzjonijiet irħas, u l-avvanzi teknoloġiċi, is-settur tas-sajd (inkluż l-akkwakultura) xorta hu stmat li ġġenera EUR 34.2 biljun fi qligħ annwali f'dak il-perjodu, u joħloq aktar minn 350 000 impjieg kemm upstream kif ukoll downstream fis-setturi tas-sajd, tal-ipproċessar tal-ħut u tat-tqegħid fis-suq, b’mod partikolari fiż-żoni kostali, ir-reġjuni mbiegħda u l-gżejjer, fejn qed jipproduċi 'prodotti għall-pubbliku' li għadhom mhux qed jiġu kkunsidrati; billi, minkejja t-telf tal-impjiegi, il-kapaċità tal-flotta tas-sajd żdiedet sew minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi;
K. billi d-data disponibbli dwar il-kapaċità tal-flotta tas-sajd Ewropea mhix affidabbli minħabba li ma ġewx ikkunsidrati l-iżviluppi teknoloġiċi u l-Istati Membri qed jonqsu milli jirrappurtaw data preċiża dwar il-kapaċitajiet tal-flotta;
L. billi d-dħul u l-pagi tan-nies li jaħdmu fl-industrija tas-sajd mhumiex siguri minħabba l-mod li bih jiġi kkumerċjalizzat is-sajd, il-mod li bih jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-ewwel bejgħ u l-karatteristiċi irregolari tas-sajd, li jfisser li hemm bżonn li jinżamm finanzjament pubbliku nazzjonali u tal-UE xieraq għal dan is-settur;
M. billi l-flotot artiġjanali u dawk fuq skala żgħira, fuq naħa, inkluż dawk involuti f'sajd għall-molluski u attivitajiet oħra tradizzjonali u estensivi tal-akwakultura, u flotot ta' skala ikbar ta' natura industrijali, fuq l-oħra għandhom karatteristiċi differenti ferm, kif fil-fatt għandhom flotot f'partijiet differenti tal-UE irrispettivament mid-daqs tal-bastiment; billi, għaldaqstant strumenti u problemi ta’ ġestjoni xierqa ma jistgħux jiġu inkorporati f’mudell uniformi, u għalhekk flotot differenti għandhom jiġu ttrattati b’mod differenti;
N. billi r-riforma tal-PKS għandha tiżgura s-sopravivenza u l-prosperità futura tal-flotot tas-sajd artiġjanali u fuq skala żgħira kif ukoll dawk taż-żoni kostali, inklużi r-reġjuni l-aktar imbiegħda, li jiddependu ferm fuq is-sajd u li jistgħu jeħtieġu appoġġ soċjoekonomiku tranżitorju skont il-PKS il-ġdida, mingħajr ma jżidu l-kapaċità totali tal-flotta;
O. billi huwa meħtieġ li r-rappreżentanti tas-setturi tal-flotot industrijali u ta’ skala żgħira u tal-akkwakultura jkunu involuti fid-definizzjoni u l-iżvilupp tal-PKS il-ġdida;
P. billi n-nisa għandhom rwol fundamentali fis-settur tal-ipproċessar u l-akkwakultura, fl-eżerċizzju tal-kompiti anċillari ta’ ġestjoni u dawk amministrattivi, kif ukoll fil-ġbir tal-molluski; billi dawn huma wkoll, għalkemm fuq skala iżgħar, attivi fis-settur tal-qbid; billi, madankollu, il-kontribut importanti tagħhom ħafna drabi ma jiġix rikonoxxut u ppremjat kif xieraq;
Q. billi t-Trattat ta' Lisbona jitlob li niżguraw koerenza fil-politiki tal-Unjoni, inkluż fir-riforma tal-PKS;
R. billi l-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura għandhom rwol sinifikanti fid-dieta tal-bniedem, kemm fl-Ewropa u madwar id-dinja, bħala sors ta’ ikel bnin b’ħafna proteini;
S. billi jeħtieġ li t-tfal tal-iskola jiġu mgħallma minn età żgħira dwar il-varjetà wiesgħa ta’ speċijiet ta’ ħut disponibbli u dwar l-istaġuni ta’ dawn l-ispeċijiet;
T. billi jeħtieġ li l-konsumaturi jiġu infurmati b’mod kontinwu bil-varjetà wiesgħa ta’ speċijiet disponibbli, sabiex titnaqqas il-pressjoni fuq ċerti stokkijiet;
U. billi l-PKS għandha tkun responsabbli għall-finanzjament tal-ispejjeż tagħha, b'mod partikolari d-deċiżjonijiet u l-miżuri adottati skont il-parametri tagħha;
GĦANIJIET TAR-RIFORMA Is-sostenibbiltà ambjentali Miżuri għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar
1. Iqis li l-objettiv ewlieni ta’ kwalunkwe politika tas-sajd huwa li jiżgura l-provvista tal-ħut lill-pubbliku u l-iżvilupp tal-komunitajiet kostali, il-promozzjoni tal-impjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għall-professjonisti tas-sajd, f'qafas li jiggarantixxi s-sostenibbiltà u l-konservazzjoni tajba tar-riżorsi;
2. Iqis li l-politika komuni tas-sajd (is-settur tal-sajd estrattiv u l-akkwakultura) teħtieġ riforma profonda u ambizzjuża jekk l-UE trid tiżgura s-sostenibbiltà fuq perjodu twil, li huwa prerekwiżit sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika u soċjali tas-settur tas-sajd tal-UE; isostni li l-politika riformata għandha tiġi koordinata iktar mill-qrib ma’ politiki Ewropej oħra bħall-politika ta’ koeżjoni, il-politika dwar l-ambjent, il-politika agrikola u l-politika esterna, u li l-ftehimiet internazzjonali fil-ġejjieni dwar is-sajd sostenibbli għandhom ikunu konsistenti magħha; ifakkar f'dan ir-rigward, f'l-importanza ta’ strumenti bħall-politika marittima integrata jew l-approċċ makro-reġjonali li jistgħu joffru livell ta’ integrazzjoni iktar mill-qrib;
3. Jenfasizza li kwalunkwe politika tas-sajd għandha tqis varjetà ta’ dimensjonijiet soċjali, ambjentali u ekonomiċi li jirrikjedu approċċ integrat u bbilanċjat li jkun inkompatibbli ma’ viżjoni li toħloq ġerarkija bbażata fuq definizzjonijiet ta’ prijoritajiet a priori;
4. Jenfasizza li s-settur tas-sajd estrattiv u tal-akwakultura tal-UE, jekk ġestit sew fuq il-bażi ta' sostenibbiltà globali, jista' jagħti kontribut akbar għall-ħtiġijiet tas-soċjetà Ewropea f'termini ta' sigurtà u kwalità tal-ikel, impjiegi, ħarsien ambjentali u ż-żamma ta' sajd dinamiku u varjat kif ukoll tal-komunitajiet kostali;
5. Jirrikonoxxi li s-sajd, għal diversi ġenerazzjonijiet, ipprovda impjiegi għal komunitajiet numerużi, ħafna drabi ekonomikament fraġli, madwar il-kosta Ewropea; iqis li dawn il-komunitajiet kollha, irrispettivament mid-daqs, għandhom jiġu mħarsa taħt il-politika tas-sajd Ewropea u li għandha tinżamm il-konnessjoni storika bejn il-komunitajiet u l-ilmijiet li fihom storikament stadu;
6. Jemmen li, bl-applikazzjoni tal-kunċett tal-kundizzjonalità, għandhom jiġu offruti inċentivi lil dawk li jistadu, jew jiġbru l-molluski, li jużaw tagħmir tas-sajd u metodi ambjentalment sostenibbli, b'impatt baxx u selettiv, sabiex jiżguraw l-użu mifrux ta' dawn it-tipi ta' prattiki tas-sajd u l-iżvilupp sostenibbli tal-komunitajiet kostali; iqis li l-industrija tas-sajd għandu jkollha rwol ewlieni fl-iżvilupp ta' metodi tas-sajd sostenibbli, u li l-inċentivi kollha għandhom ikunu offruti f'livell li jkun qrib tal-partijiet interessati u b'kooperazzjoni mas-sajjieda u ma' partijiet interessati oħra; jinnota li dan jinkludi l-għoti ta’ appoġġ għal ekotikketta volontarja tal-UE, li tista’ tiġi ddelegata lil korpi ta' ċertifikazzjoni eżistenti, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għas-sajjieda u l-produtturi kemm barra minn kif ukoll ġewwa l-UE
7. Jinsab konvint li r-riforma tal-PKS għandha tistabbilixxi l-istrumenti adattati u effettivi biex issostni l-ġestjoni tas-sajd ibbażat fuq l-ekosistemi; jemmen, għalhekk, li l-pjanijiet ta’ ġestjoni multiannwali għandhom iqisu dan l-approċċ ekosistemiku; huwa tal-opinjoni li hemm bżonn li tintemm din is-sitwazzjoni ta’ impass istituzzjonali fir-rigward ta’ dawn il-pjanijiet ta’ ġestjoni multiannwali u li għandha tiġi applikata l-proċedura leġiżlattiva ordinarja; iqis, barra minn hekk, li s-setgħat mikroġestjonali għandhom jgħaddu għand l-Istati Membri li jikkooperaw fuq bażi reġjonali;
8. Itenni li l-iżvilupp kollu fiż-żoni marittimi u kostali għandu jikkonforma mal-leġiżlazzjoni ambjentali bħad-direttiva Qafas dwar Strateġija Marittima u d-direttivi dwar il-protezzjoni tal-bijodiversità, għaliex stat ambjentali tajjeb għandu jkun prerekwiżit għall-attivitajiet kollha fir-reġjuni marittimi u kostali;
9. Jenfasizza li l-PKS għandha tapplika l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd u tiżgura li l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jreġġa' lura u jżomm popolazzjonijiet tal-istokkijiet kollha ta' speċijiet mistada f'livelli viċin ta' dawk li jistgħu jagħtu rendiment massimu sostenibbli (MSY); jenfasizza li skeda ċara, inkluż skadenza finali, għandha tkun stabbiliti fir-regolament bażiku; jenfasizza li l-provvista ta' riżorsi ekonomiċi xierqa għall-implimentazzjoni tal-PKS hi meħtieġa biex gradwalment tnaqqas is-sajd eċċessiv fejn dan ikun ippruvat u tintlaħaq konservazzjoni sostenibbli tal-istokk, li tkun teħtieġ data xjentifika affidabbli;
10. Jemmen li għandu jiġi implimentat immedjatament l-objettiv tal-Ogħla Rendiment Sostenibbli fuq il-bażi tal-mortalità tas-sajd (FMSY), peress li dan jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tal-istokkijiet fid-direzzjoni t-tajba; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw dan l-objettiv b’mod operazzjonali, fuq il-bażi ta’ data xjentifika soda u b’kunsiderazzjoni tal-konsegwenzi soċjoekonomiċi;
11. Jenfasizza, madankollu, id-diffikultajiet involuti fl-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-MSY, b’mod partikolari fil-każ ta’ sajd imħallat jew fejn id-data xjentifika dwar l-istokkijiet tal-ħut ma tkunx disponibbli jew ma tkunx affidabbli; jitlob, għalhekk, għall-ammonti xierqa allokati għar-riċerka xjentifika u l-ġbir tad-data bl-għan li tkun implimentata politika tas-sajd sostenibbli;
12. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi għat-twaqqif ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni fit-tul (LTMPs) għall-industriji tas-sajd kollha tal-UE ibbażati fuq approċċ ekosistemiku, b’għanijiet definiti b’mod ċar u fejn ir-regoli għall-kontroll tal-ġbir ikollhom rwol kruċjali f’kull pjan, u li fuq il-bażi tagħhom jiġu stabbiliti regoli għad-determinazzjoni tal-isforz annwali tal-industrija tas-sajd b’kunsiderazzjoni tad-differenza bejn id-daqs attwali tal-istokk u l-istruttura tal-industrija tas-sajd u l-għan tal-istokk fil-mira; iħeġġeġ lill-Kunsill, f’dan ir-rigward, sabiex isegwi l-objettivi tal-LTMPs mingħajr eċċezzjoni;
13. Jenfasizza l-konnessjoni diretta bejn il-ħut mormi, il-qbid inċidentali mhux mixtieq u s-sajd żejjed, u jifhem il-motivazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-ħtieġa li tiġi żviluppata politika effiċjenti tal-abolizzjoni tar-rimi fuq livell tal-UE fejn l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA) għandu jkollha setgħat akbar sabiex tiżgura sistema ġusta ta’ regoli u sanzjonijiet bi qbil mal-prinċipju tat-trattament indaqs;
14. Jipproponi għalhekk li issir obbligatorja id-dokumentazzjoni komprensiva tal-kwantitajiet ta’ speċijiet li jinqabdu 'il fuq minn ċerta volum u li ma jitniżżlux l-art u dan sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tar-riċerka xjentifika u jkun jista’ jsir żvilupp ta’ tagħmir selettiv għall-bastimenti b'għarfien sħiħ tal-fatti;
15. Jemmen li l-eliminazzjoni gradwali tar-rimi għandha tkun ibbażata fuq is-sajd u tiddependi fuq il-karatteristiċi u r-realtajiet tal-modalitajiet differenti tas-sajd, filwaqt li jiġi kkunsidrat li dan hu eħfef li jintlaħaq fuq sajd għal speċi waħda u li sajd imħallat jirrapreżenta diversi sfidi għal li jeħtieġ jiġu megħluba; jenfasizza li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tas-sajjieda għandhom jingħataw kunsiderazzjoni u jkunu involuti b'mod attiv; jenfasizza li l-eliminazzjoni tar-rimi għandu jkun akkumpanjat minn miżuri tekniċi li jnaqqsu jew jeliminaw qbid inċidentali u minn inċentivi li jinkoraġġixxu prattiki ta' sajd selettiv; jemmen li għandha tingħata prijorità biex ikunu evitati qabdiet mhux mixtieqa qabel kollox, aktar milli kif dawn jiġu ġestiti; jinsab imħasseb, f'dan ir-rigward, dwar l-emerġenza ta' suq tar-rimi parallel li joħloq periklu għall-ekosistema u s-settur tas-sajd Ewropew; jenfasizza li għandhom ikunu provduti salvagwardji xierqa; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li l-partijiet interessati ikunu involuti u li jsir ippjanar bir-reqqa tal-obbligu tal-ħatt fuq l-art u tat-trattament li jsir wara, sabiex ma jkunx hemm bidla minn ħut mhux mixtieq fil-baħar għal ħut mhux mixtieq fuq l-art;
16. Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied ir-riċerka xjentifika u jkunu allokati fondi għaliha, flimkien mal-iżvilupp ta' tekniki u ta' tagħmir tas-sajd li jevitataw qabdiet mhux mixtieqa; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi miżuri suffiċjenti u xierqa u li tipprovdi lill-Istati Membri b'appoġġ finanzjarju għal dan il-għan; jenfasizza, għal dan il-għan, l-importanza li tiġi indirizzata l-ġestjoni ta’ sajd imħallat; jinnota li t-teknoloġija eżistenti għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tar-rimi mhix daqstant effettiva għat-tipi kollha tas-sajd; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, biex tippromwovi sħubijiet bejn ix-xjentisti u s-sajjieda, tqis l-opinjonijiet tagħhom fit-tfassil tal-politiki tagħha, u tassisti lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ tekniki ġodda tas-sajd;
17. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex immedjatament iwettqu 'proġetti pilota' bl-għan li jtejbu s-selettività tat-tagħmir;
18. Jinnota d-diffikultà fl-applikazzjoni ta’ miżura għall-eliminazzjoni tar-rimi fil-każ ta’ sajd imħallat, inkluż, iżda mhux limitat, għall-Mediterran, minħabba l-eżistenza ta’ prattiki tas-sajd speċifiċi u kundizzjonijiet klimatiċi u ġeoloġiċi speċifiċi; jemmen li teħtieġ konsultazzjoni ulterjuri biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet marbuta mat-twaqqif tal-infrastruttura meħtieġa għall-ġbir u l-ipproċessar tal-qbid inċidentali kif propost mill-Kummissjoni; jitlob għal aktar miżuri li jnaqqsu l-qbid taż-żgħar u jiskoraġġixxu l-kummerċjalizzazzjoni taż-żgħar;
19. Jistieden lill-Kummissjoni, bl-għan li tippreserva r-riżorsi ħajjin u tiżgura s-sostenibilità ambjentali fit-tul, tivvaluta l-possibilità li tistabbilixxi netwerk ta' żoni magħluqa fejn l-attivitajiet kollha tas-sajd ikunu pprojbiti għal perjodu partikolari ta' żmien sabiex tiżdied il-produttività tal-ħut u jiġu kkonservati r-riżorsi akwatiċi ħajjin u l-ekosistema tal-baħar;
20. Jenfasizza l-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, li f'termini ekonomiċi, soċjali u demografiċi huma ferm dipendenti fuq is-sajd (l-aktar fuq skala żgħira), u li huma mdawwra b'baħar fond; jemmen li jeħtieġ ikun ristrett l-aċċess għaż-żoni marittimi bijoġeografikament sensittivi tagħhom għal flotot lokali li jużaw tagħmir tas-sajd li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent;
21. Jesprimi d-dubji tiegħu dwar il-proposti relatati mal-kummerċjalizzazzjoni tal-qbid inċidentali, u jenfasizza li, fil-każ li jiġu implimentati, għandhom jiġu pprovduti salvagwardji adegwati li jevitaw il-ħolqien ta’ suq parallel li paradossalment jista’ jinkoraġġixxi lis-sajjieda biex ikabbru l-qabdiet tagħhom;
22. Jemmen li l-projbizzjoni tar-rimi għandha tkun introdotta gradwalment għal kull tip ta’ sajd, sabiex ikun aktar faċli li s-settur jadatta; jenfasizza li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu involuti b’mod attiv fl-implimentazzjoni gradwali ta’ din il-projbizzjoni;
23. Jitlob lill-Kummissjoni biex tassisti lill-Istati Membri jikkumpensaw għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi diversi tal-adozzjoni tal-projbizzjoni tar-rimi;
24. Jenfasizza li l-introduzzjoni ta’ miżuri li gradwalment jeliminaw ir-rimi teħtieġ riforma radikali tas-sistema ta’ kontroll u infurzar; jitlob lill-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri f’dan ir-rigward, sabiex tiżgura li l-infurzar japplika fl-Istati kollha b’mod uniformi; jemmen li CFCA għandha tkun sostnuta kif xieraq, b'setgħat u risorsi suffiċjenti biex twettaq id-dmirijiet tagħha u b'hekk tassisti lill-Istati Membri fl-applikazzjoni tas-sistemi tagħhom ta' regoli u sanzjonijiet;
25. Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga t-tnaqqis tal-istokkijiet tal-ħut minn predaturi naturali bħalma huma l-bumerini, il-foki u l-marguni u fl-istess ħin biex b'kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati tiżviluppa u ddaħħal fis-seħħ pjanijiet ta’ ġestjoni għar-regolazzjoni ta’ dawn il-popolazzjonijiet.
26. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex timplimenta programmi li jeduka lit-tfal tal-iskola u l-konsumaturi bl-istess mod dwar il-varjetà ta’ speċijiet disponibbli u dwar l-importanza li jiġi kkunsmat ħut li jiġi prodott b’mod sostenibbli;
27. Ifakkar fl-obbligu, li hemm fit-Trattat ta’ Lisbona, li tiġi żgurata l-koerenza tal-politiki tal-Unjoni, anki fir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd.
Monitoraġġ u ġbir ta’ data ta’ kwalità
28. Jemmen li l-affidabbiltà u d-disponibbiltà tad-data xjentifika u l-valutazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku dwar l-istokkijiet differenti, fil-baċini differenti tal-baħar, u l-ekosistemi rispettivi tagħhom kif ukoll it-titjib u l-istandardizzazzjoni tal-mudelli applikati, għandhom ikunu fost l-akbar prijoritajiet tar-riforma; jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ data xjentifika affidabbli u disponibbli meħtieġa għal parir xjentifiku sod;
29. Jenfasizza li r-riċerka xjentifika dwar is-sajd hija għodda essenzjali għat-treġija tas-sajd li hija indispensabbli kemm biex jiġu identifikati l-fatturi li jinfluwenzaw l-iżvilupp tar-riżorsi tas-sajd, billi ssir evalwazzjoni kwantittativa u billi jiġu żviluppati mudelli li bihom ikun jista' jitbassar l-iżvilupp tagħhom, kif wkoll biex jittejbu t-tagħmir tas-sajd, il-bastimenti u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-sikurezza għas-sajjieda, flimkien mal-għerf u l-esperjenza tagħhom;
30. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti, armonizzati fuq livell tal-UE, dwar ġbir effettiv tad-data ta' kwalità għax-xjentisti; iħeġġiġha, fl-istess ħin, biex tistabbilixxi qafas għat-teħid ta’ deċiżjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ data u biex toħroġ b’mudelli xjentifiċi li fuqhom tkun tista’ tibbaża ġestjoni tas-sajd ta’ ħafna speċi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu involuti s-sajjieda, kif ukoll il-partijiet interessati kollha, flimkien max-xjentisti sabiex dawn jikkontribwixxu għall-ġbir u l-analiżi ta’ informazzjoni u l-iżvilupp attiv ta’ sħubiji ta’ riċerka;
31. Jinnota li r-raġunijiet ewlenin għan-nuqqas ta' data xjentifika bażika dwar il-maġġoranza tal-istokk huma rrapurtar b'mod inadegwat mill-Istati Membri, in-nuqqas ta' fondi adegwati, u riżorsi umani u tekniċi limitati fl-Istati Membri; jitlob lill-Kummissjoni sabiex, f'dan ir-rigward, tistabbilixxi sistema fejn l-Istati Membri li ma jissodisfawx l-obbligi tal-ġbir u t-trażmissjoni tad-data tagħhom jiġu sanzjonati; jemmen li l-FEMS il-ġdid għandu jipprovdi lill-Istati Membri b'għajnuna teknika u finanzjarja, jekk meħtieġ , għall-ġbir u l-analiżi ta' data affidabbli, u li għandhom ikunu allokati riżorsi finanzjari adegwati għar-riċerka xjentifika relevanti fl-Istati Membri;
32. Jinnota li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-finanzjament tal-akkwist, l-ipproċessar u d-disponibbiltà tad-data xjentifika, li jiffavorixxu ġestjoni bbażata fuq l-għarfien, preżentement ma teċċedix il-50 %; jitlob, għaldaqstant, għal sforz akbar mill-Unjoni f’dan il-qasam ;
33. Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi definizzjoni ta’ kapaċità żejda fil-livell tal-UE li takkomoda d-definizzjonijiet reġjonali, u li tikkunsidra l-karatteristiċi speċifiċi lokali; jitlob ukoll lill-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi mill-ġdid il-kapaċità tas-sajd b’tali mod li kemm il-kapaċità tas-sajd tal-bastiment kif ukoll l-isforz tas-sajd attwali tiegħu jittieħdu bħala bażi; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa li jkun definit is-sajd fuq skala żgħira sabiex dan ikun separat mis-sajd industrijali;
Sostenibbiltà soċjoekonomika
34. Iqis li r-riżorsi marittimi ħajjin huma ġid pubbliku komuni li ma jistax jiġi privatizzat; jirrifjuta l-ħolqien ta’ drittijiet ta’ proprjetà privata li jagħtu aċċess għall-isfruttament ta’ dan il-ġid pubbliku;
35. Jinnota li l-proposta li hemm fir-regolament bażiku li tintroduċi 'konċessjoni tas-sajd trasferibbli' (TFCs), bħala l-mezz uniku li jsolvi l-problema ta' kapaċità żejda, tista' tiġġenera prattiki antikompetittivi, spekulattivi u ta' konċentrazzjoni, u jemmen għalhekk li din għandha tkun fuq bażi volontarja fin-natura u suġġett għad-deċiżjoni tal-Istati Membri, kif attwalment hu l-każ; jirrimarka li l-esperjenza diretta ta' xi Stati Membri li diġà introduċew sistemi TFC mingħajr restrizzjonijiet u salvagwardji effettiviti turi korrelazzjoni diretta bejn l-introduzzjoni tagħhom u żieda fil-konċentrazzjoni tad-drittijiet tas-sajd f'idejn ftit kummerċjanti, u sussegwentement żieda fil-prezzijiet tal-prodotti tas-sajd; jinnota li, għalkemm f'xi pajjiżi l-implimentazzjoni ta' din is-sistema kienet segwita minn tnaqqis fil-kapaċità tal-flotta, dan sar l-aktar għad-detriment ta' sajd kostali fuq skala żgħira u artiġjanali, li huma l-aktar setturi ta' flotot ambjentalment distruttivi, imma din hi l-aktar parti tal-industrija li ekonomikament qiegħda fil-periklu u dik li tipprovdi l-akbar numru ta' impjiegi u attività ekonomika fir-reġjuni kostali; ifakkar ukoll li tnaqqis fil-kapaċità tas-sajd ma jfissirx neċessarjament tnaqqis fl-attività tas-sajd, iżda biss il-konċentrazzjoni tal-isfruttament tar-riżorsi tas-sajd minn operaturi li huma iżjed kompetittivi ekonomikament; jenfasizza li, jekk l-iskemi TFC ikunu introdotti, ikunu meħtieġa salvagwardji adegwati sabiex jipproteġu sajd fuq skala żgħira u kostali;
36. Jemmen li għandu jingħata aċċess prijoritarju għal żoni tas-sajd lil dawk li jistadu b’mod soċjali u ambjentalment responsabbli; jirrimarka li tnaqqis fil-kapaċità ta' xi tipi ta' sajd jista' jintlaħaq mingħajr l-użu ta' TFCs; jitlob lill-Istati Membri jimplimentaw il-miżuri l-aktar xierqa għaċ-ċirkustanzi tagħhom sabiex inaqqsu l-kapaċità fejn meħtieġ;
37. Iqis li l-vijabbiltà ekonomika tas-settur tas-sajd hija affetwata, fost fatturi oħrajn, mill-volatilità fil-prezzijiet taż-żejt; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq miżuri adatti li jtejbu l-effiċjenza tal-fjuwils fis-settur tas-sajd u l-akwakultura mingħajr ma jżidu l-kapaċità tas-sajd, biex ittaffu s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli li jinsabu fiha s-sajjieda u dawk li jrabbu l-ħut Ewropej u biex tipproponi, f'dan ir-rigward, pjan ta' azzjoni għar-reġjuni kostali u l-gżejjer, b'mod partikolari r-reġjuni l-aktar imbiegħda;
38. Ifakkar li l-oċeani tad-dinja, permezz tas-sajd, mhux biss jipprovdu nutrizzjoni, sigurtà tal-ikel u għajxien għal 500 miljun persuna madwar id-dinja u li tal-anqas 50 % tal-proteini mill-annimali għal 400 miljun persuna fl-ifqar pajjiżi, iżda huma wkoll ta’ importanza kruċjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, huma l-akbar bjar tal-karbonju fit-tul, jipprovdu t-trasport, u jospitaw il-ħabitats ta’ madwar 90% tal-ħajja fid-dinja;
39. Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa għal monitoraġġ u ċertifikazzjoni stretti ta’ prodotti tas-sajd li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, inklużi importazzjonijiet, li jiġi żgurat li dawn joriġinaw minn sajd sostenibbli u li, fil-każ ta’ prodotti importati, dawn jilħqu l-istess rekwiżiti li għandhom jikkonformaw magħhom il-produtturi tal-Unjoni − pereżempju, fir-rigward tat-tikkettar, it-traċċabbiltà, ir-regolamenti fitosanitarji u d-daqsijiet minimi;
Futur għall-impjiegi fl-industrija tas-sajd u l-akkwakultura
40. Jemmen bis-sħiħ li l-PKS riformata m’għandhiex titneħħa mill-kuntest soċjoekonomiku u ambjentali li tinsab fih; iqis li s-sajd u s-setturi estensivi tal-akkwakultura għandhom jitqiesu bħala sorsi importanti diretti u indiretti għall-ħolqien tal-impjiegi li jagħtu vitalità lir-reġjuni marittimi tagħna u huma l-qafas tal-ekonomija ta' dawn ir-reġjuni, filwaqt li jikkontribwixxu wkoll għas-sigurtà alimentari fl-UE; jemmen, għal dan il-għan,li l-PKS għandha tikkontribwixxi biex jitjieb l-istandard tal-għajxien tal-komunitajiet li jiddependu mis-sajd, billi tipprovdi kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għas-sajjieda, b’mod partikolari permezz tal-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà u tar-regoli stabbiliti mill-ftehimiet kollettivi tax-xogħol;
41. Jinsab imħasseb li aktar minn 30 % tal-impjiegi ntilfu fis-settur tal-qbid f’dawn l-aħħar għaxar snin; iqis li t-tnaqqis fl-istokkijiet tal-ħut, in-nuqqas ta’ salarju minimu ggarantit, il-valur baxx tal-ewwel bejgħ, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol diffiċli huma ostakli għat-tiġdid meħtieġ tar-riżorsi umani fis-settur;
42. Jinnota b’sodisfazzjon li ċerti studji juru li jistgħu jinkisbu benefiċċji soċjali u ekonomiċi konsiderevoli jekk l-istokkijiet tal-ħut jitħallew jiżdiedu sakemm jilħqu livelli ’l fuq minn dawk li kapaċi jipproduċu MSY, inkluż iżjed impjiegi u qligħ;
43. Iqis li s-settur tas-sajd jista' jibqa' sostenibbli jekk jinstab bilanċ bejn l-aspetti soċjoekonomiċi u dawk ambjentali, u jekk ikun hemm ħaddiema mħarrġa u b'ħiliet adegwati; jemmen li sabiex jinkiseb dan, jeħtieġ li l-karrieri fis-sajd isiru attraenti u l-istandards tal-kwalifiki u t-taħriġ jissodisfaw il-ħtiġijiet internazzjonali u Ewropej; jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi taħriġ xieraq u skemi edukattivi obbligatorji fl-aħjar prattika u l-bijoloġija marittima f’oqsma differenti tas-settur, peress li dan jista' jattira liż-żgħażagħ u jgħin biex jinħoloq sajd kompetittiv u sostenibbli u settur tal-akkwakultura sostenibbli; jemmen li għandu għandhom ikunu disponibbli pakketti tal-bidu li jiggarantixxu ġenerazzjoni ġdida ta’ sajjieda fis-settur tas-sajd fuq skala żgħira;
44. Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal “Inizjattiva tat-”Tkabbir Blu’ fuq it-tkabbir sostenibbli mill-oċeani, l-ibħra u l-kosti“; iqis li mobbiltà professjonali akbar fis-settur tas-sajd, id-diversifikazzjoni tal-impjiegi u l-identifikazzjoni ta’ għodod li jagħmluha possibbli li l-ħiliet, il-kwalifiki u l-programmi ta’ edukazzjoni jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-settur huma importanti għat-tkabbir tal-industriji marittimi, tas-sajd u l-akkwakultura;
45. Iqis li r-rwol tan-nisa fis-settur tas-sajd għandu jingħata rikonoxximent legali u soċjali u kumpens ikbar; jinsisti li n-nisa fis-settur tas-sajd f’kull rispett għandu jkollhom l-istess drittijiet bħall-irġiel, pereżempju f’dak li jirrigwarda s-sħubija u l-eliġibbiltà fil-korpi governattivi tal-organizzazzjonijiet tas-sajd; iqis li l-konjuġi u l-imsieħba tul il-ħajja tas-sajjieda li jappoġġjaw l-impriża tal-familja għandhom de facto jingħataw status legali u benefiċċji soċjali ekwivalenti għal dawk tal-persuni bi status ta’ ħaddiema awtonomi, kif ipprovdut fid-Direttiva 2010/41/UE; iqis, barra minn hekk, li l-fondi tal-FES u tal-FEMS futur għandhom ikunu disponibbli għal taħriġ speċifikament maħsub għan-nisa li jaħdmu fis-settur tas-sajd;
46. Jibża' li r-riforma tal-PKS tista, fin-nuqqas ta' miżuri adatti li jakkunpanjawha, twassal għal telfien ta' impjiegi fuq perjodu qasir, speċjalment fis-setturi tal-qbid u tal-ippakkjar fuq l-art, b'hekk jikkompromettu b'mod permanenti t-tkabbir fraġli tal-komunitajiet kostali u l-gżejjer, partikolarment fir-reġjuni l-aktar imbiegħda; jisħaq, f’dan ir-rigward, li hemm bżonn ta’ miżuri soċjoekonomiċi ta’ akkumpanjament, inklużi kooperazzjoni professjonali u pjan għall-impjiegi, sabiex jittaffew l-effetti temporanji tar-Rendiment Massimu Sostenibbli (MSY) u sabiex jagħmlu s-settur aktar attraenti għaż-żgħażagħ u jipprovdu inċentivi għad-dħul fis-settur; jistieden lill-Kummissjoni biex tesplora u tippromwovi l-kooperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment sabiex issaħħaħ l-investiment fis-settur;
47. Iqis li huwa meħtieġ li jiġi promoss l-iżvilupp tal-innovazzjonijiet u l-attivitajiet relatati mas-sajd, li jistgħu jpattu għat-telf ta’ impjiegi li jirriżultaw minn bidliet li jridu jsiru minħabba r-riforma tal-PKS; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa programmi speċifiċi ddedikati għall-iżvilupp tat-turiżmu tas-sajd u oqsma oħrajn ta’ żvilupp ekonomiku marbuta mal-baħar u mal-attività tas-sajd;
Reġjonalizzazzjoni
48. Huwa tal-istess opinjoni espressa fil-proposta tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa ta’ adattament u miżuri speċifiċi, ibbażati fuq realtajiet differenti tal-industrija tas-sajd u tal-akwakultura Ewropea, u speċjalment fil-każ taż-żoni kostali u r-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni. jappoġġja l-idea li r-reġjonalizzazzjoni tiġi stabbilita bħala wieħed mill-istrumenti prinċipali ta’ din il-forma ta' governanza ġdida, sabiex ikun hemm rispons adegwat għall-ħtiġijiet ta’ kull baċin tal-baħar u tiġi inċentivata l-aderenza mar-regoli adottati fuq livell Ewropew.
49. Jemmen li r-riforma għandha tkun opportunità sabiex isiru passi sinifikanti lejn forma ġdida ta' kooperazzjoni bejn il-komunità xjentifika, l-industrija u l-imsieħba soċjali, sabiex jiġi implimentat il-proċess ta’ reġjonalizzazzjoni;
50. Jenfasizza l-importanza tas-settur tas-sajd fis-sitwazzjoni soċjoekonomika, tax-xogħol u l-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali fir-reġjuni l-aktar imbiegħda (ORs), żoni li huma karatterizzati minn ekonomiji b’restrizzjonijiet strutturali permanenti u ftit opportunitajiet għal diversifikazzjoni ekonomika;
51. Jemmen li, safejn jikkonċerna r-reġjonalizzazzjoni, iridu jiġu stabbiliti regoli ċari u sempliċi fil-livell xieraq, biex b'hekk tiżdied il-konformità; jemmen bis-sħiħ ukoll li r-RACs, b'rappreżentazzjoni usa' u b'aktar responsabilitajiet, għandhom jinkoraġġixxu aktar id-djalogu u l-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati u jikkontribwixxu b'mod attiv għat-twaqqif ta' pjanijiet ta' ġestjoni multiannwali; ifakkar ir-rwol tal-koleġiżlaturi fl-adozzjoni ta’ dawn il-pjanijiet;
52. Jemmen, b'mod aktar ġenerali, li r-rwol tal-RACs għandu jiġi msaħħaħ f’termini ta’ rappreżentanza u setgħa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, biex tippreżenta proposta ġdida mmirata lejn it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, tas-sajd artiġjanali u dak fuq skala żgħira, biex tiġi assigurata reġjonalizzazzjoni ġenwina fil-PKS; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni biex twaqqaf Kunsill Konsultattiv tal-Baħar l-Iswed; jenfasizza wkoll li l-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM) mhijiex qafas adegwat għall-ġestjoni tal-Baħar l-Iswed, u għaldaqstant hemm bżonn ta’ Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO) ġdida; jistieden lill-Kummissjoni biex tintensifika d-djalogu mal-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed, b’mod partikolari fir-rigward tal-isfruttament u l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut; jitlob għall-ħolqien ta' Kunsill Konsultattiv għar-Reġjuni l-Aktar Imbiegħda; jemmen li, fuq il-gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-prinċipji tar-reġjonalizzazzjoni u s-sussidjarjetà, għandu jiġi kkunsidrat il-ħolqien ta’ Kunsill Konsultattiv Reġjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, li jqis in-natura sensittiva tal-karatteristiċi speċifiċi tagħhom; jenfasizza li l-RACs għandhom jagħtu parir lill-Parlament u l-Kunsill fl-adozzjoni tal-pjanijiet multiannwali, u jinvolvu lix-xjentisti fl-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tagħhom;
53. Jemmen li r-reġjonalizzazzjoni tal-PKS għandha tirrifletti l-iskala ġeografika tas-sajd li jkun qed jiġi ġestit, b’għanijiet u prinċipji adottati mill-koleġiżlaturi tal-UE u fejn id-dettalji tal-miżuri ta’ ġestjoni jiġu deċiżi f’livell reġjonali u kemm jista’ jkun possibbli lokalment, li jfisser li għal ċerti industriji tas-sajd dan isir f’ħafna Stati Membri waqt li għal oħrajn jista’ jsir f’parti ta’ Stat Membru wieħed; jirrikonoxxi li jista’ jkun meħtieġ li jinħolqu strutturi ġodda sabiex sistema bħal din tkun tista’ tiffunzjona;
54. Jemmen li hu importanti li jingħata valur akbar lil uħud mis-setturi tas-sajd Ewropew, pereżempju sajd kostali fuq skala żgħira, li f'xi żoni ġeografiċi, bħall-Baħar Mediterran, jgħin biex jikber il-ġid u jiżdiedu l-impjiegi;
55. Jinsab konvint ukoll li hija meħtieġa viżjoni iżjed olistika u integrata tal-ambjent marittimu, u li l-ippjanar tal-ispazju marittimu fuq livell lokali u reġjonali, li jinvolvi l-partijiet interessati kollha, huwa għodda meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ approċċ ġenwin ekosistemiku għall-ġestjoni;
56. Jinnota li l-ippjanar effettiv fuq livell reġjonali jew lokali jiffaċilita użu l-iżjed xieraq tar-riżorsi marittimi, b’kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet lokali, l-eżiġenzi tas-suq, l-użu ta’ kompetizzjoni, il-ħtieġa għal żoni protetti, id-deżinjazzjoni ta’ żoni speċifiċi fejn jitħalla jintuża biss ċertu tagħmir tas-sajd tal-aħjar prattika, eċċ;
57. Jenfasizza li riforma ambizzjuża u reali tal-PKS tista’ tiġi ffaċilitata jekk ikunu disponibbli mezzi finanzjarji suffiċjenti għall-għaxar snin li ġejjin, sabiex jiġu appoġġjati l-miżuri ta’ riforma kollha u jiġu indirizzati l-problemi soċjoekonomiċi u ambjentali li jistgħu jinqalgħu; jirrifjuta kwalunkwe sejħa mill-Istati Membri biex ifittxu jnaqqsu l-livell ta' fondi tal-UE allokati lis-sajd u l-akwakultura;
58. Jenfasizza, b’mod partikolari, l-importanza tas-sinerġiji bejn il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) għall-ippjanar fiż-żoni kostali; jemmen li l-istrateġiji makroreġjonali, il-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropej u tal-baċin tal-baħarhuma strumenti importanti għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji integrati għall-iżvilupp tat-territorji kostali tal-UE;
59. Jenfasizza l-ħtieġa għall-FES futur li joffri għotjiet għall-modernizzazzjoni ta’ flotot tas-sajd abbażi ta’ sikurezza, protezzjoni ambjentali u ekonomija tal-karburanti;
60. Jenfasizza li għandhom jiġu allokati fondi ġodda għal politiki, objettivi jew prijoritajiet ġodda b’impatt fuq l-ambjent marittimu; jirrifjuta li l-finanzjament ta’ dawn il-prijoritajiet, l-objettivi jew politiki ġodda (bħall-Politika Marittima Integrata) isir għad-detriment tal-fondi meħtieġa għall-politika tas-sajd;
61. Ifakkar fl-obbligu mniżżel fl-Artikolu 208 TFUE fejn l-UE trid tikkunsidra l-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li hi timplimenta u li jistgħu jaffettwaw il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluża l-PKS;
62. Jenfasizza li prodotti importati tas-sajd u l-akkwakultura għandhom ikunu soġġetti għall-istess standards ambjentali, sanitarji u soċjali bħall-produzzjoni domestika Ewropea, inkluża t-traċċabbiltà sħiħa “mill-baħar sal-mejda”, u huwa tal-fehma li pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw se jkollhom bżonn ta’ għajnuna finanzjarja u teknika sabiex jilħqu l-istess standards, u biex jiġġieldu b’mod effikaċi kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat;
63. Jenfasizza li kwalunkwe aċċess għar-riżorsi tas-sajd fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jeħtieġ jirrispetta mhux biss l-Artikolu 62 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) rigward eċċess fl-istokkijiet tal-ħut, iżda wkoll l-Artikoli 69 u 70 dwar id-drittijiet tal-pajjiżi fir-reġjun li jkunu mdawrin bl-art u ġeografikament żvantaġġati, speċjalment fir-rigward tal-ħtiġijiet nutrizzjonali u soċjoekonomiċi tal-popolazzjonijiet lokali;
64. Itenni l-kundizzjoni bażika tal-eċċess, kif stabilita f’UNCLOS, fl-aċċess għall-istokkijiet tal-ħut fl-ibħra ta’ pajjiżi terzi; jenfasizza l-importanza li l-eċċess jiġi stabbilit b’mod xieraq u xjentifiku; jenfasizza li l-PKS jeħtiġilha tipprovdi għal trasparenza u skambju tal-informazzjoni kollha rilevanti bejn il-pajjiżi tal-UE u l-pajjiżi sħab terzi dwar l-isforz totali tas-sajd għall-istokkijiet ikkonċernati minn vapuri nazzjonali, u, fejn rilevanti, barranin.
65. Itenni li l-futur tal-PKS jeħtieġlu jkun iggwidat minn prinċipji ta’ governanza tajba, li jinkludu t-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni, skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, u l-valutazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija Sostenibbli (SFAs);
66. Jenfasizza li l-UE għandha tippromwovi l-ġestjoni tar-riżorsi sostenibbli f’pajjiżi terzi u għalhekk jistieden lill-UE tintensifika l-azzjonijiet biex tiġġieled kontra attivitajiet tas-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat; jenfasizza li ftehimiet tas-sajd sostenibbli għandhom ikunu ffukati aktar fuq riċerka xjentifika u ġbir ta’ data, monitoraġġ, kontroll u sorveljanza; għal dan il-għan, l-UE għandha tidderieġi lejn il-pajjiżi terzi sħab appoġġ adegwat ta’ natura finanzjarja, teknika u ta’ riżorsi umani;
67. Itenni li l-PKS għandha tkun koerenti mal-politiki tal-iżvilupp u tal-ambjent, inkluż il-ħarsien ta’ ekosistemi marittimi; jitlob, għalhekk, li tittieħed azzjoni li ttejjeb u twessa’ l-għarfien xjentifiku, kif ukoll li tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali biex tiġi żgurata prestazzjoni mtejba;
68. Itenni li ċ-ċittadini kollha tal-UE, irrispettivament minn fejn joperaw, jeħtiġilhom josservaw ir-regoli u r-regolamenti tal-PKS, inklużi r-regolamenti ambjentali u soċjali tagħha;
o o o
69. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.