Indiċi 
Testi adottati
Il-Ġimgħa, 26 ta' Ottubru 2012 - Strasburgu
Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Emirati Għarab Magħquda
 Diskriminazzjoni kontra t-tfajliet fil-Pakistan, b'mod partikolari l-każ ta' Malala Yousafzai
 Is-sitwazzjoni fil-Kambodja
 Il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi tat-tikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċji ***
 L-istrumenti finanzjarji innovattivi fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss
 Ir-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2011
 Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, u revoka tad-Direttiva 2004/39/KE***I
 Swieq ta' strumenti finanzjarji u emenda tar-Regolament EMIR dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet ***I
 Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2012
 Ir-relazzjonijiet kummerċjali UE-Russja wara l-adeżjoni tar-Russja mad-WTO
 L-elezzjonijiet fil-Bjelorussja
 Elezzjonijiet f'Ġeorġja

Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Emirati Għarab Magħquda
PDF 286kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2012 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Emirati Għarab Magħquda (2012/2842(RSP))
P7_TA(2012)0400RC-B7-0476/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2011(1) dwar ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf,

–  wara li kkunsidra ż-żjara tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Għarbija fl-Emirati Għarab Magħquda mid-29 ta' April sat-3 ta' Mejju 2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 30 tal-Kostituzzjoni tal-Emirati Għarab Magħquda,

–  wara li kkunsidra l-Karta Għarbija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li l-Emirati Għarab Magħquda huma firmatarji tagħha,

–  wara li kkunsidra r-rapporti annwali tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija,

–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-2004, kif aġġornati fl-2008,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Ko-Presidenti fit-22 Kunsill Konġunt u Laqgħa Ministerjali UE-GCC f'Lussemburgu fil-25 ta' ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President / Rappreżentant Għoli (VP/HR) wara l-Kunsill Konġunt u l-Laqgħa Ministerjali UE-GCC tal-20 ta' April 2011 u l-kummenti tagħha wara t-22 Kunsill Konġunt u Laqgħa Ministerjali UE-GCC tal-25 ta' ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-25 ta' Frar 1989 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf,

–  wara li kkunsidra l-Programm ta' Azzjoni Konġunta (2010-2013) għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni UE-GCC tal-1989,

  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll għall-Prevenzjoni, Soppressjoni u Punizzjoni tat-Traffikar ta' Persuni, speċjalment ta' Nisa u Tfal (Protokoll ta' Palermo) u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-traffikar tal-bnedmin, speċjalment in-nisa u t-tfal, tat-12 ta' April 2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-gvern tal-Emirati Għarab Magħquda aċċelera r-ripressjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti tas-soċjetà ċivili fl-2012 u n-numru ta' priġunieri politiċi tela' għal 64;

B.  billi fil-biċċa l-kbira dawn jinsabu f'detenzjoni incommunicado, billi jeżistu allegazzjoniijet ta' tortura u billi qed tinċaħdilhom l-għajnuna ġuridika;

C.  billi l-priġunieri jinkludu l-Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Emirati Għarab Magħquda, Mansoor al-Ahmadi, imħallef fil-kariga, Mohamed al-Abdouly, żewġ ex imħallfin, Khamis al-Zyoudiand u Ahmed al-Za’abi, u żewġ avukati prominenti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, Mohamed al-Mansoori – ex president tal-Assoċjazzjoni tal-Ġuristi – u Mohamed al-Roken;

D.  billi impjegati tal-avukat mill-Emirati Għarab Magħquda li qed joffri għajnuna ġuridika lill-priġunieri allegatament kienu soġġetti għal kampanja sistematika ta' fastidju u intimidazzjoni, inkluża d-deportazzjoni ta' tliet impjegati mhux mill-Emirati Għarab Magħquda għal raġunijiet ta' sigurtà nazzjonali; billi l-avukati li vvjaġġaw lejn l-Emirati Għarab Magħquda biex joffru għajnuna ġuridika lill-priġunieri kienu wkoll soġġetti għal fastidju;

E.  billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti fil-qasam tad-demokrazija kienu soġġetti għal fastidju, projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar, restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' espressjoni u l-libertà ta' għaqda, detenzjoni arbitrarja, ir-revoka taċ-ċittadinanza, deportazzjoni u priġunerija illegali;

F.  billi l-awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda saħqu li r-ripressjoni tagħhom hija reazzjoni għal pjan Islamista ta' ispirazzjoni barranija li l-għan tiegħu hu li jwaqqa' l-gvern; billi l-priġunieri kollha għandhom konnessjonijiet mal-grupp paċifiku Islamista al-Islah, li ilu jopera fl-Emirati Għarab Magħquda sa mill-1974; billi l-provi juru li s-sigurtà nazzjonali hija skuża għal ripressjoni fuq l-attiviżmu paċifiku bil-għan li toħnoq is-sejħiet għal riforma kostituzzjonali u għal riforma fi kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem bħall-apolidija;

G.  billi difensur prominenti tad-drittijiet tal-bniedem u blogger, Ahmed Monsour, ġie attakkat darbtejn f'dawn l-aħħar ġimgħat u sofra intimidazzjoni u theddid kostanti; billi għadda seba' xhur il-ħabs fl-2011 qabel ma nstab ħati f'Novembru talli insulta uffiċjali għoljin tal-pajjiż; billi l-awtoritajiet żammewlu l-passaport u ħarġulu projbizzjoni arbitarja fuq l-ivvjaġġar;

H.  billi, flimkien ma' attivisti oħrajn, Mansoor ġie akkużat li insulta lil personalitajiet politiċi fil-pajjiż wara li organizza u ffirma petizzjoni li tappella għal parteċipazzjoni politika akbar permezz ta' parlament elett b'setgħat leġiżlattivi u regolatorji sħaħ;

I.  billi fil-15 ta' Lulju 2012, fid-dikjarazzjoni tiegħu, il-prosekutur pubbliku ħabbar li l-grupp ta' opponenti politiċi detenuti kien se jiġi investigat għall-ippjanar ta' 'reati kontra s-sigurtà tal-Istat', 'oppożizzjoni kontra l-kostituzzjoni u s-sistema governattiva tal-Emirati Għarab Magħquda' u konnessjonijiet ma 'organizzazzjonijiet u aġendi barranin';

J.  billi filwaqt li fl-Emirati Għarab Magħquda l-libertà tal-kelma u l-libertà tal-istampa huma protetti fil-livell kostituzzjonali, il-kodiċi penali tal-pajjiż tħalli lill-awtoritajiet iħarrku lin-nies għal diskors li jikkritika lill-gvern; billi tal-anqas forum ta' diskussjoni online wieħed safa magħluq u l-aċċess mill-Emirati Għarab Magħquda għal diversi siti politiċi tal-internet ġie mblukkat;

K.  billi organizzazzjonijiet mhux governattivi prominenti ta' fama internazzjonali li jippromwovu d-demokrazija fir-reġjun sfaw magħluqa fl-2012 mill-awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda, b'mod partikolari l-uffiċċju ta' Dubai tal-Istitut Demokratiku Nazzjonali u l-uffiċju ta' Abu Dhabi tal-Konrad-Adenauer-Stiftung, think tank Ġermaniża favur id-demokrazija;

L.  billi, skont ir-rapport tar-Rapporteur Speċjali dwar it-traffikar tal-bnedmin, it-traffikar ta' persuni għal finijiet ta' sfruttament fil-qasam tax-xogħol għadu mifrux fl-Emirati Għarab Magħquda u l-vittmi ta' tali traffikar jibqgħu ma jiġux identifikati;

M.  billi l-gvern ftit kiseb progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kumitat CEDAW fil-bidu tal-2010;

N.  billi għadhom jiġu imposti sentenzi tal-mewt fl-Emirati Għarab Magħquda;

1.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-attakki, ir-ripressjoni u l-intimidazzjoni kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti politiċi u l-atturi tas-soċjetà ċivili fl-Emirati Għarab Magħquda li jeżerċitaw paċifikament id-drittijiet bażiċi tagħhom għal-libertà ta' espressjoni, opinjoni u għaqda; jistieden lill-awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda biex iwaqqfu r-ripressjonijiet minnufih;

2.  Jappella għar-rilaxx bla kundizzjoni tal-priġunieri tal-kuxjenza u l-attivisti kollha, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u jistieden lill-awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda biex jiżguraw li l-priġunieri meqjusa li kisru l-liġi jittellgħu l-qorti, jiġu akkużati b'reat u jingħataw l-għajnuna ġuridika tal-għażla tagħhom;

3.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda biex iwettqu investigazzjonijiet bir-reqqa u imparzjali dwar l-attakki u t-theddid pubbliku mwettqa kontra Ahmed Mansoor u l-każijiet l-oħra kollha ta' fastidju u attakki;

4.  Jappella għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inklużi l-libertà ta' espressjoni, kemm online kif ukoll offline, il-libertà ta' għaqda, id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, u d-dritt għal proċess ġust;

5.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-adeżjoni tal-Emirati Għarab Magħquda fid-19 ta' Lulju 2012 mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda jaffermaw l-impenn tagħhom favur l-obbligi li assumew billi jwettqu investigazzjonijiet bir-reqqa, imparzjali u indipendenti dwar l-allegazzjonijiet ta' tortura kif ukoll dwar allegazzjonijiet ta' għajbien imġiegħel ta' ċerti individwi;

6.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda biex jaffermaw l-intenzjoni tagħhom 'li jżommu l-ogħla standards fil-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem' f'konformità mal-applikazzjoni tagħhom biex isiru membri tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-2013 u l-2015 billi jirratifikaw il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESR) u l-protokolli opzjonali tagħhom u billi joħorġu stedina permanenti lir-rappreżentanti kollha tan-Nazzjonijiet Uniti li għandhom mandat għall-proċeduri speċjali sabiex iżuru l-pajjiż tagħhom;

7.  Jikkundanna l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt fi kwalunkwe ċirkostanza;

8.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-pakkett il-ġdid tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej, inkluż ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, biex jieħdu azzjoni konkreta, flimkien mas-27 Stat Membru, sabiex jiżguraw politika tal-UE li tafferma b'mod ċar il-prinċipji tagħha fir-rigward tal-Emirati Għarab Magħquda billi tindirizza l-każijiet attwali ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, permezz ta' miżuri diplomatiċi, dikjarazzjonijiet pubbliċi u inizjattivi fil-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

9.  Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni u lill-istituzzjonijiet Ewropej biex iqiegħdu d-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tar-relazzjonijiet tagħhom mal-pajjiżi terzi kollha, inklużi s-sħab strateġiċi, b'enfasi speċjali fuq il-Laqgħa Ministerjali UE-GCC li jmiss;

10.  Jemmen li huwa essenzjali li jitkomplew l-isforzi biex tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-UE u r-reġjun tal-Golf u biex jiġu promossi fehim u fiduċja reċiproċi; iqis li l-laqgħat interparlamentari regolari bejn il-Parlament u sħabu fir-reġjun huma forum importanti għall-iżvilupp ta' djalogu kostruttiv u sinċier dwar kwistjonijiet ta' tħassib komuni;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u l-Parlament tal-Emirati Għarab Magħquda, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf.

(1) ĠU C 247 E, 17.8.2012, p. 1.


Diskriminazzjoni kontra t-tfajliet fil-Pakistan, b'mod partikolari l-każ ta' Malala Yousafzai
PDF 234kWORD 68k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2012 dwar id-diskriminazzjoni kontra t-tfajliet fil-Pakistan, b'mod partikolari l-każ ta' Malala Yousafzai (2012/2843(RSP))
P7_TA(2012)0401RC-B7-0477/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa fl-Afganistan u fil-Pakistan(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-Pakistan, b’mod partikolari dawk tal-20 ta' Jannar 2011(2) u tal-20 ta' Mejju 2010(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni, inklużi l-implikazzjonijiet għall-politika strateġika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' Ottubru 2012 tal-kelliem tar-Rappreżentant Għoli dwar l-isparaturi fuq difensur żagħżugħ tad-drittijiet tal-bniedem fil-Pakistan,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' Ottubru 2012 tad-Direttur Eżekuttiv ta' UN Women li tikkundanna l-attakk fuq Malala Yousafzai,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-intolleranza, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza abbażi tar-reliġjon jew tat-twemmin, adottati fil-21 ta' Frar 2011,

–  wara li kkunsidra l-pjan ta' impenn fuq ħames snin bejn l-UE u l-Pakistan ta' Marzu 2012, li jinkludi prijoritajiet bħall-governanza tajba, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-għoti tas-setgħa lin-nisa u d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pakistan tal-25 ta' Ġunju 2012, li jtennu l-aspettattivi tal-UE rigward il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u r-rispett ta' dawn id-drittijiet,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Post speċjali għat-tfal fl-azzjoni esterna tal-UE” (COM(2008)0055),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 (UDHR),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tat-18 ta' Diċembru 1979 u d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa tal-20 ta' Diċembru 1993,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 1325 (2000) u 1820 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, u r-riżoluzzjoni 1888 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-vjolenza sesswali kontra n-nisa u t-tfal f'sitwazzjonijiet ta' kunflitti armati, li jenfasizzaw ir-responsabbiltà tal-istati kollha biex itemmu l-impunità u biex iħarrku lil dawk responsabbli għal delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra, fosthom dawk relatati ma' vjolenza sesswali u vjolenza oħra kontra n-nisa u t-tfajliet,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fid-9 ta' Ottubru 2012 Malala Yousafzai, tifla ta' 14-il sena mill-Wied ta' Swat, ġiet identifikata fuq ix-xarabank tal-iskola fi triqitha lejn id-dar, sparawlha f'rasha u f'għonqha u ndarbet serjament, waqt li żewġ tfajliet oħra wkoll sofrew ġrieħi waqt l-attakk;

B.  billi Malala Yousafzai kienet saret simbolu nazzjonali ta' reżistenza kontra l-isforzi tat-Talibani li jċaħħdu lit-tfajliet minn edukazzjoni permezz ta' blogs li kitbet sa mill-età ta' 11-il sena, filwaqt li f'Diċembru 2011 ingħatat il-Premju Nazzjonali taż-Żgħażagħ għall-Paċi, li issa sar jismu l-Premju Nazzjonali Malala għall-Paċi ad unur tagħha;

C.  billi l-moviment Tehreek-e-Taliban Pakistan (TTP) assuma r-responsabbiltà għall-attakk u ħareġ stqarrija wara l-attakki, li fiha ddikjara li kien obbligatorju li tinqatel kwalunkwe persuna li bl-azzjonijiet tagħha twassal għal kampanja kontra l-liġi Iżlamika u li fiha ħabbar li l-moviment jerġa' jipprova joqtol lil Yousafzai jekk tirkupra mill-ġrieħi li għandha;

D.  billi fil-Pakistan u f'ħafna pajjiżi Musulmani oħra saru dimostrazzjonijiet b'ammirazzjoni ta' u b'solidarjetà ma' Malala Yousafzai u b'kundanna tal-attakk brutali mit-Talibani;

E.  billi l-forzi tas-sigurtà rreaġixxew billi arrestaw lil ħafna persuni suspettati bir-reat, u billi l-Parlament tal-Pakistan iddibatta mozzjoni li tikkundanna l-attakk, iżda l-partit ewlieni tal-oppożizzjoni, il-Pakistan Muslim League-N, ma appoġġahiex;

F.  billi l-attakk fuq Malala Yousafzai kien preċedut fit-12-il xahar li għaddew mill-qtil ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem Farida Afridi u Zarteef Afridi, allegatament għall-ħidma tagħhom favur il-benessri u l-edukazzjoni tan-nisa;

G.  billi fix-xhur reċenti l-Pakistan kompla jesperjenza attakki minn gruppi armati li jużaw tattiċi terroristiċi u li huma influwenzati mit-Talibani jew Al-Qaid u/jew huma assoċjati magħhom, inkluż it-TTP, u dawk l-attakki spiss kellhom fil-mira siti tal-gvern, skejjel u ċivili, inklużi t-tfal, fil-provinċja ta' Khyber-Pakhtunkhwa, fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment (FATA) u fiċ-ċentri urbani;

H.  billi, fl-2011, ġew rappurtati 11 -il inċident ta' tfal li ntużaw minn gruppi armati biex iwettqu attakki suwiċidi, it-tfal baqgħu jkunu vittmi ta' attakki indiskriminati, anke permezz ta' apparat esplożiv improvviżat u ta' attentati suwiċidi, inqatlu total ta' 57 tifel u tifal matul il-perjodu rappurtat minħabba mini tal-art, fdalijiet esplożivi tal-gwerra u apparat esplożiv improvviżat, splużjonijiet ta' bombi, bombardamenti u attakki mmirati u, fit-13 ta' Settembru 2011, it-TTP allegatament attakka xarabank tal-iskola fil-provinċja ta' Khyber-Pakhtunkhwa, u qatel erbat itfal;

I.  billi, skont ċifri tal-Gvern, fl-2012, 246 skola (59 skola tal-bniet, 187 skola tas-subien) inqerdu u 763 ġarrbu ħsarat (244 skola tal-bniet, 519-il skola tas-subien) fil-provinċja ta' Kyhber-Pakhtunkhwa b'riżultat tal-kunflitt mat-Talibani, u dan ċaħħad lil eluf ta' tfal mill-aċċess għall-edukazzjoni;

J.  billi, mill-2009 sal-lum, l-iskejjel tal-bniet baqgħu jkunu fil-mira diretta ta' gruppi armati f'attakki bil-bombi u b'apparat esplożiv improvviżat, u dan wassal għal 152 każ ta' qerda parzjali jew totali ta' faċilitajiet tal-iskejjel fil-FATA u fil-provinċja ta' Khyber-Pakhtunkhwa fl-2011; billi ġie rrappurtat li l-attakki kienu maħsuba biex jivvendikaw operazzjonijiet militari fir-reġjun u bħala oppożizzjoni għall-edukazzjoni sekulari u tat-tfajliet; billi l-attakk l-aktar reċenti fuq skola tal-bniet seħħ fil-25 ta' Settembru 2012 fid-distrett ta' Charsadda;

K.  billi s-sitwazzjoni għadha estremament serja għal ħafna nisa u tfajliet fil-Pakistan, u billi l-Pakistan huwa klassifikat bħala t-tielet l-aktar post perikoluż fid-dinja għan-nisa mill-Global Gender Gap Index;

L.  billi l-Education For All (EFA) Global Monitoring Report tal-Unesco tas-16 ta' Ottubru 2012 żvela li l-Pakistan naqqas l-ammont li jonfoq fuq l-edukazzjoni għal anqas minn 2,3 % tal-Prodott Nazzjonali Gross (PNG), minkejja li għandu t-tieni l-akbar numru ta' tfajliet li ma jmorrux skola fid-dinja;

M.  billi t-tfajliet spiss għadhom ikunu vittmi ta' vjolenza domestika, traffikar u żwiġijiet sfurzati jew jintużaw bħala mezz ta' skambju fis-soluzzjoni tat-tilwim;

N.  billi, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-awturi ta' vjolenza kontra n-nisa u t-tfajliet jibqgħu ma jitħarrkux;

O.  billi, għalkemm hemm għadd ta' liġijiet diskriminatorji kontra n-nisa fil-Pakistan, fl-2011 u fl-2012 il-Gvern tal-Pakistan daħħal leġiżlazzjoni ġdida biex tittratta d-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra n-nisa b'mod iktar effikaċi, inklużi liġijiet kontra ż-żwieġ sfurzat, il-fastidju tan-nisa fil-post tax-xogħol u fid-dar, u attakki bl-aċidu; billi dawn il-liġijiet għadhom iridu jiġu implimentati u infurzati;

P.  billi ż-żieda fil-kontroll eżerċitat mit-Talibani f'ċerti territorji qed ikollha konsegwenzi negattivi għan-nisa u t-tfajliet, billi qed jiġu mxekkla milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom;

Q.  billi, fil-pjan ta' impenn tagħha fuq ħames snin ta' Marzu 2012, l-UE affermat mill-ġdid l-impenn tagħha favur il-bini ta' sħubija b'saħħitha fit-tul ibbażata fuq l-interessi reċiproċi u l-valuri kondiviżi mal-Pakistan, l-appoġġ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u tal-gvern ċivili tal-Pakistan, kif ukoll tas-soċjetà ċivili;

R.  billi, filwaqt li l-UE lesta tkompli bil-kooperazzjoni, tistenna mill-Pakistan li jirrispetta l-impenji internazzjonali tiegħu, b'mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa;

S.  billi fil-5 ta' Ġunju 2012 l-UE u l-Pakistan ħabbru li qed jitwaqqaf Kumitat ta' Tmexxija għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu bl-għan ta' kooperazzjoni akbar fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;

T.  billi l-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-promozzjoni tad-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili huma prinċipji u objettivi fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jikkostitwixxu bażi komuni għar-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi; billi l-għajnuna tal-UE għall-kummerċ u l-iżvilupp tiddependi mir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-minoranzi;

1.  Jikkundanna bil-qawwa l-attakk vjolenti fuq Malala Yousafzai u l-ġrieħi serji li ġarrbu tnejn minn sħabha, filwaqt li jinnota li l-attakk jikkostitwixxi ksur serju tad-Drittijiet tat-Tfal, kif ukoll attakk kemm fuq il-valuri bażiċi tal-bniedem kif ukoll fuq id-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem fil-Pakistan;

2.  Jesprimi l-ammirazzjoni u r-rikonoxximent tiegħu tal-kuraġġ u d-determinazzjoni li bihom Malala Yousafzai, sa minn età żgħira ħafna, impenjat ruħha fit-taqbida favur id-dritt tat-tfajliet li jingħataw edukazzjoni u saret eżempju għal ħafna tfajliet tal-età tagħha; jilqa' l-azzjoni medika rapida li ttieħdet minn tobba militari Pakistani u minn tobba fir-Renju Unit u jittama ferm li tkun tista' tirkupra għalkollox mill-grieħi serji li għandha;

3.  Jilqa' l-kundanna ġenerali tal-attakk minn taqsimiet kbar tas-soċjetà Pakistana, studjużi Iżlamiċi u l-biċċa l-kbira tal-partiti politiċi ewlenin; jistieden lill-partiti politiċi kollha jikkundannaw b'mod ċar lit-TTP bħala dawk li assumew ir-responsabbiltà għall-attakk;

4.  Jesprimi l-appoġġ tiegħu għal dawk il-familji Pakistani kollha li jinkuraġġixxu l-edukazzjoni tal-bniet tagħhom;

5.  Jistieden lill-Gvern tal-Pakistan jiżgura s-sikurezza ta' Malala Yousafzai u tal-familja tagħha u li jtella' l-qorti lil dawk responsabbli għall-attakk; jistieden lill-Gvern tal-Pakistan jiżgura s-sikurezza ta' attivisti oħra tad-drittijiet tal-bniedem – partikolarment in-nisa u t-tfajliet li jsiru attivi fis-soċjetà u fil-politika – li rċevew theddid mit-Talibani u minn gruppi estremisti oħra; jesprimi l-inkwiet tiegħu dwar it-theddid rappurtat li rċeviet Hinna, ta' sbatax is-sena, u l-familja tagħha

6.  Huwa preokkupat ferm dwar is-sitwazzjoni tan-nisa u t-tfajliet u dwar ir-rapporti ripetuti ta' ksur tad-drittijiet tan-nisa u t-tfal fil-Pakistan, inklużi rapporti ta' tfal li jintużaw minn gruppi armati biex iwettqu attakki suwiċidi; jenfasizza li trid tingħata b'urġenza aktar attenzjoni internazzjonali lis-sitwazzjoni tan-nisa u tat-tfajliet fil-Pakistan;

7.  Huwa inkweatat ferm dwar ix-xejra li sejra għall-agħar ta' estremiżmu vjolenti, li jikkostitwixxi theddida serja għan-nisa u t-tfajliet, u dwar l-użu ta' intimidazzjoni u vjolenza, li diġà wassal biex jittajru skejjel tal-bniet u għas-swat bi frosta ta' nisa f'partijiet mill-FATA u mill-provinċja ta' Khyber Pakhtunkhwa;

8.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Pakistani jħarrku lil dawk il-gruppi u l-individwi li jinċitaw għall-vjolenza, b'mod partikolari dawk li talbu li jinqatlu individwi u gruppi li ma jaqblux magħhom;

9.  Jitlob b'insistenza li l-Gvern Pakistani jagħmel ferm iżjed biex jiġu rintraċċati l-mijiet, jekk mhux l-eluf, ta' vittmi ta' għajbien sfurzat fil-Pakistan, inklużi t-tfal, li wħud minnhom huma tfajliet ta' saħansitra disa' u għaxar snin; jitlob li r-riżultati ta' investigazzjonijiet interni tal-Gvern dwar il-kobor ta' din il-problema jiġu ppubblikati;

10.  Jilqa' l-politika dwar il-protezzjoni tat-tfal fil-FATA, imnedija fl-10 ta' Jannar 2012, li l-għan tagħha huwa li jiġi implimentat pjan għal servizzi ta' protezzjoni u unitajiet ta' protezzjoni tat-tfal fl-aġenziji kollha tal-FATA;

11.  Jilqa' l-fatt li l-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal tal-2010, kif diġà huwa fis-seħħ fil-provinċja ta' Khyber-Pakhtunkhwa, issa se jiġi estiż għaż-Żoni Tribali Amministrati Provinċjalment (PATA), inkluż ir-reġjun ta' Swt, b'effett immedjat; jittama li l-applikazzjoni effettiva ta' dan l-att jgħin biex il-PATA jerġa' lura għal sitwazzjoni ta' legalità;

12.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Pakistan juża l-momentum attwali biex itejjeb realment id-drittijiet tan-nisa u t-tfajliet, filwaqt li jirrieżamina u jirriforma partijiet mill-Ordinanzi Hudood u l-Liġi tal-Evidenza, l-Att dwar il-Limitazzjonijiet għaż-Żwieġ tat-Tfal u liġijiet oħra li jiksru l-istatus u d-drittijiet tan-nisa billi jagħtuhom stat ta' inferjorità skont il-liġi;

13.  Jilqa' l-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni ġdida mill-Gvern tal-Pakistan fl-2011 u fl-2012 sabiex jittratta d-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra n-nisa b'mod iktar effikaċi, u jistieden lill-Gvern jiżgura li l-implimentazzjoni u l-infurzar attwali ta' dawn il-liġijiet ġodda;

14.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Pakistan jaħdem aktar mill-qrib man-NU u l-UE sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, b'mod partikolari l-Għan 2 li jiddikjara li “sal-2015 it-tfal, il-bniet u s-subien kollha, ikunu jistgħu jikkompletaw kors sħiħ ta' edukazzjoni primarja”; jistieden lill-Gvern Pakistani jagħti prijorità liż-żieda tal-għadd ta' tfajliet li jingħataw edukazzjoni skolastika u jiggarantixxi s-sikurezza tagħhom waqt li jkunu l-iskola;

15.  Jistieden lill-Gvern tal-Pakistan iżid il-finanzjament għall-iskejjel pubbliċi u jieħu miżuri effikaċi biex jimponi kurrikulu standard mandatorju ta' edukazzjoni bażika u reġim ta' spezzjoni fil-“madrassas” kollha ta' proprjetà pubblika jew privata, li spiss ikunu l-uniku sors ta' edukazzjoni, speċjalment fiż-żoni rurali;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, flimkien mal-Gvern tal-Pakistan, programmi ta' edukazzjoni bl-għan li jittejbu l-litteriżmu u l-edukazzjoni tan-nisa fil-Pakistan bħala parti mill-politika tagħha ta' għajnuna għall-iżvilupp;

17.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, kif ukoll lill-komunità internazzjonali, iżidu b'mod sinifikanti l-fondi maħsuba għall-isforzi biex in-nisa u t-tfajliet jiġu protetti mill-istupru, mill-abbuż u mill-vjolenza domestika u biex jappoġġaw miżuri biex il-movimenti tas-soċjetà ċivili jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni tan-nisa u t-tfajliet;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq il-wegħda tagħha lit-tfal fil-Komunikazzjoni tagħha “Post Speċjali għat-Tfal fl-Azzjoni Esterna tal-UE” u tiżgura li l-UE tagħmel kulma tista' biex tippromwovi u tissalvagwardja d-drittijiet tat-tfal;

19.  Jinsisti li d-drittijiet tan-nisa u t-tfal jiġu indirizzati b'mod espliċitu fid-djalogi kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem, u b'mod partikolari l-kwistjoni tal-ġlieda kontra u l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' diskriminazzjoni u vjolenza kontra n-nisa u t-tfajliet, b'mod partikolari ż-żwieġ sfurzat, il-vjolenza domestika u l-femminiċidju, u bl-istess mod jinsisti li għandha tiġi miċħuda l-invokazzjoni ta' kwalunkwe konswetudini, tradizzjoni jew kunsiderazzjoni reliġjuża ta' kwalunkwe tip biex wieħed ma jaqdix id-dmir li jelimina din il-brutalità; jemmen li l-prevenzjoni tal-prattika taż-żwieġ tat-tfal hjia vitali biex ikun żgurat li d-drittijiet fundamentali tat-tfajliet adolexxenti fil-Pakistan jiġu rispettati;

20.  Jistieden lill-istituzzjonijiet kompetenti tal-UE biex ikomplu jenfasizzaw il-kwistjoni tat-tolleranza reliġjuża fis-soċjetà fid-djalogu politiku tagħhom mal-Pakistan, billi din il-kwistjoni hija ta' importanza kbira fil-ġlieda fit-tul kontra l-estremiżmu Iżlamiku;

21.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kompetenti tal-UE biex jinsistu li l-Gvern tal-Pakistan jirrispetta l-klawsola rigward id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem minquxa fil-ftehim ta' kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan; itenni l-istedina tiegħu lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem b'mod partikolari biex jirrapportaw regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' kooperazzjoni u l-klawsola dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-eżerċizzju tad-drittijiet tan-nisa u t-tfal;

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Pakistan.

(1) Testi adottati, P7_TA(2011)0591.
(2) ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 90.
(3) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 147.
(4) Testi adottati, P7_TA(2012)0126.


Is-sitwazzjoni fil-Kambodja
PDF 216kWORD 50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2012 dwar is-sitwazzjoni fil-Kambodja (2012/2844(RSP)
P7_TA(2012)0402RC-B7-0478/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tas-16 ta' Lulju u l-24 ta' Settembru 2012 mir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja,

–  wara li kkunsidra l-21 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet tal-24 ta' Settembru 2012,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-Kelliem tar-Rappreżentant Għoli tal-UE Catherine Ashton tal-1 ta' Ottubru 2012 dwar il-kundanna mogħtija lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE dwar l-Elezzjonijiet tal-Assemblea Nazzjonali tas-27 ta' Lulju 2008 fil-Kambodja,

–  wara li kkunsidra l-ittra komuni tal-1 ta' Ottubru 2012 mill-għaxar NGOs lill-Kummissarju għall-Kummerċ tal-UE de Gucht,

–  wara li kkunsidra l-iskema ta' kummerċ tal-UE 'kollox minbarra armi' (EBA), li tippermetti lill-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs), inklużi l-Kambodja, aċċess mingħajr xkiel għall-esportazzjonijiet kollha tagħhom, minbarra armi, lejn l-UE,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li l-Kambodja hija firmatarju tagħhom,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU tal-1998 dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Koperazzjoni konkluż fl-1997 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Kambodja(1), b'mod partikolari l-Artikolu 1 (ir-rispett għad-Drittijiet tal-Bniedem), l-Artikolu 19 (il-ksur tal-ftehim) u l-Anness I rigward l-Artikolu 19 (sospensjoni tal-ftehim jekk parti minnhom tikser l-Artikolu 1).,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU waqt is-62 sessjoni tagħha fit-13 ta’ Settembru 2007,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu preċedenti dwar il-Kambodja, b'mod partikulari dik tal-21 ta' Ottubru 2010(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-aħħar rapport mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja jirrikonoxxi li wara għoxrin sena ta' konflitt, u mill-Ftehim ta' Paċi ta' Pariġi fl-1991, il-Kambodja għamlet progress fis-tisħiħ tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

B.  billi erba' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem akkużati b'reati kontra l-istat - Mom Sonando, Kap tal-Assoċjazzjoni tad-Demokratiċi tal-Kambodja u Direttur tar-Radju Beehive, u l-kodifensuri tiegħu, Phorn Sreoun, Touch Ream u Kann Sovann − kienu kkundannati mill-Qorti Muniċipali ta' Phnom Penjh fl-1 ta' Ottubru 2012;

C.  billi l-forzi tas-sigurtà komplew jużaw forza eċċessiva kontra d-dimostranti; billi fis-26 ta' April 2012 Chut Wutty, promotur ewlieni tal-ambjent li investiga esplojtazzjoni illegali tal-foresti (logging), ġie ffuċillat mill-pulizija; billi fit-22 ta' Mejju 2012 tlettax-il mara attivisti miż-żona Boeung Kak kienu arrestati b'mod arbitrarju u kkundannati għal perjodi twal ta' ħabs għaliex għamlu protesta paċifika fuq sit ta' żvilupp li jaffettwa l-komunità; billi dawn ġew illiberati wara pressjoni internazzjonali għalkemm il-kundanna tagħhom baqgħet; billi fis-16 ta' Mejju 2012, tifla ta' erbatax-il sena, Heng Chantha, kienet fuċillata mill-forzi tas-sigurtà u ma saret l-ebda investigazzjoni dwar il-qtil tagħha;

D.  billi minħabba l-politika dwar il-Konċessjoni Ekonomika tal-Art tal-Gvern (ELC), f'dawn l-aħħar għaxar snin mill-inqas 400 000 persuna ġew spustati u tteħditilhom arthom, darhom u l-mezz ta' għajxien tagħhom mill-awtoritajiet u minn negozji, u dan wassal għal ġlied vjolenti mal-komunitajiet u kompla affettwa ħażin is-sitwazzjoni tal-faqar;

E.  billi sa minn Awwissu 2012 il-Gvern tal-Kambodja ta għall-inqas 2 157 744 ettari ta' konċessjonijiet ekonomiċi ta' art lil aktar minn 200 kumpanija, ħafna drabi bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar l-Art tal-2001 u ma tax każ ta' salvagwardji bħall-obbligi li ma jingħatawx konċessjonijiet f'żoni protetti, jagħmel valutazzjonijiet tal-impatt soċjali u jakkwista l-approvazzjoni libera, minn qabel u infurmata tal-komunitajiet indiġeni;

F.  billi l-Prim Ministru, Hun Sen, f'Mejju 2012, ħareġ direttiva li tistabbilixxi moratorium dwar konċessjonijiet ekonomiċi ġodda tal-art u li tistipula reviżjoni tal-konċessjonijiet eżistenti; billi minkejja d-direttiva għall-inqas ingħataw 12-il konċessjoni, minħabba lakuna fid-direttiva li tippermetti l-konklużjoni ta' konċessjonijiet ta' art ġodda li diġà jinstabu fi stadu avanzat ta' negozjati jew li diġà hemm ftehim fil-prinċipju; billi effettivament ma kienx hemm reviżjoni tal-konċessjonijiet tal-art eżistenti u l-ebda waħda minn dawk problematiċi ma ġiet ikkanċellata;

G.  billi skont ir-riżultati ewlenin tar-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU, jeżitu lakuni prinċipali fl-amministrazzjoni tal-elezzjonijet fil-Kambodja u hemm ħtieġa ta' riformi urġenti biex il-poplu tal-Kambodja jikseb fiduċja fil-proċess elettorali hekk kif il-pajjiż riesaq lejn l-elezzjonijiet ġenerali tiegħu f'Lulju 2013;

H.  billi wara l-aħħar elezzjonijiet nazzjonali fil-Kambodja, il-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE kkonkludiet li l-elezzjonijiet ma laħqux l-istandards ta' elezzjonijiet demokratiċi u sejħet lill-Gvern tal-Kambodja biex iwettaq numru ta' riformi elettorali fundamentali;

I.  billi l-UE hija l-akbar donatur ta' għajnuna lill-Kambodja;

1.  Jikkundanna s-sentenzi kollha politikament motivati u l-kundanni kontra l-kritiċi politiċi, il-politiċi tal-oppożizzjoni parlamentari, l-aktar ta' Sam Rainsy, difensur tad-drittijiet tal-bniedem u attivist tal-art, u jiddeplora l-imwiet ta' Chut Wutty u Heng Chantha, it-tnejn maqtula waqt li kienu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal protesta paċifika;

2.  Jitlob sabiex jinħelsu immedjatament u mingħajr kundizzjoni Mom Sonando u kritiċi oħra tal-gvern u attivisti tad-drittijiet tal-art li qed jinżammu arrestati biss għal raġunijiet politiċi;

3.  Jenfasizza li dawk kollha responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu identifikati u miżmuma responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom;

4.  Jenfasizza l-importanza tal-konklużjoni tar-Rapporteur Speċjali tan-NU li turi li jeħtieġ jiġu indirizzati u li jinstab rimedju għal diversi każi ta' ksur serju u mifrux tad-drittijiet tal-bniedem;

5.  Iħeġġeġ lill-Gvern Kambodjan biex iwaqqaf it-tkeċċijiet furzati, jirrevedi d-direttiva ta' Mejju 2012 u jintroduċi u jsaħħaħ moratorium dwar it-tkeċċijiet fil-Kambodja sakemm jitwaqqfu qafas legali trasparenti u responsabbli u politiki relevanti li jiżguraw li l-konċessjonijiet ekonomiċi futuri tal-art jingħataw bi qbil mal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u li jiżguraw li dawk kollha mkeċċija jingħatalhom kumpens garantit u akkomodazzjoni alternattiva xierqa;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga ż-żieda fl-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja bħala riżultat ta' konċessjonijiet ekonomiċi tal-art li ingħataw għall-iżvilupp agroindustrijali marbut mal-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli lejn l-Unjoni Ewropea, u sabiex temporanjament tissospendi l-preferenzi EBA dwar prodotti agrikoli mill-Kambodja f'każijiet fejn abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jiġu identifikati; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Prim Ministru tal-Kambodja biex iwaqqaf il-konċessjoni ekonomiċi tal-art il-ġodda u l-wiegħda tiegħu li jirrevedi l-konċessjonijiet eżistenti;

7.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Kambodja, lill-Kumitat dwar l-Elezzjoni Nazzjonali u lill-kumitat dwar l-elezzjoni provinċjali biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet reċenti tan-NU dwar ir-riforma tas-sistema elettorali biex jiżguraw li din tikkonforma mal-istandards internazzjonali qabel, matul u waqt it-tfigħ tal-voti; jistieden lill-Kummissjoni biex timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tan-NU mill-awtoritajiet tal-Kambodja;

8.  Jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni ta' Sam Rainsy, il-mexxej tal-Partit Sam Rainsy, li ġie kkundannat fuq akkużi li allegatament huma motivati politikament; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Kambodja u l-partiti tal-oppożizzjoni jaħdmu lejn rikonċiljazzjoni sabiex l-oppożizzjoni tkun tista' jkollha rwol sħiħ fil-politika tal-Kambodja u fl-elezzjonijiet li ġejjin, sabiex tipprovdi kredibilità lill-proċess elettorali;

9.  Jinkoraġġixxi lill-Gvern tal-Kambodja jsaħħaħ id-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali − b'mod partikolari l-libertà tal-midja u l-libertà tal-espressjoni u tal-assemblea − għaliex dawn il-valuri jiffurmaw element essenzjali tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni UE-Kambodja, kif definit fl-Artikolu 1 ta' dak il-Ftehim;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u l-Assemblea Nazzjonali tar-Renju tal-Kambodja, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u tal-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-ASEAN, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU.

(1) ĠU L 269, 19.10.1999, p. 18.
(2) ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 90.


Il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi tat-tikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċji ***
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' ttikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija ta' tagħmir tal-uffiċċji (09890/2012 – C7-0134/2012 – 2012/0048(NLE))
P7_TA(2012)0403A7-0275/2012

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09890/2012),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ ttikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija tat-tagħmir tal-uffiċċji (10193/2012),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 194 u 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0134/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0275/2012),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerika.


L-istrumenti finanzjarji innovattivi fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss
PDF 337kWORD 99k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2012 dwar strumenti finanzjarji innovattivi fil-kuntest tal-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss (2012/2027(INI))
P7_TA(2012)0404A7-0270/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni bl-isem “Baġit għall-Ewropa 2020” (COM(2011)0500), “Qafas għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' strumenti finanzjarji innovattivi - il-pjattaforma tal-UE tal-ekwità u tad-dejn” (COM(2011)0662) (“komunikazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji”), “Pakkett ta' tkabbir għal infrastrutturi Ewropej integrati” (COM(2011)0676), “Pajn ta' azzjoni għat-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs” (COM(2011)0870) u “Pilota għall-Inizjattiva Bonds Ewropa 2020 għall-Proġetti” (COM(2011)0660),

–  wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni, b’mod partikolari l-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 (COM(2011)0398), il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni (COM(2010)0815), il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija (COM(2011)0659), il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020) (COM(2011)0809), il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (2014-2020) (COM(2011)0834), il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (COM(2011)0785), il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “ERASMUS GĦAL KULĦADD” Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport (COM(2011)0788), il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (COM(2011)0665), il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (COM(2011)0609), il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (COM(2011)0615/2),

–  wara li kkunsidra d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni bl-isem “Strumenti Finanzjarji fil-Politika ta' Koeżjoni” (SWD(2012)0036) u “Elementi għal Qafas Strateġiku Komuni 2014 sa 2020 - il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Ewropew Agrikolturali għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd” (SWD(2012) 0061) (“Qafas strateġiku komuni għall-fondi strutturali u ta' koeżjoni”),

–  wara li kkunsidra r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea Nru 4/2011 dwar l-awditu tal-Faċilità ta’ Garanzija għall-SMEs u Nru 2/2012 dwar l-istrumenti finanzjarji għall-SME kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, kif ukoll l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri Nru 7/2011 dwar il-proposta għal regolament dwar il-Fondi strutturali u ta' koeżjoni,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar “Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjajru Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklussiva’(1), u r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet rigward il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0270/2012),

A.  billi, sa mill-bidu l-ewwel snin tal-aħħar deċennju, l-istituzzjonijiet tal-UE żviluppaw għadd ta' strumenti finanzjarji innovattivi bbażati fuq mekkaniżmi li jgħaqqdu għotjiet mill-baġit tal-Unjoni u finanzjamenti pubbliċi u/jew privati biex jiżdied il-volum tal-investiment disponibbli għat-twettiq tal-objettivi strateġiċi tal-Unjoni;

B.  billi skont il-punt 49 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja fis-sod, “l-istituzzjonijiet jaqblu li l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ kofinanzjament hija neċessarja sabiex jissaħħaħ l-effett ta’ stimolu tal-baġit tal-UE billi jżidu l-inċentiv ta' finanzjament. Jaqblu li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' strumenti finanzjarji multiannwali xierqa li jaħdmu bħala katalisti għal investituri privati u pubbliċi”;

C.  billi huwa stmat li s'issa madwar 1,3 % tal-baġit tal-Unjoni jingħata lill-istrumenti finanzjarji innovattivi, billi jitqies li skont il-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) 2007-2013, l-Unjoni żviluppat 14-il strument finanzjarju innovattiv fil-qasam tal-politiki interni tagħha (3 biljun EUR taħt l-intestatura 1a, jiġifieri 3,4 % tal-baġit disponibbli u madwar 5,9 biljun EUR għall-politika reġjonali u ta' koeżjoni) kif ukoll 11 fil-qasam tal-politiki esterni (1,2 biljun EUR, jiġifieri 2,2 % taħt l-intestatura baġitarja 4, mingħajr ma jitqiesu dawk l-istrumenti finanzjarji innovattivi żviluppati fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp);

D.  billi l-Unjoni diġà kisbet esperjenza fil-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji innovattivi u bosta valutazzjonijiet u studji dwar l-impatt komparattivi ġew ippubblikati;

E.  billi fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjajru Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklussiva’, il-qafas ta’ implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji innovattivi għandu jkun deċiż permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, biex jiġi żgurat fluss kontinwu ta’ informazzjoni u parteċipazzjoni tal-awtorità baġitarja rigward l-użu ta’ dawn l-istrumenti fl-Unjoni kollha kemm hi, b’mod li jippermetti li l-Parlament ikun jista’ jivverifika li l-prijoritajiet politiċi tiegħu jintlaħqu, kif ukoll kontroll imsaħħaħ tal-Qorti tal-Awdituri tal-UE fuq dawn l-istrumenti;

L-istrumenti finanzjarji innovattivi – l-isfond

1.  Ifakkar li l-użu tal-istrumenti finanzjarji innovattivi fil-livell Ewropew ġie maħsub bħala mezz għall-Unjoni biex tistimula l-volum tal-investiment fl-ekonomija Ewropea reali bi qbil mal-objettivi tal-Unjoni f'kuntest ta' tnaqqis kostanti tar-riżorsi allokati lill-baġit tagħha filwaqt li l-ambizzjonijiet politiċi tagħha u, madankollu, ħtiġijietha, baqgħu jikbru;

2.  Jenfasizza li l-objettiv aħħari tal-istrumenti finanzjarji innovattivi u r-raġuni li dawn jeżistu huwa li, f’sitwazzjonijiet ta’ falliment tas-suq jew ta’ investiment subottimali, għandu jkollhom effett katalizzanti, li fuq il-bażi ta' kontribuzzjoni tal-baġit tal-Unjoni, jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-finanzjamenti - pubbliċi u/jew privati - għal l-roġetti li ma jistgħu jiksbu l-ebda appoġġ, jew jistgħu jiksbu biss appoġġ mhux adegwat, mis-suq; iqis li, għalhekk, l-intervent mis-settur pubbliku jippermetti tnaqqis fl-ispejjeż relatati mar-riskju, billi dawn jitħallsu parzjalment, u jiffaċilita b'hekk l-implimentazzjoni tal-proġetti kkonċernati;

3.  Josserva li l-istrumenti finanzjarji innovattivi żviluppati s'issa intużaw biex jitwettqu tipi ta' intervent estremament varjati, mill-parteċipazzjoni fil-fondi ta' ekwità/kapital ta' riskju (equity/venture capital) għall-provediment ta' garanziji/kontragaranziji lil intermedjarji finanzjarji (partikolarment il-banek), permezz tal-ħolqien ta’ strumenti ta' kondiviżjoni ta’ riskji flimkien mal-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiġu stimulati l-investiment, l-innovazzjoni u r-riċerka;

4.  Jinnota li din il-varjetà hija ġustifikata mid-diversità tal-oqsma koperti (appoġġ lill-SME, l-enerġija, it-tibdil fil-klima, l-impjiegi u l-mikrokreditu, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-infrastrutturi tat-trasport, it-teknoloġiji tal-informazzjoni);

5.  Jenfasizza li l-użu tal-istrumenti finanzjarji innovattivi huwa rregolat minn regoli leġiżlattiv (hija meħtieġa l-approvazzjoni tal-awtorità leġiżlattiva) u baġitarji stretti; jinnota li l-użu tal-istrumenti finanzjarji innovattivi ma joħloqx spejjeż mhux prevedibbli għall-baġit tal-Unjoni, peress li r-responsabilità tal-baġit Komunitarju hija limitata għall-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni impenjat fl-istrumenti finanzjarji innovattivi inkwistjoni abbażi tal-għotjiet baġitarji annwali, kif maqbul mill-awtorità baġitarja, u għaldaqstant m’għandhiex tagħti lok għal obbligazzjonijiet kontinġenti għall-baġit tal-Unjoni; josserva li fil-fatt l-istrumenti finanzjarji innovattivi jikkontribwixxu għall-ġestjoni finanzjarja fis-sod u effiċjenti tal-fondi pubbliċi peress li l-kontribuzzjoni mħallsa mill-baġit tista' tiġġenera dħul li jista' jiġi investit mill-ġdid (reflows) fl-istrument finanzjarju innovattiv ikkonċernat kif ukoll issaħħaħ il-kapaċitajiet ta' intervent tagħha u ż-żieda fl-effikaċja tal-azzjoni pubblika; jenfasizza l-ħtieġa, għalhekk, li l-operazzjonijiet iffinanzjati minn strumenti finanzjarji innovattivi jsirilhom awditu tajjeb mill-Qorti tal-Awdituri tal-UE u li l-koleġiżlaturi jkunu infurmati bis-sħiħ dwar kwalunkwe konstatazzjoni;

6.  Jirrimarka li hemm tliet tipi ta’ sitwazzjoni ta’ investiment: 1) ottimu, fejn ikun ċert li l-investiment se jrendi profit u jippermetti finanzjament mis-suq; 2) subottimu, fejn ikun hemm rendiment, imma ma jkunx biżżejjed biex jiżgura finanzjament mis-suq u jiġġustifika l-użu ta' strument finanzjarju innovattiv, u 3) investment ikkaratterizzat minn ftit li xejn rendiment, b’tali mod li jkun hemm bżonn intervent mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet, li jistgħu jkunu kkumbinati ma’ strumenti finanzjarji innovattivi jekk il-proġett jippermetti;

7.  Itenni li ż-żieda fl-użu tal-istrumenti finanzjarji innovattivi ma għandhiex tikkostitwixxi strateġija sabiex jitnaqqas il-baġit tal-Unjoni iżda għandha sservi sabiex tottimizza l-utilizzazzjoni tagħhom, u jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq dwar l-istrumenti finanzjarji innovattivi, li tirrikonoxxi li l-objettiv ta' użu ikbar tal-istrumenti finanzjarji innovattivi mhuwiex li l-għotjiet jiġu sostitwiti minn strumenti finanzjarji;

8.  Jenfasizza li l-esperjenza miksuba s'issa fil-qasam tal-istrumenti finanzjarji innovattivi hija ġeneralment sodisfaċenti, għalkemm l-effetti multiplikaturi tagħhom ivarjaw konsiderevolment skont il-qasam ta' intervent tagħhom, l-objettivi settorjali li għandhom jintlaħqu bl-istrumenti finanzjarj innovattivii, it-tip ta' strument finanzjarju innovattiv propost u l-modalitajiet użati għall-implimentazzjoni tiegħu;

9.  Jinnota li l-istrumenti finanzjarji innovattivi fil-qasam tal-politiki interni tal-Unjoni huma implimentati fil-livell Ewropew (immexxija mill-Kummissjoni nnifisha jew fuq il-bażi ta’ awtorità delegata minnha) jew inkella fil-livell nazzjonali fil-qafas tal-politika reġjonali u ta' koeżjoni (ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri);

10.  Jenfasizza li l-implimentazzjoni tagħhom għalhekk hija bbażata fuq l-involviment ta' katina ta' atturi, mill-Kummissjoni bħala awtorità eżekuttiva tal-baġit tal-Unjoni għall-grupp BEI (Bank Ewropew għall-Investiment u Fond Ewropew tal-investiment), kif ukoll banek nazzjonali jew lokali, kummerċjali jew speċjalizzati fl-investiment jew fl-iżvilupp u investituri finanzjarji privati u pubbliċi; jenfasizza li, b'mod iktar ġenerali, is-suċċess tagħhom jiddependi mill-mobilizzazzjoni ta' intermedjarji finanzjarji pubbliċi, kważi-pubbliċi u privati, li l-objettiv tagħhom ivarja skont l-oqsma ta' intervent (istituzzjonijiet ta' mikrokreditu, fondi ta' garanzija għall-SME, struttura reġjonali għall-iżvilupp, fond ta' appoġġ għar-riċerka, eċċ.);

11.  Josserva b'mod partikolari d-differenzi notevoli bejn l-istrumenti finanzjarji innovattivi ġestiti b'mod ċentralizzat fil-livell tal-Unjoni u dawk implimentati fuq il-bażi ta’ ġestjoni kondiviża fil-qasam tal-politika reġjonali u ta' koeżjoni jew fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni;

12.  Jinnota, f'dak li jikkonċerna l-istrumenti tal-politika ta' koeżjoni, l-istrumenti finanzjajri innovattivi kellhom prestazzjoni differenti skont l-Istat Membru u skont it-tip ta’ strument finanzjarju; jirrikonoxxi li l-istrumenti finanzjarji innovattivi fil-kuntest tal-politika ta’ koeżjoni batew minn qafas leġiżlattiv dgħajjef li wassal għal dewmien fl-implimentazzjoni, problemi biex jintlaħqu massa kritika u effett multiplikatur sostanzjali, u nuqqas ta’ sorveljanza u koordinament; jilqa’ f’dan ir-rigward il-proposta tal-Kummissjoni li ssaħħaħ il-qafas leġiżlattiv u b’hekk ittejjeb l-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi fil-politika ta’ koeżjoni fil-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej (2014 – 2020);

13.  Jinnota fir-rigward tal-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi fil-qasam tal-politika esterna n-numru kbir ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali involuti, kif ukoll l-effett multiplikatur tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, iżda wkoll li l-gamma ta’ strumenti, li n-numru tagħhom żdid f'dawn l-aħħar snin u issa laħaq ammont totali ta' 13, hija wiesgħa wisq;

14.  Jikkonstata li dawn l-istrumenti finanzjarji innovattivi huma implimentati fuq il-bażi ta’ ftehimiet li huma anki aktar kumplessi minn dawk konklużi fil-qasam tal-politika interna u jinvolvu modalitajiet ta’ ġestjoni diversi u atturi ta’ natura differenti (BERŻ, organizzazzjonijiet internazzjonali);

15.  Jinnota li, f'dawn il-kundizzjonijiet, il-viżibbiltà tal-intervent tal-baġit tal-Unjoni fost l-operaturi u ċ-ċittadini xi drabi tibqa’ nieqsa;

16.  Jinnota li fil-qasam tal-politika esterna, il-biċċa l-kbira tal-istrumenti finanzjarji innovattivi jippermettu l-investiment mill-ġdid filwaqt li s-sitwazzjoni hija bil-kontra fil-qasam tal-politiki interni;

17.  Jinnota li, skont il-ħtiġijiet, l-istrumenti finanzjarji innovattivi żviluppaw bi qbil ma’ strateġiji kkaratterizzati minn objettivi u riżorsi differenti u b’mod mhux dejjem koordinat u dan ħoloq ċerti problemi ta’ duplikazzjoni;

18.  Jikkonstata li l-implimetazzjoni tal-istrumenti finanzjarji innovattivi tieħu ż-żmien u jeżiġi l-mobilizzazzjonijiet tal-kompetenzi avvanzati fil-qasam tal-investiment, tħejjija bir-reqqa tal-proġetti u għarfien profond tal-mekkaniżmu tas-suq, iżda li potenzjalment din tippermetti t-titjib tal-ġestjoni u l-effikaċja tal-proġetti appoġġati permezz ta’ kompetenzi flimkien mal-għarfien speċifiku għall-atturi kkonċernati; josserva li l-istrumenti finanzjarji innovattivi joffru inizjattivi għall-kondiviżjoni ta’ riżorsi finanzjarji u umani sabiex jinkisbu objettivi komuni u strateġiċi Ewropej;

Il-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss (2014-2020)

19.  Jikkonstata li għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni pproponiet numru żgħir ta’ strumenti finanzjarji innovattivi għall-qasam tal-politika interna, li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom kiber; jilqa’ dan l-iżvilupp li għandu jtejjeb il-viżibbiltà għall-atturi, il-massa kritika, id-distribuzzjoni u d-diversifikazzjoni tar-riskju ta’ dawn l-istrumenti, fuq il-bażi ta’ approċċ ta’ portafoll;

20.  Jilqa’ l-proġett tal-Kummissjoni li toħloq pjattaformi għall-investimenti ta’ kapital u ta’ dejn; jinnota li dawn il-pjattaformi huma intiżi li jissimplifikaw, jistandardizzaw l-istrumenti finanzjarji innovattivi implimentati taħt il-baġit tal-Unjoni u jrenduhom aktar koerenti f’termini ġenerali; jenfasizza li biex dawk il-pjattaformi jkunu operattivi u jirnexxu fl-implimentazzjoni, il-qafas għall-applikazzjoni u dettalji tekniċi oħra għandhom jiġu ppreżentati f'waqthom u ċertament qabel il-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni li ġej għall-2014 - 2020;

21.  Jiġbed l-attenzjoni f’dan ir-rigward għall-ħolqien imminienti ta’ pjattaforma tal-Unjoni għall-kooperazzjoni esterna u l-iżvilupp, bil-ħsieb li titjieb il-kwalità u l-effikaċja tal-mekkaniżmi ta’ “blending” (għotjiet flimkien ma’ self) użati fil-kuntest ta’ dawn il-politiċi, filwaqt li jittieħed kont tal-kuntesti reġjonali li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Unjoni mal-pajjiżi sħab differenti; josserva li l-iskop tal-pjattaforma huwa li tiffaċilita kemm l-evalwazzjoni tal-istrumenti ta’ politika esterna eżistenti kif ukoll it-tfassil tal-istrumenti l-ġodda għall-2014-2020;

22.  Jilqa’ l-fatt li l-applikazzjoni tal-istrumenti finanzjarji qed jiġu estiżi taħt il-politika ta' koeżjoni għall-objettivi tematiċi kollha u l-fondi CSF kollha, u għal dawk il-proġetti, gruppi ta’ proġetti, jew partijiet minn programmi ta’ proġetti li jiġġeneraw dħul u profitti u li għalhekk huma adegwati għall-istrumenti finanzjarji fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss; jenfasizza, madankollu, li perspettiva aħjar ta’ strumenti finanzjarji applikati hija meħtieġa sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ nuqqas ta’ koordinazzjoni u duplikazzjoni ta’ skemi differenti;

23.  Jinnota li dawn il-mudelli uniformi ta' strumenti se jkunu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' ġestjoni nazzjonali (strument “off-the-shelf”); iqis li s-suċċess tagħhom se jkun jiddependi mill-introduzzjoni f’waqtha tal-dettalji tekniċi u minn skambju upstream ta’ informazzjoni aktar intensiv bejn il-Kummissjoni u l-amministrazzjonijiet lokali fi stadji preċedenti;

24.  Jilqa’ l-fatt li r-Regolament (UE/Euratom) Nru 966/2012 huwa minn issa l-qafas leġiżlattiv ta’ referenza għad-definizzjoni, l-istruttura u l-użu tal-istrumenti finanzjarji innovattivi, u b’hekk jiġi żgurat li jkunu koerenti mal-objettivi u l-interessi tal-Unjoni;

25.  Iqis li l-ħolqien tal-pjattaformi msemmija aktar ’il fuq jistgħu jiġu akkompanjati minn koordinazzjoni ċentrali permanenti tal-istrumenti finanzjarji innovattivi fi ħdan il-Kummissjoni; jinnota li grupp interdipartimentali ta’ esperti fuq l-istrumenti finanzjarji (FIEG) inħoloq u li huwa għandu jkollu bħala dmir it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-istumenti finanzjarji innovattivi;

26.  Iqis li l-introduzzjoni ta’ strumenti finanzjarji innovattivi taħt l-awspiċi tal-Unjoni se tikkontribwixxi biex il-finanza titqiegħed fis-servizz tal-ekonomija reali għal proġetti b’valur miżjud Ewropew;

It-tfassil ta’ strumenti finanzjarji innovattivi innovattivi ġodda

27.  Jenfasizza li min-nofs is-snin 90, l-investiment pubbliku kien qed jonqos b’mod kostanti fl-UE u li din it-tendenza aggravat ruħha mill-bidu tal-kriżi finanzjarja tal-2008; josserva, barra minn hekk, li l-promoturi tal-proġetti qed jiffaċċjaw kundizzjonijiet ta’ kreditu aktar restrittivi, qed isibuha aktar diffiċli li jisselfu l-flus fis-suq tal-kapital; huwa konvint, għalhekk, li l-issuktar tal-iżvilupp ta’ strumenti finanzjarji innovattivi fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni jista’ jagħti kontribuzzjoni biex l-Unjoni tiżgura li terġa’ lura għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv b’mod koordinat.

28.  Jenfasizza li t-twettiq tal-Istrateġija 'Ewropa 2020' u tas-7 inizjattivi ewlenin tagħha jeħtieġ volum ta’ investiment globali fuq it-territorju Ewropew kollu, stmat mill-Kummissjoni li jammonta għal EUR 1600 biljun minn issa sal-2020; josserva li dawn l-investimenti jirrigwardaw objettivi diversi li jkopru t-twettiq ta’ proġetti ta’ infrastruttura kbar sa appoġġ għal proġetti ta’ daqs iżgħar iżda b’potenzjal kbir ta’ tkabbir fuq il-livell lokali u reġjonali, inklużi l-azzjonijiet favur il-koeżjoni soċjali;

29.  Itenni li l-istrumenti finanzjarji innovattivi huma intiżi sabiex jiffaċilitaw jew jagħmlu possibbli proġetti kkunsidrati neċessarji sabiex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi tal-Unjoni u jippermettu minħabba f’hekk għandhom jitqiesu aktar it-termini ta’ żmien tal-programmi u li jsir adattament għalihom;

30.  Jemmen bil-qawwa li l-istrumenti finanzjarji innovattivi jeħtiġilhom jindirizzaw wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi ta' politika tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk deskritti mill-Istrateġija UE 2020, joperaw b’mod nondiskriminatorju, ikollhom data ta’ tmiem ċara, jirrispettaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda u jkunu komplemenetari għal strumenti tradizzjonali bħalma huma l-għotjiet, u b’hekk itejbu l-kwalita tal-infiq u jikkontribwixxu għall-prinċipji gwida tal-iżgurar li jsir użu ottimu mir-riżorsi finanzjarji.

31.  Huwa tal-fehma li l-istrumenti finanzjarji innovattivi jistgħu jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat billi jattiraw aktar kapital privat għal proġetti tal-infrastruttura pubblika;

32.  Jenfasizza l-importanza tal-evalwazzjoni ex ante fl-identifikazzjoni tas-sitwazzjonijiet ta’ falliment tas-suq jew il-kundizzjonijiet ta’ investiment subottimali, ħtiġijiet ta’ investiment, involviment potenzjali tas-settur privat, possibbiltajiet ta’ ekonomiji ta’ skala u l-kwistjonijiet ta’ massa kritika, u biex jiġi vverifikat li l-istrument ma joħloqx tagħwiġ tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern u ma jiksirx ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi rekwiżiti oġġettivi, politematiċi u rilevanti għal dak li jikkonċerna r-rwol u l-applikazzjoni tal-evalwazzjonijiet ex ante; jemmen bil-qawwa fil-prinċipju tat-tfassil tal-politika abbażi ta’ elementi konkreti, u jemmen li dawn l-evvalwazzjonijiet se jikkontribwixxu għat-tħaddim effiċjenti u effikaċi tal-istrumenti finanzjajri innovattivi;

33.  Iqis indispensabbli li, fil-kuntest ta’ approċċ orjentat lejn ir-riżultati, jiġu inklużi numru raġonevoli ta’ indikaturi kwalitattivi u/jew kwantitattivi sempliċi fl-evalwazzjonijiet ex ante u ex post tal-istrumenti finanzjarji innovattivi kollha, sew fir-rigward tar-rendiment finanzjarju tal-istrument kif ukoll fir-rigward tal-kontribut għall-ilħiq tal-objettivi tal-Unjoni; iqis li dan ir-rekwiżit għandu jkun kompatibbli ma' piż amministrattiv raġonevoli għall-maniġers ta’ proġetti; jissottolinja, f’dan ir-rigward, il-qtugħ ta’ kontinwità fl-użu ta’ strument finanzjarju innovattiv li jista’ jirriżulta mill-evalwazzjoni ex post rikjesta tiegħu;

34.  Josserva madankollu li ż-żieda fin-numru ta’ strumenti finanzjarji innovattivi qed toħloq diversi sfidi fil-qasam tar-regolamentazzjoni, tal-governanza u tal-kontroll tal-effikaċja tagħhom u huwa neċessarju li jinstab ekwilibriju ġust bejn il-bżonn ta’ trasparenza u ta’ kontroll, minn naħa, u livell suffiċjenti ta’ effikaċja u ta’ rapidità ta’ implimentazzjoni, min-naħa l-oħra; huwa tal-fehma li t-tnaqqis tal-għadd ta’ strumenti finanzjarji jista’ jimminimizza d-diverġenzi u jiżgura mass kritika suffiċjenti;

35.  Jenfasizza għalhekk l-importanza ta’ qafas ġuridiku li jkun sempliċi, ċar u trasparenti kemm jista’ jkun, li ma jżidx il-piż amministrattiv tal-intermedjarji u l-benefiċjarji u li jrendi attraenti l-istrumenti finanzjarji innovattivi għall-investituri pubbliċi u privati;

36.  Iqis b’mod partikolari li r-regoli fil-qasam ta’ rapportar għandhom jittejbu biex ikunu ċari u, kemm jista’ jkun, uniformi sabiex ikun hemm ekwilibriju raġonevoli bejn l-affidabbiltà tal-informazzjoni u l-attrazzjoni tal-istrumenti; jitlob lill-Kummissjoni timplimenta s-sistemi adegwati ta' ġestjoni u kontroll li jiżguraw l-infurzar tar-regoli eżistenti dwar l-awditjar.

37.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament Ewropew b’sommarju fil-forma ta’ rapport annwali uniku u separat dwar l-istrumenti finanzjarji innovattivi, li jkopri l-użu tagħhom u l-prestazzjoni tagħhom skont it-tip ta’ fond, skont l-objettiv tematiku u skont l-Istat Membru;

38.  Fid-dawl tan-nuqqas inerenti ta’ viżabbiltà ta’ dawn l-istrumenti finanzjarji, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tiżgura l-komunikazzjoni adegwata dwar dan it-tip ta' intervent li tuża l-baġit Ewropew, diretta mhux biss għall-investituri potenzjali iżda wkoll għaċ-ċittadini Ewropej; jenfasizza l-importanza ta’ kampanja ta’ informazzjoni estensiva fuq il-livell tal-UE dwar l-istrumenti finanzjarji ġodda sabiex ikun hemm aċċess għall-investituri kollha, irrispettivament mid-daqs tal-istituzzjoni li jirrappreżentaw;

39.  Jenfasizza li l-effett ta’ ingranaġġ u l-effett multiplikatur ivarjaw b’mod kunsiderevoli minn qasam ta’ intervent għal ieħor; iqis li l-leġiżlatur Ewropew ma għandux jiffissa minn qabel objettivi wisq uniformi dwar dan, peress li dawn l-effetti, mill-istess natura tagħhom, jiddependu ħafna fuq iċ-ċirkustanzi ekonomiċi u fuq s-setturi ta’ intervent ikkonċernati;

40.  Jenfasizza li l-ambitu tal-istrumenti finanzjarji innovattivi għadu fil-biċċa l-kbira vag u huwa suxxettibbli għal bidliet rapidi; jinnota, konsegwentement, li l-kapaċità ta’ kreattività jew il-kapaċità ta’ flessibbiltà u ta’ adattament fil-kuntest lokali, għandha tkun l-ogħla possibbli; jipproponi għalhekk li l-ammont annwali allokat lil kull strument ikun jista’ jiġi adattat mill-awtorità baġitarja jekk dan jirriżulta utli sabiex jiġi ffaċilitat il-ksib tal-finijiet li għalihom inħoloq;

41.  Itenni li l-investiment mill-ġdid tal-interess u dħul ieħor iġġenerat minn istrument partikolari f’dak l-istess strument (“reflows”) irid jikkostitwixxi l-prinċipju ta’ kull strument finanzjarju innovattiv, u li kull eċċezzjoni trid tiġi debitament iġġustifikata; jilqa', f'dan is-sens, il-progress irreġistrat mir-Regolament Finanzjarju l-ġdid li għandu jidħol fis-seħħ is-sena li jmiss;

42.  Iqis li huwa imperattiv li jiġu żviluppati l-għarfien u l-kapaċità teknika tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni, intermedjarji finanzjarji, banek u amministrazzjonijiet lokali fil-qasam tal-użu u l-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji innovattivi; jirrakkomanda li jkun hemm aktar skambji ta’ għarfien espert bejn dawn l-atturi kollha, b’mod partikolari dawk li huma familjari mas-suq nazzjonali, qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-att ta’ implimentazzjoni intiż sabiex jiġu definiti l-istrumenti standardizzati mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri; iqis li huwa indispensabbli li dawn l-iskambji jsiru f’waqthom sabiex jiġu affrontati l-ostakli kulturali, tiġi garantita l-approvazzjoni tal-istrumenti finanzjarji innovattivi u jingħatalhom kull possibbiltà ta’ suċċess;

43.  Jemmen li r-rwol ta’ istituzzjonijiet bankarji nazzjonali u reġjonali varji jeħtieġ li jiġi rikonoxxut, meta titqies l-esperjenza u l-għarfien neċessarji tagħhom fl-indirizzar tal-ispeċifiċitajiet lokali u reġjonali ta’ rilevanza għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji;

44.  Iqis li l-karattru innovattiv tal-istrumenti finanzjarji innovattivi jirrikjedi l-istabbiliment ta' qafas ta' koordinament tal-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi li lilhom se tiġi ddelegata s-setgħa tal-implimentazzjoni baġitarja għall-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji innovattivi, f’liema qafas ikunu involuti rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tal-Parlament;

45.  Jilqa’ l-ftehim rapidu li seħħ bejn il-Parlament u l-Kunsill fuq l-istabbiliment ta’ fażi pilota (2012-2013) ta’ bonds tal-proġetti għall-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam tat-trasport, tal-enerġija u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni(3); juri li huwa lest jivvaluta, abbażi tal-evalwazzjoni indipendenti sħiħa ta’ din il-fażi pilota, l-passi li jkun għandhom jittieħdu fil-futur biex isaħħu l-effiċjenza tal-infiq tal-Unjoni kif ukoll biex ikabbru l-volumi ta' investiment għal proġetti ta' prijorità.

46.  Jitlob, għalhekk, b’urġenza li tiġi implimentata inizjattiva tal-bonds għall-finanzjament ta’ proġetti u li tiġi vvalutata bir-reqqa l-adattezza ta’ inizjattiva separata ġdida għall-ħruġ ta’ bonds Ewropej għall-infrastruttura, bil-parteċipazzjoni diretta tal-UE fil-kapital tal-proġetti infrasrutturali ta’ interess komuni b’valur miżjud qawwi Ewropew permezz tal-ħruġ pubbliku ta’ bonds għall-finanzjament ta’ proġetti min-naħa tal-Unjoni;

47.  Jemmen li l-Unjoni Ewropea tkun qiegħda tibgħat sinjal qawwi lill-investituri pubbliċi u privati kif ukoll lis-swieq finanzjarji, bil-parteċipazzjoni b'mod dirett, waħedha jew flimkien mal-Istati Membri, fil-kapitalizzazzjoni tal-proġetti infrastrutturali (ikkaratterizzati mir-ritorn fuq investimenti fuq perjodu ta’ żmien twil); jemmen li din il-parteċipazzjoni tal-UE bħala investitur għandha tiżgura konsistenza mal-objettivi tal-politika tal-Unjoni fuq żmien twil u tkun tirrappreżenta garanzija tat-twettiq tal-proġett, u tipproduċi effett katalista qawwi kif ukoll effett daqstant qawwi ta’ lieva;

48.  Jilqa’ wkoll il-ftehim li ntlaħaq fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-28 u tad-29 Ġunju 2012 dwar iż-żieda fil-kapital tal-BEI bl-ammont ta’ EUR 10 biljun, li se jippermetti lill-grupp BEI li jżid l-kapaċità ta’ self tiegħu ġewwa l-Unjoni għas-snin li ġejjin b’madwar EUR 60 biljun u b’hekk ikollu rwol kontraċikliku li huwa pożittiv fil-kuntest ta’ sforz biex terġa tissaħħaħ l-ekonomija Ewropea; ifakkar li huwa rikonoxxut b’mod ġenerali li s-self tal-BEI għandhom effett multiplikatur ta’ tlieta; jinsisti għalhekk li għal dan l-impenn ġdid ma għandux isir għad-detriment tal-isforzi paralleli ta’ tisħiħ u titjib tal-istrumenti konġunti tal-BEI u l-baġit tal-Unjoni fil-qasam tal-kondiviżjoni ta’ riskji jew ta’ teħid ta’ parteċipazzjoni fil-kapital, peress li dawn jippermettu li jiġu appoġġati tipi oħra ta’ proġetti u azzjonijiet minn dawk koperti mis-self tal-BEI, u għandhom effett multiplikatur ogħla minn dak tas-self tal-BEI;

49.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li indipendentement mil-livell ta’ twettiq tal-iskop intiż tal-istrumenti finanzjarji innovattivi, l-impatt sħiħ tagħhom jinħass biss jekk l-ambjent ġuridiku u regolatorju ġenerali jiffaċilita l-iżvilupp tagħhom, pereżempju għal dak li jikkonċerna t-trattament ta' investimenti fit-tul fil-kuntest ta' regoli prudenzjali li bħalissa għaddejjin minn reviżjoni (Basel III, Solvency II...);

50.  Huwa konfidenti li użu akbar tal-istrumenti finanzjarji se joħloq impatt tassew pożittiv fuq l-ekonomija tal-Unjoni Ewropea, iżda jibża’ li dan se jkun limitat għall-proġetti bi ritorn fuq perjodu ta’ żmien qasir u medju; jibża’ li investimenti fi proġetti daqstant bżonjużi għall-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv jistgħu ma jitwettqux għaliex jitqiesu wisq riskjużi għall-investituri u minħabba n-nuqqas ta’ fondi pubbliċi; jitlob, għalhekk, li l-Kummissjoni tippreżenta malajr kemm jista' jkun proposti intiżi sabiex jiffaċilitaw il-mobilizzazzjoni tat-tfaddil attwalment sottoutilizzat favur proġetti ta’ terminu medju u fit-tul li joħolqu tkabbir sostenibbli fl-Unjoni;

51.  Iqis li, jekk strument finanzjarju innovattiv partikolari jilħaq massa kritika suffiċjenti, dan jista’ jkun attraenti sewwa għas-suq tal-kapital privat, fid-dawl tat-tnaqqis tar-riskju bħala riżultat tad-daqs sinifikanti tal-portafoll ta’ proġetti u l-fluwidità possibbli tan-negozju fis-swieq;

52.  Jissottolinja l-ħtieġa li noqogħdu attenti li d-dehra possibbli ta’ “ekonomija finanzjarja mħallta” ma twassalx biex strumenti finanzjarji innovattivi jsiru prodotti derivati kumplessi li jistgħu jiġu titolizzati jew iddevjati mill-objettiv inizjali tagħhom;

o
o   o

53.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2011)0266.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0331.
(3) Testi adottati 5.7.2012, P7_TA(2012)0296.


Ir-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2011
PDF 309kWORD 71k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2012 dwar ir-rapport annwali li jikkonċerna l-attivitajiet tal-Ombudsman fis-sena 2011 (2012/2049(INI))
P7_TA(2012)0405A7-0297/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fis-sena 2011,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 24, it-tielet paragrafu, l-Artikolu 228 u l-Artikolu 298 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 41 u 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2008(1) dwar l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li temenda d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994, dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet tal-Ombudsman(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim qafas dwar il-kooperazzjoni li ġie konkluż bejn il-Parlament Ewropew u l-Ombudsman Ewropew fil-15 ta' Marzu 2006, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006,

–  wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Ombudsman tal-1 ta' Jannar 2009(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 205(2), it-tieni u t-tielet sentenza, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0297/2012),

A.  billi r-rapport annwali rigward l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fis-sena 2011 ġie ppreżentat uffiċjalment lill-President tal-Parlament Ewropew fit-22 ta' Mejju 2012, u billi l-Ombudsman, is-Sur Nikiforos Diamandouros, ippreżenta r-rapport tiegħu lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fid-19 ta' Ġunju 2012 fi Brussell;

B.  billi l-Artikolu 24 tat-TFUE jistipula li “kull ċittadin tal-Unjoni jista' jressaq rikors quddiem l-Ombudsman stabbilit skont l-Artikolu 228”;

C.  billi l-Artikolu 228 tat-TFUE jagħti s-setgħa lill-Ombudsman Ewropew li jilqa' lmenti li jikkonċernaw każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha;

D.  billi skont l-Artikolu 298 tat-TFUE “l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni għandu jkollhom l-appoġġ ta' amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti”, u billi l-istess Artikolu joffri jipprovdi dwar l-adozzjoni, għal dak il-għan, ta’ leġiżlazzjoni sekondarja speċifika, fil-forma ta’ regolamenti, applikabbli għall-amministrazzjoni kollha tal-UE;

E.  billi l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jiddikjara li “kull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b'mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni”;

F.  billi l-amministrazzjoni ħażina ma sseħħx biss meta korp pubbliku jonqos milli jaġixxi skont regola jew prinċipju li jkunu vinkolanti għalih, u billi l-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba jesiġu li l-istituzzjonijiet tal-UE jkollhom il-kultura tas-servizz u jiżguraw li l-membri tal-pubbliku jiġu ttrattati kif xieraq u jgawdu d-drittijiet tagħhom bis-sħiħ;

G.  billi din id-definizzjoni ma tillmitax l-amministrazzjoni ħażina għal każijiet li fihom ir-regola jew il-prinċipju li qed jinkisru jkunu legalment vinkolanti; billi l-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba jmorru lil hinn mil-liġi, u jesiġu li l-istituzzjonijiet tal-UE mhux biss jirrispettaw l-obbligi legali tagħhom, iżda jkollhom ukoll kultura tas-servizz u jiżguraw li l-membri tal-pubbliku jiġu ttrattati kif xieraq u jgawdu d-drittijiet tagħhom bis-sħiħ;

H.  billi fl-2011 l-Ombudsman irċieva 2 510 ilment (2 667 fl-2010), fetaħ 396 inkjesta (335 fl-2010) u għalaq 318-il inkjesta (326 fl-2010); billi mit-total ta' 2 544 ilment ipproċessati mill-Ombudsman fl-2011, 698 (27 %) kienu jaqgħu fl-ambitu tal-mandat tiegħu (744 fl-2010);

I.  billi 1 321 ilment li waslu kienu jaqgħu fl-ambitu tal-kompetenza ta' membru tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen; billi dan in-Netwerk huwa magħmul minn Ombudsmen nazzjonali u reġjonali; billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament huwa membru sħiħ tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen;

J.  billi fl-2011 l-Ombudsman ittrasferixxa 59 ilment lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet; billi 147 ilment intbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea u 591 lil istituzzjonijiet u korpi oħra, inklużi SOLVIT u l-Pariri tal-Ewropa Tiegħek, kif ukoll lil Ombudsmen speċjalizzati jew lil korpi oħra li jittrattaw l-ilmenti fl-Istati Membri;

K.  billi kważi 61 % tal-ilmenti li waslu fl-2011 kienu ppreżentati bl-użu tal-internet; billi aktar minn nofs l-ilmenti ppreżentati bl-internet (53 %) saru permezz tal-formola elettronika tal-ilmenti fil-websajt tal-Ombudsman;

L.  billi l-għadd ferm anqas ta' talbiet għal informazzjoni matul is-snin reċenti juri s-suċċess tal-gwida interattiva tal-Ombudsman, li ilha disponibbli fil-websajt tal-Ombudsman minn Jannar 2009;

M.  billi l-għadd ta' lmenti li ma jaqgħux fl-ambitu tal-mandat tal-Ombudsman naqas għal 1 846 fl-2011, li huwa l-livell l-aktar baxx iddokumentat mill-2003 “l hawn;

N.  billi, tradizzjonalment, l-akbar numru ta' petizzjonijiet tressqu minn ċittadini Ġermaniżi u Spanjoli; billi fl-2011 Spanja kienet fl-ewwel post, segwita mill-Ġermanja, il-Polonja u l-Belġju; billi, bi proporzjon mad-daqs tal-popolazzjoni tagħhom, il-biċċa l-kbira tal-ilmenti ġew mil-Lussemburgu, Ċipru, il-Belġju, Malta u s-Slovenja;

O.  billi l-Ombudsman fetaħ total ta' 396 inkjesta, li minnhom 382 kienu bbażati fuq ilmenti u 14 infetħu fuq inizjattiva tiegħu stess; billi l-għadd ta' inkjesti li nfetħu fl-2011 kien l-ogħla li qatt kien hemm;

P.  billi l-biċċa l-kbira tal-inkjesti kkonċernaw il-Kummissjoni Ewropea (231), u warajha l-EPSO (42); billi l-għadd ta' inkjesti li nfetħu li jikkonċernaw il-Parlament Ewropew naqas b'aktar minn nofs meta mqabbel mal-2010; billi l-għadd ta' inkjesti li jikkonċernaw il-Kunsill żdied b'terz;

Q.  billi fl-2011 l-Ombudsman għalaq 318-il inkjesta; billi l-biċċa l-kbira ta' dawn l-inkjesti (66 %) ingħalqu fi żmien sena, u terz minnhom ingħalqu fi żmien tliet xhur; billi t-tul medju ta' żmien tal-inkjesti kien ta' għaxar xhur;

R.  billi f'64 każ l-Ombudsman ma sabx li kien hemm amministrazzjoni ħażina; billi l-fatt li ma kienx hemm amministrazzjoni ħażina mhuwiex eżitu negattiv billi l-kwerelant jista' jibbenefika minn spjegazzjoni sħiħa mill-istituzzjoni konċernata, u l-eżitu jservi bħala evidenza li l-istituzzjoni aġixxiet f'konformità mal-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba;

S.  billi f'84 mill-każijiet magħluqa kien hemm eżitu pożittiv u l-istituzzjoni kkonċernata aċċettat soluzzjoni amikevoli jew li l-kwistjoni tiġi riżolta; billi l-Ombudsman jagħmel ħiltu biex tinstab soluzzjoni amikevoli kull meta jkun possibbli; billi l-kooperazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE hija essenzjali biex tinstab soluzzjoni amikevoli;

T.  billi f'47 każ l-Ombudsman sab li kien hemm amministrazzjoni ħażina, u fi 13-il każ li fihom instab li kien hemm amministrazzjoni ħażina, l-istituzzjoni konċernata aċċettat parzjalment jew bis-sħiħ abbozz ta' rakkomandazzjoni;

U.  billi 35 każ ingħalqu b'rimarka kritika, u 39 każ ingħalqu b'rimarki addizzjonali bl-għan li l-istituzzjonijiet konċerntai jiġu megħjuna jtejbu l-kwalità tal-amministrazzjoni tal-istituzzjonijiet konċernati;

V.  billi l-Ombudsman jippubblika kull sena r-riżultati tiegħu dwar s-segwitu li l-istituzzjonijiet jagħtu lil rimarki kritiċi u addizzjonali;

W.  billi r-rata globali ta' segwitu sodisfaċenti għal rimarki kritiċi u addizzjonali fl-2010 kienet ta' 78 %; billi s-segwitu għal rimarki addizzjonali kien sodisfaċenti f'95 % tal-każijiet, filwaqt li s-segwitu għal rimarki kritiċi kien ferm aktar baxx, jiġifieri 68 %;

X.  billi fl-2011 l-Ombudsman ħareġ 25 abbozz ta' rakkomandazzjoni, u għalaq 13-il każ meta l-istituzzjoni konċernata aċċettat abbozz ta' rakkomandazzjoni, parzjalment jew bis-sħiħ;

Y.  billi fl-2011 l-Ombudsman ma ressaq l-ebda rapport speċjali lill-Parlament;

Z.  billi l-Baġit tal-Ombudsman huwa taqsima indipendenti tal-baġit tal-Unjoni Ewropea, maqsuma fi tliet titoli: it-Titolu 1 jikkonċerna s-salarji, l-allowances, u nfiq ieħor marbut mal-persunal; it-Titolu 2 ikopri l-binjiet, l-għamara, it-tagħmir, u nfiq mixxellanju għall-operat; it-Titolu 3 jikkonċerna l-infiq li jirriżulta mill-funzjonijiet ġenerali mwettqa mill-istituzzjoni;

1.  Japprova r-rapport annwali għas-sena 2011 ippreżentat mill-Ombudsman Ewropew;

2.  Jinnota li fl-2011 l-Ombudsman għen lil aktar minn 22 000 ċittadin, li minnhom 2 510 ressqu lmenti, 1 284 talbu informazzjoni u 18 274 kisbu pariri permezz tal-gwida interattiva fil-websajt tal-Ombudsman;

3.  Jinnota l-fatt li fis-snin reċenti l-għadd totali ta' lmenti mressqa lill-Ombudsman naqas gradwalment, b'mod partikolari l-għadd ta' lmenti li ma jaqgħux fl-ambitu tal-mandat tiegħu; qed isegwi b'interess dan il-fenomenu sabiex jivvaluta hemmx rabta diretta bejn dan it-tnaqqis u l-introduzzjoni tal-gwida interattiva;

4.  Jinnota li f'aktar minn 65 % tal-ilmenti li l-Ombudsman ittratta, irnexxielu jew jiftaħ inkjesta jew jirreferi lill-kwerelant għal korp kompetenti, bħal membru tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen, li jinkludi wkoll il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament, għall-Kummissjoni Ewropea jew għal korp ieħor li jittratta l-ilmenti (eż. SOLVIT); jinnota li fl-2011 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet irċieva 59 ilment mill-Ombudsman;

5.  Jinnota li t-tipi ewlenin ta' allegata amministrazzjoni ħażina li l-Ombudsman investiga fl-2011 ikkonċernaw kwistjonijiet ta' legalità (28 % tal-inkjesti), talbiet għal informazzjoni (16.2 %), ekwità (13.6 %), raġunijiet għal deċiżjonijiet u possibilitajiet ta' appell (8.1 %), limiti ta' żmien raġonevoli biex jittieħdu deċiżjonijiet (7.3 %), talbiet għal aċċess pubbliku għad-dokumenti (7.1 %), nuqqas ta' diskriminazzjoni (6.8 %) u l-obbligu ta' tweġiba għall-ittri fil-lingwa taċ-ċittadini u li jiġi indikat l-uffiċjal kompetenti (5.8 %);

6.  Jinnota li l-biċċa l-kbira tal-inkjesti miftuħa mill-Ombudsman fl-2011 ikkonċernaw il-Kummissjoni Ewropea (231), bl-EPSO fit-tieni pożizzjoni (42); iqis li peress li l-Kummissjoni hija l-istituzzjoni li d-deċiżjoni tagħha għandhom impatt dirett fuq iċ-ċittadini, huwa loġiku li tkun hi li tirċievi l-aktar ilmenti;

7.  Jinnota bi pjaċir li l-għadd ta' inkjesti li l-Ombudsman fetaħ fir-rigward tal-Parlament Ewropew naqas b'aktar minn nofs meta mqabbel mal-2010; jinnota li l-għadd ta' inkjesti li nfetħu mill-Ombudsman li jikkonċernaw il-Kunsill tal-UE żdied b'terz;

8.  Jinnota li fl-2011 l-Ombudsman immodifika l-proċeduri tiegħu biex jagħmilha aktar faċli għaċ-ċittadini li jagħmlu użu minnohom, u li daħħal tip ġdid ta' inkjesta – “inkjesta ta' kjarifika” – li tippermetti li min iressaq l-ilment jiċċara l-ilment tiegħu jekk l-Ombudsman, meta jaqrah l-ewwel darba, ma jkunx konvint li hemm raġunijiet biex istituzzjoni tintalab l-opinjoni tagħha dwar każ;

9.  Jirrimarka li l-Ombudsman issa jistieden attivament lill-kwerelanti biex jagħmlu osservazzjonijiet meta ma jkunux sodisfatti bit-tweġiba ta' istituzzjoni, filwaqt li qabel il-kwerelanti kellhom jagħmlu lment ġdid jekk ma kinux sodisfatti bis-sostanza ta' tweġiba;

10.  Huwa kuntent li dan l-approċċ wassal biex l-Ombudsman għalaq anqas każijiet bħala “riżolti mill-istituzzjoni” u għalaq għadd akbar ta' każijiet ikklassifikati bħala “ebda amministrazzjoni ħażina” jew “mhumiex ġustifikati inkesti addizzjonali”;

11.  Jinnota li l-Ombudsman irrieżamina wkoll it-trattament ta' lmenti li ma jaqgħux fl-ambitu tal-mandat tiegħu, li issa jiġu ttrattati mid-dipartiment tar-Reġistru fl-uffiċċju tal-Ombudsman li jiżgura li l-kwerelanti jiġu infurmati malajr kemm jista' jkun li l-Ombudsman ma jistax jittratta l-ilmenti tagħhom u li jingħataw parir dwar lil min għandhom iressqu l-ilment tagħhom;

12.  Jirrimarka li stħarriġ speċjali tal-Ewrobarometru fl-2011 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini u l-prestazzjoni tal-amministrazzjoni tal-UE(4) wera li ċ-ċittadini jagħtu valur kbir lid-dritt tagħhom li jressqu lment lill-Ombudsman Ewropew u li kienu biss id-dritt tagħhom li jiċċaqilqu u jirrisjedu liberament fl-Unjoni, u d-dritt tagħhom għal amministrazzjoni tajba, li fil-fehma tagħhom kienu aktar importanti;

13.  Ifaħħar lill-Ombudsman għall-pubblikazzjoni ta' ktejjeb bl-isem Problemi mal-UE? Min jista' jgħinek? li fih informazzjoni komprensiva dwar mekkaniżmi ta' soluzzjoni tal-problemi għal ċittadini li jaffaċċjaw problemi mal-UE, u għall-fatt li din il-pubblikazzjoni hija disponibbli f'format awdjo u b'tipa kbira;

14.  Jenfasizza l-fatt li, mikejja li fi snin reċenti sar xi progress, il-proporzjon ta’ lmenti pproċessati li rkienu tassew fl-ambitu tal-mandat tal-Ombudsman fl-2011 reġgħet kienet relattivament baxxa (madwar 27 %), u li għaldaqstant għandha tiġi kkunisdrata sensibilizzazzjoni publika aktar komprensiva u proattiva – partikolarment f’kooperazzjoni stretta mal-ombudsmen nazzjonali u reġjonali, mal-Parlament u mal-Kummissjoni – dwar l-isfera ta’ responsabbiltà tal-Ombudsman;

15.  Jaqbel mal-Ombudsman li dikjarazzjoni diretta u konċiża dwar il-valuri fundamentali li l-imġiba tal-uffiċjali tal-UE għandha tirrifletti tista' tippromwovi b'mod effikaċi l-fiduċja taċ-ċittadini fis-servizz pubbliku Ewropew u fl-istituzzjonijiet tal-UE li jservi;

16.  Jikkondividi l-fehma tal-Ombudsman li istituzzjoni li fiha hija ingastata kultura ta' servizz ma tqisx l-ilmenti bħala theddida, iżda bħala opportunità biex tikkomunika b'mod aktar effikaċi u, jekk ikun sar żball, biex tirrimedja għal dan l-iżball u tislet tagħlimiet għall-ġejjieni;

17.  Ifakkar li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (Artikolu 41) tinkludi d-dritt għal amministrazzjoni tajba bħala dritt fundamentali taċ-ċittadinanza tal-Unjoni;

18.  Jistieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea biex jaġixxu skont il-Kodiċi Ewropew ta' Mġiba Amministrattiva Tajba, adottat mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2001(5);

19.  Jilqa’ l-isforzi kostanti u kostruttivi tal-Ombudsman, pereżempju permezz tal-produzzjoni ta’ pubblikazzjonijiet relevanti, biex jiffaċilita t-tfassil ta’ regolament dwar il-proċeduri amministrattivi ġenerali tal-Unjoni Ewropea. jenfasizza li tali leġiżlazzjoni, li għandha tieħu ħsieb li jkun hemm standards minimi vinkolanti u garanziji proċedurali fl-isferi kollha tal-amministrazzjoni diretta tal-UE, tista’ tissejjes fuq l-Artikolu 298 tat-TFUE, u li għandu jkun hemm konsultazzjoni mill-qrib mal-Ombudsman fl-abbozzar tagħha;

20.  Jikkondividi l-fehma tal-Ombudsman li l-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba jmorru lil hinn mil-liġi, u jesiġu li l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-UE mhux biss jirrispettaw l-obbligi legali tagħhom, iżda jkollhom ukoll kultura tas-servizz u jiżguraw li l-membri tal-pubbliku jiġu ttrattati kif xieraq u jgawdu d-drittijiet tagħhom bis-sħiħ;

21.  Ifaħħar lill-Ombudsman talli ppubblika u qassam lill-persunal fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi kollha tal-UE Il-Gwida tal-Ombudsman Ewropew għall-Ilmenti, bl-għan li jinkoraġġixxi lill-amministrazzjoni tal-UE ttejjeb il-prestazzjoni tagħha billi tapprofondixxi l-impenn tagħha favur il-prinċipji ta' kultura ta' servizz għaċ-ċittadini;

22.  Jilqa’ l-kooperazzjoni tal-Ombudsman man-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen u jitlob biex din il-kooperazzjoni tkun diretta, inter alia, lejn il-promozzjoni tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, bħala strument ġdid għall-parteċipazzjoni diretta taċ-ċittadini fit-tħejjija tal-leġiżlazzjoni tal-UE u lejn l-iżgurar li dan l-istrument ma jkunx tqil wisq għaċ-ċittadini f’dak li jirrigwarda r-rekwiżiti tekniċi;

23.  Ifakkar li t-Tmien Seminar Nazzjonali tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen sar f'Kopenħagen f'Ottubru 2011; ifakkar li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tiegħu huwa membru sħiħ tan-Netwerk u li l-Kumitat kien rappreżentat fis-Seminar; ifakkar li fis-Seminar, il-membri tan-Netwerk qablu li jsibu modi biex jinfurmaw aħjar liċ-ċittdadini fl-Ewropa dwar id-drittijiet tagħhom;

24.  Ifakkar li fis-Seminar, l-Ombudsman ippreżenta abbozz ta' test dwar il-prinċipji tas-servizz pubbliku għall-uffiċjali tal-UE li fih identifika ħames tali prinċipji, jiġifieri l-impenn favur l-UE u ċ-ċittadini tagħha, l-integrità, l-oġġettività, ir-rispett għall-oħrajn u t-trasparenza; jinnota li l-Ombudsman organizza konsultazzjoni pubblika dwar dawn il-prinċipji u li l-verżjoni finali tat-test ġiet ippubblikata fid-19 ta' Ġunju 2012;

25.  Jinnota b’sodisfazzjon li l-Ombudsman eżerċita s-setgħat tiegħu b’mod attiv u bilanċat, bi spirtu ta’ kunsens reali u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi l-oħra tal-UE, matul il-perjodu ta’ rappurtar;

26.  Jinsisti li l-Ombudsman għandu jkompli jiżgura l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi, filwaqt li jevita duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-persunal u f’kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet eżistenti oħra tal-UE, biex bis-saħħa ta' effiċjenza jiġu ffrankati l-flus għall-Baġit tal-UE;

27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-ombudsmen tagħhom jew lill-korpi kompetenti simili.

(1) ĠU C 286 E, 27.11.2009, p. 172.
(2) ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.
(3) Adottati fit-8 ta' Lulju 2002 u emendati bid-deċiżjonijiet tal-Ombudsman tal-5 ta' April 2004 u t-3 ta' Diċembru 2008.
(4) http://www.ombudsman.europa.eu/en/press/statistics.faces
(5) ĠU C 72 E, 21.3.2002, p. 331.


Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, u revoka tad-Direttiva 2004/39/KE***I
PDF 1386kWORD 1414k
Test
Test konsolidat
Anness
Anness
Anness
Anness
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (riformulazzjoni) (COM(2011)0656 – C7-0382/2011 – 2011/0298(COD))(1)
P7_TA(2012)0406A7-0306/2012

(Proċedura leġislattiva ordinarja: riformulazzjoni)

[Emenda 1 sakemm mhux indikat mod ieħor]

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)
P7_TA(2012)0406A7-0306/2012
għall-proposta tal-Kummissjoni
P7_TA(2012)0406A7-0306/2012

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Riformulazzjoni)
(Test b' rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  Id-Direttiva Nru 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji(6) ġiet emendata sostanzjalment bosta drabi. Peress li għandhom isiru iktar emendi, din għandha tiġi rriformulata fl-interessi taċ-ċarezza.

(2)  Id-Direttiva 93/22/KEE tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 1993 dwar is-servizzi tal-investiment fil-kamp tat-titoli(7) fittxet li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fuqhom id-ditti u l-banek tal-investiment awtorizzati setgħu jipprovdu servizzi speċifiċi jew jistabbilixxu friegħi fl-Istati Membri l-oħra fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni u superviżjoni mill-pajjiż tad-domiċilju. Għal dan il-għan, din id-Direttiva mmirat li tarmonizza l-awtorizzazzjoni inizjali u r-rekwiżiti operazzjonali għad-ditti tal-investiment inklużi r-regoli tal-kondotta tal-operat. Ipprovdiet ukoll għall-armonizzazzjoni ta' wħud mill-kundizzjonijiet li jirregolaw l-operat tas-swieq regolati.

(3)  Dawn l-aħħar snin iktar investituri saru attivi fis-swieq finanzjarji u qegħdin jiġu offruti sett saħansitra iktar kumpless u mifrux fil-wisa' rigward servizzi u strumenti. Minħabba dawn l-iżviluppi, il-qafas legali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġbor fih il-firxa sħiħa tal-attivitajiet orjentati lejn l-investitur. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li jiġi pprovdut il-grad ta' armonizzazzjoni meħtieġ sabiex joffri lill-investituri livell għoli ta' protezzjoni u sabiex id-ditti tal-investiment jitħallew jipprovdu servizzi fl-Unjoni Ewropea kollha, ġaladarba hi suq uniku, fuq il-bażi tas-superviżjoni tal-pajjiż tad-domiċilju. Minħabba dan ta' hawn fuq, id-Direttiva 93/22/KEE nbidlet bid-Direttiva 2004/39/KE.

(4)  Il-kriżi finanzjarja kixfet dgħufijiet fil-funzjonament u t-trasparenza tas-swieq finanzjarji. L-evoluzzjoni tas-swieq kixfet il-ħtieġa li jissaħħaħ il-qafas għar-regolamentazzjoni tas-swieq ta' strumenti finanzjarji, anke meta n-negozjar f'dawn is-swieq iseħħ barra l-Borża, sabiex iżid it-trasparenza, itejjeb il-protezzjoni tal-investituri, isaħħaħ il-fiduċja, jindirizza l-oqsma mhux regolati, jiżgura li s-superviżuri jingħataw setgħat xierqa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

(5)  Hemm qbil fost il-korpi regolatorji fuq livell internazzjonali li dgħufijiet fil-governanza korporattiva f'numru ta' istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż in-nuqqas ta' skrutinju fihom, kienu kawża ewlenija tal-kriżi finanzjarja. Teħid eċċessiv u imprudenti tar-riskji jista' jwassal għall-falliment ta' istituzzjonijiet finanzjarji individwali u problemi sistemiċi fl-Istati Membri u globalment. Kondotta skorretta ta' ditti li jipprovdu servizzi lill-klijenti tista' twassal għad-detriment tal-investitur u nuqqas ta' fiduċja fl-investitur. Biex jindirizzaw l-effett potenzjalment detrimentali tad-dgħufijiet fl-arranġamenti tal-governanza korporattiva, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom ikunu supplimentati minn prinċipji iktar dettaljati u standards minimi. Dawn il-prinċipji u l-istandards għandhom japplikaw billi jqisu n-natura, l-iskala, u l-kumplessità tad-ditti tal-investiment. Minkejja r-responsabilitajiet tal-azzjonisti biex jiġi żgurat li l-bordijiet iwettqu r-responsabilitajiet tagħhom b'mod xieraq, il-miżuri involuti għandhom jinkludu limiti fuq in-numru ta' karigi ta' direttur li għandu jkollhom id-diretturi tal-istituzzjonijiet finanzjarji. Dawk il-miżuri għandhom jiġu applikati b'mod li jqis id-domandi ta' ġestjoni effikaċi tal-istituzzjonijiet ta' dan it-tip, waqt li jippermettu wkoll, fejn ikun xieraq, li d-diretturi tad-ditti ta' dan it-tip ikomplu b'mod partikulari jaġixxu bħala diretturi ta' organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ f'konformità mar-responsabilità soċjali korporattiva.

(6)  Il-Grupp ta' Livell Għoli għas-Superviżjoni Finanzjarja fl-Unjoni Ewropea stieden lill-Unjoni Ewropea biex tiżviluppa sett iktar armonizzat ta' regolamenti finanzjarji. Fil-kuntest tal-arkitettura superviżorja Ewropea futura, il-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta' Ġunju 2009 enfasizza wkoll il-ħtieġa li jkun stabbilit ktieb tar-regoli wieħed applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-Suq Uniku.

(7)  Fid-dawl ta' dak ta' hawn fuq, id-Direttiva 2004/39/KE issa hija parzjalment miktuba mill-ġdid bħala din id-Direttiva l-ġdida u parzjalment postha ttieħed minn Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR]. Flimkien, iż-żewġ strumenti legali għandhom jiffurmaw il-qafas legali li jirregolaw ir-rekwiżiti applikabbli għad-ditti tal-investiment, swieq regolati, fornituri ta' servizzi ta' rapportar ta' dejta u ditti ta' pajjiż terz li jipprovdu servizzi jew attivitajiet ta' investiment fl-Unjoni Ewropea. Din id-Direttiva għandha għalhekk tinqara flimkien mar-Regolament. Din id-Direttiva għandha tinkludi dispożizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni tal-kummerċ, l-akkwiżizzjoni ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva, l-eżerċizzju tal-libertà tal-istabbiliment u tal-libertà li tipprovdi servizzi, il-kundizzjonijiet operatorji għad-ditti tal-investiment biex jiżguraw protezzjoni tal-investitur, is-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri oriġinali u ospitanti, is-sistema tas-sanzjonijiet. Billi l-objettiv ewlieni u s-suġġett ta' din il-proposta huwa li jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-oqsma msemmija, il-proposta għandha tissejjes fuq l-Artikolu 53(1) tat-Tratta dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-forma ta' Direttiva huwa xieraq sabiex jippermetti li d-dispożizzjonijiet implimentattivi fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva, meta meħtieġ, jiġu addattati għal kwalunkwe speċifikitajiet eżistenti tas-suq partikolari u s-sistema legali f'kull Stat Membru.

(8)  Huwa xieraq li jiġu inklużi fil-lista tal-istrumenti finanzjarji ▌derivattivi tal-komoditajiet u oħrajn li huma kkostitwiti u nnegozjati b'mod li joħolqu kwistjonijiet regolatorji meta mqabbla mal-istrumenti finanzjarji tradizzjonali. Il-kuntratti tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet tal-klassijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2009/138/KE tal-25 ta' Novembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)(8), jekk isiru ma' intrapriżi tal-assigurazzjoni, intrapriżi tar-riassigurazzjoni, intrapriżi tal-assigurazzjoni ta' pajjiżi terzi jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni ta' pajjiżi terzi, ma jikkostitwixxux derivati jew kuntratti tad-derivati għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

(9)  Seħħet firxa ta' prattiċi frodulenti fi swieq sekondarji spot f'kwoti tal-emissjonijiet (EUA) li tista' thedded il-fiduċja fl-iskemi tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet, imwaqqfa permezz tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità(9), u qed jittieħdu miżuri li jsaħħu s-sistema ta' reġistri tal-EUA u l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' kont biex isir kummerċ ta' EUAs. Biex ikun hemm tisħiħ tal-integrità u salvagwardja tal-funzjonament effiċjenti ta' dawk is-swieq, inkluż is-superviżjoni komprensiva tal-attività tan-negozjar, huwa xieraq li jkun ikkumplimentati l-miżuri meħuda skont id-Direttiva 2003/87/KE billi l-kwoti tal-emissjonijiet jinġiebu b'mod sħiħ fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u u tar-Regolament (UE) Nru .../... [MAR]▌. B'kuntrast, huwa xieraq li jiġi ċċarat li t-tranżazzjonijiet spot tal-kambju jaqgħu barra mill-ambitu tad-Direttiva anki jekk id-derivattivi tal-munita jkunu inklużi.

(10)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jiġu koperti l-intrapriżi li x-xogħol jew il-kummerċ regolari tagħhom huwa li jipprovdu servizzi tal-investiment u/jew li jwettqu attivitajiet tal-investiment fuq bażi professjonali. L-ambitu tagħha ma għandux għalhekk ikopri kull persuna b'attività professjonali differenti.

(11)  Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit reġim regolatorju komprensiv li jirregola t-twettiq tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji b'mod irrispettiv mill-metodi tal-kummerċ użati sabiex jiġu konklużi dawn it-tranżazzjonijiet sabiex tiġi żgurata kwalità għolja ta' twettiq ta' tranżazzjonijiet tal-investituri u jinżammu l-integrità u l-effikaċja ġenerali tas-sistema finanzjarja. Għandu jiġi pprovdut qafas koerenti u sensittiv għar-riskji sabiex jirregola t-tipi ewlenin ta' arranġamenti għat-twettiq fuq l-ordni attivi bħalissa fis-swieq finanzjarji Ewropej. Huwa meħtieġ li tiġi rrikonoxxuta d-dehra ta' ġenerazzjoni ġdida ta' sistemi organizzati tal-kummerċ spalla ma' spalla mas-swieq regolati li għandhom jiġu ssoġġettati għall-obbligi maħsuba sabiex jippreservaw il-funzjonament effiċjenti u bl-ordni tas-swieq finanzjarji u biex jiżguraw li tali sistemi tan-negozjar organizzat ma jibbenefikawx mil-lakuni regolatorji.

(12)  Iċ-ċentri ta' negozjar kollha, jiġifieri s-swieq regolati, il-faċilitajiet ta' kummerċ multilaterali (MTFs), u l-faċilitajiet organizzati tan-negozjar (OTFs), għandhom iressqu regoli trasparenti li jirregolaw l-aċċess għall-faċilità. Madankollu, filwaqt li s-swieq regolati u l-MTFs għandhom jibqgħu suġġetti għal rekwiżiti simili ▌fir-rigward ta' lil min jistgħu jaċċettaw bħala membru jew parteċipant, l-OTFs għandhom ikunu kapaċi jiddeterminaw u jirrestrinġu l-aċċess ibbażat inter alia fuq ir-rwol u l-obbligi li huma jkollhom l-operaturi tagħhom b'rabta mal-klijenti tagħhom. ▌Il-parteċipanti tas-suq għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw l-għażla fir-rigward ta' liema kategorija tal-parteċipant tas-suq li magħha l-ordnijiet tagħhom jinteraġixxu diment li dan isir b'mod miftuħ u trasparenti u ma jinvolvix diskriminazzjoni min-naħa tal-operatur tal-pjattaforma.

(13)  ▌Internalizzaturi sistematiċi għandhom jiġu definiti bħala ditti tal-investiment li, fuq bażi regolari, frekwenti u sistematika jinnegozjaw f'isimhom stess billi jeżekwixxu ordnijiet tal-klijenti barra suq regolat, MTF jew OTF f'sistema bilaterali. Biex jiżgura l-applikazzjoni oġġettiva u effettiva ta' din id-definizzjoni għad-ditti tal-investiment, kwalunkwe kummerċ bilaterali li jsir mal-klijenti għandu jkun rilevanti u l-kriterji kwantitattivi għandhom jikkumplimentaw il-kriterji kwalitattivi għall-identifikazzjoni tad-ditti tal-investiment meħtieġa li jirreġistraw bħala internalizzaturi sistematiċi, stipulati fl-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta' Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-obbligi tad-ditti tal-investiment, ir-rappurtar tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, id-dħul tal-istrumenti finanzjarji fil-kummerċ, u t-termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva(10). Filwaqt li ċ-ċentri tan-negozjar huma faċilitajiet li fihom l-interessi multipli tax-xiri u l-bejgħ ta' partijiet terzi jinteraġixxu fis-sistema, internalizzatur sistematiku ma għandux ikun permess li jġib flimkien interessi tax-xiri u l-bejgħ tal-partijiet terzi bl-istess mod, mil-lat funzjonali, bħal ċentru ta' negozjar.

(14)  Il-persuni li jamministraw l-assi u l-intrapriżi tagħhom stess, li ma jipprovdux servizzi ta' investiment u/jew iwettqu attivitajiet oħra għajr li jinnegozjaw f'isimhom stess m'għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva għajr jekk ma jkunux ġeneraturi tas-suq, membri jew parteċipanti f'suq regolat jew f'MTF, jew sakemm ma jkunux iwettqu l-ordnijiet tal-klijenti billi jinnegozjaw f'isimhom stess. B'mod ta' eċċezzjoni, persuni li jittrattaw għal rashom fi strumenti finanzjarji bħala membri jew parteċipanti ta' suq regolat jew MTF, inkluż bħala nies li joħolqu s-suq b'rabta ma' derivati ta' komoditajiet, kwoti tal-emissjonijiet, jew derivattivi tagħhom, bħala attività anċillari għall-kummerċ ewlieni tagħhom, li fuq bażi ta' grupp la hija l-provvista ta' servizzi finanzjarji fit-tifsira ta' din id-Direttiva u lanqas ta' servizzi bankarji fit-tifsira tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu(11), ma għandhiex tkun koperta mill-ambitu ta' din id-Direttiva. Il-kriterju tekniku għal meta attività hija anċillari għat-tali kummerċ ewlieni għandu jkun ikkjarifikat fi standards tekniċi regolatorji, filwaqt li jitqiesu l-kriterji speċifiċi f'din id-Direttiva li għandhom jinkludu l-iskala tal-attività u safejn inaqqsu r-riskji li jirriżultaw min-negozju ewlieni. Ittrattar ta' persuna għal rasha billi tesegwixxi l-ordnijiet tal-klijent għandha tinkludi ditti li jeżegwixxu ordnijiet minn klijenti differenti billi tqabbilhom fuq bażi mqabbel ta' prinċipal (negozjar dahar ma' dahar - back to back), li għandu jitqies bħala aġir bħala prinċipali u għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li tkopri kemm l-eżekuzzjonijiet ta' ordnijiet f'isem il-klijenti kif ukoll l-ittrattar minn persuni għal rashom. L-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta' strumenti finanzjarji bħala attività anċillari bejn żewġ persuni li l-kummerċ tagħhom, fuq bażi ta' grupp, la huwa l-provvista ta' servizzi finanzjarji fit-tifsira ta' din id-Direttiva u lanqas ta' servizzi bankarji fit-tifsira tad-Direttiva 2006/48/KE ma għandux jitqies bħala ttrattar ta' persuna għaliha nnifisha billi teżegwixxi l-ordnijiet tal-klijenti.

(15)  Ir-referenzi għall-persuni fit-test għandhom jiġu mifhuma li jinkludu kemm il-persuni fiżiċi u kemm il-persuni ġuridiċi.

(16)  Għandhom jiġu esklużi l-intrapriżi tal-assigurazzjoni jew tas-sigurtà li l-attivitajiet tagħhom huma suġġetti għall-monitoraġġ xieraq mill-awtoritajiet kompetenti tas-superviżjoni prudenzjali u li huma suġġetti għad-Direttiva 2009/138/KE barra ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-prodotti tal-assigurazzjoni użati bħala mezzi ta' investiment. L-investimenti spiss jinbiegħu lill-klijenti fil-forma ta' kuntratti ta' assigurazzjoni bħala alternattiva jew sostitut għall-istrumenti finanzjarji regolati fl-ambitu ta' din id-Direttiva. Bil-għan li tingħata protezzjoni konsistenti lill-klijenti mhux professjonali, huwa importanti li l-investimenti fl-ambitu ta' kuntratti ta' assigurazzjoni jkunu suġġetti għall-istess qadi tal-istandards tal-kummerċ, partikolarment dawk relatati mal-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, restrizzjonijiet għall-inċentivi, u regoli dwar l-iżgurar tal-idoneità tal-konsulenza jew l-adegwatezza tal-bejgħ mingħajr konsulenza. Ir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-investituri u dwar il-kunflitti ta' interess f'din id-Direttiva għandhom għalhekk jiġu applikati b'mod ugwali għal dawk l-investimenti offruti bħala kuntratti ta' assigurazzjoni u għandha tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn din id-Direttiva u liġi rilevanti oħra inkluża d-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni(12).

(17)  Il-persuni li ma jipprovdux servizzi għall-partijiet terzi imma li l-kummerċ tagħhom jikkonsisti f'li jipprovdu biss servizzi ta' investiment għall-intrapriżi prinċipali tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom jew għal sussidjarji oħra tal-intrapriżi prinċipali tagħhom, ma għandhomx jiġu koperti minn din id-Direttiva.

(18)  Il-persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment fuq bażi inċidentali biss waqt attività professjonali għandhom jiġu esklużi wkoll mill-ambitu ta' din id-Direttiva, sakemm din l-attività tkun irregolata u r-regoli rilevanti ma jipprojbixxux il-provvediment, fuq bażi inċidentali, tas-servizzi ta' investiment.

(19)  Il-persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment li jikkonsistu b'mod esklussiv fl-amministrazzjoni ta' skemi tal-parteċipazzjoni tal-impjegati u li għalhekk ma jipprovdux servizzi ta' investiment lil partijiet terzi, ma għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva.

(20)  Jeħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu ta' din id-Direttiva l-banek ċentrali u l-korpi l-oħra li jwettqu funzjonijiet simili kif ukoll il-korpi pubbliċi inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu fiha, liema kunċett ikopri l-investiment ta' dawn, bl-eċċezzjoni tal-korpi li huma tal-Istat fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom li r-rwol tagħhom huwa kummerċjali jew marbut mal-akkwist tal-ishma.

(21)  Biex jikkjarifika s-sistema ta' eżenzjonijiet għas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), korpi oħra nazzjonali li jwettqu funzjonijiet simili u l-korpi li jintervjenu fl-immaniġġar tad-dejn pubbliku, huwa xieraq li dawn l-eżenzjonijiet ikunu limitati għall-korpi u l-istituzzjonijiet li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'konformità mal-liġi ta' Stat Membru wieħed jew b'konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea kif ukoll ta' korpi internazzjonali li huwa membru tagħhom Stat Membru wieħed jew iktar.

(22)  Jeħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu ta' din id-Direttiva l-intrapriżi ta' investiment kollettiv u l-fondi tal-pensjonijiet, sewwa jekk ikkoordinati fil-livell tal-Unjoni Ewropea u sewwa jekk le, u d-depożitarji jew l-amministraturi ta' dawn l-intrapriżi, ġaladarba huma suġġetti għal regoli speċifiċi adattati direttament għall-attivitajiet tagħhom.

(22a)  Sabiex is-suq komuni jiffunzjona tajjeb fl-elettriku u l-gass naturali, u sabiex jitwettqu l-funzjonijiet tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni (TSOs) skont id-Direttiva 2009/72/KE(13), id-Direttiva 2009/73/KE(14), ir-Regolament (KE) Nru 714/2009(15), ir-Regolament (KE) Nru 715/2009(16) jew il-kodiċi ta' network u l-linji gwida adottati skont dawn ir-Regolamenti, jeħtieġ li t-TSOs jiġu eżentati meta joħorġu d-drittijiet ta' trażmissjoni, fil-forma ta' drittijiet ta' trażmissjoni fiżika jew drittijiet ta' trażmissjoni finanzjarja, u meta jipprovdu pjattaforma għal kummerċ sekondarju.

(23)  Sabiex tibbenefika mill-eżenzjonijiet minn din id-Direttiva, il-persuna interessata għandha tikkonforma fuq bażi kontinwa mal-kundizzjonijiet stabbiliti għal dawn l-eżenzjonijiet. B'mod partikulari, jekk persuna tipprovdi servizzi tal-investiment, jew twettaq attivitajiet tal-investiment u tkun eżentata minn din id-Direttiva minħabba li dawn is-servizzi jew attivitajiet ikunu sekondarji għall-kummerċ ewlieni tagħha, meta kkunsidrati fuq il-bażi ta' grupp, hija ma għandhiex tibqa' koperta iktar bl-eżenzjoni li għandha x'taqsam mas-servizzi sekondarji meta l-provvediment ta' dawn is-servizzi jew attivitajiet jieqaf milli jkun sekondarju għall-kummerċ ewlieni tagħha.

(24)  Il-persuni li jipprovdu s-servizzi ta' investiment u/jew li jwettqu attivitajiet tal-investiment koperti minn din id-Direttiva għandhom ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni mill-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom sabiex jiġu protetti l-investituri u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

(25)  L-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE ma għandux ikollhom bżonn ta' awtorizzazzjoni oħra skont din id-Direttiva sabiex jipprovdu servizzi ta' investiment jew iwettqu attivitajiet tal-investiment. Meta istituzzjoni ta' kreditu tiddeċiedi li tipprovdi servizzi ta' investiment jew li twettaq attivitajiet ta' investiment, l-awtoritajiet kompetenti, qabel ma jagħtu awtorizzazzjoni, għandhom jivverifikaw illi din tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva.

(26)  Depożiti strutturati ħarġu bħala forma ta' prodott ta' investiment iżda mhumiex koperti taħt kwalunkwe leġislazzjoni għall-protezzjoni tal-investituri fuq livell tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li investimenti strutturati oħrajn huma koperti minn tali atti leġislattivi. Huwa xieraq għalhekk li tissaħħaħ il-fiduċja tal-investituri u li jsir trattament regolatorju li jikkonċerna d-distribuzzjoni iktar uniformi ta' prodotti ta' investiment mhux professjonali offruti flimkien biex tiżgura livell xieraq ta' protezzjoni tal-investitur madwar l-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, huwa xieraq li d-depożiti strutturati jkunu inklużi fl-ambitu ta' din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, huwa meħtieġ li jkun ikkjarifikat li minħabba li d-depożiti strutturati huma forma ta' prodott ta' investiment, huma ma jinkludux depożiti sempliċi marbuta biss ma' rati ta' interess, bħall-Euribor jew il-Libor, anki jekk ir-rati tal-interess huma predeterminati, jew jekk humiex fissi jew varjabbli. Tali depożiti sempliċi jaqgħu għalhekk barra mill-ambitu ta' din id-Direttiva.

(27)  Biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri fl-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li jkunu limitati l-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment lill-klijenti li, bħala riżultat, mhumiex protetti taħt din id-Direttiva. B'mod partikolari, huwa xieraq li l-Istati Membri jintalbu japplikaw ir-rekwiżiti għall-inqas analogi għal dawk stipulati f'din id-Direttiva għal dawk il-persuni, notevolment fil-fażi ta' awtorizzazzjoni, fil-valutazzjoni tar-reputazzjoni u l-esperjenza tagħhom u tal-adattabilità ta' kwalunkwe azzjonist, fir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali u s-superviżjoni kontinwa kif ukoll tat-twettiq tal-obbligi kummerċjali.

(28)  Fil-każijiet meta ditta tal-investiment tipprovdi servizz wieħed jew iktar ta' investiment mhux koperti bl-awtorizzazzjoni tagħha, jew twettaq attività waħda jew iktar ta' investiment mhux koperti bl-awtorizzazzjoni tagħha, fuq bażi mhux regolari, ma għandhiex ikollha bżonn ta' awtorizzazzjoni addizzjonali skont din id-Direttiva.

(29)  Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, il-kummerċ tar-riċeviment u t-trażmissjoni tal-ordnijiet għandu jinkludi wkoll li jinġiebu flimkien żewġ investituri jew iktar biex b'hekk isseħħ tranżazzjoni bejn dawn l-investituri.

(30)  Ditti tal-investiment u istituzzjonijiet tal-kreditu li jqassmu strumenti finanzjarji maħruġa minnhom stess għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva meta huma jipprovdu konsulenza dwar investiment lill-klijenti tagħhom. Biex tkun eliminata l-inċertezza u tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investitur, huwa xieraq li jsir provvediment għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva meta, f'suq primarju, ditti tal-investiment u istituzzjonijiet ta' kreditu jqassmu strumenti finanzjarji maħruġa minnhom stess mingħajr ma jipprovdu kwalunkwe konsulenza. Għal dan il-għan, id-definizzjoni tas-servizz tal-eżekuzzjoni ta' ordnijiet f'isem il-klijenti għandha tkun estiża.

(31)  Il-prinċipji tal-għarfien reċiproku u tas-superviżjoni tal-Istat Membru tad-domiċilju jeħtieġu illi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma għandhomx jikkonċedu jew għandhom jirtiraw awtorizzazzjoni meta fatturi bħalma huma l-kontenut tal-programmi tal-operat, id-distribuzzjoni ġeografika jew l-attivitajiet attwalment imwettqa jindikaw biċ-ċar illi ditta tal-investiment tkun għażlet is-sistema legali ta' Stat Membru bil-għan li tevadi l-istandards iktar stretti fis-seħħ fi Stat Membru ieħor li ġewwa t-territorju tiegħu tkun beħsiebha twettaq jew tkun tassew twettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha. Ditta tal-investiment li hija persuna ġuridika għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. Ditta tal-investiment li mhix persuna ġuridika għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha. B'żieda ma' dan, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-uffiċċju prinċipali tad-ditta tal-investiment irid dejjem ikun fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħha u li hija tkun topera verament minn hemm.

(32)  Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 fir-rigward ta' regoli proċedurali u kriterja ta' evalwazzjoni għall-valutazzjoni prudenzjali tal-akkwiżizzjonijiet u ż-żieda fil-parteċipazzjonijiet fis-settur finanzjarju(17) pprovdiet kriterja dettaljata għall-valutazzjoni prudenzjali ta' akkwiżizzjonijiet proposti f'ditta tal-investiment u għal proċedura għall-applikazzjoni tagħhom. Biex jipprovdu ċertezza legali, kjarifiki u riżultati li jistgħu jkunu mbassra minn qabel fir-rigward tal-proċess tal-valutazzjoni, kif ukoll tar-riżultat tiegħu, huwa xieraq li l-kriterja u l-proċess ta' valutazzjoni prudenzjali jkunu konformi ma' dawk stipulati fid-Direttiva 2007/44/KE. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adattabilità tal-akkwirent propost u r-raġunar finanzjarju tal-akkwiżizzjoni proposta skont dawn il-kriterja kollha li ġejjin: ir-reputazzjoni tal-akkwirent propost; ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta' kwalunkwe persuna li se tmexxi l-operat tad-ditta tal-investiment; ir-raġunar finanzjarju tal-akkwirent propost; jekk id-ditta tal-investiment hijiex se tkun tista' tkun konformi mar-rekwiżiti prudenzjali bbażati fuq din id-Direttiva u direttivi oħrajn, notevolment, fuq id-Direttivi 2002/87/KE(18) u 2006/49/KE(19); jekk l-akkwist iżidx il-kunflitti ta' interessi; jekk hemmx raġunijiet ta' suspett li sar jew kien hemm attentat li jsir iffinanzjar permezz ta' ħasil ta' flus jew ta' terroriżmu fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE(20), jew jekk l-akkwiżizzjoni proposta jistax iżid ir-riskju ta' dan.

(33)  Ditta tal-investiment awtorizzata fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħha għandha tkun intitolata tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta' investiment fl-Unjoni Ewropea kollha mingħajr il-ħtieġa li tfittex awtorizzazzjoni separata mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih tixtieq tipprovdi dawn is-servizzi jew twettaq dawn l-attivitajiet.

(34)  Ġaladarba ċerti ditti tal-investiment huma eżentati minn ċerti obbligi imposti mid-Direttiva 2006/49/KE, huma għandhom ikunu obbligati jżommu jew ammont minimu ta' kapital jew assigurazzjoni tal-indennità professjonali jew għaqda tat-tnejn. L-aġġustamenti tal-ammonti ta' din l-assigurazzjoni jridu jqisu l-aġġustamenti magħmula fil-qafas tad-Direttiva 2002/92/KE. Dan it-trattament partikulari għall-għanijiet tal-adegwatezza tal-kapital għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kull deċiżjoni li tirrigwarda t-trattament xieraq ta' dawn id-ditti skont il-bidliet ġejjiena tal-liġi tal-Unjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tal-kapital.

(35)  Ġaladarba l-ambitu tar-regolazzjoni prudenzjali għandu jkun limitat għal dawk l-entitajiet li, bis-saħħa li jżommu portafoll tan-negozjar fuq bażi professjonali, jirrappreżentaw sors tar-riskju tal-kontroparti lill-parteċipanti l-oħra tas-suq, l-entitajiet li jinnegozjaw f'isimhom stess fl-istrumenti finanzjarji, inklużi dawk id-derivattivi tal-komoditajiet koperti minn din id-Direttiva, kif ukoll dawk li jipprovdu servizzi ta' investiment fid-derivattivi tal-komoditajiet lill-klijenti tal-kummerċ prinċipali tagħhom fuq bażi sekondarja għall-kummerċ ewlieni tagħhom meta kkunsidrati fuq il-bażi ta' grupp, sakemm dan il-kummerċ prinċipali ma jkunx il-provvediment ta' servizzi ta' investiment fit-tifsira ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta' din id-Direttiva.

(36)  Sabiex jiġu protetti d-dritt tas-sjieda ta' investitur u drittijiet oħra simili rigward it-titoli u d-drittijiet tiegħu rigward il-fondi fdati lil ditta, dawn id-drittijiet għandhom b'mod partikulari jinżammu distinti minn dawk tad-ditta. Madankollu, dan il-prinċipju ma għandux jipprevjeni lid-ditta milli tagħmel kummerċ għaliha nfisha imma f'isem l-investitur, meta dan ikun meħtieġ min-natura nfisha tat-tranżazzjoni u l-investitur jaqbel, per eżempju fis-self tal-istokkijiet.

(37)  Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-assi tal-klijent huma għodda kruċjali għall-protezzjoni tal-klijenti fil-provvista tas-servizzi u tal-attivitajiet. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jkunu esklużi meta l-pussess sħiħ tal-fondi u tal-istrument finanzjarju huwa trasferit għal ditta tal-investiment biex ikopri kwalunkwe obbligi preżenti jew futuri, attwali jew kontinġenti jew prospettivi. Din il-possibilità wiesgħa tista' toħloq inċertezza u tipperikola l-effikaċja tar-rekwiżiti li jikkonċernaw is-salvagwardja tal-assi tal-klijent. Għalhekk, għall-inqas meta jkunu involuti l-assi tal-klijenti mhux professjonali, huwa xieraq li tkun limitata l-possibilità tad-ditti tal-investiment li jikkonkludu arranġamenti ta' kollateral finanzjarju ta' trasferiment tat-titolu kif iddefinit f'Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti ta' kollateral finanzjarju(21), għall-fini tal-aċċertament jew altriment tal-kopertura tal-obbligi tagħhom.

(38)  Huwa meħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol tal-korpi maniġerjali ta' ditti tal-investiment biex jiżguraw immaniġġar tajjeb u prudenti tad-ditti, il-promozzjoni tal-integrità tas-suq u l-interessi tal-investituri. Fl-interess ta' approċċ koerenti għall-governanza korporattiva, huwa mixtieq li r-rekwiżiti għad-ditti ta' investiment jiġu allinjati kemm jista' jkun ma' dawk inklużi fid-Direttiva .../.../UE [CRD IV] u biex jiġi żgurat li tali rekwiżiti jkunu proporzjonati għan-natura, skala u kumplessità tan-negozju tagħhom. Biex jiġu evitati l-kunflitti ta' interessi, membru eżekuttiv tal-korp maniġerjali ta' ditti ta' investiment m'għandux ikun ukoll membru eżekuttiv tal-korp maniġerjali ta' ċentru ta' negozjar imma jista' jkun membru mhux eżekuttiv ta' tali korp maniġerjali, per eżempju sabiex jipprovdi l-parteċipazzjoni tal-utenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-korp maniġerjali ta' ditta tal-investiment għandu dejjem jikkommetti ħin biżżejjed u jkollu l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza adegwati sabiex ikun kapaċi jifhem il-operat tad-ditta tal-investiment u r-riskju ewlieni tagħha. Biex jevitaw raġunar fi grupp u jiffaċilitaw l-isfida kritika, bordijiet maniġerjali ta' ditti tal-investiment għandhom ikun differenti biżżejjed fir-rigward ta' età, ġeneru, provenjenza, edukazzjoni u sfond professjonali biex jippreżentaw firxa varja ta' fehmiet u esperjenzi. Il-bilanċ fil-ġeneru huwa ta' importanza partikolari biex jiżgura rappreżentazzjoni adegwata tar-realtà demografika. Fejn tiġi pprattikata, ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-korp maniġerjali għandha wkoll tidher bħala mod pożittiv għat-titjib tad-diversità, billi żżid perspettiva fundamentali u għarfien ġenwin ta' kif taħdem internament l-istituzzjoni. Barra minn hekk, il-mekkaniżmi huma bżonnjużi biex jiżguraw li l-membri tal-korpi maniġerjali jistgħu jitqiesu responsabbli f'każ ta' mmaniġġjar ħażin serju.

(39)  Biex ikollu sorveljanza u kontroll effettiv fuq l-attivitajiet tad-ditta tal-investiment, il-korp maniġerjali għandu jkun responsabbli u jagħti rendikont għall-istrateġija ġenerali tad-ditta tal-investiment, billi jqis il-kummerċ u l-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment. Il-korp maniġerjali għandu jieħu responsabilitajiet ċari matul iċ-ċiklu tal-operat tad-ditta tal-investiment, tal-oqsma tal-identifikazzjoni u d-definizzjoni tal-miri strateġiċi tad-ditta, tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni interna tagħha, inkluż il-kriterja tal-għażla u t-taħriġ tal-persunal, tad-definizzjoni tal-linji ta' politika ġenerali li jirregolaw il-provvista tas-servizzi u tal-attivitajiet, inkluż ir-remunerazzjoni tal-persunal responsabbli mill-bejgħ u l-approvazzjoni ta' prodotti ġodda għad-distribuzzjoni lill-klijenti. Il-monitoraġġ perjodiku u l-ivvalutar tal-miri strateġiċi tad-ditti tal-investiment, l-organizzazzjoni interna tagħhom u l-linji ta' politika tagħhom għall-provvista tas-servizzi u l-attivitajiet għandhom jiżguraw il-kapaċità kontinwa tagħhom li joffru maniġġar tajjeb u prudenti, fl-interess tal-integrità tas-swieq u tal-protezzjoni tal-investituri.

(40)  Il-firxa dejjem tespandi tal-attivitajiet li ħafna ditti tal-investiment jidħlu għalihom b'mod simultanju żiedet il-potenzjal għall-kunflitti ta' interess bejn dawn l-attivitajiet differenti u l-interessi tal-klijenti tagħhom. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprovduti regoli sabiex jiġi żgurat illi dawn il-kunflitti ma jaffettwawx b'mod negattiv l-interessi tal-klijenti tagħhom.

(42)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta' Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet operatorji għad-ditti tal-investiment u termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva(22) tippermetti lill-Istati Membri li jeħtieġu, fil-kuntest tar-rekwiżiti organizzazzjonali għad-ditti tal-investiment, l-irrekordjar ta' konversazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvolvu ordnijiet tal-klijent. L-irrekordjar ta' konversazzjonijiet telefoniċi jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvolvi ordnijiet tal-klijent huwa kompatibbli mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u huwa ġustifikat sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investitur, biex tittejjeb is-sorveljanza tas-suq u tiżdied iċ-ċertezza legali fl-interessi tad-ditti tal-investiment u l-klijenti tagħhom. L-importanza tat-tali rekords hija wkoll imsemmija fil-konsulenza teknika lill-Kummissjoni, maħruġa mill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli fid-29 ta' Lulju 2010. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa xieraq li din id-Direttiva tipprovdi l-prinċipji ta' sistema ġenerali li tikkonċerna l-irrekordjar ta' konversazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvolvu l-ordnijiet tal-klijent. Għall-komunikazzjonijiet bejn il-klijenti mhux professjonali u l-istituzzjonijiet finanzjarji, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jirrikonoxxu minflok rekords miktubin adegwati ta' tali komunikazzjonijiet għall-istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti u fergħat li jinsabu fi ħdan it-territorju tagħhom.

(43)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rispett għad-dritt tal-protezzjoni tad-data personali skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individiwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u tal-moviment ħieles tat-tali data(23) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika(24) li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali li jsir b'applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Din il-protezzjoni għandha, b'mod partikolari, testendi għall-irrekordjar tat-telefon u rrekordjar elettroniku. L-ipproċessar tad-data personali mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25) fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva hu soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data(26).

(44)  L-użu tat-teknoloġija informatika tan-negozjar evolva b'mod sinifikanti fl-aħħar deċennju u issa huwa użat b'mod estensiv mill-parteċipanti tas-suq. Ħafna parteċipanti tas-suq issa jagħmlu użu minn negozjar algoritmiku fejn algoritmu tal-kompjuter jiddetermina awtomatikament aspetti ta' ordni bi ftit jew mingħajr intervent uman. Sottokategorija speċifika ta' negozjar algoritmiku huwa kummerċ ta' frekwenza għolja fejn sistema tal-kummerċ tanalizza dejta jew sinjali mis-suq b'veloċità għolja, normalment f'millisekondi jew mikrosekondi, u mbagħad tibgħat jew taġġorna numri kbar ta' ordnijiet f'perjodu qasir ta' żmien bi tweġiba għal dik l-analiżi. In-negozjar ta' frekwenza għolja tipikament isir minn negozjanti li jużaw il-kapital tagħhom infushom biex jinnegozjaw u iktar milli huwa strateġija minnu nnifsu ta' spiss jista' jinvolvi l-użu ta' teknoloġija sofistikata biex ikunu implimentati strateġiji iktar tradizzjonali bħall-ġenerazzjoni tas-suq jew l-arbitraġġ.

(45)  Bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-superviżoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea ta' Ġunju 2009, u biex tikkontribwixxi għat-twaqqif ta' ktieb tar-regoli wieħed għas-swieq finanzjarji tal-Unjoni, tgħin biex tkompli tiżviluppa kamp kompetittiv ekwu għall-Istati Membri u l-parteċipanti tas-suq, issaħħaħ il-protezzjoni tal-investitur u ttejjeb is-superviżjoni u l-infurzar, l-Unjoni Ewropea impenjat ruħaha li timminimizza, fejn huwa xieraq, id-diskrezzjonijiet disponibbli lill-Istati Membri fil-liġi tal-Unjoni Ewropea dwar is-servizzi finanzjarji. Barra l-introduzzjoni f'din id-Direttiva ta' sistema komuni għall-irrekordjar ta' konversazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvolvu ordnijiet tal-klijent, huwa xieraq li titnaqqas il-possibilità tal-awtoritajiet kompetenti li jiddelegaw kompiti superviżorji f'ċerti każijiet, biex jiġu limitati d-diskrezzjonijiet fir-rekwiżiti applikabbli għal aġenti marbuta u għar-rapportar mill-fergħat. Madankollu, filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti għandhom ir-responsabilitajiet skont din id-Direttiva biex jissalvagwardjaw il-protezzjoni tal-investitur, f'din id-Direttiva m'hemm xejn li jżomm lill-Istati Membri milli jinnominaw l-awtoritajiet flimkien mal-awtoritajiet kompetenti biex jipprovdu monitoraġġ addizzjonali ta' swieq biex tiżdied il-protezzjoni tal-investituri mhux professjonali.

(46)  L-avvanzi tekniċi ppermettew negozjar bi frekwenza għolja u evoluzzjoni tal-mudelli tan-negozju. In-negozjar bi frekwenza għolja jiġi ffaċilitat mill-kolokazzjoni tal-faċilitajiet tal-parteċipanti fis-suq fi qrubija fiżika għall-magna ta' korrispondenza ta' ċentru ta' negozjar. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' negozjar ordinati u ġusti hu essenzjali li ċ-ċentri ta' negozjar jipprovdu s-servizzi ta' kolokazzjoni ta' dan it-tip fuq bażi mhux diskriminatorja, ġusta u trasparenti. L-użu tat-teknoloġija informatika tan-negozjar bi frekwenza għolja żied il-veloċità, il-kapaċità u l-kumplessità ta' kif jinnegozjaw in-negozjaturi. Għen ukoll lill-parteċipanti tas-suq biex jiffaċilitaw l-aċċess dirett mill-klijenti tagħhom għal swieq permezz tal-użu tal-faċilitajiet tan-negozjar tagħhom, permezz ta' aċċess dirett jew sponsorizzat għas-suq. It-teknoloġija tan-negozjar ipprovdiet benefiċċji għas-suq u għall-parteċipanti tas-suq b'mod ġenerali bħal parteċipazzjoni usa' fis-swieq, jista' jiġi argumentat iktar likwidità, għalkemm jibqa' d-dubji dwar kemm verament hemm likwidità pprovduta, inqas firxa, inqas volatilità fuq terminu qasir u l-mezzi biex jintlaħqu tiswir tal-prezz u eżekuzzjoni aħjar tal-ordnijiet għall-klijenti. Madankollu, it-teknoloġija tan-negozjar ta' frekwenza għolja tat bidu wkoll għal numru ta' riskji potenzjali bħaż-żieda fir-riskju tat-tagħbija żejda tas-sistema minħabba volumi kbar ta' ordnijiet, riskji li negozjar algoritmiku jiġġenera ordnijiet duplikati jew żbaljati jew malfunzjonanti b'tali mod li jistgħu jwasslu għal suq diżordinat. Barra minn hekk, hemm ir-riskju ta' sistemi ta' negozjar algoritmiku li jirreaġixxu b'mod esaġerat għal avvenimenti oħra tas-suq li jista' jħarrax il-volatilità jekk hemm problema preeżistenti fis-suq. Negozjar algoritmiku jew negozjar ta' frekwenza għolja, bħal kull forma oħra ta' negozjar, jista' jirrendi ruħu għal ċerti forom ta' mġiba abbużiva jekk ma jkunx użat b'mod tajjeb li għandha tkun ipprojbita skont ir-Regolament (UE) Nru.../.... [MAR il-ġdid]. Negozjar ta' frekwenza għolja jista' wkoll, minħabba l-vantaġġ tal-informazzjoni pprovdut għal negozjaturi ta' frekwenza għolja, jikkonvinċi l-investituri li jagħżlu li jwettqu negozju f'postijiet fejn jistgħu jevitaw l-interazzjoni man-negozjaturi ta' frekwenza għolja. Huwa xieraq li l-istrateġiji tan-negozjar ta' frekwenza għolja li jiddependu fuq ċerti karatteristiċi speċifikati jiġu soġġetti għal skrutinju regolatorju partikolari. Filwaqt li dawn huma b'mod predominanti strateġiji li jiddependu fuq in-negozjar f'isimhom stess, tali skrutinju għandu japplika wkoll fejn l-eżekuzzjoni tal-istrateġija tan-negozjar tkun strutturata b'tali mod li tevita l-eżekuzzjoni li ssir f'isimha stess.

(47)  Dawn ir-riskji potenzjali mill-użu dejjem jiżdied tat-teknoloġija jittaffew l-aħjar minn kombinazzjoni ta' kontrolli tar-riskju speċifiċi diretti lejn ditti li jipparteċipaw f'negozjar algoritmiku jew ta' frekwenza għolja u miżuri oħra diretti lejn operaturi taċ-ċentrikollha tan-negozjar li huma aċċessati mit-tali ditti. Dawn għandhom jirriflettu u jibnu fuq il-linji gwida tekniċi maħruġa mill-AETS fi Frar 2012 dwar sistemi u kontrolli f'ambjent ta' negozjar awtomatizzat għal pjattaformi ta' negozjar, ditti tal-investiment u awtoritajiet kompetenti (AETS/2012/122) sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-swieq fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. Huwa mixtieq li jkun żgurat li d-ditti għan-negozjar ta' frekwenza għolja jkunu awtorizzati meta huma membru dirett ta' ċentru ta' negozjar. Dan għandu jiżgura li huma jkunu suġġetti għar-rekwiżiti organizzativi skont id-Direttiva u jkunu supervizzati kif xieraq. F'dan ir-rigward, l-AETS għandha tiżvolġi rwol ta' koordinament importanti fid-definizzjoni tad-daqs ta' funzjonament xieraq biex jiġu żgurati swieq ordnati f'livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-ordnijiet kollha għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli ta' riskju xierqa mill-bidu nett. Għalhekk huwa wkoll xieraq li tintemm il-prattika tal-aċċess sponsorizzat u skopert biex jiġi evitat ir-riskju li d-ditti b'kontrolli insuffiċjenti mwaqqfa joħolqu kundizzjonijiet tas-suq diżordinati u biex jiġi żgurat li l-parteċipanti tas-suq ikunu jistgħu jiġu identifikati u jkunu responsabbli għal kwalunkwe kundizzjoni diżordinata li għaliha jkunu responsabbli. Huwa wkoll neċessarju li jkun possibbli li jiġu identifikati biċ-ċar il-flussi tal-ordnijiet li ġejjin min-negozjar ta' frekwenza għolja. L-AETS għandha wkoll tkompli timmonitorja l-iżviluppi fit-teknoloġija u l-metodi użati għall-aċċess taċ-ċentri ta' negozjar u għandha tkompli tipprepara linji gwida biex tiżgura li r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva jkunu jistgħu jkomplu jiġu applikati b'mod effettiv fid-dawl tal-prattiki l-ġodda.

(48)  Kemm id-ditti kif ukoll iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw li jkun hemm miżuri b'saħħithom f'posthom biex jiżguraw li n-negozjar bi frekwenza għolja u awtomatizzat ma joħloqx suq diżordinat u ma jistax jintuża għal għanijiet abbużivi. Postijiet tan-negozjar għandhom jiżguraw ukoll li s-sistemi tan-negozjar tagħhom huma reżiljenti u ttestjati tajjeb biex jitrattaw ma' żieda fil-flussi tal-ordnijiet jew stress tas-suq u li hemm salvaviti fis-seħħ fiċ-ċentrikollha tan-negozjar biex iwaqqfu temporanjament il-kummerċ jekk ikun hemm movimenti f'daqqa mhux mistennija fil-prezzijiet.

(48a)  Hemm bżonn ukoll li jiġi żgurat li l-istrutturi tal-miżati taċ-ċentri ta' negozjar ikunu trasparenti, mhux diskriminatorji u ġusti u li ma jkunux strutturati b'tali mod li jippromwovu kundizzjonijiet ta' suq diżordinat. Huwa għalhekk xieraq li jiġi żgurat li l-istrutturi tal-miżati taċ-ċentri ta' negozjar joffru inċentiv għal proporzjon aktar baxx tal-messaġġi tas-sistemi biex isir negozjar b'miżati ogħla li japplikaw għal prattiki bħall-kanċellazzjoni ta' volumi jew proporzjonijiet għoljin ta' ordnijiet li jistgħu joħolqu tali kundizzjonijiet diżordinati u li jeħtieġu liċ-ċentri ta' negozjar li jżidu l-kapaċità tal-infrastruttura mingħajr ma neċessarjament ikunu ta' benefiċċju għal parteċipanti tas-suq oħrajn.

(49)  Minbarra miżuri marbuta mal-negozjar algoritmiku u ta' frekwenza għolja huwa xieraq li jiġu pprojbiti aċċess sponsorizzat u skopert u jiġu inklużi kontrolli marbuta mad-ditti tal-investiment li jipprovdu aċċess tas-suq dirett għal swieq għall-klijenti▌. Huwa wkoll xieraq li ditti li jipprovdu aċċess dirett għas-suq jiżguraw li persuni li jagħmlu użu mis-servizz huma kkwalifikati biżżejjed u li jkunu imposti kontrolli tar-riskju fuq l-użu tas-servizz. Huwa xieraq li rekwiżiti organizzazzjonali dettaljati rigward dawn il-forom ġodda ta' kummerċ għandhom ikunu preskritti b'iktar dettall f'atti delegati. Barra s-setgħat tal-AETS biex tipprepara linji gwida aġġornati dwar forom differenti tal-aċċess għas-swieq u l-kontrolli assoċjati, dan għandu jiżgura li r-rekwiżiti jistgħu jkunu emendati fejn meħtieġ biex jittrattaw ma' iktar innovazzjoni u żviluppi f'dan il-qasam.

(50)  Hemm multitudni ta' postijiet tan-negozjar li bħalissa qed joperaw fl-Unjoni, li numru minnhom qed jinnegozjaw strumenti identiċi. Biex ikunu indirizzati r-riskji potenzjali għall-interessi tal-investituri huwa meħtieġ li jkunu formalizzati u iktar ikkoordinati l-proċessi fuq il-konsegwenzi għall-kummerċ f'postijiet oħra jekk ċentruwieħed jiddeċiedi li jissospendi jew ineħħi strument finanzjarju mill-kummerċ. Fl-interess taċ-ċertezza legali u biex ikunu indirizzati b'mod adegwat il-kunflitti ta' interess fid-deċiżjoni li jkunu sospiża jew imneħħija strumenti mill-kummerċ, għandu jkun żgurat li jekk suq regolat wieħed jew MTF jieqaf jinnegozja minħabba nuqqas ta' kxif ta' informazzjoni dwar min joħroġ l-istrument jew dwar l-istrument finanzjarju, l-oħrajn isegwu dik id-deċiżjoni. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jkun formalizzat u mtejjeb b'mod ulterjuri l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fost iċ-ċentri ta' negozjar f'każijiet ta' kundizzjonijiet eċċezzjonali b'rabta ma' strument partikolari li huwa nnegozjat f'postijiet differenti. Dan għandu jinkludi arranġamenti li jżommu ċ-ċentri ta' negozjar milli jużaw informazzjoni trażmessa fil-kuntest ta' sospensjoni jew tneħħija ta' strument min-negozjar għal raġunijiet kummerċjali.

(51)  Iktar investituri saru attivi fis-swieq finanzjarji u huma offruti sett usa u iktar kumpless ta' servizzi u strumenti u, fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, huwa meħtieġ li jkun ipprovdut grad ta' armonizzazzjoni li joffri lill-investituri livell għoli ta' protezzjoni madwar l-Unjoni Ewropea. Meta kienet adotta d-Direttiva 2004/39/KE, id-dipendenza dejjem tiżdied tal-investituri fuq rakkomandazzjonijiet personali ħtieġet li tinkludi l-provvista ta' konsulenza dwar investiment bħala servizz ta' investiment suġġett għall-awtorizzazzjoni u għal qadi speċifiku tal-obbligi tal-kummerċ. Ir-relevanza kontinwa tar-rakkomandazzjonijiet personali għall-klijenti u l-kumplessità dejjem tiżdied tas-servizzi u l-istrumenti teħtieġ il-qadi ta' obbligi tal-kummerċ biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri.

(51a)  Filwaqt li l-qadi msaħħaħ tal-obbligi tal-kummerċ għal servizzi konsultattivi huwa neċessarju, mhuwiex biżżejjed biex tiġi żgurata l-protezzjoni xierqa tal-investitur. B'mod partikulari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta d-ditti ta' investiment ifasslu prodotti ta' investiment jew depożiti strutturati għall-bejgħ lill-klijenti professjonali u mhux, dawk il-prodotti jitfasslu biex jissodisfaw il-bżonnijiet u l-karatteristiċi ta' suq fil-mira identifikat fi ħdan il-kategorija rilevanti ta' klijenti. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditta ta' investiment tieħu passi raġonevoli biex tiżgura li l-prodott ta' investiment jiġi kkummerċjalizzat u mqassam lill-klijent fi ħdan il-grupp fil-mira. Madankollu, dan m'għandux ineħħi r-responsabilità minn fuq id-distributuri ta' partijiet terzi fejn jikkumerċjalizzaw jew iqassmu l-prodott barra mill-grupp fil-mira mingħajr għarfien jew kunsens tad-ditta li tkun iddisinnjat il-prodott. Il-produtturi għandhom ukoll jirrevedu perjodikament ir-rendiment tal-prodotti tagħhom, biex jivvalutaw jekk ir-rendiment tal-prodotti kienx bi qbil mad-disinn tagħhom u biex jistabbilixxu jekk is-suq fil-mira tagħhom għall-prodott jibqax korrett. L-investituri għandhom bżonn ukoll informazzjoni xierqa dwar il-prodotti u b'mod partikolari informazzjoni fuq bażi konsistenti dwar l-impatt kumulattiv tal-livelli differenti ta' tariffi fuq ir-redditu tal-investiment. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jitqiesu f'dan ir-rigward.

(52)  Biex tingħata l-informazzjoni kollha rilevanti lill-investituri, huwa xieraq li d-ditti tal-investiment li jipprovdu konsulenza dwar l-investiment biex jikkjarifikaw il-bażi tal-konsulenza li jipprovdu, notevolment il-firxa ta' prodotti li jikkunsidraw meta jipprovdu rakkomandazzjonijiet personali lill-klijenti, l-ispiża tal-konsulenza jew, fejn l-ispiża tat-tariffi u l-inċentivi ma jistgħux jiġu aċċertati qabel l-għoti tal-konsulenza, il-mod li bih tiġi kkalkulata l-ispiża, kemm jekk jipprovdu konsulenza dwar investiment tingħata flimkien mal-aċċettazzjoni jew ir-riċezzjoni ta' inċentivi minn partijiet terzi kif ukoll jekk id-ditti tal-investiment jipprovdu lill-klijenti b'valutazzjoni perjodika dwar l-addattabilità tal-istrumenti finanzjarji rrakkomandati lilhom. Huwa xieraq ukoll li d-ditti tal-investiment jintalbu jispjegaw lill-klijenti tagħhom ir-raġunijiet tal-konsulenza pprovduta lilhom. Il-linji gwida mill-AETS jistgħu jkunu utli billi tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta' dawn id-dispożizzjonijiet. Biex jiddefinixxu iktar il-qafas regolatorju għall-provvista tas-servizz ta' konsulenza dwar investiment, filwaqt li fl-istess ħin iħallu l-għażla għad-ditti tal-investiment u l-klijenti, huwa xieraq li jkunu stabbiliti kundizzjonijiet għall-provvista ta' dan is-servizz meta d-ditti jinfurmaw lill-klijenti li l-konsulenza qed tingħata flimkien mal-aċċettazzjoni jew ir-riċezzjoni ta' inċentivi minn partijiet terzi. Meta tkun qed tipprovdi mmaniġġjar ta' portafolli diskrezzjonali, id-ditta ta' investiment għandha, qabel ma jsir il-ftehim, tinforma lill-klijent dwar l-iskala mistennija ta' inċentivi, u r-rapporti perjodiċi għandhom jiżvelaw l-inċentivi kollha mħallsa jew irċevuti. Minħabba l-bżonn li jiġi żgurat li inċentivi ta' partijiet terzi ma jżommux lid-ditta tal-investiment milli taġixxi fl-aħjar interessi tal-klijent, għandu jkun previst li, taħt ċerti kundizzjonijiet, tkun permessa projbizzjoni fuq ir-riċeviment ta' tali inċentivi jew ikunu meħtieġa li jiġu trasferiti fuq il-klijent.

(52a)  Biex il-konsumaturi jiġu protetti ulterjorment, jixraq ukoll li jiġi żgurat li d-ditti tal-investiment ma jirrimunerawx jew ma jivvalutawx ir-rendiment tal-persunal tagħhom stess b'mod li jkun f'kuntrast mad-dmir tad-ditti li jaġixxu fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom. Ir-remunerazzjoni tal-persunal li jbigħ jew joffri konsulenza dwar l-investimenti għandha għalhekk ma tkunx dipendenti biss fuq il-miri tal-bejgħ jew il-profitti għad-ditta minn strument finanzjarju speċifiku għax din toħloq inċentivi biex titwassal l-informazzjoni li ma tkunx ġusta, ċara u li tqarraq u biex isiru rakkomandazzjonijiet li mhumiex fl-aħjar interessi tal-klijenti.

(52b)  Minħabba l-kumplessità tal-prodotti tal-investiment u l-innovazzjoni kontinwa fid-disinn tagħhom, huwa wkoll importanti li jiġi żgurat li l-persunal li joffri konsulenza dwar prodotti tal-investiment jew li jbigħhom lill-klijenti mhux professjonali jkollu livell xieraq ta' għarfien u kompetenza fir-rigward tal-prodotti offruti. Ditti tal-investiment għandhom bżonn jippermettu biżżejjed ħin u riżorsi għall-persunal tagħhom biex jilħqu dan l-għarfien u l-kompetenza u biex ikunu applikati fl-għoti ta' servizzi lill-klijenti.

(53)  Ditti tal-investiment huma permessi li jipprovdu servizzi ta' investiment li jikkonsistu biss fl-eżekuzzjoni u/jew fl-irċevuta u t-trasmissjoni tal-ordni tal-klijent, mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb informazzjoni rigward l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent biex tkun ivvalutata l-idoneità tas-servizz jew tal-istrument għall-klijent. Minħabba li dawn is-servizzi jwasslu għal tnaqqis rilevanti tal-protezzjonijiet tal-klijenti, huwa xieraq li jkunu mtejba l-kundizzjonijiet għall-provvista tagħhom. B'mod partikolari, huwa xieraq li tkun eskluża l-possibilità li dawn is-servizzi jkunu pprovduti flimkien mas-servizz anċillari li jikkonsisti fl-għoti ta' kreditu jew self lill-investituri biex jippermettilhom jagħmlu tranżazzjoni li fiha hija involuta d-ditta tal-investiment, minħabba li dan iżid il-kumplessità tat-tranżazzjoni u jagħmel l-għarfien tar-riskju involut iktar diffiċli. Huwa wkoll xieraq li jkunu definiti aħjar il-kriterji għall-għażla tal-istrumenti finanzjarji li għandhom jintrabtu magħhom dawn is-servizzi sabiex ikunu esklużi l-istrumenti finanzjarji, li jinkludi derivat sakemm dak id-derivat ma jżidx ir-riskju lill-klijent, jew jinkorpora struttura li tagħmilha diffiċli għall-klijent li jifhem ir-riskju involut.

(54)  Prattiki ta' bejgħ inkroċjat huma stratġija komuni għall-fornituri tas-servizzi finanzjarji mhux professjonali fl-Unjoni Ewropea. Dawn jistgħu jipprovdu benefiċċji għall-klijenti mhux professjonali imma jistgħu ukoll jirrappreżentaw prattiki fejn l-interess tal-klijent ma jitqiesx adegwatement. Pereżempju, ċerti forom ta' prattiki ta' bejgħ inkroċjat, notevolment prattiki ta' konfezzjoni (tying) fejn żewġ servizzi finanzjarji jew aktar jinbiegħu flimkien f'pakkett u tal-anqas wieħed minn dawk is-servizzi ma jkunx disponibbli separatement, jistgħu jgħawġu l-kompetizzjoni u jaffettwaw negattivament il-mobilità tal-klijenti u l-abilità tagħhom li jagħmlu għażliet informati. Eżempju ta' prattiki ta' konfezzjoni jista' jkun il-ftuħ neċessarju ta' kontijiet kurrenti meta jitforna servizz ta' investiment lil klijent mhux professjonali. Filwaqt li prattiki ta' gruppar (bundling), fejn żewġ servizzi finanzjarji jew aktar jinbiegħu flimkien f'pakkett, imma kull servizzi minnhom jista' wkoll jinxtara separatement, minkejja li jistgħu wkoll jgħawġu l-kompetizzjoni u jaffettwaw negattivament il-mobilità tal-klijenti u l-abilità tagħhom li jagħmlu għażliet informati, tal-anqas iħallu l-għażla ħielsa lill-klijent u għalhekk jistgħu jkunu ta' riskju iżgħar għall-konformità tad-ditti tal-investiment mal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva. L-użu ta' tali prattiki għandu jiġi vvalutat bir-reqqa sabiex tiġi promossa l-kompetizzjoni u l-għażla tal-konsumatur.

(55)  Għandu jiġi kkunsidrat li jiġi pprovdut servizz fuq l-inizjattiva ta' klijent għajr jekk il-klijent jiddomandah bi tweġiba għal komunikazzjoni ppersonalizzata minn, jew f'isem, id-ditta lil dan il-klijent partikulari, li jkun fiha stedina jew tkun maħsuba li tinfluwenza lill-klijent rigward strument finanzjarju speċifiku jew tranżazzjoni speċifika. Servizz jista' jiġi kkunsidrat li jiġi pprovdut fuq l-inizjattiva tal-klijent minkejja li l-klijent jiddomandah fuq il-bażi ta' kull komunikazzjoni li jkun fiha promozzjoni jew offerta ta' strumenti finanzjarji magħmula b'kull mezz li min-natura nfisha tagħha tkun ġenerali u tkun indirizzata lill-pubbliku jew lil grupp jew kategorija ikbar ta' klijenti jew ta' klijenti potenzali.

(56)  Wieħed mill-għanijiet ta' din id-Direttiva huwa li jiġu protetti l-investituri. Il-miżuri sabiex jiġu protetti l-investituri għandhom jiġu adattati għall-karatteristiċi speċifiċi ta' kull waħda mill-kategoriji tal-investituri ( investituri fil-livell tal-konsumaturi, professjonali u kontropartijiet). Madankollu, sabiex jittejjeb il-qafas regolatorju li japplika għall-għoti ta' servizzi, irrispettivament mill-kategorija ta' klijenti involuti, huwa xieraq li wieħed jagħmilha ċara li l-prinċipji li wieħed jaġixxi b'mod onest, b'mod ġust u b'mod professjonali u l-obbligu li wieħed ikun ċar u ġust u li ma jqarraqx b'ħaddieħor japplikaw għar-relazzjoni mal-klijenti kollha.

(57)  B'deroga mill-prinċipju tal-awtorizzazzjoni, tas-superviżjoni u tal-infurzar tal-obbligi rigward l-operat tal-friegħi min-naħa tal-pajjiz tad-domiċilju, huwa xieraq illi l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tassumi r-responsabbiltà sabiex tinforza ċerti obbligi speċifikati f'din id-Direttiva fejn jidħol il-kummerċ imwettaq permezz ta' fergħa ġewwa t-territorju fejn tkun il-fergħa, minħabba li dik l-awtorità tkun l-eqreb waħda għall-fergħa u tkun f'pożizzjoni aħjar sabiex tikxef il-ksur tar-regoli li jirregolaw l-operat tal-fergħa u tintervjeni f'każ li jkun hemm it-tali ksur.

(58)  Huwa meħtieġ li jiġi impost obbligu effettiv “tal-aħjar twettiq” sabiex ikun żgurat li d-ditti tal-investiment iwettqu l-ordnijiet tal-klijent fuq termini li jkunu l-iktar favorevoli għall-klijent. Dan l-obbligu għandu japplika għad-ditti li jkollhom obbligi kuntrattwali jew tal-aġenzija lejn il-klijent.

(58a)  Biex isir kontribut lil bażi usa' tal-azzjonisti fl-Unjoni, għandu jitjieb il-qafas ta' eżekuzzjoni għall-investituri mhux professjonali, sabiex dawn ikunu jistgħu jaċċedu għal firxa wiesgħa ta' postijiet tal-eżekuzzjoni attwalment disponibbli fl-Unjoni. Għandhom jitqiesu l-progressi teknoloġiċi għall-monitoraġġ tal-obbligu tal-eżekuzzjoni fl-applikazzjoni tal-qafas ta' eżekuzzjoni.

(59)  Biex jitjiebu l-kundizzjonijiet li fihom id-ditti tal-investiment jaqdu l-obbligu tagħhom li jesegwixxu ordnijiet fl-iktar termini favorevoli għall-klijenti tagħhom b'konformità ma' din id-Direttiva, huwa xieraq li ċ-ċentrital-eżekuzzjoni jkunu rekwiżiti jagħmlu disponibbli għall-pubbliku d-dejta marbuta mal-kwalità tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet f'kull post.

(60)  Informazzjoni pprovduta minn ditti tal-investiment lill-klijenti b'rabta mal-linji ta' politika tagħhom dwar l-eżekuzzjoni tal-ordni hija ħafna drabi ġenerika u standard u ma tippermettix lill-klijenti jifhmu kif se ssir it-tranżazzjoni u jivverifikaw il-konformità tad-ditti mal-obbligi tagħhom li jesegwixxu ordnijiet fl-iktar termini favorevoli għall-klijenti tagħhom. Biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investitur, huwa xieraq li jkunu speċifikati l-prinċipji li jikkonċernaw l-informazzjoni mogħtija minn ditti tal-investiment lill-klijenti tagħhom fuq il-linji ta' politika dwar l-eżekuzzjonijiet tal-ordnijiet u li jiġi rikjest li d-ditti jippubblikaw, fuq bażi ta' kull tliet xhur, għal kull klassi ta' strumenti finanzjarji, il-ħames postijiet ta' eżekuzzjoni fejn eżekwixxew l-aktar ordnijiet tal-klijent fis-sena preċedenti u jqisu dik l-informazzjoni u l-informazzjoni ppubblikata milċ-ċentri ta' negozjar dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni fil-politiki tagħhom dwar l-aħjar eżekuzzjoni.

(62)  Il-persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment f'isem iktar minn ditta waħda tal-investiment ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala aġenti marbuta imma bħala ditti tal-investiment meta jidħlu fid-definizzjoni pprovduta f'din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta' ċerti persuni li jistgħu jkunu eżentati.

(63)  Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-aġenti marbuta jidħlu għal attivitajiet koperti minn Direttivi oħra u għal attivitajiet li għandhom x'jaqsmu magħhom rigward servizzi jew prodotti finanzjarji mhux koperti minn din id-Direttiva, inkluż f'isem il-partijiet tal-istess grupp finanzjarju.

(64)  Il-kundizzjonijiet sabiex jitwettqu attivitajiet 'il barra mill-bini tad-ditta tal-investiment (il-bejgħ bieb bieb) ma għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva.

(65)  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma għandhomx jirreġistraw jew għandhom jirtiraw ir-reġistrazzjoni meta l-attivitajiet attwalment imwettqa jindikaw biċ-ċar illi aġent marbut ikun għażel is-sistema legali ta' Stat Membru bil-għan li jevadi l-istandards iktar stretti fis-seħħ fi Stat Membru ieħor li ġewwa t-territorju tiegħu jew ikun beħsiebu jwettaq jew ikun tassew iwettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tiegħu.

(66)  Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jiġu meqjusa li jaġixxu bħala klijenti.

(67)  Il-kriżi finanzjarja uriet limiti fil-kapaċità ta' klijenti professjonali li japprezzaw ir-riskju tal-investiment tagħhom. Filwaqt li għandu jkun ikkonfermat li r-regoli għal-kondotta tal-operat għandhom ikunu infurzati fir-rigward ta' dawk l-investituri li l-iktar jinħtieġu protezzjoni, huwa xieraq li jkunu kkalibrati aħjar ir-rekwiżiti applikabbli għall-kategoriji differenti tal-klijenti. Għal dan il-għan, huwa xieraq li xi rekwiżiti ta' informazzjoni u rapportar ikunu estiżi għar-relazzjoni ma' kontropartijiet eliġibbli. B'mod partikolari, ir-rekwiżiti rilevanti għandhom ikunu marbuta mas-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji u l-flus tal-klijent u rekwiżiti tar-rapportar li jikkonċernaw strumenti finanzjarji u tranżazzjonijiet iktar kumplessi. Biex ikunu riflessi aħjar il-funzjonijiet tal-muniċipilitajiet u tal-awtoritajiet pubbliċi lokali, li mhux suppost ikunu qed iwettqu negozju mill-istrumenti spekulattivi, huwa xieraq li teskludihom b'mod ċar mil-lista ta' kontropartijiet eliġibbli u ta' klijenti li huma kkunsidrati li huma professjonali filwaqt li xorta tippermetti li dawn il-klijenti jitolbu trattament professjonali daqs klijenti professjonali fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet riġidi stabbiliti mill-Istati Membri.

(68)  Rigward it-tranżazzjonijiet imwettqa bejn il-kontropartijiet eliġibbli, l-obbligu li jiġu żvelati ordnijiet tal-klijenti b'limitu tal-prezz għandu japplika biss meta l-kontroparti tibgħat b'mod espliċitu ordni b'limitu tal-prezz lil ditta tal-investiment biex din twettaq din l-ordni.

(70)  Id-ditti tal-investiment għandhom ilkoll ikollhom l-istess opportunitajiet li jingħaqdu mas-swieq regolati fl-Unjoni Ewropea kollha jew li jkollhom aċċess għalihom. Tkun xi tkun il-manjiera li biha t-tranżazzjonijiet ikunu organizzati fl-Istati Membri fil-preżent, huwa importanti illi jiġu aboliti r-restrizzjonijiet tekniċi u legali dwar l-aċċess għas-swieq regolati.

(71)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-finalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet li jaqsmu l-fruntieri, huwa xieraq li jiġi pprovvdut l-aċċess għas-sistemi tal-ikklerjar u s-saldu fl-Unjoni Ewropea kollha mid-ditti tal-investiment, irrispettivament minn jekk it-tranżazzjonijiet ikunux ġew konklużi pemezz tas-swieq regolati fl-Istat Membru konċernat jew le. Id-ditti tal-investiment li jixtiequ jipparteċipaw direttament fis-sistemi tas-saldu ta' Stati Membri oħra għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti operazzjonali u kummerċjali rilevanti għas-sħubija u mal-miżuri prudenzjali sabiex isostnu l-funzjonament bla xkiel u bl-ordni tas-swieq finanzjarji.

(72)  L-għoti ta' servizzi minn ditti ta' pajjiż terz fl-Unjoni Ewropea huwa suġġett għal reġimi u rekwiżiti nazzjonali. Dawn ir-reġimi huma differenzjati ħafna u d-ditti awtorizzati b'konformità magħhom ma jgawdux il-libertà li jipprovdu servizzi u d-dritt tal-istabbiliment fi Stati Membri oħra minbarra dak fejn huma stabbiliti. Huwa xieraq li jkun introdott qafas regolatorju komuni fuq livell tal-Unjoni Ewropea għal ditti ta' pajjiżi terzi, inkluż kemm id-ditti tal-investiment kif ukoll l-operaturi tas-suq. Sabiex tiġi provduta bażi għal ditti ta' pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn passaport li jippermettihom jipprovdu servizzi tal-investiment u jwettqu attivitajiet tal-investiment mal-UE kollha, ir-reġim għandu jarmonizza l-qafas frammentat eżistenti, tiżgura ċertezza u trattament unformi ta' ditti ta' pajjiż terz li jaċċessaw l-Unjoni Ewropea, jiżgura li titwettaq valutazzjoni ta' ekwivalenza effettiva mill-Kummissjoni, billi tingħata prijorità lill-valutazzjoni tal-akbar sħab u żoni tan-negozju tal-UE fl-ambitu tal-programm G-20, b'rabta mal-qafas regolatorju u superviżorju tal-pajjiżi terzi u għandu jiddisponi għal livell kumparabbli ta' protezzjonijiet lill-investituri fl-UE li jkunu qed jirċievu servizzi pprovduti minn ditti ta' pajjiż terz.

(73)  Il-provvista ta' servizzi lil klijenti mhux professjonali jew lill-klijenti li għażlu li jirrinunzjaw għal ċerti protezzjonijiet biex jiġu ttrattati bħala klijenti professjonali għandha dejjem teħtieġ l-istabbiliment ta' fergħa fl-Unjoni Ewropea. L-istabbiliment tal-fergħa għandu jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni fl-Unjoni Ewropea. Għadu jkun hemm arranġamenti xierqa ta' kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti kkonċernata u l-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz. Kapital inizjali biżżejjed għandu jkun għad-dispożizzjoni ħielsa tal-fergħa. Kif tkun awtorizzata l-fergħa għandha tkun suġġetta għal superviżjoni fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa; id-ditta ta' pajjiż terz għandha tkun kapaċi tipprovdi servizzi fi Stati Membri oħrajn permezz tal-fergħa awtorizzata u supervizzata, suġġetta għal proċedura ta' notifika. Il-forniment ta' servizzi fl-Unjoni mingħajr fergħat għandu jkun limitat għall-kontrapartijiet eliġibbli u għal klijenti professjonali oħra barra dawk li rrinunzjaw il-protezzjonijiet sabiex jiġu trattati bħala klijenti professjonali. Barra meta pprovdut biss fuq inizjattiva esklużiva tal-klijent stess, għandu jkun soġġett għal reġistrazzjoni mal-AETS u għas-superviżjoni fil-pajjiż terz. Għadu jkun hemm fis-seħħ arranġamenti xierqa ta' kooperazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz.

(74)  Id-dispożizzjoni ta' din id-Direttiva li tirregola l-provvista tas-servizzi jew attivitajiet tal-investiment minn ditti ta' pajjiż terz fl-Unjoni Ewropea ma għandhiex taffettwa l-possibilità għal persuni stabbiliti fl-Unjoni li jirċievu servizzi ta' investiment minn ditti ta' pajjiż terz b'inizjattiva esklussiva tagħhom stess. Fejn ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi fuq l-inizjattiva esklussiva ta' persuna stabbilita fl-Unjoni, is-servizzi ma għandhomx ikunu meqjusa bħala pprovduti fit-territorju tal-Unjoni. Fejn ditta ta' pajjiż terz tissoliċita klijenti jew klijenti potenzjali fl-Unjoni jew tippromwovi jew tirreklama servizzi ta' investiment jew attivitajiet flimkein mas-servizzi anċillari fl-Unjoni, ma għandux ikun meqjus bħala servizz ipprovdut bl-inizjattiva esklussiva tal-klijent.

(75)  L-awtorizzazzjoni għal ħidma f'suq regolat għandha testendi għall-attivitajiet kollha li għandhom x'jaqsmu direttament mal-wiri, l-ipproċessar, it-twettiq, il-konferma u r-rapportar tal-ordnijiet mill-punt li fih dawn l-ordnijiet jiġu rċevuti mis-suq regolat sal-punt li fih jiġu trażmessi għall-finalizzazzjoni sussegwenti, u għall-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mad-dħul tal-istrumenti finanzjarji fil-kummerċ. Din għandha tinkludi wkoll it-tranżazzjonijiet konklużi permezz ta' dawk maħtura bħala ġeneraturi tas-suq mis-suq regolat, li jitwettqu skont is-sistemi tagħhom u skont ir-regoli li jirregolaw dawn is-sistemi. Minħabba l-importanza tal-ġeneraturi tas-suq għall-funzjonament ordinat u effiċjenti tas-swieq, iċ-ċentri ta' negozjar għandu jkollhom ftehimiet bil-miktub imwaqqfin b'ġeneraturi tas-suq li jiċċaraw l-obbligi tagħhom u li jiżguraw li fiċ-ċirkustanzi kollha barra dawk eċċezzjonali, huma jissodisfaw l-impenn tagħhom li jipprovdu likwidità għas-suq. Mhux it-tranżazzjonijiet kollha konklużi mill-membri jew mill-parteċipanti tas-suq regolat, tal-MTF jew tal-OTF għandhom jiġu kkunsidrati bħala konklużi ġewwa s-sistemi ta' suq regolat, ta' MTF jew ta' OTF. It-tranżazzjonijiet li l-membri jew il-parteċipanti jikkonkludu fuq bażi bilaterali u li ma jikkonformawx mal-obbligi kollha stabbiliti għal suq regolat, għal MTF jew għal OTF skont din id-Direttiva għandhom jiġu kkunsidrati bħala tranżazzjonijiet konklużi 'l barra minn suq regolat, minn MTF jew minn OTF għall-għanijiet tad-definizzjoni ta' internalizzatur sistematiku. F'dan il-każ għandu japplika l-obbligu tad-ditti tal-investiment li jippubblikaw kwotazzjonijiet sodi jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.

(76)  Il-forniment ta' servizzi ta' dejta ewlenija tas-suq li huma ta' importanza kbira għall-utenti biex ikunu kapaċi jiksbu ħarsa ġenerali kif mixtieq tal-attività tan-negozjar madwar is-swieq tal-Unjoni Ewropea u għall-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu informazzjoni eżatta u komprensiva dwar tranżazzjonijiet rilevanti għandha tkun suġġetta għall-awtorizzazzjoni u r-regolamentazzjoni biex tiżgura livell meħtieġ ta' kwalità.

(77)  L-introduzzjoni ta' arranġamenti ta' pubblikazzjoni approvati għandha ttejjeb il-kwalità tal-informazzjoni dwar it-trasparenza tan-negozjar ippubblikata fl-ispazju OTC u tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex tiżgura li t-tali dejta tkun ippubblikata b'tali mod li jiffaċilita l-konsolidazzjoni tagħha ma' dejta ppubblikata minn postijiet tan-negozjar.

(78)  Issa li ġiet implimentata struttura ta' suq li tippermetti l-kompetizzjoni bejn diversi postijiet tan-negozjar, hu essenzjali li kemm jista' jkun malajr jibda jiffunzjona tejp konsolidat effikaċi u komprensiv. L-introduzzjoni ta' soluzzjoni kummerċjali għal tejp konsolidat għall-ekwitajiet u strumenti bħall-ekwità għandha tikkontribwixxi għal suq Ewropew iktar integrat u biex tagħmilha iktar faċli għall-parteċipanti tas-suq biex jiksbu aċċess għal ħarsa konsolidata lejn l-informazzjoni dwar it-trasparenza tas-suq li tkun disponibbli. Is-soluzzjoni prevista hija bbażata fuq l-awtorizzazzjoni ta' fornituri li jaħdmu f'parametri predefiniti u ssorveljati, biex jiġi żgurat li data tas-swieq konsistenti u preċiża tkun disponibbli, li huma f'kompetizzjoni bejniethom sabiex jiksbu soluzzjonijiet sofistikati u innovativi ħafna, li jservu lis-suq bl-aħjar mod possibbli. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp bikri ta' tejp konsolidat vijabbli, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jispeċifikaw ċerti dettalji dwar l-obbligu ta' informazzjoni fuq il-fornituri ta' tejps konsolidati kemm jista' jkun malajr. Billi jintalab lill-fornituri ta' tejps konsolidati (CTPs) kollha biex jikkonsolidaw id-data APA kollha, se tiġi żgurata l-kompetizzjoni fil-qasam tas-servizzi lill-klijent u mhux fir-rigward tal-wisa' tad-data koperta. Madankollu, huwa xieraq li tiġi prevista issa soluzzjoni pubblika li trid tiġi żviluppata jekk is-soluzzjoni kummerċjali ma twassalx għall-għoti fil-ħin ta' tejp konsolidat effettiv u komprensiv.

(79)  Ir-reviżjoni tad-Direttiva 2006/49/KE għandha tiffissa r-rekwiżiti kapitali minimi li magħhom għandhom jikkonformaw is-swieq regolati sabiex jiġu awtorizzati u, hija u tagħmel dan, għandha tqis in-natura speċifika tar-riskji assoċjati ma' dawn is-swieq.

(80)  L-operaturi ta' suq regolat għandhom ikunu kapaċi wkoll joperaw MTF skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva.

(81)  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jirrigwardaw l-ammissjoni tal-istrumenti għall-kummerċ skont ir-regoli infurzati mis-suq regolat għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 fuq l-ammissjoni tat-titoli għal-listi ta' stock exchange uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq dawk it-titoli(27). Suq regolat ma għandux jiġi pprevenut milli japplika rekwiżiti iktar stretti għall-emittenti tat-titoli jew tal-istrumenti li jkun qiegħed jikkunsidra għall-ammissjoni għan-negozjar minn dawk imposti skont din id-Direttiva.

(82)  L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jinnominaw awtoritajiet kompetenti differenti sabiex jinfurzaw l-obbligi mifruxa fil-wisa' stabbiliti f'din id-Direttiva. Dawn l-awtoritajiet għandhom ikunu ta' natura pubblika li tiggarantixxi l-indipendenza tagħhom mill-atturi ekonomiċi u tevita l-kunflitti ta' interess. B'konformità mal-liġijiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-finanzjament ix-xieraq tal-awtorità kompetenti. In-nomina tal-awtoritajiet pubbliċi ma għandhiex teskludi delega taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti.

(83)  Is-summit tal-G20 f'Pittsburgh fil-25 ta' Settembru 2009 qabel li jtejjeb ir-regolamentazzjoni, il-funzjonament u t-trasparenza tas-swieq finanzjarji ta' komoditajiet biex jindirizza l-volatilità eċċessiva tal-prezz tal-komoditajiet. Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2009 dwar Funzjonament Aħjar tal-Katina tal-Provvista tal-Ikel fl-Ewropa, u tat-2 ta' Frar 2011 dwar It-Trattament tal-Isfidi fis-Swieq tal-Komoditajiet u tal-Materja Prima spjegaw miżuri li għandhom ikunu kkunsidrati fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva 2004/39/KE. F'Settembru 2011, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli ppubblikat il-Prinċipji għar-Regolamentazzjoni u s-Superviżjoni tas-Swieq tad-Derivattivi tal-Komoditajiet. Dawn il-prinċipji ntlaqgħu mis-samit G20 f'Cannes fl-4 ta' Novembru 2011 li talab għal regolaturi tas-suq biex ikun hemm setgħat tal-maniġment f'pożizzjonijiet formali, inkluża s-setgħa biex jitwaqqfu limiti ta' pożizzjoni ex ante kif inhu xieraq.

(84)  Is-setgħat disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kkumplimentati bis-setgħat espliċiti li jakkwistaw informazzjoni minn kwalunkwe persuna rigward id-daqs u l-iskop ta' pożizzjoni f'kuntratti tad-derivati marbuta ma' komoditajiet u li l-persuna tintalab tieħu passi biex tnaqqas id-daqs tal-pożizzjoni fil-kuntratti tad-derivati.

(85)  Għandhom jingħataw setgħat espliċiti liċ-ċentri ta' negozjar u lill-awtoritajiet kompetenti biex jillimitaw il-kapaċità ta' kwalunkwe persuna jew klassi ta' persuni biex jidħlu f'kuntratt tad-derivati jew ikollhom tali kuntratti b'rabta ma' komodità, ibbażati fuq standards tekniċi determinati mill-AETS, u biex inkella jiġu mmaniġġjati l-pożizzjonijiet b'tali mod li titħeġġeġ l-integrità tas-suq għad-derivattiv u l-komodità bażika mingħajr ma tiġi limitata mingħajr bżonn il-likwidità. L-applikazzjoni ta' limitu għandha tkun possibbli kemm fil-każ ta' tranżazzjonijiet individwali u pożizzjonijiet mibni maż-żmien. Fil-każ tal-aħħar partikolarment, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn il-limiti ta' pożizzjoni huma mhux diskriminatorji, spjegati b'mod ċar, iqisu l-ispeċifiċità tas-suq ikkonċernat, u huma meħtieġa biex jiżguraw l-integrità u l-funzjonament tajjeb tas-suq. Tali limiti m'għandhomx japplikaw għal pożizzjonijiet li oġġettivament inaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attivitajiet kummerċjali fir-rigward tal-komodità. Sabiex jiġu evitati impatti mhux intenzjonati fis-swieq għall-komodità bażika mir-regolamentazzjoni tad-direttivi, huwa wkoll xieraq li tiġi ċċarata d-distinzjoni bejn spot contract u l-kuntratti futuri.

(86)  Barra mis-setgħat magħmula disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti, iċ-ċentri ta' negozjar kollha li joffru kummerċ fid-derivati tal-komoditajiet għandu jkollhom limiti xierqa u arranġamenti xierqa oħrajn għall-ġestjoni tal-pożizzjonijiet skont kemm ikun hemm bżonn biex jappoġġaw il-likwidità, jipprevjenu l-abbuż tas-suq, u jiżguraw li l-ipprezzar u l-kundizzjonijiet ta' saldu ordanati. Tali arranġamenti jistgħu jinkludu, pereżempju l-identifikazzjoni ta' konċentrazzjonijiet kbar ta' pożizzjonijiet partikolarment ftit qabel is-saldu, limiti tal-pożizzjonijiet, limiti għall-movimenti tal-prezz, l-impożizzjoni tal-likwidazzjoni jew tat-trasferiment ta' pożizzjonijiet miftuħa, is-sospensjoni tan-negozjar, l-alterazzjoni tat-termini u tal-kundizzjonijiet tl-konsenja, il-kanċellazzjoni tan-negozjar u t-talba tal-intenzjonijiet tal-konsenja. L-AETS għandha żżomm u tippubblika lista li tinkludi sommarji tat-tali miżuri kollha fis-seħħ. Il-limiti għandhom jiġu applikati b'mod konsistenti u jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tas-suq inkwistjoni. Dawn għandhom jiġu stipulati ċarament fir-rigward ta' għal min japplikaw u kwalunkwe eżenzjoni għalihom kif ukoll għal-livelli minimi kwantitattivi rilevanti li jikkonstitwixxu l-limiti jew li jistgħu jixkattaw obbligi oħra. Minħabba l-fatt li l-ebda ċentru ta' negozjar ma jista' jkollu l-pożizzjonijiet aggregati meħuda mill-membri jew parteċipanti tiegħu fis-suq sħiħ huwa wkoll xieraq li tkun permessa l-ispeċifikazzjoni tal-kontrolli permezz ta' standards tekniċi regolatorji inkluż bil-ħsieb li jiġi evitat kwalunkwe effett diverġenti tal-limiti jew arranġamenti applikabbli għal kuntratti komparabbli fuq ċentri differenti.

(87)  Iċ-ċentri fejn ikunu nnegozjati l-iktar derivati likwidi ta' komoditajiet għandhom jippubblikaw analiżi statistika miġbura darba fil-ġimgħa tal-pożizzjonijiet meħuda minn tipi differenti ta' parteċipanti tas-suq, inkluż il-klijenti ta' dawk li mhux qed jinnegozjaw f'isimhom. Analiżi statistika komprensiva u dettaljata kemm skont it-tip kif ukoll skont l-identità tal-parteċipant tas-suq għandha tkun komunikata lill-awtorità kompetenti jekk din tkun rekwiżita, billi jitqiesu, fejn hu applikabbli, ir-rekwiżiti tar-rappurtar diġà imposti skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa(28).

(89)  Huwa mixtieq li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-kapital għal intrapriżi żgħar u medji u li jkun iffaċilitat l-iżvilupp ta' swieq speċjalizzati li jimmiraw li jaqdu l-ħtiġijiet ta' emittenti żgħar u medji. Dawn is-swieq li huma ġeneralment operati skont din id-Direttiva bħala MTFs huma iktar magħrufa bħala swieq tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, swieq tat-tkabbir jew swieq żgħar. Il-ħolqien fi ħdan il-kategorija MTF ta' sottokategorija ġdida ta' suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u r-reġistrazzjoni ta' dawn iss-swieq għandha żżid il-viżibilità u l-profil u tgħin l-iżvilupp ta' standards regolatorji pan-Ewropej komuni għal dawk is-swieq. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-mod kif tiġi pprovduta liġi futura li trawwem u tippromwovi aktar l-użu ta' dan is-suq bħala klassi ġdida ta' assi li tkun attraenti għall-investituri. Ir-regolamentazzjonijiet tas-suq tal-UE l-oħra kollha għandhom ikunu aġġornati biex inaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jagħtu aktar inċentivi għall-elenkar tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fis-suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

(90)  Ir-rekwiżiti li japplikaw għal din il-kategorija ġdida tas-swieq jeħtieġ li jipprovdu biżżejjed flessibilità biex ikunu kapaċi jqisu l-firxa preżenti ta' mudelli ta' swieq li għamlu suċċess li jeżistu madwar l-Ewropa. Huma jeħtieġu li jsibu bilanċ tajjeb bejn il-manteniment ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-investitur, li huwa essenzjali biex irawwem il-fiduċja tal-investitur f'emittenti fuq dawn is-swieq, filwaqt li jnaqqsu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa għall-emittenti fuq dawk is-swieq. Huwa propost li iktar dettalji dwar ir-rekwiżiti ta' swieq tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju bħal dawk marbuta mal-kriterja għall-ammissjoni tal-kummerċ ikunu iktar preskritti f'atti delegati jew standards tekniċi.

(91)  Minħabba l-importanza li s-swieq eżistenti li qed jagħmlu suċċess ma jkunux affettwati b'mod ħażin għandha tibqa' l-għażla għall-operaturi tas-suq immirati lejn emittenti tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju biex jagħżlu li jkomplu joperaw it-tali suq skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva mingħajr ma jfittxu reġistrazzjoni bħala suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

(92)  Kull tagħrif kunfidenzjali rċevut mill-punt ta' kuntatt ta' Stat Membru permezz tal-punt ta' kuntatt ta' Stat Membru ieħor m'għandux jitqies bħala purament domestiku.

(93)  Huwa meħtieġ li tittejjeb il-konverġenza tal-poteri għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti sabiex titwitta t-triq lejn intensità ekwivalenti tal-infurzar fis-suq finanzjarju integrat kollu. Sett minimu komuni tal-poteri mżewweġ ma' riżorsi adegwati għandu jiggarantixxi l-effikaċja superviżorja.

(94)  Fid-dawl tal-impatt sinifikanti u s-sehem tas-suq miksub minn MTFs varji, huwa xieraq li jkun żgurat li jkunu stabbiliti arranġamenti ta' kooperazzjoni adegwati bejn l-awtorità kompetenti tal-MTF u dik tal-ġuriżdizzjoni li fiha qed tipprovdi s-servizz l-MTF. Biex ikunu antiċipati kwalunkwe żviluppi simili, dan għandu jkun estiż għall-OTFs.

(95)  Sabiex tkun żgurata l-konformità tad-ditti tal-investiment u s-swieq regolati, dawk li jikkontrollaw effikaċement il-kummerċ tagħhom u l-membri tad-ditti tal-investiment u l-korp maniġerjali tas-swieq regolati mal-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva u mir-Regolament [UE) Nru .../... [MiFIR] u biex ikun żgurat li huma suġġetti għal trattament simili madwar l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jintalbu biex jipprovdu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi. Għalhekk, sanzjonijiet amministrattivi u miżuri stipulati mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti essenzjali b'rabta ma' destinatarji, kriterja li għandhom jitqiesu fl-applikazzjoni ta' sanzjoni jew miżuri, pubblikazzjoni, setgħat ewlenin ta' sanzjonar u livelli ta' sanzjonijiet amminisrattivi pekunarji.

(96)  Partikolarment, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat li jimponu sanzjonijiet pekunarji li huma għolja biżżejjed biex jibbilanċjaw il-benefiċċji mistennija u li jkunu dissważivi anki għall-istituzzjonijiet ikbar u l-mexxejja tagħhom.

(97)  Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti tas-sanzjonijiet madwar l-Istati Membri, fid-determinazzjoni tat-tip ta' sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri u l-livell ta' sanzjonijiet amministrattivi pekunarji, l-Istati Membri għandhom ikunu rekwiżiti jiżguraw li fid-determinazzjoni tat-tip ta' sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri u l-livell ta' sanzjonijiet amministrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti jqisu ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti.

(98)  Biex ikun żgurat li s-sanzjonijiet ikollhom effett diżwassiv fuq il-pubbliku ġenerali, is-sanzjonijiet għandhom normalment ikunu ppubblikati, għajr f'ċerti ċirkustanzi definiti tajjeb.

(99)  Biex ikun identifikat ksur potenzjali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom is-setgħat investigatorji meħtieġa, u għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u affidabbli biex jinkoraġġixxu r-rapportar ta' ksur potenzjali jew attwali, inkluża l-protezzjoni tal-impjegati li jirrapportaw dwar ksur fl-istituzzjoni tagħhom stess. Dawn il-mekkaniżmi għandhom ikunu bla ħsara għas-salvagwardji xierqa tal-persuni akkużati. Għandhom ikunu stabbiliti proċeduri xierqa li jiżguraw id-dritt tal-persuna rrappurtata għad-difiża u li jinstemgħu qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni finali li tikkonċerna lilhom kif ukoll tad-dritt li jfittxu rimedju quddiem tribunal kontra d-deċiżjoni li tikkonċerna lilhom.

(100)  Din id-Direttiva għandha tirreferi kemm għas-sanzjonijiet amministrattivi kif ukoll għall-miżuri biex tkopri l-azzjonijiet kollha applikati wara li jitwettaq ksur, u li huma intenzjonati li jipprevjenu ksur ieħor, irrespittivament mill-kwalifika tagħhom bħala sanzjoni jew bħala miżura fil-liġi nazzjonali.

(101)  Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għal kwalunkwe dispożizzjonijiet fid-dritt tal-Istati Membri marbuta mas-sanzjonijiet kriminali. Mingħajr preġudizzju għas-sistemi legali tal-Istati Membri, huma għandhom jiżguraw li fejn huwa allegat li membru tal-bord maniġerjali ta' ditta tal-investiment jew operatur tas-suq kiser id-dispożizzjonijiet ta' jew ikkometta offiża fi kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru .../ [MiFIR] huwa jista' jiġi soġġett personalment għal proċedimenti kriminali jew ċivili.

(102)  Bil-ħsieb li jiġu protetti l-klijenti u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-klijenti li jressqu l-azzjoni tagħhom quddiem il-qrati, huwa xieraq li l-Istati Membri jiżguraw li korpi pubbliċi u privati jkunu stabbiliti bil-ħsieb li jsolvu t-tilwim barra mill-qorti, li jikkooperaw sabiex isolvu t-tilwim transfruntier, billi jqisu r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-prinċipji li japplikaw għall-korpi responsabbli għas-soluzzjoni bonarja tal-kontroversji rigward it-tilwim tal-konsumaturi [titlu mhux uffiċjali](29) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/310/KE tal-4 ta' April 2001 dwar il-prinċipji għall-korpi ta' barra l-qrati li huma involuti fir-riżoluzzjoni kunsenswali tat-tilwim tal-konsumaturi(30). Meta jkunu qegħdin jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri tal-ilmenti u tar-riparazzjoni għas-soluzzjoni barra mill-qorti, l-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġiti li jużaw il-mekkaniżmi eżistenti ta' koperazzjoni li jaqsam il-fruntieri, b'mod partikolari in-Network tal-Ilmenti dwar is-Servizzi Finanzjarji (il-FIN-Net).

(103)  Kull skambju jew trasmissjoni tat-tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti, awtoritajiet oħra, korpi jew persuni għandhom ikunu skont ir-regoli dwar it-trasferiment tal-informazzjoni personali lil pajjiżi terzi kif stabilit fid-Direttiva 95/46/KE. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni tad-dejta personali min-naħa tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-AETS) ma' pajjiżi terzi għandu jsir skont ir-regoli dwar it-trasferiment tad-dejta personali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(104)  Huwa meħtieġ li jiġu rrinfurzati d-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju tat-tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u li jiġu msaħħa d-dmirijiet tal-assistenza u l-kooperazzjoni li għandhom jagħtu lil xulxin. Minħabba l-attività transfruntiera li qiegħda dejjem tiżdied, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lil xulxin it-tagħrif rilevanti sabiex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, sabiex jiżguraw l-infurzar effettiv ta' din id-Direttiva, inkluż f'sitwazzjonijiet meta l-kontravenzjonijiet jew il-kontravenzjonijiet issuspettati jistgħu jkunu ta' tħassib għall-awtoritajiet f'żewġ Stati Membri jew iktar. Fl-iskambju tat-tagħrif, hija meħtieġa segretezza stretta professjonali sabiex jiġu żgurati t-trażmissjoni bla xkiel ta' dan it-tagħrif u l-protezzjoni ta' drittijiet partikulari.

(106)  Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-dettalji li jikkonċernaw eżenzjonijiet, l-ispeċifikazzjoni ta' ċerti definizzjonijiet, il-kriterji għall-valutazzjoni tal-akkwisti proposti tad-ditta tal-investiment, ir-rekwiżiti organizzazzjonali għad-ditti tal-investiment, l-immaniġġjar tal-kunflitti ta' interess, il-qadi ta' obbligi kummerċjali fil-provvista ta' servizzi finanzjarji, l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet fl-iktar termini favorevoli għall-klijent, l-ittrattar tal-ordnijiet tal-klijent, it-tranżazzjonijiet mal-kontropartijiet eliġibbli, is-swieq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-kapital inizjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji ta' pajjiżi terzi, il-miżuri li jikkonċernaw ir-resiljenza tas-sistema, is-salvaviti u n-negozjar elettroniku, l-ammissjoni ta' strumenti finanzjarji għan-negozjar, is-sospensjoni u t-tneħħija ta' strumenti finanzjarji min-negozjar, il-livelli limitu għar-rapportar tal-pożizzjonijiet miżmuma minn kategoriji ta' negozjanti, il-kjarifika ta' x'jikkostitwixxi bażi kummerċjali raġonevoli għal APA biex tiġi ppubblikata l-informazzjoni, għas-CTPs biex jipprovdu l-aċċess għal data streams u għal mekkaniżmu ta' rapportar approvat (ARM) biex tiġi rrapportata l-informazzjoni, il-kjarifika tad-dettalji tal-obbligu ta' informazzjoni dwar CTP, il-kooperazzjoni bejn l-obbligu ta' informazzjoni dwar CTP, u l-awtoritajiet kompetenti. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, fil-preparazzjoni u t-tfassil tal-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(107)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jirrigwardaw l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ekwivalenza effettiva fir-rigward ta' oqfsa legali u ta' superviżjoni ta' pajjiżi terzi għall-forniment ta' servizzi minn ditti minn pajjiżi terzi u dawn għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(31).

(108)  L-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw armonizzazzjoni konsistenti u protezzjoni adegwata tad-depożitanti, l-investituri u l-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea kollha. Bħala korp b'kompetenza esperta speċjalizzata għolja, ikun effiċjenti u xieraq li l-AETS tiġi fdata bl-elaborazzjoni tal-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u implimentattivi li ma jkunux jinvolvu għażliet ta' politika, biex jitressqu lill-Kummissjoni. Biex tkun żgurata protezzjoni koerenti ta' investituri u konsumaturi fis-setturi kollha tas-servizzi finanzjarji, l-AETS, sal-punt possibbli, għandha tiżvolġi l-kompiti tagħha billi tikkoopera mill-qrib maż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra fil-qafas tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.

(109)  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-AETS li jispeċifikaw il-kriterji biex jiġi stabbilit jekk attività hiex anċillari għall-attività kummerċjali ewlenija, skont l-Artikolu 7 rigward il-proċeduri għall-għoti u r-rifjut ta' talbiet għall-awtorizzazzjoni ta' ditti tal-investiment, skont l-Artikoli 9 u 48 rigward ir-rekwiżiti għall-korpi maniġerjali, skont l-Artikolu 12 rigward l-akkwiżizzjoni ta' parteċipazzjonijiet kwalifikattivi, skont l-Artikolu 27 rigward l-obbligu li jiġu eżegwiti ordnijiet fuq patti l-aktar favorevoli għall-klijenti, skont l-Artikoli 34 u 54 rigward il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni, skont l-Artikolu 36 rigward il-libertà li jitforġdid is-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment, skont l-Artikolu 37 rigward l-istabbiliment ta' fergħa, skont l-Artikolu 44 rigward il-forniment ta' servizzi minn ditti ta' pajjiżi terzi, rigward il-limiti fuq in-numru ta' kuntratti ta' ċerti derivati ta' komodità u li jispeċifika ulterjorment il-kontrolli tal-pożizzjoni applikabbli għal derivati oħra ta' komodità, rigward proċeduri għall-għoti u r-rifjut ta' talbiet għall-awtorizzazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta, ▌rigward ir-rekwiżiti organizzazzjonali għall-APAs u CTPs u ▌rigward il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(110)  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi żviluppati mill-AETS rigward il-proċeduri għall-għoti u r-rifjut ta' talbiet għall-awtorizzazzjoni ta' ditti tal-investiment, rigward l-akkwist ta' parteċipazzjonijiet kwalifikattivi, rigward il-proċess tan-negozjar għall-finalizzazzjoni tat-tranżazzjonjiet fl-MTF u l-OTF, rigward is-sospensjoni jew it-tneħħija ta' strumenti min-negozjar, rigward il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment, rigward l-istabbiliment ta' fergħa, rigward il-forniment ta' servizzi minn ditti ta' pajjiżi terzi, rigward ir-rapportar tal-pożizzjonijiet minn kategoriji ta' negozjanti, rigward is-sottomissjoni ta' informazjzoni lill-AETS, rigward l-obbligu ta' kooperazzjoni, rigward il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti, rigward l-iskambju tal-informazzjoni u rigward il-konsultazzjoni qabel l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-istandards tekniċi implimentattivi permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(111)  Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-funzjonament ta' faċilitajiet organizzati ta' negozjar, il-funzjonament tas-sistema għas-swieq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, l-impatt tar-rekwiżiti li jirrigwardjaw negozjar awtomatizzat u ta' frekwenza għolja, l-esperjenza bil-mekkaniżmu għall-projbizzjoni ta' ċerti prodotti jew prattiċi u l-impatt tal-miżuri li jirrigwardjaw swieq ta' derivati ta' komoditajiet.

(112)  L-għan li jinħoloq suq finanzjarju integrat, li fih l-investituri jiġu protetti b'mod effettiv u li fih jiġu ssalvagwardjati l-effikaċja u l-integrità tas-suq ġenerali, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti regolatorji komuni li jkollhom x'jaqsmu mad-ditti tal-investiment kulfejn dawn ikunu awtorizzati fl-Unjoni Ewropea u li jirregolaw il-funzjonament tas-swieq regolati u ta' sistemi oħra tal-kummerċ sabiex l-opaċità jew id-diżordni f'suq jiġu pprevenuti milli jimminaw l-operat effiċjenti tas-sistema finanzjarja Ewropea kollha. Ġaladarba dan il-għan jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dan il-għan.

(113)  L-istabbiliment ta' consolidated tape għall-istrumenti nonazzjonarji jitqies aktar diffiċli biex jiġi implimentat mill-consolidated tape għall-istrumenti azzjonarji u l-fornituri potenzjali għandhom ikunu kapaċi li jiksbu esperjenza dwar dan tal-aħħar qabel jippruvaw jibnu l-oħra. Sabiex jiġi ffaċilitat l-istabbiliment xieraq tal-consolidated tape għall-istrumenti finanzjarji nonazzjonarji, huwa għalhekk xieraq li jkun hemm dispożizzjoni għal data estiża għall-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu d-dispożizzjonijiet rilevanti. Madankollu, huwa xieraq li tiġi prevista issa soluzzjoni pubblika li trid tiġi żviluppata jekk is-soluzzjoni kummerċjali ma twassalx għall-għoti fil-ħin ta' consolidated tape effettiv u komprensiv.

(113a)  Sabiex jiġi żviluppat aktar il-qafas tal-Unjoni li jirregola t-titoli, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għal regolament dwar il-liġi tat-titoli li jispeċifika b'mod ulterjuri d-definizzjoni ta' kustodja u amministrazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, u għandha wkoll, flimkien mal-AETS, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, tħeġġeġ il-ħidma fuq l-istandardizzazzjoni ta' identifikaturi u messaġġi sabiex tkun permessa analiżi tat-tranżazzjoni f'ħin kważi reali u l-identifikazzjoni ta' strutturi ta' prodotti kumplessi, bħal dawk li fihom derivati jew riakkwist.

(114)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tat-twettiq ta' negozju, id-dritt tal-protezzjoni tal-konsumatur, id-dritt għal rimedju effikaċi u għal proċess ġust, id-dritt li ma tkunx prosegwit u penalizzat darbtejn għall-istess ksur u għandha tiġi implimentata skont dawk id-drittijiet u prinċipji.

–  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

IT-TITOLU I

DEFINIZZJONIJIET U KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għad-ditti tal-investiment, is-swieq regolati, il-fornituri tas-servizzi ta' rappurtar tad-dejta u d-ditti ta' pajjiż terz li jipprovdu servizzi jew attivitajiet tal-investiment fl-Unjoni Ewropea.

2.  Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti b'rabta ma' li ġej:

   (a) awtorizzazzjoni u kundizzjonijiet operatorji għad-ditti tal-investiment;
   (b) forniment ta' servizzi jew ativitajiet ta' investiment minn ditti ta' pajjiż terz bl-istabiliment ta' fergħa;
   (c) awtorizzazzjoni u operat tas-swieq regolati;
   (d) awtorizzazzjoni u operat tal-fornituri tas-servizz ta' rapportar tad-dejta; u
   (e) superviżjoni, kooperazzjoni u infurzar mill-awtoritajiet kompetenti.

3.  Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE, meta jipprovdu servizz wieħed ta' investiment jew iktar u/jew iwettqu attivitajiet ta' investiment u għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment meta jkunu qed ibiegħu depożiti lill-klijenti minbarra dawk b'rata ta' redditu li hija stabbilita skont rata tal-interess jew ikunu qed jagħtuhom pariri dwarhom (depożiti strutturati).

3a.  Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll għall-intrapriżi tal-assigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni, inklużi intermedjarji ta' assigurazzjoni marbuta, awtorizzati jew irreġistrati skont, rispettivament, id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja(32), id-Direttiva 2002/92/KE jew id-Direttiva 2009/138/KE, meta jbiegħu jew jagħtu pariri lill-klijenti fir-rigward ta' investimenti bbażati fuq l-assigurazzjoni:

   l-Artikolu 16(3);
   l-Artikoli 23 sa 26; u
   - L-Artikoli 69 sa 80 u 83 sa 91, fejn huwa neċessarju, għall-finijiet li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jagħtu effett lill-artikoli msemmija fl-ewwel u t-tieni inċiż fir-rigward tal-investimenti bbażati fuq l-assigurazzjoni.

Artikolu 2

L-eżenzjonijiet

1.  Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

   (a) l-intrapriżi tal-assigurazzjoni jew l-intrapriżi li jwettqu attivitajiet tal-assigurazzjoni mill-ġdid jew tar-retroċessjoni msemmija fid-Direttiva 2009/138/KE, mingħajr ħsara għall-Artikolu 1(3a);
   (b) il-persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment b'mod esklużiv għall-intrapriżi prinċipali tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom jew għal sussidjarji oħra tal-intrapriżi prinċipali tagħhom;
   (c) il-persuni li jipprovdu servizz ta' investiment meta dan is-servizz jiġi pprovdut f'manjiera inċidentali fil-kors ta' attività professjonali u li din l-attività tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji▌;
   (d) il-persuni li ma jipprovdu l-ebda servizzi ta' investiment għajr in-negozjar f'isimhom stess, għajr jekk
   (i) ikunu ġeneraturi tas-suq;
   (ii) ikunu membri jew parteċipanti f'suq regolat jew f'MTF jew ikollhom aċċess tas-suq dirett għal ċentru ta' negozjar;
   (iia) ikunu involuti f'negozjar algoritmiku;
   (iib) minħabba li l-iskala tal-attivitajiet tan-negozjar tagħhom hija meqjusa li għandha preżenza tas-suq sinifikanti mill-awtorità kompetenti; jew
   (iii) ikunu jinnegozjaw f'isimhom stess meta jwettqu l-ordnijiet tal-klijenti;
  

Il-persuni li huma eżentati skont il-punt (i) m'għandhomx bżonn li jissodisfaw ukoll il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-punt sabiex ikunu eżentati.

  

Din l-eżenzjoni tapplika għall-persuni li, meta jinnegozjaw dwar il-kwoti tal-emissjonijiet, ma jipprovdu l-ebda servizz jew attività ta' investiment għajr negozju f'isimhom stess u li ma jeżegwixxux l-ordnijiet tal-klijenti, u li għandhom jew joperaw direttament l-installazzjonijiet soġġetti għad-Direttiva 2003/87/KE;

   (e) il-persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment li jikkonsistu b'mod esklużiv fl-amministrazzjoni ta' skemi tal-parteċipazzjoni tal-impjegati;
   (f) il-persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment li jinvolvu biss kemm l-amministrazzjoni ta' skemi tal-parteċipazzjoni tal-impjegati kif ukoll il-provvediment ta' servizzi b'mod esklużiv għall-intrapriżi prinċipali tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom jew għal sussidjarji oħra tal-intrapriżi prinċipali tagħhom;
   (g) il-membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u korpi oħra nazzjonali li jwettqu funzjonijiet simili fl-Unjoni Ewropea, korpi pubbliċi oħra inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu fiha fl-Unjoni Ewropea u korpi internazzjonali li fihom huma membri tliet Stati Membri jew aktar u li huma inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu fiha;
   (h) l-intrapriżi ta' investimenti kollettiv u l-fondi tal-pensjonijiet, sewwa jekk ikkoordinati fil-livell tal-Unjoni Ewropea u sewwa jekk le, u d-depożitarji u l-amministraturi ta' dawn l-intrapriżi;
  (i) il-persuni:

sakemm, fil-każijiet kollha:
   (i) li jinnegozjaw fl-istrumenti finanzjarji f'isimhom stess, minbarra l-persuni li jinnegozjaw għal rashom meta jwettqu l-ordnijiet tal-klijenti ▌,
   (ii) li jipprovdu servizzi ta' investiment barra dawk li jinnegozjaw f'isimhom stess, esklussivament għall-intrapriżi prinċipali tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom jew għal sussidjarji oħra tal-intrapriżi prinċipali tagħhom, jew
   (iii) li jipprovdu servizzi, barra in-negozjar f'isimhom stess, f'derivati tal-komoditajiet jew f'kuntratti tad-derivati inklużi fit-Taqsima C punt (10) tal-Anness I jew fil-kwoti tal-emissjonijiet jew fid-derivati tagħhom lill-klijenti tal-attività kummerċjali ewlenija taħhom,
   sakemm, fil-każijiet kollha, din tkun anċillari għall-attività kummerċjali ewlenija tagħhom, meta kkunsidrata fuq il-bażi ta' grupp konsolidat jew mhux konsolidat, u sakemm din l-attività kummerċjali ewlenija ma tkunx il-provvediment ta' servizzi ta' investiment fit-tifsira ta' din id-Direttiva jew ta' servizzi bankarji skont id-Direttiva 2006/48/KE jew li taġixxi bħala ġeneratur tas-suq fir-rigward tad-derivati ta' komodità;
   jirrapportaw kull sena lill-awtorità kompetenti rilevanti l-bażi li fuqha jikkunsidraw li l-attività tagħhom taħt il-punti (i), (ii) u (iii) hi anċillari għall-attività kummerċjali ewlenija tagħhom;
   (j) il-persuni li jipprovdu pariri dwar l-investiment huma u jipprovdu attività professjonali oħra mhux koperta b'din id-Direttiva, sakemm il-provvediment ta' dawn il-pariri ma jkunx imħallas b'mod speċifiku;
  

   (l) l-assoċjazzjonijiet stabbiliti bil-fondi Daniżi u Finlandiżi tal-pensjonijiet bil-għan waħdieni li jimmaniġġaw l-assi tal-fondi tal-pensjonijiet li huma membri ta' dawn l-assoċjazzjonijiet;
   (m) l-“agenti di cambio” li l-attivitajiet u l-funzjonijiet tagħhom huma rregolati bl-Artikolu 201 tad-Digriet Leġislattiv Taljan Nru 58 tal-24 ta' Far 1998;
   (n) l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni kif iddefinit fl-Atikolu 2(4) tad-Direttiva 2009/72/KE jew l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2009/73/KE meta jwettqu l-kompiti tagħhom skont dawk id-Direttivi jew ir-Regolament (KE) 714/2009 jew ir-Regolament (KE) 715/2009 jew kodiċijiet tan-netwerk jew linji gwida adottati skont dawk ir-Regolamenti.

2.  Id-drittijiet mogħtija minn din id-Direttiva ma għandhomx jestendu għall-forniment tas-servizzi bħala kontropartijiet fit-tranżazzjonijiet imwettqa mill-korpi pubbliċi li jittrattaw id-dejn pubbliku jew mill-membri tas-SEBĊ li jwettqu l-kompiti tagħhom kif ipprovdut fit-TFUE u fl-Istatut tas-SEBĊ u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 dwar miżuri rigward l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1(c) biex jiġi ċċarat meta attività tiġi pprovvduta f'manjiera inċidentali.

3a.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji għad-determinazzjoni ta' jekk attività hix anċillari għall-attività kummerċjali ewlenija waqt li tqis tal-anqas l-elementi li ġejjin:

   (a) il-punt sa fejn jista' jitkejjel oġġettivament jekk l-attività hix qed tnaqqas ir-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew l-attività ta' finanzjament erarju;
   (b) il-ħtieġa li l-attivitajiet anċillari jikkostitwixxu minoranza tal-attivitajiet fil-livell tal-grupp u fil-livell ta' entità sakemm is-servizzi ma jingħatawx biss lill-membri l-oħra tal-istess grupp;
   (c) id-daqs tal-attività relattiva mal-attivitajiet ewlenin u s-sinifikanza tal-attività fis-swieq rilevanti;
   (d) ix-xewqa li r-riskji ta' kreditu netti jiġu limitati għal livelli mhux rilevanti mil-lat sistemiku;
   (e) l-iskala ta' riskju tas-suq assoċjat mal-attività relatata mar-riskju tas-suq li jirriżulta mill-attività kummerċjali ewlenija;
   (f) ir-relevanza sistemika tas-somma tal-pożizzjonijiet u skoperturi netti ta' kontroparti mhux finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet(33).

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...](34).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli minn 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 3

Eżenzjonijiet fakultattivi

1.  L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx din id-Direttiva rigward kull persuna li għaliha huma l-Istat Membru tad-domiċilju, sakemm l-attivitajiet ta' dawn il-persuni jkunu awtorizzati u rregolati fil-livell nazzjonali, fejn dawn il-persuni:

   (a) ma jkollhomx il-permess li jżommu l-fondi jew it-titoli tal-klijenti u li għal din ir-raġuni ma jitħallew fl-ebda ħin li jqiegħdu lilhom infushom f'debitu mal-klijenti tagħhom;
   (b) ma jkollhom l-ebda permess li jipprovdu xi servizz ta' investiment għajr li jagħtu pariri dwar l-investiment, kemm jekk jirċievu u jittrażmettu l-ordnijiet fit-titoli trasferibbli u l-unitajiet fl-intrapriżi għall-investiment kollettiv u kemm jekk le, u r-riċeviment u t-trażmissjoni ta' ordnijiet fit-titoli trasferibbli u l-unitajiet fl-intrapriżi għall-investiment kollettiv fuq l-inizjattiva tal-klijent; u
  (c) fil-perkors tal-forniment tas-servizz, jitħallaw jittrażmettu ordnijiet biss lil:
   (i) id-ditti tal-investiment awtorizzati skont din id-Direttiva;
   (ii) l-istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE;
   (iii) il-friegħi tad-ditti tal-investiment jew tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu awtorizzati f'pajjiż terz u li jkunu suġġetti għar-regoli prudenzjali ikkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala regoli stretti mill-inqas daqs dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, fid-Direttiva 2006/48/KE jew fid-Direttiva 2006/49/KE u li jkunu jikkonformaw magħhom;
   (iv) l-intrapriżi għall-investiment kollettiv awtorizzati bil-liġijiet ta' Stat Membru li jqiegħdu unitajiet fis-suq għall-pubbliku u għall-amministraturi ta' dawn l-intrapriżi;
   (v) il-kumpanniji tal-investiment b'kapital fiss, kif iddefiniti fl-Artikolu 15(4) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta' Diċembru 1976 dwar il-kordinament tas-salvagwardji li, għall-protezzjzoni tal-interessi tal-membri u ta' oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri tal-kumpanniji fit-tifsira tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, rigward il-formazzjoni ta' kumpannijii pubbliċi b'lijabbiltajiet limitati u ż-żamma u l-bdil tal-kapital tagħhom, bil-ħsieb li jagħmlu dawn it-titoli ekwivalenti(35), li t-titoli tagħhom tas-sigurtà huma elenkati jew ikkummerċjati f'suq irregolat fi Stat Membru;

1a.  Ir-reġimi tal-Istati Membri għandhom jissottomettu l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għal rekwiżiti li jkunu tal-inqas analogi għar-rekwiżiti li ġejjin skont din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu d-daqs, il-profil tar-riskju u n-natura legali tagħhom:

   (a) il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni kontinwa kif stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u (3) u fl-Artikoli 7, 8, 9, 10, 21, 22 u 23 u l-miżuri implimentattivi rispettivi adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati b'konformità mal-Artikolu 94;
   (b) l-obbligi tal-kondotta tal-operat kif stabbiliti fl-Artikolu 24(1), (2), (3) u (5) u fl-Artikolu 25(1), (4) u (5) u fil-miżuri rispettivi ta' implimentazzjoni mogħtija fid-Direttiva 2006/73/KE.
   (c) rekwiżiti organizzattivi kif stabbilit fl-Artikolu 16(3) u l-atti delegati adottati mill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 94.

1b.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-persuni li ma jidħlux fl-ambitu ta' din id-Drettiva skont il-paragrafu 1 ikunu koperti bi skema ta' kumpens għall-investitur li tkun rikonoxxuta skont id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur(36) jew b'sistema li tiżgura l-istess protezzjoni għall-klijenti tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jippermettu assigurazzjoni ta' kumpens professjonali bħala kopertura alternattiva, fejn dan ikun xieraq u proporzjonat fid-dawl tad-daqs, il-profil tar-riskju u n-natura legali tal-persuni esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva skont il-paragrafu 1. L-Istati Membri jiżguraw li persuni li huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva taħt paragrafu 1 u li qed ibiegħu strumenti finanzjarji lil klijenti mhux professjonali jew li qed jipprovdu konsulenza tal-investiment jew immaniġġjar ta' portafolli għal klijenti mhux professjonali, iridu jobdu r-regoli għall-protezzjoni tal-investitur li huma ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16(6) u (7) u l-Artikoli 24 u 25.

2.  Il-Persuni esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva skont il-paragrafu 1 ma jibbenefikawx mil-libertà li jipprovdu servizzi u/jew attivitajiet jew li jistabilixxu friegħi kif ipprovvdut fl-Artikoli 36 u 37 rispettivament.

3.  L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni u lill-AETS jekk ikunux qed jużaw l-għażla mogħtija f'dan l-Artikolu u għandhom jiżguraw li kull awtorizzazzjoni li tingħata skont il-paragrafu 1 issemmi li din ingħatat skont dan l-Artikolu.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-AETS id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jixbhu r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva mniżżlin fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

Id-Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, id-definizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 2 tar-Regolamenti (UE) Nru .../... [MiFIR] għandhom japplikaw għal din id-Direttiva.

2.  Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

   (1) “servizzi u attivitajiet ta' investiment” ifissru kull waħda mis-servizzi u l-attivitjiet elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I li għandhom x'jaqsmu ma' kull wieħed mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima Ċ tal-Anness I;
  

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 94, b'miżuri li jispeċifikaw:

   il-kuntratti tad-derivati msemmija fit-Taqsima Ċ punt 7 tal-Anness I li jkollhom il-karatteristiċi ta' strumenti finanzjarji oħra derivati, filwaqt li tqis, fost ħwejjeġ oħra, jekk l-ikklerjar u s-saldu tagħhom isirux permezz ta' ċentri tal-ikklerjar rikonoxxuti jew le jew jekk humiex suġġetti għal appelli regolari għall-manutenzjoni tal-marġini jew le;
   il-kuntratti tad-derivati msemmija fit-Taqsima Ċ punt 10 tal-Anness I li jkollhom il-karatteristiċi ta' strumenti finanzjarji oħra derivati, filwaqt li tqis, fost ħwejjeġ oħra, jekk dawn jiġux ikkummerċjati f'suq regolat jew f'MTF jew le, jekk l-ikklerjar u s-saldu tagħhom isirux permezz ta' ċentri tal-ikklerjar rikonoxxuti jew le jew jekk humiex suġġetti għal appelli regolari għall-manutenzjoni tal-marġini jew le;
   (2) “servizzi anċillari” jfissru kull wieħed mis-servizzi elenkati fit-Taqsima B tal-Anness I;
   (3) “parir(i) dwar l-investiment(i)” ifissru l-provvediment ta' rakkommandazzjonijiet personali lill-klijent, jew fuq it-talba tiegħu jew fuq l-inizjattiva tad-ditta tal-investiment, rigward tranżazzjoni jew iktar li jkollhom x'jaqsmu mal-istrumenti finanzjarji;
   (4) “it-twettiq tal-ordnijiet f'isem il-klijenti” ifisser ħidma sabiex jiġu konklużi ftehimijiet għax-xiri jew għall-bejgħ ta' strument finanzjarju jew iktar f'isem klijenti; It-twettiq tal-ordnijiet jinkludi l-konklużjoni ta' ftehimiet sabiex jinbiegħu strumenti finanzjarji maħruġa minn istituzzjoni ta' kreditu jew minn ditta tal-investiment hekk kif jinħarġu;
   (5) “in-negozjar akkont tagħhom infushom” ifisser in-negozjar fuq il-kapital proprjetarju li jirriżulta fil-konklużjoni tat-tranżazzjonijiet fi strument finanzjarju jew iktar;
   (6) “ġeneratur tas-suq” ifisser persuna li żżomm lilha nfisha fis-swieq finanzjarji fuq bażi kontinwu bħala lesta li tinnegozja akkont tagħha nfisha billi tixtri u tbigħ strumenti finanzjarji fuq il-kapital proprjetarju tagħha ▌;
   (7) “immaniġġjar tal-portafoll” tfisser l-immaniġġjar tal-portafolli skont il-mandati mogħtija mill-klijenti fuq bażi diskrezzjonali, klijent bi klijent, meta dawn il-portafolli jinkludu strument finanzjarju jew iktar;
   (8) “klijent” ifisser kull persuna fiżika jew ġuridika li lilha ditta tal-investiment tipprovdilha servizzi tal-investiment jew servizzi anċillari;
   (9) “klijent professjonali” ifisser klijent li jissodisfa l-kriterji stabiliti fl-Anness II;
   (10) “klijent konsumatur” ifisser klijent li mhux klijent professjonali;
   (11) “suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju” tfisser MTF li hija reġistrata bħala suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju skont l-Artikolu 35;
   (12) “intrapriża żgħira u ta' daqs medju” tfisser kumpanija li għandha medja ta' kapitalizzazzjoni tas-suq ta' inqas minn EUR 200 000 000;
   (13) “ordni tal-limitu” ifisser ordni sabiex jinxtara jew jinbigħ strument finanzjarju fil-limitu speċifikat tal-prezz tiegħu jew aħjar jew għal daqs speċifikat;
   (14) “strument finanzjarju” ifisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima Ċ tal-Anness I;
   (15) “strumenti tas-suq tal-flus” ifissru dawk il-klassijiet ta' strumenti li jiġu normalment ikkummerċjati fis-suq tal-flus, bħalma huma l-kambjali tat-teżor, iċ-ċertifikati tad-depożitu u studji kummerċjali u strumenti li jeskludu l-ħlas;
  (16) “Stat Membru tal-post” ifisser:
  (a) fil-każ tad-ditti tal-investiment:
   (i) jekk id-ditta tal-investiment hija persuna fiżika, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħha;
   (ii) jekk id-ditta tal-investiment hija persuna ġuridika, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju rreġistrat tagħha;
   (iii) jekk id-ditta tal-investiment ma jkollha l-ebda uffiċċju rreġistrat taħt il-liġijiet nazzjonali tagħha, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħha;
   (b) fil-każ ta' suq regolat, l-Istat Membru li fih ikun irreġistrat is-suq regolat jew, jekk taħt il-liġijiet ta' dan l-Istat Membru ma jkollu l-ebda uffiċċju rreġistrat, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tas-suq regolat;
   (17) “Stat Membru ospitanti” ifisser l-Istat Membru, għajr l-Istat Membru domiċiljari, li fih ditta tal-investiment ikollha fergħa jew twettaq servizzi u/jew attivitajiet jew l-Istat Membru li fih suq regolat jipprovdi l-arranġamenti approprjati sabiex jiffaċilita l-aċċess għall-kummerċ fis-sistema tiegħu mill-membri remoti jew mill-parteċipanti stabiliti f'dan l-istess Stat Membru;
   (18) “awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità nnominata minn kull wieħed mill-Istati Membri skont l-Artikolu 69, għajr jekk ikun speċifikat xort'oħra f'din id-Direttiva;
   (19) “istituzzjonijiet ta' kreditu”' tfisser istituzzjonijiet ta' kreditu kif definit fid-Direttiva 2006/48/KE;
   (20) “kumpanija tal-ġestjoni tal-UCITS” tfisser kumpanija tal-ġestjoni kif iddefinita fid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-intrapriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS)(37);
   (21) “aġent marbut” ifisser persuna fiżika jew ġuridika li, taħt ir-responsabbiltà sħiħa u inkondizzjonata ta' ditta waħda biss tal-investiment li f'isimha tkun qed taġixxi, tippromwovi servizzi tal-investiment u/jew servizzi anċillari lill-klijenti u lill-klijenti prospettivi, tirċievi u tittrażmetti struzzjonijiet jew ordnijiet mill-klijent rigward is-servizzi tal-investiment jew l-istrumenti finanzjarji, tqiegħed l-istrumenti finanzjarji jew tipprovdi pariri lill-klijenti jew lill-klijenti prospettivi rigward dawn l-istrumenti u s-servizzi finanzjarji;
   (22) “fergħa” tfisser ċentru ta' negozjar għajr l-uffiċċju prinċipali li jagħmel parti minn ditta tal-investiment, li ma għandux personalità legali u li jipprovdi servizzi u/jew attivitajiet tal-investiment u li jista' wkoll iwettaq servizzi anċillari li għalihom tkun ġiet awtorizzata d-ditta tal-investiment; iċ-ċentrikollha tal-kummerċ li ditta tal-investiment li jkollha l-kwartieri ġenerali fi Stat Membru ieħor tistabbilixxi fl-istess Stat Membru għandhom jitqiesu bħala fergħa waħda;
   (23) “parteċipazzjoni kwalifikata” tfisser kwalunkwe parteċipazzjoni diretta jew indiretta f'ditta tal-investiment li tirrappreżenta 10 % jew iżjed tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, kif stabbilit fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat(38), filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet dwar l-aggregazzjoni tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 12(4) u (5) ta' dik id-Direttiva, jew li tagħmiha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq il-maniġment tad-ditta tal-investiment li fiha teżisti dik il-parteċipazzjoni;
   (24) “intrapriża prinċipali” tfisser intrapriża prinċipali kif iddefinita fl-Artikoli 1 u 2 tas-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar il-kontijiet ikkonsolidati(39);
   (25) “sussidjarja” tfisser intrapriża sussidjarja kif definita fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE, inkluż kwalunkwe sussidjarja ta' intrapriża sussidjarja ta' intrapriża prinċipali li hi l-kap ta' tali intrapriżi;
  (26) “konnessjonijiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi huma konnessi permezz ta':
   (a) “bil-parteċipazzjoni” li tfisser il-pussess, dirett jew permezz tal-kontroll, ta' 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta' intrapriża;
   (b) “bil-kontroll” li jfisser ir-relazzjoni bejn intrapriża prinċipali u sussidjarja fil-każijiet kollha msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn kull persuna fiżika jew ġuridika u intrapriża, b'kull intrapriża sussidjarja ta' intrapriża sussidjarja tiġi kkunsidrata wkoll bħala sussidjarja tal-intrapriża prinċipali li tkun il-kap ta' dawk l-intrapriżi;
   (c) b'sitwazzjoni li fiha huma jkunu marbuta b'mod permanenti mal-istess persuna b'relazzjoni ta' kontroll;
   (27) “korp maniġerjali” tfisser il-korp maniġerjali ta' ditta jew fornitur ta' servizzi ta' data, li jinkludi l-funzjonijiet superviżorji u maniġerjali, li għandu l-awtorità finali tat-teħid tad-deċiżjonijiet u li għandu s-setgħa li jfassal l-istrateġija, l-għanijiet u d-direzzjoni ġenerali tad-ditta jew tal-fornitur ta' servizzi ta' data. Il-korp maniġerjali għandu jinkludi persuni li effettivament jidderieġu l-operat tad-ditta;
   (28) “korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu” tfisser il-korp maniġerjali li jaġixxi fil-funzjoni superviżorja tiegħu ta' sorveljanza u monitoraġġ tat-teħid tad-deċiżjonijiet maniġerjali;
   (29) “maniġment superjuri” tfisser l-individwi li jeżerċitaw funzjonijiet eżekuttivi f'ditta u li huma responsabbli u jridu jagħtu rendikont għall-immanġġar ta' kuljum tad-ditta, inkluż l-implimentazzjoni tal-linji ta' politika li jikkonċernaw id-distribuzzjoni tas-servizzi u tal-prodotti lill-klijenti mid-ditta u l-persunal tagħha;
   (30) “negozjar algoritmiku” tfisser kummerċ bi strumenti finanzjarji fejn algoritmu ta' kompjuter jiddetermina b'mod awtomatiku parametri ta' ordnijiet bħal jekk għandhiex tinbeda l-ordni, iż-żmien, prezz jew kwantità tal-ordni jew kif timmaniġġa l-ordni wara s-sottomissjoni tagħha, bi ftit jew mingħajr intervent uman. Din id-definizzjoni ma tinkludi l-ebda sistema li tintuża biss biex tidderieġi l-ordnijiet f'ċentru jew ċentri ta' negozjar jew għall-konferma tal-ordnijiet jew għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijenti jew għat-twettiq ta' kwalunkwe obbligu legali permezz tad-determinazzjoni ta' parametru tal-ordni; jew għall-ipproċessar ta' tranżazzjonijiet esegwiti;
   (30a) “negozjar bi frekwenza għolja” tfisser negozjar algoritmiku ta' strumenti finanzjarji b'veloċitajiet fejn il-latenza fiżika tal-mekkaniżmu għat-trażmissjoni, it-tħassir jew il-modifika tal-ordnijiet issir il-fattur determinanti fiż-żmien li jittieħed biex tiġi kkomunikata l-istruzzjoni lil ċentru ta' negozjar jew biex tiġi eżegwita tranżazzjoni;
   (30b) “strateġija ta' negozjar bi frekwenza għolja” tfisser strateġija kummerċjali biex wieħed jinnegozja f'ismu stess fi strument finanzjarju li jinvolvi negozjar bi frekwenza għolja u li jkollu tal-anqas tnejn minn dawn il-karatteristiċi:
   (i) tuża faċilitajiet ta' kolokazzjoni, aċċess tas-suq dirett jew “proximity hosting”;
   (ii) hu relatat ma' fatturat ta' portafoll ta' kuljum talanqas ta' 50%;
   (iii) il-proporzjon tal-ordnijiet imħassra (inklużi l-kanċellazzjonijiet parżjali) jaqbeż l-20%;
   (iv) il-maġġoranza tal-pożizzjonijiet li jittieħdu jingħalqu fl-istess ġurnata;
   (v) aktar minn 50 % tal-ordnijiet jew tranżazzjonijiet magħmula f'postijiet tan-negozjar li joffru skontijiet jew ribassi u l-ordnijiet li jipprovdu likwidità huma eliġibbli għal skontijiet ta' dan it-tip;
   (31a) “aċċess dirett għas-suq” tfisser arranġament fejn membru jew parteċipant ta' ċentru ta' negozjar jippermetti lil persuna tuża l-kodiċi kummerċjali tiegħu sabiex il-persuna tkun tista' titrażmetti ordnijiet elettronikament lis-sistemi elettroniċi interni ta' negozjar tad-ditta tal-investiment għal trażmissjoni 'l quddiem awtomatika taħt il-kodiċi kummerċjali tad-ditta tal-investiment lil ċentru ta' negozjar speċifikat;    (31b) “aċċess sponsorjat u skopert tas-suq” tfisser arranġament fejn membru jew parteċipant ta' ċentru ta' negozjar jippermetti lil persuna tuża l-kodiċi kummerċjali tiegħu sabiex il-persuna tkun tista' titrażmetti ordnijiet elettronikament taħt il-kodiċi kummerċjali tad-ditta tal-investiment lil ċentru ta' negozjar speċifikat mingħajr ma l-ordnijiet jgħaddu mis-sistemi elettroniċi interni ta' negozjar tad-ditta tal-investiment;   

   (33) “prattika ta' bejgħ inkroċat” tfisser li jiġi offrut servizz ta' investiment flimkien ma servizz jew prodott ieħor bħala parti minn pakkett jew bħala kondizzjoni għall-istess ftehim jew pakkett.    (33a) “investimenti bbażati fuq l-assigurazzjoni” tfisser kuntratt ta' assigurazzjoni fejn l-ammont pagabbli lill-klijent ikun espost għall-valur tas-suq ta' assi jew ħlas minn assi jew valur ta' referenza, u fejn il-klijent ma jżommx direttament l-assi;    (33b) “prodott ta' investiment” tfisser prodott fejn l-ammont pagabbli lill-klijent ikun determinat b'referenza għall-valur ta' strumenti finanzjarji jew il-prodott ikun depożitu strutturat jew il-prodott ikun investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jew il-prodott ikun prodott tal-investiment mhux professjonali ppakkettjat kif definit fl-Artikolu ... tad-Direttiva ..../..../UE [PRIPS];    (33c) “immaniġġjar ta' portafoll diskrezzjonali” tfisser immaniġġjar ta' portafoll fejn il-mandat mill-klijent jippermetti d-diskrezzjoni tal-maniġer tal-portafoll li jagħżel il-prodotti tal-investiment jew strumenti finanzjarji li fihom huma investiti l-fondi tal-klijent;    (33d) “ditta ta' pajjiż terz” tfisser ditta li tkun ditta tal-investiment jew operatur tas-suq jekk l-uffiċċju prinċipali tagħhom ikun jinsab fl-Unjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 dwar miżuri sabiex jispeċifikaw xi elementi tekniċi jew jemendaw id-definizzjonijiet stabbiliti fil-punti (3), (11), (12), u (27) sa (33d) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jekk ikun xieraq, biex jitqiesu:

   (a) l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji;
   (b) il-lista tal-prattiki abbużivi kif imsemmija fl-Artikolu 34b(b) tar-Regolament (UE) Nru.../... [MAR] b'mod partikulari fir-rigward tan-negozjar ta' frekwenza għolja u tkun tinkludi 'spoofing', 'quote stuffing' u 'layering', għalkemm m'għandhiex tkun limitata għalihom.

IT-TITOLU II

KUNDIZZJONIJIET GĦALL-AWTORIZZAZZJONI U L-OPERAT GĦAD-DITTI TAL-INVESTIMENT

IL-KAPITOLU I

KUNDIZZJONIJIET U PROĊEDURI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI

Artikolu 5

Rekwiżit għall-awtorizzazzjoni

1.  Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jeħtieġ illi t-twettiq tas-servizzi jew tal-attivitajiet tal-investiment bħala mestier jew kummerċ regolari fuq bażi professjonali jrid ikun suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu. It-tali awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju maħtura skont l-Artikolu 69.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jippermettu lil kull operatur tas-suq jopera MTF jew faċilità tan-negozjar organizzata (OTF), suġġett għall-verifika minn qabel tal-konformità tiegħu mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

3.  L-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-ditti kollha tal-investiment. Ir-reġistru għandu jkun pubblikament aċċessibbli u għandu jkun fih tagħrif dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata d-ditta tal-investiment. Hu għandu jkun aġġornat fuq ba¿i regolari. Kull awtorizzazzjoni għandha tkun notifikata lill-AETS.

L-AETS għandha tistabbilixxi lista tad-ditti kollha tal-investiment fl-Unjoni Ewropea. Il-lista għandu jkun fiha tagħrif dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li għalihom kull ditta tal-investiment tkun awtorizzata u għandha tiġi aġġornata fuq bażi regolari. L-AETS għandha tippubblika u taġġorna l-lista fuq is-sit elettroniku tagħha.

Jekk awtorità kompetenti tkun irtirat awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 8(b) sa (d), dak l-irtirar għandu jiġi ppubblikat fil-lista għal perijodu ta' ħames snin.

4.  Kull Stat Membru għandu jeħtieġ illi:

   kull ditta tal-investiment li hija persuna ġuridika jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru fejn ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha,
   kull ditta ta' investiment li mhux persuna legali jew kull ditta ta' investiment li hija peruna legali skont il-liġijiet nazzjonali tagħha imma ma għandha l-ebda uffiċċju rreġistrat, ikollha l-uffiċċju ewlieni tagħha fl-Istat Membru fejn twettaq il-kummerċ tagħha.

Artikolu 6

Ambitu tal-awtorizzazzjoni

1.  L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jiżgura illi l-awtorizzazzjoni tispeċifika s-servizzi jew l-attivitajiet ta' investiment li d-ditta tal-investiment hija awtorizzata tipprovdi. L-awtorizzazzjoni tista' tkopri wieħed jew iktar mis-servizzi anċillari mogħtija fit-Taqsima B tal-Anness I. Fl-ebda każ l-awtorizzazzjoni ma tista' tingħata għall-provvediment ta' servizzi anċillari biss.

2.  Ditta tal-investiment li tkun qiegħda tfittex awtorizzazzjoni sabiex testendi l-kummerċ tagħha għal servizzi jew attivitajiet addizzjonali ta' investiment jew għal servizzi anċillari mhux previsti fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni inizjali għandha tissottometti talba għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni tagħha.

3.  L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Unjoni Ewropea kollha u għandha tippermetti lil ditta tal-investiment tipprovdi s-servizzi jew twettaq l-attivitajiet li għalihom tkun ġiet awtorizzata fl-Unjoni Ewropea kollha, jew permezz tal-istabbiliment ta' fergħa jew inkella permezz tal-provvediment ħieles tas-servizzi.

Artikolu 7

Proċeduri għall-għoti u r-rifjut ta' talbiet għal-awtorizzazzjoni

1.  L-awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti awtorizzazzjoni sakemm u qabel ma jasal iż-żmien li tkun issodisfata kompletament li l-applikant huwa konformi mar-rekwiżiti kollha skont id-dispożizzjonijiet adotti skont din id-Direttiva.

2.  Id-ditta tal-investiment għandha tipprovdi t-tagħrif kollu, inkluż programm tal-operat tagħha li jagħti, fost ħwejjeġ oħra, it-tipi ta' kummerċ previsti u l-istruttura tal-organizzazzjoni, meħtieġ sabiex jgħin lill-awtorità kompetenti tissodisfa ruħha illi d-ditta tal-investiment tkun stabbiliet, fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni inizjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

3.  L-applikant għandu jkun informat, fi żmien sitt xhur tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni kompluta, jekk l-awtorizzazzjoni ngħatatx jew le.

4.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

   (a) l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 7(2), inkluż il-programm tal-operazzjonijiet;
   (b) il-kompiti tal-kumitati tan-nomina meħtieġa skont l-Artikolu 9(2);
   (c) ir-rekwiżiti applikabbli għall-ġestjoni tad-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 9(8) u l-informazzjoni għan-notifiki skont l-Artikolu 9(5);
   (d) ir-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b'parteċipazzjonijiet kwalifikattivi, kif ukoll l-ostakli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, skont l-Artikolu 10(1) u (2).

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […](40).

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont ▌l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tiddetermina formoli, mudelli u proċeduri standard għan-notifika jew l-għoti tat-tagħrif previst fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 9(5).

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [...](41).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 8

Irtirar tal-awtorizzazzjoni

L-awtorità kompetenti tista' tirtira l-awtorizzazzjoni maħruġa lil ditta tal-investiment meta din id-ditta tal-investiment:

   (a) ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, tirrinunzja espressament għall-awtorizzazzjoni jew ma tkun ipprovdiet ebda servizz tal-investiment jew ma tkun wettqet ebda attività tal-investiment fis-sitt xhur ta' qabel, għajr jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun ipprovda li f'dawn il-każijiet l-awtorizzazzjoni tiskadi;
   (b) ikun kiseb l-awtorizzazzjoni billi jkun għamel dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta' kull mezz ieħor mhux regolari;
   (c) ma tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni, bħalma hija l-konformità mal-kundizzjonijiet mogħtija fid-Direttiva 2006/49/KE;
   (d) tkun kisret serjament u sistematikament id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva li jirregolaw il-kundizzjonijiet tal-operat tad-ditti tal-investiment;
   (e) taqa' f'wieħed mill-każijiet fejn il-liġi nazzjonali, fir-rigward ta' kwistjonijiet 'il barra mill-ambitu ta' din id-Direttiva, tipprovdi għal-irtirar.

Kull irtirar ta' awtorizzazzjoni għandu jkun notifikat lill-AETS.

Artikolu 9

Il-korp maniġerjali

-1.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva direttur mhux eżekuttiv huwa definit kif ġej: Direttur mhux eżekuttiv jew direttur ta' barra huwa membru tal-bord tad-diretturi ta' kumpanija li ma jiffurmax parti mit-tim tal-maniġment eżekuttiv. Hu jew hi ma jkunux impjegati tal-kumpanija jew affiljati magħha b'xi mod ieħor. Huma ddivrenzjati mid-diretturi ta' ġewwa, li huma membri tal-bord li jservu wkoll jew servew preċedentement bħala maniġers eżekuttivi tal-kumpanija.

Id-diretturi mhux eżekuttivi jkollhom responsabilitajiet fl-oqsma li ġejjin:

   - Id-diretturi mhux eżekuttivi għandhom b'mod kostruttiv jisfidaw u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-istrateġija;
   - Id-diretturi mhux eżekuttivi għandhom jiskrutinizzaw il-prestazzjoni tal-maniġment fl-ilħuq tal-għanijiet u l-objettivi miftiehma u fl-immonitorjar, u fejn ikun meħtieġ fit-tneħħija tal-maniġment superjuri u fl-ippjanar tas-suċċessjoni;
   - Id-diretturi mhux eżekuttivi għandhom jiżguraw is-sodisfazzjon tagħhom li l-informazzjoni finanzjarja hija eżatta u li l-kontrolli finanzjarji u s-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju huma robusti u jistgħu jiġu difiżi;
   - Id-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu responsabbli biex jiddeterminaw il- livelli xierqa ta' rimunerazzjoni tad-diretturi eżekuttivi u jkollhom rwol primarju fil-ħtir, u fejn ikun meħtieġ fit-tneħħija, tal-maniġment superjuri u fl-ippjanar tas-suċċessjoni.

Id-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ukoll jagħtu fehmiet indipendenti dwar:

   riżorsi;
   ħatriet;
   standards ta' kondotta.

Id-diretturi mhux eżekuttivi huma l-kustodji tal-proċess tal-governanza. Huma ma jkunux involuti fit-tmexxija ta' kuljum tan-negozju iżda jimmoniterjaw l-attività eżekuttiva u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-istrateġija.

1.  Il-Membri kollha tal-korp maniġerjali ta' kwalunkwe ditta tal-investiment għandhom dejjem ikunu ta' reputazzjoni tajba biżżejjed, ikollhom għarfien, ħiliet u esperjenza biżżejjed u jiddedikaw ħin biżżejjed biex iwettqu dmirijiethom, filwaqt li.jippermettu li tiġi rikonoxxuta firxa wiesgħa ta' experjenza ħalli ma ssirx diskriminazzjoni kontra n-nisa.

Il-Membri tal-korp maniġerjali għandhom, partikolarment, jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti:

(a)  Il-membri kollha tal-korp maniġerjali għandhom jimpenjaw biżżejjed ħin biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom fid-ditta tal-investiment. L-għadd ta' direttorati li membru tal-korp maniġerjali jista' jkollu fl-istess waqt għandu jqis iċ-ċirkustanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni.

Il-membri tal-korp maniġerjali ta' istituzzjonijiet li huma sinifikanti f'dawk li huma d-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura tagħhom, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom ma għandhomx jikkombinaw fl-istess ħin aktar minn kombinazzjoni waħda minn dawn li ġejjin:

   (i) kariga ta' direttur eżekuttiv ma' żewġ karigi ta' direttur mhux eżekuttiv
   (ii) erba' karigi ta' direttur mhux eżekuttiv.

Direttorati eżekuttivi jew mhux eżekuttivi:

   (i) fl-istess grupp;
  (ii) f'istituzzjonijiet li:
   huma membri tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 108(7) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 [CRD IV] ikunu sodisfatti;
   ikunu stabbilixxew konnessjonijiet skont l-Artikolu 108(6) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 [CRD IV]; jew
   (iii) fi ħdan intrapriżi (inklużi istituzzjonijiet mhux finanzjarji) fejn l-istituzzjoni jkollha s-sjieda ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva;
  

għandhom ikunu meqjusa bħala kariga waħda ta' direttur.

Membri tal-korp maniġerjali m'għandhomx jikkombinaw fl-istess ħin id-direttorat eżekuttiv f'ditta tal-investiment mad-direttorat eżekuttiv f'suq regolat, MTF jew OTF, anke fi ħdan l-istess grupp.

Punt (a) għandu jinkludi:

  (i) intrapriżi u entitajiet mhux finanzjarji:
   li fihom hemm parteċipazzjoni kwalifikattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 4(21) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 [CRD IV];
   li fihom hemm parteċipazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(49) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 [CRD IV]; jew
   li fihom hemm konnessjonijiet mill-qrib skont it-tifsira tal-Artikolu 4(72) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 [CRD IV] ma' ċerti istituzzjonijiet mhux finanzjarji;
   (ii) kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali skont it-tifsira tal-Artikolu 4(65), (66) u (67) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [CRD IV] li jikkontrollaw istituzzjoni ta' kreditu ċentrali jew reġjonali li taderixxi ma' skema tal-IPS.

(b)  Il-korp maniġerjali għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza kollettiva adegwati biex ikun kapaċi jifhem l-attivitajiet tad-ditta tal-investiment, u b'mod partikolari r-riskju ewlieni involut f'dawk l-attivitajiet.

(c)  Kull membru tal-korp maniġerjali għandu jaġixxi b'onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb biex jivvaluta u jikkontesta b'mod effikaċi d-deċiżjonijiet tal-maniġment superjuri u biex jissorvelja u jimmoniterja b'mod effikaċi fuq it-teħid ta' deċizjonijiet maniġerjali.

Id-ditti tal-investiment għandhom jiddedikaw iktar riżorsi għall-induzzjoni u t-taħriġ tal-membri tal-korp maniġerjali.

Fejn operatur tas-suq li jfittex l-awtorizzazzjoni biex jopera l-MTF jew l-OTF u l-persuni li effettivament jidderieġu l-operat tal-MTF jew l-OTF huma l-istess bħall-membri tal-korp maniġerjali tas-suq regolat, dawk il-persuni għandhom ikunu mistennija li jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-ewwel subparagrafu.

2.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li d-ditti tal-investiment, fejn xieraq u proporzjonat fid-dawl tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-kummerċ tagħhom għandhom jistabbilixxu kumitat ta' nominazzjoni biex jivvaluta l-konformità mal-ewwel paragrafu u biex jagħmel rakkomandazzjonijiet, meta meħtieġ, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħhom. Il-kumitat ta' nominazzjoni għandu jkun kompost minn membri tal-korp maniġerjali li ma jwettqu l-ebda funazjoni eżekuttiva fl-istituzzjoni kkonċernata. Fejn, fil-liġi nazzjonali, il-korp maniġerjali ma jkollu l-ebda kompetenza fl-ipproċessar tal- ħatra tal-membri tiegħu, dan il-paragrafu ma japplikax.

3.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li d-ditti tal-investiment u l-kumitati ta' nominazzjoni rispettivi tagħhom jeħtieġu għadd kbir ta' kwalitajiet u kompetenzi meta jirreklutaw membri fil-korpi maniġerjali tagħhom. B'mod partikolari:

(a)  Id-ditti tal-investiment għandhom jimplimentaw politika li tippromwovi l-professjonaliżmu, ir-responsabilità u l-impenn bħala l-kriterji ta' gwida għar-reklutaġġ tal-maniġment superjuri, bis-salvagwardja li dawk innominati jkunu bla dubju leali lejn l-interessi tal-istituzzjoni.

(b)  Id-ditti tal-investiment għandhom jieħdu wkoll passi konkreti lejn rappreżentanza aktar bilanċjata fil-bordijiet, bħat-taħriġ ta' kumitati ta' nominazzjoni, il-ħolqien ta' rosters ta' kandidati kompetenti, u l-introduzzjoni ta' proċess ta' nominazzjoni fejn mill-inqas kandidat wieħed ta' kull sess ikun ippreżentat.

(c)  Fejn tiġi pprattikata, ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-korp maniġerjali għandha wkoll, billi żżid perspettiva fundamentali u għarfien ġenwin ta' kif taħdem internament l-istituzzjoni, tidher bħala mod pożittiv għat-titjib tad-diversità.

L-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu li ditti tal-investiment jimplimentaw 1/3 tal-kwota bejn is-sessi sa ...(42).

4.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards regolatorji biex tispeċifika kif l-istituzzjoni għandha tqis dan li ġej:

   (a) il-kunċett ta' impenn ta' ħin biżżejjed ta' membru tal-korp maniġerjali biex iwettaq il-funzjoni tiegħu, b'rabta maċ-ċirkustanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta tal-investiment li l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu meta jawtorizzaw membru tal-korp maniġerjali biex jikkombina iktar minn kariga waħda ta' direttur milli permess kif referut fil-paragrafu 1(a);
   (b) il-kunċett ta' għarfien, ħiliet u esperjenza kollettiva adegwata tal-korp maniġerjali kif referut fil-paragrafu 1(b),
   (c) il-kunċett ta' onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb ta' membru tal-korp maniġerjali kif referut fil-paragrafu 1(b),
   (d) il-kunċett ta' riżorsi umani u finanzjarji adegwati ddedikati għall-induzzjoni u t-taħriġ ta' membri tal-korp maniġerjali,
   (e) il-kunċett tad-diversità li għandu jitqies għall-għażla tal-membri tal-korp maniġerjali.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...](43)**.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli minn 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.  L-Istati Membri jeħtieġu li d-ditta tal-investiment tinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-membri kollha tal-korp maniġerjali tagħha u b'kull bidla fis-sħubija tagħha, flimkien mat-tagħrif kollu meħtieġ sabiex jiġi vvalutat jekk id-ditta tkunx konformi mal-paragrafi 1, 2 u 3 jew le.

6.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment għandu jiżgura li d-ditta hija mmexxija b'mod tajjeb u prudenti u b'tali mod li jippromwovi l-integrità tas-suq u l-interessi tal-klijenti tagħha. Għal dan il-għan, il-korp maniġerjali għandu:

   (a) jiddefinixxi, japprova u jissorvelja l-għanijiet strateġiċi tad-ditta;
   (b) jiddefinixxi, japprova u jissorvelja l-organizzazzjoni tad-ditta, inkluż il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa tal-persunal, ir-riżorsi, il-proċeduri u l-arranġamenti għall-provvista ta' servizzi u attiviatjiet mid-ditta, wara li jqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-kummerċ tagħha u r-rekwiżiti kollha li magħhom għandha tikkonforma d-ditta;
   (c) jiddefinixxi, japprova u jissorvelja linja politika fir-rigward ta' servizzi, attivitajiet, prodotti u operazzjonijiet offruti jew ipprovduti mid-ditta, skont it-tolleranza tar-riskju tad-ditta u l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet tal-klijenti li lilhom se jkun offruti jew ipprovduti inkluż l-ittestjar ta' stress, fejn meħtieġ;
   (ca) jiddefinixxi, japprova u jissorvelja r-remunerazzjoni tal-persunal tad-ditta inkarigat mill-bejgħ li għandha tkun imfassla biex tħeġġeġ imġiba kummerċjali responsabbli, trattament ġust tal-konsumaturi u sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess, u biex tiżvela l-istruttura tar-remunerazzjoni lill-konsumaturi, fejn hu xieraq, bħal fejn ma jistgħux jiġu mmaniġġjati jew evitati l-kunflitti ta' interess potenzjali, mingħajr ħsara għall-Artikolu 24;
   (d) jipprovdi sorveljanza effettiva tal-maniġment superjuri;
   (da) iżomm strateġija kontra l-frodi.

Il-korp maniġerjali għandu jimmonitorja u jivvaluta perjodikament l-effikaċja tal-organizzazzjoni tad-ditta tal-investiment u l-adegwatezza tal-linji ta' politika marbuta mal-provvista tas-servizzi lil-klijenti u jieħu l-passi meħtieġa biex jindirizza kwalunkwe nuqqasijiet.

Membri tal-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkollhom aċċess adegwat għall-informazzjoni u d-dokumenti li huma meħtieġa biex jimmonitorjaw it-teħid tad-deċiżjonijiet maniġerjali.

7.  L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta awtorizzazzjoni jekk ma tkunx issodisfata illi l-persuni li jkunu se jidderieġu l-kummerċ tad-ditta tal-investiment b'mod effettiv ikollhom biżżejjed fama tajba u biżżejjed esperjenza, jew jekk ikun hemm raġunijiet oġġettivi u li jistgħu jintwerew sabiex temmen illi l-korp maniġerjali tad-ditta jista' jkun ta' theddida għall-ġestjoni effettiva, soda u prudenti tagħha u għall-kunsiderazzjoni adegwata tal-interessi tal-klijenti tagħha u tal-integrità tas-suq.

8.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-ġestjoni ta' kull ditta tal-investiment titwettaq mill-inqas minn żewġ persuni li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni lid-ditti tal-investiment li huma persuni fiżiċi jew lid-ditti tal-investiment li huma persuni ġuridiċi amministrati minn persuna fiżika waħda skont ir-regoli tal-kostituzzjoni tagħhom u l-liġijiet nazzjonali. L-Istati Membri għandhom, madankollu, jeħtieġu illi:

   (a) jkun hemm fis-seħħ arranġamenti alternattivi sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti ta' dawn id-ditti tal-investiment u l-kunsiderazzjoni adegwata tal-interessi tal-klijenti u tal-integrità tas-suq;
   (b) il-persuni fiżiċi kkonċernati jkollhom biżżejjed fama tajba, livell xieraq ta' għarfien ▌ u kompetenzi u jingħataw biżżejjed ħin biex iwettqu dmirijiethom u jaġġornaw u jivvalidaw l-għarfien u l-kompetenza tagħhom.

8a.  Mingħajr preġudizzju għas-sistemi legali tal-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn huwa allegat li membru tal-bord maniġerjali kiser id-dispożizzjonijiet ta' jew ikkometta offiża fi kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru .../... [MiFIR] huwa jista' jiġi soġġett personalment għal proċedimenti kriminali jew ċivili.

8b.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr ħsara għar-rappreżentanza tal-impjegati fil-bordijiet tal-kumpaniji kif previst fil-liġi nazzjonali jew fil-prattika.

Artikolu 10

L-azzjonisti u l-membri b'parteċipazzjonijiet kwalifikattivi

1.  L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jawtorizzaw it-twettiq ta' servizzi jew ta' attivitajiet ta' investiment minn ditta tal-investiment sakemm ma jkunux ġew mgħarrfa bl-identità tal-azzjonisti jew tal-membri, kemm jekk ikunu diretti kif ukoll indiretti, u kemm jekk ikunu persuni fiżiċi kif ukoll ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikattivi u l-ammonti ta' dawn il-parteċipazzjonijiet.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk, wara li jqisu l-ħtieġa li tkun żgurata l-ġestjoni soda u prudenti ta' ditta tal-investiment, ma jkunux issodisfati rigward kemm ikunu xierqa l-azzjonisti jew il-membri li jkollhom il-parteċipazzjonijiet kwalifikattivi.

Meta jkunu jeżistu rabtiet mill-qrib bejn ditta tal-investiment u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn, l-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni biss jekk dawn ir-rabtiet ma jipprevjenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar li magħhom l-intrapriża għandha rabtiet mill-qrib, jew jekk diffikultajiet marbuta mal-infurzar tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħha.

3.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, meta l-influwenza eżerċitata mill-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 x'aktarx tkun ta' preġudizzju għall-immaniġġjar tajjeb u prudenti tad-ditta tal-investiment, l-awtorità kompetenti tieħu l-miżuri x-xierqa sabiex iġġib din is-sitwazzjoni fi tmiema.

Dawn il-miżuri jistgħu jikkonsistu f'applikazzjonijiet għal ordnijiet ġudizzjarji jew l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kontra d-diretturi u dawk responsabbli mill-immaniġġjar, jew is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma mill-azzjonisti jew mill-membri konċernati.

Artikolu 11

Notifika tal-akkwisti proposti

1.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna fiżika jew ġuridika, jew it-tali persuni li jaġixxu flimkien (“l-akkwirent propost”), li jkunu ħadu deċiżjoni biex jakkwistaw, direttament jew indirettament, parteċipazzjoni kwalifikattiva f'ditta tal-investiment jew biex iżidu ulterjorment, direttament jew indirettament, it-tali parteċipazzjoni kwalifikattiva f'ditta tal-investiment b'tali mod li l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew biex id-ditta tal-investiment issir sussidjarja tagħha (“l-akkwist propost”), jinnotifikaw l-ewwel bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tad-ditta tal-investiment li fiha qed jippruvaw jakkwistaw parteċipazzjoni kwalifikattiva jew iżiduha, u jindikaw id-daqs tal-parteċipazzjoni maħsuba u t-tagħrif rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 13(4).

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni kwalifikattiva f'ditta tal-investiment għandha l-ewwel tinnotifika bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti u tindika d-daqs tal-parteċipazzjoni maħsuba. It-tali persuna għandha wkoll tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti jekk tkun ħadet deċiżjoni li tnaqqas il-parteċipazzjoni kwalifikattiva tagħha b'mod li l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital tagħha jkun se jaqa' taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b'mod li d-ditta tal-investiment ma tkunx se tibqa' sussidjarja tagħha.

L-Istati Membri m'għandhomx għalfejn japplikaw il-limitu ta' 30 % fejn, skont l-Artikolu 9(3)(a) tad-Direttiva 2004/109/KE, huma japplikaw limitu ta' terz.

Meta jiġu biex jiddeterminaw jekk il-kriterji għal parteċipazzjoni kwalifikattiva msemmija fl-Artikolu 10 u f'dan l-Artikolu humiex issodisfati, l-Istati Membri m'għandhomx iqisu d-drittijiet tal-vot jew l-ishma li d-ditti tal-investiment jew l-istituzzjonijiet ta' kreditu jista' jkollhom minħabba li jipprovdu s-sottoskrizzjoni ta' strumenti finanzjarji u/jew it-tqegħid ta' strumenti finanzjarji fuq bażi ta' impenn sod inklużi taħt il-punt 6 tat-Taqsima A tal-Anness I, sakemm dawk id-drittijiet, minn naħa, ma jkunux eżerċitati jew użati b'mod ieħor għal intervent fil-ġestjoni tal-emittent u min-naħa l-oħra, jitneħħew fi żmien sena mill-akkwist.

2.  L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jaħdmu f'konsultazzjoni sħiħa ma' xulxin meta jwettqu l-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 13(1) (“il-valutazzjoni”) jekk l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

   (a) istituzzjoni ta' kreditu, intrapriża tal-assigurazzjoni, intrapriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpanija maniġerjali tal-UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f'settur ieħor minbarra dak li fih ikun qed jiġi propost l-akkwist;
   (b) l-intrapriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu, ta' intrapriża tal-assigurazzjoni, ta' intrapriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpanija maniġerjali tal-UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f'settur ieħor minbarra dak li fih ikun qed jiġi propost l-akkwist; or
   (c) persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu, intrapriża tal-assigurazzjoni, intrapriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpanija maniġerjali tal-UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f'settur ieħor minbarra dak li fih ikun qed jiġi propost l-akkwist.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe tagħrif li jkun essenzjali jew rilevanti għall-valutazzjoni. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin, meta jiġu mitluba jagħmlu dan, it-tagħrif kollu rilevanti u għandhom jikkomunikaw, fuq l-inizjattiva tagħhom stess, kull tagħrif li jkun essenzjali. Deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat lid-ditta tal-investiment li fiha jkun qed jiġi propost l-akkwist, għandha tindika kwalunkwe fehma jew riżerva espressa mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-akkwirent propost.

3.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, jekk ditta tal-investiment issir taf bi kwalunkwe akkwist jew disponiment tal-parteċipazzjonijiet fil-kapital tagħha li jikkawżaw lill-parteċipazzjonijiet jaqbżu jew jaqgħu taħt kull wieħed mil-limiti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, dik id-ditta tal-investiment għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti b'dan mingħajr dewmien.

Mill-inqas darba fis-sena, id-ditti tal-investiment għandhom jgħarrfu wkoll lill-awtorità kompetenti bl-ismijiet tal-azzjonisti u tal-membri li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikattivi u bid-daqsijiet ta' dawn il-parteċipazzjonijiet, kif muri, pereżempju, mit-tagħrif irċevut fil-laqgħat ġenerali annwali tal-azzjonisti u tal-membri jew bħala riżultat tal-konformità mar-regolamenti li japplikaw għall-kumpaniji li t-titoli trasferibbli tagħhom jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat.

4.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri simili għal dawk imsemmija fl-Artikolu 10(3) rigward il-persuni li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu tagħrif minn qabel dwar l-akkwist jew iż-żieda ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva. Jekk tiġi akkwistata parteċipazzjoni minkejja l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, mingħajr ma jagħtu każ tas-sanzjonijiet l-oħra li jridu jiġu adottati, jew għas-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet korrispondenti tal-vot, jew għan-nullità tal-voti mitfugħa jew għall-possibbiltà tal-annullament tagħhom.

Artikolu 12

Perjodu ta' valutazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom, minnufih, u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta jirċievu n-notifika rikjesta skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1), kif ukoll wara li tiġi possibbilment irċevuta sussegwentement l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jirrikonoxxu bil-miktub li rċevewha lill-akkwirent propost.

L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom perjodu massimu ta' sittin jum ta' xogħol mid-data tal-konferma tal-irċevuta bil-miktub tan-notifika u tad-dokumenti kollha meħtieġa mill-Istat Membru li għandhom jiġu mehmuża man-notifika abbażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 13(4) (“il-perjodu ta' valutazzjoni”), biex iwettqu l-valutazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-akkwirent propost dwar id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta' valutazzjoni meta jikkonfermaw l-irċevuta.

2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, matul il-perjodu ta' valutazzjoni, jekk ikun meħtieġ, u mhux wara l-ħamsin (50) jum ta' xogħol tal-perjodu ta' valutazzjoni, jitolbu għal informazzjoni ulterjuri li hi meħtieġa biex tiġi kkompletata l-valutazzjoni. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Għall-perjodu bejn id-data tat-talba għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-irċevuta ta' tweġiba għaliha mill-akkwirent propost, il-perjodu ta' valutazzjoni għandu jkun interrott. Din l-interruzzjoni m'għandhiex taqbeż l-20 jum tax-xogħol. Kwalunkwe talba oħra mill-awtoritajiet kompetenti għall-ikkompletar jew il-kjarifika tal-informazzjoni għandha tkun fid-diskrezzjoni tagħhom, iżda tista' ma tirriżultax f'interruzzjoni tal-perjodu ta' valutazzjoni.

3.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu l-interruzzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 sa 30 jum ta' xogħol jekk l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn li ġejjin :

   (a) persuna fiżika jew ġuridika li tinsab jew hija rregolata barra mill-Unjoni Ewropea;
   (b) persuna fiżika jew ġuridika li mhix suġġetta għal superviżjoni skont din id-Direttiva jew skont id-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE jew 2006/48/KE.

4.  Jekk l-awtoritajiet kompetenti, wara t-tlestija tal-valutazzjoni tagħhom, jiddeċiedu li jopponu l-akkwist propost, huma għandhom, fi żmien jumejn tax-xogħol, u mingħajr ma jaqbżu l-perjodu ta' valutazzjoni, jinfurmaw lill-akkwirent propost bil-miktub u jipprovdu r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. Suġġetta għal-liġi nazzjonali, dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tista' ssir aċċessibbli għall-pubbliku fuq talba tal-akkwirent propost. Dan m'għandux iżomm lil Stat Membru milli jippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq dan l-iżvelar mingħajr ma dan jintalab mill-akkwirent propost.

5.  Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jopponux bil-miktub, fil-perjodu ta' valutazzjoni, l-akkwist propost, dan l-akkwist propost għandu jitqies li jkun ġie approvat.

6.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiffissaw perjodu massimu għall-konklużjoni tal-akkwist propost u jestendu dan il-perjodu fejn dan ikun xieraq.

7.  L-Istati Membri ma jistgħux jimponu rekwiżiti għan-notifika lill-awtoritajiet kompetenti u għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' akkwisti diretti jew indiretti tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital li jkunu iktar stretti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

8.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi lista eżawrjenti ta' tagħrif, imsemmi fil-paragrafu 4, li għandu jiġi inkluż mill-akkwirenti proposti fin-notifika tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2.

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont ▌l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

8a.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-modalitajiet tal-proċess tal-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 11(2).

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 13

Valutazzjoni

1.  Huma u jivvalutaw in-notifika prevista fl-Artikolu 11(1) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2), l-awtoritajiet kompetenti, sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti tad-ditta tal-investiment li fiha jkun qed jiġi propost l-akkwist, u wara li tiġi kkunsidrata l-influwenza li x'aktarx ikollu l-akkwirent propost fuq id-ditta tal-investiment, għandhom jevalwaw l-adegwatezza tal-akkwirent propost u s-solidità finanzjarja tal-akkwist propost fid-dawl tal-kriterji kollha li ġejjin:

   (a) ir-reputazzjoni tal-akkwirent propost;
   (b) ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta' kwalunkwe persuna li ser tmexxi n-negozju tad-ditta tal-investiment bħala riżultat tal-akkwist propost;
   (c) is-solidità finanzjarja tal-akkwirent propost, b'mod partikulari fir-rigward tat-tip ta' negozju li jsir u li huwa previst fid-ditta tal-investiment li fiha jkun qed jiġi propost l-akkwist;
   (d) jekk il-kumpanija ta' investiment hix ser tkun kapaċi tikkonforma u tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali bbażati fuq din id-Direttiva u, fejn applikabbli, fuq Direttivi oħrajn, b'mod partikolari, id-Direttivi 2002/87/KE u 2006/49/KE, b'mod partikolari, jekk il-grupp li ser issir parti minnu għandux struttura li tippermetti l-eżerċizzju ta' superviżjoni effettiva, l-iskambju effettiv ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u li tiddetermina l-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti;
   (da) jekk l-akkwist propost iżidx ir-riskju ta' kunflitti ta' interess;
   (e) jekk ikunx hemm motivi raġonevoli biex wieħed jissuspetta li, b'rabta mal-akkwist propost, sar, qed isir jew hemm tentattivi biex isir il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew li l-akkwist propost jista' jżid ir-riskju ta' kondotta bħal din.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jaġġustaw il-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jopponu l-akkwist propost biss jekk ikun hemm motivi raġonevoli biex jagħmlu dan abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew jekk it-tagħrif ipprovdut mill-akkwirent propost ma jkunx komplut.

3.  L-Istati Membri la għandhom jimponu kundizzjonijiet minn qabel fir-rigward tal-livell tal-parteċipazzjoni li għandha tiġi akkwistata u lanqas m'għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jeżaminaw l-akkwist propost f'termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.

4.  L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku lista li tispeċifika t-tagħrif meħtieġ biex issir il-valutazzjoni u li għandu jiġi pprovdut lill-awtoritajiet kompetenti meta ssir in-notifika msemmija fl-Artikolu 11(1). It-tagħrif meħtieġ għandu jkun proporzjonat u adattat għan-natura tal-akkwirent propost u tal-akkwist propost. L-Istati Membri m'għandhomx jirrikjedu tagħrif li mhux rilevanti għal valutazzjoni prudenzjali.

5.  Minkejja l-Artikolu 12(1), (2) u (3), fejn żewġ proposti jew iktar għal akkwist jew żieda tal-parteċipazzjonijiet kwalifikattivi fl-istess ditta tal-investiment ikunu ġew innotifikati lill-awtorità kompetenti, din tal-aħħar għandha tittratta lill-akkwirenti proposti b'mod mhux diskriminatorju.

Artikolu 14

Sħubija fi skema ta' kumpens għall-investituri awtorizzati

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika illi kull entità li tkun qiegħda tfittex awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 97/9/KE meta tingħata l-awtorizzazzjoni.

Dan l-Artikolu m'għandux japplika għad-depożiti strutturati maħruġa mill-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu membri ta' skema ta' garanzija għal depożiti rikonoxxuta taħt id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti(44).

Artikolu 15

Il-kapital inizjali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti ma jagħtux awtorizzazzjoni għajr jekk id-ditta tal-investiment ikollha biżżejjed kapital inizjali skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2006/49/KE wara li jqisu n-natura tas-servizz jew tal-attività tal-investiment inkwistjoni.

Artikolu 16

Rekwiżiti organizzazzjonali

1.  L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ illi d-ditti tal-investiment jikkonformaw mar-rekwiżiti  organizzattivi mogħtija fil-paragrafi 2 sa 8 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 17.

2.  Ditta tal-investiment għandha tistabbilixxi politiki adegwati u proċeduri biżżejjed sabiex tiżgura l-konformità tad-ditta, inklużi l-amministraturi, l-impjegati u l-aġenti marbuta tagħha, mal-obbligi tagħha skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, kif ukoll regoli xierqa li jirregolaw it-tranżazzjonijiet personali li jsiru minn dawn il-persuni.

3.  Ditta tal-investiment għandha żżomm u tħaddem arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-ħsieb li tieħu l-passi kollha raġonevoli ddisinjati sabiex jipprevjenu l-kunflitti ta' interess kif iddefiniti fl-Artikolu 23 milli jaffettwaw b'mod negattiv l-interessi tal-klijenti tagħha. Dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu politika u arranġamenti oħrajn neċessarji ħalli tkun ivvalutata l-kompatibilità tal-prodott tal-investiment mal-ħtiġiet tal-klijenti li lilhom tkun offruta, u ħalli jkun żgurat li l-prodotti ta' investiment jew depożiti strutturati mfasslin mill-azjendi għall-bejgħ lill-klijenti professjonali jew retail jissodisfaw il-ħtiġiet ta' suq identifikat li jkun il-mira u li azjenda ta' investiment li tkun qed tikkummerċjalizza l-prodotti tiżgura li l-prodott ta' investiment ikun kummerċjalizzat fil-grupp li jkun fil-mira. Miri ta' bejgħ u skemi ta' tħajjir intern m'għandhomx jinċentivizzaw il-bejgħ tal-prodotti barra mill-grupp ta' mira. B'mod partikolari, ditta tal-investiment li tfassal prodotti ta' investiment, depożiti strutturati jew strumenti finanzjarji għandu jkollha fis-seħħ proċess ta' approvazzjoni tal-prodott u tieħu l-miżuri operattivi u proċedurali kollha neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan il-proċess ta' approvazzjoni tal-prodott. Qabel ma l-prodotti ta' investiment u l-istrumenti finanzjarji jitqiegħdu jew jitqassmu fis-suq, dawn il-prodotti u strumenti jeħtieġ li jkunu approvati skont il-proċess ta' approvazzjoni tal-prodott. Ir-riskji rilevanti kollha għandhom jiġu vvalutati bir-reqqa u l-prodotti u l-istrumenti għandhom jitqiegħdu jew jitqassmu biss meta dan ikun fl-interessi tal-grupp ta' klijenti fil-mira. Il-proċess ta' approvazzjoni tal-prodott għandha tiżgura li l-prodotti eżistenti jkunu regolarment revisti ħalli jkun żgurat li l-prodott jibqa' jissodisfa l-ħtiġijiet tas-suq identifikat li jkun il-mira. Il-proċess ta' approvazzjoni tal-prodott għandu jiġi rivedut kull sena. Ditta tal-investiment għandha tkun kapaċi li fi kwalunkwe ħin tipprovdi lill-awtorità kompetenti rilevanti deskrizzjoni aġġornata u dettaljata tan-natura u d-dettalji tal-proċess ta' approvazzjoni tal-prodott tagħha.

4.  Ditta tal-investiment għandha tieħu passi raġonevoli sabiex tiżgura l-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment. Għal dan il-għan, id-ditta tal-investiment għandha timpjega sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati.

5.  Ditta tal-investiment għandha tiżgura, meta toqgħod fuq parti terza għat-twettiq ta' funzjonijiet operattivi li jkunu kritiċi għall-provvediment ta' servizz kontinwu u sodisfaċenti lill-klijenti u għat-twettiq ta' attivitajiet ta' investiment fuq bażi kontinwa u sodisfaċenti, li tieħu passi raġonevoli sabiex tevita riskju operattiv addizzjonali mhux dovut . Ma jistax ikun hemm l-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet operattivi importanti tad-ditta b'mod li dan jagħmel ħsara materjalment lill-kwalità tal-kontroll intern tagħha u lill-ħila tal-kontrollur li jimmonitorja l-konformità tad-ditta mal-obbligi kollha tagħha.

Ditta tal-investiment għandu jkollha proċeduri sodi amministrattivi u tal-kontabbiltà, mekkaniżmi interni tal-kontroll, proċeduri effettivi għall-valutazzjoni tar-riskji u arranġamenti effettivi għall-kontroll u għas-salvagwardja tas-sistemi tal-ipproċessar tat-tagħrif.

6.  Ditta tal-investiment għandha tirranġa li jinżammu reġistrazzjonijiet tas-servizzi u tat-tranżazzjonijiet kollha li twettaq li għandhom ikunu biżżejjed sabiex jippermettu lill-awtorità kompetenti timmonitorja l-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, u b'mod partikulari sabiex taċċerta ruħha illi d-ditta tal-investiment tkun ikkonformat mal-obbligi kollha rigward il-klijenti jew il-klijenti potenzjali.

7.  Ir-rekords għandhom jinkludu l-irrekordjar tal-konversazzjonijiet fuq it-telefon jew komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvolvu, mill-inqas, tranżazzjonijiet konklużi wara ttrattar tal-persuna għal rasha u ordnijiet tal-klijenti meta jkunu pprovduti servizzi tal-irċevuta u t-trasmissjoni tal-ordnijiet u tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti.

L-Istati Membri jistgħu jneħħu l-obbligu tar-reġistrazzjoni tal-konverżazzjonijiet telefoniċi meta d-ditta ta' investiment ma tkunx għadha, bħala l-attività prinċipali tal-attività tagħha, tirċieva u tittrażmetti l-ordnijiet jew teżegwixxi l-ordnijiet f'isem il-klijenti.

F'dak li għandu x'jaqsam mal-komunikazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-klijenti retail, l-Istati Membri jistgħu minflok ir-reġistri li hemm riferiment għalihom fl-ewwel subparagrafu, jirrikonoxxu d-dokumentazzjoni adegwata tal-kontenut ta' tali konverżazzjonijiet telefoniċi fil-forma ta' minuti fejn tali minuti jkunu ġew iffirmati mill-klijent.

Rekords ta' konversazzjonijiet fuq it-telefon jew komunikazzjonijiet elettroniċi rrekordjati skont l-ewwel subparagrafu jew skont il-minuti ppreparati skont it-tieni subparagrafu għandhom ikunu pprovduti lill-klijenti involuti fuq talba tal-klijenti. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li tali reġistri jinżammu sa sena wara li jkun intemm l-investiment.

Il-persuni rilevanti tad-ditta tal-investiment jistgħu jitħallew iżommu l-konverżazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet imsemmija fis-subparagrafu 1 fuq apparat li jappartjeni lid-ditta tal-investiment biss u li jkunu miżmuma r-rekords fir-rigward tiegħu.

8.  Meta tkun qiegħda żżomm strumenti finanzjarji li jappartjenu għall-klijenti, ditta tal-investiment għandha tagħmel arranġamenti adegwati sabiex tissalvagwardja d-drittijiet tal-pussess tal-klijenti, b'mod speċjali f'każ li d-ditta tal-investiment tfalli, u sabiex tipprevjeni l-użu tal-istrumenti ta' klijent f'isimha għajr bil-kunsens espress tal-klijent.

9.  Meta tkun qiegħda żżomm fondi li jappartjenu għall-klijenti, ditta tal-investiment għandha tagħmel arranġementi adegwati sabiex tissalvagwardja d-drittijiet tal-klijenti u, għajr fil-każ tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, sabiex tipprevjeni l-użu tal-fondi tal-klijenti f'isimha .

10.  Ditta tal-investiment ma għandhiex tikkonkludi arranġamenti kollaterali ta' trasferimenti ta' titoli ma' klijenti mhux professjonali biex ikunu garantiti jew koperti l-obbligi preżenti jew futuri, attwali jew kontinġenti jew prospettivi tal-klijenti.

11.  Fil-każ tal-friegħi tad-ditti tal-investiment, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun tinsab il-fergħa għandha, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment li jkollha aċċess dirett għal dawn ir-reġistri, tinforza l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 6 u 7 rigward it-tranżazzjonijiet imwettqa mill-fergħa.

12.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 dwar miżuri li jispeċifikaw ir-rekwiżiti konkreti organizzattivi mniżżlin fil-paragrafi 2 sa 9 li jridu jiġu imposti fuq id-ditti tal-investiment u fuq fergħat ta' ditti ta' pajjiż terz awtorizzati skont l-Artikolu 43 li jkunu qed iwettqu servizzi u/jew attivitajiet differenti ta' investiment u servizzi anċillari jew għaqdiet tagħhom.

Artikolu 17

Negozjar algoritmikuu negozjar bi frekwenza għolja

1.  Ditta tal-investiment li tipparteċipa f'negozjar algoritmiku għandu jkollha sistemi effettivi u kontrolli tar-riskji adatti għan-negozju li tkun topera li jiżguraw li s-sistemi tan-negozjar huma resiljenti u għandhom biżżejjed kapaċità, huma suġġetti għal livelli limitu u limiti xierqa u jipprevjenu li jintbagħtu ordnijiet żbaljati jew li s-sistema taħdem b'tali mod li jista' joħloq jew jikkontribwixxi għal suq diżordinat. It-tali ditta għandu jkollha wkoll sistemi effettivi u kontrolli tar-riskji li jiżguraw li s-sistemi tan-negozjar ma jistgħux jintużaw għal kwalunkwe għan li huwa kuntrarju għar-Regolament (UE) Nru …/… [MAR] jew għar-regoli ta' ċentru ta' negozjar li tkun konnessa miegħu. Id-ditta għandu jkollha arranġamenti ta' kontinwità tal-kummerċ effettivi biex tittratta ma' kwalunkwe falliment mhux mistenni tas-sistemio tal-kummerċ tagħha u għandha tiżgura li s-sistemi tagħha huma ttestjati b'mod sħiħ u mmonitorjati kif xieraq biex jiżguraw li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu.

2.  Ditta tal-investiment li tipparteċipa f'kummerċ alogoritmiku għandha mill-inqas darba f'sena fuq inizjattiva tagħha u f'kull żmien ieħor jekk issir talba tipprovdi lill-Awtorità Kompetenti tal-post deskrizzjoni dettaljata tan-natura tal-istrateġiji tal-negozjar algoritmiku tagħha, dettalji tal-parametri jew tal-limiti tal-kummerċ li s-sistema hija suġġetta għalihom, il-kontrolli ewlenin ta' konformità u tar-riskji li għandha fis-seħħ biex tiżgura li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma ssodisfati u dettalji tal-ittestjar tas-sistemi tagħha. Ditta tal-investiment għandha, fuq talba tal-awtorità kompetenti, tippreżenta iktar informazzjoni ▌dwar in-negozjar algoritmiku u s-sistemi użati għal dak il-kummerċ.

2a.  Ditta tal-investiment li tipparteċipa fi strateġija ta' negozjar bi frekwenza għolja għandha taħżen f'forma approvata, ir-rendikont bażiku ta' verifika ta' kwalunkwe attività ta' kwotazzjoni jew negozjar imwettqa fi kwalunkwe ċentru ta' negozjar u tagħmilu disponibbli għall-awtorità kompetenti fuq talba.

3.  Ditta tal-investiment li tkun imdaħħla fl-għemil tas-suq inkluż bil-parteċipazzjoni ta' skema tal-għemil tas-suq offruta minn ċentru ta' negozju tidħol fi ftehim bil-miktub li jkun vinkolanti bejn id-ditta u ċ-ċentru ta' negozju dwar l-obbligi essenzjali naxxenti mill-għemil tas-suq u taderixxi għall-pattijiet u l-kundizzjonijiet tal-ftehim, inkluż l-għoti tal-likwidità. Id-ditta tal-investiment għandu jkollha fis-seħħ sistemi u kontrolli tar-riskju effettivi biex tiżgura li tista' tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-ftehim vinkolanti bil-miktub f'kull waqt. Meta xi ditta tal-investiment tħaddem strateġija ta' kummerċ algoritmiku biex tissodisfa l-obbligi tagħha bħala market maker tiżgura li l-algoritmu jkun f'operazzjoni kontinwa matul is-sigħat tan-negozju tal-ċentru ta' negozjar li fih tibgħat ordnijiet jew li permezz tas-sistemi tiegħu teżegwixxi t-tranżazzjonijiet u li l-parametri jew limiti tal-algoritmu jiżguraw li d-ditta ta' investiment tagħti kwotazzjonijiet sodi bi prezzijiet kompetittivi bir-riżultat li titforna likwidità fuq bażi regolari u kontinwa lil dawk iċ-ċentri ta' negozjar f'kull waqt, irrispettivament mill-kundizzjonijiet sakemm il-ftehim bil-miktub ma jiddisponix xort' oħra.

4.  Id-ditti tal-investiment ma jagtħux aċċess sponsorjat u skopert għal ċentru ta' negozjar. Ditta tal-investiment li tipprovdi aċċess dirett għas-suq għal ċentru ta' negozjar għandu jkollha sistemi u kontrolli effettivi li jiżguraw valutazzjoni u reviżjoni xierqa tal-adattabilità tal-persuni li jużaw is-servizzi, li persuni ma jitħallewx jaqbżu livelli limitu ssettjati minn qabel għal kummerċ u kreditu, li l-kummerċ minn persuni li jużaw is-servizz huwa mmonitorjat kif xieraq u li kontrolli tar-riskju xierqa li jipprevjenu li jsir kummerċ li jista' joħloq riskji lid-ditta tal-investiment innifisha jew li jista' joħloq jew jikkontribwixxi għal suq diżordinat jew ikun kuntrarju għar-Regolament (UE) Nru .../... [MAR] jew ir-regoli tal-ċentru ta' negozjar. Id-ditta tal-investiment għandha tiżgura li hemm ftehim bil-miktub li jorbot bejn id-ditta u l-persuna li jirrigwardja d-drittijiet u l-obbligi essenzjali li jqumu mill-provvista tas-servizz u li skont il-ftehim id-ditta tkun responsabbli li tiżgura li kummerċ li jsir bl-użu ta' dak is-servizz huwa konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru .../... [MAR] u r-regoli tal-ċentru ta' negozjar. [MAR] u r-regoli tal-ċentru ta' negozjar.

5.  Ditta tal-investiment li taġixxi bħala membru ġenerali ta' likwidazzjoni għal persuni oħrajn għandu jkollha sistemi u kontrolli effettivi li jiżguraw servizzi ta' likwidazzjoni li huma applikati biss għal persuni li huma adattati u li jissodisfaw kriterja ċari u li rekwiżiti xierqa huma imposti fuq dawk il-persuni biex jitnaqqsu r-riskji lid-ditta u lis-suq. Id-ditta tal-investiment għandha tiżgura li hemm ftehim bil-miktub li jorbot bvejn id-ditta u l-persuna rigward id-drittijiet u l-obbligi essenzjali li jqumu mill-provvista ta' dak is-servizz.

6.  Il-Kummissjoni għandu tingħata s-setgħat li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jikkonċerna miżuri li jispeċifikaw ir-rekwiżiti organizzazzjonali dettaljati stipulati fil-paragrafi minn 1 sa 5 li għandhom ikunu imposti fuq id-ditti tal-investiment li jwettqu servizzi ta' investiment differenti u/jew attivitajiet u servizzi anċillari jew kombinazzjoni ta' dawn.

Artikolu 18

Il-proċess tan-negozjar u l-finalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet f'MTF u f'OTF

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF , għandhom , minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16, jistabbilixxu wkoll regoli u proċeduri trasparenti għall-kummerċ ġust u bl-ordni u jistabbilixxu kriterji oġġettivi għat-twettiq effiċjenti tal-ordnijiet. Għandu jkollhom arranġamenti għall-ġestjoni soda tal-operat tekniku tal-faċilità, inkluż l-istabbiliment ta' arranġamenti effettivi ta' kontinġenza sabiex ilaħħqu mar-riskji ta' diżordni fis-sistemi.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF jistabbilixxu regoli trasparenti rigward il-kriterji sabiex jistabbilixxu l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jiġu nnegozjati taħt is-sistemi tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fejn ikun applikabbli , id-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF jipprovdu biżżejjed tagħrif , jew ikunu ssodisfati li jkun hemm aċċess għal biżżejjed tagħrif disponibbli pubblikament sabiex jgħinu lill-utenti tagħhom jagħmlu ġudizzju dwar l-investiment, filwaqt li jqisu kemm in-natura tal-utenti kif ukoll it-tipi ta' strumenti nnegozjati.

3.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF jistabbilixxu, jew jippubblikaw u jżommu regoli trasparenti u mhux diskriminatorji, imsejsa fuq kriterji oġġettivi, li jirregolaw l-aċċess għall-faċilità tagħhom.

3a.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li d-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li joperaw f'MTF jew f'OTF ikollhom arranġamenti fis-seħħ biex jidentifikaw b'mod ċar kwalunkwe kunflitt ta' interess bejn l-interess tal-MTF jew l-OTF, is-sidien tagħhom jew l-operaturi tagħhom u l-funzjonament tajjeb tal-MTF jew l-OTF, u biex jamministraw l-konsegwenzi negattivi potenzjali għall-funzjonament tal-MTF jew l-OTF jew għall-parteċipanti tagħhom li jirriżultaw minn kwalunkwe kunflitt ta' interess tali.

4.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF jgħarrfu b'mod ċar lill-utenti tagħhom dwar ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom rigward is-saldu tat-tranżazzjonijiet imwettqa f'dik il-faċilità. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF ikunu daħħlu fis-seħħ l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiffaċilitaw is-saldu effiċjenti tat-tranżazzjonijiet konklużi skont is-sistemi tal-MTF jew tal-OTF .

4a.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li MTF jew OTF ikollha tal-anqas tliet membri jew utenti materjalment attivi, li kull wieħed minnhom ikollu l-opportunità li jinteraġixxi mal-oħrajn kollha fir-rigward tal-formazzjoni tal-prezzijiet.

5.  Meta titolu trasferibbli li jkun ġie ammess għall-kummerċ f'suq regolat jiġi nnegozjati ukoll f'MTF jew f'OTF mingħajr il-kunsens tal-emittent , l-emittent ma għandu ikun suġġett għall-ebda obbligu li jkollu x'jaqsam mal-iddivulgar finanzjarju inizjali, li jkun għaddej jew ad hoc rigward din l-MTF jew din l-OTF .

6.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi kull ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jħaddem MTF jew OTF jikkonforma minnufih ma' kull struzzjoni mill-awtorità kompetenti tiegħu skont l-Artikolu 72(1) sabiex jissospendi jew ineħħi strument finanzjarju mill-kummerċ .

7.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF jipprovdu lill-awtorità kompetenti u lill-AETS b'deskrizzjoni dettaljata tal-funzjonament tal-MTF jew tal-OTF, inklużi kwalunkwe rabtiet ma' jew parteċipazzjoni minn suq regolat, MTF, OTF jew internalizzatur sistematiku li jappartjeni għall-istess ditta tal-investiment jew operatur tas-suq, u lista tal-membri tagħhom u/jew utenti. Kull awtorizzazzjoni lil ditta tal-investiment jew operatur fis-suq bħala MTF jew OTF għandha tkun notifikata lill-AETS. L-AETS għandha tistabbilixxi lista tal-MTFs u tal-OTFs kollha fl-Unjoni Ewropea. Il-lista għandha tinkludi informazzjoni fuq is-servizzi li tipprovdi l-MTF jew l-OTF u tinkludi l-kodiċi uniku li jidentifika l-MTF jew l-OTF għall-użu f'rapporti skont l-Artikolu 23 u l-Artikoli 5 u 9 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR]. Hu għandu jkun aġġornat fuq bażi regolari. L-AETS għandha tippubblika u taġġorna l-lista fuq is-sit elettroniku tagħha.

8.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi biex tiddetermina l-kontenut u l-format tad-deskrizzjoni u n-notifika referuta fil-paragrafu 8.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa [...](45).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 19

Rekwiżiti speċifiċ għall-MTFs

1.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li ditti tal-investiment jew operaturi tas-suq li joperaw MTF, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 16 u 18, għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw regoli mhux diskrezzjonali għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet fis-sistema.

2.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li r-regoli msemmija fl-Artikolu 18(4) li jirregolaw l-aċċess għal MTF ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 55(3).

3.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jew l-operatur tas-suq li joperaw MTF ikollhom arranġament:

   (a) ikun mgħammar b'mod adegwat sabiex jamministra r-riskji li għalihom ikun espost, jimplimenta l-arranġamenti u s-sistemi x-xierqa sabiex jidentifika r-riskji sinifikanti kollha għall-operat tiegħu u jqiegħed fis-seħħ miżuri effettivi sabiex itaffi dawn ir-riskji;
   (b) li jidentifikaw b'mod ċar u jimmaniġġaw il-konsegwenzi avversi potenzjali, għall-operazzjoni tal-MTF jew għall-parteċipanti tagħha, ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess bejn l-interess tal-MTF, is-sidien jew l-operaturi tagħha u l-funzjonament tajjeb tal-MTF;
   (c) ikollu arranġamenti effettivi sabiex jiffaċilita l-finalizzazzjoni effiċjenti u f'waqtha tat-tranżazzjonijiet imwettqa skont is-sistemi tiegħu; u
   (d) ikollu disponibbli, meta jingħata l-awtorizzazzjoni u fuq bażi kontinwa , biżżejjed riżorsi finanzjarji sabiex jiffaċilita l-funzjonament bl-ordni tiegħu, filwaqt li jitqiesu n-natura u l-kobor tat-tranżazzjonijiet konklużi fis-suq u l-firxa u l-livell tar-riskji li għalihom ikun espost.

4.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-MTF tikkonforma mal-Artikoli 51 u 51a u li jkollha fis-seħħ sistemi, proċeduri u arranġamenti effikaċi biex tagħmel dan.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikoli 24, 25, 27 u 28 mhumiex applikabbli għat-tranżazzjonijiet konklużi skont ir-regoli li jirregolaw MTF bejn il-membri jew il-parteċipanti tiegħu jew bejn l-MTF u l-membri jew il-parteċipanti tiegħu b'rabta mal-użu tal-MTF. Madankollu, il-membri jew il-parteċipanti tal-MTF għandhom ikunu konformi mal-obbligi li hemm provvediment għalihom fl-Artikoli 24, 25, 27 u 28 fir-rigward tal-klijenti tagħhom meta, f'isem il-klijenti tagħhom, jesegwixxu ordnijiet tagħhom permezz tas-sistemi tal-MTF.

Artikolu 20

Rekwiżiti speċifiċi għall-OTFs

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment u l-operaturi fis-suq li joperaw OTF jistabbilixxu arranġamenti li jipprevjenu l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijent f'OTF kontra l-kapital proprjetarju tad-ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li joperaw l-OTF jew minn kwalunkwe entità li hija parti mill-istess grupp korporattiv u/jew entità legali bħad-ditta tal-investiment u/jew operatur tas-suq.

Id-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq jew kwalunkwe entità li hija parti mill-istess grupp korporattiv u/jew persuna ġuridika bħad-ditta tal-investiment u/jew l-operatur tas-suq ma għandhiex taġixxi bħala internalizzatur sistematiku f'OTF operata minnha nnifisha u OTF ma għandhiex tagħmel konnessjoni ma' internalizzatur sistematiku b'tali mod li jkun hemm interazzjoni bejn ordnijiet f'OTF u ordnijiet jew kwoti f'internalizzatur sistematiku. OTF ma għandhiex tkun konnessa ma' OTF oħra b'mod li tiffaċilita li jkun hemm interazzjoni bejn ordnijiet f'OTFs differenti.

1a.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li meta bond, prodott finanzjarju strutturat jew konċessjoni tal-emissjonijiet jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew jiġu kkumerċjalizzati f'MTF, id-ditti tal-investimet jew l-operaturi tas-suq li joperaw OTF jippermettu li l-ordnijiet li jkunu kbar fid-daqs biss jitwettqu fuq l-OTF.

1b.  Id-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li joperaw OTF għandu jkollhom id-diskrezzjoni fl-operar tal-OTF f'rabta biss ma':

   (a) kif għandha titwettaq transazzjoni; u
   (b) kif jinteraġixxu l-klijenti.

2.  Talba għal awtorizzazzjoni bħala OTF għandha tinkludi spjegazzjoni dettaljata għaliex is-sistema ma tikkorrispondix għal u ma tistax topera bħala suq regolat, MTF jew internalizzatur sistematiku. Malli jkun awtorizzat, operatur ta' OTF għandu jirraporta annwalment lill-awtorità kompetenti filwaqt li jipprovdi spjegazzjoni aġġornata.

2a.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li d-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li qegħdin joperaw OTF jieħdu passi xierqa biex jidentifikaw u jiġġestixxu kwalunkwe konflitt ta' interess li jinqala' b'konnessjoni mas-sorveljanza u t-tħaddim tal-OTF li jisgtħu jeffettwaw b'mod negattiv lill-membri jew lill-parteċipanti tal-OTF.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikoli 24, 25, 27 u 28 jiġu applikati għat-tranżazzjonijiet konklużi f'OTF.

4.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu ▌li l-MTFs jikkonformaw mal-Artikoli 51 u 51a u li jkollhhom fis-seħħ sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi biex jagħmlu dan.

IL-KAPITOLU II

IL-KUNDIZZJONIJIET OPERATTIVI GĦAD-DITTI TAL-INVESTIMENT

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 21

Reviżjoni regolari tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi ditta tal-investiment awtorizzata fit-territorju tagħhom tikkonforma l-ħin kollu mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali stabbiliti fil-Kapitolu I ta' dan it-Titolu.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu l-metodi x-xierqa sabiex jimmonitorjaw li d-ditti tal-investiment jikkonformaw mal-obbligu tagħhom skont il-paragrafu 1. Għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti b'kull bidla materjali fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali.

L-AETS tista' tiżviluppa linji gwida li jirrigwardaw il-metodi ta' monitoraġġ imsemmija f'dan il-paragrafu.

Artikolu 22

L-obbligu ġenerali rigward is-superviżjoni kontinwa

▌L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment sabiex jivvalutaw il-konformità mal-kundizzjonijiet operattivi pprovduti f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkunu fis-seħħ il-miżuri x-xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiksbu t-tagħrif meħtieġ sabiex jivvalutaw il-konformità tad-ditti tal-investiment ma' dawk l-obbligi.

Artikolu 23

Il-kunflitti ta' interess

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jidentifikaw il-kunflitti ta' interess kollha bejniethom, inklużi l-amministraturi, l-impjegati u l-aġenti marbuta tagħhom, jew kull persuna marbuta direttament jew indirettament magħhom bil-kontroll, u l-klijenti tagħhom, jew bejn klijent u ieħor li jinħolqu huwa u jiġi pprovdut kwalunkwe servizz ta' investiment jew servizz  sekondarju, jew kumbinazzjonijiet tagħhom, inklużi dawk ikkawżati mir-riċezzjoni ta' inċentivi minn partijiet terzi jew mir-rimunerazzjoni tad-ditta stess jew strutturi oħra ta' inċentivi.

2.  Meta l-arranġamenti organizzattivi jew amministrattivi magħmula mid-ditta tal-investiment skont l-Artikolu 16(3) biex jevitaw jew jamministraw il-kunflitti ta' interess ma jkunux biżżejjed sabiex jiżguraw, b'fiduċja raġonevoli, illi se jiġu pprevenuti r-riskji ta' ħsara lill-interessi tal-klijenti, id-ditta tal-investiment għandha tiżvela b'mod ċar in-natura ġenerali u/jew is-sorsi tal-kunflitti ta' interess lill-klijent qabel ma twettaq il-kummerċ f'ismu.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 sabiex:

   (a) tiddefinixxi l-passi li d-ditti tal-investiment jistgħu jiġu mistennija b'mod raġonevoli li jieħdu sabiex jidentifikaw, jipprevjenu, jamministraw u jiżvelaw il-kunflitti ta' interess meta jkunu qed jipprovdu diversi servizzi ta' investiment u servizzi anċillari u għaqdiet tagħhom;
   (b) tistabbilixxi l-kriterji x-xierqa sabiex jiġu stabbiliti t-tipi ta' kunflitti ta' interess li l-eżistenza tagħhom tista' tagħmel ħsara lill-interessi tal-klijenti jew tal-klijenti potenzjali tad-ditta tal-investiment.

Taqsima 2

Id-dispożizzjonijiet sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-investituri

Artikolu 24

Il-prinċipji ġenerali u t-tagħrif lill-klijenti

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, meta tkun qed tipprovdi servizzi ta' investiment jew, meta jkun xieraq , servizzi anċillari lill-klijenti, ditta tal-investiment taġixxi b'mod onest, ġust u professjonali skont l-aħjar interessi tal-klijenti tagħha u tikkonforma, b'mod partikulari, mal-prinċipji mogħtija f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 25 .

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta d-ditti ta' investiment ifasslu prodotti ta' investiment jew depożiti strutturati għall-bejgħ lill-klijenti professjonali u mhux, dawk il-prodotti jitfasslu biex jissodisfaw il-bżonnijiet ta' suq fil-mira identifikat fi ħdan il-kategorija rilevanti ta' klijenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jieħdu passi raġonevoli sabiex jiżguraw li kull prodott ta' investiment jiġi kkummerċjalizzat u jitqassam lill-klijenti fi ħdan il-grupp fil-mira u li l-miri tal-bejgħ u l-iskemi ta' premjijiet jew l-inizjattivi ma jipprovdux inċentiv għall-kummerċjalizzazzjoni jew it-tqassim tal-prodott ta' investiment barra l-grupp fil-mira. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li d-ditti ta' investiment li jfasslu prodotti ta' investiment jew depożiti strutturati għall-bejgħ lill-klijenti professjonali jew mhux professjonali jipprovdu informazzjoni lil kwalunkwe distribwitur tal-parti terza dwar is-suq fil-mira intenzjonat għall-prodott.

1b.  Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mod li bih ditta tal-investimenti tirremunera l-persunal tagħha, taħtar rappreżentanti jew ditti tal-investimenti oħra ma jfixkilx il-konformità mal-obbligu tagħha li taġixxi fl-aħjar interessi tal-klijenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-persunal jagħti pariri dwar, iqiegħed fis-suq jew ibigħ prodotti jew strumenti finanzjarji lill-klijenti mhux professjonali, l-istrutturi ta' rimunerazzjoni involuti ma jippreġudikawx il-kapaċità tagħhom li jipprovdu rakkomandazzjoni oġġettiva, meta rilevanti, jew li jipprovdu informazzjoni b'mod li jkun ġust, ċar u mhux qarrieqi bi qbil mal-paragrafu 2 u li ma tagħtix lok għal kunflitti ta' interess mhux dovuti b'mod ieħor.

B'mod partikulari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

   (a) ir-rimunerazzjoni ma tkunx tiddependi ħafna mill-miri għall-bejgħ jew il-profittabilità tal-prodotti ta' investiment jew l-istrumenti finanzjarji;
   (b) ir-rimunerazzjoni jew l-arranġamenti oħra, inklużi l-valutazzjoni tar-rendiment, ma jipprovdux inċentiv biex il-persunal jirrakkomanda prodott ta' investiment jew strument finanzjarji partikolari lil klijent mhux professjonali meta d-ditta tal-investiment tista' toffi prodott tal-investiment jew strument finanzjarju ieħor li jissodisfa aħjar l-objettivi tal-klijent.

1c.  1c. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment ma jitqisux li qed jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 23 jew tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu meta, b’mod partikolari, iħallsu kwalunkwe persuna ħlief il-klijent jew jitħallsu xi tariffa jew kummissjoni, jew jipprovdu jew jiġu pprovduti bi kwlunkwe benefiċċju mhux monetarju b’rabta mal-forniment ta’ serviżż ta’ investimet jew servizz anċillari minn kwalunkwe parti ħlief il-klijent, minbarra meta l-pagament ta’ tariffa jew kummissjoni, jew l-għoti ta’ benefiċċju mhux monetarju jkun maħsub biex isaħħaħ il-kwalità tas-serviżż rilevanti lill-klijent u ma jxekkilx il-konformità mad-dmir tad-ditta li taġixxi b’mod onest, ġust u professjonali b’konformità mal-aħjar interessi tal-klijenti tagħha u::

   (a) ikun ittrasferit lill-investitur flimkien ma dokumentazzjoni li tiddettalja s-servizzi kollha u t-tariffa jew kummissjoni assoċjata miegħu;;
   (b) ikun jippermetti jew ikun neċessarju għall-provvediment ta’ servizzi ta’ investiment, bħal spejjeż ta’ kustodja, imposti regolatorji jew tariffi legali u li, bin-natura tagħhom ma jistgħux iqajmu kunflitti mad-dmirijiet tad-ditta li taġixxi b’mod onest, ġust u professjonali b’konformità mal-aħjar interessi tal-klijenti tagħha; jew
   (c) l-eżistenza, in-natura u l-ammont tiegħu, jew, meta l-ammont ma jkunx jista’ jiġi aċċertat, il-metodu ta’ kalkolazzjoni ta’ dak l-ammont, għandhom jiġu żvelati lill-klijent, b’mod li jkun komprensiv, preċiż u jinftiehem qabel il-provvediment tas-servizz rilevanti;.
  

sakemm l-Istati Membri ma jipprovdux li r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu jiġu ssodisfati biss meta l-valur tat-tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju jiġi ttrasferit lill-klijent. [Em. 5]

2.  It-tagħrif kollu, inklużi l-komunikazzjonijiet ta' promozzjoni , li d-ditta tal-investiment tibgħat lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali, għandu jkun ġust, ċar u ma jqarraqx. Il-komunikazzjonijiet ta' promozzjoni għandhom ikunu jistgħu jiġu identifikati biċ-ċar bħala komunikazzjonijiet ta' dan it-tip .

3.  Għandu jiġi pprovdut tagħrif xieraq lill-kljienti jew lill-klijenti potenzjali fil-mument xieraq dwar:

   id-ditta tal-investiment u s-servizzi tagħha; meta jingħata parir dwar l-investiment l-informazzjoni għandha tispeċifika l-ambitu tal-prodotti koperti mill-parir,
   l-istrutturi tal-prodotti u l-kategorizzazzjoni tal-klijenti tas-suq fil-mira maħsub, l-istrumenti finanzjarji u l-istrateġiji proposti tal-investiment; dan għandu jinkludi gwida xierqa u twissijiet dwar ir-riskji assoċjati mal-investimenti f'dawk l-istrutturi tal-prodott, l-istrumenti finanzjarji jew rigward strateġiji partikulari tal-investiment,
   iċ-ċentri tat-twettiq,
   l-ispejjeż u l-imposti assoċjati relatati kemm mas-servizzi ta' investiment jew anċillari u kwalunkwe prodott ta' investiment, depożitu strutturat jew strumenti finanzjarju rakkomandat jew kummerċjalizzat lill-klijenti.

Għall-prodotti kollha ta' investiment l-informazzjoni fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi l-ispiża totali tal-investiment permezz ta' illustrazzjoni standardizzata tal-effett kumulattiv fuq ir-rendimenti tat-tnaqqis kollu, inklużi t-tariffi u l-ispejjeż, li ma jirriżultawx mill-okkorrenza ta' riskji sottostanti fis-suq, fuq il-bażi ta' projezzjoni standardizzata espressa bħala ammont kontanti qabel l-investiment u tal-inqas darba fis-sena għal kull investiment attwali.

3a.  Meta jiġu provduti parir dwar l-investiment jew l-immaniġġjar ta' portafoll diskrezzjonali, l-informazzjoni xierqa msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun provduta qabel jingħata l-parir dwar l-investiment u għandha tinkludi dan li ġej:

   (a) il-firxa ta' prodotti ta' investiment u strumenti finanzjarji li fuqhom se tkun ibbażata r-rakkomandazzjoni u, b'mod partikolari, jekk il-firxa hiex limitata għall-istrumenti finanzjarjai maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet li għandhom rabtiet mill-qrib mad-ditta tal-investimenti.
   (b) jekk għandhiex titħallas tariffa mill-konsumatur għall-parir u, jekk iva, it-tariffa jew il-bażi għall-kalkolu tagħha;
   (c) jekk id-ditta tirċevix xi tariffa, kummissjoni, benefiċċju monetarju jew mhux monetarju jew inċentivi oħra minn partijiet terzi f'rabta mal-forniment tal-parir dwar l-investiment u, meta applikabbli, il-mekkaniżmu għat-trasferiment tal-inċentiv lill-klijent;
   (d) jekk id-ditta tal-investiment hux se tipprovdi lill-klijent b'valutazzjoni perjodika dwar l-adegwatezza tal-istrumenti finanzjarji rakkomandati lill-klijenti.

It-tagħrif imsemmi fl-ewwel subparagrafu u fil-paragrafu 1c(c) għandu jingħata b'mod li jista' jinftiehem b'tali mod li l-klijenti jew il-klijenti potenzjali  jkunu kapaċi b'mod raġonevoli jifhmu n-natura u r-riskji tas-servizz tal-investiment u tat-tip speċifiku ta' strument finanzjarju li jkun qiegħed jiġi offrut u, b'konsegwenza ta' dan,  ikunu jistgħu  jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment fuq bażi infurmata. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li dan it-tagħrif ▌jiġi pprovdut f'format standardizzat.

4.  Fil-każijiet meta servizz ta' investiment jiġi offrut bħala parti minn prodott finanzjarju li jkun diġà suġġett  għal dispożizzjonijiet oħra tal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew għal  standards komuni Ewropej li jkollhom x'jaqsmu mal-istituzzjonijiet ta' kreditu u mal-krediti tal-konsumaturi rigward ir-rekwiżiti  tat-tagħrif, dan is-servizz ma għandux ikun suġġett b'mod addizzjonali għall-obbligi mogħtija fil-paragrafi 2, 3 u 3a.

5.  L-Istati Membri jistgħu barra minn hekk jipprojbixxu jew jirristrinġu iktar l-offerta jew l-aċċettazzjoni tat-tariffi, il-kummissjonijiet jew il-benefiċċji mhux monetarji f'rabta mal-forniment ta' parir dwar l-investiment jew immaniġġjar ta' portafoll diskrezzjonali. Dan jista' jinkludi li jintalab li kwalunkwe tali tariffi, kummissjonijiet jew benefiċċji mhux monetarji jiġu ritornati lill-klijenti jew jitneħħew kontra tariffi mħallsa mill-klijent.

5a.  L-Istati Membri għandhom jesiġu li meta ditta tal-investiment tinforma lil klijent li l-parir dwar l-investiment jew il-ġestjoni tal-portafoll jingħata fuq bażi indipendenti, id-ditta tal-investiment tivvaluta li jkun hemm numru kbir suffiċjenti ta’ prodotti ta’ investiment jew strumenti finanjarji disponibbli fis-suq li jkunu diversifikati b’mod suffiċjenti fir-rigward tat-tip u l-emittent tagħhom jew fir-rigward tal-fornituri tal-prodott sabiex jiġi żgurat li l-objettivi ta’ investiment tal-klijent ikunu jistgħu jintlaħqu b’mod xieraq u ma jkunx limitat għal strumenti finanzjarji maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet li jkollhom rabtiet mill-qrib mad-ditta tal-investiment.

Meta d-ditta tal-investiment tinforma lill-klijent li l-parir dwar l-investiment jingħata fuq bażi indipendenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċettazzjoni ta’ kwalunkwe tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju fir-rigward tal-parir dwar l-investiment jew ġestjoni tal-portafoll ikun ipprojbit. [Em. 6]

6.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li ditta tal-investiment, meta tipprovdi l-immaniġġar diskrezzjonali tal-portafolji, tiżvela f’rapport perjodiku l-inċentivi kollha mħallsa jew riċevuti fir-rigward tal-immaniġġar diskrezzjonali tal-portafolji matul il-perjodu preċedenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ditta tal-investiment ma tagħtix remunerazzjoni jew tivvaluta l-prestazzjoni tal-impjegati tagħha, ir-rappreżentanti tagħha jew ditti oħra tal-investiment assoċjati magħha b'mod li jmur kontra l-obbligu tagħha li taġixxi fl-aħjar interessi tal-klijenti. [Em. 7]

7.  Meta servizz ta' investiment jiġi offrut lil klijent mhux professjonali flimkien ma' servizz jew prodott ieħor bħala parti minn pakkett jew bħala kundizzjoni għall-istess ftehim jew pakkett, id-ditta tal-investiment għandha tinforma lill-klijent jekk ikunx possibbli li jixtri l-komponenti differenti separatement u għandha tipprovdi evidenza separata tal-kost u t-tariffi għal kull komponent.

L-AETS, f'kooperazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, AEAPX), permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, għandha tiżviluppa sa mhux aktar tard minn [...](46), u taġġorna perjodikament, linji gwida għall-valutazzjoni u s-superviżjoni tal-prattiki ta' bejgħ inkroċjat, partikolarment, sitwazzjonijiet fejn il-prattiki ta' bejgħ inkroċjat ma jkunux konformi mal-obbligi fil-paragrafu 1.

8.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jikkonċernaw miżuri li jiżguraw li ditti tal-investiment huma konformi mal-prinċipji stipulati f'dan l-Artikolu meta jipprovdu servizzi ta' investiment jew servizzi anċillari lill-klijenti tagħhom. , inklużi l-kondizzjonijiet li magħhom l-informazzjoni għandha tikkonforma sabiex tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa, id-dettalji dwar il-kontenut u l-format tal-informazzjoni lil klijenti b’rabta ma’ ditti tal-investiment u s-servizzi tagħhom, il-kriterji għall-valutazzjoni tal-emittenti u l-fornituri differenti ta' prodott għall-provvediment ta’ parir dwar l-investiment fuq bażi inidpendenti, il-kriterji biex tiġi evalwata l-konformità ta’ ditti li jirċievu inċentivi mal-obbligu li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali b’konformità mal-aħjar interessi tal-klijent. Dawk l-atti delegati għandhom iqisu: [Em. 8]

   (a) in-natura tas-servizz/i offrut/i jew ipprovdut/i lill-klijent jew lill-klijent potenzjali, filwaqt li jitqiesu t-tip, l-għan, id-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet;
   (b) in-natura tal-prodotti ta' investiment offruti jew ikkunsidrati inkluż tipi differenti ta' strumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 1(2);
   (c) in-natura mhux professjonali jew professjonali tal-klijent jew klijenti potenzjali, fil-każ tal-paragrafu 3, il-klassifikazzjoni tagħhom bħala kontropartijiet eliġibbli;
   (ca) il-parametri għall-illustrazzjonijiet standardizzati msemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 25

Valutazzjoni tal-adattament u l-adegwatezza u r-rappurtar lill-klijenti

-1.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li d-ditti tal-investiment jiżguraw u juru li l-persuni fiżiċi li jagħtu l-pariri dwar l-investiment jew informazzjoni dwar prodotti ta' investiment, servizzi ta' investiment jew servizzi anċillari lill-klijenti f'isem id-ditta tal-investiment ikollhom l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 24 u dan l-Artikolu u għandhom jippubblikaw il-kriterji użati biex jivvalutaw l-għarfien u l-kompetenza.

1.  Meta tipprovdi pariri dwar l-investiment jew il-ġestjoni ta' portafoll, id-ditta tal-investiment għandha tikseb it-tagħrif meħtieġ dwar l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent jew tal-klijent potenzjali fil-kamp tal-investiment rilevanti għat-tip speċifiku tal-prodott jew tas-servizz, is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, inkluża l-abilità tiegħu li jġarrab it-telf, it-tolleranza tiegħu għar-riskju u l-objettivi tal-investiment tiegħu, sabiex id-ditta tkun tista' tirrakkomanda lill-klijent jew lill-klijent potenzjali s-servizzi ta' investiment u l-istrumenti finanzjarji li huma adattati għalih u, b'mod partikolari, huma konformi mat-tolleranza tiegħu għar-riskju u l-abilità li jġarrab it-telf.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta ditta tal-investiment tipprovdi parir dwar l-investiment li jirrakkomanda pakkett ta' servizzi jew prodotti marbuta flimkien skont l-Artikolu 24(7), kull komponent individwali jkun xieraq għall-klijent kif ukoll għall-pakkett globali ta' prodotti flimkien.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-ditti tal-investiment, meta jkunu qegħdin jipprovdu servizzi oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, jistaqsu lill-klijent jew lill-klijent potenzjali rigward l-għarfien u l-esperjenza tiegħu fil-kamp tal-investiment rilevanti għat-tip speċifiku ta' l-prodott jew servizz offrut jew mitlub sabiex id-ditta tal-investiment tkun tista' tivvaluta jekk is-servizz jew il-prodott tal-investiment previst huwiex adattat għall-klijent. Meta pakkett ta' servizzi jew prodotti jiġi previst skont l-Artikolu 24(7), il-valutazzjoni għandha tqis jekk kull komponent individwali hux xieraq kif ukoll il-pakkett globali ta' prodotti flimkien.

Meta , fuq il-bażi tat-tagħrif li tingħata skont il-paragrafu ta' qabel, ditta tal-investiment tikkunsidra illi l-prodott jew is-servizz ma jkunx adattat għall-klijent jew għall-klijent potenzjali, id-ditta tal-investiment għandha twissi lill-klijent jew lill-klijent potenzjali b'dan . Din it-twissija tista' tiġi pprovduta f'format standardizzat.

Meta l-klijenti jew il-klijenti potenzjali ma jipprovdux it-tagħrif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jew meta ma jipprovdux biżżejjed tagħrif dwar l-għarfien u l-esperjenza tagħhom, id-ditta tal-investiment għandha twissihom illi hija mhix f'qagħda li tistabbilixxi jekk is-servizz jew il-prodott previst huwiex adattat għalihom. Din it-twissija tista' tiġi pprovduta f'format standardizzat.

3.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lid-ditti tal-investiment, meta jkunu qegħdin jipprovdu servizzi tal-investiment li jikkonsistu biss fit-twettiq jew fir-riċeviment u t-trażmissjoni tal-ordnijiet tal-klijenti flimkien ma' servizzi anċillari jew mingħajrhom , ħlief għas-servizzi anċillari speċifikati fit-Taqsima B(1) tal-Anness 1, sabiex jipprovdu dawn is-servizzi tal-investiment lill-klijenti tagħhom mingħajr il-ħtieġa li jiksbu t-tagħrif jew jagħmlu l-valutazzjoni pprovduta fil-paragrafu 2 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

  (a) is-servizzi jirrelataw ma' kwalunkwe wieħed mill-istrumenti finanzjarji li ġejjin:
   (i) l-ishma ammessi għan-negozjar f'suq regolat jew f'suq ekwivalenti ta' pajjiż terz jew f'MTF, meta dawn ikunu ishma f'kumpaniji, minbarra l-ishma f'intrapriżi għall-investimenti kollettiv li ma jkunux tal-UCITS u l-ishma li jkun fihom derivattiv ġo fihom sakemm id-derivativ ma jżidx ir-riskju lill-investitur;
   (ii) il-bonds jew għamliet oħra ta' dejn garantit ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew f'suq ekwivalenti ta' pajjiż terz jew f'MTF, minbarra dawk li jkun fihom derivattiv ġo fihom jew li jinkorporaw struttura li tagħmilha diffiċli għal klijent li jifhem ir-riskju involut jew d-derivativ ma jżidx ir-riskju għall-investitur;
   (iii) l-istrumenti tas-suq tal-flus, minbarra dawk li jkun fihom derivattiva ġo fihom jew li jinkorporaw struttura li tagħmilha diffiċli għal klijent li jifhem ir-riskju involut jew d-derivativ ma jżidx ir-riskju għall-investitur;
   (iv) l-ishma jew l-unitajiet fl-UCITS ▌;
   (v) strumenti finanzjarji oħra mhux kumplessi għall-finijiet ta' dan il-paragrafu .

Għall-finijiet ta' dan il-punt, jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti u l-proċeduri stabbiliti fis-subparagrafi 3 u 4 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ(47), suq ta' pajjiż terz għandu jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq regolat.

   (b) is-servizz jiġi pprovdut fuq inizjattiva tal-klijent jew tal-klijent potenzjali,
   (c) il-klijent jew il-klijent potenzjali jkunu ġew mgħarrfa biċ-ċar illi fil-provvediment ta' dan is-servizz, id-ditta tal-investiment mhix meħtieġa tivvaluta kemm l-istrument jew is-servizz ipprovdut jew offrut hu adattat jew adegwat u li għalhekk huma ma jibbenefikawx mill-protezzjoni korrispondenti tar-regoli rilevanti tal-kondotta tal-operat . Din it-twissija tista' tiġi pprovduta f'format standardizzat,
   (d) id-ditta tal-investiment tikkonforma mal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 23.

4.  Id-ditta tal-investiment għandha tistabbilixxi reġistru li jinkludi d-dokument jew id-dokumenti miftiehma bejn id-ditta u l-klijent li jiddikjaraw id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, u termini oħra li fuqhom id-ditta se tipprovdi servizzi lill-klijent. Id-drittijiet u d-dmirijiet tal-partijiet fil-kuntratt jistgħu jiġu inkorporati b'riferiment għal dokumenti jew testi legali oħrajn.

5.  Il-klijent irid jirċievi rapporti adegwati f'forma dewwiema mingħand id-ditta tal-investimenti dwar is-servizz ipprovdut lill-klijenti. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu komunikazzjonijiet perjodiċi lill-klijenti, li jqisu t-tip u l-kumplessità tal-istrumenti finanzjarji involuti u n-natura tas-servizz mogħti lill-klijent u għandhom jinkludu, meta jkun applikabbli, l-ispejjeż assoċjati mat-tranżazzjonijiet u s-servizzi mwettqa f'isem il-klijent. Hija u tagħti pariri dwar l-investiment lill-klijenti mhux professjonali, id-ditta tal-investiment għandha tipprovdi lill-klijent b'rekord fuq mezz li jservi għal żmien twil fejn tispeċifika tal-anqas l-objettivi tal-klijent, ir-rakkomandazzjoni u b'liema mod il-parir mogħti jissodisfa l-karatteristiċi personali u l-objettivi tal-klijent. Meta ditta tal-investiment tipprovdi mmaniġġjar ta' portafoll diskrezzjonali u meta ditta tal-investiment li tipprovdi parir dwar l-investiment tinforma lill-klijent li se tipprovdi valutazzjoni tal-adegwatezza fuq bażi perjodika bi qbil mal-Artikolu 24(3)(d), din għandha tinforma lill-klijent dwar il-frekwenza tal-valutazzjoni u l-komunikazzjoni relatata u r-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar ir-rendiment tal-prodotti rilevanti tal-investiment u, meta jiġu provduti parir dwar l-investiment jew mmaniġġjar ta' portofoll diskrezzjonali, valutazzjoni aġġornata tal-adegwatezza ta' dawk il-prodotti ta' investiment.

6.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jikkonċerna miżuri li jiżguraw li ditti tal-investiment huma konformi mal-prinċipji stipulati fil-paragrafi 1 sa 5 meta jipprovdu servizzi ta' investiment jew servizzi anċillari lill-klijenti tagħhom. Dawk l-atti delegati għandhom b'mod partikolari jispeċifikaw kriterji għall-valutazzjoni tal-għarfien u l-kompetenza meħtieġa skont il-paragrafu 1 u għandhom iqisu:

   (a) in-natura tas-servizz/i offrut/i jew ipprovdut/i lill-klijent jew lill-klijent potenzjali, filwaqt li jitqiesu t-tip, l-għan, id-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet;
   (b) in-natura tal-prodotti li jkunu qegħdin jiġu offruti jew ikkunsidrati , inklużi t-tipi differenti ta' strumenti finanzjarji u ta' depożiti bankarji msemmija fl-Artikolu 1(2);
   (c) in-natura tal-klijent jew tal-klijenti potenzjali bħala klijenti fil-livell tal-konsumaturi jew klijenti professjonali jew, fil-każ tal-paragrafu 5, il-klassifika tagħhom bħala kontropartijiet eliġibbli.

7.  L-AETS għandha tiżviluppa, sa [...](48), linji gwida għall-valutazzjoni tal-istrumenti finanzjarji li jinkorporaw struttura li tagħmilha diffiċli għall-klijent li jifhem ir-riskju involut, skont il-paragrafu 3(a), u għandha taġġornahom b'mod regolari.

Artikolu 26

Il-provvediment tas-servizzi permezz ta' ditta oħra tal-investiment

L-Istati Membri għandhom jippermettu lil ditta tal-investiment li, meta tirċievi struzzjoni biex twettaq servizzi ta' investiment jew servizzi anċillari f'isem klijent permezz ta' ditta oħra tal-investiment, toqgħod fuq it-tagħrif dwar il-klijenti mibgħut minn din id-ditta l-oħra . Id-ditta tal-investiment li tkun bagħtet l-istruzzjonijiet bħala medjatur se tibqa' responsabbli għall-kompletezza u l-eżattezza tat-tagħrif mibgħut .

Id-ditta tal-investiment li tirċievi struzzjoni sabiex twettaq servizzi f'isem klijent b'dan il-mod għandha tkun kapaċi wkoll toqgħod fuq kull rakkomandazzjoni rigward is-servizz jew it-tranżazzjoni li tkun ingħatat lill-klijent minn ditta oħra tal-investiment. Id-ditta tal-investiment li tkun bagħtet l-istruzzjonijiet bħala medjatur se tibqa' responsabbli minn kemm ikunu adattati għall-klijent ir-rakkomandazzjonijiet jew il-pariri pprovduti.

Id-ditta tal-investiment li tirċievi struzzjonijiet jew ordnijiet ta' klijent permezz ta' ditta oħra tal-investiment għandha tibqa' responsabbli għall-konklużjoni tas-servizz jew tat-tranżazzjoni, abbażi ta' kull tagħrif jew rakkommandazzjoni ta' dan it-tip , skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan it-Titolu.

Artikolu 27

L-obbligu li jitwettqu l-ordnijiet fuq l-iktar termini favorevoli għall-klijent

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex, meta jwettqu l-ordnijiet, jiksbu l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom, filwaqt li jqisu l-prezz, l-ispejjeż, il-ħeffa, il-probabbiltà tat-twettiq u tas-saldu , id-daqs, in-natura u kull kunsiderazzjoni oħra li tkun rilevanti għat-twettiq tal-ordni. Madankollu, kulmeta jkun hemm struzzjoni speċifika mill-klijent, id-ditta tal-investiment għandha twettaq l-ordni skont l-istruzzjoni speċifika.

Meta ditta tal-investiment twettaq ordni f'isem klijent mhux professjonali, l-aħjar riżultat possibbli għandu jiġi determinat f'termini tal-kunsiderazzjoni totali, li tirrappreżenta l-prezz tal-istrument finanzjarju u l-ispejjeż relatati mat-twettiq, li għandhom jinkludu l-ispejjeż kollha mġarrba mill-klijent li huma relatati direttament mat-twettiq tal-ordni, inklużi t-tariffi taċ-ċentru tat-twettiq, tariffi tal-ikklerjar u s-saldu u kwalunkwe tariffi oħra mħallas lill-partijiet terzi involuti fit-twettiq tal-ordni.

1a.  Ditta tal-investiment m'għandha tirċievi ebda rimunerazzjoni, skont jew benefiċċju mhux monetarju għall-ordnijiet ta' direzzjonar għal ċentru ta' negozjar jew ċentru tat-twettiq partikolari.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull ċentru tat-twettiq iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, bla ħlas, dejta dwar il-kwalità tat-twettiq tat-tranżazzjonijiet f'dak il-post tal-inqas kull tliet xhur u li, wara t-twettiq ta' transazzjoni f'isem klijent, id-ditta tal-investiment għandha, fuq talba, tinforma lill-klijent dwar fejn twettqet l-ordni. Ir-rapporti perjodiċi għandhom jinkludu dettalji dwar il-prezz, il-ħeffa tat-twettiq u l-probabbiltà tat-twettiq għal kull strument finanzjarju individwali.

3.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment jistabbilixxu u jimplimentaw arranġamenti effettivi sabiex jikkonformaw mal-paragrafu 1. B'mod partikulari, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment jistabbilixxu u jimplimentaw politika tat-twettiq tal-ordnijiet sabiex ikunu jistgħu jiksbu, għall-ordnijiet tal-klijenti tagħhom, l-aħjar riżultat possibbli skont il-paragrafu 1.

4.  Il-politika tat-twettiq tal-ordnijiet għandha tinkludi, għal kull klassi ta' strumenti, tagħrif dwar iċ-ċentridifferenti fejn id-ditta tal-investiment twettaq l-ordnijiet tal-klijenti tagħha u l-fatturi li jaffettwaw l-għażla taċ-ċentru tat-twettiq. Għandha mill-inqas tinkludi dawk iċ-ċentrili jgħinu lid-ditta tal-investiment tikseb, fuq bażi konsistenti, l-aħjar riżultat possibbli għat-twettiq tal-ordnijiet tal-klijenti.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment jipprovdu t-tagħrif ix-xieraq lill-klijenti tagħhom dwar il-politika tagħhom tat-twettiq tal-ordnijiet. Dak it-tagħrif għandu jispjega biċ-ċar, b'mod iddettaljat biżżejjed u b'mod li jista' jinftiehem faċilment mill-klijenti, kif id-ditta se twettaq l-ordnijiet għall-klijenti. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment jiksbu l-kunsens minn qabel tal-klijenti tagħhom dwar il-politika tagħhom tat-twettiq.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, meta politika tat-twettiq tal-ordnijiet tipprovdi l-possibbiltà li l-ordnijiet tal-klijenti jitwettqu 'l barra minn suq regolat , minn MTF jew minn OTF , id-ditta tal-investiment għandha, b'mod partikulari, tgħarraf lill-klijenti tagħha dwar din il-possibbiltà. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment jiksbu l-kunsens espress minn qabel tal-klijenti tagħhom qabel ma jipproċedu bit-twettiq tal-ordnijiet tagħhom 'il barra minn suq regolat , minn MTF jew minn OTF . Id-ditti tal-investiment jistgħu jiksbu dan il-kunsens jew fil-għamla ta' ftehim ġenerali jew fir-rigward ta' tranżazzjonijiet individwali.

4a.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment, kull tliet xhur, għal kull klassi ta' strumenti finanzjarji, jagħtu taqsira ta' u jippubblikaw l-aqwa ħames postijiet ta' twettiq f'termini ta' volumi ta' kummerċ mibgħuta fejn ikunu wettqu l-ordnijiet fit-tliet xhur preċedenti u d-dejta miksuba dwar il-kwalità tat-twettiq.

5.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment jimmonitorjaw l-effikaċja tal-arranġamenti tagħhom għat-twettiq tal-ordnijiet u tal-politika tat-twettiq tagħhom sabiex jidentifikaw u, fejn ikun xieraq , jikkoreġu kull nuqqas . B'mod partikulari, għandhom jivvalutaw , fuq bażi regolari, jekk iċ-ċentritat-twettiq inklużi fil-politika tat-twettiq tal-ordnijiet, jipprovdux l-aħjar riżultat possibbli għall-klijent jew jekk hemmx bżonn li jagħmlu bidliet fl-arranġamenti tagħhom tat-twettiq. Dik il-valutazzjoni għandha wkoll tqis liema bidliet, jekk ikun hemm, jeħtieġu jsiru lill-politika fid-dawl tal-informazzjoni ppubblikata taħt il-paragrafi 2 u 4a. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment jinnotifikaw lill-klijenti dwar kull bidla materjali fl-arranġamenti tagħhom tat-twettiq tal-ordnijiet jew fil-politika tagħhom tat-twettiq.

6.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta' l-investiment jkunu kapaċi juru lill-kljenti tagħhom, fuq it-talba ta' dawn, illi jkunu wettqu l-ordnijiet tagħhom skond il-politika tat-twettiq tad-ditta.

7.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 dwar:

   (a) il-kriterji sabiex tiġi stabbilita l-importanza relattiva tal-fatturi differenti li, skont il-paragrafu 1, jistgħu jitqiesu sabiex jiġi stabbilit l-aħjar riżultat possibbli filwaqt li jitqiesu d-daqs u t-tip tal-ordni u n-natura tal-klijent bħala klijent fil-livell tal-konsumaturi jew klijent professjonali;
   (b) il-fatturi li jistgħu jitqiesu minn ditta tal-investiment meta tkun qed tirrevedi l-arranġamenti tagħha tat-twettiq u ċ-ċirkustanzi li fihom jistgħu jkunu xierqa l-bidliet għal dawn l-arranġamenti. B'mod partikulari, il-fatturi sabiex jiġi stabbilit liema postijiet jgħinu lid-ditti tal-investiment jiksbu, fuq bażi konsistenti, l-aħjar riżultat possibbli għat-twettiq tal-ordnijiet tal-klijenti;
   (c) in-natura u l-kobor tat-tagħrif li jrid jiġi pprovdut lill-klijenti dwar il-politiki tagħhom tat-twettiq, skont il-paragrafu 4.

8.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw:

   (a) il-kontenut speċifiku, il-format u l-perjodiċità tad-dejta marbuta mal-kwalità tat-twettiq li għandha tiġi ppubblikata skont il-paragrafu 2, filwaqt li jitqiesu t-tip ta' ċentru tat-twettiq u t-tip ta' strument finanzjarju kkonċernat;
   (b) il-kontenut u l-format tat-tagħrif li d-ditti tal-investiment għandhom jippubblikaw skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...](49).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont ▌l-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 28

Ir-regoli ta' kif għandhom jiġu ttrattati l-ordnijiet tal-klijenti

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment li huma awtorizzati jwettqu ordnijiet f'isem il-klijenti jimplimentaw il-proċeduri u l-arranġamenti li jipprovdu t-twettiq fil-pront, ġust u bil-ħeffa tal-ordnijiet tal-klijenti, fejn jidħlu l-ordnijiet ta' klijenti oħra jew l-interessi tal-kummerċ tad-ditta tal-investiment.

Dawn il-proċeduri jew l-arranġamenti għandhom jippermettu t-twettiq ta' ordnijiet tal-klijenti li mill-bqija jkunu komparabbli skont iż-żmien meta d-ditta tal-investiment tirċevihom .

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, fil-każ ta' ordni tal-klijent b'limitu tal-prezz rigward ishma ammessi għan-negozjar f'suq regolat li ma jkunux imwettqa minnufih skont il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq, id-ditti tal-investiment għandhom jieħdu miżuri, għajr jekk il-klijent jordnalhom espressament mod ieħor , sabiex jiffaċilitaw l-iktar twettiq bikri possibbli ta' din l-ordni billi jippubblikaw minnufih din l-ordni tal-klijent b'limitu tal-prezz b'mod li jkun faċilment aċċessibbli għall-parteċipanti l-oħra fis-suq. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-ditti tal-investiment jikkonformaw ma' dan l-obbligu billi jittrażmettu l-ordni tal-klijent b'limitu tal-prezz lil suq regolat jew lil MTF. L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirtiraw l-obbligu li tiġi ppubblikata ordni b'limitu tal-prezz li tkun kbira fid-daqs meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq kif stabbilit skont l-Artikolu 4 [tar-Regolament (UE) Nru .../... [MiFIR] .

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 dwar miżuri li jiddefinixxu:

   (a) il-kundizzjonijiet u n-natura tal-proċeduri u l-arranġamenti li jwasslu għat-twettiq fil-pront, ġust u bil-ħeffa tal-ordnijiet tal-klijenti u s-sitwazzjonijiet li fihom id-ditti tal-investiment jistgħu jiddevjaw b'mod raġonevoli mit-twettiq fil-pront jew it-tipi ta' tranżazzjonijiet li għalihom id-ditti tal-investiment jistgħu jagħmlu dan sabiex jiksbu termini iktar favorevoli għall-klijenti;
   (b) il-metodi differenti li permezz tagħhom ditta tal-investiment tista' tiġi meqjusa li tkun issodisfat l-obbligu tagħha li tiżvela lis-suq l-ordnijiet tal-klijent b'limitu tal-prezz li ma jkunux jistgħu jitwettqu minnufih.

Artikolu 29

L-obbligi tad-ditti tal-investiment meta jaħtru aġenti marbuta

1.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lil ditta tal-investiment taħtar aġenti marbuta sabiex dawn jippromwovu s-servizzi tad-ditta tal-investiment, jitolbu għall-kummerċ bil-ħerqa jew jirċievu ordnijiet mingħand il-klijenti jew il-klijenti potenzjali u jittrażmettuhom, jagħtu post lill-istrumenti finanzjarji u jipprovdu pariri rigward dawn l-istrumenti u s-servizzi finanzjarji offruti mid-ditta tal-investiment.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi meta ditta tal-investiment tiddeċiedi li taħtar aġent marbut, hija tibqa' responsabbli bis-sħiħ u mingħajr kundizzjoni għal kull azzjoni jew ommissjoni min-naħa tal-aġent marbut meta dan ikun qed jaġixxi f'isem id-ditta. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditta tal-investiment tiżgura illi aġent marbut jiżvela l-kapaċità li fiha jkun qiegħed jaġixxi u d-ditta li jkun qiegħed jirrappreżenta meta jikkuntattja lil klijent jew klijent potenzjali jew qabel ma jibda jinnegozja magħhom.

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-aġenti marbuta rreġistrati fit-territorju tagħhom milli jittrattaw il-flus u/jew l-istrumenti finanzjarji tal-klijenti.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment jimmonitorjaw l-attivitajiet tal-aġenti marbuta tagħhom sabiex jiżguraw li huma jkomplu jikkonformaw ma' din id-Direttiva meta jaġixxu permezz tal-aġenti marbuta.

3.  L-aġenti marbuta għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru pubbliku fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti. L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha referenzi jew hyperlinks għar-reġistri pubbliċi stabbiliti skont dan l-Artikolu mill-Istati Membri li jiddeċiedu li jippermettu lid-ditti tal-investiment jaħtru aġenti marbuta.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aġenti marbuta jiġu ammessi fir-reġistru pubbliku biss jekk ikun ġie stabbilit li huma ta' fama tajba biżżejjed u li għandhom l-għarfien u l-kompetneza ġenerali, kummerċjali u professjonali xieraq sabiex ikunu kapaċi jrednu s-servizz ta' investiment jew is-servizz anċillari u jikkomunikaw sewwa t-tagħrif rilevanti kollu dwar is-servizz propost lill-klijent jew lill-klijent potenzjali.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, suġġett għal kontroll xieraq, ditta tal-investimenti, iktar milli l-awtoritajiet kompetenti, tista' tivverifika jekk l-aġenti marbuta li tkun ħatret humiex ta' fama tajba biżżejjed u għandhomx l-għarfien kif imsemmi fit-tielet subparagrafu.

Ir-reġistru għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari. Għandu jkun disponibbli pubblikament għall-konsultazzjoni.

4.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment li jaħtru aġenti marbuta jieħdu l-miżuri adegwati sabiex jevitaw kull impatt negattiv li jista' jkollhom l-attivitajiet tal-aġent marbut li mhumiex koperti minn din id-Direttiva fuq l-attivitajiet imwettqa mill-aġent marbut f'isem id-ditta tal-investiment.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jikkollaboraw mad-ditti tal-investiment u mal-istituzzjonijiet ta' kreditu, mal-assoċjazzjonijiet tagħhom u ma' entitajiet oħra huma u jirreġistraw l-aġenti marbuta u huma u jimmonitorjaw il-konformità tal-aġenti marbuta mar-rekwiżiti tal-paragrafu 3. B'mod partikulari, l-aġenti marbuta jistgħu jiġu rreġistrati minn ditta tal-investiment, minn istituzzjoni ta' kreditu jew mill-assoċjazzjonijiet tagħhom u minn entitajiet oħra taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.

5.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment jaħtru biss aġenti marbuta mdaħħla fir-reġistri pubbliċi msemmija fil-paragrafu 3.

5a.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-ditti tal-investiment jipprovdu lill-aġenti marbuta li jaħtru informazzjoni aġġornata dwar il-prodott tal-investiment u s-suq immirat kif determinat bi qbil mal-Artikolu 24(1) u biex ikun żgurat li l-aġent marbut jipprovdi lill-klijent l-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 24(3).

6.  L-Istati Membri jistgħu jirrinfurzaw ir-rekwiżiti mogħtija f'dan l-Artikolu jew iżidu rekwiżiti oħra għall-aġenti marbuta rreġistrati fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.

Artikolu 30

It-tranżazzjonijiet imwettqa mal-kontropartijiet eliġibbli

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-ditti tal-investiment li jkunu awtorizzati jwettqu ordnijiet f'isem il-klijenti u/jew jinnegozjaw f'isimhom u/jew jirċievu u jittrażmettu l-ordnijiet, jistgħu jaslu għal tranżazzjonijiet ma' kontropartijiet eliġibbli jew jidħlu għalihom magħhom mingħajr ma jkunu obbligati jikkonformaw mal-obbligi skont l-Artikoli 24 (ħlief għall-paragrafu 3), 25 (ħlief għall-paragrafu 5)u 27 u l-Artikolu 28(1) rigward dawn it-tranżazzjonijiet jew rigward kull servizz sekondarju li jkollu x'jaqsam direttament ma' dawn it-tranżazzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-relazzjoni tagħhom mal-kontropartijiet eliġibbli, id-ditti tal-investiment jaġixxu b'mod onest, ġust u professjonali u jikkomunikaw b'mod li jkun ġust, ċar u li ma jqarraqx, filwaqt li jqisu n-natura tal-kontroparti eliġibbli u tan-negozju tagħha.

2.  L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala kontropartijiet eliġibbli għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu lid-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, l-UCITS u l-kumpaniji tal-ġestjoni tagħhom, il-fondi tal-pensjonijiet u l-kumpaniji tal-ġestjoni tagħhom, l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra awtorizzati jew irregolati bil-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew skont il-liġijiet nazzjonali ta' Stat Membru, l-intrapriżi eżentati mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva skont l-Artikolu 2(1)(k), il-gvernijiet nazzjonali u l-uffiċċji korrispondenti tagħhom inklużi l-korpi pubbliċi li jittrattaw id-dejn pubbliku fil-livell nazzjonali, il-banek ċentrali u l-organizzazzjonijiet sopranazzjonali.

Il-klassifika bħala kontroparti eliġibbli skont l-ewwel subparagrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' dawn l-entitajiet li jitolbu, jew f'għamla ġenerali jew fuq il-bażi ta' negozju negozju , trattament bħala klijenti li l-kummerċ tagħhom mad-ditta tal-investiment huwa suġġett għall-Artikoli 24, 25, 27 u 28.

3.  L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu wkoll bħala kontropartijiet eliġibbli intrapriżi oħra li jissodisfaw rekwiżiti proporzjonati stabbiliti minn qabel, inklużi limiti kwantitattivi. Fil-każ ta' tranżazzjoni li fiha l-kontropartijiet prospettivi jkunu jinsabu f'ġuriżdizzjonijiet differenti, id-ditta tal-investiment għandha tiddifferixxi għall-istatus tal-intrapriża l-oħra kif stabbilit mil-liġijiet jew mill-miżuri tal-Istat Membru li fih tkun stabbilita din l-intrapriża.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, meta tidħol fi tranżazzjonijiet skont il-paragrafu 1 ma' dawn l-intrapriżi, id-ditta tal-investiment tikseb il-konferma espressa mill-kontroparti prospettiva li hija taqbel li tiġi ttrattata bħala kontroparti eliġibbli. L-Istati Membri għandhom jippermettu lid-ditta tal-investiment tikseb din il-konferma jew fl-għamla ta' ftehim ġenerali jew għal kull tranżazzjoni individwali.

4.  L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala kontropartijiet eliġibbli entitajiet ta' pajjiżi terzi li jkunu  ekwivalenti għal dawk il-kategoriji ta' entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2.

L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu wkoll bħala kontropartijiet eliġibbli intrapriżi ta' pajjiżi terzi bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 3 bl-istess kundizzjonijiet u suġġetti għall-istess rekwiżiti bħal dawk stabbiliti fil-paragrafu 3.

5.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 biex tispeċifika miżuri li jiddefinixxu:

   (a) il-proċeduri għat-talba għal trattament bħala klijenti skont il-paragrafu 2;
   (b) il-proċeduri sabiex tinkiseb il-konferma espressa mingħand il-kontropartijiet prospettivi skont il-paragrafu 3;
   (c) ir-rekwiżiti proporzjonati stabbiliti minn qabel, inklużi l-limiti kwantitattivi li jippermettu lil intrapriża tiġi kkunsidrata bħala kontroparti eliġibbli skont il-paragrafu 3.

Taqsima 3

It-trasparenza u l-integrità tas-suq

Artikolu 31

Il-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli tal-MTF jew l-OTF u mal-obbligi legali l-oħra

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li jkunu qed iħaddmu MTF jew OTF jistabbilixxu u jżommu arranġamenti u proċeduri effettivi, rilevanti għall-MTF jew OTF, għall-monitoraġġ regolari tal-konformità mill-utenti tagħhom jew il-klijenti mar-regoli tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF jimmonitorjaw l-ordnijiet magħmula u kkanċellati u t-tranżazzjonijiet mill-utenti jew mill-parteċipanti tagħhom skont is-sistemi tagħhom sabiex jidentifikaw kontravenzjonijiet rigward il-ksur ta' dawk ir-regoli, il-kundizzjonijiet jew kondotta diżordinati tal-kummerċ li jistgħu jinvolvu abbuż tas-suq u għandhom japplikaw ir-riżorsa meħtieġa biex jiżguraw li tali monitoraġġ ikun effettiv.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment jew lill-operaturi tas-suq li jkunu qed iħaddmu MTF jew OTF jirrappurtaw ksur sinifikanti tar-regoli tagħha jew kundizzjonijiet diżordinati tal-kummerċ jew kondotta li tista' tinvolvi abbuż tas-suq lill-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll illi d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li jkunu qed iħaddmu MTF jew OTF ifornu t-tagħrif rilevanti mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti sabiex jiġi investigat u mħarrek l-abbuż tas-suq u li huma jagħtu assistenza sħiħa lil din tal-aħħar fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-abbuż tas-suq li jkun qed iseħħ fis-sistemi tagħhom jew permezz tas-sistemi tagħhom .

Artikolu 32

Sospensjoni u tneħħija ta' strumenti minn kummerċ f'MTF jew f'OTF

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 72(1)(d) u (e) li titlob għas-sospensjoni jew it-tneħħija ta' strument mill-kummerċ, l-operatur ta' MTF jew OTF jista' jissospendi jew ineħħi mill-kummerċ strument finanzjarju li ma jkunx għadu jikkonforma mar-regoli tal-MTF jew l-OTF ħlief jekk tali pass x'aktarx li jkun se jikkawża dannu sinifikanti lill-interessi tal-investituri jew lill-funzjonament tas-suq.

L-Istati Membri għandhom jistipulaw li ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jopera MTF jew OTF li jissospendi jew ineħħi mill-kummerċ strument finanzjarju jagħmel pubblika din id-deċiżjoni, jikkomunikaha lis-swieq regolati, MTFs u OTFs oħra li jinnegozjaw l-istess strument finanzjarju u jikkomunika l-informazzjoni rilevanti lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. Meta s-sospensjoni jew t-tneħħija huwa minħabba n-nuqqas ta' żvelar ta' informazzjoni dwar l-emittent jew l-istrument finanzjarju, l-awtorità kompetenti rilevanti kif definita fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 għandha tirrikjedi li swieq regolati, MTFs u OTFs oħra u kwalunkwe arragament ta' kummerċ li qed jinnegozja l-istess strument finanzjarju, għandhom ukoll jissospendu jew ineħħu dak l-istrument finanzjarju mill-kummerċ malajr kemm jista' jkun. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-swieq regolati l-oħrajn u l-MTFs u l-OTFs jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti u lis-swieq regolati u lill-MTFs u lill-OTFs kollha li jkunu qed jinnegozjaw l-istess strument finanzjarju, inkluża spjegazzjoni meta jkunu ddeċidew li ma jissospendux jew ma jneħħux l-istrument finanzjarju mill-kummerċ.

2.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi li jiddeterminaw il-format u ż-żmien tal-komunikazzjonijiet u l-pubblikazzjoni referuta fil-paragrafu 1.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa [...](50).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 94 sabiex telenka s-sitwazzjonijiet speċifiċi li jikkostittwixxu dannu sinifikanti għall-interessi tal-investituri, biex:

   (a) tispeċifika n-nozzjoni ta' “malajr kemm jista' jkun” u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern referut fil-paragrafi 1 u 2;
   (b) tiddetermina kwistjonijiet marbuta ma' nuqqas ta' żvelar ta' informazzjoni dwar l-emittent jew l-istrument finanzjarju kif referut fil-paragrafu 1, inkluża l-proċedura neċessarja għat-tneħħija tas-sospensjoni tal-kummer fi strument finanzjarju.
  

Artikolu 34

Kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni għall-MTFs jew l-OTFs

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jopera MTF jew OTF immedjatament jinforma lid-ditti tal-investiment u operaturi tas-suq ta' MTFs, OTFs u swieq regolati oħra dwar:

   (a) kundizzjonijiet ta' negozjar diżordinat; ▌u
   (c) taqlibiet fis-sistema;
  

b'rabta mal-istrument finanzjarju.

1a.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jopera MTF jew OTF li jidentifikaw kondotta li tista' tindika mġiba abbużiva fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru .../... [MAR] jinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti magħżula skont l-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament jew lil korp li jkun ġie delegat il-kompiti tal-awtorità kompetenti bi qbil mal-Artikolu 17 ta' dak ir-Regolament sabiex ikun possibbli li jkun hemm sorveljanza minn suq għal ieħor fil-ħin reali.

2.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw iċ-ċirkustanzi speċifiċi li jwasslu għal rekwiżit ta' informazzjoni kif referut fil-paragrafu 1.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ....(51)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil ▌mal-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Taqsima 4

Swieq tal-tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju

Artikolu 35

Swieq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-operatur ta' MTF jista' japplika mal-awtorità kompetenti tal-post li jkollu l-MTF reġistrat bħala suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtorità kompetenti tal-post tista' tirreġistra l-MTF bħala suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jekk l-awtorità kompetenti tirċievi applikazzjoni referuta fil-paragrafu 1 u hija ssodisfata li hemm konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafu 3 b'rabta ma' MTF.

3.  L-MTF għandha tkun suġġetta għal regoli, sistemi u proċeduri effettivi li jiżguraw konformità ma' li ġej:

   (a) il-maġġoranza tal-emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għall-kummerċ fis-suq huma intrapriżi żgħar u medji;
   (b) kienu stabbiliti kriterja xierqa għall-ammissjoni inizjali u kontinwa tal-kummerċ tal-istrumenti finanzjarji ta' emittenti fis-suq;
   (c) fl-ammissjoni inizjali tal-kummerċ tal-istrumenti finanzjarji jkun hemm biżżejjed informazzjoni ppubblikata biex tgħin lill-investituri jagħmlu ġudizzju infurmat dwar jekk jinvestux jew le fl-istrumenti, jew dokument proprju ta' ammissjoni jew prospectus jekk ir-rekwiżiti fid-Direttiva 2003/71/KE huma applikabbli fir-rigward ta' offerta pubblika li ssir b'rabta mal-ammissjoni għall-kummerċ;
   (d) hemm rapportar finanzjarju perjodiku kontinwu xieraq minn jew f'isem emittent fis-suq, pereżempju rapporti annwali awditjati;
   (e) emittenti fis-suq u persuni li jgħaddu responsabilitajiet maniġerjali lill-emittent u persuna b'rabta mill-qrib magħhom huma konformi mar-rekwiżiti rilevanti applikabbli għalihom skont ir-Regolament (UE) Nru .../... [MAR];
   (f) il-ħażna u d-disseminazzjoni pubblika tal-informazzjoni regolatorja li tikkonċerna l-emittenti fis-suq;
   (g) hemm sistemi u kontrolli effettivi mmirati li jipprevjenu u jikxfu abbuż tas-suq f'dak is-suq kif rekwiżit f'Regolament (UE) Nru .../... [MAR].

4.  Il-kriterja tal-paragrafu 3 huma bla ħsara għall-konformità tal-operatur tal-MTF ma' obbligi oħra skont id-Direttiva rilevanti għall-operat tal-MTFs. Huma ma jipprevjenux ukoll lill-operatur tal-MTF milli jimponi rekwiżiti addizzjonali għal dawk speċifikati f'dak il-paragrafu.

5.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtorità kompetenti tal-post tista' tiddereġistra l-MTF bħala suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fi kwalunkwe każ minn dawn li ġejjin:

   (a) l-operatur tas-suq japplika għad-dereġistrazzjoni tagħha;
   (b) ma hemmx iktar konformità mar-rekwiżit tal-paragrafu 3 b'rabta mal-MTF.

6.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li jekk awtorità kompetenti tal-post tirreġistra jew tiddereġistra MTF bħala suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju skont dan l-Artikolu din għandha tinforma mill-iktar fis possibbli lill-AETS b'dik ir-reġistrazzjoni. L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha lista tas-swieq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u għandha żżomm din il-lista aġġornata.

7.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li meta strument finanzjarju ta' emittent huwa ammess għall-kummerċ f'suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju wieħed, l-istrument finanzjarju jista' wkoll ikun innegozjat f'suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju ieħor unikament bil-kunsens tal-emittent. Fit-tali każ madankollu, l-emittent ma għandux ikun suġġett għal kwalunkwe obbligu ieħor marbut mal-governanza korporattiva jew kxif inizjali, kontinwu jew ad hoc fir-rigward tas-suq tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju tal-aħħar.

8.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jkomplu jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3. Il-miżuri għandhom iqisu l-ħtieġa li jinżammu livelli għolja ta' protezzjoni tal-investitur li jippromwovu l-fiduċja fl-investitur f'dawk is-swieq filwaqt li jimminimizzaw il-piżijiet amministrattivi għall-emittenti fis-suq.

IL-KAPITOLU III

ID-DRITTIJIET TAD-DITTI TAL-INVESTIMENT

Artikolu 36

Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u attivitajiet tal-investiment

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull ditta tal-investiment awtorizzata u ssorveljata mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor skont din id-Direttiva, u, għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, skont id-Direttiva 2006/48/KE , tista' twettaq b'mod liberu s-servizzi u/jew l-attivitajiet tal-investiment kif ukoll servizzi anċillari fit-territorji tagħhom, sakemm dawn is-servizzi u l-attivitajiet ikunu koperti mill-awtorizzazzjoni tagħha. Is-servizzi anċillari jistgħu jiġu pprovduti biss flimkien ma' servizz u/jew attività tal-investiment.

L-Istati Membri ma għandhomx jimponu rekwiżiti addizzjonali fuq din id-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu rigward il-materji koperti minn din id-Direttiva.

2.  Kull ditta tal-investiment li tkun tixtieq tipprovdi servizzi jew attivitajiet fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għall-ewwel darba, jew li tixtieq tibdel il-firxa ta' servizzi jew attivitajiet ipprovduti b'dan il-mod , għandha tikkomunika t-tagħrif li ġej lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha :

   (a) l-Istat Membru li fih ikun beħsiebha topera;
   (b) programm tal-operat li jiddikjara, b'mod partikulari, is-servizzi u/jew l-attivitajiet tal-investiment kif ukoll is-servizzi anċillari li jkun beħsiebha twettaq u jekk ikunx beħsiebha tuża aġenti marbuta fit-territorju tal-Istati Membri li fihom ikun beħsiebha tipprovdi s-servizzi. F'każ li ditta tal-investiment ikun beħsiebha tuża l-aġenti marbuta, hija għandha tikkomunika l-identità ta' dawk l-aġenti marbuta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha.

F'każ li ditta tal-investiment ikun beħsiebha tuża aġenti marbuta, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment għandha , fi żmien xahar minn meta tirċievi dan it-tagħrif, tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtura bħala l-punt ta' kuntatt skont l-Artikolu 83(1) l-identità tal-aġenti marbuta li d-ditta tal-investiment ikun beħsiebha tuża biex tipprovdi s-servizzi f'dan l-Istat Membru. L-Istat Membru ospitanti għandu jippubblika t-tali informazzjoni. L-AETS tista' titlob aċċess għal dik l-informazzjoni skont il-proċedura u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi t-tagħrif, tibagħtu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtura bħala l-punt ta' kuntatt skont l-Artikolu 83(1). Id-ditta tal-investiment tista' mbagħad tibda tipprovdi s-servizz jew is-servizzi tal-investiment ikkonċernati fl-Istat Membru ospitanti .

4.  F'każ li jkun hemm bidla f'kull waħda mill-partikularitajiet ikkomunikati skont il-paragrafu 2, ditta tal-investiment għandha tagħti avviż bil-miktub dwar dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mill-inqas xahar qabel ma timplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b'dawn il-bidliet.

5.  Kwalunkwe istituzzjoni ta' kreditu li tixtieq tipprovdi servizzi jew attivitajiet ta' investiment skont paragrafu 1 permezz ta' aġenti marbuta għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju bl-identità ta' dawk l-aġenti marbuta.

Fejn l-istituzzjoni ta' kreditu hija intenzjonata li tuża aġenti marbuta, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni ta' kreditu għandha, fi żmien xahar mill-irċevuta tal-informazzjoni, tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtur bħala punt ta' kuntatt skont l-Artikolu 83(1) l-identità tal-aġenti marbuta li l-istituzzjoni ta' kreditu hija intenzjonata li tuża biex tipprovdi s-servizzi f'dak l-Istat Membru. L-Istat Membru ospitanti għandu jippubblika t-tali informazzjoni.

6.  L-Istati Membri għandhom, mingħajr iktar rekwiżiti legali jew amministrattivi, jippermettu lid-ditti tal-investiment u lill-operaturi tas-suq li jħaddmu MTFs u OTFs minn Stati Membri oħra jipprovdu l-arranġamenti x-xierqa fit-territorju tagħhom sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għas-sistemi tagħhom u l-użu tagħhom mill-utenti remoti jew mill-parteċipanti stabbiliti fit-territorju tagħhom.

7.  Id-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq li jħaddem MTF għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu l-Istat Membru fejn ikun beħsiebu jipprovdi dawn l-arranġamenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-MTF għandha tikkomunika , fi żmien xahar, dan it-tagħrif lill-Istat Membru li fih l-MTF ikun beħsiebha tipprovdi dawn l-arranġamenti.

Fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-MTF u fi żmien raġonevoli, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-MTF għandha tikkomunika l-identità tal-membri jew tal-parteċipanti tal-MTF stabbiliti f'dan l-Istat Membru.

8.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata bi qbil mal-paragrafi 2, 4 u 7.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...](52).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil ▌mal-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

9.  L-AETS għandha  tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni  biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard  għat-trażmissjoni tat-tagħrif  skont il-paragrafi 3, 4 u 7.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni [sal-31 ta' Diċembru 2016].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 37

Stabbiliment ta' fergħa

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jiġu pprovduti servizzi u/jew attivitajiet ta' investiment kif ukoll servizzi anċillari fit-territorji tagħhom skont din id-Direttiva u d-Direttiva 2006/48/KE permezz tal-istabbiliment ta' fergħa, sakemm dawn is-servizzi u l-attivitajiet ikunu koperti mill-awtorizzazzjoni mogħtija lid-ditta tal-investiment jew lill-istituzzjoni ta' kreditu fl-Istat Membru tad-domiċilju . Is-servizzi anċillari jistgħu jiġu pprovduti biss flimkien ma' servizz u/jew attività tal-investiment.

L-Istati Membri ma għandhomx jimponu rekwiżiti addizzjonali għajr dawk permessi skont il-paragrafu 8, fuq l-organizzazzjoni u l-operat tal-fergħa rigward il-materji koperti minn din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lil kull ditta tal-investiment li tkun tixtieq tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta' Stat Membru ieħor l-ewwel tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha u tipprovdilha t-tagħrif li ġej:

   (a) l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom qed tippjana li tistabbilixxi fergħa;
   (b) programm tal-operat li jistabbilixxi , fost ħwejjeġ oħra, is-servizzi u/jew l-attivitajiet tal-investiment kif ukoll is-servizzi anċillari li se jiġu offruti u l-istruttura organizzattiva tal-fergħa, u li jindika jekk il-fergħa jkunx beħsiebha tuża aġenti marbuta u jagħti l-identità ta' dawk l-aġenti marbuta;
   (c) l-indirizz fl-Istat Membru ospitanti minn fejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti;
   (d) l-ismijiet ta' dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa.

F'każ li ditta tal-investiment tuża aġent marbut stabbilit fi Stat Membru 'l barra mill-Istat Membru tad-domiċilju tagħha, dan l-aġent marbut għandu jiġi assimilat fil-fergħa u għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li għandhom x'jaqsmu mal-friegħi .

3.  Għajr jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jkollha raġuni tiddubita mill-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew mis-sitwazzjoni finanzjarja ta' ditta tal-investiment, filwaqt li tqis l-attivitajiet previsti, hija għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-tagħrif kollu, tikkomunika dan it-tagħrif lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtura bħala l-punt ta' kuntatt skont l-Artikolu 83(1) u tgħarraf lid-ditta tal-investiment konċernata kif jixraq.

4.  Minbarra t-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika d-dettalji tal-iskema akkreditata tal-kumpens li d-ditta tal-investiment tkun membru fiha skont id-Direttiva 97/9/KE lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti . Fl-eventwalità ta' bidla fil-partikolaritajiet, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti kif jixraq.

5.  Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tirrifjuta li tikkomunika t-tagħrif lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti , għandha tagħti r-raġunijiet tar-rifjut tagħha lid-ditta tal-investiment konċernata fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-tagħrif kollu.

6.  Malli tirċievi komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jew, fin-nuqqas ta' din il-komunikazzjoni minn din tal-aħħar, l-iktar tard wara xahrejn mid-data tat-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju , il-fergħa tista' tiġi stabbilita u tibda l-kummerċ.

7.  Kwalunkwe istituzzjoni ta' kreditu li tixtieq tuża aġent marbut stabbilit fi Stat Membru barra l-Istat Membru tad-domiċilju tagħha biex jipprovdi servizzi u/jew attivitajiet ta' investiment kif ukoll servizzi anċillari skont din id-Direttiva għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha.

Sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha raġuni li tiddubita l-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew is-sitwazzjoni finanzjarja ta' istituzzjoni ta' kreditu, hija għandha, fi żmien tliet xhur li tirċievi l-informazzjoni kollha, tikkomunika dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtur bħala punt ta' kuntatt skont l-Artikolu 83(1) u tinforma lill-istituzzjoni ta' kreditu kkonċernata b'dan.

Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tirrifjuta li tikkomunika l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, hija għandha tagħti r-raġunijiet għal dan ir-rifjut lill-istituzzjoni tal-kreditu kkonċernat fi żmien tliet xhur li tirċievi l-informazzjoni kollha.

Kif jirċievi komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kompetenti, jew wara li jonqos milli jirċievi t-tali komunikazzjoni minn dan tal-aħħar wara iktar minn xahrejn mid-data ta' trasmissjoni tal-komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-aġent marbut jista' jibda l-kummerċ. It-tali aġent marbut għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva marbuta mal-fergħat.

8.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun tinsab il-fergħa għandha tieħu r-responsabbiltà sabiex jiġi żgurat illi s-servizzi pprovduti mill-fergħa fit-territorju ta' dan l-Istat Membru jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 24, 25, 27, 28, ta' din id-Direttiva u fl-Artikoli 13 sa 23 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u fil-miżuri adottati skont dawn id-dispożizzjonijiet .

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-fergħa għandu jkollha d-dritt teżamina l-arranġamenti tal-fergħa u titlob dawk il-bidliet li jkunu meħtieġa strettament sabiex jgħinu lill-awtorità kompetenti tinforza l-obbligi skont l-Artikoli 24, 25, 27, 28, ta' din id-Direttiva u fl-Artikoli 13 sa 23 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u fil-miżuri adottati skont dawn id-dispożizzjonijiet rigward is-servizzi u/jew l-attivitajiet ipprovduti mill-fergħa fit-territorju tal-awtorità kompetenti.

9.  Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jipprovdi illi, meta ditta tal-investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor tkun stabbiliet fergħa ġewwa t-territorju tiegħu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment tista' twettaq, fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tagħha u wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti , spezzjonijiet fuq il-post f'din il-fergħa.

10.  Fl-eventwalità ta' bidla f'kull tagħrif ikkomunikat skont il-paragrafu 2, ditta tal-investiment għandha tagħti avviż bil-miktub dwar dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mill-inqas xahar qabel ma timplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti wkoll għandha tiġi mgħarrfa b'din il-bidla mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju .

11.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 2, 4 u 10.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...](53).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil ▌mal-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

12.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 3 u 10.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni [sal-31 ta' Diċembru 2016].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 38

L-aċċess għas-swieq regolati

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment minn Stati Membri oħra li jkunu awtorizzati jwettqu ordnijiet tal-klijenti jew jinnegozjaw f'isimhom ikollhom id-dritt għas-sħubija fis-swieq regolati stabbiliti fit-territorju tagħhom jew aċċess għalihom permezz ta' kull wieħed mill-arranġamenti li ġejjin :

   (a) direttament, billi jistabbilixxu friegħi fl-Istati Membri ospitanti;
   (b) billi jsiru membri remoti tas-suq regolat jew ikollhom aċċess remot għalih mingħajr ma jkollhom għalfejn ikunu stabbiliti fl-Istat Membru tad-domiċilju tas-suq regolat, f'każijiet fejn il-proċeduri u s-sistemi tal-kummerċ tas-suq ikkonċernat ma jkunux jeħtieġu preżenza fiżika sabiex jiġu konklużi tranżazzjonijiet fih .

2.  L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit regolatorju jew amministrattiv addizzjonali, rigward il-materji koperti minn din id-Direttiva, fuq id-ditti tal-investiment li jkunu qed jeżerċitaw id-dritt ikkonferit bil-paragrafu 1.

Artikolu 39

L-aċċess għall-faċilitajiet tal-kontroparti ċentrali u għall-faċilitajiet ta' kklerjar u ta' saldu u d-dritt li tingħażel is-sistema ta' saldu

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment minn Stati Membri oħra jkollhom id-dritt tal-aċċess għas-sistemi tal-kontroparti ċentrali u ta' kklerjar u ta' saldu fit-territorju tagħhom sabiex jiġu ffinalizzati jew tiġi rranġata l-finalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-aċċess ta' dawn id-ditti tal-investiment għal dawn il-faċilitajiet ikun suġġett għall-istess kriterji mhux diskriminatorji, trasparenti u oġġettivi li japplikaw għall-parteċipanti lokali. L-Istati Membri ma għandhomx jirrestrinġu l-użu ta' dawn il-faċilitajiet għall-ikklerjar u s-saldu tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji mwettqa f'suq regolat jew f'MTF jew f'OTF fit-territorju tagħhom.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-swieq regolati fit-territorju tagħhom joffru lill-membri jew lill-parteċipanti kollha tagħhom id-dritt li jaħtru s-sistema g għas-saldu tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji mwettqa f'dak is-suq regolat, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin :

   (a) dawk ir-rabtiet u l-arranġamenti bejn is-sistema tas-saldu maħtura u kull sistema jew faċilità oħra meħtieġa sabiex ikun żgurat is-saldu ekonomiku u effiċjenti tat-tranżazzjoni kkonċernata;
   (b) qbil mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-suq regolat li l-kundizzjonijiet tekniċi għas-saldu tat-tranżazzjonijiet konklużi fis-suq regolat permezz ta' sistema tas-saldu oħra differenti minn dik maħtura mis-suq regolat ikunu tali li jippermettu l-funzjonament bla xkiel u bl-ordni tas-swieq finanzjarji.

Din il-valutazzjoni tas-suq regolat mill-awtorità kompetenti għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-banek ċentrali nazzjonali bħala sorveljanti tas-sistemi tas-saldu u ta' awtoritajiet oħrajn li jissorveljaw dawn is-sistemi. L-awtorità kompetenti għandha tqis is-sorveljanza /is-superviżjoni diġà eżerċitata minn dawn l-istituzzjonijiet sabiex tevita d-duplikazzjoni mhix dovuta tal-kontrolli.

Artikolu 40

Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-arranġamenti tal-kontroparti ċentrali u tal-ikklerjar u tas-saldu rigward l-MTFs

1.  L-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF milli jidħlu f'arranġamenti xierqa ma' kontroparti ċentrali jew ma' ċentru tal-ikklerjar u ma' sistema tas-saldu ta' Stat Membru ieħor bil-ħsieb li jipprovdu għall-ikklerjar u/ jew għas-saldu ta' uħud mit-tranżazzjonijiet jew tat-tranżazzjonijiet kollha konklużi mill-parteċipanti tas-suq fis-sistemi tagħhom.

2.  L-awtorità kompetenti tad-ditti tal-investiment u tal-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF ma jistgħux jopponu l-użu ta' kontroparti ċentrali, fiċ-ċentri tal-ikklerjar u/jew ta' sistemi tas-saldu fi Stat Membru ieħor għajr meta dan ikun meħtieġ , b'mod li jista' jintwera, sabiex jinżamm il-funzjonament bl-ordni ta' dik l-MTF u filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-sistemi tas-saldu stabbiliti fl-Artikolu 39(2).

Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni mhix dovuta tal-kontrolli, l-awtorità kompetenti għandha tqis is-sorveljanza u s-superviżjoni tas-sistema tal-ikklerjar u tas-saldu diġà eżerċitata mill-banek ċentrali rilevanti bħala sorveljanti tas-sistemi tal-ikklerjar u tas-saldu jew minn awtoritajiet superviżorji oħrajn li għandhom il-kompetenza f'dawn is-sistemi.

KAPITOLU IV

Forniment ta' servizzi minn ditti ta' pajjiż terz

Taqsima 1

Forniment ta' servizzi jew attivitajietbi stabbiliment ta' fergħa

Artikolu 41

Stabbiliment ta' fergħa

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li ditta ta' pajjiż terz li jkollha l-intenzjoni li tforni servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta' investiment flimkien ma' servizzi anċillari fit-territorju tagħhom permezz ta' fergħa jiksbu awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri skont dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

   (a) il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 3;
   (b) il-forniment ta' servizzi li għalihom id-ditti ta' pajjiż terz jitolbu awtorizzazzjoni hija suġġetta għal awtorizzazzjoni u superviżjoni fil-pajjiż terz fejn hija stabbilita d-ditta u d-ditta li qed tagħmel it-talba hija awtorizzata kif xieraq. Il-pajjiż terz fejn hija stabbilita d-ditta ta' pajjiż terz ma għandhiex tkun inkluża fil-lista ta' Pajjiżi u Territorji Nonkooperattivi mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu;
   (c) arranġamenti ta' kooperazzjoni, li jinkludu dispożizzjonijiet li jirregolaw l-iskambju tal-informazzjoni biex tkun ippriservata l-integrità tas-suq u l-protezzjoni tal-investitur, huma fis-seħħ bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri fejn tkun se tiġi stabbilita l-fergħa u l-awtoritajiet superviżorji kompetenti tal-pajjiż terz fejn hija stabbilita d-ditta;
   (d) biżżejjed kapital inizjali għad-dispożizzjoni ħielsa tal-fergħa;
   (e) persuna waħda jew iktar maħtura responsabbli għall-immaniġġar tal-fergħa u huma konformi mar-rekwiżit stabbilit skont l-Artikolu 9(1);
   (f) il-pajjiż terz fejn hija stabbilita d-ditta ta' pajjiż terz iffirma ftehim mal-Istat Membru fejn għandha tkun stabbilita l-fergħa, li huwa konformi b'mod sħiħ mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni dwar it-Tassazzjoni fuq il-Mudell tal-OKŻE dwar id-Dħul u l-Kapital u jiżgura skambju effettiv tal-informazzjoni fi kwistjonijijiet tat-tassazzjoni, inkluż, jekk hemm, ftehimiet fiskali multilaterali;
   (g) id-ditta tappartjeni għal skema ta' kumpens tal-investitur awtorizzata jew rikonoxxuta skont id-Direttiva 97/9/KE fil-ħin tal-awtorizzazzjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li ditta ta' pajjiż terz intenzjonata li tipprovdi servizzi jew attivitajiet ta' investiment flimkien ma' kwalunkwe servizzi anċillari lil klijenti mhux professjonali jew lil klijenti professjonali skont it-tifsira tat-Taqsima II tal-Anness II fit-territorju ta' dawk l-Istati Membri għandha tistabbilixxi fergħa fl-Unjoni Ewropea.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 95(2) b'rabta ma' pajjiż terz fejn tistqarr jekk l-arranġamenti ġuridiċi u superviżorji ta' dak il-pajjiż terz jiżguraw li d-ditti awtorizzati f'dak il-pajjiż terz jikkonformaw mar-rekwiżiti ġuridiċi vinkolanti li jkollhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva, fir-Regolament (UE) Nru .../... [MiFIR] u d-Direttiva 2006/49/KE u l-miżuri implimentattivi tagħhom u dak il-pajjiż terz jiddisponi għal rikonoxximent reċiproku u ekwivalenza effettiva għall-qafas prudenzjali applikabbli għad-ditti tal-investiment awtorizzati skont din id-Direttiva.

Il-qafas prudenzjali ta' pajjiż terz jista' jitqies li għandu effett ekwivalenti meta dak il-qafas jissodisfa l-kundizzjonijiet segwenti:

   (a) id-ditti li jfornu servizzi u attivitajiet ta' investiment f'dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effikaċi fuq bażi kontinwa;
   (b) id-ditti li jfornu servizzi u attivitajiet ta' investiment f'dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għal rekwiżiti kapitali suffiċjenti u rekwiżiti xierqa applikabbli għall-azzjonisti u l-membri tal-bord maniġerjali tagħhom;
   (c) id-ditti li jfornu servizzi u attivitajiet ta' investiment f'dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għal rekwiżiti organizzazzjonali adegwati fil-qasam tal-funzjonijiet tal-kontroll intern;
   (d) jiżgura t-trasparenza u l-integrità fis-suq billi jiġi pprevenut l-abbuż fis-suq fil-forma ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

Il-Kummissjoni tista' tillimita d-deċiżjoni tagħha skont dan il-paragrafu għad-ditti ta' investiment jew l-operaturi tas-suq li jipprovdu servizzi wieħed jew iktar speċifikat ta' investimet jew iwettqu attività waħda jew aktar speċifika ta' investiment f'rabta ma' strument finanzjarju wieħed jew iktar minn wieħed.

Ditta ta' pajjiż terz tista' tiġi awtorizzata għall-finijiet tal-paragrafu 1 meta din taqa'fi ħdan kategorija koperta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

4.  Id-ditta ta' pajjiż terz imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tissottometti l-applikazzjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollha l-ħsieb li tistabbilixxi fergħa wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' deċiżjoni li tiddetermina li l-qafas ġuridiku u superviżorju tal-pajjiż terz li fih id-ditta ta' pajjiż terz tkun awtorizzata jkun ekwivalenti għar-rekwiżiti deskritti fil-paragrafu 3.

Artikolu 42

Obbligu li tipprovdi informazzjoni

Ditta ta' pajjiż terz li jkollha l-ħsieb li tikseb awtorizzazzjoni għall-forniment ta' kwalunkwe servizzi jew għat-twettiq ta' attivitajiet ta' investiment flimkien ma' kwalunkwe servizzi anċillari fit-territorju ta' Stat Membru għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru b'dan li ġej:

   (a) l-isem tal-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tagħha fil-pajjiż terz konċernat. Meta iktar minn awtorità waħda hija responsabbli għas-superviżjoni, għandhom jingħataw id-dettalji tal-oqsma rispettivi ta' kompetenza;
   (b) id-dettalji rilevanti kollha tad-ditta (isem, forma legali, uffiċċju reġistrat u indirizz, membri tal-korp maniġerjali, azzjonisti rilevanti) u programm tal-operat li jressaq is-servizzi u/jew l-attivitajiet finanzjarji kif ukoll is-servizzi anċillari li għandhom ikunu pprovduti u l-istruttura organizzattiva tal-fergħa, inkluża deskrizzjoni ta' kwalunkwe outsourcing lill-partijiet terzi ta' funzjonijiet operazzjonali essenzjali;
   (c) l-isem tal-persuni responsabbli għall-immaniġġar tal-fergħa u d-dokumenti rilevanti li juru konformità mar-rekwiżiti skont l-Artikolu 9(1);
   (d) informazzjoni dwar il-kapital inizjali għad-dispożizzjoni ħielsa tal-fergħa.

Artikolu 43

Għoti ta' awtorizzazzjoni

1.  L-awtorita kompetenti tal-Istat Membru fejn id-ditta ta' pajjiż terz tkun stabbiliet jew ikollha l-intenzjoni li tistabbilixxi l-fergħa tagħha għandha tagħti biss l-awtorizzazzjoni meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) l-awtorità kompetenti hija ssodisfata li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 41 huma ssodisfati;
   (b) l-awtorità kompetenti hija sodisfatta li l-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz se tkun kapaċi li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2;
   (ba) l-awtorità kompetenti hija sodisfatta li d-ditta tal-pajjiż terz għandha l-intenzjoni li tipprovdi proporzjon sinifikanti ta' servizzi ta' investiment jew li twettaq kwantità sinifikanti tal-attivitajiet ta' investiment tagħha fl-Unjoni Ewropea fl-istat Membru fejn qed tfittex li tistabbilixxi l-fergħa.

L-awtorità kompetenti għandha tinforma lid-ditta tal-pajjiż terz, fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta' applikazzjoni kompleta, jekk ingħatatx l-awtorizzazzjoni jew le.

2.  Il-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz awtorizzata skont il-paragrafu 1, għandha tkun konformi mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 16, 17, 18, 19, 20, 23, 24, 25 u 27, l-Artikolu 28(1) u l-Artikoli 30, 31, 32 u 34 ta' din id-Direttiva u fl-Artikoli 3 sa 23 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u l-miżuri adotti bi qbil magħhom u għandha tkun suġġetti għas-superviżjoni tal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tingħata l-awtorizzazzjoni.

L-Istati Membri ma jimponu l-ebda rekwiżiti addizzjonali fuq l-organizzazzjoni u l-operat tal-fergħa fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva.

Artikolu 44

Provvista ta' servizzi u attivitajiet fi Stati Membri oħra

1.  Id-ditta ta' pajjiż terz awtorizzata skont l-Artikolu 43 għandha tkun kapaċi li tipprovdi s-servizzi u twettaq l-attivitajiet koperti mill-awtorizzazzjoni fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea mingħajr l-istabbiliment ta' fergħat ġodda. Għal dan il-għan, hija għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa:

   (a) l-Istat Membru li fih ikun beħsiebha topera;
   (b) programm ta' operat li jindika partikolarment is-servizzi jew l-attivitajiet ta' investiment kif ukoll servizzi anċillari li hija intenzjonata li twettaq f'dak l-Istat Membru.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni, tgħaddiha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtur bħala punt ta' kuntatt skont l-Artikolu 83(1). Id-ditta ta' pajjiż terz tista' mbagħad tibda tipprovdi s-servizzi jew is-servizzi kkonċernati fl-Istati Membri ospitanti.

F'każ ta' bidla fi kwalunkwe dettalji kkomunikata skont l-ewwel subparagrafu, id-ditta ta' pajjiż terz għandha tagħti notifika bil-miktub ta' dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fergħa tkun stabbilita mill-inqas xahar qabel l-implimentazzjoni ta' dik il-bidla. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b'dawk il-bidliet.

Id-ditta għandha tibqa' suġġetta għas-superviżjoni tal-Istati Membri fejn hija stabbilita l-fergħa skont l-Artikolu 43.

2.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw:

   (a) il-kontenut minimu tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 41(1)(c), biex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni lid-ditta ta' pajjiż terz jkunu kapaċi jeżerċitaw is-setgħat superviżorji kollha tagħhom skont din id-Direttiva;
   (b) il-kontenut dettaljat tal-programm ta' operat kif rekwiżit fl-Artikolu 42, il-punt (b);
   (c) il-kontenut tad-dokumenti li jikkonċernaw l-immaniġġar tal-fergħa kif rekwiżit fl-Artikolu 42, il-punt (c);
   (d) il-kontenut dettaljat tal-informazzjoni rigward il-kapital inizjali għad-dispożizzjoni ħielsa tal-fergħa kif rekwiżit fl-Artikolu 42, il-punt (d).

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...](54).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil ▌mal-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi biex tiddetermina forom standard, mudelli u proċeduri għall-provvista ta' informazzjoni u għan-notifika li jsir provvediment għalih f'dawk il-paragrafi.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa [...](55).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 dwar miżuri li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-ivvalutar tal-kapital inizjali suffiċjenti għad-dispożizzjoni ħielsa tal-fergħa li jqisu s-servizzi jew l-attivitajiet finanzjarji pprovduti mill-fergħa u t-tip ta' klijenti li għandhom ikunu pprovduti bihom.

Taqsima 2

Reġistrazzjoni u rtirar ta' awtorizzazzjonijiet

Artikolu 45

Reġistrazzjoni

L-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-ditti ta' pajjiżi terzi awtorizzati skont l-Artikolu 41. Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli għal pubbliku u għandu jinkludi informazzjoni dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li d-ditti ta' pajjiż terz huma awtorizzati li jipprovdu. Hu għandu jkun aġġornat fuq bażi regolari. Kull awtorizzazzjoni għandha tkun notifikata lill-AETS.

L-AETS għandha tistabbilixxi lista tad-ditti ta' pajjiż terz kollha awtorizzati li jipprovdu servizzi u attivitajiet fl-Unjoni Ewropea. Il-lista għandha tinkludi informazzjoini dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li għalihom id-ditta ta' pajjiż terz tkun awtorizzata u għandha tkun aġġornata fuq bażi regolari. L-AETS għandha tippubblika dik il-lista fuq is-sit elettroniku tagħha u taġġornaha.

Artikolu 46

Irtirar tal-awtorizzazzjoni

L-awtorità kompetenti li tat l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 43 tista' tirtira l-awtorizzazzjoni meta d-ditta ta' pajjiż terz:

   (a) ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, espressament tirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew ma pprovdiet l-ebda servizzi ta' investiment jew ma wettqet l-ebda attività għas-sitt xhur preċedenti, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ipprovda għall-awtorizzazzjoni biex tintilef fit-tali każijiet;
   (b) ikun kiseb l-awtorizzazzjoni billi jkun għamel dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta' kull mezz ieħor mhux regolari;
   (c) ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;
   (d) kisret serjament u sistematikament id-dispożizzjonijiet adotti skont din id-Direttiva li tirregola l-kundizzjonijiet operatorji għad-ditti tal-investiment u applikabbli għad-ditti ta' pajjiż terz;
   (e) taqa' f'wieħed mill-każijiet fejn il-liġi nazzjonali, fir-rigward ta' kwistjonijiet 'il barra mill-ambitu ta' din id-Direttiva, tipprovdi għal-irtirar.

Kull irtirar ta' awtorizzazzjoni għandu jkun notifikat lill-AETS.

L-irtirar għandu jkun ippubblikat fil-lista stabbilita fl-Artikolu 45 għal perjodu ta' ħames snin.

IT-TITOLU III

IS-SWIEQ IRREGOLATI

Artikolu 47

L-awtorizzazzjoni u l-liġi applikabbli

1.  L-Istati Membri għandhom jirriżervaw l-awtorizzazzjoni bħala suq regolat għal dawk is-sistemi li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu.

L-awtorizzazzjoni bħala suq regolat għandha tingħata biss meta l-awtorità kompetenti tkun issodisfata illi kemm l-operatur tas-suq kif ukoll is-sistemi tas-suq regolat jikkonformaw għall-inqas mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan it-Titolu.

Fil-każ li suq regolat ikun persuna ġuridika u jkun amministrat jew imħaddem minn operatur tas-suq għajr is-suq regolat innifsu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif l-obbligi differenti imposti fuq l-operatur tas-suq skont din id-Direttiva għandhom jiġu allokati bejn is-suq regolat u l-operatur tas-suq.

L-operatur tas- suq regolat għandu jipprovdi t-tagħrif kollu, inkluż programm tal-operat li jagħti , fost ħwejjeġ oħra, it-tipi ta' kummerċ previsti u l-istruttura organizzattiva , li huwa meħtieġ sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tissodisfa ruħha illi s-suq regolat ikun stabbilixxa, fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni inizjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur tas-suq regolat iwettaq kompiti li għandhom x'jaqsmu mal-organizzazzjoni u l-operat tas-suq regolat taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti jirrevedu b'mod regolari l-konformità tas-swieq regolati mad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu. Għandhom jiżguraw ukoll illi l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw il-fatt li s-swieq regolati jikkonformaw il-ħin kollu mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali stabbiliti skont dan it-Titolu.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-operatur tas-suq ikun responsabbli li jiżgura illi s-suq regolat li huwa jamministra jikkonforma mar-rekwiżiti kollha skont dan it-Titolu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll illi l-operatur tas-suq ikun intitolat jeżerċita d-drittijiet li jikkorrispondu mas-suq regolat li jamministra bis-saħħa ta' din id-Direttiva.

4.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-Direttiva 2003/6/KE, il-liġijiet pubbliċi li jirregolaw il-kummerċ imwettaq skont is-sistemi tas-suq regolat għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru tad-domiċilju tas-suq regolat.

5.  L-awtorità kompetenti tista' tirtira l-awtorizzazzjoni maħruġa lil suq regolat meta dan :

   (a) ma jagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, jirrinunzja espressament għall-awtorizzazzjoni jew ma jkunx ħadem fis-sitt xhur ta' qabel, għajr jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun ipprovda illi f'dawn il-każijiet l-awtorizzazzjoni tiskadi;
   (b) ikun kiseb l-awtorizzazzjoni billi jkun għamel dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta' kull mezz ieħor mhux regolari;
   (c) ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;
   (d) ikun kiser b'mod gravi u sistematiku d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva;
   (e) jaqa' taħt xi wieħed mill-każijiet li fihom il-liġijiet nazzjonali jipprovdu għall-irtirar.

6.  L-AETS għandha tiġi nnotifikata bi kwalunkwe rtirar ta' awtorizzazzjoni.

Artikolu 48

Ir-rekwiżiti għall-ġestjoni tas-suq regolat

1.  ▌Il-Membri tal-korp maniġerjali ta' kwalunkwe operatur tas-suq għandhom f'kull ħin ikunu ta' reputazzjoni tajba biżżejjed, ikollhom għarfien, ħiliet u esperjenza biżżejjed u jiddedikaw ħin biżżejjed biex iwettqu dmirijiethom.

Il-membri kollha tal-korp maniġerjali għandhom, partikolarment, jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti:

   (a) li jimpenjaw biżżejjed ħin biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom fid-ditta tal-investiment. L-għadd ta' direttorati li membru tal-korp maniġerjali jista' jkollu fl-istess waqt għandu jqis iċ-ċirkustanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni.

Il-membri tal-korp maniġerjali ta' operaturi fis-suq li huma sinifikanti f'dawk li huma d-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura tagħhom, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom ma għandhomx jikkombinaw fl-istess ħin aktar minn kombinazzjoni waħda minn dawn li ġejjin:

   (i) kariga ta' direttur eżekuttiv; jew
   (ii) żewġ karigi ta' direttur mhux eżekuttiv.

Direttorati eżekuttivi jew mhux eżekuttivi:

   (i) fl-istess grupp;
  (ii) f'istituzzjonijiet li:
   huma membri tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 108(7) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 [CRD IV] ikunu sodisfatti,
   ikunu stabbilixxew konnessjonijiet skont l-Artikolu 108(6) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 [CRD IV]; jew
   (iii) fi ħdan intrapriżi (inklużi istituzzjonijiet mhux finanzjarji) fejn l-istituzzjoni jkollha s-sjieda ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva,
  

għandhom ikunu meqjusa bħala kariga waħda ta' direttur.

  

(b)  li jkollhom għarfien, ħiliet u esperjenza kollettiva adegwati biex ikun kapaċi jifhem l-attivitajiet tad-ditta tal-investiment, u b'mod partikolari r-riskju ewlieni involut f'dawk l-attivitajiet.

(c)  li jaġixxu b'onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb biex jivvaluta u jikkontesta b'mod effikaċi d-deċiżjonijiet tal-maniġment superjuri u biex jissorvelja u jimmoniterja b'mod effikaċi fuq it-teħid ta' deċizjonijiet maniġerjali.

L-operaturi tas-suq għandhom jiddedikaw iktar riżorsi għall-induzzjoni u t-taħriġ tal-membri tal-korp maniġerjali.

(ca)  li jiżguraw li qegħdin jitħaddmu sistemi effikaċi biex jidentifikaw u jimmaniġjaw kunflitti bejn l-operatur tas-suq u s-suq regolat jew il-membri tiegħu u biex iħaddmu u jżommu arranġamenti xierqa biex jisseparaw funzjonijiet differenti ta' negozju.

2.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-operaturi ta' suq regolat biex jistabbilixxu kumitat ta' nominazzjoni biex jivvaluta l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu u biex jagħmel rakkomandazzjonijiet, meta meħtieġ, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħhom. Il-kumitat ta' nominazzjoni għandu jkun kompost minn membri tal-korp maniġerjali li ma jwettqu l-ebda funazjoni eżekuttiva fl-operatur tas-suq konċernata.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw operatur tas-suq biex jistabbilixxi kumitat ta' nominazzjoni li jqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-operatur tas-suq, sakemm ikun stabbilit mekkaniżmu alternattiv raġonevolment kumparabbli.

Fejn, fil-liġi nazzjonali, il-korp maniġerjali ma jkollu l-ebda kompetenza fl-ipproċessar tal- ħatra tal-membri tiegħu, dan il-paragrafu ma japplikax.

3.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li d-ditti tal-investiment u l-kumitati ta' nominazzjoni rispettivi tagħhom jeħtieġu għadd kbir ta' kwalitajiet u kompetenzi meta jirreklutaw membri fil-korpi maniġerjali tagħhom.

B'mod partikolari:

   (a) l-operaturi tas-suq għandhom jimplimentaw politika li tippromwovi l-professjonaliżmu, ir-responsabilità u l-impenn bħala l-kriterji ta' gwida għar-reklutaġġ tal-maniġment superjuri, bis-salvagwardja li dawk innominati jkunu bla dubju leali lejn l-interessi tal-istituzzjoni;
   (b) id-ditti tal-investiment għandhom jieħdu wkoll passi konkreti lejn rappreżentanza aktar bilanċjata fil-bordijiet, bħat-taħriġ ta' kumitati ta' nominazzjoni, il-ħolqien ta' rosters ta' kandidati kompetenti, u l-introduzzjoni ta' proċess ta' nominazzjoni fejn mill-inqas kandidat wieħed ta' kull sess ikun ippreżentat;
   (c) meta tiġi pprattikata, ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-korp maniġerjali għandha wkoll, billi żżid perspettiva fundamentali u għarfien ġenwin ta' kif taħdem internament l-istituzzjoni, tidher bħala mod pożittiv għat-titjib tad-diversità.

4.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards regolatorji biex tispeċifika kif l-operatur tas-suq għandu jqis dan li ġej:

   (a) il-kunċett ta' impenn ta' ħin biżżejjed ta' membru tal-korp maniġerjali biex iwettaq il-funzjoni tiegħu, b'rabta maċ-ċirkustanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-operatur tas-suq li l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu meta jawtorizzaw membru tal-korp maniġerjali biex jikkombina iktar minn kariga waħda ta' direttur milli permess kif referut fil-paragrafu 1(a);
   (b) il-kunċett ta' għarfien, ħiliet u esperjenza kollettiva adegwata tal-korp maniġerjali kif referut fil-paragrafu 1(b);
   (c) il-kunċetti tal-onesta, integrità u indipendenza tal-ħsieb ta' membru tal-korp maniġerjali kif imsemmi fil-paragrafu 1(c), b'kunsiderazzjoni tal-potenzjal tal-kunflitti ta' interess;
   (d) il-kunċett ta' riżorsi umani u finanzjarji adegwati ddedikati għall-induzzjoni u t-taħriġ ta' membri tal-korp maniġerjali;
   (e) il-kunċett tad-diversità li għandu jitqies għall-għażla tal-membri tal-korp maniġerjali.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...](56).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil ▌mal-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.  L-Istati Membri jeħtieġu lill-operatur tas-suq regolat biex jinnotifika lill-awtorità kompetenti bl-identità tal-membri kollha tal-korp maniġerjali u bi kwalunkwe bidliet fis-sħubija tiegħu, flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun ivvalutat jekk id-ditta hijiex konformi mal-paragrafi 1, 2 u 3.

7.  L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta awtorizzazzjoni jekk ma hijiex sodisfatta li l-persuni li kellhom jidderieġu effikaċement il-kummerċ ta' suq regolat għandhom reputazzjoni tajba jew għandhom biżżejjed esperjenza, jew jekk hemmx raġunijiet oġġettivi u dimostrabbli biex wieħed jemmen li l-korp maniġerjali tal-operatur tas-suq jista' jkun ta' theddida għall-immaniġġar effettiv, tajjeb u prudenti u għall-kunsiderazzjoni adegwata tal-integrità tas-suq.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-proċess tal-awtorizzazzjoni ta' suq regolat, il-persuna jew persuni li effettivament jidderieġu l-operat u l-operat ta' suq regolat li diġà huwa awtorizzat skont id-dispożizzjonijiet ta' din nid-Direttiva huma mistennija li jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.

7a.  Il-korp maniġerjali ta' operatur tas-suq għandu jkun kapaċi jiżgura li s-suq regolat huwa mmexxi b'mod tajjeb u prudenti u b'manjiera li tippromwovi l-integrità tas-suq.

Il-korp maniġerjali għandu jimmonitorja u jivvaluta perjodikament l-effikaċja tal-organizzazzjoni tas-suq regolat u jieħu l-passi meħtieġa biex jindikrizza kwalunkwe nuqqasijiet.

Membri tal-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkollhom aċċess adegwat għall-informazzjoni u d-dokumenti li huma meħtieġa biex jimmonitorjaw it-teħid tad-deċiżjonijiet maniġerjali.

Il-korp maniġerjali għandu jistabbilixxi, iżomm u jippubblika dikjarazzjoni tal-politiki u l-prattiki li jserraħ fuqhom biex jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu.

7b.  Mingħajr preġudizzju għas-sistemi legali tal-Istati Membri, dawn għandhom jiżguraw li fejn huwa allegat li membru tal-bord maniġerjali kiser id-dispożizzjonijiet ta' jew ikkometta offiża fi kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru .../... [MiFIR] huwa jista' jiġi soġġett personalment għal proċedimenti kriminali jew ċivili. t

Artikolu 49

Ir-rekwiżiti li għandhom x'jaqsmu mal-persuni li jeżerċitaw influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni tas-suq regolat

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-persuni li jkunu f'pożizzjoni li jeżerċitaw, direttament jew indirettament, influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni tas-suq regolat ikunu xierqa.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operatur tas-suq regolat:

   (a) jipprovdi lill-awtorità kompetenti u jippubblika t-tagħrif li jirrigwarda s-sjieda tas-suq regolat u/jew tal-operatur tas-suq, u b'mod partikulari, l-identità u d-daqs tal-interessi ta' kull parti li tkun f'pożizzjoni li teżerċita influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni;
   (b) jgħarraf lill-awtorità kompetenti u jippubblika kull trasferiment tas-sjieda li jwassal għal bidla fl-identità tal-persuni li jeżerċitaw influwenza sinifikanti fuq l-operat tas-suq regolat.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta li tapprova l-bidliet proposti għall-interessi kontrollanti tas-suq regolat u/jew tal-operatur tas-suq meta jkun hemm raġunijiet oġġettivi u li jistgħu jintwerew sabiex temmen illi dawn jistgħu joħolqu theddida għall-ġestjoni soda u prudenti tas-suq regolat.

Artikolu 50

Rekwiżiti organizzazzjonali

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-suq regolat:

   (a) ikollu l-arranġamenti sabiex jidentifika b'mod ċar u jamministra l-konsegwenzi negattivi potenzjali, għall-operat tas-suq regolat jew għall-parteċipanti tiegħu, ta' kull kunflitt ta' interess bejn l-interessi tas-suq regolat, tas-sidien tiegħu jew tal-operatur tiegħu u l-funzjonament sod tas-suq regolat, u b'mod partikulari meta dawn il-kunflitti ta' interess jistgħu jkunu ta' preġudizzju għat-twettiq ta' kull funzjoni ddelegata lis-suq regolat mill-awtorità kompetenti;
   (b) ikun mgħammar b'mod adegwat sabiex jamministra r-riskji li għalihom ikun espost, jimplimenta l-arranġamenti u s-sistemi x-xierqa sabiex jidentifika r-riskji sinifikanti kollha għall-operat tiegħu u jqiegħed fis-seħħ miżuri effettivi sabiex itaffi dawn ir-riskji;
   (c) ikollu arranġamenti għall-ġestjoni soda tal-operat tekniku tas-sistema, inkluż l-istabbiliment ta' arranġamenti effettivi ta' kontinġenza sabiex ilaħħaq mar-riskji ta' diżordni fis-sistema;
   (d) ikollu regoli u proċeduri trasparenti u mhux diskrezzjonali li jipprovdu għall-kummerċ ġust u bl-ordni u jistabbilixxu kriterji oġġettivi għat-twettiq effiċjenti tal-ordnijiet;
   (e) ikollu arranġamenti effettivi sabiex jiffaċilita l-finalizzazzjoni effiċjenti u f'waqtha tat-tranżazzjonijiet imwettqa skont is-sistemi tiegħu;
   (f) ikollu disponibbli, meta jingħata l-awtorizzazzjoni u fuq bażi kontinwa , biżżejjed riżorsi finanzjarji sabiex jiffaċilita l-funzjonament bl-ordni tiegħu, filwaqt li jitqiesu n-natura u l-kobor tat-tranżazzjonijiet konklużi fis-suq u l-firxa u l-livell tar-riskji li għalihom ikun espost.

Artikolu 51

Resiljenza tas-sistemi, salvaviti u negozjar elettroniku

1.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li s-suq regolat ikollu fis-seħħ sistemi, proċeduri u arranġamenti li huma mfassla biex jiżguraw li s-sistemi tan-negozjar tiegħu huma resilejnti, għandhom biżżejjed kapaċità biex jittrattaw mal-ogħla volumi ta' ordnijiet u messaġġi, huma kapaċi li jiżguraw kummerċ ordnat f'kundizzjonijiet ta' stress tas-suq, huma ttestjati b'mod sħiħ biex jiżguraw li jissodisfaw it-tali kundizzjonijiet anke fi żminijiet ta' volatilità estrema tas-suq u huma suġġetti għal arranġamenti ta' kontinwità tal-kummerċ biex jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi tiegħu jekk ikun hemm nuqqas mhux mistenni tas-sistemi tan-negozjar tiegħu.

1a.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat ikollu fis-seħħ arranġamenti li jkopru l-kontdotta tal-atturi fis-suq u li jiżgura li numru suffiċjenti ta' ditti ta' investiment jieħdu sehem f'tali arranġamenti, li se jagħtu kwoti stretti bi prezzijiet kompetittivi bir-riżultat li tiġi pprovduta likwidità lis-suq fuq bażi regolari u kontinwa għal proporzjon minimu ta' sigħat kontinwi ta' negozjar, b'kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet, regoli u regolamenti prevalenti tas-suq, sakemm rekwiżit ma jkunx xieraq għan-natura u l-iskala tan-negozju f'dan is-suq regolat. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat jidħol fi ftehim bil-miktub vinkolanti bejn is-suq regolat u d-ditta ta' investiment dwar l-obbligi li jinqalgħu mill-parteċipazzjoni f'tali sekma, inkluż iżda mhux limitat għal provvediment ta' likwidità. Is-suq regolat għandu jimmoniterja u jinforza l-osservanza mid-ditti ta' investiment tar-rekwiżiti ta' tali arranġamenti bil-miktub vinkolanti. Is-suq regolat għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tiegħu dwar il-kontenut tal-ftehim bil-miktub vinkolanti u għandu jissodisfa lill-awtorità kompetenti tiegħu bil-konformità tiegħu mar-rekwiżiti f'dan il-paragrafu.

L-AETS għandha tiżviluppa linji gwida dwar iċ-ċirkostanzi li fihom ditta tal-investiment tkun obbligata tidħol fil-ftehim li jikkostitwixxi s-suq imsemmi f'dan il-paragrafu u tista' tiżviluppa linji gwida dwar il-kontenut ta' tali ftehimiet.

1b.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-suq regolat ikollu sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi stabbiliti biex jiżguraw li l-ordnijiet kollha mdaħħla fis-sistema minn membru jew parteċipant ikunu validi għal minimu ta' 500 millisekonda u li ma jistgħux jiġu kkanċellati jew modifikati matul dak il-perjodu.

2.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li suq regolat ikollu fis-seħħ sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi biex jirrifjutaw ordnijiet li jaqbżu l-livelli minimi predeterminati ta' volum u prezz jew li huma żbaljati b'mod ċar ▌.

2a.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat ikun kapaċi jwaqqaf temporanjament in-negozju jekk ikun hemm moviment tal-prezz sinifikanti fi strument finanzjarju f'dak is-suq jew, meta jkun informat mill-operatur tas-suq rilevanti, suq relatat matul perjodu qasir u, f'każijiet eċċezzjonali, li jkun jista' jikkanċella, ivarja jew jikkoreġi kwalunkwe tranzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat jiżgura li l-parametri għat-twaqqif tal-kummerċ ikunu kalibrati b'tali mod li titqies il-likwidità tal-klassijiet u subklassijiet differenti tal-assi, in-natura tal-mudell ta' suq u t-tipi ta' utenti u li jkun biżżejjed biex jiġi evitat tfixkil għar-regolarità tal-kummerċ.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li suq regolat jirrapporta l-parametri għat-twaqqif tan-negozju u kull bidla materjali lil dawk il-parametri lill-awtorità kompetenti b'mod konsistenti u komparabbli, u li l-awtorità kompetenti mbagħad min-naħa tagħha tirrappurtahom lill-AETS. L-AETS għandha tippubblika l-parametri fuq il-websajt tagħha. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li meta suq regolat li jkun materjali fir-rigward tal-likwidità f'dak l-istrument iwaqqaf in-negozju, fi kwalunkwe Stat Membru, dak il-ċentru ta' negozjar ikollu s-sistemi u l-proċeduri neċessarji fis-seħħ biex jiżgura li se jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jikkoordina reazzjoni fis-suq kollu u jiddetermina jekk hux xieraw li jwaqqaf postijiet oħra ta' kummerċ li fihom qed jiġi kummerċjalizzat l-istrument sakemm jerġa' jibda l-kummerċ fis-suq oriġinali.

3.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li suq regolat ikollu fis-seħħ sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi, inklużi li jirrikjedu li l-membri jew il-parteċipanti jwettqu ttestjar xieraq tal-algoritmi u jipprovdu ambjenti li jiffaċilitaw tali ttestjar, biex ikun żgurat li s-sistemi ta' negozjar algoritmiċi jew bi frekwenza għolja ma jistgħux joħolqu jew jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet diżordinati fis-suq u biex tkun immaniġġjata kwalunkwe kundizzjoni diżordnata tan-negozju li tirriżulta minn tali sistemi algoritmiċi jew bi frekwenza għolja, inklużi sistemi li jidentifikaw l-ordnijiet kollha li jinvolvu negozjar bi frekwenza għolja, jillimitaw il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti għal tranżazzjonijiet li jistgħu jiddaħħlu fis-sistema minn membru jew parteċipant, biex ikun kapaċi jnaqqas il-veloċità tal-ordnijiet jekk ikun hemm riskju li tintlaħaq il-kapaċità tas-sistema u li jillimita u jinforza d-daqs minimu ta' funzjonament li jista' jkun esegwit fis-suq.

4.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li s-swieq regolati jipprojbixxu lil membri jew lil parteċipanti milli jipprovdu aċċess sponsorjat u skopert għas-suq. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li suq regolat li jippermetti aċċess dirett għas-suq għandu jkollu fis-seħħ sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi li jippermettu li membri jew parteċipanti huma permessi biss li jipprovdu t-tali servizzi jekk huma ditta tal-investiment awtorizzata skont din id-Direttiva, li hija stabbilita u applikata kriterja ċara fir-rigward tal-adattabilità tal-persuni li jistgħu jkunu pprovduti bit-tali aċċess u li membru jew parteċipant ikun responsabbli għal ordnijiet u kummerċ eżegwit bl-użu ta' dak is-servizz.

L-Istati Membri għandhom jistipulaw li s-suq regolat jistabbilixxi standards xierqa fir-rigward ta' kontrolli u livelli limitu tar-riskju permezz tat-tali aċċess u li jkun kapaċi jiddistingwi u jekk meħtieġ iwaqqaf ordnijiet jew kummerċ minn persuna li qed tuża aċċess dirett għas-suq separatament minn ordnijiet jew kummerċ minn membru jew parteċipant.

5.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li suq regolat għandu jiżgura li r-regoli tiegħu dwar is-servizzi ta' kolokazzjoni ▌huma trasparenti, ġusti u mhux diskriminatorji.

5a.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li suq regolat jiżgura li l-istrutturi tal-ħlasijiet tiegħu inklużi ħlasijiet ta' eżekuzzjoni, ħlasijiet anċillari u kwalunkwe ribass jkunu trasparenti, ġusti u mhux diskriminatorji u li ma joħolqux inċentivi biex jagħmlu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw ordnijiet jew li jeżegwixxu tranżazzjonijiet b'tali mod li jikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet tan-negozjar diżordinati jew abbuż tas-suq. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li suq regolat jimponi obbligi li jikkostitwixxu s-suq fl-ishma individwali jew grupp xieraq ta' ishma bi skambju għal kwalunkwe traħħis li jingħata, li jimponi ħlas ogħla għat-tqegħid ta' ordni li jiġi sussegwentement ikkanċellat minn ordni li jiġi eżegwit u li jimponi ħlas ogħla lill-parteċipanti li jqiegħdu proporzjon għoli ta' ordnijiet ikkanċellati minn ordnijiet eżegwiti u fuq dawk li joperaw strateġija ta' negozjar bi frekwenza għolja sabiex jiġi rifless il-piż addizzjonali fuq il-kapaċità tas-sistema.

L-Istati Membri għandhom jippermettu li suq regolat jaġġusta l-ħlasijiet tiegħu għall-ordnijiet ikkanċellati skont it-tul ta' żmien li matulu tkun inżammet l-ordni u li jirregola t-tariffi għal kull strument finanzjaraju li japplikaw għalih.

6.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li fuq talba tal-awtorità kompetenti għal suq regolat, dak is-suq regolat jagħmel disponibbli lill-awtorità kompetenti dejta marbuta mal-ktieb tal-ordnijiet jew jagħti lill-awtorità kompetenti aċċess għall-ktieb tal-ordnijiet biex tkun kapaċi timmonitorja l-kummerċ.

7.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jikkonċernaw ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu, u b'mod partikolari:

   (a) li jiżguraw sistemi tan-negozjar ta' swieq regolati li huma resiljenti u li għandhom kapaċità adegwata;
  

   (c) li jistipulaw l-proporzjon massimu ▌ta' ordnijiet mhux eżegwiti għal tranżazzjonijiet li jistgħu jkunu adotti minn swieq regolati b'kunsiderazzjoni tal-likwidita tal-istrument finanzjarju;
   (d) li jidentifikaw ċirkustanzi li fihom jista' jkun xieraq li jitnaqqas il-fluss tal-ordnijiet;
   (e) li jiżguraw li servizzi ta' ko-lokazzjoni u strutturi ta' ħlas huma ġusti u nondiskriminatorji u li l-istrutturi tal-ħlas ma joħolqux inċentivi għall-kundizzjonijiet diżordinati ta' kummerċ jew abbuż mis-suq;
   (ea) li jiddeterminaw meta suq regolat jkun materjali fir-rigward ta' likwidità f'dak l-istrument;
   (eb) li jiżguraw li l-iskemi għall-ġenerazzjoni tas-suq ikunu ġusti u mhux diskriminatorji u li jistabbilixxu obbligi minimi għall-ġenerazzjoni tas-suq li swieq regolati għandhom jistipulaw meta jfasslu skema għall-ġenerazzjoni tas-suq u l-kundizzjonijiet li taħthom ir-rekwiżit li jkun hemm skema għall-ġenerazzjoni tas-suq ma jkunx xieraq.
   (ec) li jiżguraw ittestjar xieraq tal-algoritmi biex ikun żgurat li s-sistemi ta' negozjar algoritmiċi jew bi frekwenza għolja ma jkunux jistgħu joħolqu jew jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet diżordnati ta' negozjar fis-suq.

Artikolu 51a

Daqsijiet ta' funzjonament

1.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li s-swieq regolati jadottaw reġimi tad-daqsijiet tal-funzjonament f'ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-Borża, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra u fi strumenti finanzjarji oħra li għalihom jiġu żviluppati standards tekniċi regolatorji bi qbil mal-paragrafu 4.

2.  Ir-reġimi tad-daqsijiet tal-funzjonament msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

   (a) ikunu kalibrati biex jirriflettu l-profil tal-likwidità tal-istrument finanzjarju fi swieq differenti u l-firxa medja bejn it-talba u l-offerta, b'kunsiderazzjoni tax-xewqa li jiġu permessi prezzijiet stabbli raġonevoli mingħajr ma jiġi limitat aktar it-tnaqqis tal-firxiet;
   (b) jadattaw id-daqs tal-funzjonament għal kull strument finanzjarju kif xieraq.

3.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika daqsijiet tal-funzjonament minimi jew reġimi tad-daqsijiet tal-funzjonament f'ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-Borża, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra meta dan ikun neċessarju biex tiżgura l-funzjonament ordinat tas-swieq, skont il-fatturi tal-paragrafu 2

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...](57).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika daqsijiet tal-funzjonament minimi jew reġimi tad-daqsijiet tal-funzjonament għal strumenti finanzjarji speċifiċi barra dawk imsemmija fil-paragrafu 3 meta dan ikun neċessarju biex tiżgura l-funzjonament ordinat tas-swieq, bi qbil mal-fatturi tal-paragrafu 2 u l-prezz, il-firxa u d-dettall tal-likwidita tal-istrumenti.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 51b

Sinkronizzazzjoni tal-arloġġi tan-negozju

1.  L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-postijiet tan-negozju kollha u l-parteċipanti tagħhom jissinkronizzaw l-arloġġi tan-negozju li jużaw biex jirreġistraw id-data u l-ħin ta’ kull avveniment li għandu jiġi rappurtat.

2.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-livell ta’ akkuratezza li l-arloġġi għandhom jilħqu fis-sinkronizzazzjoni skont standards internazzjonal.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...](58).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [Em. 4]

Artikolu 52

Ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-swieq regolati jkollhom regoli ċari u trasparenti rigward l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar.

Dawn ir-regoli għandhom jiżguraw illi kull strument finanzjarju ammess għan-negozjar f'suq regolat ikun kapaċi jiġi kkummerċjat b'mod ġust, bl-ordni u b'mod effiċjenti u, fil-każ tat-titoli trasferibbli, li dawn ikunu jistgħu jiġu kkummerċjati fil-libertà.

2.  Fil-każ tad-derivati, ir-regoli għandhom jiżguraw b'mod partikulari illi d-disinn tal-kuntratt tad-derivati jippermetti għall-ipprezzar bl-ordni tagħhom kif ukoll għall-eżistenza ta' kundizzjonijiet effettivi tas-saldu .

3.  Minbarra l-obbligi mogħtija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-suq regolat jistabbilixxi u jżomm arranġamenti effettivi sabiex jivverifika li l-emittenti tat-titoli trasferibbli li jiġu ammessi għan-negozjar fis-suq regolat jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea rigward l-obbligi inizjali, kontinwa jew ad hoc tal-iżvelar.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi s-suq irregolat jistabbilixxi arranġamenti li jiffaċilitaw l-aċċess, għall-membri jew il-parteċipanti tiegħu, għat-tagħrif li jkun ġie ppubblikat skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-swieq regolati jkunu stabbilixxew l-arranġamenti meħtieġa sabiex jirrevedu b'mod regolari l-konformità tal-istrumenti finanzjarji li huma jammettu għan-negozjar mar-rekwiżiti għall-ammissjoni .

5.  Titolu trasferibbli li jkun ġie ammess  għan-negozjar  f'suq  irregolat  jista' jiġi ammess sussegwentement  għan-negozjar  fi swieq regolati oħra, saħansitra mingħajr il-kunsens  tal-emittent  u f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2003/71/KE.▌ L-emittent għandu jiġi mgħarraf mis-suq regolat dwar il-fatt illi t-titoli tiegħu ikunu qegħdin jiġu kkummerċjati f'dak is-suq regolat. L-emittent ma għandu jkun suġġett għall-ebda obbligu li jipprovdi t-tagħrif meħtieġ skont il-paragrafu 3 direttament lil kull suq regolat li jkun ammetta t-titoli tiegħu għall-kummerċ minghajr il-kunsens tiegħu.

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati bi qbil mal-Artikolu 94 li:

   (a) jispeċifikaw il-karatteristiċi tal-klassijiet differenti tal-istrumenti li għandhom jitqiesu mis-suq regolat meta jkun qed jivvaluta jekk strument ikunx maħruġ b'mod li jkun konsistenti mal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 sabiex jiġi ammess għan-negozjar fis-segmenti differenti tas-suq li huwa jħaddem ;
   (b) jiċċaraw l-arranġamenti li s-suq regolat irid jimplimenta sabiex jitqies li jkun issodisfa l-obbligu tiegħu li jivverifika illi l-emittent ta' titolu trasferibbli jkun jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea rigward l-obbligi inizjali, kontinwa jew ad hoc tal-iżvelar;
   (c) jiċċaraw l-arranġamenti li s-suq regolat irid jistabbilixxi skont il-paragrafu 3 sabiex jiffaċilita l-aċċess, għall-membri jew il-parteċipanti tiegħu, għat-tagħrif li jkun ġie ppubblikat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġijiet tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 53

Is-sospensjoni u t-tneħħija tal-istrumenti mill-kummerċ

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 72(1)(d) u (e) li titlob għas-sospensjoni jew it-tneħħija ta' strument mill-kummerċ, l-operatur tas-suq regolat jista' jissospendi jew ineħħi mill-kummerċ strument finanzjarju li ma jkunx għadu jikkonforma mar-regoli tas-suq regolat għajr jekk dan il-pass x'aktarx li jkun se jikkawża ħsara sinifikanti lill-interessi tal-investituri jew lill-funzjonament bl-ordni tas-suq.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li operatur ta' suq regolat li jissospendi jew ineħħi mill-kummerċ strument finanzjarju jippubblika din id-deċiżjoni , jikkomunikaha lis-swieq regolati l-oħrajn u lill-MTFs u lill-OTFs li jkunu jikkummerċjaw l-istess strument finanzjarju u jikkomunika t-tagħrif rilevanti lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra b'dan .

L-awtorità kompetenti rilevanti skont it-tifsira tal-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 għal dak l-istrument finanzjarju għandha teżiġi s-sospensjoni jew t-tneħħija min-negozjar fis-swieq regolati, MTFs u OTFs li joperaw taħt is-superviżjoni tagħhom malajr kemm jista' jkun u għandha teżiġi wkoll is-sospensjoni jew it-tneħħija tagħhom bi qbil mal-paragrafu 2 meta s-sospensjoni jew it-tneħħija hija minħabba n-nuqqas ta' żvelar ta' informazzjoni dwar l-emittent jew l-istrument finanzjarju.

2.  Awtorità kompetenti li titlob li jkun hemm is-sospensjoni jew it-tneħħija ta' strument finanzjarju mill-kummerċ f'suq regolat wieħed  jew iktar f'MTF jew f'OTF waħda jew iktar  bi qbil mal-paragrafu 1 għandha tippubblika  d-deċiżjoni tagħha minnufih  u tgħarraf lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. Ħlief meta dan x'aktarx li jikkawża ħsara sinifikanti lill-interessi tal-investituri jew lill-funzjonament bl-ordni tas-suq intern, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra għandhom jeżiġu li jkun hemm is-sospensjoni jew it-tneħħija ta' dan l-istrument finanzjarju mill-kummerċ fis-swieq regolati u fl-MTFs u fl-OTFs li joperaw taħt is-superviżjoni tagħhom.

3.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format u ż-żmien tal-komunikazzjonijiet u l-pubblikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa [...](59).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 biex tispeċifika l-lista ta' ċirkustanzi li jikkostitwixxu ħsara sinifikanti lill-interessi tal-investituri, tispeċifika l-kunċett ta' “malajr kemm jista' jkun” u l-funzjonament bl-ordni tas-suq intern imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u sabiex tistabbilixxi l-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu man-nuqqas ta' divulgar tat-tagħrif dwar l-emittent jew dwar l-istrument finanzjarju kif imsemmi fil-paragrafu 1, inkluża l-proċedura neċessarja għat-tneħħija tas-sospensjoni tal-kummerċ fi strument finanzjarju.

Artikolu 54

Kooperazzjoni u skambju tal-informazzjoni għas-swieq regolati

1.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li, b'rabta ma' strument finanzjarju, operatur ta' suq regolat immedjatament jinforma lill-operaturi ta' swieq regolati oħra, MTFs u OTFs dwar:

   (a) kundizzjonijiet ta' negozjar diżordinat;

▌u

   (c) taqlibiet fis-sistema.

1a.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu operatur ta' suq regolat li jidentifika kondotta li tista' tindika mġiba abbużiva fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru .../... [MAR] jinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti magħżula skont l-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament jew lil korp li jkun ġie delegat is-setgħat tal-awtorità kompetenti bi qbil mal-Artikolu 17 ta' dak ir-Regolament sabiex ikun possibbli li jkun hemm sorveljanza minn suq għal ieħor fil-ħin reali.

2.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw iċ-ċirkustanzi speċifiċi li jwasslu għal rekwiżit ta' informazzjoni kif referut fil-paragrafu 1.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...](60).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil ▌mal-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 55

L-aċċess għas-suq regolat

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-suq regolat jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm regoli trasparenti u mhux diskriminatorji, imsejsa fuq kriterji oġġettivi, li jirregolaw l-aċċess għas-suq regolat jew is-sħubija fih.

2.  Dawn ir-regoli għandhom jispeċifikaw kull obbligu għall-membri jew għall-parteċipanti li joħroġ minn:

   (a) il-kostituzzjoni u l-amministrazzjoni tas-suq regolat;
   (b) ir-regoli li għandhom x'jaqsmu mat-tranżazzjonijiet imwettqa fis-suq ;
   (c) l-istandards professjonali imposti fuq il-persunal tad-ditti tal-investiment jew tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu qed jaħdmu fis-suq;
   (d) il-kundizzjonijiet stabbiliti, għal membri jew għal parteċipanti oħra għajr id-ditti tal-investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu, skont il-paragrafu 3;
   (e) ir-regoli u l-proċeduri għall-ikklerjar u s-saldu tat-tranżazzjonijiet konklużi fis-suq regolat.

3.  Is-swieq regolati jistgħu jammettu bħala membri jew parteċipanti ditti tal-investiment, istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE u persuni oħra li:

   (a) għandhom fama tajba biżżejjed ;
   (b) għandhom livell biżżejjed ta' abbiltà , kompetenza u esperjenza fil-kummerċ ;
   (c) għandhom, fejn ikun applikabbli , arranġamenti organizzattivi adegwati;
   (d) għandhom biżżejjed riżorsi għar-rwol li jridu jwettqu, filwaqt li jitqiesu l-arranġamenti finanzjarji differenti li jista' jkun stabbilixxa s-suq regolat sabiex jiggarantixxi s-saldu adegwat tat-tranżazzjonijiet .

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, rigward it-tranżazzjonijiet konklużi f'suq regolat, il-membri u l-parteċipanti ma jkunux obbligati japplikaw, ma' xulxin, l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 24, 25, 27 u 28. Madankollu, il-membri tas-suq regolat jew il-parteċipanti fih għandhom japplikaw l-obbligi pprovduti fl-Artikoli 24, 25, 27 u 28 għall-klijenti tagħhom meta, huma u jaġixxu f'isem il-klijenti tagħhom, iwettqu l-ordnijiet tagħhom f'suq regolat.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi r-regoli dwar l-aċċess għas-suq regolat jew is-sħubija fih jipprovdu għall-parteċipazzjoni diretta jew remota tad-ditti tal-investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu.

6.  L-Istati Membri għandhom, mingħajr iktar rekwiżiti legali jew amministrattivi, jippermettu lis-swieq regolati mill-Istati Membri l-oħra jipprovdu l-arranġamenti x-xierqa fit-territorju tagħhom sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għal dawn is-swieq u l-kummerċ fihom mill-membri remoti jew mill-parteċipanti stabbiliti fit-territorju tagħhom.

Is-suq regolat għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu l-Istat Membru li fih ikun biħsiebu jipprovdi dawn l-arranġamenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika, fi żmien xahar (1), din l-informazzjoni lill-Istat Membru li fih is-suq regolat ikun beħsiebu jipprovdi dawn l-arranġamenti. L-AETS tista' titlob aċċess għal dik l-informazzjoni skont il-proċedura u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tas-suq regolat għandha, fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u fi żmien raġonevoli, tikkomunika l-identità tal-membri tas-suq regolat jew tal-parteċipanti fih stabbiliti f'dak l-Istat Membru.

7.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur tas-suq regolat jikkomunika, fuq bażi regolari, il-lista tal-membri tas-suq regolat u tal-parteċipanti fih lill-awtorità kompetenti tas-suq regolat.

Artikolu 56

Il-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli tas-suq regolat u mal-obbligi legali l-oħra

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi s-swieq regolati jistabbilixxu u jżommu arranġamenti u proċeduri effettivi għall-monitoraġġ regolari  tal-konformità tal-membri jew tal-parteċipanti tagħhom  mar-regoli tagħhom. Is-swieq regolati għandhom jimmonitorjaw l-ordnijiet magħmula u kkanċellati u t-tranżazzjonijiet mill-membri jew mill-parteċipanti tagħhom skont is-sistemi tagħhom sabiex jidentifikaw kontravenzjonijiet rigward il-ksur ta' dawk ir-regoli, u l-kundizzjonijiet diżordinati tal-kummerċ jew kondotta li jistgħu jinvolvu abbuż tas-suq u għandhom japplikaw ir-riżorsa meħtieġa biex jiżguraw li tali monitoraġġ ikun effettiv.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operaturi tas-swieq regolati  jirrappurtaw ksur  sinifikanti tar-regoli  tagħhom jew kundizzjonijiet diżordinati tal-kummerċ jew kondotta  li tista' tinvolvi  abbuż tas-suq lill-awtorità kompetenti tas-suq regolat. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll illi l-operatur tas-suq regolat iforni t-tagħrif rilevanti mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti sabiex jiġi investigat u mħarrek  l-abbuż tas-suq fis-suq regolat u li huwa jagħti  assistenza sħiħa lil din  tal-aħħar fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-abbuż tas-suq li jkun qed iseħħ fis-sistemi  tas-suq regolat jew permezz tagħhom  .

Artikolu 57

Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-arranġamenti tal-kontroparti ċentrali u tal-ikklerjar u tas-saldu

1.  L-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu lis-swieq regolati milli jidħlu f'arranġamenti xierqa  ma' kontroparti ċentrali jew ma' ċentru tal-ikklerjar  u ma'  sistema tas-saldu ta'  Stat Membru ieħor bil-ħsieb li jipprovdu għall-ikklerjar  u/jew għas-saldu ta'  wħud mit-tranżazzjonijiet jew tat-tranżazzjonijiet kollha konklużi mill-parteċipanti tas-suq fis-sistemi  tagħhom.

2.  L-awtorità kompetenti ta' suq regolat ma tistax topponi l-użu ta' kontroparti ċentrali, ta' ċentri tal-ikklerjar  u/jew ta'  sistemi tas-saldu  fi Stat Membru ieħor għajr meta dan ikun meħtieġ , b'mod li jista' jintwera,  sabiex jinżamm il-funzjonament bl-ordni ta' dak  is-suq regolat u filwaqt li  jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-sistemi tas-saldu  stabbiliti fl-Artikolu 39(2).

Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni mhix dovuta  tal-kontrolli, l-awtorità kompetenti għandha tqis is-sorveljanza/is-superviżjoni  tas-sistema tal-ikklerjar u tas-saldu  diġà eżerċitata mill-banek ċentrali nazzjonali  bħala sorveljanti tas-sistemi tal-ikklerjar u tas-saldu  jew minn awtoritajiet superviżorji  oħrajn li għandhom  il-kompetenza fejn jidħlu dawn is-sistemi.

Artikolu 58

Lista ta' swieq regolati

Kull Stat Membru  għandu jfassal lista tas-swieq regolati li għalihom huwa  jkun l-Istat Membru tad-domiċilju u għandu jibgħat din il-lista lill-Istati Membri l-oħra u lill-AETS. Għandha ssir  komunikazzjoni simili rigward kull bidla f'dik il-lista. L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista tas-swieq irregolati kollha fuq is-sit elettroniku  tagħha.

IT-TITOLU IV

LIMITI TAL-POŻIZZJONI, KONTROLLI U RAPPORTAR

Artikolu 59

Limiti ta' pożizzjoni u kontrolli

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-swieq regolati u l-operaturi tal-MTFs u l-OTFs li jammettu għan-negozjar jew jinnegozjaw derivati ta' komoditajiet japplikaw limiti fuq l-ammont ta' kuntratti jew pożizzjonijiet li membri jew parteċipanti ta' kwalunkwe suq ikunu jistgħu jidħlu fihom jew iżommu fuq perjodu speċifiku taż-żmien ▌biex:

   (a) jappoġġaw il-likwidità;
   (b) jipprevjenu l-abbuż tas-suq;
   (c) jappoġġaw il-kundizzjonijiet xierqa ta' pprezzar u s-saldu;
   (ca) jippromwovu konverġenza bejn il-prezzijiet ta' derivati fix-xahar tat-twassil u jimmarkaw il-prezzijiet għall-komodità sottostanti, mingħajr preġudizzju għall-iskoperta tal-prezzijiet fis-suq għall-komodità sottostanti;
   (cb) jipprevjenu l-bini ta' pożizzjonijiet li jfixklu s-suq.

Il-limiti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għal kuntratti konklużi kemm fiżikament jew bi flus kontanti, għandhom ikunu trasparenti u nondiskriminatorji, jispeċifikaw il-persuni li japplikaw għalihom u kwalunkwe eżenzjonijiet, u jqisu n-natura u l-kompożizzjoni tal-parteċipanti tas-suq u tal-użu li huma jagħmlu mill-kuntratti ammessi għan-negozjar. Huma għandhom jispeċifikaw livelli limitu kwantitattivi ċari bħall-pożizzjonijiet netti massimi li persuni ▌jistgħu jidħlu fihom jew iżommu tul perjodu ta' żmien speċifiku, wara li jqisu l-karatteristiċi tas-suq tad-derivati, inkluż il-likwidità, u s-suq tal-komodità sottostanti, inkluż mudelli ta' produzzjoni, konsum u trasportazzjoni għas-suq. Dawn ma għandhomx japplikaw għal pożizzjonijiet li b'mod oġġettivament kalkolabbli jnaqqsu r-riskji relatati direttament ma' attivitajiet kummerċjali.

1a.  Għal pożizzjonijiet li b'mod oġġettivament kalkolabbli jnaqqsu r-riskji relatati mal-attivitajiet kummerċjali għandha tiġi introdotta sistema ta' kontroll tal-pożizzjoni. Dan il-kontroll tal-pożizzjoni għandu jitwettaq mis-swieq regolati u l-operaturi tal-MTFs u l-OTFs f'konformità ma' dan li ġej;

   (a) il-membri u l-parteċipanti tas-swieq regolati, l-MTFs u l-OTFs għandhom jirrapportaw liċ-ċentru ta' negozjar rispettiv id-dettalji tal-pożizzjonijiet tagħhom, skont l-Artikolu 60(2);
   (b) is-swieq regolati u l-operaturi ta' MTFs u OTFs jistgħu jitolbu informazzjoni mill-membri u l-parteċipanti dwar id-dokumentazzjoni kollha rilevanti dwar id-daqs jew l-iskop ta' pożizzjoni jew esponiment li daħlu fihom permezz ta' derivattiva tal-komoditajiet;
   (c) wara analiżi tal-informazzjoni rċevuta skont il-punti (a) u (b), is-swieq regolati u l-operaturi ta' MTFs u OTFs jistgħu jitolbu li jittieħdu passi minn membri jew parteċipanti tas-suq affettwati, jew jistgħu jieħdu passi huma stess, biex inaqqsu jew jeliminaw id-daqs tal-pożizzjoni jew esponiment tad-derivati tal-komoditajiet jekk dan ikun meħtieġ biex jiġu żgurati l-integrità u l-funzjonament tas-swieq affettwati;
   (d) wara analiżi tal-informazzjoni rċevuta skont il-punti (a) u (b), is-swieq regolati u l-operaturi ta' MTFs u OTFs jistgħu, jekk il-miżuri taħt il-punt (c) ikunu inadegwati, jillimitaw l-abilità tal-membri jew il-parteċipanti tas-suq biex jidħlu f'derivattiva tal-komoditajiet, inkluż permezz tal-introduzzjoni ta' limiti mhux diskriminatorji fuq pożizzjonijiet li jistgħu jidħlu fihom membri jew parteċipanti tas-suq fuq perjodu speċifiku ta' żmien, jekk dan ikun meħtieġ biex jiġu żgurati l-integrità u l-funzjonament tas-swieq affettwati.
   (e) is-swieq regolati, l-MTFs u l-OTFs għandhom, skont il-paragrafu 2, jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bid-dettalji tal-informazzjoni rċevuta skont il-punti (b) sa (d) u l-miżuri meħuda;
   (f) l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru t-total tad-dejta rċevuta minn ċentri differenti ta' negozjar u għandhom, fejn meħtieġ, jeżiġu li l-membri jew il-parteċipanti tas-suq inaqqsu l-pożizzjoni aggregata tagħhom skont il-paragrafu 3.

1b.  Is-swieq regolati, u l-operaturi ta' MTFs u OTFs li jammettu għan-negozjar jew jinnegozjaw derivati ta' komoditajiet jistgħu jimponu arranġamenti addizzjonali fir-rigward ta' kuntratti u pożizzjonijiet li għalihom jiġu stabbiliti limiti f'konformità mal-paragrafu 1 fejn dan ikun neċessarju biex jiġu żgurati l-integrità u l-funzjonament regolari tas-swieq affettwati. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżiġu wkoll li s-swieq regolati, u l-operaturi ta' MTFs u OTFs li jammettu għan-negozjar jew jinnegozjaw derivati ta' komoditajiet jimponu tali arranġamenti addizzjonali fejn ikun meħtieġ biex jiġu żgurati l-integrità u l-funzjonament regolari tas-swieq

2.  Swieq regolati, MTF u OTFs għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bid-dettalji tal-limiti tal-pożizzjonijiet jew il-kontrolli. L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-istess informazzjoni lill-AETS li għandha tippubblika u żżomm fuq is-sit elettroniku tagħha database b'sommarji tal-limiti tal-pożizzjoni fis-seħħ.

2a.  L-AETS għandha perjodikament teżamina d-dejta rċevuta skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 60(1) u (1a) u għandha teżamina jekk humiex meħtieġa miżuri fir-rigward tal-pożizzjonijiet li b'mod oġġettivament kalkolabbli jistgħu inaqqsu r-riskji relatati ma' attivitajiet kummerċjali b'żieda ma' dawk li jipprovdi għalihom il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu sabiex jiġu żgurati l-integrità u l-funzjonament regolari tas-swieq.

Fejn tqis li tali miżuri huma neċessarji, l-AETS għandha tissottometti rapport motivat lill-Kummissjoni li jispjega l-miżuri proposti u għaliex huma meħtieġa u għandha tgħaddi rapport mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.  L-AETS għandha tfassal standards regolatorji tekniċi biex tiddetermina l-limiti msemmija fil-paragrafu 1 u tispeċifika ulterjorment il-kontroll tal-pożizzjoni msemmija fil-paragrafu 1a, b'mod partikolari l-limiti fuq l-ammont ta' kuntratti jew il-pożizzjoni netta li kwalunkwe persuna tkun tista' tidħol fiha jew iżżomm tul perjodu speċifiku, il-metodi għall-kalkolu ta' pożizzjonijiet stabbiliti minn persuni direttament jew indirettament, il-modalitajiet għall-applikazzjoni ta' tali limiti, inkluż il-pożizzjoni aggregata fit-totalità taċ-ċentri ta' negozjar u l-kriterji biex jiġi determinat jekk persuna tikkwalifikax bħala tali li tnaqqas ir-riskji relatati ma' attiviatjiet kummerċjali

Il-limiti li għandhom jiddifferenzjaw bejn il-klassijiet tal-parteċipanti fis-suq, u l-kontroll tal-pożizzjoni għandhom iqisu l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a u r-regoli li ġew stabbiliti mis-swieq regolati, l-MTFs u l-OTFs.

Wara li twettaq konsultazzjoni pubbliku miftuħa, l-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […](61).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Il-limiti u l-kontroll tal-pożizzjoni determinati fl-istandards tekniċi regolatorji għandhom ukoll jieħu preċedenza fuq kwalunkwe miżura imposta mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 72(g) ta' din id-Direttiva.

4.  L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jimponu limiti ▌li jkunu iktar ristrettivi minn dawk adotti skont il-paragrafu 3 għajr għal każijiet eċċezzjonali fejn huma ġustifikati b'mod oġġettiv u proporzjonati u jqisu l-likwidità tas-suq speċifiku u l-funzjonament tajjeb tas-suq. Ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu validi għal perjodu inizjali li ma jaqbiżx sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fuq is-sit elettroniku tal-awtorità kompetenti rilevanti. It-tali restrizzjoni tista' tiġi mġedda għal iktar perjodi li ma jaqbżux is-sitt xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għar-restrizzjoni jkomplu jkunu applikabbli. Jekk ir-restrizzjoni ma tkunx imġedda wara dak il-perjodu ta' sitt xhur, hija tiskadi awtomatikament.

Meta jadottaw limiti iktar restrittivi minn dawk adotti skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-AETS. In-notifika għandha tinkludi ġustifikazzjoni għal-limiti iktar restrittivi. L-AETS għandha fi żmien 24 siegħa toħroġ opinjoni dwar jekk tikkunsidrax il-miżura bħala waħda neċessarja biex tindirizza l-każ eċċezzjonali. L-opinjoni għandha tkun ippubblikata fuq is-sit elettroniku tal-AETS.

Fejn awtorità kompetenti timponi limiti kuntrarji għall-opinjoni tal-AETS, hija għandha immedjatament tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha avviż fejn tispjega b'mod sħiħ ir-raġunijiet tagħha biex tagħmel dan.

Artikolu 60

Ir-rappurtar tal-pożizzjonijiet skont il-kategoriji tal-operaturi tas-suq

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li swieq regolati, MTFs, u OTFs li jammettu għan-negozjar jew jinnegozjaw derivati ta' komoditajiet jew kwoti tal-emissjonijiet jew derivati tagħhom:

   (a) jagħmlu pubbliku rapport ta' darba fil-ġimgħa b'ġabra tal-pożizzjonijiet meħuda minn kategoriji differenti ta' negozjanti għall-istrumenti finanzjarji differenti nnegozjati fuq il-pjattaformi tagħhom skont il-paragrafu 3 u jikkomunikaw dan ir-rapport lill-awtorità kompetenti u lill-AETS;
   (b) jipprovdu lill-awtorità kompetenti b'analiżi statistika kompleta tal-pożizzjonijiet ta' kwalunkwe membri jew parteċipanti tas-suq jew il-membri jew parteċipanti kollha, inkluż kwalunkwe pożizzjonijiet meħuda f'isem il-klijenti tagħhom, wara li ssir talba għaliha.
   L-obbligu stipulat fil-punt (a) għandu japplika biss meta kemm in-numru ta' negozjanti u l-pożizzjonijiet miftuħa tagħhom fi strument finanzjarju partikolari jaqbeż l-anqas livelli minimi.

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ditti ta' investiment li jinnegozjaw f'derivati tal-komoditajiet jew kwoti tal-emissjonijiet jew derivati tagħhom barra minn ċentru ta' negozjar jipprovdu lill-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, deskrizzjoni kompleta tal-pożizzjonijiet tagħhom, skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru .../...[MiFIR] u, fejn applikabbli, tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011.

2.  Biex jippermettu l-pubblikazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li membri u parteċipanti ta' swieq regolati, MTFs u OTFs jirrappurtaw lill-ċentru ta' negozjar rispettiv id-dettalji tal-pożizzjonijiet tagħhom fi żmien reali, inkluż kwalunkwe pożizzjonijiet detenuti f'isem il-klijenti tagħhom.

3.  Il-membri, parteċipanti u l-klijenti tagħhom għandhom ikunu kklassifikati minn suq regolat, MTF jew OTF bħala negozjanti skont in-natura tal-kummerċ ewlieni tagħhom, wara li jqisu kwalunkwe awtorizzazzjoni applikabbli, bħala:

   (a) ditti tal-investiment kif iddefinit fid-Direttiva 2004/39/KE jew istituzzjoni ta' kreditu kif iddefinit fid-Direttiva 2006/48/KE;
   (b) fondi ta' investiment, jew intrapriża għall-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) kif iddefinit fid-Direttiva 2009/65/KE, jew maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv kif iddefinit fid-Direttiva 2011/61/UE;
   (c) istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, inkluż intrapriżi tal-assikurazzjoni u intrapriżi ta' riassikurazzjoni kif iddefinit fid-Direttiva 2009/138/KE, u istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali kif iddefinit fid-Direttiva 2003/41/KE;
   (d) intrapriżi kummerċjali;
   (e) fil-każ ta' kwoti tal-emissjonijiet jew derivati tagħhom, operaturi b'obbligi ta' konformità skont id-Direttiva 2003/87/KE.
   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jispeċifikaw in-numru ta' pożizzjonijiet twal u qosra permezz tal-kategorija tan-negozjant, bidliet fihom mir-rapport preċedenti, il-perċentwali tat-total ta' interess miftuħ rappreżentat minn kull kategorija, u n-numru ta' negozjanti f'kull kategorija.
   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1(a) u l-paragrafu 1a għandhom jiddefferenzjaw bejn:
   (a) pożizzjonijiet identifikati bħala pożizzjonijiet li b'mod oġġettivament kalkolabbli jnaqqsu r-riskji relatati direttament ma' attivitajiet kummerċjali. u
   (b) pożizzjonijiet oħra.

4.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi li jiddeterminaw il-format tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1(a) u fil-paragrafu 1a, u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta skont il-paragrafu 2.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa [...](62).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa  tadotta l-istandards tekniċi implimentativi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Fil-każ tal-permessi tal-emissjonijiet jew derivati tagħhom, ir-rapportar ma għandux jippreġudika l-obbligi skont id-Direttiva 2003/87/KE (Sistema tal-Iskambju ta' Kwoti ta' Emissjoni).

4a.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika l-miżuri li jeħtieġu r-rapporti kollha msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 li għandhom jintbagħtu lill-AETS f'ħin speċifikat darba fil-ġimgħa, għall-pubblikazzjoni ċentralizzata tagħhom aktar tard.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa [...]*.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa  tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jikkonċernaw provvedimenti li jispeċifikaw il-livelli limitu msemmija fl-aħħar subparagrafu tal-paragrafu 1 u li jispeċifikaw il-kategoriji tal-membri, parteċipanti jew klijenti msemmija fil-paragrafu 3.

5a.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika l-miżuri li jeħtieġu r-rapporti kollha msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 li għandhom jintbagħtu lill-AETS f'ħin speċifikat darba fil-ġimgħa, għall-pubblikazzjoni ċentralizzata tagħhom aktar tard.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa [...](63).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa  tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Titolu V

Is-servizzi ta' rrappurtar tad-dejta

Taqsima 1

Proċeduri ta' awtorizzazzjoni għall-fornituri ta' servizzi ta' rapportar ta' dejta

Artikolu 61

Rekwiżit għall-awtorizzazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-provvista ta' servizzi ta' rapportar ta' dejta deskritti f'Anness I, Taqsima D bħala okkupazzjoni jew kummerċ regolari tkun suġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel skont id-dispożizzjonijiet ta' din it-taqsima. It-tali awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju maħtura skont l-Artikolu 69.

2.  B'deroga minn paragrafu 1, l-Istati Membri għandhomx jippermettu kwalunkwe operatur tas-suq li jopera servizzi ta' rapportar ta' dejta ta' APA, CTP u ARM, suġġett għal verifika minn qabel tal-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu. It-tali servizz għandu jkun inkluż fl-awtorizzazzjoni tagħhom.

3.  L-Istati Membri għandhom jirreġistraw il-fornituri kollha tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta. Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku u għandu jinkludi informazzjoni dwar is-servizzi li hu awtorizzat għalihom il-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta. Hu għandu jkun aġġornat fuq bażi regolari. Kull awtorizzazzjoni għandha tkun notifikata lill-AETS.

L-AETS għandha tistabbilixxi lista tal-fornituri kollha tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta fl-Unjoni Ewropea. Il-lista għandha tinkludi informazzjoni dwar is-servizzi li hu awtorizzat għalihom il-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta u għandu jkun aġġornat fuq bażi regolari. L-AETS għandha tippubblika u taġġorna l-lista fuq is-sit elettroniku tagħha.

Fejn awtorità kompetenti tirtira awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 64, dak l-irtirar għandu jkun ippubblikat fuq il-lista għal perjodu ta' ħames (5) snin.

Artikolu 62

Ambitu tal-awtorizzazzjoni

1.  L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jiżgura li l-awtorizzazzjoni tispeċifika li s-servizz ta' rapportar tad-dejta li l-fornitur tar-rapportar tad-dejta hu awtorizzat li jipprovdi. Fornitur ta' servizzi ta' rapportar ta' dejta li jixtieq jestendi l-kummerċ tiegħu għal servizzi ta' rapportar ta' dejta addizzjonali għandu jissottometti talba għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni.

2.  L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida għall-Unjoni Ewropea kollha u għandha tippermetti lill-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta li jipprovdi s-servizzi, li għalihom kien awtorizzat, madwar l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 63

Proċeduri għall-għoti u r-rifjut ta' talbiet għal-awtorizzazzjoni

1.  L-awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti awtorizzazzjoni sakemm u qabel ma jasal iż-żmien li tkun issodisfata kompletament li l-applikant huwa konformi mar-rekwiżiti kollha skont id-dispożizzjonijiet adotti skont din id-Direttiva.

2.  Il-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha, inkluż programm ta' operat li jressaq inter alia t-tipi ta' servizzi mbassra u l-istruttura organizzativa, meħtieġa biex tgħin lill-awtorità kompetenti tissodisfa lilha nnifisha li l-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta stabbilixxa, fi żmien l-awtorizzazzjoni inzjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jaqdi l-obbligi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu.

3.  L-applikant għandu jkun informat, fi żmien sitt xhur tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni kompluta, jekk l-awtorizzazzjoni ngħatatx jew le.

4.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw:

   (a) l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta lill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2, inkluż il-programm operattiv;
   (b) l-informazzjoni inkluża fin-notifiki skont l-Artikolu 65, il-paragrafu 4.

L-AETS għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sa […](64).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli minn 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi li jiddeterminaw forom standards, mudelli u proċeduri għan-notifika jew il-provvista ta' informazzjoni kif dispost għaliha fil-paragrafu 2 u l-Artikolu 65(4).

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa [...](65).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa  tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 64

Irtirar tal-awtorizzazzjoni

L-awtorità kompetenti tista' tirtira l-awtorizzazzjoni mogħtija lil fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta jekk il-fornitur:

   (a) ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, espressament tirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew ma pprovdiet l-ebda servizzi ta' investiment jew ma wettqet l-ebda attività għas-sitt xhur preċedenti, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ipprovda għall-awtorizzazzjoni biex tintilef fit-tali każijiet;
   (b) ikun kiseb l-awtorizzazzjoni billi jkun għamel  dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta'  kull mezz ieħor mhux regolari;
   (c) ma jkunx għadu jissodisfa  l-kundizzjonijiet li bihom tkun ingħatat  l-awtorizzazzjoni;
   (d) kiser serjament jew sistematikament id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 65

Rekwiżiti għall-korp maniġerjali ta' fornitur tar-rapportar tad-dejta

1.  Il-Membri tal-korp maniġerjali ta' fornitur tas-servizz ta' rapportar tad-dejta għandu f'kull żmien ikun ta' reputazzjoni tajba bizzejjed, ikollu biżżejejd għarfien, ħiliet u esperjenza u jimpenja biżżejjed ħin biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu.

Il-korp maniġerjali għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza kollettiva biex ikun kapaċi jifhem l-attivitajiet tal-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta. Kull membru tal-korp maniġerjali għandu jaġixxi b'onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb biex jivvaluta u jisfida effikaċement id-deċiżjonijiet tal-maniġment superjuri.

Fejn operatur tas-suq jitlob awtorizzazzjoni biex jopera APA, CTP jew ARM u l-membri tal-korp maniġerjali tal-APA, is-CTP jew l-ARM huma l-istess bħall-membri tal-korp maniġerjali tas-suq regolat, dawk il-persuni huma mistennija li jikkonformaw mar-rekwiżit stipulati fl-ewwel subparagrafu.

2.  L-AETS għandha, sa [...](66), tiżviluppa linji gwida għall-ivvalutar tal-adattabilità tal-membri tal-korp maniġerjali deskritti fil-paragrafu 1, wara li tqis ir-rwoli u l-funzjonijiet differenti tagħhom u l-ħtieġa li tevita kunflitti ta' interess bejn il-membri tal-korp maniġerjali u l-utenti tal-APA, CTP jew ARM.

2a.  Mingħajr preġudizzju għas-sistemi legali tal-Istati Membri, huma għandhom jiżguraw li fejn huwa allegat li membru tal-bord maniġerjali kiser id-dispożizzjonijiet ta' jew ikkometta offiża fi kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru .../... [MiFIR] huwa jista' jiġi soġġett personalment għal proċedimenti kriminali jew ċivili.

3.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar il-membri kollha tal-korp maniġerjali tagħha u bi kwalunkwe bidliet fis-sħubija tiegħu, flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa biex jivvaluta jekk l-entità hijiex konformi mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.  Il-korp maniġerjali tal-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta għandu jkun kapaċi jiżgura li l-entità hija mmexxija b'mod tajjeb u prudenti u b'mod li jippromwovi l-integrità tas-suq u l-interessi tal-klijenti tiegħu.

5.  L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta awtorizzazzjoni jekk ma hijiex sodisfatta li l-persuna jew persuni li għandhom jidderieġu effikaċement il-kummerċ tas-servizzi tar- rapportar tad-dejta għandhom reputazzjoni tajba biżżejjed, jew jekk hemmx raġunijiet oġġettivi u dimostrabbli biex wieħed jemmen li l-bidliet proposti fil-maniġment tal-fornitur jistgħux ikunu ta' theddida għall-immaniġġar tajjeb u prudenti u għall-kunsiderazzjoni adegwata tal-interessi tal-klijenti u tal-integrità tas-suq.

Taqsima 2

Kundizzjonijiet għal arranġamenti ta' pubblikazzjoni approvata (APAs)

Artikolu 66

Rekwiżiti organizzazzjonali

1.  L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ APA jkollha fis-seħħ linji ta' politika u arranġamenti xierqa biex tagħmel pubblika l-informazzjoni rekwiżita skont l-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (UE) Nru .../... [MiFIR] qrib għaż-żmien reali kemm huwa teknikament possibbli, fuq bażi kummerċjali raġjonevoli. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli bla ħlas 15-il minuta wara l-pubblikazzjoni tat-tranżazzjoni. L-istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li l-APA tkun kapaċi tiddissemina t-tali informazzjoni b'tali mod li jiżgura aċċess ta' malajr għall-informazzjoni, fuq bażi dikriminatorja b'dejta simili minn sorsi oħrajn.

1a.  L-informazzjoni ppubblikata mill-APA f'konformità mal-paragrafu 1 għandha tinkludi, għall-inqas, dawn id-dettalji li ġejjin:

   (a) l-identifikatur tal-istrument finanzjarju;
   (b) il-prezz li fih kienet konkluża t-tranżazzjoni;
   (c) il-volum tat-tranżazzjoni;
   (d) il-ħin tat-tranżazzjoni;
   (e) il-ħin li fih kienet irrappurtata t-tranżazzjoni;
   (f) in-notazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni;
   (g) iċ-ċentru ta' negozjar jew tal-internalizzatur sistematiku fejn kienet esegwita t-tranżazzjoni jew inkella l-kodiċi “OTC”;
   (h) jekk applikabbli, indikatur li t-tranżazzjoni kienet suġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi.

2.  L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeżiġi li l-APA topera u żżomm arranġamenti amministrattivi effettivi mfassla biex jipprevjenu kunflitti ta' interess mal-klijenti tiegħu. B'mod partikolari, APA, li tkun ukoll operatur tas-suq jew ditta tal-investiment għandha tittratta l-informazzjoni kollha miġbura b'mod nondiskriminatorju u għandha topera u żżomm arranġamenti xierqa biex tissepara funzjonijiet kummerċjali differenti.

3.  L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li APA jkollha fis-seħħ mekkaniżmi tajba ta' sigurtà mfassla biex jiggarantixxu s-sigurtà tal-mezzi tat-trasferiment ta' informazzjoni, jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-dejta u aċċess mhux awtorizzat u jipprevjenu kxif ta' informazzjoni qabel il-pubblikazzjoni. L-APA għandha żżomm riżorsi adegwati u jkollha fis-seħħ faċilitajiet ta' back-up biex toffri u żżomm is-servizzi tagħha f'kull ħin.

4.  L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li l-APA jkollha fis-seħħ sistemi li jistgħu jiċċekkjaw effikaċement rapporti kummerċjali għall-kompletezza, jidentifikaw omissjonijeit u żblaji ovvji u jitolbu ritrasmissjoni ta' kwalunkwe tali rapporti żbaljati.

5.  Biex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta' paragrafu 1, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw formats komuni, standards ta' dejta u arranġamenti tekniċi li jiffaċilitaw il-konsolidazzjoni tal-informazzjoni kif referuta fil-paragrafu 1.

L-AETS għandha tressaq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sa [...](67).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli minn 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jikkjarifikaw x'jikkostittwixxi bażi kummerċjali raġonevoli biex tagħmel l-informazzjoni pubblika kif referut fil-paragrafu 1.

7.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jispeċifikaw:

   (a) il-mezzi li bihom APA tista' tikkonforma mal-obbligi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;
   (b) il-kontenut tal-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1.

Taqsima 3

Kundizzjonijiet għall-fornituri ta' consolidated tape (CTPs)

Artikolu 67

Rekwiżiti organizzazzjonali

1.  L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li CTP ikollha fis-seħħ linji ta' politika u arranġamenti biex tiġbor informazzjoni li tingħata lill-pubbliku skont l-Artikoli 5 u 19 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR], tikkonsolidaha f'datastream elettronika kontinwa u tagħmel l-informazzjoni disponibbli lill-pubbliku qrib kemm jista' jkun taż-żmien reali kemm huwa teknikament possibbli, fuq bażi kummerjali raġonevoli inkluż, mill-inqas, id-dettalji li ġejjin:

   (a) l-identifikatur tal-istrument finanzjarju;
   (b) il-prezz li fih kienet konkluża t-tranżazzjoni;
   (c) il-volum tat-tranżazzjoni;
   (d) il-ħin tat-tranżazzjoni;
   (e) il-ħin li fih kienet irrappurtata t-tranżazzjoni;
   (f) in-notazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni;
   (g) iċ-ċentru ta' negozjar jew l-internalizzatur sistematiku fejn kienet esegwita t-tranżazzjoni jew inkella l-kodiċi “OTC”;
   (ga) fejn applikabbli, is-sistema tan-negozjar awtomatizzata li ġġenerat it-tranżazzjoni;
   (h) jekk applikabbli, indikatur li t-tranżazzjoni kienet suġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi.

L-informazzjoni għandha tkun disponibbli bla ħlas 15-il minuta wara l-pubblikazzjoni tat-tranżazzjoni. L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li s-CTP tkun kapaċi tiddissemina tali informazzjoni b'mod li jiżgura aċċess ta' malajr għall-informazzjoni, fuq bażi ta' ebda diskriminazzjoni f'formati li huma aċċessibbli u utilizzabbli b'mod faċli għall-parteċipanti tas-suq.

2.  L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li CTP ikollha fis-seħħ linji ta' politika u arranġamenti biex tiġbor informazzjoni li tingħata lill-pubbliku skont l-Artikoli 9 u 20 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR], tikkonsolidaha f'datastream elettronika kontinwa u tagħmel l-informazzjoni ta' insegwiment disponibbli lill-pubbliku qrib kemm jista' jkun taż-żmien reali kemm huwa teknikament possibbli, fuq bażi kummerjali raġonevoli inkluż, mill-inqas, id-dettalji li ġejjin:

   (a) l-identifikatur jew fatturi ta' identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju;
   (b) il-prezz li fih kienet konkluża t-tranżazzjoni;
   (c) il-volum tat-tranżazzjoni;
   (d) il-ħin tat-tranżazzjoni;
   (e) il-ħin li fih kienet irrappurtata t-tranżazzjoni;
   (f) in-notazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni;
   (g) iċ-ċentru ta' negozjar jew l-internalizzatur sistematiku fejn kienet esegwita t-tranżazzjoni jew inkella l-kodiċi “OTC”;
   (h) jekk applikabbli, indikatur li t-tranżazzjoni kienet suġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi.

L-informazzjoni għandha tkun disponibbli bla ħlas 15-il minuta wara l-pubblikazzjoni tat-tranżazzjoni. L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li s-CTP tkun kapaċi tiddesimina t-tali informazzjoni b'mod li jiżgura aċċess ta' malajr għall-informazzjoni, fuq bażi mhux diskriminatorja f'formati li huma aċċettati b'mod ġenerali li huma interoperabbli u aċċessibbli u utilizzabbli b'mod faċli għall-parteċipanti tas-suq.

3.  L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeżiġi li s-CTP tiżgura li d-dejta pprovduta hija kkonsolidata mis-swieq regolati kollha, MTFs, OTFs u APAs u għall-istrumenti finanzjarji speċifikati minn atti delegati skont il-paragrafu 8(c).

4.  L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li s-CTP li topera u żżomm arranġamenti amministrattivi effettivi mfassla biex jipprevjenu kunflitti ta' interess. B'mod partikolari, operatur tas-suq jew APA, li topera wkoll consolidated tape, għandha tittratta l-informazzjoni kollha miġbura b'mod nondiskriminatorju u għandha topera u żżomm arranġamenti xierqa biex tissepara funzjonijiet operatorji differenti.

5.  L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li s-CTP ikollha fis-seħħ mekkaniżmi tajba ta' sigurtà mfassla biex jiggarantixxu s-sigurtà tal-mezzi tat-trasferiment ta' informazzjoni, jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-dejta u aċċess mhux awtorizzat u jipprevjenu kxif ta' informazzjoni qabel il-pubblikazzjoni. L-Istat Membru ta' domiċilju għandu jeħtieġ li s-CTP iżżomm riżorsi adegwati u jkollha fis-seħħ faċilitajiet ta' ħżin sikur biex toffri u żżomm is-servizzi tagħha f'kull ħin.

6.  Biex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti tal-paragrafu 1 u 2, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw standards ta' dejta u formats għall-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata skont l-Artikoli 5, 9, 19 u 20 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR], inkluż l-identifikatur tal-istrument, il-prezz, il-kwanitità, il-ħin, in-notazzjoni tal-prezz, l-identifikatur tal-post u indikaturi għal kundizzjonijiet speċifiċi li t-tranżazzjonijiet kienu suġġetti għalihom kif ukoll arranġamenti tekniċi li jippromwovu disseminazzjoni effiċjenti u konsistenti tal-informazzjoni b'tali mod li jkun żgurat li hija tkun aċċessibbli u utilizzabbli b'mod faċli għall-parteċipanti tas-suq kif referut fil-paragrafu 1 u 2, inkluż l-identifikiazzjoni ta' servizzi addizzjonali li CTP li jistgħu jżidu l-effiċjenza tas-suq.

L-AETS għandha tissottometti l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sa […](68) fir-rigward tal-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikoli 5 u 19 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u sa […](69)* fir-rigward tal-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikoli 9 u 20 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR].

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli minn 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.  Il-Kummissjoni għandha ▌tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jikkonċernaw miżuri li jikkjarifikaw x'jikkostittwixxi bażi kummerċjali raġonevoli biex ikun ipprovdut aċċess għal data streams kif referut fil-paragrafi 1 u 2.

8.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jikkonċernaw miżuri li jispeċifikaw:

   (a) il-mezzi li bihom is-CTP tista' tikkonforma mal-obbligi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2;
   (b) il-kontenut tal-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafi 1 u 2;
   (c) ▌l-istrumenti finanzjarji li dejta dwarhom għandha tkun ipprovduta fid-data stream;
   (d) mezzi oħra biex jiġi żgurat li d-dejta ppubblikata minn CTPs differenti tkun konsistenti u tippermetti mmappjar komprensiv u kontroreferenza ma' dejta simili minn sorsi oħra, u aggregazzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 67a

Database konsolidata unika

1.  Sa […](70)**, l-AETS għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni opinjoni dwar id-disponibilità ta' informazzjoni ta' wara n-negozju ta' kwalità għolja li ġiet ippubblikata skont l-Artikoli 5 u 19 tar-Regolament (UE) Nru .../... [MiFIR] f'format konsolidat li jkopri s-suq kollu skont standards faċli għall-utent bi prezz raġonevoli.

2.  Meta l-AETS tikkunsidra li l-informazzjoni ta' wara n-negozju ppubblikata skont l-Artikoli 5 u 19 ma tkunx disponibbli jew ma tkunx ta' kwalità għolja jew ma tkoprix is-suq kollu, l-AETS għandha tagħti opinjoni negattiva.

3.  Fi żmien tliet xhur ta' opinjoni negattiva taħt il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 94 rigward miżuri li jispeċifikaw l-istabbiliment ta' entità unika li topera consolidated tape għall-informazzjoni ta' wara n-negozju ppubblikat skont l-Artikoli 5 u 19.

4.  Sa […](71), l-AETS għandha toħroġ lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni opinjoni dwar id-disponibilità ta' informazzjoni ta' wara n-negozju ta' kwalità għolja li ġiet ippubblikata skont l-Artikoli 9 u 20 tar-Regolament (UE) Nru .../... [MiFIR] f'format konsolidat li jkopri s-suq kollu skont standards faċli għall-utent bi prezz raġonevoli.

5.  Meta l-AETS tikkunsidra li l-informazzjoni ta' wara n-negozju ppubblikata skont l-Artikoli 9 u 20 ma tkunx disponibbli jew ma tkunx ta' kwalità għolja jew ma tkoprix is-suq kollu, l-AETS għandha tagħti opinjoni negattiva.

6.  Fi żmien tliet xhur minn opinjoni negattiva taħt il-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 94 rigward miżuri li jispeċifikaw l-istabbiliment ta' entità unika li topera consolidated għall-informazzjoni ta' wara n-negozju ppubblikat skont l-Artikoli 9 u 20.

Taqsima 4

Kundizzjonijiet għal mekkaniżmi ta' rapportar approvati (ARMs)

Artikolu 68

Rekwiżiti organizzazzjonali

1.  L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li ARM ikollha fis-seħħ linji ta' politika u arranġamenti biex jirrappurtaw l-informazzjoni rekwiżita skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] kemm jista' jkun malajr, u mhux iktar tard mill-għeluq tal-jum tax-xogħol ta' wara. It-tali informazzjoni għandha tkun irrappurtata skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] fuq bażi kummerċjali raġonevoli.

2.  L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li l-ARM topera u żżomm arranġamenti amministrattivi effettivi mfassla biex jipprevjenu kunflitti ta' interess mal-klijenti tiegħu. B'mod partikolari, ARM li hu wkoll operatur tas-suq jew ditta tal-investiment għandu jittratta l-informazzjoni kollha miġbura b'mod nondiskriminatorju u għandu jopera u jżomm arranġamenti xierqa biex jiġu separati funzjonijiet differenti ta' negozju.

3.  L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li ARM jkollha fis-seħħ mekkaniżmi tajba ta' sigurtà mfassla biex jiggarantixxu s-sigurtà tal-mezzi tat-trasferiment ta' informazzjoni, jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-dejta u aċċess mhux awtorizzat u jipprevjenu kxif ta' informazzjoni ▌. L-Istat Membru ta' domiċilju għandu jeħtieġ li s-ARM iżżomm riżorsi adegwati u jkollha fis-seħħ faċilitajiet ta' ħżin sikur biex toffri u żżomm is-servizzi tagħha f'kull ħin.

4.  L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li l-ARM jkollha fis-seħħ sistemi li jistgħu effettivament jiċċekkjaw rapporti ta' tranżazzjoni għall-kompletezza, jidentifikaw ommissjonijiet u żbalji ovvji u jitolbu ritrasmissjoni ta' kwalunkwe tali rapporti żbaljati.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta ▌atti delegati skont l-Artikolu 94, miżuri li jikkjarifikaw x'jikkostitwixxi bażi kummerċjali raġonevoli biex isir rapportar tal-informazzjoni kif referut fil-paragrafu 1.

IT-TITOLU VI

L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

IL-KAPITOLU I

, IL-ĦATRA, IS-SETGĦAT  U L-PROĊEDURI TA' RIMEDJU

Artikolu 69

Il-ħatra  tal-awtoritajiet kompetenti

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtoritajiet kompetenti li għandhom iwettqu d-dmirijiet kollha  previsti fid-dispożizzjonijiet differenti tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u ta'  din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu  lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bl-identità tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli li jinfurzaw kull wieħed minn dawn id-dmirijiet, u b'kull taqsim ta' dawn id-dmirijiet.

2.  L-awtoritajiet kompetenti msemmija  fil-paragrafu 1 għandhom ikunu awtoritajiet pubbliċi, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu ddelegati kompiti lil entitajiet oħra meta dan ikun ipprovdut espressament fl-Artikolu 29(4).

Kull delega ta' kompiti lil entitajiet oħra għajr lill-awtoritajiet imsemmija  fil-paragrafu 1 ma jistgħu jinvolvu la l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika u lanqas l-użu tas-setgħat  diskrezzjonali tal-ġudizzju. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, qabel jagħtu  delega, l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiżguraw illi l-entità li lilha se  jiġu ddelegati l-kompiti jkollha l-kapaċità u r-riżorsi sabiex twettaq b'mod effettiv il-kompiti kollha u li din id-delega tingħata  biss jekk ikun ġie stabbilit qafas iddefinit biċ-ċar u ddokumentat għall-eżerċizzju ta' kull kompitu ddelegat li jagħti  l-kompiti li jridu jitwettqu  u l-kundizzjonijiet li bihom  iridu jitwettqu. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu klawżola li tobbliga lill-entità kkonċernata  taġixxi u tkun  organizzata b'mod  li jiġu evitati l-kunflitti ta' interess u jkun żgurat li  t-tagħrif miksub mit-twettiq tal-kompiti ddelegati ma jintużax b'mod mhux ġust jew biex  jipprevjeni l-kompetizzjoni. Ir-responsabbiltà aħħarija għas-superviżjoni  tal-konformità ma'  din id-Direttiva u mal-miżuri  tagħha ta' implimentazzjoni għandha tkun f'idejn  l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti maħtura  skont il-paragrafu 1.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu  lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra dwar kull arranġament li jkunu daħlu għalih  rigward id-delega tal-kompiti, inklużi l-kundizzjonijiet preċiżi li jirregolaw din id-delega.

3.  L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fis-sit elettroniku  tagħha.

Artikolu 70

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet fl-istess Stat Membru

Jekk Stat Membru jaħtar iktar minn awtorità kompetenti waħda biex tinforza dispożizzjoni ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru .../... [MiFIR], għandhom jiġu ddefiniti biċ-ċar ir-rwoli rispettivi ta' dawn l-awtoritajiet u huma għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin .

Kull Stat Membru għandu jeħtieġ illi din il-kooperazzjoni sseħħ ukoll bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-għanijiet ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru .../... [MiFIR], u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli f'dak l-Istat Membru għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, tal-fondi tal-pensjonijiet, tal-UCITS, tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u tal-intrapriżi tal-assigurazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw kull tagħrif li jkun essenzjali jew rilevanti għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom.

Artikolu 71

Is-setgħat  li jridu jingħataw  l-awtoritajiet kompetenti

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat superviżorji u investigatorji  kollha li jkunu meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Fi ħdan il-limiti  pprovduti fl-oqfsa legali nazzjonali tagħhom, għandhom jeżerċitaw dawn is-setgħat  :

   (a) Direttament jew f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħrajn;
   (b) taħt ir-responsabbiltà tagħhom b'delega lill-entitajiet li lilhom ġew iddelegati l-kompiti; skont l-Artikiolu 69(2); jew
   (c) billi jqabbdu  lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.  Is-setgħat imsemmija  fil-paragrafu 1 għandhom jiġu eżerċitati skont il-liġijiet nazzjonali u għandhom mill-inqas jinkludu d-drittijiet li:

   (a) ikollhom aċċess għal kull dokument, f'kull għamla, inklużi r-rekords imsemmija fl-Artikolu 16(7), li jkun rilevanti għat-twettiq tad-dmirijiet superviżorji tagħhom  u li jirċievu kopja tiegħu;
   (b) jitolbu l-provvista ta' tagħrif mingħand kull persuna u, jekk ikun  meħtieġ, isejħu u jistaqsu 'l kull  persuna bil-ħsieb li jiksbu t-tagħrif;
   (c) iwettqu spezzjonijiet fuq il-post;
   (ca) jagħmlu l-'mystery shopping';
   (d) jitolbu reġistrazzjonijiet telefoniċi eżistenti u rekords eżistenti tad-dejta dwar it-traffiku jew rekords ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 16(7) miżmuma minn ditti tal-investiment fejn ikun hemm suspett raġonevoli li tali rekords b'rabta mas-suġġett tal-ispezzjoni jistgħu ikunu rilevanti għall-evidenza ta' ksur mid-ditta tal-investiment tal-obbligi tagħha skont din id-Direttiva; dawn ir-rekords għandhom madankollu jikkonċernaw biss il-kontenut tal-komunikazzjoni li magħha jkunu relatati fejn il-kxif ta' rekords bħal dawn ikun konsistenti mas-salvagwardji tal-protezzjoni tad-dejta stabbiliti fil-liġi nazzjonali u tal-Unjoni;
   (da) jitolbu l-iffriżar u/jew is-sekwestru tal-assi;
   (e) jitolbu projbizzjoni temporanja tal-attivitajiet professjonali;
   (f) jeħtieġu lill-awdituri ta' ditti tal-investiment awtorizzati  u ta' swieq regolati jipprovdu t-tagħrif;
   (g) jirreferu materji għall-prosekuzzjoni kriminali;
   (h) jippermettu lill-awdituri jew lill-esperti jwettqu verifiki jew investigazzjonijiet;
   (i) jitolbu l-provvista ta' tagħrif lil kwalunkwe persuna, inkluż kull dokument rilevanti, dwar id-daqs u l-għan ta' pożizzjoni jew ta' skopertura li wieħed ikun daħal għaliha permezz ta' derivattiv tal-komoditajiet, u dwar kwalunkwe assi jew obbligazzjonijiet li jkun hemm fis-suq sottostanti.

3.  Jekk talba għar-reġistrazzjonijiet telefoniċi jew għar-rekords tad-dejta dwar it-traffiku f'forma msemmija fl-Artikolu 16(7), kif imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 2, tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għat-tali awtorizzazzjoni. Tista' ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħal din ukoll bħala miżura ta' prekawzjoni.

4.  L-ipproċessar tad-dejta personali miġbura huma u jiġu eżerċitati s-setgħat superviżorji u investigatorji skont dan l-Artikolu għandu jsir skont id-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 72

Rimedji li għandhom ikunu disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw ir-rimedji superviżorji kollha meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. Fil-limiti li jsir provvediment għalihom fl-oqfsa legali nazzjonali tagħhom huma għandhom għall-inqas ikollhom is-setgħat li ġejjin li jistgħu jiġu eżerċitati bil-mod speċifikat fl-Artikolu 71(1):

   (a) jistipulaw it-twaqqif ta' kwalunkwe prattika jew kondotta li hija kuntrarja għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru .../... [MiFIR] u d-dispożizzjonijiet adotti fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u t-twaqqif ta' repetizzjoni ta' dik il-prattika jew kondotta;
   (b) jitolbu l-iffriżar u/jew is-sekwestru tal-assi;
   (c) jadottaw kwalunkwe tip ta' miżura li tiżgura li ditti tal-investiment u swieq regolati jkomplu jkunu konformi mar-rekwiżiti legali;
   (d) jistipulaw is-sospensjoni tal-kummerċ fi strument finanzjarji;
   (e) jistipulaw it-tneħħija ta' strument finanzjarju mill-kummerċ, kemm jekk f'suq regolat jew taħt arranġamenti oħra kummerċjali;
   (f) jistipulaw lil kwalunkwe persuna li pprovdiet informazzjoni skont l-Artikolu 71(2)(i) biex sussegwentament tieħu passi biex tnaqqas id-daqs tal-pożizzjoni jew l-espożizzjoni;
   (g) jillimitaw il-kapaċitajiet ta' kwalunkwe persuna jew klassi ta' persuni milli jidħlu f'derivattiva ta' komodità, inkluż billi jintroduċu limiti nondiskriminatorji fuq pożiżżjonijiet jew in-numru tat-tali kuntratti derivati billi jillimita liema klassi ta' persuni tista' tidħol fuq perjodu speċifiku taż-żmien, meta meħtieġ biex tkun żgurata l-integrità u l-funzjonament tajjeb tas-swieq affettwati;
   (h) joħorġu avviżi pubbliċi;
   (ha) jitolbu li jitħallas kumpens jew issir azzjoni ta' rimedju oħra biex jitranġa kwalunkwe telf finanzjarju jew dannu ieħor soffert minn investitur bħala riżultat ta' kwalunkwe prattika jew imġiba li tmur kontra din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru.../... [MiFIR].
   (hb) jissospendu l-kummerċjalizzazzjoni jew il-bejgħ ta' prodotti ta' investiment fejn il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru .../... [MiFIR] jiġu soddisfatti jew fejn id-ditta ta' investiment ma tkunx żviluppat jew applikat proċess effettiv ta' approvazzjoni tal-prodott jew inkella naqset milli tkun konformi mal-Artikolu 16(3) ta'din id-Direttiva;
   (hc) jitolbu t-tneħħija ta' persuna fiżika mill-bord maniġerjali ta' ditta ta' investiment jew operatur tas-suq.

Artikolu 73

Is-sanzjonijiet amministrattivi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti tagħhom  ikunu jistgħu jieħdu  l-miżuri u s-sanzjonijiet  amministrattivi x-xierqa  meta ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] jew id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jkunu ġew  adottati sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva u għandhom jiżguraw illi dawn il-miżuri u s-sanzjonijiet jiġu applikati  . L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi dawn il-miżuri jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn japplikaw obbligi għad-ditti tal-investiment u operaturi tas-suq, f'każ ta' ksur, jistgħu jkunu applikati sanzjonijiet amministrattivi u miżuri lill-membri tal-korp maniġerjali tad-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq, u kwalunkwe persuna naurali jew legali oħra li, skont il-liġi nazzjonali, huma responsabbli tal-ksur.

3.  Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-AETS l-informazzjoni aggregata rigward il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi kollha imposti skont il-paragrafi 1 u 2. L-AETS għandha tippubblika dik l-informazzjoni fir-rapport annwali tagħha.

4.  Meta l-awtorità kompetenti tkun żvelat lill-pubbliku miżura jew sanzjoni amministrattiva, hija għandha, fl-istess ħin, tirrapporta dak il-fatt lill-AETS.

5.  Meta sanzjoni ppubblikata tirrigwarda ditta tal-investiment awtorizzata skont din id-Direttiva, l-AETS għandha żżid referenza għas-sanzjoni  ppubblikata fir-reġistru tad-ditti tal-investiment stabbilit skont l-Artikolu 5(3).

5a.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi li jikkonċernaw il-proċeduri u l-forom għas-sottomissjoni tal-informazzjoni kif imsemmi f'dan l-Artikolu.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa [...](72).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa  tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 74

Pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtorità kompetenti tippubblika kwalunkwe sanzjoni jew miżura li kienet imposta għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru …./… [MiFIR] jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adotti fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mingħajr dewmien mhux meħtieġ inkluż informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità responsabbli għaliha, sakemm it-tali kxif ma jipperikolax is-swieq finanzjarji. Fejn il-pubblikazzjoni tikkawża ħsara mhux proporzjonata lill-partijiet involuti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw is-sanzjonijiet fuq bażi anonima.

Artikolu 75

Ksur ta' rekwiżit ta' awtorizzazzjoni u ksur ieħor

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprevedu sanzjonijiet għall-inqas fir-rigward ta' dan li ġej:

   (a) it-twettiq ta' servizzi jew attivitajiet ta' investiment bħala okkupazzjoni jew kummerċ regolari fuq bażi professjonali mingħar il-kisba ta' awtorizzazzjoni bi ksur tal-Artikolu 5;
   (b) l-akkwiżizzjoni, dirett jew indirett, ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva f'ditta tal-investiment jew iż-żieda, diretta jew indiretta, tat-tali parteċipazzjoni kwalifikattiva f'ditta tal-investiment li b'riżultat tagħha l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b'mod li d-ditta tal-investiment issir is-sussidjarja tagħha (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala l-akkwiżizzjoni proposta), mingħajr ma jinnotifika bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tad-ditta tal-investiment li fiha l-akkwirent ikun qed ifittex l-akkwiżizzjoni jew iż-żieda ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva bi ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1);
   (c) it-tneħħija, diretta jew indiretta, ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva f'ditta tal-investiment jew it-tnaqqis ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva biex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jinżel taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b'mod li d-ditta tal-investiment ma tibqax sussidjarja, mingħajr ma jinnotifika bil-kitba lill-awtoritajiet kompetenti, bi ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1);
   (d) ditta tal-investiment li kisbet awtorizzazzjoni permezz ta' stqarrijiet foloz jew kwalunkwe mezz irregolari ieħor bi ksur tal-Artikolu 8(b);
   (e) ditta tal-investiment li tonqos li tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għall- korp maniġerjali skont l-Artikolu 9(1);
   (f) il-korp maniġerjali ta' ditta tal-investiment jonqos milli jwettaq id-dmirijiet tiegħu skont l-Artikolu 9(6);
   (g) ditta tal-investiment, kif issir konxja ta' kwalunkwe akkwiżizzjonijiet jew ċessjonijiet ta' parteċipazzjonijiet fil-kapital tagħha li jikkawżaw li l-parteċipazzjonijiet jaqbżu jew jaqgħu taħt waħda mil-livelli minimi msemmija fl-Artikolu 11(1), li jonqsu li jinfurmaw lill-awtoritajiet b'dawn l-akkwiżizzjonijiet jew ċessjonijiet bi ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(3);
   (h) ditta tal-investiment li tonqos li, mill-inqas darba fis-sena, tinforma lill-awtoritajiet kompetenti bl-isem tal-azzjonisti u membri li jippossedu parteċipazzjonijiet kwalifikattivi u d-daqs tat-tali parteċipazzjonijiet bi ksur tat-tieni subparagrafu fl-Artikolu 11(3);
   (i) ditta tal-investiment li tonqos li jkollha fis-seħħ rekwiżit organizzazzjonali impost bi qbil mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 16 u 17;
   (j) ditta tal-investiment li tonqos li tidentifika, tipprevjeni, timmaniġġa u tikxef kunflitti ta' interess skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 23;
   (k) MTF jew OTF li tonqos li tistabbilixxi regoli, proċeduri u arranġamenti jew tonqos li tkun konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikoli 18, 19 u 20;
   (l) ditta tal-investiment li tonqos milli tipprovdi informazzjoni jew rapporti lill-klijenti u li tkun konformi mal-obbligi dwar l-ivvalutar jew l-adattabilità skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikoli 24 u 25;
   (m) ditta tal-investiment li taċċetta jew tirċievi ħlasijiet, kummissjonijiet jew kwalunkwe benefiċċju ieħor ta' flus bi ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 19(5) u (6);
   (n) ditta tal-investiment li ▌tonqos li tikseb l-aqwa riżultat possibbli għall-klijent meta qed tesegwixxi l-ordnijiet jew tonqos milli tistabbilixxi arranġamenti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 27 u l-Artikolu 28;
   (o) operat ta' suq regolat mingħajr il-kisba ta' awtorizzazzjoni bi ksur tal-Artikolu 47;
   (p) il-korp maniġerjali ta' operatur tas-suq jonqos milli jwettaq id-dmirijiet tiegħu skont l-Artikolu 48(6);
   (q) suq regolat jew operatur ta' suq li jonqos milli jkollu fis-seħħ arranġamenti, sistemi, regoli u proċeduri u li jkollu biżżejjed riżorsi finanzjarji skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 50;
   (r) suq regolat jew operatur ta' suq li jonqos milli jkollu fis-seħħ sistemi, proċeduri, arranġamenti u regoli jew li jonqos milli jagħti aċċess għad-dejta skont regoli nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 51 jew li jonqos milli jimplimenta d-daqs minimu ta' funzjonament skont l-Artikolu 51a.
   (ra) il-korp maniġerjali ta' fornitur tas-servizz tad-dejta li jonqos milli jwettaq id-dmirijiet tiegħu skont l-Artikolu 65;
   (rb) APA, CTP jew ARM jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti organizzattivi tagħhom skont l-Artikolu 66, 67 jew 68;
   (s) suq regolat, operatur tas-suq jew ditta tal-investiment ▌jonqsu milli jippubblikaw informazzjoni skont l-Artikoli 3, 5, 7 jew 9 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR];
   (t) ditta tal-investiment ▌tonqos li tippubblika informazzjoni skont l-Artikoli 13, 17, 19 u 20 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR];
   (u) ditta tal-investiment ▌tonqos li tirrapporta tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR];
   (v) kontraparti finanzjarja u kontraparti nonfinanzjarja li jonqsu li jinnegozjaw derivati f'postijiet tan-negozjar skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR];
   (w) kontraparti ċentrali tonqos li tagħti aċċess għas-servizzi tagħha tal-ikklerjar skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR];
   (x) suq regolat, operatur tas-suq jew ditta tal-investiment li jonqsu li jagħtu aċċess għall-alimentazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR];
   (y) persuna bi drittijiet proprjetarji għall-parametri referenzjarji tonqos li tagħti aċċess għal parametru referenzjarju skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR];
   (z) ditta tal-investiment li tikkummerċjalizza, tiddistribwixxi jew tbigħ strumenti finanzjarji jew twettaq tip ta' attività finanzjarja kew tadotta prattika bi ksur ta' projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet imposti bbażati fuq l-Artikoli 31 jew 32 tar-Regolament (UE) Nru .../... [MiFIR].
   (za) persuna fiżika li tagħmel parti mill-korp maniġerjali ta' operatur tas-suq jew minn ditta tal-investiment li taf dwar kwalunkwe ksur imsemmi f'dan il-paragrafu u li tiddeċiedi li ma tirrappurtax dan il-ksur lill-awtorità kompetenti.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprovdu għal sanzjonijiet amministrattivi u miżuri li jistgħu jkunu applikati, li jinkludu mill-inqas dan li ġej:

   (a) stqarrija pubblika, li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur;
   (b) ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex twaqqaf il-kondotta u li ma tirrepetix dik il-kondotta;
   (c) f'każ ta' ditta tal-investiment, l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 8;
   (d) projbizzjoni temporanja jew permanenti kontra kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li hija miżmuma responsabbli, biex teżerċita funzjonijiet maniġerjali fid-ditti tal-investiment;
   (da) projbizzjoni temporanja fuq id-ditta ta' investiment li tkun membru jew parteċipant fi swieq regolati, MTFs u OTFs;
   (e) f'każ ta' persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa 15 % tal-qligħ tal-persuna ġuridika fis-sena kummerċjali preċedenti; fejn il-persuna ġuridika hija sussidjarja ta' intrapriża ewlenija, il-qligħ annwali totali rilevanti għandu jkun il-qligħ annwali totali li jirriżulta mir-rendikont konsolidat tal-intrapriża ewlenija fis-sena kummerċjali preċedenti;
   (f) f'każ ta' persuna naturali, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa EUR 10,000,000, jew fi Stati Membri fejn l-Euro mhuwiex munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tas-seħħ ta' din id-Direttiva.
   (g) sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa għaxar darbiet tal-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikunu jistgħu jkunu determinati.
  

2a.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jimponu tipi ta' sanzjonijiet addizzjonali, jew biex jimponu sanzjonijiet li jaqbżu l-ammonti msemmija fil-punti (e), (f) u (g) tal-paragrafu 2, sakemm ikunu konsistenti mal-Artikolu 76.

2b.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jimponu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta' din id-Direttiva u tar-Regolament UE Nru …/… [MiFIR] li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 76

Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta qed jiddeterminaw it-tip ta' sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri u l-livell ta' sanzjonijiet amministrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti inkluż:

   (a) is-serjetà u d-durata tal-ksur;
   (b) il-grad ta' responsabilità tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;
   (c) is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika, kif indikat mill-qligħ totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali tal-persuna naturali responsabbli;
   (d) l-importanza tal-profitti miksuba jew telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika, sakemm dawn ikunu jistgħu jkunu determinati;
   (e) it-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sakemm dan ikun jista' jkun determinat;
   (f) il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti;
   (g) ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika.

2.  L-AETS għandha toħroġ linji gwida sa [...](73) indirizzati għall-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru (UE) 1095/2010 dwar it-tipi ta' sanzjonijiet amministrattivi u miżuri u l-livell ta' sanzjonijiet amministrattivi pekunarji.

2a.  Dan l-Artikolu hu mingħajr ħsara għas-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti biex jagħtu bidu għal proċedimenti jew jimponu sanzjonijiet kriminali fejn jingħataw is-setgħa li jagħmlu dan skont il-liġi nazzjonali. Kwalunkwe sanzjoni kriminali imposta għandha titqies meta jiġi determinat it-tip u l-livell ta' kwalunkwe sanzjoni amministrattiva applikata b'mod addizzjonali.

Artikolu 77

Rapportar ta' ksur

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jinkoraġġixxu rapportar ta' ksur potenzjali jew reali tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament …/… (MiFIR) u tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva lill-awtoritajiet kompetenti.

Dawk l-arranġamenti għandhom jinkludu mill-inqas:

   (a) proċeduri speċifiċi għall-irċevuta ta' rapporti u s-segwitu tagħhom;
   (b) protezzjoni xierqa għall-impjegati ta' istituzzjonijiet finanzjarji li jirrappurtaw ksur li jsir fl-istituzzjoni finanzjarja, inkluż anonimità fejn xieraq;
   (c) protezzjoni tad-dejta personali li tikkonċerna kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli għall-ksur, skont il-prinċipji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE.

2.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkollhom fis-seħħ proċeduri xierqa għall-impjegati tagħhom biex jirrappurtaw ksur internament permezz ta' mezzi speċifiċi.

2a.  Impjegat m'għandux jitwaqqaf milli jirrapporta l-ksur kommess fi ħdan l-istituzzjoni finanzjarja permezz ta' kwalunkwe regola ta' kunfidenzjalità. Kwalunkwe informazzjoni li tikkontribwixxi biex tipprova l-ksur kommess fi ħdan l-istituzzjoni finanzjarja m'għandhiex tibqa' tkun meqjusa bħala kunfidenzjali u l-kxif b'rieda tajba ta' tali informazzjoni m'għandux jinvolvi obbligi ta' kwalunkwe tip għal persuni li jikxfu tali informazzjoni

Artikolu 79

Id-dritt ta' appell

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull deċiżjoni meħuda skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru …/... [MiFIR] jew  skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva tkun irraġunata  kif xieraq  u tkun suġġetta  għad-dritt ta' appell quddiem tribunal  . Id-dritt ta' appell quddiem tribunal  għandu japplika wkoll meta, għal  applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li tipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ, ma tittieħed l-ebda deċiżjoni fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħha.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi korp wieħed  jew iktar minn dawn li ġejjin, kif stabbilit mil-liġijiet  nazzjonali, ukoll  ikun jista'  , fl-interess tal-konsumaturi u skont il-liġijiet nazzjonali, jieħu azzjoni quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżgura illi jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru …/... [MiFIR] u d-dispożizzjonijiet  nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva:

   (a) il-korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom;
   (b) l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumaturi;
   (c) l-organizzazzjonijiet professjonali li jkollhom interess leġittimu li jaġixxu sabiex jipproteġu lill-membri tagħhom.

Artikolu 80

Il-mekkaniżmu straġudizzjarju  għall-ilmenti tal-investituri

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw  li jiġu stabbiliti proċeduri effiċjenti u  effettivi għall-ilmenti u ta' rimedju  sabiex jiġi solvut  barra mill-qorti t-tilwim  tal-konsumaturi li jirrigwarda l-provvediment ta' servizzi tal-investiment u ta' servizzi anċillari  mid-ditti tal-investiment, bl-użu ta' korpi eżistenti meta dan ikun xieraq  . L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li d-ditti kollha tal-investiment ikunu membri f'korp wieħed jew aktar minn dawn il-korpi li jimplimentaw dawn il-proċeduri għall-ilmenti u ta' rimedju.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-korpi jikkooperaw b'mod attiv ma' korpi simili fl-Istati Membri l-oħra sabiex jiġi solvut it-tilwim transfruntier  .

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu  lill-AETS dwar  il-proċeduri għall-ilmenti u ta' rimedju  msemmija fil-paragrafu 1 li huma disponibbli fil-ġuriżdizzjonijiet tagħhom  .

L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista tal-mekkaniżmi straġudizzjarji  kollha fis-sit elettroniku  tagħha.

Artikolu 81

Is-segretezza professjonali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, il-persuni kollha li jaħdmu jew li jkunu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti jew l-entitajiet li lilhom ikunu ġew iddelegati l-kompiti skont l-Artikolu 69(2), kif ukoll l-awdituri u l-esperti mogħtija struzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti jkunu marbuta bl-obbligu  tas-segretezza professjonali. Huma ma għandhom jiddivulgaw l-ebda tagħrif li jistgħu jirċievu fil-kors tad-dmirijiet tagħhom , għajr f'għamla sommarja u aggregata hekk li d-ditti individwali tal-investiment , l-operaturi tas-suq, is-swieq regolati jew kull persuna oħra ma jkunux jistgħu jiġu identifikati, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-liġi kriminali nazzjonali jew għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru…/… [MiFIR].

2.  Meta ditta tal-investment, operatur tas-suq jew suq regolat ikunu ġew iddikjarati bħala  falluti, jew ikun qed isirilhom stralċ bil-fors  , jista' jiġi ddivulgat tagħrif kunfidenzjali li ma jirrigwardax lil partijiet terzi fil-proċedimenti ċivili jew kummerċjali jekk dan ikun  meħtieġ sabiex jitwettqu dawn il-proċedimenti  .

3.  Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tad-dritt kriminali nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti, il-korpi jew il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi għajr l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu tagħrif kunfidenzjali skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru…/… [MiFIR] jistgħu jużawh biss fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom u għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, fil-każ tal-awtoritajiet kompetenti fl-ambitu ta' din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru…/… [MiFIR] jew, fil-każ tal-awtoritajiet, il-korpi jew il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi l-oħrajn għall-għan li għalih dan it-tagħrif ikun ingħatalhom u/jew fil-kuntest ta' proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji li jkollhom x'jaqsmu b'mod speċifiku mal-eżerċizzju ta' dawk il-funzjonijiet. Madankollu, meta l-awtorità kompetenti jew kull awtorità, korp jew persuna oħra li tikkomunika  t-tagħrif tagħti  l-kunsens tagħha  għal dan, l-awtorità li tirċievi t-tagħrif tista' tużah għal għanijiet oħra.

4.  Kull tagħrif kunfidenzali rċevut, skambjat jew trasmess skond din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru…/… [MiFIR] għandu jkun bla ħsara għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti f'dan l-Artikolu. Madankollu, dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrażmettu tagħrif kunfidenzjali skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru…/… [MiFIR] u d-Direttivi l-oħra jew Regolamenti li japplikaw għad-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-fondi tal-pensjonijiet, l-UCITS, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni , l-intrapriżi tal-assigurazzjoni, is-swieq regolati jew l-operaturi tas-suq jew inkella bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jew tal-awtorità jew korp jew persuna fiżika jew ġuridika oħra li tkun ikkomunikat dan it-tagħrif.

5.  Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrażmettu, skont il-liġijiet nazzjonali, tagħrif kunfidenzjali li ma jkunx ġie rċevut mingħand awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor.

Artikolu 82

Ir-relazzjonijiet mal-awdituri

1.  L-Istati Membri għandhom għall-inqas jipprovdu illi kull persuna awtorizzata fit-tifsira tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE tal-10 ta' April 1984 dwar l-approvazzjoni ta' persuni responsabbli biex iwettqu  l-awditjar statutorju tad-dokumenti tal-kontabbiltà(74), li tkun twettaq,  f'ditta tal-investiment, il-kompitu deskritt fl-Artikolu 51 tar-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji(75), fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 83/349/KEE jew fl-Artikolu 73 tad-Direttiva  2009/65/KE  jew kull kompitu ieħor  preskritt mil-liġi  , għandu jkollha d-dmir li tirrapporta fil-pront lill-awtoritajiet kompetenti kull fatt jew deċiżjoni li jirrigwardaw lil dik l-impriza li din il-persuna tkun saret konxja minnhom  fit-twettiq ta' dan il-kompitu u  li jistgħu  :

   (a) jikkostitwixxu ksur materjali tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li jirregolaw  b'mod speċifiku l-insegwiment  tal-attivitajiet tad-ditti tal-investment;
   (b) jaffettwaw il-funzjonament kontinwu tad-ditta tal-investiment;
   (c) iwasslu għar-rifjut li jiġu ċċertifikati l-kontijiet jew għall-espressjoni  ta' riżervi.

Din il-persuna għandu jkollha d-dmir ukoll li tirrapporta kull fatt u deċiżjoni li ssir konxja minnhom  hija u twettaq  wieħed mill-kompiti msemmija  fl-ewwel subparagrafu f'intrapriża li jkollha rabtiet mill-qrib mad-ditta tal-investiment li fiha tkun qiegħda twettaq dan il-kompitu.

2.  L-iddivulgar b'rieda  tajba lill-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati fit-tifsira tad-Direttiva 84/253/KEE, ta' kull fatt jew deċiżjoni msemmija  fil-paragrafu 1 ma għandu jikkostitwixxi ksur ta' ebda restrizzjoni kuntrattwali jew legali dwar l-iddivulgar tat-tagħrif u ma għandu jimplika l-ebda responsabbiltà għal din il-persuna.

IL-KAPITOLU II

KOOPERAZZJONI BEJN L-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAL-ISTATI MEMBRI DIFFERENTI U MAL-AETS

Artikolu 83

L-obbligu tal-kooperazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti għandhom jikkooperaw ma' xulxin kulmeta dan ikun meħtieġ sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont din id-Direttiva jew skont ir-Regolament (UE) Nru…/… [MiFIR], billi jużaw is-setgħat tagħhom, kemm dawk mogħtija f'din id-Direttiva kif ukoll dawk mogħtija  fir-Regolament (UE) Nru…/… [MiFIR] jew fil-liġijiet nazzjonali.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. B'mod partikulari, għandhom jiskambjaw it-tagħrif u jikkooperaw f'kull investigazzjoni jew attivitajiet superviżorji  .

Sabiex tiġi ffaċilitata u aċċellerata il-kooperazzjoni, u, partikolarment, l-iskambju ta' informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti bħala punt ta' kuntatt għall-finijiet ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru…/… [MiFIR]. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet tal-awtoritajiet li jkunu nħatru  sabiex jirċievu t-talbiet għall-iskambju tat-tagħrif  u għall-kooperazzjoni skont dan il-paragrafu. L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista ta' dawk l-awtoritajiet fuq is-sit elettroniku  tagħha.

2.  Meta, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni tas-swieq tat-titoli fl-Istat Membru ospitanti, l-operat f'suq regolat jew f'MTF jew f'OTF  li jkunu stabbilixxew arranġamenti fi Stat Membru ospitanti  jkunu saru ta' importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni tal-investituri f'dak l-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju  u tal-Istat Membru ospitanti  tas-suq regolat għandhom jistabbilixxu arranġamenti proporzjonati għall-kooperazzjoni bejniethom.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-assistenza prevista  fil-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw is-setgħat  tagħhom sabiex jikkooperaw bejniethom, saħansitra f'każijiet meta l-kondotta li tkun qed tiġi investigata  ma tkun  tikkostitwixxi l-ksur ta' ebda regolament fis-seħħ f'dak l-Istat Membru.

4.  Meta awtorità kompetenti jkollha raġunijiet tajba biex tissuspetta li jkunu qegħdin jitwettqu jew li jkunu twettqu atti li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] fi Stat Membru ieħor, minn entitajiet li mhumiex suġġetti għas-superviżjoni tagħha, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor u lill-AETS b'dan b'mod kemm jista' jkun speċifiku. L-awtorità kompetenti nnotifikata għandha tieħu l-azzjoni adatta. Hija għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti li tkun bagħtet in-notifika  u lill-AETS bir-riżultat tal-azzjoni u, safejn ikun  possibbli, bl-iżviluppi temporanji  sinifikanti. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-awtorità kompetenti li tkun bagħtet in-notifika  .

5.  Bla ħsara għall-paragrafi 1 u 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-AETS u awtoritajiet kompetenti oħra bid-dettalji ta':

   (a) kwalunkwe talbiet għat-tnaqqis fid-daqs tal-pożizzjoni jew espożizzjoni skont l-Artikolu 72(1)(f);
   (b) kwalunkwe limiti fuq il-kapaċità tal-persuni li jidħlu fi strument skont l-Artikolu 72(1)(g).

In-notifika għandha tinkludi, fejn rilevanti, id-dettalji tat-talba skont l-Artikolu 72(1)(f) inkluż l-identità tal-persuna jew persuni li hija indirizzata għalihom u r-raġunijiet għaliha, kif ukoll l-ambitu tal-limiti introdotti skont l-Artikolu 72(1)(g) inkluż il-persuna jew klassi ta' persuni kkonċernati, l-istrumenti finanzjarji applikabbli, kwalunkwe miżuri jew livelli minimi kwantitattivi bħan-numru massimu ta' kuntratti li persuni jistgħu jidħlu fihom jew pożizzjonijiet pendenti qabel ma jintlaħaq il-limitu, kwalunkwe eżenzjonijiet għalihom, u r-raġunijiet għalihom.

In-notifiki għandhom isiru mhux inqas minn 24 siegħa qabel ma l-azzjonijiet jew il-miżuri huma intenzjonati li jħallu effett. F'ċirkustanzi eċċezzjonali, l-awtorità kompetenti tista' tagħmel in-notifika inqas minn 24 siegħa ma l-miżura hija intenzjonata li tħalli effett fejn ma huwiex possibbli li jingħata avviż ta' 24 siegħa.

Awtorità kompetenti ta' Stat Membru li tirċievi notifika skont dan il-paragrafu tista' tieħu miżuri skont l-Artikolu 72(1)(f) jew (g) fejn hija ssodisfata li l-miżura hija meħtieġa biex jinkiseb l-għan tal-awtorità kompetenti l-oħra. L-awtorità kompetenti għandha wkoll tagħti avviż skont dan il-paragrafu fejn hija tipproponi li tieħu miżuri.

Meta azzjoni skont (a) jew (b) tkun marbuta ma' prodotti ta' enerġija bl-ingrossa, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija skont ir-Regolament (KE) Nru 713/2009.

6.  B'rabta mal-kwoti tal-emissjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza tas-swieq spot u tal-irkant u l-awtoritajiet kompetenti l-amministraturi tar-reġistri u korpi pubbliċi oħrajn bis-superviżjoni tal-konformità skont id-Direttiva 2003/87/KE sabiex jiġi żgurat li dawn jiksbu stampa konsolidata tas-swieq tal-kwoti tal-emissjonijiet.

7.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati, wara li tikkonsulta mal-AETS, skont l-Artikolu 94 dwar  il-miżuri sabiex tistabbilixxi l-kriterji li bihom  l-operat ta' suq regolat fi Stat Membru ospitanti  jistgħu jitqiesu  bħala ta' importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni tal-investituri f'dak l-Istat Membru ospitanti.

8.  L-AETS għandha  tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-arranġamenti ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa [...](76).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa  tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 84

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-attivitajiet superviżorji, għal verifiki fil-post jew investigazzjonijiet

1 Awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' titlob il-kooperazzjoni tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor f'attivita superviżorja  jew għal  verifika fuq il-post jew f'investigazzjoni. Fil-każ tad-ditti tal-investiment li jkunu membri remoti ta' suq regolat, l-awtorità kompetenti tas-suq regolat tista' tagħżel li tindirizzahom direttament, f'liema każ għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju  tal-membru remot kif jixraq.

Meta awtorità kompetenti tirċievi talba rigward verifika fuq il-post, għandha, fil-qafas tas-setgħat  tagħha:

   (a) twettaq hija stess  il-verifiki jew l-investigazzjonijiet; tippermetti lill-awtorità li tkun qed tagħmel it-talba  twettaq il-verifika jew l-investigazzjoni;
   (b) tippermetti lill-awdituri jew lill-esperti jwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni.

2.  Bil-għan li jkun hemm konverġenza tal-prattiki superviżorji, l-AETS tista' tipparteċipa fl-attivitajiet tal-kulleġġi tas-superviżuri, inkluż fil-verifiki u fl-investigazzjonijiet fuq il-post, imwettqa konġuntement minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.  L-AETS għandha  tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika t-tagħrif  li għandu jiġi skambjat  bejn l-awtoritajiet kompetenti meta dawn ikunu qed  jikkooperaw fl-attivitajiet superviżorji, fil-verifiki fuq il-post u fl-investigazzjonijiet.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abboz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...](77). Għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.  L-AETS għandha  tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni  biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn  jikkooperaw fl-attivitajiet superviżorji, fil-verifiki fuq il-post u fl-investigazzjonijiet.

L-AETS għandha tressaq dan l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa […](78).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa  tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 85

L-iskambju tat-tagħrif

1.  Wara li jkunu nħatru bħala punti ta' kuntatt għall-għanijiet ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru .../... [MiFIR] skont l-Artikolu 83(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ifornu minnufih lil xulxin it-tagħrif meħtieġ biex jitwettqu d-dmirijiet tal-awtoritajiet kompetenti, maħtura skont l-Artikolu 69(1), mogħtija fid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva jew skont ir-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR].

L-awtoritajiet kompetenti li jiskambjaw it-tagħrif ma' awtoritajiet kompetenti oħra skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] jistgħu jindikaw, meta jagħmlu l-komunikazzjoni, li dan it-tagħrif ma jridx jiġi żvelat mingħajr il-qbil espress tagħhom, f'liema każ dan it-tagħrif jista' jiġi skambjat biss għall-għanijiet li għalihom dawn l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom.

2.  L-awtorità kompetenti li  tkun inħatret  bħala l-punt ta' kuntatt tista' tittrażmetti t-tagħrif li tkun irċeviet  skont il-paragrafu 1 u l-Artikoli 82 u 92 lill-awtoritajiet imsemmija  fl-Artikolu 74. Dawn  ma għandhomx jittrażmettuh lil korpi jew persuni fiżiċi  jew ġuridiċi  oħrajn mingħajr il-qbil espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawh u għandhom jagħmlu dan biss  għall-għanijiet li għalihom dawn l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom, għajr f'ċirkustanzi ġġustifikati kif mistħoqq. F'dan il-każ tal-aħħar, il-punt ta' kuntatt għandu jgħarraf minnufih lill-punt ta' kuntatt li jkun bagħat it-tagħrif.

3.  L-awtoritajiet imsemmija  fl-Artikolu 74 kif ukoll il-korpi jew il-persuni fiżiċi u ġuridiċi  l-oħrajn  li jirċievu tagħrif kunfidenzjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew skont l-Artikoli 82 u 92 jistgħu jużawh biss waqt li jkunu qed jagħmlu  d-dmirijiet tagħhom, b'mod partikulari:

   (a) sabiex jiċċekkjaw illi jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tal-kummerċ tad-ditti tal-investiment u sabiex jiffaċilitaw il-monitoraġġ, fuq bażi kkonsolidata jew mhux ikkonsolidata, tal-kondotta ta' dan il-kummerċ, b'mod speċjali rigward ir-rekwiżiti  tal-adegwatezza tal-kapital imposti mid-Direttiva  93/6/KEE, il-proċeduri amministrattivi u tal-kontabbiltà u l-mekkaniżmi tal-kontroll intern;
   (b) sabiex jimmonitorjaw il-funzjonament xieraq taċ-ċentrital-kummerċ;
   (c) sabiex jimponu s-sanzjonijiet;
   (d) fl-appelli amministrattivi kontra d-deċiżjonijiet meħuda  mill-awtoritajiet kompetenti;
   (e) fil-proċedimenti tal-qorti mibdija skont l-Artikolu 79;
   (f) fil-mekkaniżmu straġudizzjarju  għall-ilmenti tal-investituri pprovdut fl-Artikolu 80.

4.  L-AETS għandha  tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-iskambju ta' informazzjoni.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa [...](79).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa  tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.  La dan l-Artikolu u lanqas l-Artikoli 81 jew 92 m'għandhom jipprevjenu awtorità kompetenti milli tittrażmetti lill-AETS, lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“BERS”), lill-banek ċentrali, lis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u lill-BĊE, fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji u, meta jkun xieraq, lill-awtoritajiet pubbliċi l-oħra responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi tal-ħlasijiet u tas-saldu, tagħrif kunfidenzjali maħsub għat-twettiq tal-kompiti tagħhom; bl-istess mod, dawn l-awtoritajiet jew il-korpi m'għandhomx jiġu pprevenuti milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti dak it-tagħrif li huma jistgħu jeħtieġu biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom previsti f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR].

Artikolu 86

Medjazzjoni vinkolanti

1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-AETS sitwazzjonijiet fejn talba relatata ma' ħaġa waħda minn dawn li ġejjin  tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli:

   (-a) għal kooperazzjoni kif previst fl-Artikolu 83;
   (a) biex titwettaq attività superviżorja, verifika fuq il-post jew investigazzjoni, kif previst fl-Artikolu 84; għal skambju ta' informazzjoni kif previst fl-Artikolu 85.

1a L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu wkoll għas-sitwazzjonijiet tal-AETS fejn awtorità kompetenti ma taqbilx dwar il-proċedura jew il-kontenut ta' azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, li huma relatati ma' kwalunkwe dispożizzjoni ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru .../... [MiFIR].

2.  Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-AETS tista' taġixxi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet li tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni prevista fl-Artikolu 87 u għall-possibbiltà li l-AETS taġixxi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 87

Ir-rifjut tal-kooperazzjoni

Awtorità kompetenti tista' tirrifjuta li taġixxi fuq talba għall-kooperazzjoni f'investigazzjoni  , verifika fuq il-post jew attività superviżorja  kif ipprovdut fl-Artikolu 88 jew li tiskambja t-tagħrif kif ipprovdut fl-Artikolu 85 biss meta:

   (-a) din l-investigazzjoni, verifika fuq il-post, attività tas-sorveljanza jew l-iskambju tat-tagħrif jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv is-sovranità, is-sigurtà jew il-politika pubblika tal-Istat Membru indirizzat;
   (a) ikunu diġà nbdew il-proċedimenti ġudizzjarji rigward l-istess azzjonijiet u l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat;
   (b) tkun diġà ngħatat  is-sentenza finali fl-Istat Membru indirizzat rigward l-istess persuni u l-istess azzjonijiet.

Fil-każ ta' dan ir-rifjut, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tat-talba u lill-AETS kif meħtieġ, billi tipprovdi tagħrif iddettaljat kemm jista' jkun.

Artikolu 88

Il-konsultazzjoni qabel l-awtorizzazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor involut għandhom jiġu kkonsultati qabel il-konċessjoni ta' awtorizzazzjoni lil ditta tal-investiment li tkun waħda minn dawn li ġejjin:

   (a) sussidjarja ta' ditta tal-investiment jew ta' istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor;
   (b) sussidjarja ta' intrapriża prinċipali  ta' ditta tal-investiment jew ta' istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor;
   (c) ditta  kkontrollata mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi  li jikkontrollaw ditta tal-investiment jew istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

2.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għas-superviżjoni  tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jew tal-intrapriżi tal-assigurazzjoni għandha tiġi kkonsultata  qabel ma tingħata  awtorizzazzjoni lil ditta tal-investiment li tkun:

   (a) sussidjarja ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ta' intrapriża tal-assigurazzjoni awtorizzata fl-Unjoni Ewropea;
   (b) sussidjarja tal-intrapriża prinċipali  ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ta' intrapriża tal-assigurazzjoni awtorizzata fl-Unjoni Ewropea;
   (c) ikkontrollata mill-istess persuna fiżika jew ġuridika  li tikkontrolla  istituzzjoni ta' kreditu jew intrapriża tal-assigurazzjoni awtorizzata fl-Unjoni  Ewropea.

3.  L-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija  fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jikkonsultaw lil xulxin b'mod partikulari meta jkunu qegħdin jivvalutaw  kemm ikunu xierqa l-azzjonisti jew il-membri u l-fama u l-esperjenza tal-persuni li jidderieġu in-negozju  b'mod effettiv involut fil-ġestjoni ta' entità oħra tal-istess grupp. Huma għandhom jiskambjaw it-tagħrif kollu dwar kemm ikunu xierqa l-azzjonisti jew il-membri u dwar il-fama u l-esperjenza tal-persuni li jidderieġu b'mod effettiv in-negozju  li jkun ta' rilevanza għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, għall-konċessjoni ta' awtorizzazzjoni kif ukoll sabiex tiġi vvalutata b'mod kontinwu l-konformità  mal-kundizzjonijiet operatorji.

4.  L-AETS għandha  tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-konsultazzjoni ta' awtoritajiet kompetenti oħra qabel ma  tingħata awtorizzazzjoni.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa [...](80).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa  tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 89

Is-setgħat  tal-Istati Membri ospitanti

1.  L-Istati Membri ospitanti  għandhom jipprovdu li l-awtorità kompetenti  tista'  , għall-għanijiet tal-istatistika, teħtieġ  lid-ditti kollha tal-investiment li jkollhom  friegħi fit-territorji  tagħhom jirrappurtawlhom perjodikament dwar l-attivitajiet ta' dawn il-friegħi.

2.  Huma u jeżerċitaw ir-responsabbiltajiet  tagħhom skont din id-Direttiva, l-Istati Membri ospitanti  għandhom jipprovdu li l-awtorità kompetenti  tista' teħtieġ lill-friegħi  tad-ditti tal-investiment jipprovdu t-tagħrif meħtieġ sabiex tiġi mmonitorjata l-konformità tagħhom mal-istandards iffissati mill-Istat Membru ospitanti  li japplikaw għalihom fil-każijiet ipprovduti fl-Artikolu 37(8). Dawn ir-rekwiżiti  ma jistgħux ikunu iktar strinġenti minn dawk li jimponi l-istess Stat Membru fuq id-ditti stabbiliti fih  sabiex jimmonitorja l-konformità tagħhom mal-istess standards.

Artikolu 90

Il-miżuri prekawzjonarji li jridu jittieħdu mill-Istati Membri ospitanti

1.  Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti  jkollha raġunijiet ċari u li jistgħu jintwerew sabiex temmen illi ditta tal-investiment li taġixxi ġewwa t-territorju ta' dak l-Istat Membru  bil-libertà li tipprovdi s-servizzi tkun bi ksur tal-obbligi li joħorġu mid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva jew li ditta tal-investiment li  jkollha fergħa fit-territorju tiegħu  tkun bi ksur tal-obbliġi li joħorġu mid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva li ma jikkonferixxux poteri fuq l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti  , għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju  .

Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew minħabba li dawn il-miżuri jinstabu inadegwati, id-ditta tal-investiment tippersisti li taġixxi f'manjiera li tkun ta' preġudizzju biċ-ċar għall-interessi tal-investituri tal-Istat Membru ospitanti jew tal-funzjonament tajjeb tas-swieq, għandu japplika dan li ġej:

   (a) wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tieħu l-miżuri kollha x-xierqa sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq, li għandhom jinkludu  l-possibbiltà li jiġi pprevenut li d-ditti tal-investiment li jkunu qegħdin jiksru l-liġi milli  jibdew tranżazzjonijiet oħra fit-territorji tagħha  . Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu informati bit-tali miżuri mingħajr dewmien; u
   (b) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista' tirreferi din il-kwistjoni lill-AETS, li tista' taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.  Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti  jaċċertaw ruħhom  illi ditta tal-investiment li jkollha fergħa ġewwa t-territorju ta' dak l-Istat Membru  tkun bi ksur tad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji adottati f'dak  l-Istat skont dawk id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jikkonferixxu poteri fuq l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti  , dawn l-awtoritajiet għandhom jeħtieġu illi d-ditta tal-investiment ikkonċernata  ġġib fi tmiemha s-sitwazzjoni irregolari tagħha.

Jekk id-ditta tal-investiment konċernata  tonqos milli tieħu l-passi meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti  għandhom jieħdu l-miżuri x-xierqa kollha  sabiex jiżguraw illi d-ditta tal-investiment konċernata  ġġib fi tmiemha s-sitwazzjoni irregolari tagħha. In-natura ta' dawn il-miżuri għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju  .

F'każ li, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru ospitanti, id-ditta tal-investiment tippersisti li tikser id-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha,  wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, tieħu l-miżuri kollha xierqa meħtieġa  sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu informati b'tali miżuri mingħajr dewmien.

Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AETS, li tista' taġixxi f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.  Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti  ta' suq regolat, ta' MTF jew ta' OTF  ikollha raġunijiet ċari u li jistgħu jiġu murija sabiex temmen illi dan is-suq regolat, din l-MTF jew din l-OTF  ikunu bi ksur tal-obbligi li joħorġu mid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju  tas-suq regolat jew tal-MTF jew tal-OTF  .

F'każ li, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew minħabba li dawn il-miżuri jinstabu inadegwati, dak is-suq regolat jew l-MTF jippersistu li jaġixxu f'manjiera li tkun ta' preġudizzju ċar għall-interessi tal-investituri tal-Istat Membru ospitanti jew tal-funzjonament xieraq tas-swieq, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha,  wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, tieħu l-miżuri kollha xierqa meħtieġa  sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb  tas-swieq, li għandhom jinkludu  l-possibbiltà li jiġu pprevenuti dak is-suq regolat jew l-MTF milli jagħmlu l-arranġamenti tagħhom disponibbli lill-membri remoti jew lill-parteċipanti stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu informati b'tali miżuri mingħajr dewmien.

Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AETS, li tista' taġixxi f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.  Kull miżura adottata skont il-paragrafi 1, 2 jew 3 li tinvolvi  sanzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward l-attivitajiet ta' ditta tal-investiment jew ta' suq regolat għandha tkun iġġustifikata kif jixraq u kkomunikata lid-ditta tal-investiment konċernata  jew lis-suq regolat konċernat.

Artikolu 91

Kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni mal-AETS fi ħdan is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), u mas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ)

-1a.  L-awtoritajiet kompetenti, bħala partijiet tal-SESF, għandhom jikkooperaw b'fiduċja u b'rispett reċiproku, partikolarment meta jiżguraw il-fluss ta' informazzjoni adegwata u affidabbli bejnhom u l-partijiet l-oħra tal-SESF bi qbil mal-prinċipju tal-kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta' din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu, mingħajr dewmien, lill-AETS bl-informazzjoni kollha mehtiega biex twettaq dmirijietha skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru .../... [MiFIR] u skont ir-Regolament 1095/2010, u skont il-ħtieġa, jipprovdu l-banek ċentrali tas-SEBĊ bl-informazzjoni rilevanti kollha għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet tagħhom.

Artikolu 91a

Protezzjoni tad-Dejta

Fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mwettaq minn Stati Membri fi ħdan il-qafas ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR], l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u r-regoli nazzjonali li jimplimentaw dik id-Direttiva. Fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-AETS fi ħdan il-qafas ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru…/… [MiFIR], l-AETS għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 91b

Kumitat konsultattiv tal-AETS dwar il-kummerċ bi frekwenza għolja

Sat-30 ta' Ġunju 2014, l-AETS għandha twaqqaf kumitat konsultattiv ta' esperti nazzjonali biex jiddeterminaw l-iżviluppi tan-negozjar bi frekwenza għolja li jistgħu potenzjalment jikkostitwixxu manipulazzjoni tas-suq bl-għan li:

   (a) jikber l-għarfien tal-AETS dwar in-negozjar bi frekwenza għolja; u
   (b) tiġi pprovduta lista ta' prattiki abbużivi fir-rigward tan-negozjar ta' frekwenza għolja, inklużi spoofing, quote stuffing u layering, għall-finijiet tal-Artikolu 5(1a) tar-Regolament (UE) Nru .../.... [MAR].

Artikolu 91c

Kumitat konsultattiv tal-AETS għat-teknoloġija fis-swieq finanzjarji

Sat-30 ta' Ġunju 2014, l-AETS għandha tistabbilixxi kumitat konsultattiv ta' esperti nazzjonali biex tistabbilixxi liema żviluppi teknoloġiċi fis-swieq jistgħu potenzjalment jikkostitwixxu abbuż tas-suq jew manipulazzjoni tas-suq bl-għan li:

   (a) żieda fl-għarfien tal-AETS dwar teknoloġija ġdida rigward strateġiji ta' negozjar u l-potenzjal tagħhom għal abbuż;
   (b) żieda mal-lista ta' prattiki abbużivi li diġà ġew identifikati li jikkonċernaw direttament strateġiji ta' negozjar ta' frekwenza għolja; u
   (c) valutazzjoni tal-effikaċja ta' approċċi differenti ta' postijiet ta' negozjar biex jiġu ttrattati r-riskji assoċjati ma' prattiki ġodda ta' negozjar.

Bħala riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu, l-AETS għandha toħloq linji gwida addizzjonali għall-aħjar prattika fis-swieq finanzjarji kollha tal-Unjoni.

IL-KAPITOLU III

IL-KOOPERAZZJONI MA' PAJJIŻI TERZI

Artikolu 92

L-iskambju tat-tagħrif mal-pajjiżi terzi

1.  L-Istati Membri u, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS,  jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta' kooperazzjoni li jipprevedu l-iskambju informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta' segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont l-Artikolu 81. Dan l-iskambju ta' informazzjoni jrid ikun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti.

Stat Membru għandu jittrasferixxi  dejta personali lil pajjiż terz skont il-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE.

L-AETS għandha tittrasferixxi d-dejta personali lil pajjiż terz skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 45/2001.

L-Istati Membri u l-AETS jistgħu jikkonkludu wkoll ftehimiet ta' kooperazzjoni li jipprevedu l-iskambju ta' informazzjoni ma' awtoritajiet, korpi u persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta' pajjiż terz responsabbli għal wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

   (a) is-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u intrapriżi  tal-assigurazzjoni u s-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;
   (b) il-likwidazzjoni u l-falliment ta' ditti tal-investiment u proċeduri oħra simili;
   (c) it-twettiq ta' awditjar  statutorju tal-kontijiet ta' ditti tal-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u intrapriżi tal-assigurazzjoni fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji  tagħhom , jew l-amministrazzjoni ta'  skemi tal-kumpens fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom;
   (d) is-sorveljanza tal-korpi involuti fil-likwidazzjoni u l-falliment ta' ditti tal-investiment u fi proċeduri oħra simili;
   (e) is-sorveljanza ta' persuni inkarigati mit-twettiq tal- awditjar  statutorju tal-kontijiet tal-intrapriżi tal-assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta' kreditu, id-ditti tal-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn.
   (f) is-sorveljanza ta' persuni attivi fis-swieq tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-finijiet tal-iżgurar ta' stampa ġenerali konsolidata tas-swieq finanzjarji u spot.

Il-ftehimiet tal-kooperazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu jistgħu jiġu konklużi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għall-garanziji tas-segretezza professjonali li jkunu  mill-inqas ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont l-Artikolu 81. Dan l-iskambju ta' informazzjoni għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta' dawk l-awtoritajiet jew korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi. F'każ li ftehim tal-kooperazzjoni jinvolvi t-trasferiment ta' dejta personali min-naħa ta' Stat Membru, dan it-trasferiment għandu jkun konformi mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 f'każ li l-AETS tkun involuta fit-trasferiment.

2.  Meta t-tagħrif joriġina fi Stat Membru ieħor, ma jistax jiġi  żvelat mingħajr il-qbil espresss tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu ttrażmettewh u, meta jkun xieraq  , għall-għanijiet biss li għalihom dawn l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom. L-istess dispożizzjoni tapplika għat-tagħrif ipprovdut mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz.

IT-TITOLU VII

KAPITOLU 1

ATTI DELEGATI

▌Artikolu 94

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta atti delegati bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 4(2)(1), (3), (11), (12) u (27) sa (33d), l-Artikolu 13(1), l-Artikolu 16(12), l-Artikolu 17(6), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 24(8), l-Artikolu 25(6), l-Artikolu 27(7), l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 30(5), l-Artikolu 32(3), l-Artikolu 35(8), l-Artikolu 44(4), l-Artikolu 51(7), l-Artikolu 52(6), l-Artikolu 53(4), l-Artikolu 60(5), l-Artikolu 66(6) u (7), 67(7) u (8), l-Artikolu 67a(3) u (6), l-Artikolu 68(5) u l-Artikolu 83(7) għandha tingħata għal perjodu indeterminat taż-żmien minn …(81).

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 4(2)(1), (3), (11), (12) u (27) sa (33d), l-Artikolu 13(1), l-Artikolu 16(12), l-Artikolu 17(6), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 24(8), l-Artikolu 25(6), l-Artikolu 27(7), l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 30(5), l-Artikolu 32(3), l-Artikolu 35(8), l-Artikolu 44(4), l-Artikolu 51(7), l-Artikolu 52(6), l-Artikolu 53(4), l-Artikolu 60(5), l-Artikolu 66(6) u (7), 67(7) u (8), l-Artikolu 67a(3) u (6), l-Artikolu 68(5) u l-Artikolu 83(7) għandha tingħata għal perjodu indeterminat taż-żmien minn …. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 2(3), l-Artikolu 4(1), (3), (11), (12) u (27) sa (33d), l-Artikolu 13(1), l-Artikolu 16(12), l-Artikolu 17(6), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 24(8), l-Artikolu 25(6), l-Artikolu 27(7), l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 30(5), l-Artikolu 32(3), l-Artikolu 35(8), l-Artikolu 44(4), l-Artikolu 51(7), Artikolu 52(6), l-Artikolu 53(4), l-Artikolu 60(5), l-Artikolu 66(6) u (7), 67(7) u (8), l-Artikolu 67a(3) u (6), l-Artikolu 68(5) jew l-Artikolu 83(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la min-naħa tal-Parlament Ewropew u lanqas min-naħa tal-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw għall-att. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU 2

Atti ta' implimentazzjoni

Artikolu 95

Proċedura ta' Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE(82). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011(83).

2.  Fejn issir refereneza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu jkun applikabbli ▌.

KAPITOLU 3

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 96

Ir-rapporti u r-reviżjoni

1.  Qabel [...](84) il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-AETS, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

   (a) il-funzjonament tal-faċilitajiet organizzati tan-negozjar, filwaqt li tqis l-esperjenzi miksuba mill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tas-superviżjoni, l-għadd ta' OTFs awtorizzati fl-UE u s-sehem tagħhom mis-suq u b'mod partikolari teżamina jekk humiex meħtieġa aġġustamenti għad-definizzjoni ta' OTF u jekk id-diversi strumenti koperti mill-kategorija OTF jibqgħux xierqa;
   (b) il-funzjonament tal-iskema għas-swieq ta' tkabbir tal-intrapriżi ż-żgħar u medji, filwaqt li tqis l-għadd ta' MTFs irreġistrati bħala swieq ta' tkabbir tal-intrapriżi ż-żgħar u medji, l-għadd ta' emittenti li hemm fihom u l-volumi rilevanti tal-kummerċ;
   (c) l-impatt tar-rekwiżiti marbutin mal-kummerċ awtomatizzat u ta' frekwenza għolja;
   (d) l-esperjenza marbuta mal-mekkaniżmu għall-projbizzjoni ta' ċerti prodotti u ċerti prattiki, filwaqt li tqis kemm-il darba l-mekkaniżmi jkunu tqabbdu u l-effetti tagħhom;
   (e) l-impatt tal-applikazzjoni jew limiti u kontrolli tal-pożizzjonijiet dwar il-likwidità, l-abbuż tas-suq u il-kundizzjonijiet xierqa ta' pprezzar u s-saldu fis-swieq tad-derivati tal-komoditajiet;
   (f) il-funzjonament tas-sistema tal-consolidated tape stabbilita skont it-Titolu V, b'mod partikulari d-disponibbiltà ta' tagħrif ta' kwalità għolja wara l-kummerċ f'format ikkonsolidat li jiġbor fih is-suq kollu fil-klassijiet kollha tal-assi bi standards li jkunu faċli għall-utent u bi spiża raġonevoli.
   (fa) l-impatt tas-sistema ta’ trasparenza fir-rigward tat-tariffi, il-kummissjonijiet u l-benefiċċji mhux monetarji u l-impatt tagħha fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern fil-livell ta’ parir tal-investiment transkonfinali. [Em. 9]

Artikolu 96a

Il-persunal u r-riżorsi tal-AETS

Sa [...] (85), l-AETS għandha tevalwa l-ħtiġiijiet ta' persunal u riżorsi li jirriżultaw mit-teħid tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha f'konformità ma' din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Artikolu 97

It-traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa [...](86)*, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 5, 7, 9, 10, 13 sa 25, 27 sa 32, 34 sa 37, 39, 41 sa 46, 48, 51 sa 54, 59 sa 69a, 71 sa 77, 79, 80, 83, 84, 85, 87 sa 90, 92 sa 99 u l-Annessi I u II [lista tal-Artikoli kollha li saru bidliet sustanzjali fihom meta mqabbel mad-Direttiva 2004/39/KE]. Huma għandhom jgħaddu t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom it-tali referenza meta jiġu ppubblikati b'mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza. Huma għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li tgħid li r-referenzi għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza u kif għandha titfassal dik id-dikjarazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jibdew japplikaw dawk il-miżuri minn [...](87)**ħlief għad-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 67(2) li għandhom jibdew japplikaw minn [...](88)***.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-AETS it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 98

Revoka

Id-Direttiva 2004/39/KE, kif emendata mill-atti elenkati fil-Parti A tal-Anness IIa għandha titħassar b'effett minn [...]*, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 2004/39/KE stabbiliti fil-Parti B tagħha.

Ir-referenzi għad-Direttiva 2004/39/KE jew għad-Direttiva 93/22/KEE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva jew għar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u għandhom jinqraw skont it-tabelli ta' korrelazzjoni stabbiliti fil-Partijiet A u B, rispettivament, tal-Anness IIb.

Ir-referenzi għat-termini ddefiniti fid-Direttiva 2004/39/KE jew fid-Direttiva 93/22/KEE jew għall-Artikoli tagħhom għandhom jinftehmu bħala referenzi għat-termini ekwivalenti ddefiniti f'din id-Direttiva u għall-Artikoli ekwivalenti mogħtija f'din id-Direttiva.

Artikolu 98a

Emenda tad-Direttiva 98/26/KE

Id-Direttiva 98/26/KE tiġi emendata kif ġej:

Fl-Artikolu 1, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-kwoti tal-emissjonijiet ta' unitajiet għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Komunità+.

+ ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

"

Artikolu 99

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Ditti ta' pajjiż terz jistgħu jfornu servizzi u attivitajiet permezz ta' fergħa fl-Istati Membri, skont ir-reġimi nazzjonali, sa sena wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' deċiżjoni b'rabta mal-pajjiż terz rilevanti skont l-Artikolu 41(3).

Artikolu 100

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni  tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  .

Artikolu 101

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …,

Għall- Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

IL-LISTA TAS-SERVIZZI U L-ATTIVITAJIET U L-ISTRUMENTI FINANZJARJI

Taqsima A

Is-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment

(1)  Ir-riċeviment u t-trażmissjoni tal-ordnijiet b'rabta  ma' strument finanzjarju wieħed  jew iktar;

(2)  It-twettiq tal-ordnijiet f'isem il-klijenti;

(3)  In-negozjar f'isimhom stess;

(4)  Il-ġestjoni tal-portafoll;

(5)  Il-pariri dwar l-investiment;

(6)  Is-sottoskrizzjoni tal-istrumenti finanzjarji u/jew it-tqegħid tal-istrumenti finanzjarji fuq bażi ta' impenn sod;

(7)  It-tqegħid tal-istrumenti finanzjarji mingħajr bażi ta' impenn sod;

(8)  It-tħaddim  tal-faċilitajiet multilaterali tan-negozjar;

(10)  It-tħaddim tal-faċilitajiet organizzati tan-negozjar.

Taqsima B

Is-servizzi anċillari

(-1a)  It-tħaris u l-amministrazzjoni tal-istrumenti finanzjarji għall-klijenti, inklużi l-kustodja u s-servizzi relatati bħalma huma l-immaniġġjar tal-flus/tal-kollateral;

(1)  L-għoti  ta' krediti jew selfiet lil investitur sabiex ikun permess li jwettaq tranżazzjoni fi strument finanzjarju wieħed  jew iktar, meta d-ditta li tikkonċedi l-kreditu jew is-self tkun involuta fit-tranżazzjoni;

(2)  Il-pariri lill-intrapriżi dwar l-istruttura tal-kapital, l-istrateġija industrijali u materji relatati u l-pariri u s-servizzi li għandhom x'jaqsmu mal-fużjonijiet  u x-xiri ta' intrapriżi;

(3)  Is-servizzi tal-kambju meta dawn ikunu marbutin  mal-provvediment tas-servizzi tal-investiment;

(4)  Ir-riċerka dwar l-investiment u l-analiżi finanzjarja jew għamliet oħra ta' rakkomandazzjonijiet ġenerali li għandhom  x'jaqsmu mat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji;

(5)  Is-servizzi li għandhom x'jaqsmu mas-sottoskrizzjoni;

(6)  Is-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment kif ukoll is-servizzi anċillaru tat-tip inklużi fit-Taqsimiet A u B tal-Anness I li jkollhom x'jaqsmu mal-irfid tad-derivati inklużi fit-Taqsima C - 5, 6, 7 u 10 meta dawn ikunu konnessi mal-provvediment tal-investiment jew is-servizzi anċillari.

Taqsima C

L-istrumenti finanzjarji

(1)  It-titoli trasferibbli ;

(2)  L-istrumenti tas-suq tal-flus;

(3)  L-unitajiet fl-intrapriżi għall-investiment kollettiv;

(4)  L-opzjonijiet, futuri, swaps, ftehimiet b'rata forward u kwalunkwe  kuntratt ieħor tad-derivati li għandu x'jaqsam mat-titoli, il-valuti,  ir-rati jew rendimenti  tal-imgħax, ▌jew strumenti oħra tad-derivati, indiċijiet finanzjarji jew miżuri finanzjarji li jistgħu jiġu saldati b'mod fiżiku jew fi flus ;

(5)  L-opzjonijiet, futuri, swaps, ftehimiet b'rata forward u kwalunkwe  kuntratt ta' derivati li jkollu x'jaqsam mal-komoditajiet li jridu jiġu saldati fi flus jew jistgħu jiġu saldati fi flus fuq l-għażla ta' waħda mill-partijiet aktar  milli minħabba kontumaċja jew avveniment  ta' terminazzjoni;

(6)  L-opzjonijiet, futuri, swaps, ftehimiet b'rata forward u kwalunkwe  kuntratt ieħor ta' derivati li jkollu x'jaqsam mal-komoditajiet li mhumiex intiżi li jiġu saldati  b'mod fiżiku, sakemm ikunu nnegozjati f'suq regolat u/jew MTF;

(6a)  Il-kuntratti ta' assigurazzjoni marbuta ma' strumenti relatati mal-investiment;

(7)  L-opzjonijiet, futuri, swaps, ftehimiet b'rata forward u kwalunkwe  kuntratt ieħor ta' derivati li jkollu x'jaqsam mal-komoditajiet li jistgħu jiġu saldati  b'mod fiżiku mhux imsemmi xorta oħra f'C.6 u li ma jkunux għal għanijiet kummerċjali, li jkollhom il-karatteristiċi ta' strumenti finanzjarji oħra ta' derivati, filwaqt li jitqies, fost ħwejjeġ oħra, li jiġu kklerjati u saldati permezz ta' ċentri tal-ikklerjar rikonoxxuti jew ikunu soġġetti  għas-sejħiet regolari tal-marġini;

(8)  L-istrumenti derivati għat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu;

(9)  Il-kuntratti finanzjarji għad-differenzi;

(10)  L-opzjonijiet, futuri, swaps, ftehimiet b'rata forward u kwalunkwe  kuntratt ieħor ta' derivati li jkollhom x'jaqsmu mal-varjabbli  klimatiċi, ir-rati tal-ġarr tal-merkanzija, il-kwoti tal-emissjonijiet jew ir-rati tal-inflazzjoni jew statistiċi ekonomiċi oħra uffiċjali li jridu jiġu saldati fi flus jew jistgħu jiġu saldati fi flus  fuq il-għażla ta' waħda mill-partijiet aktar  milli minħabba kontumaċja jew avveniment  ta' terminazzjoni, kif ukoll kull kuntratt ta' derivati li jkolli x'jaqsam mal-attivi, id-drittijiet, l-obbligi, l-indiċijiet jew il-miżuri mhux imsemmija xorta oħra f'din it-Taqsima, li jkollhom il-karatteristiċi ta' strumenti finanzjarji oħra ta' derivati, filwaqt li jitqies jekk, fost ħwejjeġ oħra jiġux innegozjati  f'suq regolat jew MTF, jiġux ikklerjati u saldati permezz ta' ċentri tal-ikklerjar rikonoxxuti jew ikunu soġġetti  għal sejħiet regolari tal-marġini;

(11)  Il-kwoti tal-emissjonijiet li jikkonsistu fi kwalunkwe unità rrikonoxxuta għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE (l-iskema għan-negozjar tal-emissjonijiet).

(11a)  Speċifikazzjonijiet addizzjonali b'rabta mal-punti (7) u (10).

1.  Għall-finijiet tal-punt (7), kuntratt li ma jkunx spot contract fit-tifsira tal-paragrafu 2 u li ma jkunx kopert mill-paragrafu 4 għandu jitqies bħala kuntratt li għandu l-karatteristiċi ta' strumenti finanzarji derivati oħra u li mhux għal finijiet kummerċjali jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

  (a) jissodisfa wieħed mis-settijiet ta' kriterji li ġejjin:
   (i) jiġi nnegozjat f'faċilità tan-negozjar ta' pajjiż terz li twettaq funzjoni simili għal suq regolat, MTF jew OTF;
   (ii) ikun espliċitament iddikjarat sabiex isir negozju dwaru, jew ikun suġġett għar-regoli ta' suq regolat, ta' MTF, OTF jew ta' faċilità tan-negozjar ta' pajjiż terz ta' din ix-xorta;
   (iii) ikun espliċitament iddikjarat li huwa ekwivalenti għal kuntratt innegozjat f'suq regolat, MTF, OTF jew f'faċilità tan-negozjar ta' pajjiż terz ta' din ix-xorta;
   (b) jiġi kklerjat minn clearing house jew minn entità oħra li twettaq l-istess funzjonijiet bħal kontroparti ċentrali, jew ikun hemm arranġamenti għall-pagament jew għall-provvista ta' marġni b'relazzjoni għall-kuntratt;
   (c) jiġi standardizzat sabiex, b'mod partikolari, il-prezz, il-lott, id-data tal-konsenja jew termini oħra jiġu ddeterminati b'mod prinċipali b'referenza għal prezzijiet ippubblikati regolarment, lottijiet standard jew dati standard ta' konsenja.

2.  Spot contract għall-finijiet tal-paragrafu 1 tfisser kuntratt għall-bejgħ ta' komodità, assi jew dritt, li skond it-termini tiegħu il-konsenja tkun skedata biex issir fl-itwal mill-perjodi li ġejjin:

   (a) jumejn ta' negozjar;
   (b) il-perjodu ġeneralment aċċettat fis-suq għal dik il-komodità, assi jew dritt bħala l-perjodu standard ta' konsenja.

Madankollu, kuntratt mhuwiex spot contract jekk, irrispettivament mit-termini espliċiti tiegħu, ikun hemm arranġament bejn il-partijiet tal-kuntratt li l-konsenja tat-titolu sottostanti għandha tiġi posposta u m'għandiex titwettaq fil-perjodu li jissemma fl-ewwel subparagrafu.

3.  Għall-finijiet tal-punt (10), kuntratt derivattiv relatat ma' titolu sottostanti li jissemma f'din it-Taqsima għandu jitqies bħala kuntratt li għandu l-karatteristiċi ta' strumenti finanzjarji derivati oħrajn jekk tiġi sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) dak il-kuntratt jitħallas bi flus kontanti jew jista' jitħallas bi flus kontanti skond kif tagħżel parti waħda jew aktar, għal raġuni oħra għajr minħabba nuqqas ta' ħlas jew avveniment ieħor ta' terminazzjoni;
   (11a) Speċifikazzjonijiet addizzjonali fir-rigward tal-punti (7) u (10)_(b) li l-kuntratt huwa negozjat f'suq regolat, MTF jew OTF;
   (c) il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ġew sodisfatti b'relazzjoni ma' dak il-kuntratt.

4.  Kuntratt għandu jitqies li huwa għal skopijiet kummerċjali għall-finijiet tal-punt (7) u bħala kuntratt li m'għandux il-karatteristiċi ta' strumenti finanzarji derivati oħrajn għall-finijiet tal-punt (7) u (10) jekk parti tidħol fih ma' operatur jew amministratur ta' gradilja tat-tranżmissjoni tal-enerġija, ta' mekkaniżmu ta' bbilanċjar tal-enerġija jew ta' netwerk ta' pipeline, jew jidħol fih l-operatur jew l-amministratur innifsu, u jkun meħtieġ li l-provvisti u l-użi tal-enerġiji fi żmien partikolari jinżammu f'bilanċ.

5.  Minbarra l-kuntratti derivati ta' tip li jissemma' fil-punt (10), kuntratt derivattiv relatat ma' kwalunkwe fattur milli ġejjin għandu jaqa' taħt il-punt (10) jekk jissodisfa l-kriterji stabbiliti kemm fil-punt (10) u kif ukoll fil-paragrafu 3:

   (a) il-bandwidth tat-telekomunikazzjonijiet;
   (b) il-kapaċità għall-ħażna tal-komoditajiet;
   (c) il-kapaċità għat-tranżmissjoni jew għat-trasport relatata mal-komoditajiet, kemm jekk kejbil, pipeline jew mezzi oħrajn;
   (d) konċessjoni, kreditu, permess, dritt jew assi simili li tkun direttament konnessa mal-provvista, mad-distribuzzjoni jew mal-konsum tal-enerġija li ġejja minn riżorsi rinnovabbli;
   (e) varjabbli ġeoloġika, ambjentali jew fiżika oħra;
   (f) kwalunkwe assi jew dritt ieħor ta' natura funġibbli, għajr dritt li jiġi riċevut servizz, li jista' jiġi ttrasferit;
   (g) indiċi jew miżura relatata mal-prezz jew mal-valur ta', jew mal-volum ta' tranżazzjoni fi kwalunkwe assi, dritt, servizz jew obbligu.

It-taqsima D

LISTA TAS-SERVIZZI TA' RRAPPURTAR TAD-DEJTA

(1)  It-tħaddim ta' arranġament approvat għall-pubblikazzjoni;

(2)  It-tħaddim ta' fornitur tas-sistema tal-consolidated tape;

(3)  It-tħaddim ta' mekkaniżmu approvat għar-rappurtar.

ANNESS II

IL-KLIJENTI PROFESSJONALI GĦALL-GĦANIJIET TA' DIN ID-DIRETTIVA

Klijent professjonali huwa klijent li jippossjiedi għandu l-esperjenza, l-għarfien  u l-kompetenza sabiex jieħu  d-deċiżjonijiet tal-investiment tiegħu stess  u jivvaluta  sewwa r-riskji li jġorru. Sabiex jiġi kkunsidrat bħala  klijent professjonali, il-klijent irid jikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

I.  Il-Kategoriji tal-klijent li huma kkunsidrati li huma professjonali

Dawn li ġejjin kollha  għandhom jitqiesu bħala klijenti  professjonali fis-servizzi u l-attivitajiet kollha tal-investiment u fl-istrumenti finanzjarji kollha  għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

  (1) L-entitajiet li huma meħtieġa li jkunu awtorizzati jew irregolati sabiex joperaw fis-swieq finanzjarji. Il-lista ta' hawn taħt għandha tinftiehem  li tinkludi l-entitajiet kollha awtorizzati li jkunu qed  iwettqu l-attivitajiet karatteristiċi tal-entitajiet imsemmija: l-entitajiet awtorizzati minn Stat Membru skont Direttiva, l-entitajiet awtorizzati jew irregolati minn Stat Membru mingħajr riferiment għal Direttiva partikulari  u l-entitajiet awtorizzati jew irregolati minn pajjiż terz  :
   (a) l-istituzzjonijiet ta' kreditu;
   (b) id-ditti tal-investiment;
   (c) istituzzjonijiet finanzjarji oħra awtorizzati jew regolati;
   (d) il-kumpaniji tal-assigurazzjoni;
   (e) l-iskemi ta' investiment kollettiv u l-kumpaniji maniġerjali  ta' dawn l-iskemi;
   (f) il-fondi tal-pensjonijiet u l-kumpaniji maniġerjali ta' dawn il-fondi;
   (g) in-negozjanti tal-komoditajiet  u tad-derivati tal-komoditajiet;
   (h) l-intrapriżi  lokali;
   (i) investituri oħra istituzzjonali;
   (2) L-intrapriżi l-kbar li jissodisfaw tnejn mir-rekwiżiti  li ġejjin dwar id-daqs fuq il-bażi ta' kumpanija:

‐ it-total tal-karta tal-bilanċ:

EUR 2 000 0000

‐ il-fatturat  nett:

EUR 40 000 000

‐ il-fondi proprji:

EUR 2 000 000
   (3) Il-gvernijiet nazzjonali u reġjonali, inklużi  l-korpi pubbliċi li jimmaniġġaw  id-dejn pubbliku fil-livell nazzjonali jew reġjonali, il-Banek Ċentrali, l-istituzzjonijiet internazzjonali u supranazzjonali bħalma huma l-Bank Dinji, il-FMI, il-BĊE  u l-BEI u organizzazzjonijiet internazzjonali simili oħrajn.
   (4) Investituri oħra istituzzjonali li l-attività ewlenija  tagħhom hija li jinvestu fl-istrumenti finanzjarji, inklużi l-entitajiet iddedikati għat-titolizzazzjoni  tal-assi  jew għal  tranżazzjonijiet finanzjarji oħra.

L-entitajiet imsemmija hawn fuq huma kkunsidrati bħala klijenti  professjonali. Iridu madankollu jitħallew jitolbu trattament bħala klijenti  mhux professjonali u d-ditti tal-investiment jistgħu jaqblu li jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni. Meta l-klijent ta' ditta tal-investiment ikun  intrapriża msemmija  hawn fuq, id-ditta tal-investiment trid tgħarrfu, qabel tipprovdilu kwalunkwe  servizz, li, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli għad-ditta, il-klijent jitqies li huwa klijent professjonali, u se  jiġi ttrattat bħala tali  għajr jekk id-ditta u l-klijent jiftehmu mod ieħor  . Id-ditta trid tgħarraf ukoll lill-klijent li huwa  jista' jitlob varjazzjoni fit-termini tal-ftehim biex jikseb  livell ogħla ta' protezzjoni.

Hija r-responsabbiltà tal-klijent li jitqies bħala  klijent professjonali li jitlob livell ogħla ta' protezzjoni meta jqis li mhux kapaċi jivvaluta  sewwa jew jamministra sewwa  r-riskji involuti.

Dan il-livell ogħla ta' protezzjoni se  jiġi pprovdut meta klijent li huwa kkunsidrat bħala wieħed  professjonali jidħol fi ftehim bil-miktub mad-ditta tal-investiment sabiex ma jiġix  ittrattat bħala klijent  professjonali għall-għanijiet tar-reġim applikabbli tal-kondotta tal-operat. Ftehim bħal dan  għandu jispeċifika jekk dan japplikax għal servizz jew tranżazzjoni partikulari wieħed  jew iktar, jew għal tip ta' prodott jew ta' tranżazzjoni wieħed jew iktar.

II.1II.  Il-klijenti li jistgħu jiġu ttrattati bħala professjonali fuq talba

II.1.  Il-kriterji tal-identifikazzjoni

Il-klijenti għajr dawk imsemmija fit-Taqsima I, inklużi l-korpi tas-settur pubbliku minbarra l-awtoritajiet lokali pubbliċi, il-muniċipalitajiet  u inkluż l-investituri individwali privati, jistgħu ukoll jitħallew  jirrinunzjaw għal uħud mill-protezzjonijiet mogħtija mir-regoli tal-kondotta tal-operat .

Id-ditti tal-investiment għandhom għalhekk jingħataw il-permess li jittrattaw lil kull wieħed mill-klijenti ta' hawn fuq bħala klijent professjonali  sakemm ikunu ssodisfati  l-kriterji u l-proċedura rilevanti  msemmija hawn taħt. Madankollu, dawn il-klijenti ma għandhomx jiġu preżunti li jippossjiedu għarfien  u esperjenza tas-suq ipparagunati ma' dak tal-kategoriji elenkati fit-Taqsima I.

Kull rinunzja ta' dan it-tip  tal-protezzjoni mogħtija mir-reġim standard tal-kondotta tal-operat  għandha titqies valida biss jekk valutazzjoni  adegwata tal-kompetenza, l-esperjenza u l-għarfien  tal-klijent, imwettqa  mid-ditta tal-investiment, tagħti assigurazzjoni raġonevoli, fid-dawl tan-natura tat-tranżazzjonijiet jew tas-servizzi previsti, illi l-klijent huwa kapaċi jieħu  d-deċiżjonijiet tal-investiment tiegħu stess  u jifhem ir-riskji involuti.

It-test ta' idonejità  li jsir  għall-amministraturi u d-diretturi tal-entitajiet illiċenzjati skont id-Direttivi fil-kamp finanzjarju jista' jitqies  bħala eżempju tal-valutazzjoni  tal-kompetenza u tal-għarfien  . Fil-każ tal-entitajiet iż-żgħar, il-persuna suġġetta  għall-valutazzjoni  ta' hawn fuq għandha tkun il-persuna li hija  awtorizzata twettaq tranżazzjonijiet f'isem l-entità.

Hija u titwettaq il-valutazzjoni  ta' hawn fuq, għandhom jiġu ssodisfati mill-inqas  tnejn mill-kriterji li ġejjin:

   li l-klijent ikun wettaq tranżazzjonijiet ta' daqs sinifikanti fis-suq rilevanti bi  frekwenza medja ta' 10 f'kull kwart tas-sena fuq l-erba' kwarti preċedenti,
   li d-daqs tal-portafoll tal-istrument finanzjarju tal-klijent, iddefinit bħala wieħed  li jinkludi depożiti ta' flus u strumenti finanzjarji, jaqbeż il-EUR 500,000,
   li l-klijent jaħdem jew ikun ħadem fis-settur finanzjarju għal mill-inqas sena f'pożizzjoni professjonali, li teħtieġ għarfien  dwar it-tranżazzjonijiet jew is-servizzi previsti.
  

II.2.  Il-proċedura

Il-klijenti ddefiniti hawn fuq jistgħu jirrinunzjaw biss għall-benefiċċju tar-regoli ddettaljati tal-kondotta meta tiġi segwita l-proċedura li ġejja:

   iridu jiddikjaraw bil-kitba lid-ditta tal-investiment li jixtiequ jiġu ttrattati bħala klijenti professjonali, jew b'mod ġenerali jew rigward servizz jew tranżazzjoni partikulari tal-investiment jew tip ta' tranżazzjoni jew prodott,
   id-ditta tal-investiment trid tagħtihom twissija ċara bil-miktub dwar il-protezzjonijiet u d-drittijiet tal-kumpens għall-investituri li jistgħu jitilfu,
   iridu jiddikjaraw bil-miktub, f'dokument separat mill-kuntratt, li huma konxji mill-konsegwenzi tat-telf ta' dawn il-protezzjonijiet.

Qabel ma jiddeċiedu li jaċċettaw kull talba għal rinunzja, id-ditti tal-investiment iridu jkunu meħtieġa jieħdu l-passi kollha raġonevoli sabiex jiżguraw illi l-l-klijent li jitlob li jiġi ttrattat bħala klijent professjonali jissodisfa r-rekwiżiti  rilevanti ddikjarati fit-Taqsima II.1 ta' hawn fuq.

Madankollu, jekk il-klijenti jkunu diġà ġew ikkategorizzati bħala professjonali skont parametri u proċeduri simili għal dawk ta' hawn fuq, ir-relazzjonijiet tagħhom  mad-ditti tal-investiment m'għandhomx għalfejn  jiġu affettwati mir-regoli l-ġodda adottati skont dan l-Anness.

Id-ditti jridu jimplimentaw politiki u proċeduri  interni xierqa  bil-miktub sabiex jikkategorizzaw lill-klijenti. Il-klijenti professjonali huma responsabbli li jżommu lid-ditta mgħarrfa dwar kull bidla li tista' taffettwa l-kategorizzazzjoni kurrenti tagħhom. Jekk id-ditta tal-investiment issir madankollu konxja illi l-klijent m'għadux jissodisfa  l-kundizzjonijiet inizjali li jkunu għamluh eliġibbli għal trattament professjonali, id-ditta tal-investiment trid tieħu l-azzjoni x-xierqa dwar dan.

ANNESS IIA

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 98)

Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1)

Direttiva 2006/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward ta' ċerti skadenzi (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 60).

Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 fir-rigward tar-regoli ta' proċedura u l-kriterji ta' evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta' akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

Direttiva 2008/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 33)

Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

Parti B

Lista tal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 98)

Direttiva 2004/39/KE

Perjodu ta' traspożizzjoni:

31 ta' Jannar 2007

Perjodu ta' implimentazzjoni

1 ta' Novembru 2007

ANNESS IIB

Tabelli ta' Korrelazzjoni

Parti A

Din id-Direttiva

Direttiva 2004/39/KE

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3(1)(2)

Artikolu 3(1)u (2)

Artikolu 3(3)(4)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(2)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7(1)(2)(3)(4)

Artikolu 7(1), (2), (3) u (4)

Artikolu 7(5)

Artikolu 7(4)

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9(1)(2)(3)(4)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(5)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(6)

Artikolu 9(7)

Artikolu 9(3)

Artikolu 9(8)

Artikolu 9(4)

Artikolu 10(1)(2)

Artikolu 10(1) u (2)

Artikolu 10(3)

Artikolu 11(1)

Artikolu 10(3)

Artikolu 11(2)

Artikolu 10(4)

Artikolu 11(3)

Artikolu 10(5)

Artikolu 11(4)

Artikolu 10(6)

Artikolu 12

Artikolu 10a

Artikolu 13

Artikolu 10b

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 15

Artikolu 12

Artikolu 16(1)(2)(3)(4)(5)(6)

Artikolu 13(1), (2), (3), (4), (5) u (6)

Artikolu 16(7)

Artikolu 16(8)

Artikolu 13(7)

Artikolu 16(9)

Artikolu 13(8)

Artikolu 16(10)

Artikolu 16(11)

Artikolu 13(9)

Artikolu 16(12)

Artikolu 13(10)

Artikolu 17

Artikolu 18(1)(2)

Artikolu 14(1) u (2)

Artikolu 18(3)

Artikolu 14(4)

Artikolu 18(4)

Artikolu 14(5)

Artikolu 18(5)

Artikolu 14(6)

Artikolu 18(6)

Artikolu 14(7)

Artikolu 18(7)(8)

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 16

Artikolu 22

Artikolu 17

Artikolu 23

Artikolu 18

Artikolucle 24(1)(2)(3)

Artikolu 19(1), (2) u (3)

Artikolu 24(4)

Artikolu 19(9)

Artikolu 24(5)

Artikolu 24(6)

Artikolu 24(7)

Artikolu 24(8)

Artikolu 25(1)

Artikolu 19(4)

Artikolu 25(2)

Artikolu 19(5)

Artikolu 25(3)

Artikolu 19(6)

Artikolu 25(4)

Artikolu 19(7)

Artikolu 25(5)

Artikolu 19(8)

Artikolu 25(6)

Artikolu 19(10)

Artikolu 25(7)

Artikolu 26

Artikolu 20

Artikolu 27(1)

Artikolu 21(1)

Artikolu 27(2)

Artikolu 27(3)

Artikolu 21(2)

Artikolu 27(4)

Artikolu 21(3)

Artikolu 27(5)

Artikolu 21(4)

Artikolu 27(6)

Artikolu 21(5)

Artikolu 27(7)

Artikolu 21(6)

Artikolu 27(8)

Artikolu 28

Artikolu 22

Artikolu 29

Artikolu 23

Artikolu 30

Artikolu 24

Artikolu 31

Artikolu 26

Artikolu 32

Artikolu 33

Artikolu 34

Artikolu 35

Artikolu 36(1)(2)(3)(4)

Artikolu 31(1), (2),(3) u (4)

Artikolu 36(5)

Artikolu 36(6)

Artikolu 31(5)

Artikolu 36(7)

Artikolu 31(6)

Artikolu 36(8)(9)

Artikolu 31(7)

Artikolu 37(1)(2)(3)(4)(5)(6)

Artikolu 32(1), (2), (3), (4), (5) u (6)

Artikolu 37(7)

Artikolu 37(8)

Artikolu 32(7)

Artikolu 37(9)

Artikolu 32(8)

Artikolu 37(10)

Artikolu 32(9)

Artikolu 37(11)

Artikolu 32(10)

Artikolu 38

Artikolu 33

Artikolu 39

Artikolu 34

Artikolu 40

Artikolu 35

Artikolu 41

Artikolu 42

Artikolu 43

Artikolu 44

Artikolu 45

Artikolu 46

Artikolu 47

Artikolu 36

Artikolu 48

Artikolu 37

Artikolu 49

Artikolu 38

Artikolu 50

Artikolu 39

Artikolu 51

Artikolu 52

Artikolu 40

Artikolu 53(1)(2)

Artikolu 41(1) u (2)

Artikolu 53(3)(4)

Artikolu 54

Artikolu 55

Artikolu 42

Artikolu 56

Artikolu 43

Artikolu 57

Artikolu 46

Artikolu 58

Artikolu 47

Artikolu 59

Artikolu 60

Artikolu 61

Artikolu 62

Artikolu 63

Artikolu 64

Artikolu 65

Artikolu 66

Artikolu 67

Artikolu 68

Artikolu 69

Artikolu 48

Artikolu 70

Artikolu 49

Artikolu 71(1)(2)

Artikolu 50(1) u (2)

Artikolu 71(3)(4)

Artikolu 72

Artikolu 73(1)

Artikolu 51(1)

Artikolu 73(2)

Artikolu 73(3)

Artikolu 51(4)

Artikolu 73(4)

Artikolu 51(5)

Artikolu 73(5)

Artikolu 51(6)

Artikolu 74

Artikolu 75

Artikolu 76

Artikolu 77

Artikolu 78

Artikolu 79

Artikolu 52

Artikolu 80

Artikolu 53

Artikolu 81

Artikolu 54

Artikolu 82

Artikolu 55

Artikolu 83(1)(2)(3)(4)

Artikolu 56(1), (2), (3) u (4)

Artikolu 83(5)(6)

Artikolu 83(7)

Artikolu 56(5)

Artikolu 83(8)

Artikolu 56(6)

Artikolu 84

Artikolu 57

Artikolu 85

Artikolu 58

Artikolu 86

Artikolu 58a

Artikolu 87

Artikolu 59

Artikolu 88

Artikolu 60

Artikolu 89

Artikolu 61

Artikolu 90

Artikolu 62

Artikolu 91

Artikolu 62a

Artikolu 92

Artikolu 63

Artikolu 93

Artikolu 94

Artikolu 95

Artikolu 96

Artikolu 65

Artikolu 97

Artikolu 70

Artikolu 98

Artikolu 99

Artikolu 71

Artikolu 100

Artikolu 72

Artikolu 101

Artikolu 73

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Parti B

Regolament (EU) No .../... [MiFIR].

Direttiva 2004/39/KE

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4

Artikolu 3(1)

Artikolu 29(1) u Artikolu 44(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 44(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 29(2) u Artikolu 44(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 29(3) u Artikolu 44(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 5(1)

Artikolu 30(1) u Artikolu 45(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 45(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 30(2) u Artikolu 45(2)

Artikolu 6(2)

Artikolu 30(3) u Artikolu 45(3)

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 28 u Artikolu 30,

Artikolu 45

Artikolu 13

Artikolu 27(1) u (2)

Artikolu 14(1)(2)(3)(4)

Artikolu 27(3)

Artikolu 14(5)

Artikolu 27(7)

Artikolu 14(6)

Artikolu 15

Artikolu 27(4)

Artikolu 16(1)

Artikolu 27(5)

Artikolu 16(2)

Artikolu 27(6)

Artikolu 16(3)

Artikolu 27(7)

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 28

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 25(1)

Artikolu 22(1)

Artikolu 25(2)

Artikolu 22(2)

Artikolu 23(1)(2)

Artikolu 25(3)

Artikolu 23(3)

Artikolu 25(4)

Article 23(4)

Artikolu 23(5)

Artikolu 23(6)

Artikolu 25(5)

Artikolu 23(7)

Artikolu 25(6)

Artikolu 23(8)

Artikolu 25(7)

Artikolu 23(9)

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 31

Artikolu 32

Artikolu 33

Artikolu 34

Artikolu 35

Artikolu 36

Artikolu 36

Artikolu 37

Artikolu 38

Artikolu 39

Artikolu 40

Artikolu 41

Artikolu 42

Artikolu 64

Artikolu 43

Artikolu 65

Artikolu 44

Artikolu 45

Artikolu 71

Artikolu 46

Artikolu 72

(1) Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi kkunsidrat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0306/2012).
(2)* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(3) ĠU C 161, 7.6.2012, p. 3.
(4) ĠU C 191, 29.6.2012, p. 80.
(5) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26'ta Ottubru 2012
(6) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(7) ĠU L 141, 11.6.1993, p. 27.
(8) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.
(9) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(10) ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1.
(11) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
(12) ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3.
(13) Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-13 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriċità (ĠU L 198, 30.7.2009, p.20).
(14) Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali (ĠU L 211, 14.8.2009, p.94).
(15) Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15).
(16) Regolament (KE) 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36).
(17) ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1.
(18) Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, intrapriżi tal-assikurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).
(19) Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta' kumpanniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201).
(20) Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering [ħasil tal-flus] u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).
(21) ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43.
(22) ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26.
(23) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(24) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(25) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(26) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
(27) ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1.
(28) ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1.
(29) ĠU L 115, 17.4.1998, p. 31.
(30) ĠU L 109, 19.4.2001, p. 56.
(31) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13
(32) ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.
(33) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(34)* 12 il-xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(35) ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1.
(36) ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22.
(37) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.
(38) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
(39) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.
(40)* 18 il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(41)* 18 il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(42)* Sentejn wara d-data d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(43)** 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(44) ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.
(45)* 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(46)* 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(47) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.
(48)* 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(49)* 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(50)* 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(51)* 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(52)* 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(53)* 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(54)* 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(55)* 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(56)* 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(57)* 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(58)* 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(59)* 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(60)* 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(61)* 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(62)* 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(63)* 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(64)* 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(65)* 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva
(66)* 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva
(67)* 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva,
(68)* 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva
(69)** 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva
(70)*** 6 xhur wara l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
(71)* Sena wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
(72)* 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(73)* 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva
(74) ĠU L 126, 12.5.1984, p. 20.
(75) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.
(76)* 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(77)* 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(78)* 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(79)* 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(80)* 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(81)* Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(82) ĠU L 191, 13.7.2001, p.45.
(83) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(84)* 42 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(85)* 18 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(86)** Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(87)*** 30 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(88)**** 42 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


Swieq ta' strumenti finanzjarji u emenda tar-Regolament EMIR dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet ***I
PDF 980kWORD 495k
Test
Test konsolidat
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament [EMIR] dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju (COM(2011)0652 – C7-0359/2011 – 2011/0296(COD))(1)
P7_TA(2012)0407A7-0303/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

[Emenda 1 sakemm mhux indikat mod ieħor]

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)
P7_TA(2012)0407A7-0303/2012
għall-proposta tal-Kummissjoni
P7_TA(2012)0407A7-0303/2012

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemendar-Regolament (UE) Nru 648/2012dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva(4),

Billi:

(1)  Il-kriżi finanzjarja reċenti esponiet dgħjufijiet fit-trasparenza tas-swieq finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għal effetti soċjo-ekonomiċi dannużi. It-tisħiħ tat-trasparenza huwa wieħed mill-prinċipji kondiviżi għat-tisħiħ tas-sistema finanzjarja kif ikkonfermat mid-dikjarazzjoni tal-Mexxejja fil-G-20 f’Londra fit-2 ta’ April 2009. Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza u jitjieb il-funzjonament tas-suq intern għall-istrumenti finanzjarji, għandu jiġi implimentat qafas ġdid li jistabbilixxi rekwiżiti uniformi għat-trasparenza tat-tranżazzjonijiet fis-swieq għall-istrumenti finanzjarji. Il-qafas għandu jistabbilixxi regoli komprensivi għal firxa wiesgħa ta’ strumenti finanzjarji. Għandu jikkumplimenta r-rekwiżiti għat-trasparenza tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-ishma stabbiliti fid-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji(5).

(2)  Il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-UE ppresedut minn Jacques de Larosière stieden lill-Unjoni sabiex tiżviluppa sett aktar armonizzat ta' regolamenti finanzjarji. Fil-kuntest tal-arkitettura superviżorja Ewropea futura, il-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2009 enfasizza wkoll il-ħtieġa li tiġi stabbilita ġabra Ewropea waħda tar-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-suq intern.

(3)  Konsegwentement, il-leġiżlazzjoni l-ġdida għandha tikkonsisti f’żewġ strumenti legali differenti, direttiva u dan ir-Regolament. Flimkien, iż-żewġ strumenti legali għandhom jifformaw il-qafas legali li jikkontrolla r-rekwiżiti applikabbli għad-ditti tal-investiment, is-swieq regolati u l-fornituri tas-servizzi ta’ rapportar tad-dejta. Għaldaqstant dan ir-Regolament għandu jinqara flimkien mad-direttiva. Il-ħtieġa li tiġi stabbilita ġabra waħda ta' regoli għall-istituzzjonijiet kollha fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti u li jiġi evitat il-potenzjal tal-arbitraġġ regolatorju kif ukoll li tiġi pprovduta aktar ċertezza legali u anqas kumplessità regolatorja għall-parteċipanti tas-suq tiġġustifika l-użu ta’ bażi legali li tippermetti għall-ħolqien ta’ regolament. Sabiex jitneħħew l-ostakli li fadal għan-negozju u d-distorzjonijiet sinifikanti fil-kompetizzjoni li jirrizultaw mid-diverġenzi bejn il-liġijiet nazzjonali u jiġi prevenut kwalunkwe ostaklu ulterjuri probabbli għan-negozju u distorzjonijiet sinifikanti fil-kompetizzjoni milli jinħolqu, huwa meħtieġ li jiġi adottat Regolament li jistabbilixxi regoli uniformi applikabbli fl-Istati Membri kollha. Dan l-att applikabbli direttament jimmira biex jikkontribwixxi b'mod effettiv lejn il-funzjonament bla intoppi tas-suq intern u għandu, konsegwentament, ikun ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif interpretat skont il-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(4)  Id-Direttiva 2004/39/KE tistabbilixxi regoli sabiex in-negozjar fl-ishma ammessi għan-negozjar isir f’suq regolat qabel u wara n-negozjar ikun trasparenti u għar-rapportar lill-awtoritajiet kompetenti ta’ tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar f’suq regolat; id-Direttiva teħtieġ tiġi riformulata sabiex tirrefletti kif xieraq l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tindirizza d-dgħjufijiet u sabiex tagħlaq il-lakuni li kienu fost l-oħrajn esposti matul il-kriżi tas-suq finanzjarju.

(5)  Id-dispożizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżiti tan-negozjar u tat-trasparenza regolatorja jeħtieġ li jieħdu l-forma ta’ liġi applikabbli direttament applikata għad-ditti tal-investiment kollha li għandhom isegwu regoli uniformi fis-swieq kollha tal-Unjoni, sabiex ikun hemm applikazzjoni uniformi ta’ qafas regolatorju wieħed, sabiex isaħħu l-fiduċja fit-trasparenza tas-swieq madwar l-Unjoni, inaqqsu l-kumplessità regolatorja u l-ispejjeż tal-konformità tad-ditti, speċjalment għall-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fuq bażi transkonfinali, u jikkontribwixxu għat-tneħħija tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. L-adozzjoni ta' regolament li jiżgura applikabbiltà diretta hija l-aktar adattata biex tilħaq dawk l-għanijiet regolatorji u tiżgura kundizzjonijiet uniformi billi tipprevjeni rekwiżiti nazzjonali diverġenti bħala konsegwenza ta' traspożizzjoni ta’ direttiva.

(6)  Għandhom jiġu ċċarati u jibqgħu allenjati ma' xulxin mill-qrib id-definizzjonijiet ta' suq regolat u faċilità multilaterali tan-negozjar (MTF) biex jirriflettu l-fatt li jirrappreżentaw b’mod effikaċi l-istess funzjonalità organizzata ta' negozjar. Id-definizzjonijiet għandhom jeskludu sistemi bilaterali fejn ditta tal-investiment tidħol għal kull biċċa negozju f'isimha stess, anki bħala kontraparti bla riskju interposta bejn il-bejjiegħ u x-xerrej. It-terminu 'sistema' jinkludi dawk is-swieq kollha li huma magħmula minn sett ta' regoli u pjattaforma tan-negozjar kif ukoll dawk li jiffunzjonaw biss abbażi ta' sett ta' regoli. Swieq u MTFs irregolati mhumiex obbligati joperaw sistema 'teknika' għal ordinijiet li jaqblu u għandhom ikunu jistgħu joperaw protokolli oħrajn ta' negozju, inklużi sistemi fejn l-utenti jkunu jistgħu jitolbu kwoti minn bosta fornituri. Suq li huwa magħmul biss minn sett ta' regoli li jirregolaw aspetti relatati mas-sħubija, ammissjoni ta' strumenti għan-negozjar, negozjar bejn il-membri, rappurtar u fejn applikabbli obbligi ta' trasparenza huwa suq jew MTF regolat skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament u tranżazzjonijiet li jsiru skont dawn ir-regoli jitqiesu li saru skont is-sistemi ta' suq regolat jew MTF. Id-definizzjonijiet jeħtieġu li l-interessi jinġiebu flimkien b'mod li jwasslu għal kuntratt, li jsir meta l-eżekuzzjoni sseħħ skont ir-regoli tas-sistema jew permezz tal-protokolli jew il-proċeduri operattivi interni tas-sistema. It-terminu 'interessi ta’ xiri u bejgħ' għandu jinftiehem f'sens wiesa' u jinkludi ordnijiet, kwotazzjonijiet u indikazzjonijiet ta' interess. Wieħed mir-rekwiżiti importanti jikkonċerna l-obbligu li l-interessi jinġiebu flimkien fis-sistema permezz ta' regoli nondiskriminatorji stipulati mill-operatur tas-sistema jfisser li dawn jinġiebu flimkien skont ir-regoli tas-sistema jew permezz tal-protokolli jew il-proċeduri operazzjonali interni tas-sistema (fosthom proċeduri integrati f'softwer tal-kompjuter). It-terminu 'regoli nondiskriminatorji' ifisser ▌regoli li ma jħallu l-ebda diskrezzjoni lis-suq regolat jew lill-operatur tas-suq jew lid-ditta tal-investiment li topera MTF dwar kif l-interessi jistgħu jinteraġixxu. ▌

(7)  Sabiex is-swieq Ewropej isiru aktar trasparenti u effikaċi biex il-kundizzjonijiet bejn id-diversi ċentri li joffru servizzi ta' negozjar multilaterali isiru ekwi huwa neċessarju li tkun introdotta kategorija ġdida ta' faċilità organizzata ta' negozjar (organised trading facility - OTF) għall-bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati u biex jiġi żgurat li din tkun regolata b’mod adegwat u tapplika regoli nondiskriminatorji rigward l-aċċess għall-faċilità . Din il-kategorija ġdida tkun iddefinita b'mod wiesa' ħalli issa u fil-futur tkun tista' tkopri t-tipi kollha ta' eżekuzzjonijiet organizzati u arranġamenti ta' negozjar li ma jikkorrispondux għall-funzjonalitajiet jew l-ispeċifikazzjonijiet regolatorji taċ-ċentri eżistenti. Konsegwentament jeħtieġ li jiġu applikati rekwiżiti organizzazzjonali xierqa u regoli trasparenti li jsostnu l-iskoperta effiċjenti tal-prezzijiet. Il-kategorija l-ġdida tinkludi sistemi ta' broker crossing, li jistgħu jiġu deskritti bħala sistemi elettroniċi interni ta' tqabbil operati minn ditta tal-investiment li jeżegwixxu l-ordnijiet tal-klijenti fil-konfront ta' ordnijiet ta' klijenti oħra. Il-kategorija l-ġdida tinkludi wkoll sistemi li għandhom ikunu eliġibbli għan-negozjar ta' derivati eliġibbli għall-ikklerjar u likwidi biżżejjed iżda li m’għandhomx il-karatteristiċi eżistenti ta’ ċentru ta' negozjar. B’kuntrast ma’ dan, ma għandhiex tinkludi faċilitajiet fejn ma tkunx qed isseħħ eżekuzzjoni jew arranġament ġenwin ta' negozju, bħal bords tal-avviżi użati għar-reklamar ta' interessi ta' xiri jew bejgħ, entitajiet oħra li jaggregaw jew jippuljaw interessi potenzjali ta' xiri jew bejgħ, jew servizzi elettroniċi ta' konferma wara n-negozjar.

(8)  Din il-kategorija ġdida ta' OTF ser tikkumplimenta t-tipi eżistenti ta' ċentri tan-negozjar. Filwaqt li swieq irregolati u l-MTFs huma karatterizzati minn eżekuzzjoni nondiskriminatorja tat-tranżazzjonijiet, l-operatur ta' OTF għandu jkollu d-diskrezzjoni fuq kif tiġi eżekwita tranżazzjoni. Konsegwentament, ir-regoli tal-kondotta tan-negozju, l-aħjar eżekuzzjoni u l-maniġġ tal-ordnijiet tal-klijenti għandhom japplikaw għat-tranżazzjonijiet imwettqa f'OTF operata minn ditta tal-investiment jew operatur tas-suq. Madankollu, minħabba li OTF, minkejja li hija aċċessibbli biss għall-klijenti tagħha, tikkostitwixxi pjattaforma ġenwina ta' negozjar, l-operatur tal-pjattaforma għandu jkun newtrali. Għalhekk, l-operatur ta' OTF għandu jiġi suġġett għal rekwiżiti rigward il-ġestjoni tajba ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali u l-eżekuzzjoni nondiskriminatorja u ma għandu jitħalla jeżekwixxi l-ebda tranżazzjoni fl-OTF bejn interessi ta' xiri jew bejgħ ta' partijiet terzi multipli, inklużi ordnijiet ta' klijenti miġbura flimkien fis-sistema bil-kapital proprjetarju tiegħu stess. Dan għandu jeskludihom ukoll milli jaġixxu bħala internalizzaturi sistematiċi fl-OTF operata minnhom.

(9)  In-negozjar organizzat kollu għandu jitwettaq f’ċentri tan-negozjar regolati bl-akbar trasparenza, kemm qabel kif ukoll wara n-negozjar. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti ta’ trasparenza kalibrati b'mod adegwat għandhom japplikaw għat-tipi kollha ta’ ċentri tan-negozjar, u għall-istrumenti finanzjarji kollha negozjati fihom.

(10)  In-negozjar f’irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati, strumenti finanzjarji simili u ishma għajr dawk ammessi għan-negozjar f’suq regolat ħafna drabi iseħħ bl-istess mod, u jilħaq għan ekonomiku kważi identiku, bħan-negozjar f’ishma ammessi għan-negozjar f’suq regolat. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ta’ trasparenza applikabbli għall-ishma ammessi għan-negozjar fi swieq regolati għandhom jiġu estiżi għal dawn l-istrumenti.

(11)  Filwaqt li, fil-prinċipju, ir-rikonoxximent tal-ħtieġa għal reġim ta’ eżenzjonijiet minn trasparenza ta’ qabel in-negozju sabiex jiġi appoġġjat il-funzjonament effiċjenti tas-swieq, id-dispożizzjonijiet ta’ eżenzjoni attwali għall-ishma attwalment applikabbli fuq il-bażi tad-Direttiva 2004/39/KE u r-Regolament (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimentaw id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva(6), jeħtieġu li jiġu skrutinizzati rigward l-adegwatezza tagħhom f’termini ta' ambitu u kundizzjonijiet applikabbli. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-eżenzjonijiet mit-trasparenza ta’ qabel in-negozju f’ishma u eventwalment strumenti simili oħrajn u prodotti mhux tal-ekwità għal mudelli speċifiċi tas-suq u tipi u daqs ta' ordnijiet, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) għandha tivvaluta l-kompatibbiltà tat-talbiet individwali għall-applikazzjoni ta’ eżenzjoni ma’ dan ir-Regolament u ma’ atti ddelegati futuri. Il-valutazzjoni tal-AETS għandha tkun fil-format ta’ opinjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Barra minn hekk, l-eżenzjonijiet li jeżistu diġà għall-ishma għandhom jiġu reveduti mill-AETS f’perjodu ta’ żmien xieraq u għandha ssir valutazzjoni, li ssegwi l-istess proċedura, dwar jekk għadhomx konformi mar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament u l-atti ddelegati previsti fih.

(12)  Il-kriżi finanzjarja esponiet dgħjufijiet speċifiċi fil-mod kif issir disponibbli l-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ negozjar u l-prezzijiet fl-istrumenti finanzjarji għajr l-ishma għall-parteċipanti tas-suq, l-aktar f’termini ta’ żmien, granularità, aċċess ekwu, u affidabbiltà. Għaldaqstant, għandhom jiġu introdotti rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel u wara n-negozjar f’waqthom li jikkunsidraw il-karatteristiċi differenti u l-istrutturi tas-suq ta’ tipi speċifiċi ta’ strumenti għajr l-ishma u għandhom jiġu adattati kif meħtieġ sabiex ikunu effikaċi għal sistemi b’talba għal kwotazzjoni, kemm jekk awtomatiċi jew jekk jinvolvu n-negozjar bil-vuċi. Sabiex ikun provdut qafas tat-trasparenza b’sod għall-istrumenti relevanti kollha, dawn għandhom japplikaw għal bonds u prodotti finanzjarji strutturati bi prospektus jew li huma ammessi għan-negozjar jew f’suq regolat jew li huma negozjati f’MTF jew OTF, għal derivati li huma negozjati jew ammessi għan-negozjar fi swieq regolati, f’MTFs u OTFs jew li huma kkunsidrati eliġibbli għall-ikklerjar ċentrali, kif ukoll, fil-każ ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar, għal derivati rrapportati f’repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Għaldaqstant, ikunu barra l-ambitu tal-obbligi ta’ trasparenza biss dawk l-istrumenti finanzjarji li huma ▌personalizzati fid-disinn tagħhom jew mhux likwidi biżżejjed.

(13)  Huwa neċessarju li jiġi introdott livell xieraq ta’ trasparenza tan-negozjar fis-swieq għal bonds, prodotti finanzjarji strutturati u derivati sabiex tiġi megħjuna l-valwazzjoni tal-prodotti kif ukoll l-effiċjenza tal-formazzjoni tal-prezz. Il-prodotti finanzjarji strutturati għandhom jinkludu, b’mod partikolari, garanziji sostnuti b'assi kif definiti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004(8), li jinkludu fost l-oħrajn obbligi ta’ dejn kollateralizzati.

(13a)  Fl-interessi taċ-ċertezza legali, ikun adegwat li jiġu ċċarati ċerti esklużjonijiet mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Filwaqt li huwa importanti li jiġu regolati derivati bbażati fuq il-munita inklużi swaps tal-munita li jirriżultaw f’saldu ta’ flus li jiġi ddeterminat b’referenza għall-muniti sabiex jiġi żgurat li tranżazzjonijiet immedjati ta’ muniti f’suq trasparenti u integru ma jaqgħux fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Bl-istess mod, huwa importanti li jiġi ċċarat li kuntratti tal-assigurazzjoni fir-rigward ta’ kull attività tal-klassijiet imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II(9)) ma jikkostitwixxux derivati jew kuntratti ta' derivati għall-finijiet ta' dan ir-Regolament jekk iffirmati ma’ impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiż fl-Unjoni jew pajjiż terz. Minbarra dan, filwaqt li r-riskji li joriġinaw minn kummerċ algoritmiku għandhom jiġu regolati, l-użu tal-algoritmi f’servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju wara n-negozju ma jikkostitwixxix kummerċ algoritmiku.

(14)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet applikabbli uniformi bejn iċ-ċentri tan-negozjar, għandhom japplikaw l-istess rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel u wara n-negozjar għat-tipi differenti ta’ ċentri. Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza għandhom ikunu proporzjonati u jiġu kalibrati għal tipi differenti ta’ strumenti, inkluż tal-ekwitajiet, il-bonds u d-derivati, filwaqt li jitqiesu l-interessi tal-investituri u l-emittenti, inluż l-emittenti ta’ bonds tal-gvern, u l-likwidità tas-suq. Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza għandhom jiġu kalibrati wkoll għal tipi differenti ta’ negozjar, inkluż ir-reġistru tal-ordnijiet u s-sistemi mmotivati mill-kwotazzjonijiet, bħat-talba għal kwotazzjoni, kif ukoll sistemi ta' senserija ibrida u bil-vuċi u jitqiesu l-ħruġ, id-daqs tat-tranżazzjoni u l-karatteristiċi tas-swieq nazzjonali.

(15)  Sabiex jiġi żgurat li n-negozjar li jitwettaq over the counter (OTC) ma jheddidx l-iskoperta effiċjenti tal-prezzijiet jew kundizzjonijiet ekwi u trasparenti għal kulħadd bejn il-mezzi ta’ negozjar, ir-rekwiżiti ta’ trasparenza xierqa ta’ qabel in-negozjar għandhom japplikaw għad-ditti tal-investiment li jinnegozjaw f’isimhom stess fl-istrumenti finanzjarji OTC sakemm jitwettaq fil-kapaċità tagħhom bħala internalizzaturi sistematiċi relatati mal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħra, u bonds, prodotti strutturati ta’ ffinanzjar, u derivattivi eliġibbli għall-ikklerjar.

(16)  Ditta tal-investimenti li teżekwixxi ordnijiet tal-klijenti bil-kapital prjoprju tagħha għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku, sakemm it-tranżazzjonijiet ma jitwettqux barra s-swieq regolati, l-MTFs u l-OTFs fuq bażi ▌ad hoc u irregolari. Internalizzaturi sistematiċi għandhom jiġu definiti bħala ditti tal-investiment li, fuq bażi organizzata regolari, frekwenti u sistematika jinnegozjaw f’isimhom stess billi jeżekwixxu ordnijiet b’mod bilaterali tal-klijenti barra suq regolat, MTF jew OTF. Sabiex jiġu żgurati l-għan u l-applikazzjoni effettiva ta’ din id-definizzjoni għall-ditti tal-investiment, kwalunkwe negozjar bilaterali mwettaq bl-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta’ klijenti għandu jkun relevanti u kriterji kwantitattivi determinati minn strument finanzjarju jew minn klassi ta’ assi jistgħu jikkomplimentaw il-kriterji kwalitattivi għall-identifikazzjoni tad-ditti tal-investiment li jkunu meħtieġa jirreġistraw bħala internalizzaturi sistematiċi, stabbiliti fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1287/2006. Filwaqt li OTF hija kwalunkwe sistema jew faċilità li fiha interessi ta’ partijiet terzi multipli għal xiri u bejgħ jinteraġixxu fis-sistema, l-internalizzatur sistematiku ma għandux jitħalla jiġbor flimkien interessi ta’ partijiet terzi għal xiri u bejgħ. Sabiex tiġi garantita l-kwalità tal-proċess tal-formazzjoni tal-prezzijiet, ikun adegwat li jiġu limitati ċ-ċirkostanzi li fihom jista’ jitwettaq in-negozjar OTC lil hinn minn internalizzatur sistematiku u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li f’każ tal-ishma l-ebda parteċipant ma jkun f’pożizzjoni privileġġata fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-ordni f’sistema fejn ditta ta’ investiment tesegwixxi l-ordnijiet ta’ klijent kontra l-kapital proprjetarju tagħha stess.

(17)  L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jiddeċiedu li jagħtu aċċess għall-kwotazzjonijiet tagħhom lill-klijenti mhux professjonisti tagħhom biss, lill-klijenti professjonisti tagħhom biss, jew lit-tnejn. Ma għandhomx jitħallew jagħmlu diskriminazzjoni f’dawk il-kategoriji ta’ klijenti iżda għandhom ikunu intitolati jqisu d-distinzjonijiet bejn il-klijenti, pereżempju fir-rigward tar-riskju tal-kreditu. L-internalizzaturi sistematiċi mhumiex obbligati jippubblikaw il-kwotazzjonijiet tad-ditta relatati mat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti tal-ekwità li huma akbar mid-daqs standard tas-suq u fl-istrumenti mhux tal-ekwità li huma akbar mis-suq tal-konsumaturi. Id-daqs standard tas-suq jew id-daqs tas-suq tal-konsumaturi għal kwalunkwe klassi ta’ strument finanzjarju ma għandux ikun sproporzjonat b’mod sinifikanti għall-ebda strument finanzjarju inkluż f’dik il-klassi.

(18)  Huwa xieraq li jkun żgurat li kemm jista' jkun in-negozjar li jsir barra miċ-ċentri tat-twettiq regolati jsir f'sistemi organizzati li għalihom japplikaw rekwiżiti ta' trasparenza xierqa filwaqt li jkun żgurat li jkunu jistgħu jiġu konklużi tranżazzjonijiet fuq skala kbira u irregolari. Mhijiex l-intenzjoni li dan ir-Regolament jobbliga l-applikazzjoni tar-regoli ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għal tranżazzjonijiet OTC li jinvolvu ħruġ primarju, li l-karatteristiċi tagħhom jinkludu li l-istrumenti huma ppersonalizzati u disenjati skont ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ kontropartijiet finanzjarji jew mhux finanzjarji eliġibbli u li huma parti minn relazzjoni tan-negozju li hi stess hija kkaratterizzata minn negozjar akbar mid-daqs standard tas-suq jew mid-daqs standard tas-suq tal-konsumaturi, u fejn in-negozjar jitwettaq barra s-sistemi ġeneralment użati mid-ditta konċernata għan-negozju tagħha bħala internalizzatur sistematiku.

(19)  Id-dejta tas-suq għandha tkun disponibbli faċilment u minnufih għall-utenti f’format diżaggregat kemm jista’ jkun sabiex tippermetti lill-investituri, u lill-fornituri tas-servizz tad-dejta li jaqdu l-bżonnijiet tagħhom, sabiex jadattaw soluzzjonijiet tad-dejta sal-ogħla grad possibbli. Għaldaqstant, id-dejta tat-trasparenza ta’ qabel u wara n-negozjar għandha ssir disponibbli għall-pubbliku b’mod “diżaggregat” sabiex jonqsu l-ispejjeż għall-parteċipanti tas-suq meta jixtru d-dejta u l-arranġamenti ta’ pubblikazzjoni approvati użati biex jiżguraw il-konsistenza u l-kwalità ta’ tali dejta u biex jiffaċilitaw il-kunsinna ta’ tape konsolidat għad-dejta wara n-negozjar.

(20)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data(10) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta(11) għandhom ikunu kompletament applikabbli għall-iskambju, it-trażmissjoni u l-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għat-Titolu IV, mill-Istati Membri u l-AETS.

(21)  Meta wieħed jikkunsidra li l-ftehim milħuq mill-partijiet fis-summit ta’ Pittsburgh tal-G-20 fil-25 ta’ Settembru 2009 sabiex fejn ikun xieraq in-negozjar f’kuntratti ta’ derivati OTC standardizzati jibda' jsir f'boroż jew pjattaformi elettroniċi ta’ negozjar, għandha tiġi definita proċedura regolatorja formali sabiex jiġi obbligat in-negozjar bejn kontropartijiet finanzjarji u kontropartijiet mhux finanzjarji kbar fid-derivati kollha li ġew ikkunsidrati bħala eliġibbli għall-ikklerjar u li huma likwidi biżżejjed sabiex jitwettqu f’firxa ta’ ċentri tan-negozjar soġġetti għal regolament komparabbli ▌. Dan ir-Regolament mhuwiex maħsub biex jipprojbixxi jew jillimita l-użu ta' kuntratti ta' derivati personalizzati jew li jagħmilhom għaljin wisq għall-istituzzjonijiet mhux finanzjarji. Għaldaqstant, il-valutazzjoni tal-likwidità suffiċjenti għandha tqis il-karatteristiċi tas-suq fil-livell nazzjonali fosthom elementi bħal l-għadd u t-tip ta' parteċipanti tas-suq f'suq partikolari, u l-karatteristiċi tat-tranżazzjonijiet, bħad-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet f'dak is-suq. Minbarra dan, dan ir-Regolament mhuwiex intiż biex jipprevjeni l-użu tas-servizzi tat-tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozju.

(22)  Meta wieħed jikkunsidra l-ftehim milħuq mill-partijiet fil-G20 f’Pittsburgh fil-25 ta’ Settembru 2009 sabiex minn naħa waħda, fejn ikun xieraq, in-negozjar f’kuntratti ta’ derivati OTC standardizzati jibda' jsir fil-boroż jew pjattaformi elettroniċi ta’ negozjar, u min-naħa l-oħra, il-likwidità relattivament aktar baxxa ta’ diversi derivati OTC, ikun xieraq li tiġi fornita firxa adegwata ta’ ċentri eliġibbli li fihom ikun jista’ jseħħ negozjar skont dan l-impenn. Iċ-ċentri eliġibbli kollha għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti regolatorji allinjati mill-qrib f’termini ta’ aspetti organizzazzjonali u operattivi, l-arranġamenti sabiex jiġu mitigati kunflitti ta’ interess, sorveljanza tal-attività kollha ta’ negozjar, it-trasparenza ta’ qabel u wara n-negozjar ikkalibrata mill-istrument finanzjarju, u mudell ta’ negozjar. Madanakollu l-possibbiltà li l-operaturi ta’ ċentri jirranġaw tranżazzjonijiet skont dan l-impenn bejn il-parteċipanti tagħhom b’mod diskrizzjonali għandha tiġi prevista sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni u l-likwidità.

(23)  L-obbligi ta’ negozjar stabbiliti għal dawn id-derivati għandhom jippermettu għal kompetizzjoni effiċjenti bejn iċ-ċentri tan-negozjar eliġibbli. Għaldaqstant, dawk iċ-ċentri tan-negozjar ma għandhomx ikunu jistgħu jkollhom il-pretensjoni għal drittijiet esklussivi relatati ma' kwalunkwe derivat soġġett għal dan l-obbligu ta’ negozjar u b'hekk jipprevjeni ċentri tan-negozjar oħra milli joffru negozjar f’dawn l-istrumenti. Minħabba l-kompetizzjoni effettiva bejn iċ-ċentri tan-negozjar għad-derivati, huwa essenzjali li ċ-ċentri tan-negozjar ikollhom aċċess nondiskriminatorju u trasparenti għall-kontropartijiet ċentrali (central counterparties – CCPs). Aċċess nondiskriminatorju għal CCP għandu jfisser li ċentru tan-negozjar għandu d-dritt għal trattament nondiskriminatorju f'termini ta' kif kuntratti nnegozjati fil-pjattaforma tiegħu jkunu trattati f'termini ta' rekwiżiti ta' kollateral u n-netting ta' kuntratti ekonomikament ekwivalenti u l-kontromarġinazzjoni ma' kuntratti korrelati kklerjati mill-istess CCP, u tariffi tal-ikklerjar nondiskriminatorji.

(24)  Sabiex jiġu żgurati l-funzjonament kif suppost u l-integrità tas-swieq finanzjarji, il-protezzjoni tal-investitur u l-istabilità finanzjarja, jeħtieġ li jiġi provdut mekkaniżmu għall-monitoraġġ tad-disinn tal-prodotti tal-investiment u li s-setgħat jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ ta’ kwalunkwe prodott ta’ investiment jew strument finanzjarju li jġib miegħu tħassib serju rigward il-protezzjoni tal-investitur, il-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji, jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha, flimkien ma’ setgħat ta’ koordinazzjoni u kontinġenza xierqa għall-AETS. L-eżerċizzju ta’ setgħat bħal dawn minn awtoritajiet kompetenti u, f’każijiet eċċezzjonali, mill-AETS għandu jkun soġġett għall-ħtieġa li jiġu ssodifati għadd ta’ kundizzjonijiet speċifiċi. Fejn dawk il-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati, l-awtorità kompetenti jew, f’każijiet eċċezzjonali l-AETS, għandha tkun tista' timponi projbizzjoni jew restrizzjoni fuq bażi prekawzjonarja qabel ma prodott ta' investiment jew strument finanzjarju jkun ġie kkummerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti.

(25)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-AETS dwar id-dettalji ta’ kwalunkwe talba tagħhom sabiex inaqqsu pożizzjoni relatata ma’ kuntratt derivattiv, dwar kwalunkwe limitu ta’ darba, kif ukoll dwar kwalunkwe limitu ta’ pożizzjonijiet ex-ante sabiex titjieb il-koordinazzjoni u l-konverġenza ta' kif ikunu applikati dawn is-setgħat. Id-dettalji essenzjali ta’ kwalunkwe limitu ta’ pożizzjonijiet ex-ante applikat minn awtorità kompetenti għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-AETS.

(26)  L-AETS għandha tkun tista’ titlob informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna rigward il-pożizzjoni tagħhom relatata ma’ kuntratt derivat, titlob li dik il-pożizzjoni titnaqqas, kif ukoll tillimita l-abbiltà ta’ persuni li jwettqu tranżazzjonijiet individwali relatati mad-derivati ta’ komoditajiet. Imbagħad, l-AETS għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti relevanti bil-miżuri li tipproponi li jitwettqu u għandha wkoll tippubblika dawk il-miżuri.

(27)  Id-dettalji tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ sistema koordinata mill-AETS sabiex jippermettulhom jidentifikaw u jinvestigaw każijiet potenzjali ta’ abbuż tas-suq, sabiex jimmonitorjaw li jkun hemm funzjonament ġust u ordinat tas-swieq, kif ukoll jimmonitorjaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment. L-ambitu ta’ tali sorveljanza jinkludi l-istrumenti kollha li huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew innogazjat f’ċentru tan-negozjar kif ukoll l-istrumenti kollha li l-valur tagħhom jiddependi fuq jew inkella jinfluwenza l-valur ta’ dawk l-istrumenti. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed fuq id-ditti tal-investiment, l-istrumenti finanzjarji mhux negozjati b’mod organizzat u li mhumiex suxxettibbli għall-abbuż tas-suq għandhom jiġu esklużi mill-obbligu ta’ rapportar. Ir-rapporti għandhom jużaw identifikatur ta’ entità ġuridika skont l-impenji tal-G-20. Il-Kummissjoni għandha tirraporta wkoll dwar jekk il-kontenut u l-format tar-rapporti huwiex suffiċjenti għad-detezzjoni tal-abbuż tas-suq, dwar il-prijoritajiet għall-monitoraġġ minħabba l-ammont kbir ta’ data rapportata, dwar jekk hijiex meħtieġa l-identità tal-persuna li tieħu d-deċiżjoni responsabbli mill-użu ta’ algoritmu, u dwar arranġamenti speċifiċi meħtieġa biex jiżguraw ir-rappurtar robust tas-self ta’ titoli u ta’ ftehimiet ta’ xiri mill-ġdid sabiex jiġi faċilitat monitoraġġ mill-awtoritajiet kompetenti relevanti kollha.

(28)  Sabiex jaqdu l-għan tagħhom bħala għodda tal-monitoraġġ tas-suq, ir-rapporti ta’ tranżazzjonijiet għandhom jidentifikaw il-persuna li tkun ħadet id-deċiżjoni tal-investiment, kif ukoll dawk responsabbli mill-eżekuzzjoni tagħha. Minbarra r-reġim ta’ trasparenza previst fir-Regolament (UE) Nru 236/2012 mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu(12), il-marketing ta’ bejgħ bin-nieqes jipprovdi informazzjoni supplementari utli biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jissorveljaw il-livelli ta’ bejgħ bin-nieqes. Id-ditti tal-investiment huma meħtieġa jidentifikaw jekk il-bejgħ tal-ishma jew tal-istrumenti tad-dejn maħruġa minn emittent sovran humiex bejgħ bin-nieqes. Huwa meħtieġ ukoll li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess sħiħ għar-rekords fl-istadji kollha fl-eżekuzzjoni tal-ordni, mid-deċiżjoni inizjali għan-negozjar, sat-twettiq tagħha. Għaldaqstant, id-ditti tal-investiment huma meħtieġa jżommu rekords tat-tranżazzjonijiet kollha tagħhom fl-istrumenti finanzjarji, u l-operaturi tal-pjattaformi huma meħtieġa jżommu r-rekords tal-ordinijiet kollha sottomessi fis-sistemi tagħhom. L-AETS għandha tikkoordina l-iskambju tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti sabiex tiżgura li jkollhom aċċess għar-rekords tat-tranżazzjonijiet u l-ordinijiet kollha, inklużi dawk imdaħħla fi pjattaformi li joperaw barra mit-territorju tagħhom, fl-istrumenti finanzjarji taħt is-superviżjoni tagħhom.

(29)  Għandu jiġi evitat ir-rapportar doppju tal-istess informazzjoni. Ir-rapporti sottomessi fir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet reġistrati jew rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-istrumenti relevanti li fihom l-informazzjoni meħtieġa kollha għall-finijiet ta’ rapportar tat-tranżazzjonijiet ma għandhomx ikunu meħtieġa jiġu rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti, iżda għandhom jiġu trażmessi lilhom permezz tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

(30)  Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għandhom isiru skont ir-regoli dwar it-trasferiment ta’ dejta personali kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data(13). Kwalunkwe skambju jew trasmissjoni ta’ informazzjoni mill-AETS għandhom isiru skont ir-regoli dwar it-trasferiment tad-dejta personali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fit-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta(14), li għandhom ikunu applikabbli bis-sħiħ għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(31)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistabbilixxi l-kriterji skont liema klassijiet ta’ derivati OTC għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta’ kklerjar. Jipprevjeni wkoll id-distorsjonijiet fil-kompetittività billi jeżiġi aċċess nondiskriminatorju għas-CCPs li joffru kklerjar ta’ derivati OTC lil ċentri tan-negozjar u aċċess nondiskrimatorju għat-taqsimiet tan-negozjar taċ-ċentri tan-negozjar lis-CCPs li joffru kklerjar ta’ derivati OTC. Peress li d-derivati OTC huma definiti bħala kuntratti derivati li l-eżekuzzjoni tagħhom ma jsirx f’suq regolat, hemm bżonn li jiġu introdotti rekwiżiti simili għas-swieq regolati taħt dan ir-Regolament. Kemm-il darba l-AETS tiddikjara li d-derivati negozjati fi swieq regolati huma soġġetti għaliha, dawn għandhom ikunu soġġetti ▌għall-obbligu ta’ kklerjar bl-istess mod bħal dawk negozjati x’imkien ieħor.

(32)  Minbarra r-rekwiżiti fid-Direttiva 2004/39/KE li jipprevjenu lill-Istati Membri milli jillimitaw l-aċċess mingħajr raġuni għall-infrastruttura ta’ wara n-negozjar, bħal CCP u arranġamenti ta’ saldi, huwa neċessarju li dan ir-Regolament ineħħi diversi ostakoli kummerċjali oħrajn li jistgħu jintużaw sabiex jipprevjenu l-kompetizzjoni fl-ikklerjar tat-titoli trasferibbli u tal-istrumenti tas-suq tal-flus. Sabiex jiġu evitati prattiki diskriminatorji, is-CCPs għandhom jaċċettaw li jikklerjaw it-tranżazzjonijiet imwettqa f’ċentri tan-negozjar differenti, sakemm dawn iċ-ċentri jikkonformaw mar-rekwiżiti operattivi u tekniċi stabbiliti mis-CCP. L-aċċess għandu jiġi miċħud biss jekk tali aċċess jista’ jhedded b’mod ċar il-funzjonament bla intoppi u ordinat tas-CCP jew il-funzjonament tas-swieq finanzjarji b’mod li jikkawża riskju sistemiku.

(33)  Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom ikunu meħtieġa wkoll jipprovdu aċċess, inkluż il-forniment ta’ dejta, fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja lis-CCPs li jixtiequ jikklerjaw tranżazzjonijiet imwettqa f’ċentri tan-negozjar minbarra meta tali aċċess jista’ jhedded il-funzjonament bla intoppi jew ordinat tas-swieq. Id-dritt ta' aċċess ta' CCP għal ċentru tan-negozjar għandu jippermetti arranġamenti li permezz tagħhom bosta CCPs ikunu qed jużaw “trade feeds” tal-istess ċentru tan-negozjar. Madankollu dan ma għandux iwassal għall-interoperabilità għall-ikklerjar ta' derivati jew joħloq frammentazzjoni tal-likwidità. It-tneħħija ta’ ostakoli u prattiki diskriminatorji għandha l-ħsieb li żżid il-kompetizzjoni għall-ikklerjar u n-negozjar ta’ strumenti finanzjarji sabiex tnaqqas l-ispejjeż tal-investiment u tat-teħid ta' self, telimina l-ineffiċjenzi u trawwem l-innovazzjoni fis-swieq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tkompli timmonitorja mill-viċin l-evoluzzjoni tal-infrastruttura ta’ wara n-negozjar u għandha, fejn ikun meħtieġ, tintervjeni sabiex tipprevjeni distorsjonijiet fil-kompetizzjoni milli jseħħu fis-Suq Intern.

(34)  Il-forniment ta' servizzi minn ditti minn pajjiżi terzi fl-Unjoni huwa soġġett għar-reġimi u r-rekwiżiti nazzjonali. Dawk ir-reġimi huma ddifferenzjati ħafna u d-ditti awtorizzati skonthom ma jgawdux il-libertà li jipprovdu servizzi u d-dritt ta' stabbiliment f'Stati Membri oħra għajr dak fejn huma stabbililti. Huwa xieraq li jiġi introdott qafas regolatorju komuni fil-livell tal-Unjoni. Ir-reġim għandu jarmonizza l-qafas frammentat eżistenti, jiżgura ċ-ċertezza u t-trattament uniformi tad-ditti minn pajjiżi terzi li jaċċessaw l-Unjoni, jiżgura li tkun twettqet valutazzjoni b’ekwivalenza effikaċi mill-Kummissjoni fir-rigward tal-qafas regolatorju u superviżorju tal-pajjiżi terzi u għandu jipprovdi għal livell paragunabbli ta' protezzjoni għall-klijenti fl-Unjoni li jirċievu servizzi minn ditti minn pajjiżi terzi u aċċess reċiproku għas-swieq ta’ pajjiżi terzi. Fl-applikazzjoni tar-reġim, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-oqsma koperti mill-impenji tal-G-20 u l-ftehimiet mal-akbar sħab ta’ negozjar tal-Unjoni u għandhom jagħtu każ ir-rwol ċentrali li għandha l-Unjoni fis-swieq finanzjarji dinjin u jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ pajjiżi terzi ma tipprevenix lill-investituri u l-emittenti tal-Unjoni milli jinvestu f’finanzjament jew jakkwistawh minn pajjiżi terzi jew investituri u emittenti ta’ pajjiżi terzi milli jinvestu, jiġġeneraw kapital jew jakkwistaw servizzi finanzjarji oħra fis-swieq tal-Unjoni sakemm dan mhuwiex meħtieġ għal raġunijiet prudenzjali oġġettivi u msejsa fuq l-evidenza.

(35)  Il-forniment ta’ servizzi lil klijenti fil-livell ta’ konsumatur jew klijenti fil-livell ta’ konsumatur li għażlu li jiġu trattati bħala klijenti professjonali fi ħdan l-Unjoni għandu dejjem jeħtieġ l-istabbiliment ta’ fergħa fl-Unjoni. L-istabbiliment tal-fergħa għandu jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni fl-Unjoni. Għandu jkun hemm arranġamenti xierqa ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz. Il-forniment ta' servizzi mingħajr fergħat għandu jkun limitat għal kontropartijiet eliġibbli u dawk li ma għażlux li jkunu klijenti professjonali. Għandu jkun soġġett għal reġistrazzjoni mill-AETS u superviżjoni fil-pajjiż terz. Għandu jkun hemm arranġamenti xierqa ta' kooperazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz.

(36)  Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-regolament jirregolaw il-forniment ta’ servizzi jew it-twettiq ta’ attivitajiet minn ditti minn pajjiżi terzi fl-Unjoni li m’għandhomx jaffettwaw il-possibbiltà li persuni stabbilit fl-Unjoni jirċievu servizzi ta' investiment minn ditta minn pajjiż terz fl-Unjoni fuq inizjattiva esklussiva tagħhom jew għal ditti tal-investiment jew istituzzjonijiet tal-kreditu tal-Unjoni, biex jirċievu servizzi ta’ investiment jew attivitajiet minn ditta ta’ pajjiż terz jew biex klijent jirċievi servizzi ta’ investiment minn ditta ta’ pajjiż terz permezz tal-medjazzjoni ta’ tali istituzzjoni tal-kreditu jew ditta tal-investiment. Meta ditta minn pajjiż terz tipprovdi servizzi fuq inizjattiva esklussiva ta' persuna stabbilita fl-Unjoni, is-servizzi m'għandhomx jitqiesu li ngħataw fit-territorju tal-Unjoni. Fil-każ li ditta minn pajjiż terz tissolleċita klijenti jew klijenti potenzjali fl-Unjoni jew tippromwovi jew tirriklama servizzi jew attivitajiet ta' investiment flimkien ma servizzi anċillari fl-Unjoni, dawn ma għandhomx jitqiesu bħala servizz pprovdut fuq l-inizjattiva esklussiva tal-klijent.

(37)  Seħħet firxa ta' prattiċi frawdalenti fis-swieq sekondarji spot tal-kwoti tal-emissjonijiet (EUAs) li tista' thedded il-fiduċja fl-iskemi ta' negozjar tal-emissjonijiet, stabbiliti mid-Direttiva 2003/87/KE, u qed jittieħdu miżuri sabiex tissaħħaħ is-sistema tar-reġistri tal-EUA u l-kondizzjonijiet biex jinfetaħ kont fil-kummerċ tal-EUAs. Sabiex tissaħħaħ l-integrità u jitħares il-funzjonament effiċjenti ta' dawk is-swieq, fosthom superviżjoni komprensiva tal-attività tan-negozjar, huwa xieraq li l-miżuri meħuda skont id-Direttiva 2003/87/KE jiġu komplimentati billi l-kwoti tal-emissjonijiet jinġiebu kompletament taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq)(15)▌.

(38)  Is-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ta' ċerti definizzjonijiet; il-karatteristiċi preċiżi tar-rekwiżiti ta’ trasparenza tan-negozjar; il-kundizzjonijiet dettaljati għall-eżenzjonijiet mit-trasparenza ta’ qabel in-negozjar; l-arranġamenti tal-pubblikazzjoni ta’ wara n-negozjar differiti; il-kriterji għall-applikazzjoni tal-obbligi ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għall-internalizzaturi sistematiċi; id-dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-ispejjeż għad-disponibbiltà tad-dejta tas-suq; il-kriterji sabiex jingħata jew jiġi miċħud l-aċċess bejn iċ-ċentri tan-negozjar u s-CCPs; u d-determinazzjoni ulterjuri tal-kundizzjonijiet li taħthom it-theddid għall-protezzjoni tal-investitur, għall-funzjonament ordinat u għall-integrità tas-swieq finanzjarji, jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni jew parti minnha jistgħu jiġġustifikaw azzjoni mill-AETS. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti u b’mod partikolari mal-AETS. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(39)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu kkonferiti lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni▌. Dawn is-setgħat għandhom jirrigwardaw l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ekwivalenza fir-rigward ta' oqfsa legali u ta' superviżjoni ta' pajjiżi terzi għall-forniment ta' servizzi minn ditti minn pajjiżi terzi u dawn għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni(16).

(40)  Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri biex jiġu stabbilit rekwiżiti uniformi relatati ma’ strumenti finanzjarji rigward l-iżvelar ta’ data tan-negozju, ir-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti, in-negozjar ta’ dervivati f’ċentri organizzati, l-aċċess non-diskriminatorju għall-iklerjar, is-setgħat ta’ intervenzjoni tal-prodott u s-setgħat dwar il-ġestjoni tal-pożizzjoni u l-limiti tal-pożizzjoni, il-provvista ta’ servizzi jew attivitajiet ta’ investiment minn ditti minn terzi pajjiżi ma jistax ikun akkwistat suffiċjentement mill-Istati Membri għax, minkejja li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali qegħdin f'pożizzjoni aħjar sabiex jimmonitorjaw l-iżviluppi tas-suq, l-impatt kumplessiv tal-problemi relatati mat-trasparenza tan-negozjar, ir-rapportar tat-tranżazzjonijiet, in-negozjar tad-derivati, u l-projbizzjonijiet ta’ prodotti u prattiki jista’ jiġi perċevit kompletament biss fil-kuntest tal-Unjoni sħiħa, u jistgħu għalhekk minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fuq livell tal-Unjoni; l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jikseb dawn l-għanijiet.

(41)  L-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw protezzjoni adegwata għad-depożitaturi, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Unjoni. Bħala korp b’kompetenzi speċjalizzati ferm, ikun effiċjenti u xieraq li tiġi fdata l-AETS, bl-elaborazzjoni ta’ abbozz ta’ standards regolatorji u standards tekniċi implimentattivi li ma jinvolvux għażliet politiċi, għas-sottomissjoni għand il-Kummissjoni.

(42)  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-AETS rigward il-kontenut u l-ispeċifikazzjonijiet tar-rapporti ta’ tranżazzjoni, filwaqt li tispeċifika t-tipi ta’ kuntratti ta’ derivati li għandhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fi ħdan l-Unjoni, tispeċifika jekk klassi ta’ derivati ddikjarata skont l-obbligu tal-ikklerjar skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew subset relevanti tagħha għandhiex tiġi negozjata biss f’ċentri organizzati tan-negozjar, rigward il-kriterji ta’ likwidità għad-derivati li għandhom jitqiesu soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar f’ċentri organizzati tan-negozjar u dwar l-informazzjoni li d-ditta applikanti minn pajjiż terz għandha tipprovdi lill-AETS fl-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE u skont l-Artikoli 0 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(44)  L-applikazzjoni tar-rekwiżiti f’dan ir-Regolament għandha tiġi differita sabiex tallinja l-applikabbiltà mal-applikazzjoni tar-regoli trasposti tad-Direttiva riformulata u sabiex jiġu stabbiliti l-miżuri ta’ implimentazzjoni essenzjali kollha. Imbagħad, il-pakkett regolatorju sħiħ għandu jiġi applikat mill-istess mument. L-applikazzjoni tas-setgħat għall-miżuri ta’ implimentazzjoni biss ma għandhiex tiġi differita sabiex il-passi neċessarji għall-abbozzar u l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni jkunu jistgħu jibdew malajr kemm jista’ jkun.

(45)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonnoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8), il-libertà li jitwettaq negozju (l-Artikolu 16), id-dritt għall-protezzjoni tal-konsumaturi (l-Artikolu 38), id-dritt għal rimedju effettiv u smigħ ġust (l-Artikolu 47), u d-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn għall-istess reat (l-Artikolu 50), u għandu jiġi applikat skont dawn dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(45a)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Titolu I

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti unifirmi rigward dawn li ġejjin:

   (a) divulgazzjoni ta’ dejta tan-negozjar lill-pubbliku;
   (b) rapportar ta’ tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti;
   (c) negozjar ta’ derivati f’ċentri organizzati;
   (d) aċċess nondiskriminatorju għall-ikklerjar u aċċess nondiskriminatorju għan-negozjar f’punti ta’ riferiment;
   (e) setgħat ta' intervent fil-prodott mill-awtoritajiet kompetenti u l-AETS u setgħat tal-AETS fuq l-immaniġjar tal-pożizzjonijiet u l-limiti tal-pożizzjonijiet;
   (f) forniment ta' servizzi jew attivitajiet ta' investiment mingħajr fergħa minn ditti minn pajjiż terzi.

2.  Dan ir-Regolament japplika għal istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE u għad-ditti tal-investiment ▌awtorizzati fid-Direttiva .../.../UE [l-MiFID ġdida] meta l-istituzzjoni tal-kreditu jew id-ditta tal-investiment jipprovdu servizzi ta' investiment wieħed jew aktar u/jew meta jwettqu attivitajiet ta’ investimenti u operaturi tas-swieq.

3.  It-Titolu V ta’ dan ir-Regolament japplika wkoll għall-kontropartijiet finanzjarji kollha kif speċifikat fl-Artikolu [2(8)] tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u għall-kontropartijiet mhux finanzjarji kollha li jaqgħu taħt l-Artikolu 10(1)(b) ta’ dak ir-Regolament.

4.  It-Titolu VI ta' dan ir-Regolament japplika wkoll għall-kontropartijiet ċentrali (CCPs) u l-persuni bi drittijiet propretarji għall-punti ta' referiment.

4a.  It-Titolu VII ta’ dan ir-Regolament japplika wkoll għall-kontropartijiet finanzjarji kollha kif definiti fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

4b.  It-Titolu VIII ta’ dan ir-Regolament japplika għal ditti ta’ pajjiżi terzi li jagħtu servizzi ta’ investiment jew jagħmlu attivitajiet fi Stat Membru li ma jkunx permezz ta’ fergħa fi Stat Membru.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

   (1) “ditti tal-investiment’ tfisser kwalunkwe persuna ġuridika li x-xogħol jew in-negozju regolari tagħha huwa l-forniment ta’ servizz tal-investiment wieħed jew aktar lil partijiet terzi u/jew it-twettiq ta’ attività tal-investimenti waħda jew aktar fuq bażi professjonali;

   (a) l-istatus legali tagħhom jiżgura livell ta’ protezzjoni għall-interessi ta’ partijiet terzi ekwivalenti għal dak li jista’ jingħata minn persuni ġuridiċi, u
   (b) huma soġġetti għal superviżjoni prudenzjali ekwivalenti xierqa għall-forma ġuridika tagħhom.

   (a) id-drittijiet ta’ sjieda tal-partijiet terzi fi strumenti u fondi jridu jiġu salvagwardjati, partikolarment f’każ ta’ insolvenza tad-ditta jew tal-proprjetarji tagħha, teħid, tpaċija jew kwalunkwe azzjoni oħra mill-kredituri tad-ditta jew tas-sidien tagħha;
   (b) id-ditta trid tkun soġġetta għal regoli mfassla sabiex jimmonitorjaw is-solvenza tad-ditta u dik tas-sidien tagħha;
   (c) il-kontijiet annwali tad-ditta jridu jiġi vverifikati minn persuna waħda jew aktar li għandha s-setgħa, skont il-liġi nazzjonali, jivverifikaw il-kontijiet;
   (d) fejn id-ditta għandha sid wieħed biss, dan irid jipprovdi għall-protezzjoni tal-investituri f’każ ta’ ċessjoni tan-negozju tad-ditta wara l-mewt tiegħu, l-inkapaċità tiegħu jew kwalukwe avveniment simili;
   (2) “istituzzjoni tal-kreditu’ tfisser istituzzjoni tal-kreditu skont it-tifsira tal-punt (1)tal- Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE;
   (2a) 'sistema multilaterali' tfisser sistema li tlaqqa' jew tiffaċilita t-tlaqqigħ ta' bosta interessi ta' xiri u bejgħ fi strumenti finanzjarji irrispettivament min-numru attwali ta' ordnijiet li jkunu eżegwiti fit-tranżazzjonijiet li jirriżultaw;
   (2b) 'sistema bilaterali' tfisser sistema li tlaqqa' jew tiffaċilita t-tlaqqigħ ta' interessi ta' xiri u bejgħ fi strumenti finanzjarji fejn id-ditta tal-investiment li topera s-sistema tesegwixxi biss l-ordnijiet tal-klijenti billi tinnegozja f’isimha;
   (2c) ”negozjar over-the-counter’ ifisser negozjar bilaterali li jitwettaq minn kontroparti eliġibbli f’isimha, barra minn ċentru tan-negozjar jew internalizzatur sistematiku fuq bażi okkażjonali u irregolari b’kontropartijiet eliġibbli u dejjem f’daqsijiet fuq skala kbira;
   (3) “internalizzatur sistematiku’ tfisser ditta tal-investimenti li, fuq bażi organizzata, regolari u sistematika, tinnegozja f’isimha billi teżekwixxi l-ordnijiet tal-klijenti barra suq regolat jew faċilità multilaterali tan-negozjar jew faċilità organizzata tan-negozjar f’sistema bilaterali;
   (4) ”operatur tas-suq’ tfisser persuna jew persuni li jimmaniġjaw u/jew joperaw in-negozju ta’ suq regolat. L-operatur tas-suq jista’ jkun is-suq regolat stess;
   (5) “suq regolat’ tfisser sistema multilaterali operata u/jew immaniġjata minn operatur tas-suq, li tgħaqqad flimkien jew tiffaċilita l-proċess sabiex jingħaqdu flimkien l-interessi ta’ bejgħ u xiri ta’ partijiet terzi fl-istrumenti finanzjarji – fis-sistema u skont ir-regoli nondiskrezzjonarji tagħha – b’mod li jirriżulta f’kuntratt, fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar taħt ir-regoli u/jew is-sistemi tagħha, u li hija awtorizzata u taħdem b’mod regolari u skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida];
   (6) ”faċilità multilaterali tan-negozjar’ tfisser sistema multilaterali, operata minn ditta tal-investimenti jew operatur tas-suq, li tgħaqqad flimkien interessi multipli ta’ xiri u bejgħ ta’ partijiet terzi fl-istrumenti finanzjarji – fis-sistema u skont ir-regoli nondiskrezzjonarji – b’mod li jirriżulta f’kuntratt skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida];
   (7) “faċilità organizzata tan-negozjar’ tfisser sistema jew faċilità multilaterali, li mhijiex suq regolat, faċilità multilaterali tan-negozjar jew kontroparti ċentrali, operata minn ditta tal-investimenti jew operatur tas-suq, li fiha interessi multipli ta’ xiri u bejgħ ta’ partijiet terzi f'bonds, prodotti strutturati ta' ffinanzjar, kwoti tal-emissjonijiet jew derivati jistgħu jinteraġixxu fis-sistema b’mod li jirriżulta f’kuntratt skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida];
   (8) ”strument finanzjarju’ tfisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida];
  (9) “titoli trasferibbli” ifissru dawk il-klassijiet ta’ titoli li huma negozjabbli fis-suq kapitali, bl-eċċezzjoni tal-istrumenti ta’ ħlas, bħal:
   (a) ishma f’kumpaniji u titoli oħra ekwivalenti għal ishma f’kumpaniji, sħubijiet jew entitajiet oħra, u l-irċevuti ta' depożiti fir-rigward ta' ishma;
   (b) bonds jew forom oħra ta’ dejn titolizzat, inklużi l-irċevuti ta' depożiti fir-rigward ta’ tali titoli;
   (c) kull titolu ieħor li jagħti d-dritt għax-xiri jew bejgħ ta’ kwalunkwe tali titolu trasferibbli jew li jwassal għal saldu fi flus determinat minn referenza għal titoli trasferibbli, muniti, rati tal-imgħax jew renditi, komoditajiet jew indiċi jew miżuri oħra;
   (10) “l-irċevuti tad-depożiti’ tfisser dawk it-titoli li huma negozjabbli fis-suq kapitali u li jirrappreżentaw sjieda tat-titoli ta’ emittent mhux domiċiljat filwaqt li jkunu jistgħu jiġu ammessi għal negozjar f’suq regolat u negozjati indipendentement mit-titoli tal-emittent mhux domiċiljat;
   (11) ”il-fondi nnegozjati fil-boroż’ tfisser il-fondi fejn tal-anqas unità jew klassi ta’ ishma waħda tagħhom tiġi nnegozjata tul il-ġurnata f’tal-anqas suq regolat wieħed, faċilità multilaterali tan-negozjar jew faċilità organizzata tan-negozjar b’tal-anqas ġeneratur tas-suq wieħed li jieħu azzjoni biex jiżgura li l-valur fil-borża tal-unitajiet jew l-ishma tiegħu ma jvarjax b’mod sinifikanti mill-valur nett tal-assi u fejn applikabbli l-valur nett indikattiv tal-assi;
   (12) “ċertifikati’ tfisser dawk it-titoli li huma negozjabbli fis-suq kapitali u li fil-każ ta’ ripagament tal-investiment mill-emittent huma kklassifikati ogħla mill-ishma iżda taħt l-istrumenti ta' bonds mhux garantiti u strumenti simili oħrajn;
   (13) ”prodotti strutturati ta’ finanzjar’ tfisser dawk it-titoli maħluqa sabiex jittitolizzaw u jittrasferixxu r-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ pula ta’ assi finanzjarji li jintitolaw lid-detentur tat-titoli biex jirċievi ħlasijiet regolari li jiddependu fuq il-fluss tal-flus mill-assi sottostanti;
   (14) “derivati’ tfisser dawk l-istrumenti finanzjarji definiti fil-paragrafu 9(c) u msemmija fl-Anness I Taqsima C (4) sa (10) tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida] tagħha;
   (15) ”derivati ta’ komoditajiet’ tfisser dawk l-istrumenti finanzjarji definiti fil-paragrafu 9(c) tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID ġdida] relatati ma’ komodità jew sottostanti msemmija fil-punti (5), (6), (7) jew (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tagħha;
   (16) “indikazzjoni azzjonabbli tal-interess’ tfisser messaġġ minn parteċipant għal ieħor f’sistema ta’ negozjar dwar l-interess ta’ negozjar disponibbli li fih l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex isir ftehim fuq negozjar;
   (17) ”awtorità kompetenti’ tfisser l-awtorità, maħtura minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 69 tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida], sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dik id-Direttiva;
   (18) “arranġament approvat ta’ pubblikazzjoni (approved publication arrangement - APA)’ tfisser persuna awtorizzata skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida] biex tipprovdi servizz ta’ pubblikazzjoni tar-rapporti ta’ negozjar f’isem iċ-ċentri ta’ negozjar jew id-ditti tal-investiment skont l-Artikoli 5, 9, 11 u 12 ta’ dan ir-Regolament;
   (19) ”fornitur ta’ tape konsolidat (consolidated tape provider - CTP)’ tfisser persuna awtorizzata skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida] sabiex tipprovdi s-servizz ta’ ġbir tar-rapporti ta’ negozjar għall-istrumenti finanzjarji elenkati fl-Artikoli 5, 6, 11 u 12 ta’ dan ir-Regolament mis-swieq regolati, il-faċilitajiet multilaterali tan-negozjar, il-faċilitajiet organizzati tan-negzjar u arranġamenti approvati ta’ pubblikazzjoni u tikkonsolidahom f’xandir elettroniku kontinwu live tad-dejta li jipprovdi dejta dwar il-prezz u l-volum f’ħin reali u fejn previst fl-Artikolu 66(1) u (2) tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida] differit għal kull strument finanzjarju;
   (20) “mekkaniżmu ta’ rapportar approvat tfisser persuna awtorizzata skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida] biex tipprovdi s-servizz ta’ rapportar tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompeteni jew lill-AETS f’isem id-ditti tal-investiment;
   (21) ”korp tal-maniġment’ tfisser il-korp tat-tmexxija ta’ ditta tal-investiment, operatur tas-suq jew fornitur tas-servizzi ta’ rapportar tad-dejta, li jwettaq il-funzjonijiet superviżorji u maniġerjali, li għandu l-awtorità ta’ teħid tad-deċiżjoni finali u għandu s-setgħa li jistipula l-istrateġija, l-għanijiet u d-direzzjoni kumplessiva tad-ditta tal-investiment, l-operatur tas-suq jew il-fornitur tas-servizzi, inklużi persuni li effettivament jidderiġu n-negozju tal-entità;
  

   (24) 'indiċi ta’ punt referenzjarju' tfisser kwalunkwe indiċi kummerċjali jew figura ppubblikata negozjabbli jew użata ħafna kkalkolata mill-applikazzjoni ta’ formula għall-valur ta’ assi sottostanti wieħed jew aktar jew prezzijiet inklużi prezzijiet stmati, rati ta' interess jew valuri jew stħarriġ oħrajn, li skont ir-referenza tagħhom jiġi determinat l-ammont pagabbli skont strument finanzjarju, li taġixxi bħala miżura standard tal-prestazzjoni tal-beni, jew il-klassi jew il-grupp ta’ beni relevanti.
   (25) “ċentru tan-negozjar’ tfisser kwalunkwe suq regolat, faċilità multilaterali tan-negozjar jew faċilità organizzata tan-negozjar;
   (26) ”CCP’ tfisser CCP kif definit fil-punt(1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru  648/2012;
   (26a) 'arranġament tal-interoperabilità' tfisser arranġament tal-interoperabilità skont it-tifsira tal-punt (12) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
   (27) “servizzi u attivitajiet tal-investiment’ tfisser is-servizzi u l-attivitajiet skont it-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida];
   (28) ”istituzzjoni finanzjarja minn pajjiż terz' tfisser entità, li l-uffiċċju prinċipali tagħha huwa stabbilit f’pajjiż terz, li huwa awtorizzat jew liċenzjat skont il-liġi tal-pajjiż terz biex iwettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fid-Direttiva 2006/48/KE, id-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida], id-Direttiva 2009/138/KE, id-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2003/41/KE jew id-Direttiva 2011/61/UE.
   (28a) “ditta minn pajjiż terz’ tfisser ditta minn pajjiż terz skont it-tifsira tal-punt (33d) tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida]
   (29) 'prodott tal-enerġija fil-livell tal-operaturi’ tfisser dawk il-kuntratti u d-derivati skont it-tifsira tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa(17);
   (29a) 'l-ewwel ħruġ' tfisser tranżazzjoni bl-użu ta’ strumenti b’termini materjali dikjarti mfassla skont il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kontroparti finanzjarja jew mhux finanzjarja li jkunu klassifikati bħala kontropartijiet eliġibbli jew klijenti professjonali skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva .../...UE [MiFID il-ġdida] u l-Anness II tagħha.

  2 Id-definizzjonijiet provduti fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida] japplikaw ukoll għal dan ir-Regolament.

3.  Skont l-Artikolu 41, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, wara konsultazzjoni mal-AETS, li jispeċifikawċerti elementi tekniċi tad-definizzjonijiet stabbiliti fil-punti (3), (7), (10) sa (16), (18) sa (26a), (28) u (29) tal-paragrafu 1 biex taġġustahom għall-iżviluppi tas-suq.

Artikolu 2a

Obbligu għan-negozju over the counter (OTC) permezz ta' internalizzaturi sistematiċi

1.  It-tranżazzjonijiet kollha f’ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra, li mhumiex tranżazzjonijiet intragrupp kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, li jissodisfaw il-limiti fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament, u li mhumiex konklużi f’suq regolat jew faċilità multilaterali tan-negozjar (MTF) għandhom jiġu konklużi permezz ta’ internalizzatur sistematiku, minbarra jekk it-tranżazzjoni tinvolvi ħruġ primarju tal-istrument. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal tranżazzjonijiet li huma ta' daqs kbir kif stabbilit fl-Artikolu 4.

2.  It-tranżazzjonijiet f'ishma, prodotti finanzjarji strutturati ammessi għan-negozjar f'suq regolat jew li għalihom ġie ppubblikat prospektus, kwoti tal-emissjonijiet jew derivati li huma eliġibbli għall-ikklerjar jew li huma ammessi għan-negozjar jew f’suq regolat jew li jiġu negozjati f’MTF jew faċilità organizzata tan-negozjar (OTF) u li mhumiex suġġetti għall-obbligu ta’ negozjar skont l-Artikolu 26, li ma jiġux konklużi f'suq regolat, MTF, OTF jew ċentru tan-negozjar ta' pajjiż terz li jiġu evalwati bħala ekwivalenti b'konformità mal-Artikolu 26(4) u li jissodisfaw il-limiti fl-Artikolu 17, għandhom jiġu konklużi permezz ta' internalizzatur sistematiku ħlief jekk it-tranżazzjoni tinvolvi l-ewwel ħruġ tal-istrument. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal tranżazzjonijiet li huma ta' daqs kbir kif stabbilit fl-Artikolu 8.

3.  Meta strument finanzjarju elenkat fil-paragrafu 1 jew 2 jiġi ammess għan-negozjar f'suq regolat jew jiġi negozjat f’MTF jew OTF u ma jkun hemm l-ebda internalizzatur sistematiku disponibbli, it-tranżazzjonijiet jistgħu jsiru OTC minflok permezz ta’ internalizzatur sistematiku, li l-karatteristiċi tagħhom huma li t-tranżazzjoni tkun ad hoc u irregolari meta:

  (a) il-partijiet tat-tranżazzjoni huma kontropartijiet eliġibbli jew klijenti professjonali; u:
   (b) it-tranżazzjoni hija fuq skala kbira; jew
   (c) m’hemmx suq likwidu għall-bond jew il-klassi tal-bond, kif determinat skont l-Artikoli 7, 8, 13 u 17.

Titolu II

Trasparenza għaċ-ċentri tan-negozjar b’sistemi multilaterali

Kapitolu 1

Trasparenza għall-istrumenti tal-ekwità

Artikolu 3

Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għaċ-ċentri ta’ negozjar fir-rigward tal-ishma, l-irċevuti ta' depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra

1.  Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF ▌ għandhom jippubblikaw il-prezzijiet attwali tal-offerti u l-intensità tal-interessi għan-negozjar b’dawk il-prezzijiet li huma reklamati permezz tas-sistemi tagħhom għall-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li huma negozjati f’MTF ▌. Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għall-indikazzjonijiet azzjonabbli tal-interessi. Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF ▌ għandhom ipoġġu din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq bażi kontinwa matul is-sigħat normali ta’ negozjar.

2.  Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF ▌għandhom jagħtu aċċess, b’termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi nondiskriminatorja, għall-arranġamenti li jużaw sabiex irendu pubblika l-informazzjoni skont l-ewwel subparagrafu lid-ditti tal-investiment li huma obbligati jippubblikaw il-kwotazzjonijiet tagħhom f’ishma, l-irċevuti ta' depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra skont l-Artikolu 13.

Artikolu 4

Eżenzjonijietgħall-istrumenti tal-ekwità

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lis-swieq regolati u lid-ditti tal-investiment u lill-operaturi tas-suq li joperaw MTF ▌mill-obbligu li jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) abbażi tal-mudell tas-suq jew fuq it-tip u d-daqs tal-ordnijiet fil-każijiet definiti skont il-paragrafu 3. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw mill-obbligi fir-rigward ta' : ▌

   ordnijiet li jkunu ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għas-sehem, l-irċevuta tad-depożitu, il-fond innegozjat fil-borża, iċ-ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor kkonċernat; jew
   metodoloġija ta’ negozjar li permezz tagħha l-prezz jiġi ddeterminat skont prezz ta’ referenza ġġenerat minn sistema oħra, fejn il-prezz ta’ referenza jkun ippubblikat b’mod wiesa’ u ġeneralment jitqies mill-parteċipanti fis-suq bħala prezz affidabbli ta’ referenza.

2.  Qabel ma tingħata eżenzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn dwar l-użu maħsub ta’ kull talba għal eżenzjoni individwali u jipprovdu spjegazzjoni rigward il-funzjonament tagħha. In-notifika tal-intenzjoni li tingħata eżenzjoni għandha ssir mhux inqas minn erba’ xhur qabel id-data maħsuba biex tidħol fis-seħħ l-eżenzjoni. Fi żmien xahrejn wara r-riċevuta tan-notifika, l-AETS għandha toħroġ opinjoni non-vinkolanti għall-awtorità kompetenti konċernata li fiha tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ kull eżenzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u speċifikati fl-att iddelegat adottat skont il-paragrafi 3(b) u (c). Awtorità kompetenti għandha tagħti eżenzjonijiet biss f’każ ta’ opinjoni non-vinkolanti mill-AETS. Fejn l-awtorità kompetenti tagħti eżenzjoni u awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx, dik l-Awtorità kompetenti tista’ tirreferi l-kwistjoni lura lill-AETS, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-AETS għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u għandha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif jiġu applikati fil-prattika.

2a.  Awtorità kompetenti tista’ tirtira eżenzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1, kif speċifikat skont il-paragrafu 3, jekk tosserva li l-eżenzjoni qed tintuża b’mod li jiddevja mill-għan oriġinali tagħha jew jekk temmen li l-eżenzjoni qed tintuża sabiex jiġu evitati r-regoli stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Qabel tirtira l-eżenzjoni, mill-aktar fis possibbli, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra dwar l-intenzjoni tagħha filwaqt li tipprovdi r-raġunijiet kollha. Fi żmien xahar mir-riċevuta tan-notifika, l-AETS għandha toħroġ opinjoni non-vinkolanti lill-awtorità kompetenti partikolari. Wara li tirċievi l-opinjoni, l-awtorità kompetenti għandha trendi d-deċiżjoni tagħha operattiva.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw:

   (a) il-firxa tal-offerti jew tal-kwotazzjonijiet mingħand ġeneraturi tas-suq magħżula, u l-intensità tal-interess tan-negozjar b’dawk il-prezzijiet, li għandhom jiġu ppubblikati għal kull klassi ta' strument finanzjarju konċernat.
   (b) id-daqs jew it-tip tal-ordnijiet li għalihom tista’ ssir eżenzjoni minn divulgazzjoni ta’ qabel in-negozjar skont il-paragrafu 1 għal kull klassi ta' strument finanzjarju konċernat;
   (c) l-arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni tal-obbligu ta’divulgazzjoni qabel in-negozjar fl-Artikolu 3 għal metodi ta’ negozjar operati minn swieq regolati u MTFs li jiffinalizzaw tranżazzjonijiet ▌permezz ta’ rkant perjodiku għal kull klassi ta' strument finanzjarju konċernat jew permezz ta’ tranżazzjonijiet negozjati.

4.  Eżenzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 29(2) u l-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2004/39/KE u l-Artikoli 18, 19 u 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 qabel (18) għandhom jiġu analizzati mill-AETS sa(19). L-AETS għandha toħriġ opinjoni għall-awtorità kompetenti inkwistjoni li fiha tivvaluta l-kompatibbiltà kontinwata ta’ kull waħda minn dawn l-eżenzjonijiet mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u kwalunkwe att delegat ibbażat fuq dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar għal ċentri tan-negozjar fir-rigward ta’ ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra

1.  Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF ▌ għandhom, permezz ta’ arranġament approvat ta’ pubblikazzjoni (APA), jippubblikaw il-prezz, il-volum u l-ħin tat-tranżazzjonijiet imwettqa fir-rigward tal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li huma negozjati f’MTF ▌. Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF ▌għandhom jippubblikaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet kollha bħal dawn fl-iktar ħin viċin għall-ħin reali teknikament possibbli.

2.  Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF ▌għandhom jagħtu aċċess, b’termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi nondiskriminatorja, għall-arranġamenti li jużaw biex jippubblikaw l-informazzjoni skont il-paragrafu 1, lid-ditti tal-investimenti li huma obbligati jippubblikaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet tagħhom f’ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra skont l-Artikolu 19.

Artikolu 6

Awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni differita

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw lis-swieq regolati biex jipprovdu għal pubblikazzjoni differita tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet abbażi tat-tip jew id-daqs tagħhom. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li huma ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal dak is-sehem, l-irċevuta tad-depożitu, il-fond innegozjat fil-boroż, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor jew dik il-klassi tas-sehem, tal-irċevuta tad-depożitu, tal-fond innegozjat fil-boroż, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor. Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF ▌għandhom jiksbu l-approvazzjoni minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti tal-arranġamenti proposti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita, u għandhom jiddivulgaw b’mod ċar dawn l-arranġamenti għall-parteċipanti tas-suq u għall-pubbliku. L-AETS għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dawn l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita u għandha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar jiġu applikati fil-prattika.

Fejn l-awtorità kompetenti tawtorizza pubblikazzjoni differita u awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx ma' din jew mal-applikazzjoni effettiva tal-awtorizzazzjoni mogħtija, dik l-awtorità kompetenti tista’ tirreferi l-kwestjoni lura lill-AETS, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw:

   (a) id-dettalji li jeħtiġilhom jiġu speċifikati mis-swieq regolati, mid-ditti tal-investiment, inklużi l-internalizzaturi sistematiċi u d-ditti tal-investiment u s-swieq regolati li joperaw MTF ▌fl-informazzjoni li trid issir disponibbli għall-pubbliku għal kull klassi ta' strument finanzjarju kkonċernat;
   (b) il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ suq regolat, ditta tal-investimenti, inkluż l-internalizzatur sistematiku jew ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq li jopera MTF ▌għal pubblikazzjoni tan-negozjar differita u l-kriterji li jridu jiġu applikati meta jiġu deċiżi t-tranżazzjonijiet li għalihom, minħabba d-daqs tagħhom jew it-tip, inkluż il-profil tal-likwidità, tas-sehem, irċevuta tad-depożitu, fond innegozjat fil-boroż, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor involut, il-pubblikazzjoni differita hija permessa għal kull klassi ta' strument finanzjarju konċernat.

Kapitolu 2

Trasparenza għall-istrumenti mhux tal-ekwità

Artikolu 7

Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għal ċentri tan-negozjar fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjari strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati

1.  Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF abbażi tas-sistema ta’ negozjar operata għandhom jippubblikaw il-prezzijiet u l-intensità tal-interessi ta’ negozjar b’dawk il-prezzijiet għal ordnijiet jew kwotazzjonijiet reklamati permezz tas-sistemi tagħhom għall-bonds u l-prodotti finanzjarji strutturati ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li għalihom ġie ppubblikat prospektus u li huma likwidi biżżejjed, għall-kwoti tal-emissjonijiet u għad-derivati li huma suġġetti għall-obbligi tan-negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 24. Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għall-indikazzjonijiet azzjonabbli tal-interessi. Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom ipoġġu din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq bażi kontinwa matul is-sigħat normali ta’ negozjar. Dak l-obbligu tal-pubblikazzjoni ma japplikax għal dawn it-tranżazzjonijiet ta' derivati ta' kontropartijiet mhux finanzjarji li jistgħu oġġettivament jitkejlu bħala li jnaqqsu r-riskji li huma relatati direttament mal-attività kummerċjali jew mal-attività tal-iffinanzjar tat-teżor tal-kontroparti nonfinanzjarja jew ta’ dak il-grupp.

Ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu kalibrati skont id-daqs tal-ħruġ u d-daqs tat-tranżazzjoni u għandhom iqisu l-interessi kemm tal-emittenti u kemm tal-investituri u l-istabilità finanzjarja. Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għal dawk l-istrumenti finanzjarji li huma meqjusa bħala likwidi biżżejjed jew li għalihom jeżisti suq likwidu. Meta tranżazzjonijiet huma negozjati bejn kontropartijiet eliġibbli u klijenti professjonali permezz ta’ negozju bil-vuċi, il-prezzijiet indikattivi ta’ qabel in-negozju għandhom jiġu ppubblikati kemm jista’ jkun qrib tal-prezz ta’ tranżazzjoni.

2.  Is-swieq regolati u l-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom jagħtu aċċess effikaċi, f’termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi nondiskriminatorja, għall-arranġamenti li jużaw sabiex jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu lid-ditti tal-investiment li huma obbligati jippubblikaw il-kwotazzjonijiet tagħhom f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati skont l-Artikolu 17.

Artikolu 8

Eżenzjonijietrelatati mal-istrumenti mhux tal-ekwità

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lis-swieq regolati u lid-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF mill-obbligu li jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) għal settijiet speċifiċi ta’ prodotti bbażati fuq ▌il-likwidità u kriterji oħra definiti skont il-paragrafu 4.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lis-swieq regolati u lid-ditti tal-investiment u lill-operaturi tas-suq li joperaw MTF mill-obbligu li jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) abbażi tat-tip u d-daqs tal-ordnijiet u l-metodi ta' negozjar skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw mill-obbligu fir-rigward ta’ ordnijiet li huma ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal bond, prodott finanzjarju strutturat, kwoti ta’ emissjoni jew derivat jew it-tip ta’ bond, prodott finanzjarju strutturat, kwota ta’ emissjoni jew derivat inkwistjoni.

3.  Qabel ma tingħata eżenzjoni skont il-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra bl-intenzjoni li tingħata eżenzjoni u jipprovdu spjegazzjoni rigward il-funzjonament tagħha. In-notifika tal-intenzjoni li tingħata eżenzjoni għandha ssir mhux inqas minn erba’ xhur qabel id-data maħsuba biex tidħol fis-seħħ l-eżenzjoni. Fi żmien xahrejn wara l-irċevuta tan-notifika, l-AETS għandha toħroġ opinjoni non-vinkolanti għall-awtorità kompetenti inkwistjoni li fiha tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ kull talba individwali għal eżenzjoni bir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 u speċifikati fl-att iddelegat adottat skont il-paragrafu 4(b). Awtorità kompetenti għandha tagħti eżenzjonijiet biss f’każ ta’ opinjoni non-vinkolanti mill-AETS. Meta l-awtorità kompetenti tagħti eżenzjoni u awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx, dik l-Awtorità kompetenti tista’ tirreferi l-kwistjoni lura lill-AETS, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-AETS għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u għandha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif jiġu applikati fil-prattika.

3a.  Awtorità kompetenti tista’ tirtira eżenzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1, kif speċifikat skont il-paragrafu 4, jekk tosserva li l-eżenzjoni qed tintuża b’mod li jiddevja mill-għan oriġinali tagħha jew jekk temmen li l-eżenzjoni qed tintuża sabiex jiġu evitati r-regoli stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Qabel tirtira l-eżenzjoni, mill-aktar fis possibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom tinnotifika l-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra dwar l-intenzjoni tagħhom filwaqt li jipprovdu r-raġunijiet kollha. Fi żmien xahar mir-riċevuta tan-notifika, l-AETS għandha toħroġ opinjoni non-vinkolanti lill-awtorità kompetenti partikolari. Wara li tirċievi l-opinjoni, l-awtorità kompetenti għandha trendi d-deċiżjoni tagħha operattiva.

3b.  Meta l-likwidità ta' bond jew klassi ta' bonds taqa' taħt il-limitu massimu stabbilit skont il-paragrafu 3c, l-obbligi msemmija fl-Artikolu 7(1) jistgħu jkunu temporanjament sospiżi mill-awtorità kompetenti responsabbli mill-monitoraġġ ta' ċentru ta' negozjar wieħed jew aktar, li fihom jiġi negozjat l-istrument finanzjarju. Dan il-limitu massimu għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi.

Is-sospensjoni għandha tkun valida għal perjodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fis-sit tal-internet tal-awtorità kompetenti relevanti. Is-sospensjoni tista’ tiġġedded għal aktar perjodi ta’ mhux aktar minn tliet xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħu jkunu applikabbli. Jekk is-sospensjoni ma tiġġeddidx wara kwalunkwe perjodu ta’ tliet xhur, din għandha tiskadi awtomatikament.

Qabel is-sospensjoni jew it-tiġdid tas-sospensjoni skont dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti relevanti għandha tinnotifika lill-AETS dwar il-proposta tagħha, filwaqt li tipprovdi r-raġunijiet kollha. L-AETS għandha tagħti opinjoni lill-awtorità kompetenti hekk kif ikun prattiku dwar jekk fl-opinjoni tagħha l-kundizzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu humiex preżenti.

3c.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-parametri u l-metodi ta' kalkolu tal-limitu massimu ta' likwidità msemmi fil-paragrafu 1.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa …(20).

Il-Kummissjoni tingħata b'delega s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Il-parametri u l-metodi għall-Istati Membri biex jikkalkulaw il-limitu massimu għandhom jiġu stabbiliti b'tali mod li meta jintlaħaq il-limitu, dan jirrappreżenta tnaqqis sinifikanti fil-valur tal-iskambji fiċ-ċentri ta' negozjar immonitorati mill-awtorità li twettaq in-notifika, meta mqabbel mal-livell medju tal-valur tal-iskambji f'dawn iċ-ċentri għall-istrument finanzjarju ikkonċernat.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw:

   (a) il-firxa ta’ ordnijiet jew kwotazzjonijiet, il-prezzijiet u l-fond tal-interess ta’ negozjar b’dawk il-prezzijiet, li jridu jiġu ppubblikati għal kull klassi ta' strument finanzjarju konċernat skont l-Artikolu 7(1);
   (aa) il-kalibrar tar-rekwiżiti fl-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 17(1) għad-daqs tal-ħruġ u tat-tranżazzjoni u għall-pubblikazzjoni tal-prezzijiet indikattivi ta’ qabel in-negozjar f’każ ta’ tranżazzjonijiet negozjati; u
  (b) il-kundizzjonijiet skont liema tista’ tingħata eżenzjoni mid-divulgazzjoni ta’ qabel in-negozjar għal kull klassi ta' strument finanzjarju konċernat skont il-paragrafi 1 u 2, abbażi ta':


   (iii) il-profil tal-likwidità, inklużi l-għadd u t-tip ta' parteċipanti tas-suq f'suq partikolari u kwalunkwe kriterju relevanti ieħor għall-valutazzjoni tal-likwidità għal strument finanzjarju partikolari;
   (iv) id-daqs jew it-tip ta’ ordnijiet, partikolarment biex jippermettu differenzazzjoni adegwata bejn swieq tal-konsumaturi u swieq oħra, u d-daqs u t-tip ta’ ħruġ ta’ strument finanzjarju.

Artikolu 9

Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar għal ċentri tan-negozjar fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati

1.  Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom jippubblikaw, permezz ta’ APA, il-prezz, il-volum u l-ħin tat-tranżazzjonijiet imwettqa fir-rigward ta’ bonds u prodotti finanzjarji strutturati ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li għalihom ġie ppubblikat prospektus, għall-kwoti tal-emissjonijiet u għad-derivati ammessi għan-negozjar f'suq regolat jew li huma negozjati f’MTF jew OTF. Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom jippubblikaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet kollha bħal dawn fl-iktar ħin viċin għall-ħin reali teknikament possibbli.

2 Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom jagħtu aċċess, f’termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi nondiskriminatorja, għall-arranġamenti li jużaw sabiex jippubblikaw l-informazzjoni skont l-ewwel paragrafu lid-ditti tal-investimenti li huma obbligati jippubblikaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet tagħhom f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati skont l-Artikolu 20.

Artikolu 10

Awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni differita

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw lis-swieq regolati u lid-ditti tal-investiment u lill-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF jipprovdu pubblikazzjoni differita tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet abbażi tat-tip jew id-daqs tagħhom u l-profil ta’ likwidità tal-istrument finanzjarju. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li jaqbżu l-EUR 100 000 jew inkella li huma ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal dak il-bond, il-prodott strutturat ta’ ffinanzjar, il-kwoti tal-emissjoni jew id-derivat jew dik il-klassi ta’ bond, prodott finanzjarju strutturat, kwoti tal-emissjoni jew derivat jew meta l-likwidità taqa’ taħt il-limitu determinat skont l-Artikolu 8(3b).

2.  Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom jiksbu l-approvazzjoni minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti għall-arranġamenti proposti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita, u għandhom jiddivulgaw b’mod ċar dawn l-arranġamenti lill-parteċipanti tas-suq u lill-pubbliku li jinvesti. L-AETS għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dawn l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita u għandha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif jintużaw fil-prattika.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw:

   (a) id-dettalji li jeħtiġilhom jiġu speċifikati mis-swieq regolati, mid-ditti tal-investiment, inklużi l-internalizzaturi sistematiċi u d-ditti tal-investiment u s-swieq regolati li joperaw MTF jew OTF fl-informazzjoni li trid issir disponibbli għall-pubbliku għal kull klassi ta' strument finanzjarju kkonċernat;
   (b) il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għal kull klassi ta' strument finanzjarju għal pubblikazzjoni tan-negozjar differita għal suq regolat, ditta tal-investimenti, inkluż internalizzatur sistematiku jew ditta tal-investimenti jew operatur tas-suq li jopera MTF jew OTF u l-kriterji li jridu jiġu applikati meta jiġu deċiżi t-tranżazzjonijiet li għalihom, minħabba d-daqs jew it-tip tagħhom, inkluż il-profil ta’ likwidità tal-bond, prodott finanzjarju strutturat, kwoti tal-emissjoni jew derivat involut, il-pubblikazzjoni differita u/jew it-tneħħija tal-volum tat-tranżazzjoni u/jew l-aggregazzjoni tat-tranżazzjonijiet huma permessi.

Kapitolu 3

Obbligu li tiġi offruta dejta tan-negozjar fuq bażi kummerċjali separata u raġonevoli

Artikolu 11

Obbligu li d-dejta ta’ qabel u ta’ wara n-negozjar issir disponibbli b’mod separat

1.  Is-swieq regolati u l-operaturi tas-suq u l-ditti tal-investiment li joperaw MTFs u, fejn applikabbli, OTFs għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikoli 3 sa 10 billi joffru d-dejta tat-trasparenza ta’ qabel u ta’ wara n-negozjar b’mod separat.

2.  Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-AETS, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41, li jispeċifikaw id-dejta tat-trasparenza tal-offerti ta' qabel u wara n-negozjar, inkluż il-livell ta’ diżaggregazzjoni tad-dejta li għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku kif imsemmmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 12

Obbligu sabiex id-dejta ta’ qabel u ta’ wara n-negozjar tkun disponibbli fuq bażi kummerċjali raġonevoli

1 Is-swieq regolati, l-MTFs u, fejn applikabbli, l-OTFs għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikoli 3 sa 10 fuq bażi kummerċjali raġonevoli u jiżguraw aċċess effettiv u nondiskriminatorju għall-informazzjoni. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli mingħajr ħlas kwarta (15-il minuta) wara l-pubblikazzjoni ta’ tranżazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41 li jiċċaraw x’jikkostittwixxi bażi kummerċjali raġonevoli sabiex l-informazzjoni ssir pubblika kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Titolu III

Trasparenza għad-ditti tal-investiment li jinnegozjaw OTC inklużi l-internalizzaturi sistematiċi

Artikolu 13

Obbligu għal ditti tal-investiment sabiex jagħmlu pubbliċi l-kwotazzjonijiet tad-ditti

1.  L-internalizzaturi sistematiċi f’ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra għandhom jippubblikaw kwotazzjoni ta' ditta f’dawk l-ishma, fl-irċevuti tad-depożiti, fil-fondi nnegozjati fil-boroż, fiċ-ċertifikati u l-istrumenti finanzjarji simili oħra ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew negozjati f’MTF ▌li għalihom huma internalizzaturi sistematiċi u li għalihom hemm suq likwidu. Fil-każ tal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u l-istrumenti finanzjarji simili oħra li għalihom mhemmx suq likwidu, fuq talba l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jiddivulgaw kwotazzjonijiet lill-klijenti tagħhom.

2.  Dan l-Artikolu u l-Artikoli 14, 15 u 16 għandhom japplikaw għall-internalizzaturi sistematiċi waqt negozjar ta' daqsijiet sad-daqs standard tas-suq. L-internalizzaturi sistematiċi li jinnegozjaw biss f’daqsijiet akbar mid-daqsijiet standard tas-suq ma għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

3.  L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jiddeċiedu d-daqs jew id-daqsijiet li fihom se jikkwotaw. Id-daqs minimu tal-kwotazzjoni għandu jkun tal-inqas l-ekwivalenti ta’ 10% tad-daqs standard tas-suq tas-sehem, tal-irċevuta tad-depożitu, tal-fond innegozjat fil-boroż, taċ-ċertifikat jew ta’ strument finanzjarju simili ieħor. Għal sehem, irċevuta ta’ depożitu, fond innegozjat fil-boroż, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor partikolari kull kwotazzjoni għandha tinkludi offerta tad-ditta u prezz tal-offerta jew prezzijiet għal daqs jew daqsijiet li jistgħu jaslu sad-daqs standard tas-suq għall-klassi tal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħra li jappartjeni għalihom l-istrument finanzjarju. Il-prezz jew il-prezzijiet għandhom jirreflettu wkoll il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq għal dak is-sehem, l-irċevuti tad-depożiti, il-fond innegozjat fil-boroż, iċ-ċeritifkat jew strument finanzjarju simili ieħor.

4.  L-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u l-istrumenti finanzjarji simili oħra għandhom jinġabru fi gruppi fi klassijiet fuq il-bażi ta’ valur aritmetiku medju tal-ordnijiet eżekwiti fis-suq għal dak l-istrument finanzjarju. Id-daqs standard għas-suq għal kull klassi ta’ ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra għandu jkun daqs li jirrappreżenta l-valur aritmetiku medju tal-ordnijiet eżekwiti fis-suq għall-istrumenti finanzjarji inklużi f’kull klassi.

5.  Is-suq għal kull sehem, irċevuta tad-depożitu, fond innegozjat fil-boroż, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor għandu jkun magħmul mill-ordnijiet kollha eżekwiti fl-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ dak l-istrument finanzjarju għajr dawk ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq.

6.  L-awtorità kompetenti tas-suq l-aktar relevanti f’termini ta’ likwidità kif definit fl-Artikolu 23 għal kull sehem, irċevuta tad-depożitu, fond innegozjat fil-boroż, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor għandha tiddetermina tal-inqas darba fis-sena, abbażi tal-valur aritmetiku medju tal-ordnijiet eżekwiti fis-suq fir-rigward ta’ dak l-istrument finanzjarju, il-klassi li jappartjeni fiha. Din l-informazzjoni għandha tkun pubblika għall-parteċipanti kollha tas-suq u u kkomunikata lill-AETS li għandha tippubblika l-informazzjoni fuq il-websajt tagħha.

7.  Sabiex tiġi żgurata l-valwazzjoni effiċjenti tal-ishma, l-irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra u tiġi massimizzata l-possibbiltà tad-ditti tal-investiment li jiksbu tal-aħjar negozju għall-klijenti tagħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw l-elementi relatati mal-pubblikazzjoni ta' kwotazzjoni ta' ditta kif imsemmi fil-paragrafu 1 u d-daqs standard tas-suq kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 14

Eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijenti

1.  L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jagħmlu pubbliċi l-kwotazzjonijiet tagħhom fuq bażi regolari u kontinwa matul is-sigħat normali ta’ negozjar. Huma jistgħu jaġġornaw il-kwotazzjonijiet tagħhom fi kwalunkwe ħin. Għandhom jitħallew ukoll, f’ċerti kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-suq, jirtiraw il-kwotazzjonijiet tagħhom.

Il-kwotazzjoni għandha tkun pubblika b’mod li huwa faċilment aċċessibbli għall-parteċipanti l-oħra tas-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli.

2.  L-internalizzaturi sistematiċi għandhom, filwaqt li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida], jeżekwixxu l-ordnijiet li jirċievu mill-klijenti tagħhom rigward l-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra li għalihom huma l-internalizzaturi sistematiċi bil-prezzijiet kwotati meta tasal tal-ordni.

Madanakollu, jistgħu jeżekwixxu dawk l-ordnijiet bi prezz aħjar f’każijiet ġustifikati jekk dan il-prezz jaqa’ f'firxa pubblika qrib il-kundizzjonijiet tas-suq.

3.  L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jwettqu wkoll ordnijiet li jirċievu mill-klijenti professjonisti tagħhom bi prezzijiet differenti minn dawk li jikkwotaw huma mingħajr ma jkollhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet fejn l-eżekuzzjoni f’diversi titoli tkun parti minn tranżazzjoni waħda u fir-rigward ta’ ordnijiet li jkunu soġġetti għal kundizzjonijiet għajr il-prezz attwali tas-suq.

4.  Meta internalizzatur sistematiku li jikkwota biss kwotazzjoni waħda jew li l-ogħla kwotazzjoni tiegħu hija inqas mid-daqs standard tas-suq jirċievi ordni minn klijent ta’ daqs akbar mid-daqs tal-kwotazzjoni tiegħu, iżda inqas mid-daqs standard tas-suq, jista’ jiddeċiedi li jeżekwixxi dik il-parti tal-ordni li taqbeż id-daqs tal-kwotazzjoni tiegħu, sakemm tiġi eżekwita bil-prezz ikkwotat, għajr fejn ikun permess mod ieħor skont il-kundizzjonijiet fiż-żewġ subparagrafi preċedenti. Meta internalizzatur sistematiku ikun qed jikkwota f’daqsijiet differenti u jirċievi ordni bejn dawk id-daqsijiet, li hu jagħżel li jeżekwixxi, għandu jeżekwixxi l-ordni b’wieħed mill-prezzijiet kwotati b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida], għajr fejn huwa permess mod ieħor skont il-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

5.  Sabiex tiġi żgurata l-valwazzjoni effiċjenti tal-ishma, l-irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra u tiġi massimizzata l-possibbiltà tad-ditti tal-investiment li jiksbu tal-aħjar negozju għall-klijenti tagħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta ▌ atti delegati skont l-Artikolu 41, ▌li jispeċifikaw il-kriterji li jispeċifikaw meta l-prezzijiet jaqgħu f'firxa pubblika qrib il-kundizzjonijiet tas-suq kif imsemmi fil-paragrafu 2.

6.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41, wara konsultazzjoni mal-AETS, li jiċċaraw x’jikkostittwixxi bażi kummerċjali raġonevoli biex tagħmel l-informazzjoni pubblika kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 15

Obbligi tal-awtoritajiet kompetenti

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw dan li ġej:

   (a) li d-ditti tal-investiment jaġġornaw regolarment il-prezzijiet tal-offerti ppubblikati skont l-Artikolu 13 u jżommu prezzijiet li jirriflettu l-kondizzjonijiet prevalenti tas-suq;
   (b) li d-ditti tal-investiment jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għat-titjib tal-prezz stabbiliti fl-Artikolu 14(2).

Artikolu 16

Aċċess għall-kwotazzjonijiet

  1 L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jiddeċiedu, abbażi tal-politika kummerċjali tagħhom u b’mod oġġettiv u nondiskriminatorju, lil liema investituri jagħtu aċċess għall-kwotazzjonijiet tagħhom. Għal dan il-għan, għandu jkun hemm standards ċari li jirregolaw l-aċċess għall-kwotazzjonijiet tagħhom. L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jirrifjutaw milli jidħlu jew itemmu r-relazzjonijiet kummerċjali ma' investituri fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali bħall-istat tal-kreditu tal-investitur, ir-riskju tal-kontroparti u s-saldu finali tat-tranżazzjoni.

2.  Sabiex jillimitaw ir-riskju ta’ espożizzjoni għal tranżazzjonijiet multipli mill-istess klijent, l-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jillimitaw b’mod nondiskriminatorju l-għadd ta’ tranżazzjonijiet mingħand l-istess klijent li huma jimpenjaw li jdaħħlu għalihom skont il-kundizzjonijiet ippubblikati. Huma jistgħu ukoll, b’mod nondiskriminatorju u skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida], jillimitaw l-għadd totali ta’ tranżazzjonijiet minn klijenti differenti fl-istess waqt sakemm dan ikun jista’ jsir biss meta l-għadd u/jew il-volum ta’ ordnijiet mixtieqa mill-klijenti jaqbeż in-norma b’mod konsiderevoli.

3.  Sabiex tiġi żgurata l-valwazzjoni effiċjenti tal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra u tiġi massimizzata l-possibbiltà tad-ditti tal-investiment li jiksbu tal-aħjar negozju għall-klijenti tagħhom, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-AETS, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41li jispeċifikaw:

  (a) il-kriterji li jispeċifikaw meta kwotazzjoni hija ppubblikata b'mod regolari u kontinwu u faċilment aċċessibbli kif ukoll il-mezzi li bihom id-ditti tal-investiment jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jagħmlu pubbliki l-kwotazzjonijiet tagħhom, li għandhom jinkludu l-possibbiltajiet li ġejjin:
   (i) permezz tal-faċilitajiet ta' kwalunkwe suq regolat li jkun aċċetta l-istrument inkwistjoni għan-negozjar;
   (ii) permezz ta’ APA;
   (iii) permezz ta’ arranġamenti proprjetarji;
   (b) il-kriterji li jispeċifikaw dawk it-tranżazzjonijiet fejn l-eżekuzzjoni f’diversi titoli tkun parti minn tranżazzjoni waħda jew ordnijiet li huma soġġetti għal kundizzjonijiet għajr il-prezz attwali tas-suq;
   (c) il-kriterji li jispeċifikaw x’jista’ jiġi kkunsidrat bħala ċirkostanza eċċezzjonali tas-suq li tippermetti l-irtirar tal-kwotazzjonijiet kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-aġġorar tal-kwotazzjonijiet;
   (d) il-kriterji li jispeċifikaw meta l-għadd u/jew il-volum tal-ordnijiet mixtieqa mill-klijenti jaqbeż b’mod konsiderevoli n-norma kif imsemmi fl-paragrafu 2;
   (e) il-kriterji li jispeċifikaw meta l-prezzijiet jaqgħu f’firxa pubblika qrib il-kundizzjonijiet tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 14(2).

Artikolu 17

Obbligu għall-pubblikazzjoni ta’ kwotazzjonijiet tad-ditti f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati

1.  L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jipprovdu kwotazzjonijiet tad-ditti f’bonds u prodotti finanzjarji strutturati ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li għalihom ġie ppublikat prospektus, kwoti tal-emissjonijiet u derivati li huma eliġibbli għall-ikklerjar jew li huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li huma negozjati f’MTF jew OTF li huma internalizzaturi sistematiċi għalihom u li hemm suq likwidu għalihom kif iddeterimat skont l-Artikoli 7 u 8 meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) jintalbu kwotazzjoni minn klijent tal-internalizzatur sistematiku;
   (b) jaqblu li jipprovdu kwotazzjoni.

1a.  L-obbligu f’paragrafu 1 għandu jiġi kalibrat skont l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8(4)(aa) u jista’ jiġi eżentat jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 8(4)(b).

1b.  L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jaġġornaw il-kwoti tagħhom fi kwalunkwe mument bi tweġiba għal bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq jew biex jikkoreġu l-iżbalji. Huma jistgħu wkoll, f’ċerti kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-suq, jirtiraw il-kwotazzjonijiet tagħhom.

2.  L-internalizzaturi sistematiċi għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni l-kwotazzjonijiet tad-ditti provduti skont il-paragrafu 1 lil klijenti oħra tad-ditta tal-investimenti meta d-daqs tal-kwotazzjoni jkun daqs jew inferjuri għad-daqs speċifiku tal-istrument finanzjarju b’mod oġġettiv nondiskriminatorju abbażi tal-politika kummerċjali tagħhom. L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jirrifjutaw li jidħlu għal jew ma jissoktawx b'relazzjonijiet tal-kummerċ ma’ investituri fuq il-bażi ta’ konsiderazzjonijiet kummerċjali bħalma huma l-istatus tal-kreditu tal-investitur, ir-riskju tal-kontropartijiet u r-riskju tas-soluzzjoni tal-kontroversji.

3.  L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jimpenjaw ruħhom li jidħlu fi tranżazzjonijiet ma’ kwalunkwe klijent ieħor li għalih tkun saret disponibbli skont il-politika kummerċjali tagħhom meta d-daqs ikkwotat ikun daqs jew inqas mid-daqs speċifikat għall-istrument finanzjarju.

4.  L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jistabbilixxu limiti nondiskriminatorji u trasparenti fuq l-għadd ta’ tranżazzjonijiet li huma impenjaw ruħhom li jidħlu għalihom ma’ klijenti skont kwalunkwe kwotazzjoni partikolari.

5.  Il-kwotazzjonijiet li jsiru skont il-paragrafu 1 u daqs jew inqas mid-daqs imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 għandhom isiru pubbliċi b’mod li huwa faċilment aċċessibbli għal parteċipanti oħra tas-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli.

6.  Il-kwotazzjonijiet għandhom ikunu b’tali mod li jiżguraw li d-ditta tikkonforma mal-obbligi tagħha tal-Artikolu 27 tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida], fejn applikabbli, u għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq rigward il-prezzijiet li fihom jiġu konklużi t-tranżazzjonijiet għall-istess strumenti jew għal oħrajn simili fi swieq regolati, MTFs jew OTFs.

Artikolu 18

Monitoraġġ mill-AETS

1.  L-awtoritajiet kompetenti u l-AETS għandhom jimmonitorjaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 rigward id-daqsijiet li fihom isiru disponibbli l-kwotazzjonijiet għall-klijenti tad-ditta tal-investiment u jsiru disponibbli għal parteċipanti oħra tas-suq skont attivitajiet oħra ta’ negozjar tad-ditta, u l-grad li fih il-kwotazzjonijiet jirreflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq rigward it-tranżazzjonijiet fl-istess strument jew strumenti simili li jsiru fi swieq regolati, MTFs jew OTFs. Fi żmien ...(21), l-AETS għandha tirrapporta għand il-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. F’każ ta’ kkwotar sinifikanti u attività ta’ negozjar ftit lil hinn mil-limitu msemmi fl-Artikolu 17(3) jew barra l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq, l-AETS għandha tirrapporta għand il-Kummissjoni qabel din id-data ta’ skadenza.

2.  Il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-AETS, tadotta permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 41,li jispeċifikaw id-daqsijiet speċifiċi għall-istrument finanzjarju msemmija fl-Artikolu 17(2) u (3) li fihom id-ditta għandha tagħmel il-kwotazzjonijiet tad-ditta disponibbli lil klijenti oħra u timpenja ruħha li tidħol fit-tranżazzjonijiet ma’ kwalunkwe klijent ieħor li għalih tkun disponibbli l-kwotazzjoni. Sakemm jasal żmien fejn jiġi stabbilit valur limitu aktar għoli permezz ta’ tali atti delegati għal strument finanzjarju speċifiku, id-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju għandu jkun ta’ EUR 100 000.

3.  ▌Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41 li jiċċaraw x’jikkostittwixxi bażi kummerċjali raġonevoli sabiex l-informazzjoni ssir pubblika kif imsemmi fl-Artikolu 17(5).

Artikolu 19

Divulgazzjoni ta’ wara n-negozjar minn ditti tal-investiment, inklużi l-internalizzaturi sistematiċi, fir-rigward ta’ ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili

1.  Ditti tal-investiment li, jew f’isimhom jew f’isem il-klijenti, jikkonkludu tranżazzjonijiet f’ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħra ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li huma negozjati f’MTF ▌, għandhom jippubblikaw fl-aktar ħin viċin tal-ħin reali li hu teknikament possibbli il-volum u l-prezz ta’ dawk it-tranżazzjonijiet u fil-ħin meta ġew konklużi. Din l-informazzjoni għandha ssir pubblika permezz ta’ APA.

2.  L-informazzjoni li ssir pubblika skont il-paragrafu 1 u l-limiti taż-żmien li fihom tiġi ppubblikata għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti adottati skont l-Artikolu 6. Fejn il-miżuri adottati skont l-Artikolu 6 jipprovdu għal rapportar differit għal ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet f’ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħra, il-possibbiltà għandha tapplika wkoll għal dawk it-tranżazzjonijiet meta jitwettqu barra swieq regolati jew MTFs ▌.

3.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta▌ atti ddelegati skont l-Artikolu 41, ▌li jispeċifikaw dan li ġej:

   (a) identifikaturi għat-tipi differenti ta’ negozjar ippubblikati f’dan l-Artikolu, li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi li huma primarjament marbutin mal-valwazzjoni tal-istrumenti u dawk determinati minn fatturi oħra;
   (b) elementi tal-obbligu skont l-paragrafu 1 għal tranżazzjonijiet li jinvolvu l-użu ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji għal kollateral, self jew għanijiet oħra fejn l-iskambju tal-istrumenti finanzjarji huwa determinat minn faturi oħra għajr il-valwazzjoni attwali tas-suq tal-istrument.

Artikolu 20

Divulgazzjoni ta’ wara n-negozjar minn ditti tal-investiment, inklużi internalizzaturi sistematiċi, fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati

1.  Ditti tal-investiment li, jew f’isimhom jew f’isem il-klijenti tagħhom, jikkonkludu tranżazzjonijiet f’bonds u prodotti finanzjarji strutturati ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li għalihom ġie ppubblikat prospektus, il-kwoti tal-emissjonijiet u d-derivati li huma eliġibbli għall-ikklerjar ▌skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew li huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li huma negozjati f’MTF jew OTF għandhom jagħmlu pubbliċi l-volum u l-prezz ta’ dawk it-tranżazzjonijiet u l-ħin meta ġew konklużi. Din l-informazzjoni għandha ssir pubblika permezz ta’ APA.

2.  L-informazzjoni li ssir pubblika skont il-paragrafu 1 u l-limiti taż-żmien li fihom tiġi ppubblikata għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti adottati skont l-Artikolu 10. Fejn il-miżuri adottati skont l-Artikolu 10 jipprovdu għal rapportar differit u/jew aggregat u/jew l-omissjoni tal-volum tat-tranżazzjoni għal ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet jew derivati, din il-possibbiltà għandha tapplika wkoll għal dawk it-tranżazzjonijiet meta jitwettqu barra swieq regolati, MTFs jew OTFs.

3.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 41, li jispeċifikaw dan li ġej:

   (a) identifikaturi għat-tipi differenti ta’ negozjar ippubblikati f’dan l-Artikolu, li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi li huma primarjament marbutin mal-valwazzjoni tal-istrumenti u dawk determinati minn fatturi oħra;
   (b) il-kriterji li jispeċifikaw l-obbligu skont l-paragrafu 1 għal tranżazzjonijiet li jinvolvu l-użu ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji għal kollateral, self jew raġunijiet oħra fejn l-iskambju tal-istrumenti finanzjarji huwa determinat minn faturi oħra għajr il-valwazzjoni attwali tas-suq tal-istrument.

TITOLU IV

IR-RAPPORTAR TA’ TRANŻAZZJONIJIET

Artikolu 21

Obbligu li tinżamm l-integrità tas-swieq

Mingħajr ħsara għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet għall-infurzar tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru .../... [MAR il-ġdid], l-awtoritajiet kompetenti koordinati mill-AETS skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandhom jimmonitorjaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment sabiex jiżguraw li jaġixxu b’onestà, b’mod ġust u professjonali u b’manjiera li tippromwovi l-integrità tas-suq.

Artikolu 22

Obbligu għaż-żamma tar-rekords

1.  Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, għal tal-inqas ħames snin, id-dejta relevanti relatata mat-tranżazzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji li wettqu, kemm jekk f’isimhom kif ukoll jekk f’isem il-klijent. Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet imwettqa f’isem il-klijenti, ir-rekords għandhom jinkludu l-informazzjoni u d-dettalji kollha tal-identità tal-klijent, u l-informazzjoni meħtieġa skont id-Direttiva 2005/60/KE. L-AETS tista’ titlob aċċess għal dik l-informazzjoni skont il-proċedura u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.  L-operatur ta’ suq regolat, MTF jew OTF għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, għal tal-inqas ħames snin, id-dejta relevanti relatata mal-ordnijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji li huma reklamati permezz tas-sistemi tagħhom. Ir-rekords għandu jkun fihom id-dettalji kollha meħtieġa għall-finijiet tal-Artikolu 23(1) u (3). L-AETS għandu jkollha rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 23

Obbligu ta’ rapportar ta’ tranżazzjonijiet

1.  Id-ditti tal-investiment li jwettqu tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji għandhom jirrapportaw id-dettalji ta’ tali tranżazzjonijiet lill-awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard minn tmiem il-ġurnata ta’ xogħol li jkun imiss. Skont l-Artikolu 89 tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida], l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti neċessarji sabiex jiżguraw li l-AETS u l-awtorità kompetenti tal-aktar suq relevanti f’termini ta’ likwidità għal dawk l-istrumenti finanzjarji jirċievu din l-informazzjoni wkoll.

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika l-istrumenti finanzjarji li ġejjin meta jiġu negozjati barra minn ċentru tan-negozjar:

   (a) strumenti finanzjarji li jiġu negozjati f’ċentru tan-negozjar;
   (b) strumenti finanzjarji meta s-sottostanti huwa strument finanzjarju negozjat f’ċentru tan-negozjar; u
   (c) strumenti finanzjarji meta s-sottostanti huwa indiċi jew pakkett kompost minn strumenti finanzjarji negozjati f’ċentru tan-negozjar.

3.  B’mod partikolari, ir-rapporti għandhom jinkludu d-dettalji tat-tip, tal-klassi ta’ assi, tal-ismijiet u l-għadd ta' strumenti mixtrija jew mibjugħa, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni, il-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet, deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-klijenti li f’isimhom id-ditta tal-investimenti tkun wettqet dik it-tranżazzjoni, deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-persuni u l-algoritmi tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment responsabbli mid-deċiżjoni tal-investiment u t-twettiq tat-tranżazzjoni, u l-mezzi ta’ identifikazzjoni tad-ditti tal-investimenti konċernati, u deżinjazzjoni li tidentifika bejgħ bin-nieqes ta’ sehem jew strument tad-dejn maħruġ minn emittent sovran kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. Għat-tranżazzjonijiet mhux imwettqa f’suq regolat, MTF jew OTF, ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati t-tipi ta’ tranżazzjonijiet skont il-miżuri li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 19(3)(a) u l-Artikoli 20(3)(a). Rigward id-derivattivi ta' komodità, ir-rapporti għandhom jindikaw ukoll jekk it-tranżazzjoni tnaqqasx ir-riskju b’mod oġġettivament miżurabbli skont l-Artikolu 59 tad-Direttiva .../.../KE [il-MiFID il-ġdida].

4.  Id-ditti tal-investiment li jittrażmettu ordnijiet għandhom jinkludu fit-tip, il-klassi ta’ assi, it-trażmissjoni ta’ dik l-ordni d-dettalji kollha meħtieġa għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 3. Minflok ma tinkludi deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-klijenti li f’isimhom id-ditta tal-investiment trażmettiet dik l-ordni jew deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-persuni u l-argoritmi tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment responsabbli mid-deċiżjoni ta’ investiment u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, ditta tal-investiment tista’ tagħżel ukoll li tirrapporta l-ordni trażmessa skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.

5.  L-operatur ta’ suq regolat, MTF jew OTF għandu jirrapporta d-dettalji tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti negozjati fuq il-pjattaforma tagħhom li jiġu eżekwiti permezz tas-sistemi tagħhom minn ditta li mhijiex soġġetta għal dan ir-Regolament skont il-paragrafi 1 u 3.

5a.  Fir-rappurtar tad-desinjazzjoni biex jidentifikaw klijenti kif meħtieġ skont il-paragrafi 3 u 4, id-ditti tal-investiment għandhom jużaw identifikatur ta’ entità legali li huma persuni ġuridiċi, fil-forma ta’ kodiċi alfanumeriku b’20 numru;

L-AETS għandha tiżviluppa linji gwida biex tiżgura li l-applikazzjoni ta’ identifikaturi ta’ entità legali fi ħdan l-Unjoni jkun konformi mal-istandards internazzjonali, b’mod partikolari dawk stabbiliti mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja.

6.  Ir-rapporti għandhom isiru għand l-awtorità kompetenti jew mid-ditta tal-investiment stess, mekkaniżmu tar-rappurtar b’mod approvat (ARM) li jaġixxi f’isimha jew mis-suq regolat jew MTF jew OTF li permezz tas-sistemi tagħhom ġiet konkluża t-tranżazzjoni. Sistemi ta’ tqabbil tan-negozju jew rapportar, inklużi repożitorji tan-negozju reġistrati jew rikonoxxuti skont it-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jistgħu jiġu approvati mill-awtorità kompetenti bħala ARM. F’każijiet fejn it-tranżazzjonijiet huma rrapportati direttament lill-awtorità kompetenti minn suq regolat, MTF, OTF jew ARM, id-ditta tal-investiment tista’ tiġi eżentata mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1. F’każijiet fejn it-tranżazzjonijiet ġew irrapportati f’repożitorju tan-negozjar skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li huwa approvat bħala ARM u fejn dawn ir-rapporti fihom id-dettalji meħtieġa skont il-paragrafi 1 u 3, inkluż l-istandards tekniċi regolatorji relevanti rigward il-forma u l-kontenut tar-rapporti, u huma sistematikament trażmessi lill-awtorità kompetenti relevanti fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-paragrafu 1, għandu jitqies li d-ditta tal-investiment hija konformi mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1.

6a.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu l-informazzjoni kollha rċevuta skont dan l-Artikolu lil sistema unika, stabbilita mill-AETS, għar-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet fil-livell ta’ Unjoni. Is-sistema unika għandha tippermetti aċċess lill-awtoritajiet kompetenti relevanti għall-informazzjoni kollha rappurtata skont dan l-Artikolu.

7.  Meta, skont l-Artikolu 37(8) tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida], ir-rapporti previsti f’dan l-Artikolu jiġu trażmessi għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, din l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment, sakemm dawn ma jiddeċidux li ma jixtiqux jirċievu din l-informazzjoni.

8.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina:

   (a) l-istandards u l-formats tad-dejta għall-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata skont il-paragrafu 1 u 3, inklużi l-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u l-forma u l-kontenut ta’ tali rapporti;
   (b) il-kriterji għad-definizzjoni ta’ suq relevanti skont il-paragrafu 1;
   (c) ir-referenzi tal-istrumenti mixtrija jew mibjugħa, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni, il-prezzijiet tat-tranżazzjoni, l-informazzjoni u d-dettalji tal-identità tal-klijent, deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-klijenti li f’isimhom il-kumpanija tal-investimenti wettqet dik it-tranżazzjoni, deżinazzjoni sabiex jiġu identifikati l-persuni u l-algoritmi tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment responsabbli mid-deċiżjoni tal-investiment u t-twettiq tat-tranżazzjoni, mezzi ta’ identifikazzjoni tad-ditti tal-investimenti konċernati, il-mod li bih twettqet it-tranżazzjoni, u t-taqsimiet tad-dejta meħtieġa għall-ipproċessar u l-analiżi tar-rapporti tat-tranżazzjonijiet skont il-paragrafu 3;
   (ca) L-ipproċessar ta’ sistema unika skont il-paragrafu 6a u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn dik is-sistema u l-awtoritajiet kompetenti.
   (cb) il-kundizzjonijiet li bihom jiġu żviluppati, attribwiti u miżmuma l-identifikaturi mill-Istati Membri, u l-kundizzjonijiet li bihom jintużaw dawn l-identifikaturi nazzjonali minn ditti tal-investiment sabiex jipprovdu, skont il-paragrafi 3, 4 u 5, id-deżinjazzjoni biex jiġu identifikati l-klijenti fir-rapporti tat-tranżazzjonijiet li huma meħtieġa jistabbilixxu skont il-paragrafu 1.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa …(22).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

9.  Sa(23), l-AETS għandha tirrapporta għand il-Kummissjoni dwar il-funzjonament ta’ dan l-Artikolu, inkluż l-interazzjoni tagħha mal-obbligi relatati ta' rappurtar skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, u jekk il-kontenut u l-format tar-rapporti ta’ tranżazzjonijiet riċevuti u skambjati bejn is-sistema unika msemmija fil-paragrafu 6a u l-awtoritajiet kompetenti komprensivi jippermettux il-monitoraġġ tal-attivitajiet tad-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 21. Il-Kummissjoni tista’ tieħu passi sabiex tipproponi kwalunkwe bidla, inkluż biex it-tranżazzjonijiet jiġu trażmessi biss f’sistema unika msemmija fil-paragrafu 6a minflok għand l-awtoritajiet kompetenti ▌. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tal-AETS lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 23a

Obbligu tal-provvista ta’ dejta ta’ referenza ta’ strument

1.  Fir-rigward ta’ strumenti ammessi għan-negozjar fi swieq regolati, jew negozjati f’MTFs jew OTFs, dawn iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jipprovdu sistematikament lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti b’dejta ta’ referenza ta’ strumenti ta’ identifikazzjoni għall-iskop tar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 21. Din id-dejta ta’ referenza għal strument individwali għandha tiġi sottomessa lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jibda n-negozjar f’dak l-istrument partikolari. Fir-rigward ta’ strumenti oħra, l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-assoċjazzjonijiet ta’ negozju u entitajiet simili oħra, li jiġbru u jiddistribwixxu dejta ta’ referenza tal-istrumenti, jipprovduhom b’dejta ta’ referenza relevanti.

2.  L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu japplika biss għall-istrumenti finanzjarji speċifikati fl-Artikolu 23(2). Għalhekk, ma għandu japplika għal ebda strument ieħor.

3.  Id-dejta ta’ referenza tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi aġġornata kulmeta jkun relevanti sabiex tiġi żgurata l-adegwatezza tagħha.

4.  Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu, skont l-Artikolu 21, jimmonitorjaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment biex jiżguraw li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali u b’mod li jippromwovi l-integrità tas-suq, l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti neċessarji sabiex jiżguraw li:

   (a) l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti effettivament jirċievu d-dejta ta’ referenza tal-istrumenti skont il-paragrafu 1;
   (b) il-kwalità tad-dejta rċevuta b’dan il-mod tkun adattata għall-iskop tar-rappurtar tat-tranżazzjoni skont l-Artikolu 21;
   (c) id-dejta ta’ referenza tal-istrumenti rċevuta skont il-paragrafu 1 hija skambjata b’mod effiċjenti bejn l-awtoritajiet kompetenti relevanti.

5.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina:

   (a) standards u formats ta’ dejta għad-dejta ta’ referenza tal-istrumenti f’konformità mal-paragrafu 1, inkluż il-metodi u l-arranġamenti għall-provvista tad-dejta u kwalunkwe aġġornament tagħha lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti, u l-forma u l-kontenut ta’ tali dejta;
   (b) il-miżuri u l-kundizzjonijiet li huma neċessarji f’relazzjoni mal-arranġament li jridu jsiru mill-AETS u l-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 4.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa …(24).

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

TITOLU V

DERIVATI

Artikolu 24

Obbligu għal negozjar fi swieq regolati, MTFs jew OTFs

1.  Kontropartijiet finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u kontropartijiet mhux finanzjarji li jilħqu l-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 10(1b) tiegħu għandhom jikkonkludu tranżazzjonijiet li mhumiex tranżazzjonijiet intragrupp kif definit fl-Artikolu 3 u lanqas huma tranżazzjonijiet koperti minn dispożizzjonijiet tranżitorji fl-Artikolu 89 ta’ dak ir-Regolament ma’ kontropartijiet finanzjarji oħra tali jew ma’ tali kontropartijiet mhux finanzjarji li jilħqu l-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 10(1(b) tar-Regolament [ ] (EMIR) f’derivati li jappartjenu għal klassi ta’ derivati li ġiet ukoll dikjarata soġġetta għall-obbligu ta’ negozjar skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 u elenkata fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 27 biss fi:

   (a) swieq regolati;
   (b) MTFs;
   (c) OTFs meta d-derivati ma jiġux ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew innegozjati f’MTF; or
   (d) ċentri tan-negozjar ta’ pajjiżi terzi, jekk il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 4 u jekk il-pajjiż terz jipprovdi ▌sistema effettiva għar-rikonoxximent ekwivalenti taċ-ċentri tan-negozjar awtorizzati skont id-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida] għall-ammissjoni għan-negozjar jew għan-negozjar ta' derivati dikjarati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar f’dak il-pajjiż terz fuq bażi mhux esklużiva.

2.  L-obbligu ta’ negozjar għandu japplika wkoll għall-kontropartijiet msemmija fil-paragrafu 1 li jdaħħlu fi tranżazzjonijiet ta' derivatili li jappartjenu għal derivati dikjarati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar ma’ istituzzjonijiet finanzjarji ta’ pajjiż terz jew entitajiet ta’ pajjiż terz li jkunu soġġetti għall-obbligu ta’ kklerjar jekk kienu stabbiliti fl-Unjoni. L-obbligu ta’ negozjar għandu japplika wkoll għall-entitajiet ta’ pajjiżi terzi li jkunu soġġetti għall-obbligu ta’ kklerjar kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, li daħħlu fi tranżazzjonijiet ta' derivati li jappartjenu għal derivati dikjarati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar, sakemm il-kuntratt ikollu effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew fejn dan l-obbligu jkun neċessarju jew xieraq sabiex jipprevjeni l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-AETS għandha timmonitorja regolarment l-attività fid-derivati li ma ġewx dikjarati soġġetti għall-obbligu tan-negozjar kif deskritt fl-Artikolu 24(1) sabiex jiġu identifikati l-każijiet fejn klassi partikolari ta’ kuntratti tista’ tippreżenta riskju sistemiku u tipprevjeni arbitraġġ regolatorju bejn tranżazzjonijiet derivati soġġetti għall-obbligu tan-negozjar u tranżazzjonijiet derivati mhux soġġetti għall-obbligu tan-negozjar.

3.  Id-derivati ddikjarati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar skont l-Artikolu 24(1) għandhom ikunu eliġibbli biex jiġu ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew biex jinnegozjaw fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar kif imsemmi fil-paragrafu 1 fuq bażi mhux esklużiva u nondiskriminatorja.

4.  Skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(2), il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjonijiet li jiddeterminaw li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jiżgura li ċentru tan-negozjar awtorizzat f’dak il-pajjiż terz jikkonforma mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti għaċ-ċentri tan-negozjar msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) ta' dan l-Artikolu li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, mid-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida], u mir-Regolament (UE) Nru …/... [MAR il-ġdid], u li huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz. [MAR il-ġdid], u li huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz.

Il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jitqies ekwivalenti meta dak il-qafas jilħaq il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) iċ-ċentri tan-negozjar f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;
   (b) iċ-ċentri tan-negozjar ikollhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar sabiex it-tali strumenti finanzjarji ikunu jistgħu jiġu negozjati b’mod ġust, ordinat u effiċjenti, u jkunu negozjabbli liberament;
   (c) l-emittenti tal-istrumenti finanzjarji huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ informazzjoni perjodiċi u kontinwi li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-investitur;
   (d) jiżgura t-trasparenza u l-integrità tas-suq billi jipprevjeni abbuż tas-suq f’forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

5.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tipi ta' kuntratti msemmija fil-paragrafu 2 li għandhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni u l-każijiet fejn l-obbligu tan-negozjar huwa neċessarju jew xieraq biex tkun prevenuta l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa …(25).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Meta jkun possibbli, l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu għandhom ikunu identiċi għal dawk adottati skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Artikolu 25

Obbligu ta’ kklerjar għad-derivati negozjati fi swieq regolati

L-operatur ta’ suq regolat għandu jiżgura li t-tranżazzjonijiet kollha f’derivati li jappartjenu għal klassi ta' derivati ddikjarata soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jiġu konklużi f’suq regolat ikunu kklerjati minn kontroparti ċentrali CCP.

Artikolu 26

Proċedura ta’ obbligu ta’ negozjar

1.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġi determinat dan li ġej:

   (a) jekk il-klassi ta’ derivati ddikjarata soġġetta għall-obbligu ta’ kklerjar skont l-Artikolu 5(2) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew partita relevanti minnha għandhiex tkun negozjata fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 24(1) ta’ dan ir-Regolament;
   (b) id-data jew id-dati li fiha/fihom jidħol fis-seħħ l-obbligu ta’ negozjar, inkluża kwalunkwe introduzzjoni gradwali u l-kategoriji tal-kontropartijiet li għalihom japplika l-obbligu.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur wara li l-istandards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ikunu ġew adottati mill-Kummissjoni.

Qabel ma tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni għall-adozzjoni, l-AETS għandha twettaq konsultazzjoni pubblika u, fejn xieraq, tista’ tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.  Sabiex l-obbligu ta’ negozjar ikollu effett:

   (a) il-klassi ta’ derivati skont il-paragrafu 1(a) jew partita relevanti fiha għandha tkun ammessa għal negozjar f’suq regolat jew għandha tkun negozjata tal-inqas f’suq regolat wieħed, MTF jew OTF msemmija fl-Artikolu 24(1), u
   (b) il-klassi ta’ derivati skont il-paragrafu 1(a) jew partita relevanti fiha għandhom ikunu kkunsidrati likwidi biżżejjed sabiex jinnegozjaw biss fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 24(1).

3.  Matul l-iżvilupp tal-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tikkunsidra l-klassi tad-derivati jew partita relevanti fiha bħala likwida biżżejjed billi jiġu kkunsidrati tal-anqas il-kriterji li ġejjin:

   (a) il-frekwenza medja tan-negozjar;
   (b) id-daqs medju tan-negozjar u l-frekwenza ta’ negozjar ta’ daqs kbir meta mqabbel mad-daqs normali tas-suq;
   (c) l-għadd u t-tip tal-parteċipanti attivi tas-suq;

L-AETS għandha tiddetermina wkoll jekk il-klassi ta’ derivati jew partita relevanti fiha hijiex biss likwida biżżejjed fi tranżazzjonijiet taħt ċertu daqs.

4.  L-AETS għandha, fuq inizjattiva tagħha stess, skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 u wara li twettaq konsultazzjoni pubblika, tidentifika u tinnotifika lill-Kummissjoni l-klassijiet ta’ derivati jew kuntratti ta’ derivati individwali li għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 24(1), iżda li għalihom l-ebda CCP għadha ma rċiviet awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14 jew 15 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew li mhijiex ammessa għan-negozjar f’suq regolat jew mhijiex negozjata f’ċentru tan-negozjar imsemmi fl-Artikolu 24(1). Wara n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu mill-AETS, il-Kummissjoni tista’ tippubblika sejħa għall-iżvilupp ta' proposti għan-negozjar ta’ dawn id-derivati fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 24(1).

5.  L-AETS għandha, skont il-paragrafu 1, tissottometti għand il-Kummissjoni l-abbozz il-ġdid ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex temenda, tissospendi jew tirrevoka l-istandards tekniċi regolatorji eżistenti kull meta jkun hemm bidla materjali fil-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2. Qabel ma tagħmel dan, l-AETS tista’ tikkonsulta, fejn dan ikun xieraq, mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex temenda, tissospendi u tirrevoka l-istandards tekniċi regolatorji eżistenti skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2(b).

     L-AETS għandha tissottometti abbozi ta’ dawn l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ...(26). Għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 27

Reġistru ta’ derivati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar

L-AETS għandha tippubblika u żżomm fuq is-sit elettroniku tagħha reġistru li jispeċifika, b’mod eżawrenti u inekwivoku, id-derivati li huma soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 24(1), iċ-ċentri fejn huma ammessi għan-negozjar jew fejn huma negozjati, u d-dati li fihom jidħol fis-seħħ l-obbligu.

TITOLU VI

AĊĊESS TA’ KKLERJAR NONDISKRIMINATORJU GĦALL-ISTRUMENTI FINANZJARJI

Artikolu 28

Aċċess nondiskriminatorju għal CCP

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, CCP għandha taċċetta li tikklirja titoli transferibbli u strumenti tas-suq tal-flus fuq bażi nondiskriminatorja u trasparenti, anki fir-rigward ta’ rekwiżiti ta' kollateral u tariffi relatati mal-aċċess, irrispettivament miċ-ċentru tan-negozjar li fih titwettaq tranżazzjoni, sakemm tali aċċess ma jheddidx b’mod ċar il-funzjonament bla xkiel u ordinat tas-CCP jew il-funzjonament tas-swieq finanzjarji b’mod li jiġi kkawżat riskju sistemiku. Partikolarment dan għandu jiżgura li ċentru tan-negozjar għandu d-dritt għal trattament nondiskriminatorju f'termini ta' kif kuntratti nnegozjati fil-pjattaforma tiegħu jkunu trattati ▌ Dan ir-rekwiżit ma japplika għall-ebda kuntratt ta' derivati li diġà huwa soġġett għall-obbligu ta’ aċċess skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (EU) Nru 648/2012. L-aċċess ta’ ċentru tan-negozjati għal CCP skont dan l-Artikolu għandu jingħata biss fejn tali aċċess ma jkunx jeħtieġ interoperabilità jew jhedded il-funzjonament mingħajr ostakli u b’mod ordinat tas-swieq jew jaffettwa r-riskju sistemiku b’mod negattiv.

2.  Talba għal aċċess ta’ CCP għandha tkun formalment sottomessa lil CCP u lill-awtorità kompetenti relevanti tagħha permezz ta’ ċentru tan-negozjar.

3.  Is-CCP għandha tipprovdi tweġiba bil-miktub liċ-ċentru tan-negozjar fi żmien tnax-il xahar fejn jew tippermetti l-aċċess, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti rilevanti ma kinitx ċaħdet l-aċċess skont il-paragrafu 4, jew fejn tiċħad l-aċċess. Is-CCP tista’ tiċħad talba għal aċċess abbażi ta’ analiżi komprensiva tar-riskju u skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 6 biss. Jekk CCP tiċħad l-aċċess, għandha tipprovdi r-raġunijiet sħaħ fit-tweġiba tagħha u tinforma bil-miktub lill-awtorità kompetenti tagħha dwar id-deċiżjoni. Is-CCP għandha tagħmel l-aċċess possibbli fi żmien tliet xhur minn meta tipprovdi tweġiba pożittiva għat-talba għal aċċess. Kull spiża assoċjata li tirriżulta mill-paragrafi 1 sa 3 għandha tinġarr miċ-ċentru tan-negozjar li jitlob aċċess, sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor bejn is-CCP u ċ-ċentru tan-negozjar li jitlob l-aċċess.

4.  L-awtorità kompetenti tas-CCP tista’ tiċħad aċċess għal ta’ ċentru tan-negozjar lil CCP biss fejn it-tali aċċess ikun jhedded il-funzjonament bla intoppi jew ordinat tas-swieq finanzjarji. Jekk awtorità kompetenti tiċħad l-aċċess fuq dik il-bażi, għandha toħroġ id-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u tipprovdi r-raġunijiet sħaħ lis-CCP u liċ-ċentri tan-negozjar inklużi l-provi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tagħha.

5.  Ċentru tan-negozjar stabbilit f’pajjiż terz jista’ jitlob aċċess għal CCP stabbilita fl-Unjoni biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 24(4) rigward dak il-pajjiż terz u jekk il-qafas legali ta' dak il-pajjiż terz jipprovdi rikonoxximent ekwivalenti għal ċentri tan-negozjar awtorizzati skont id-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida] li jitolbu aċċess għal CCPs stabbiliti f’dak il-pajjiż terz.

6.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

   (a) il-kundizzjonijiet li skonthom jista’ jiġi miċħud l-aċċess minn CCP, għal titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus, inklużi kondizzjonijiet abbażi tal-volum ta’ tranżazzjonijiet, l-għadd u t-tip ta’ utenti jew fatturi oħra li joħolqu riskji bla ħtieġa;
   (b) il-kondizzjonijiet skont liema jingħata l-aċċess, fosthom il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni provduta fir-rigward tat-titoli trasferibbli u tal-istrumenti tas-suq tal-flus matul il-fażi tal-iżvilupp, il-bażi nondiskriminatorja u trasparenti fir-rigward tat-tariffi tal-ikklerjar, ir-rekwiżit tal-kollateral u r-rekwiżiti operazzjonali fir-rigward tal-marġinazzjoni.
  

L-ESMA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards regolatorji lill-Kummissjoni sal-(27).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 28a

L-obbligu tal-ikklerjar għall-ekwitajiet u l-bonds negozjati fi swieq regolati, MTFs u OTFs

L-operatur ta’ suq regolat, ta’ MTF jew ta’ OTF għandu jiżgura li t-tranżazzjonijiet kollha fl-ekwitajiet u l-bonds li jiġu konklużi f’suq regolat, MTF u OTF jiġu kklerjati minn CCP meta CCP jaċċetta li jikklerja dak l-istrument finanzjarju.

Artikolu 29

Aċċess nondiskriminatorju għal ċentru tan-negozjar

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ċentru tan-negozjar għandu jipprovdi informazzjoni dwar in-negozjar għal titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus fuq bażi nondiskriminatorja u trasparenti, inklużi fir-rigward ta’ tariffi relatati mal-aċċess, fuq talba lil kwalunkwe CCP awtorizzata jew rikonoxxuta mir-Regolament (UE) Nru 648/2012 li tixtieq tikklerja t-tranżazzjonijiet finanzjarji mwettqa f’dak iċ-ċentru tan-negozjar. Dan ir-rekwiżit ma japplika għall-ebda kuntratt ta' derivati li diġà huwa soġġett għall-obbligu ta’ aċċess skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (EU) Nru 648/2012.

2.  Talba għal aċċess għal ċentru tan-negozjar għandha tiġi formalment sottomessa għand ċentru tan-negozjar u l-awtorità kompetenti relevanti tiegħu minn CCP.

3.  Iċ-ċentru tan-negozjar għandu jipprovdi tweġiba bil-miktub lis-CCP fi żmien tliet xhur fejn jew jippermetti l-aċċess, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti rilevanti ma kinitx ċaħdet l-aċċess skont il-paragrafu 4, jew fejn tiċħad l-aċċess. Iċ-ċentru tan-negozjar jista’ jiċħad aċċess biss abbażi ta' analiżi komprensiva tar-riskji u skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 4 u 6. Jekk l-aċċess jiġu miċħud, iċ-ċentru tan-negozjar għandu jipprovdi r-raġunijiet sħaħ fit-tweġiba tiegħu liċ-ċentru tan-negozjar u jinforma bil-miktub lill-awtorità kompetenti tiegħu dwar id-deċiżjoni. Iċ-ċentru tan-negozjar għandu jagħmel l-aċċess disponibbli fi żmien tliet xhur minn meta jipprovdi tweġiba pożittiva għat-talba għal aċċess.

4.  Għal titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus l-awtorità kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar tista’ tiċħad lil CCP l-aċċess għal ċentru tan-negozjar biss meta t-tali aċċess jhedded il-funzjonament bla intoppi u ordinat tas-swieq. [Em. 7]

4a.  Jekk awtorità kompetenti tiċħad l-aċċess fuq dik il-bażi, għandha toħroġ id-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u tipprovdi r-raġunijiet sħaħ liċ-ċentru tan-negozjar u lis-CCP inklużi l-provi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tagħha.

5.  CCP stabbilita f’pajjiż terz tista’ titlob aċċess għal ċentru tan-negozjar fl-Unjoni bil-kundizzjoni li dik is-CCP tkun rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u jekk il-qafas legali ta' dak il-pajjiż terz jipprovdi għal rikonoxximent ekwivalenti effettiv ta' CCP awtorizzata skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 għaċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti f'dak il-pajjiż terz.

6.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

   (a) il-kundizzjonijiet li skonthom jista’ jiġi miċħud l-aċċess minn ċentru tan-negozjar għal titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus, inklużi kondizzjonijiet abbażi tal-volum ta’ tranżazzjonijiet, l-għadd u t-tip ta’ utenti jew fatturi oħra li joħolqu riskji bla ħtieġa.
   (b) il-kondizzjonijiet skont liema jingħata l-aċċess, fosthom il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni provduta fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji matul il-fażi tal-iżvilupp, il-bażi nondiskriminatorja u trasparenti fir-rigward tat-tariffi relatati mal-aċċess.
  

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa …(28).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [Em. 8]

Titolu VII

Miżuri superviżorji dwar interventi fuq il-prodott u pożizzjoniijet

Kapitolu 1

Intervent fuq il-Prodott

Artikolu 31

Setgħatta’ interventtal-AETS

-1.  F'konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament UE Nru 1095/2010, l-AETS għandha timmonitorja l-prodotti ta' investiment, inklużi depożiti strutturati u strumenti finanzjarji li jiġu kkumerċjalizzati, distribwiti jew mibjugħa fl-Unjoni u tista' tinvestiga b'mod proattiv prodotti ta' investiment jew strumenti finanzjarji ġodda qabel ma jiġu kkumerċjalizzati, distribwiti jew mibjugħa fl-Unjoni, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti.

1.  Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS tista’, fejn tkun sodisfatta fuq bażi raġonevoli li l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 huma milħuqa, temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi fl-Unjoni:

   (a) il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti prodotti speċifiċi ta’ investiment, inkluż depożiti strutturati, ċerti prodotti ta’ investiment speċifikati, inkluż depożiti strutturati, strumenti finanzjarji jew prodotti ta’ investiment, inklużi depożiti strutturati, jew strumenti finanzjarji b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew
   (b) tip ta’ attività jew prassi finanzjarja.

Projbizzjoni jew restrizzjoni jistgħu japplikaw f’ċirkostanzi, jew ikunu soġġetti għal eżenzjonijiet, speċifikati mill-AETS.

2.  L-AETS għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) l-azzjoni proposta tindirizza theddida sinifikanti għall-protezzjoni tal-investitur jew għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni;
   (b) ir-rekwiżiti regolatorji skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li huma applikabbli għall-prodott ta' investiment, l-istrument jew l-attività finanzjarji relevanti ma jindirizzawx it-theddida;
   (c) awtorità jew awtoritajiet kompetenti ma ħadux azzjoni sabiex jindirizzaw it-theddida jew l-azzjonijiet li ttieħdu ma jindrizzawx adegwatament it-theddida.

Fejn il-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew issodisfati, l-AETS tista' timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma prodott ta' investiment jew strument finanzjarju jkun ġie kkumerċjalizzat jew mibjugħ lill-klijenti.

3.  Meta tieħu azzjoni taħt dan l-Artikolu l-AETS għandha tqis sa fejn l-azzjoni:

   (a) ma jkollhiex effett negattiv fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni; kif ukoll
   (b) ma toħloqx riskju ta’ abritraġġ regolatorju.

Fejn awtorità jew awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont l-Artikolu 32, l-AETS tista’ tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma toħroġ l-opinjoni prevista fl-Artikolu 33.

4.  Qabel ma tiddeċiedi li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu, l-AETS għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bl-azzjoni li tipproponi.

4a.  Qabel ma tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-AETS għandha tinnotifika l-intenzjoni tagħha li tipprojbixxi jew tirrestrinġi prodott ta' investiment jew strument finanzjarju sakemm ma jsirux ċerti bidliet fil-karatteristiċi ta' prodott ta' investiment jew strument finanzjarju fi żmien speċifikat.

5.  L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu. L-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni u jispeċifika żmien wara l-pubblikazzjoni tal-avviż li minnu se jidħlu fis-seħħ il-miżuri. Projbizzjoni jew restrizzjoni għandha tapplika biss għal azzjonijiet wara li l-miżuri jidħlu fis-seħħ.

6.  L-AETS għandha tirrevedi projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 f’intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur. Il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni tiskadi jekk ma tiġix imġedda wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur.

7.  L-azzjoni adottata mill-AETS skont dan l-Artikolu għandha tipprevali fuq kwalunkwe azzjoni preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti.

8.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-AETS sabiex jiġi determinat x'jikkostitwixxi theddid għall-protezzjoni tal-investitur jew għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji u għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 2(a). Dawk l-atti delegati għandhom jiżguraw li l-AETS tkun tista' taġixxi, fejn ikun xieraq, fuq bażi prekawzjonarja u m'għandhiex tkun mitluba tistenna sakemm il-prodott jew l-istrument finanzjarju jkun ġie kkumerċjalizzat jew it-tip ta' attività jew prattika tkun saret operattiva qabel ma tittieħed azzjoni.

Artikolu 32

Intervent fuq il-prodott mill-awtoritajiet kompetenti

-1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw il-prodotti ta' investiment, inklużi depożiti strutturati u strumenti finanzjarji li jiġu kkumerċjalizzati, distribwiti jew mibjugħa fl-Istat Membru tagħhom jew minnu u jistgħu jinvestigaw b'mod proattiv prodotti ta' investiment jew strumenti finanzjarji ġodda qabel ma jiġu kkumerċjalizzati, distribwiti jew mibjugħa fl-Istat Membru tagħhom jew minnu. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil strumenti finanzjarji li joffru replikazzjonijiet tal-indiċi tal-kommoditajiet.

1.  Awtorità kompetenti tista’ tipprojbixxi jew tirrestrinġi f’dak jew minn dak l-Istat Membru:

   (a) il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti prodotti ta' investiment, inklużi depożiti strutturati, strumenti finanzjarji jew prodotti ta’ investiment, inklużi depożiti strutturati, jew strumenti finanzjarji b’ċerti karatteristiċi; jew
   (b) tip ta’ attività jew prassi finanzjarja.

2.  Awtorità kompetenti tista’ tieħu l-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jekk tkun issodisfata fuq bażi raġonevoli li:

   (a) prodott ta' investiment, strument jew attività jew prattika finanzjarji joħolqu tħassib sinifikanti rigward il-protezzjoni tal-investitur jew huma ta' theddida serja għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fi ħdan Stat Membru wieħed jew bosta, inkluż permezz tal-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni, ir-rinumerazzjoni jew il-provvista ta’ inċentivi relatati ma’ prodott tal-investiment jew strument finanzjarju;
   (ab) prodott ta’ derivat għandu effett negattiv fuq il-mekkaniżmu tal-formazzjoni tal-prezzijiet fis-suq sottostanti.
   (b) ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-prodott ta' investiment, l-istrumenti jew l-attivitajiet jew il-prattiċi finanzjarji ma jindirizzawx biżżejjed ir-riskji msemmija fil-punt (a) u l-kwistjoni ma tistax tiġi indirizzata aħjar permezz ta’ superviżjoni jew infurzar imtejba tar-rekwiżiti eżistenti;
   (c) l-azzjoni hija proporzjonata meta tiġi kkunsidrata n-natura tar-riskji identifikati, il-livell ta’ sofistikazzjoni tal-investituri jew tal-parteċipanti tas-suq konċernati u l-effett probabbli li l-azzjoni jista' jkollha fuq l-investituri u l-parteċipanti tas-suq li jista’ jkollhom, jużaw jew jibbenefikaw mill-istrument jew l-attività finanzjarja;
   (d) l-awtorità kompetenti kkonsultat kif xieraq mal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jistgħu jkunu affettwati b'mod sinifikanti mill-azzjoni; u
   (e) l-azzjoni ma għandhiex effett diskriminatorju fuq is-servizzi jew l-attivitajiet forniti minn Stat Membru ieħor.

Meta l-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew issodisfati, l-awtorità kompetenti tista' timponi l-projbizzjoni jew restrizzjoni fuq bażi prekawzjonarja qabel ma prodott ta' investiment jew strument finanzjarju jkun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti.

Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-awtorità kompetenti.

2a.  Qabel ma timponi projbizzjoni jew restrizzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika l-intenzjoni tagħha li tipprojbixxi jew tirrestrinġi prodott ta' investiment jew strument finanzjarju sakemm ma jsirux ċerti bidliet fil-karatteristiċi ta' prodott ta' investiment jew strument finanzjarju fi żmien speċifikat.

3.  L-awtorità kompetenti ma għandhiex timponi projbizzjoni jew restrizzjoni skont dan l-Artikolu sakemm, sa mhux inqas minn xahar qabel ma tieħu l-azzjoni, ma tkunx innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha involuti u l-AETS bil-miktub jew permezz ta’ mezz ieħor miftiehem bejn l-awtoritajiiet dwar id-dettalji ta’:

   (a) l-istrument jew l-attività jew il-prassi finanzjarja li magħhom hija relatata l-azzjoni proposta;
   (b) in-natura preċiża tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni proposta u meta hija maħsuba li tidħol fis-seħħ; u
   (c) il-provi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tagħha u li skonthom hija ssodisfata li ntlaħqu l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 1.

3a.  Meta ż-żmien meħtieġ biex issir konsultazzjoni skont il-paragrafu 2(d) u x-xahar dewmien previst fil-paragrafu 3 jistgħu jikkawżaw dannu irriversibbli lill-konsumaturi, l-awtorità kompetenti tista' tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu fuq bażi proviżorja għal perjodu li ma jaqbiżx it-tliet xhur. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament tinforma lill-awtoritajiet l-oħra kollha u lill-ESMA dwar l-azzjoni li ttieħdet.

4.  L-awtorità kompetenti għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li timponi xi projbizzjoni jew restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni, żmien wara l-pubblikazzjoni tal-avviż li fih jidħlu fis-seħħ il-miżuri u l-provi li skonthom hija ssodisfata li ntlaħqu l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 1. Il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni għandhom japplikaw biss fir-rigward ta’ azzjonijiet li ttieħdu wara l-pubblikazzjoni tal-avviż.

5.  L-awtorità kompetenti għandha tirrevoka projbizzjoni jew restrizzjoni jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma jibqgħux japplikaw.

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti meta jiddeterminaw x'jikkostitwixxi theddid għall-protezzjoni tal-investitur jew għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji u għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 2(a).

Artikolu 33

Koordinazzjoni mill-AETS

1.  L-AETS għandha tieħu rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 32. B’mod partikolari, l-AETS għandha tiżgura li l-azzjoni meħuda minn awtorità kompetenti tkun ġustifikata u proporzjonata u li fejn xieraq jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti.

2.  Wara li tirċievi notifika skont l-Artikolu 32 dwar kwalunkwe azzjoni li se tiġi imposta skont dak l-Artikolu, l-AETS għandha tadotta opinjoni dwar jekk tikkunsidrax il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni bħala ġustifikata u proporzjonata. Jekk l-AETS tikkunsidra li t-teħid ta’ miżuri minn awtoritajiet kompetenti oħra huwa meħtieġ sabiex jiġi indirizzat ir-riskju, għandha tiddikjara dan fl-opinjoni tagħha wkoll. L-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-AETS.

3.  Meta awtorità kompetenti tipproponi li tieħu, jew tieħu, azzjoni li tmur kontra opinjoni adottata mill-AETS skont il-paragrafu 2 jew ma taċċettax li tieħu azzjoni kuntrarjament għal tali opinjoni, minnufih għandha tippubblika fuq is-sit tagħha avviż li jispjega bis-sħiħ ir-raġunijiet għalfejn għamlet dan.

Kapitolu 2

Pożizzjonijiet

Artikolu 34

Koordinazzjoni tal-miżuri nazzjonali tal-immaniġjar tal-pożizzjonijiet u limiti tal-pożizzjonijiet mill-AETS

1.  L-AETS għandha twettaq rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-miżuri meħuda minn awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 71(2)(i) u l-Artikolu 72 (f) u (g) tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida]. B’mod partikolari, l-AETS għandha tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti rigward meta jiġu eżerċitati dawn is-setgħat, in-natura u l-ambitu tal-miżuri imposti, u t-tul taż-żmien u s-segwitu ta’ kull miżura.

2.  Wara li tirċievi notifika dwar kwalunkwe miżura skont l-Artikolu 83(5) tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida] l-AETS għandha tirreġistra l-miżura u r-raġunijiet għaliha. Rigward il-miżuri skont l-Artikolu 72(1) is-subparagrafu (f) u (g) tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida], għandha żżomm u tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha bażi ta’ dejta b’sommarji tal-miżuri fis-seħħ inklużi d-dettalji dwar il-persuni jew il-klassi ta’ persuni konċernati, l-istrumenti finanzjarji applikabbli, kwalunkwe miżura kwantitattiva jew limiti bħall-pożizzjoni netta massima li l-persuni jistgħu jidħlu fiha jew iżommu għal perjodu ta’ żmien speċifiku qabel ma jintlaħaq limitu, kwalunkwe eżenzjoni għalihom, u r-raġunijiet tagħhom.

Artikolu 35

Setgħat tal-AETS relatati mal-immaniġjar tal-pożizzjonijiet

1.  Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha, tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2, tieħu waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin: [Em. 2]

   (a) titlob minn kwalunkwe persuna informazzjoni, inkluża d-dokumentazzjoni relevanti kollha rigward id-daqs u l-għan ta’ pożizzjoni jew skopertura li daħlet għaliha permezz ta’ derivat];
   (b) wara li tanalizza l-informazzjoni miksuba, tobbliga lil tali persuna jew klassi ta’ persuni tieħu passi biex tnaqqas id-daqs ta’ jew telimina l-pożizzjoni jew l-iskopertura;
   (c) tillimita l-abbiltà ta’ persuna milli tidħol f’derivat ta’ komodità.

2.  L-AETS tista' tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 biss meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: [Em. 9]

   (a) il-miżuri elenkati fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1 jindirizzaw theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji anki fir-rigward ta’ arranġamenti tal-forniment għal komoditajiet fiżiċi u l-fatturi elenkati fl-Artikolu 59(1)(a) sa (cb) tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID ġdida], jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni; [Em. 10]
   (b) awtorità jew awtoritajiet kompetenti ma ħadux miżuri sabiex jindirizzaw it-theddida jew il-miżuri li ttieħdu ma jindirizzawx it-theddida b’mod suffiċjenti.

Għandhom jittieħdu miżuri relatati ma' prodotti tal-enerġija fil-livell ta' operatur wara konsultazzjoni mal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 713/2009.

3.  Meta jittieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tqis sa fejn il-miżura:

   (a) tindirizza b’mod sinifikanti t-theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji inklużi l-fatturi elenkati fl-Artikolu 59(1)(a) sa (cb) tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdid] jew tal-arranġamenti tal-forniment ta' komoditajiet fiżiċi, jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni jew ittejjeb b’mod sinifikanti l-abbiltà tal-awtoritajiet kompetenti biex jimmonitorjaw it-theddida; [Em. 11]
   (b) ma toħloqx riskju ta’ arbitraġġ regolatorju;
   (c) ma għandhiex effett ħażin fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji, inkluż it-tnaqqis tal-likwidità f’dawk is-swieq jew toħloq inċertezza għall-parteċipanti tas-suq, li huwa sproporzjonat għall-benefiċċji tal-miżura.

4.  Qabel ma tiddeċiedi li tieħu jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti relevanti bil-miżura li tkun qed tipproponi. Fil-każ ta’ talba skont il-paragrafu 1(a) jew (b) in-notifika għandha tinkludi l-identità tal-persuna jew tal-persuni li għalihom kienet indirizzata u d-dettalji u r-raġunijiet tagħha. Fil-każ ta’ miżura skont il-paragrafu (c) tal-paragrafu 1 in-notifika għandha tinkludi d-dettalji dwar il-persuna jew il-klassi ta’ persuni konċernati, l-istrumenti finanzjarji applikabbli, il-miżuri kwantitattivi relevanti bħall-pożizzjoni netta massima li l-persuna jew il-klassi ta’ persuni inkwistjoni jistgħu jidħlu fiha jew iżommu għal perjodu ta’ żmien speċifiku, u r-raġunijiet tagħha.

5.  In-notifika għandha ssir mhux inqas minn 24 siegħa qabel ma l-miżura tkun maħsuba li tidħol fis-seħħ jew tiġġedded. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-AETS tista’ tagħmel in-notifika inqas minn 24 siegħa qabel ma l-miżura tkun maħsuba li tidħol fis-seħħ, meta ma jkunx possibbli li jingħata avviż minn 24 siegħa qabel.

6.  L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit tal-internet tagħha avviż ta’ kwalunkwe deċiżjoni li timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1(c). L-avviż għandu jinkludi dettalji dwar il-persuna jew il-klassi ta’ persuni konċernati, l-istrumenti finanzjarji applikabbli, il-miżuri kwantitattivi relevanti bħall-pożizzjoni massima netta li l-persuna jew il-klassi ta’ persuni inkwistjoni jistgħu jidħlu fiha jew iżżomm għal perjodu ta’ żmien speċifiku, u r-raġunijiet għal dan.

7.  Miżura għadha tidħol fis-seħħ meta n-notifika tiġi ppubblikata jew f'ħin speċifikat fin-notifika li jkun wara l-pubblikazzjoni tiegħu u għandha tapplika biss rigward ta' tranżazzjoni li titwettaq wara li tkun daħlet fis-seħħ il-miżura.

8 L-AETS għandha tirrevedi l-miżuri tagħha msemmija fil-paragrafu 1(c) f’intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur. Jekk miżura ma tiġġeddidx wara dak il-perijodu ta’ tliet xhur, għandha tiskadi awtomatikament. Il-paragrafi 2 sa 8 għandhom japplikaw għal tiġdid ta’ miżuri.

9.  Miżura adottata mill-AETS skont dan l-Artikolu għandha tipprevali fuq kwalunkwe miżura preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti skont l-Artikolu 72(f), (g) u (ha) tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdid].

10.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi li għandhom jitqiesu mill-AETS sabiex jiġi determinat x'jikkostitwixxi theddida għall-funzjonament ordinat u għall-integrità tas-swieq finanzjarji anki fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ forniment ta' komoditajiet fiżiċi, jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2(a). Dawk il-kriterji u fatturi għandhom iqisu l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji żviluppati f'konformità mal-Artikolu 59(3) tad-Direttiva .../.../UE [il- MiFID il-ġdida] u għandhom jiddivrenzjaw bejn is-sitwazzjonijiet fejn l-AETS tieħu azzjoni għaliex awtorità kompetenti tkun naqset li taġixxi u dawk fejn l-AETS tindirizza riskju addizzjonali li l-awtorità kompetenti ma tkunx tista' tindirizza skont l-Artikolu 72(f), (g) u (ha) tad-Direttiva .../.../UE [il- MiFID il-ġdida].

TITOLU VIII

Forniment ta’ servizzi jew attivitajiet mingħajr fergħa minn ditti minn pajjiż terz

Artikolu 36

Dispożizzjonijiet ġenerali

  1 Ditta minn pajjiż terz tista' tipprovdi s-servizzi ta' investiment elenkati jew twettaq attivitajiet lil kontropartijiet eliġibbli u lill-klijenti professjonali fit-tifsira ta' Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida] stabbiliti fl-Unjoni mingħajr l-istabbiliment ta' fergħa f'każ biss li tkun reġistrata fir-reġistru tad-ditti minn pajjiżi terzi li jżomm l-AETS skont l-Artikolu 37.

2.  L-AETS għandha tirreġistra ditta minn pajjiż terz li tkun applikat biex tforni jew twettaq servizzi ▌tal-investiment jew biex twettaq attivitajiet fl-Unjoni skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 37(1);
   (b) ditta tkun awtorizzata fil-ġurisdizzjoni fejn huwa stabbilit l-uffiċċju prinċipali tagħha biex tipprovdi servizzi jew attivitajiet ta' investiment li jiġu fornuti fl-Unjoni u tkun soġġetta għal superviżjoni u infurzar li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti applikabbli f'dak il-pajjiż terz;
   (c) Ikun hemm stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 37 (2).

2a.  Meta ditta minn pajjiż terz tkun reġistrata skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri m’għandhomx jimponu xi rekwiżiti addizzjonali fuq id-ditta minn pajjiż terz fir-rigward tal-kwestjonijiet koperti minn dan ir-Regolament jew mid-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida].

3.  Id-ditta minn pajjiż terz imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tissottometti l-applikazzjoni tagħha lill-AETS wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 37 li tiddetermina li l-qafas ġuridiku u superviżorju tal-pajjiż terz li fih id-ditta minn pajjiż terz tkun awtorizzata tkun ekwivalenti għar-rekwiżiti deskritti fl-Artikolu 37(1).

Id-ditta applikanti minn pajjiż terz għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għar-reġistrazzjoni tagħha. Fi żmien 30 jum tax-xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni, l-AETS għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex sħiħa. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx sħiħa, l-AETS għandha tistipula skadenza sa meta d-ditta applikanti minn pajjiż terz trid tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali.

Id-deċiżjoni tar-reġistrazzjoni għandha tkun abbażi tal-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.

Fi żmien 180 jum tax-xogħol mis-sottomissjoni ta' applikazzjoni sħiħa, l-AETS għandha tinforma bil-miktub lid-ditta mhux mill-UE bi spjega sħiħa tar-raġunijiet għalfejn ir-reġistrazzjoni ngħatat jew ġiet miċħuda.

4.  Id-ditti minn pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi skont dan l-Artikolu għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom stabbiliti fl-Unjoni, qabel il-forniment ta' kwalunkwe servizz, li huma ma għandhomx permess jipprovdu servizzi lil klijenti oħra għajr lill-kontropartijiet eliġibbli u lill-klijenti professjonali fi ħdan it-tifsira tas-Sezzjoni I tal-Anness II tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida] u li huma mhumiex soġġetti għal superviżjoni fl-Unjoni. Għandhom jindikaw l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni fil-pajjiż terz.

L-informazzjoni fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata bil-miktub u b'mod prominenti.

Persuni stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jirċievu servizzi ta' investiment minn ditta minn pajjiż terz mhux reġistrata skont il-paragrafu 1 fuq inizjattiva esklussiva tagħhom biss. Inizjattiva min-naħa ta' persuna naturali ma għandhiex tintitola lid-ditta tal-pajjiż terz li tikkumerċjalizza kategoriji ġodda ta' prodott tal-investiment jew servizz tal-investiment lil dak l-individwu.

5.  Ditti minn pajjiż terz li jipprovdu jew iwettqu servizzi jew attivitajiet skont dan l-Artikolu għandhom joffru lill-klijenti stabbiliti fl-Unjoni, qabel il-forniment jew it-twettiq ta' kwalunkwe servizz jew attività ta' investiment fir-rigward ta’ klijent stabbilit fl-Unjoni, li jressqu kwalunkwe tilwima rigward dawk is-servizzi jew attivitajiet għall-ġurisdizzjoni ta' qorti jew tribunal ta' arbitraġġ fi Stat Membru.

6.  L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li ditta minn pajjiż terz għandha tipprovdi lill-AETS fl-applikazzjoni tagħha biex tirreġistra skont il-paragrafu 3 u l-format tal-informazzjoni li għandu jintuża skont il-paragrafu 4.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa …(29).

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ▌skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 37

Deċiżjoni tal-ekwivalenza

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2) fir-rigward ta' pajjiż terz jekk l-arranġamenti legali u superviżorji ta' dak il-pajjiż terz jiżguraw li d-ditti awtorizzati f'dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, fid-Direttiva 2006/49/KE [id-Direttiva dwar l-Adegwatezza tal-Kapital] u fid-Direttiva Nru .../..../UE [MiFID]u fil-miżuri implimentattivi adottati skont dan ir-Regolament u skont dawn id-Direttivi.

Il-qafas prudenzjali u tal-kondotta tan-negozju ta’ pajjiż terz jista’ jiġi kkunsidrat li jkollu effett ekwivalenti meta dak il-qafas jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) id-ditti li jipprovdu servizzi u attivitajiet ta' investiment f'dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni effettiva u infurzar fuq bażi kontinwa;
   (b) id-ditti li jipprovdu servizzi u attivitajiet ta' investiment f'dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal rekwiżiti tal-kapital suffiċjenti u rekwiżiti xierqa applikabbli għall-azzjonisti u l-membri tal-korp tal-maniġment tagħhom;
   (c) ditti li jipprovdu servizzi u attivitajiet tal-investiment huma soġġetti għal rekwiżiti organizzazzjonali xierqa fil-qasam tal-funzjonijiet ta' kontroll interni;
   (d) ditti li jipprovdu servizzi u attivitajiet tal-investiment huma soġġetti għal regoli xierqa tal-kondotta tan-negozju;
   (e) jiżgura t-trasparenza u l-integrità tas-suq billi jipprevjeni abbuż tas-suq f’forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

Deċiżjoni tal-Kummissjoni skont dan il-paragrafu tista' tkun limitata għal kategorija waħda jew bosta kategoriji ta' ditti tal-investiment jew ta’ operaturi tas-suq. Ditta minn pajjiż terz tista' tkun reġistrata skont l-Artikolu 36 meta taqa' f'kategorija koperta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

2.  L-AETS għandha tistabbilixxi arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiżi terzi li l-ofqsa legali u superviżorji tagħhom ġew rikkonoxxuti bħala ekwivalenti skont il-paragrafu 1. Dawn l-arranġamenti għandhom jispeċifikaw tal-anqas:

   (a) il-mekkaniżmi għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi konċernati, fosthom l-aċċess għall-informazzjoni kollha dwar id-ditti mhux mill-UE awtorizzati f'pajjiżi terzi li tintalab mill-AETS;
   (b) il-mekkaniżmu għan-notifika fil-pront lill-AETS meta awtorità kompetenti minn pajjiż terz tqis li ditta minn pajjiż terz li tkun taħt is-superviżjoni tagħha u li l-AETS tkun reġistrat fir-reġistru previst fl-Artikolu 38 tkun qed tikser il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tagħha jew leġiżlazzjoni oħra li tkun obbligata tirrispetta;
   (c) il-proċeduri dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tas-superviżjoni fosthom, fejn ikun xieraq, spezzjonijiet fuq il-post.

Artikolu 38

Reġistru

L-AETS għandha tirreġistra d-ditti minn pajjiż terz permessi jipprovdu servizzi ta’ investiment jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment fl-Unjoni skont l-Artikolu 36. Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli pubblikament fuq is-sit elettroniku tal-AETS u għandu jkun fih informazzjoni dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li d-ditti minn pajjiż terz huma permessi jipprovdu jew iwettqu u referenza għall-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tagħhom fil-pajjiż terz.

Artikolu 39

Irtirar ta' reġistrazzjoni

1.  ▌L-AETS għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta' ditta minn pajjżi terz mir-reġistru stabbilit skont l-Artikolu 38 meta:

   (a) L-AETS ikollha raġunijiet fondati abbażi ta' evidenza dokumentata biex temmen li, fil-forniment tas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment fl-Unjoni, id-ditta minn pajjiż terz qed taġixxi b'manjiera li hija ċarament ta' preġudizzju għall-interessi tal-investituri jew tal-funzjonament ordnat tas-swieq, jew or
   (b) L-AETS ikollha raġunijiet fondati abbażi ta' evidenza dokumentata biex temmen li, fil-forniment tas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment fl-Unjoni, id-ditta minn pajjiż terz tkun kisret id-dispożizzjonijiet applikabbli għaliha fil-pajjiż terz u li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni tkun adottat id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 37(1).

   (a) L-AETS tkun irreferiet il-kwistjoni lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz u dik l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ma tkunx ħadet il-miżuri xierqa meħtieġa biex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq fl-Unjoni jew tkun naqset milli turi li d-ditta mill-pajjiż terz konċernat tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għaliha fil-pajjiż terz; u
   (b) l-AETS tkun infurmat lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz bl-intenzjoni tagħha li tirtira r-reġistrazzjoni tad-ditta mill-pajjiż terz, tal-anqas 30 jum qabel l-irtirar.

3.  L-AETS għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 1 mingħajr dewmien u għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha fis-sit elettroniku tagħha.

4.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet skont liema kienet adottata d-Deċiżjoni skont l-Artikolu 37(1), għadhomx jeżistu fir-rigward tal-pajjiż terz ikkonċernat.

IT-TITOLU IX

ATTI DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI

Kapitolu 1

Atti Ddelegati

Artikolu 40

Atti ddelegati

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41 fir-rigward tal-Artikolu 2(3), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(7), l-Artikolu 14(5), l-Artikolu 14(6), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 18(2) u (3), l-Artikolu 19(3), l-Artikolu 20(3), l-Artikolu 28(6), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(8), l-Artikolu 32(6) u l-Artikolu 35(10) ▌.

Artikolu 41

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa sabiex tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  ▌Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(7), l-Artikolu 14(5) u 14(6), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 18(2) u 18(3), l-Artikolu 19(3), l-Artikolu 20(3), l-Artikolu 28(6), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(8), l-Artikolu 32(6), u l-Artikolu 35(10) għandha tingħata għal perjodu ta’ żmien indefinit mid-data msemmija fl-Artikolu 41, il-paragrafu 1.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(7), l-Artikolu 14(5) u 14(6), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 18(2) u 18(3), l-Artikolu 19(3), l-Artikolu 20(3), l-Artikolu 28(6), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(8), l-Artikolu 32(6) u l-Artikolu 35(10) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur tan-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Kapitolu 2

Atti ta’ implimentazzjoni

Artikolu 42

Proċedura tal-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011▌.

TITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 43

Rapporti u analiżi

1.  Qabel...(30) , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-AETS, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt fil-prattika tal-obbligi ta’ trasparenza stabbiliti skont l-Artikoli 3 ▌sa 12, b’mod partikolari dwar l-applikazzjoni u l-adegwatezza kontinwata tal-eżenzjonijiet għall-obbligi ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar stabbiliti skont l-Artikoli 3(2) u l-Artikolu 4(2) u (3), u 8.

2.  Qabel ...(31), il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-AETS, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tal-Artikolu 23, inkluż jekk il-kontenut u l-format tar-rapporti tat-tranżazzjonijiet riċevuti u skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti jippermettux b’mod komprensiv li jiġu mmonitorjati l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 23(1). Il-Kummissjoni tista’ tagħmel kwalunkwe proposta xierqa, inkluż metodu sabiex it-tranżazzjonijiet jiġu rrapportati f’sistema magħżula mill-AETS minflok għand l-awtoritajiet kompetenti, li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti relevanti jaċċessaw l-informazzjoni kollha rapportata skont dan l-Artikolu għall-finijiet ta’ dan ir-Regoalment u tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdid] u għad-detezzjoni tal-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-abbuż tas-suq skont ir-Regolametn (UE) Nru .../...[MAR].

2a.  Qabel ...(32), il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-probabilità li tiġi żviluppata Sistema Ewropea għall-aqwa offerti fil-każ ta' kwotazzjonijiet konsolidati u jekk it-tnaqqis tal-asimmetriji ta' informazzjoni bejn il-parteċipanti tas-suq tkunx soluzzjoni kummerċjali adegwata kif ukoll għodda għar-regolaturi sabiex jimmonitorjaw aħjar l-attivitajiet ta' kwotazzjoni dwar iċ-ċentri ta' negozjar.

Qabel ...(33), il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-AETS, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress biex in-negozjar fid-derivati OTC standardizzati jibda jsir fil-boroż jew pjattaformi elettroniċi ta’ negozjar skont l-Artikoli 22 u 24.

Artikolu 44

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Fl-Artikolu 81 (3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:"

Repożitorju tan-negozju għandu jittrasmetti dejta lill-awtoritajiet kompetenti skont ir-rekwiżiti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru .../... [MiFIR]1.

1 ĠU L ...

"

Artikolu 45

Dispożizzjoni tranżizzjonali

Ditti ▌minn pajjiżi terzi għandhom ikunu jistgħu jkomplu jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet fl-Istati Membri, skont ir-reġimi nazzjonali sa sena wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ deċiżjoni b’rabta mal-pajjiż terz relevanti skont l-Artikolu 41(3) tad-Direttiva .../.../UE [il-MiFID il-ġdida].

Artikolu 46

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika minn ...(34), għajr għall-Artikoli 2(3), 4(3), 6(2), 8(4), 10(2), 11(2), 12(2), 13(7), 14(5), 14(6), 16(3), 18(2,), 18(3), 19(3), 20(3), 23(8), 24(5), 26, 28(6), 29(6), 30(3), 31, 32, 33, 34 u 35, li għandhom japplikaw immedjadament wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

(1) Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi kkunsidrat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0303/2012).
(2)* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(3). ĠU C 143, 22.5.2012, p. 74.
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2012 .
(5) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(6) ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1.
(7) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b'referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1).
(9) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.
(10) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(11) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1
(12) ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1.
(13) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(14) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
(15) ĠU L 96, 12.4.2002, p. 16.
(16) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(17) ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1.
(18)* 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(19)** 42 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(20)* 12 il-xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. [Em. 4]
(21)* 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(22)* l2-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(23)** 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(24)* 12 il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.[Em. 5]
(25)* 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(26)* 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(27)* 12 il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.[Em. 6]
(28)* 12 il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament,
(29)* 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(30)* 42 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(31)* 42 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(32)* 42 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(33)* 42 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(34)* 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2012
PDF 380kWORD 146k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2012 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2012 (2012/2150(INI))
P7_TA(2012)0408A7-0312/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinament tal-Politika Ekonomika(1),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 136 flimkien mal-Artikolu 121(2) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika(2),

  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro(4),

  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi(6),

  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar it-Tabella għas-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi: id-disinn inizjali previst(8);

–  wara li kkunsidra l-Anness I tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta' Marzu 2011 bit-titlu “Il-Patt Euro Plus: Koordinazzjoni aktar b'saħħitha tal-politika ekonomika għall-kompetittività u l-konverġenza”(9),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2011 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2012 (COM(2011)0815),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-kontribut għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2012(10),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-10 ta’ Lulju 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro(11),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Awstrija u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tal-Awstrija 2012-2016(12),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Belġju u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tal-Belġju 2012-15(13),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Bulgarija u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Bulgarija, 2012-15(14),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 ta’ Ċipru u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà ta’ Ċipru, 2012-2015(15),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tar-Repubblika Ċeka u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tar-Repubblika Ċeka, 2012-2015(16),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tad-Danimarka u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tad-Danimarka, 2012-2015(17),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Estonja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà aġġornat tal-Estonja, 2012-15(18),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Finlandja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tal-Finlandja, 2012-2015(19),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 ta’ Franza u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà ta’ Franza, 2012-2016(20),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Ġermanja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tal-Ġermanja, 2012-16(21),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Greċja(22),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Ungerija u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Ungerija, 2012-2015(23),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Irlanda u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tal-Irlanda, 2012-2015(24),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Italja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tal-Italja, 2012-2015(25),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Latvja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Latvja, 2012-15(26),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Litwanja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Litwanja, 2012-15(27),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Lussemburgu u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tal-Lussemburgu, 2012-15(28),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 ta’ Malta u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà ta’ Malta, 2012-15(29),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2012 tal-Pajjiżi Baxxi u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà tal-Pajjiżi Baxxi, 2012-2015