Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (Tfassil mill-ġdid) (COM(2010)0748 – C7-0433/2010 – 2010/0383(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0748) u l-valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni (SEC(2010)1547),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 67(4) u l-punti (a), (c) u (e) tal-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0433/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, mis-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Pajjiżi l-Baxxi, li tiddikjara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv mhux konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-5 ta’ Mejju 2011(1),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),
– wara li kkunsidra l-impenn li ħa r-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tal-24 ta' Ottubru 2012 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0320/2012),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (Riformulazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1215/2012.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (COM(2010)0473 – C7-0279/2010 – 2010/0246(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0473),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0279/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Jannar 2011(1),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittri tal-11 ta' Lulju 2012 u tas-17 ta' Ottubru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0269/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 98/2013.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi, fl-okkażjoni tal-adeżjoni tal-Kroazja, miżuri temporanji speċjali għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali u ta' aġenti temporanji mal-Unjoni Ewropea (COM(2012)0377 – C7-0216/2012 – 2012/0224(COD)
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0377),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0216/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Novembru 2012(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-23 ta' Ottubru 2012(2),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tal-31 ta' Ottubru 2012 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0359/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi, fl-okkażjoni tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, miżuri temporanji speċjali għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali u ta' aġenti temporanji tal-Unjoni
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1216/2012.)
L-adeżjoni tal-UE għall-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-tniġġis ikkaġunat millesplorazzjoni u l-isfruttament tal-blata kontinentali, qiegħ il-baħar u s-sottoswol tiegħu ***
201k
32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-tniġġis ikkaġunat mill-esplorazzjoni u l-isfruttament tal-blata kontinentali, qiegħ il-baħar u s-sottoswol tiegħu (09671/2012 – C7-0144/2012 – 2011/0304(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09671/2012),
– wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-tniġġis ikkaġunat mill-esplorazzjoni u l-isfruttament tal-blata kontinentali, qiegħ il-baħar u s-sottoswol tiegħu, mehumuż mal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill imsemmi hawn fuq,
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0144/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0319/2012),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-Protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
L-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra ***
205k
34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra (11119/2012 – C7-0299/2012 – 2012/0130(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11119/2012),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern tal-Groenlandja (11116/2012),
– wara li kkunsidra r-rikjesta għal kunsens imressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0299/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp kif ukoll tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0358/2012),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq lill-Parlament il-konklużjonijiet tal-laqgħat u tal-proċeduri tal-Kumitat Konġunt kif jiddisponi l-Artikolu 10 tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd jitlob li rappreżentanti tal-Parlament, li jaġixxu bħala osservaturi, jingħataw l-opportunità li jattendu laqgħat u proċeduri tal-Kumitat Konġunt; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tissottometti rieżami tal-implimentazzjoni tal-Ftehim lill-Parlament u lill-Kunsill fis-sena finali tal-applikazzjoni tal-Protokoll, qabel ma jinbdew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Ftehim;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Groenlandja.
Id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-UE li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor *
201k
33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar l-abbozz ta' direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 93/109/KE tas-6 ta' Diċembru 1993 dwar ċerti arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għal-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni residenti fi Stat Membru li ma twieldux fih. (13634/2012 – C7-0293/2012 – 2006/0277(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali - konsultazzjoni mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13634/2012),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0791),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-26 ta’ Settembru 2007(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 22(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7–0293/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u l-Artikoli 59(3) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7–0352/2012),
1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jagħti lill-President tiegħu istruzzjonijiet biex jibgħat il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-parlamenti nazzjonali.
L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur
217k
55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/48/KE dwar il-Kreditu għall-Konsumatur (2012/2037(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0343/2012),
A. billi l-ftuħ tas-swieq nazzjonali fis-settur ekonomiku importanti tal-kreditu għall-konsumatur, it-tisħiħ tal-kompetizzjoni, l-indirizzar tal-livelli differenti tal-ħarsien tal-konsumatur, it-tneħħija ta’ tgħawwiġ potenzjali tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi tas-suq u t-titjib tas-suq intern huma funzjoni politika tal-UE u ta’ interess għall-konsumatur u għal min jipprovdi l-kreditu.
B. billi l-armonizzazzjoni finali mmirata li hi prevista mid-Direttiva dwar il-kreditu għall-konsumatur f’ħames sottosetturi, abbażi ta’ ftehimiet li joffru lill-Istati Membri marġni ta’ manuvra limitata, partikolarment f’dak li jirrigwarda d-diversi forom ta’ implimentazzjoni, ħolqot qafas legali Ewropew komuni għall-ħarsien tal-konsumaturi;
C. billi, madankollu, għad iridu jiġu megħluba ostakli legali u prattiċi;
D. billi, hekk kif juri l-istudju tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, ċerti dispożizzjonijiet prinċipali tad-direttiva – bħall-Artikolu 5 dwar l-informazzjoni prekuntrattwali – ma laħqux l-armonizzazzjoni maħsuba tar-regoli għall-ħarsien tal-konsumatur tal-Istati Membri minħabba differenzi fl-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni mill-Istati Membri;
E. billi, minħabba l-iskadenza qasira u l-modifiki ġuridiċi numerużi u estensivi li kellhom isiru, mhux l-Istati Membri kollha ttrasponew id-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fil-liġi nazzjonali fiż-żmien maħsub, jew f’ċerti każijiet b’mod mhux għal kollox korrett;
F. billi l-istatistika turi li wara d-dħul fis-seħħ tad-direttiva, in-numru ta’ krediti għall-konsumatur li saru fil-livell transkonfinali ma żdiedx, u dan jista’ jiġi spjegat permezz ta’ diversi fatturi, bħal-lingwa, iżda wkoll permezz tal-problemi gravi li jirrigwardaw is-settur finanzjarju u ta’ nuqqas ta’ informazzjoni għall-konsumatur dwar l-opportunitajiet ta’ kreditu transkonfinali għall-konsumatur u d-drittjiet tal-konsumatur meta jikkonkludi tali kuntratti.
G. billi l-prattiki adegwati tal-ħarsien tal-konsumatur fis-settur tal-krediti għandhom rwol sinifikanti biex jiżguraw stabbiltà finanzjarja; billi l-volatilità tar-rata tal-kambju toħloq riskji sinifikanti għall-konsumaturi, speċjalment waqt kriżijiet finanzjarji;
H. billi s-self eċċessiv lill-konsumaturi f’munita barranija żied ir-riskju u t-telf imġarrab mill-familji;
I. billi fil-21 ta’ Settembru 2011, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistematiku adotta rakkomandazzjoni importanti dwar is-self f’muniti barranin (ESRB/2011/1);
J. billi, skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta’ ċerti aspetti tad-Direttiva ,u billi, f’dan ir-rigward, hija diġà kkummissjonat studju preparatorju;
K. billi huwa partikolarment ħerqan li jkun infurmat rigward il-fażijiet differenti u r-riżultati tar-rieżami u li jkollu l-possibilità li jesprimi l-opinjoni tiegħu;
1. Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni, bi tħejjija għar-rieżami tagħha, diġà bdiet studju dwar l-effetti tad-Direttiva dwar is-suq intern u l-ħarsien tal-konsumatur, sabiex jiġi determinat x’impatt se jkollha fuq l-użu ta’ kreditu transkonfinali, u japprezza x-xogħol notevoli li sar mill-Kummissjoni, mil-leġiżlaturi nazzjonali u l-istituzzjonijiet tal-kreditu;
2. Jinnota li t-titjib fis-swieq transkonfinali tal-kreditu għall-konsumaturi jipprovdi valur miżjud Ewropew billi jagħti spinta lis-suq intern; iqis li dan jista’ jinkiseb, fost l-oħrajn, billi l-konsumaturi jiġu infurmati aħjar dwar l-opportunità li jakkwistaw il-kreditu għall-konsumatur fi Stati Membri oħra u dwar id-drittjiet tal-konsumaturi meta jikkonkludu tali kuntratti;
3. Jirrikonoxxi li l-volum tal-kreditu transkonfinali għall-konsumaturi jirrapreżenta inqas minn 2 % tas-suq globali tal-kreditu għall-konsumaturi u li bejn wieħed u ieħor 20 % ta’ tali krediti jittieħdu online;
4. Jinnota li wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva huwa li tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-informazzjoni, fejn il-funzjonament tas-suq uniku jiġi ffaċilitat ukoll fil-qasam tal-għoti ta’ self u, għalhekk, jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk in-numru ta’ tranżazzjonijiet ta’ self transkonfinali huwiex qed jiżdied;
5. Huwa tal-fehma li d-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni prekuntrattwali, l-ispjegazzjonijiet meħtieġa skont l-Artikolu 5(6) u l-valutazzjoni tal-mertu kreditizju skont l-Artikolu 8 għandhom rwol importanti fir-rigward tat-titjib tas-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur dwar ir-riskji ta’ krediti f’munita barranija;
6. Jitlob, madankollu, lill-awtoritajiet ta' sorveljanza jirrikjedu lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu lill-konsumaturi bi spjegazzjonijiet personalizzati, kompluti u li jinftiehmu faċilment fir-rigward tar-riskji involuti fis-self f’munita barranija u rigward l-impatt fuq ħlasijiet bin-nifs ta’ deprezzament qawwi fil-valuta legali tal-Istat Membru fejn ikun iddomiċiljat konsumatur, kif ukoll ta’ żieda fir-rata tal-imgħax barrani; iqis li dawn l-ispjegazzjonijiet għandhom jiġu provduti qabel ma jkun iffirmat kwalunkwe kuntratt.
7. Jinnota t-tħassib li tqajjem f’xi Stati Membri dwar il-mod kif l-informazzjoni prekuntrattwali tiġi ppreżentata lill-konsumaturi fil-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur (SECCI) u li hija ta’ natura tant teknika li taffettwa l-kapaċità tal-konsumaturi li jifmuha b’mod effikaċi; iqis li l-effikaċja tal-formola SECCI għandha tkun aspett importanti fil-valutazzjoni tal-impatt tad-Direttiva mwettqa mill-Kummissjoni;
8. Jilqa’ l-operazzjoni “SWEEP” li tmexxiet mill-Kummissjoni f’Settembru 2011, li fiha rriżulta li 70 % tas-siti tal-internet tal-istituzzjonijiet finanzjarji li ġew ikkontrollati kienu nieqsa minn informazzjoni importanti f’reklamar, u minn ċerti affarijiet fl-informazzjoni ewlenija fl-offerta ta’ kreditu innifisha, u li l-preżentazzjoni tal-ispejjeż kienet qarrieqa, u jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jadottaw miżuri adegwati biex jikkorreġu din il-problema; jinnota, f’dan il-kuntest, li xi drabi r-regoli dwar l-eżempji rappreżentattivi ma jintużawx kif preskritt u li hemm il-ħtieġa ta’ titjib;
9. Jappella biex il-prattiki tal-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tar-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni jkunu ssorveljati strettament sabiex jiġi evitat li jkun hemm informazzjoni qarrieqa jew falza fir-reklamar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' ftehimiet ta' kreditu;
10. Jinnota li xi Stati Membri sfruttaw il-possibilità li jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva biex tkopri prodotti finanzjarji oħra u dan jidher li ma wassalx għal inkonsistenzi fl-applikazzjoni;
11. Jenfasizza li d-dispozizzjonijiet legali għandhom jirriflettu l-prattika normali u l-bżonnijiet tal-konsumatur medju u tal-imprenditur medju, u ma għandhomx jirrapreżentaw reazzjoni għal numru żgħir ta’ abbużi mir-regoli, b’mod li l-informazzjoni provduta lill-konsumatur tkun tiftiehem inqas u ssir inqas trasparenti u komparabbli;
12. Jinnota li kwantità akbar ta’ dispożizzjonijiet komprensivi ma twassalx awtomatikament għal livell aktar effettiv ta’ ħarsien tal-konsumaturi u li ammont eċċessiv ta’ informazzjoni, speċjalment f’każ ta’ konsumaturi mingħajr esperjenza, jista’ aktar ifixkel milli jgħin; jirrikonoxxi, f’dan ir-rigward, l-għarfien, l-assistenza u l-edukazzjoni finanzjarja provduti mill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u r-rwol potenzjali tagħhom fir-ristrutturar tal-kreditu f’isem il-familji li jinsabu f’diffikultà;
13. Jappella biex il-konsumaturi jkollhom dritt jiġu infurmati dwar l-ispejjeż tas-servizzi awżiljarji u dwar id-dritt tagħhom li jixtru servizzi awżiljarji bħal assigurazzjoni mingħand fornituri alternattivi; iqis li l-istituzzjonijiet finanzjarji għandu jkollhom l-obbligu li jagħmlu distinzjoni bejn tali servizzi u l-ispejjeż relatati u dawk li jappartjenu għas-self bażiku, u li jiċċaraw liema servizzi huma essenzjali għall-estensjoni tas-self u liema huma għal kollox fid-diskrezzjoni ta’ min jissellef;
14. Jikkunsidra li jeħtieġ li jkunu eżaminati b’attenzjoni d-diffikultajiet li jistgħu jirriżultaw f’rabta mal-eżerċitar tad-dritt ta’ rtirar f’każ ta’ kuntratti konnessi; jenfasizza l-importanza li l-konsumaturi jiġu sensibilizzati li, jekk jeżerċitaw id-dritt ta’ rtirar minn kuntratt fejn il-fornitur jew il-fornitur tas-servizz jirċievu l-ammont rispettiv tal-ħlas b’mod dirett mill-fornitur tal-kreditu permezz ta’ kuntratt anċillari, m’għandu jkun hemm l-ebda ħlasijiet, kummissjonijiet jew spejjeż għall-konsumaturi fir-rigward tas-servizz finanzjarju provdut.
15. Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa sa fejn jasal in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi ta’ informazzjoni fil-kuntratti fejn l-intermedjarji mhumiex marbuta b’rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali, sabiex jiġi stabbilit kif l-aħjar jitħarsu l-konsumaturi f’tali sitwazzjonijiet;
16. Huwa tal-fehma li għandha tingħata attenzjoni speċjali għar-regoli kumplessi li jirregolaw il-ħlas lura bikri;
17. Jiddikjara li qabel ma jkun hemm tibdil fir-rati tal-imgħax, in-notifika lill-konsumaturi għandha tħallilhom biżżejjed żmien biex jistudjaw is-suq u jibdlu l-fornitur tal-kreditu qabel ma jiġi effettwat it-tibdil;
18. Jinnota li jeħtieġ ikun hemm titjib fl-interpretazzjoni tal-espressjoni “eżempju rappreżentattiv”;
19. Jenfasizza li għandha tkun garantita metodoloġija uniformi tal-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposti, għandhom ikunu ċċarati l-punti ambigwi u tiġi żgurata l-koerenza mal-istrumenti legali l-oħra kollha;
20. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li s-superviżuri nazzjonali jingħataw is-setgħat u r-riżorsi kollha meħtieġa biex iwettqu l-obbligi tagħhom; jistieden ukoll lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jissorveljaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-direttiva u biex jinfurzawhom b’mod effikaċi;
21. Jenfasizza li, fil-futur, waqt l-istipular tal-iskadenzi tat-traspożizzjoni, għandhom jitqiesu aktar tali emendi fil-liġi nazzjonali li l-proċess ta’ traspożizzjoni jġib miegħu;
22. Jistieden lill-Istati Membri jestendu l-livell attwali tal-ħarsien tal-konsumaturi għall-krediti, inklużi krediti għal żmien qasir, provduti fuq l-internet, permezz ta’ servizzi ta’ messaġġi qosra jew midja oħra ta’ komunikazzjoni fuq distanza, li qed isiru fattur dejjem aktar frekwenti tas-swieq tal-kreditu għall-konsumaturi, u li jinvolvu ammonti li ma jaqbżux il-valur limitu minimu ta’ EUR 200, li fil-preżent huma barra mill-ambitu tad-Direttiva;
23. Jenfasizza li fil-preżent m’hemmx raġunijiet għal reviżjoni tad-Direttiva, iżda minflok wieħed għandu jieħu ħsieb li d-Direttiva tiġi implimentata u infurzata korrettament;
24. Huwa tal-fehma li, b’referenza għal traspożizzjoni sħiħa u korretta, wieħed għandu jistenna u jivvaluta l-impatt effettiv u konkret tad-Direttiva qabel ma l-Kummissjoni tipproponi xi emendi meħieġa; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport ta’ valutazzjoni lill-Parlament u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva u valutazzjoni sħiħa tal-impatt tagħha relatat mal-protezzjoni tal-konsumatur, filwaqt li jitqiesu l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja u l-qafas legali l-ġdid tal-UE għas-servizzi finanzjarji;
25. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Patt dwar l-Investiment Soċjali
316k
80k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-Patt dwar l-Investiment Soċjali - bħala reazzjoni għall-kriżi (2012/2003(INI))
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 5, 6, 9, 147, 149, 151 u 153 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2010 bit-titolu “Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta' impjiegi” (COM(2010)0682) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2011 dwarha(1),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2011 bit-titolu “Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2012” (AGS) (COM(2011)0815), l-Abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi mehmuż miegħu u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2012 dwar aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2012(2),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 bit-titolu “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi” (COM(2012)0173),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 bit-titolu “Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol” (COM(2008)0639), u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009(3) dwarha,
– wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Eurostat ta' Jannar 2012 u l-Istqarrija għall-Istampa tal-Eurostat tat-8 ta' Frar 2012(4),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali” (COM(2010)0758), l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din(5) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwarha(6),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010)(7),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 bit-titolu “Aġenda soċjali mġedda: Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21” (COM(2008)0412) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwarha(8),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Sostenibbiltà fuq medda twila ta' żmien tal-finanzi pubbliċi għal ekonomija li qed tirkupra” (COM(2009)0545) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwarha(9),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-9 ta' Ġunju 2010 bit-titolu “Impetu ġdid għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali biex tiġi appoġġjata l-istrateġija Ewropa 2020”, (COM(2010)0296) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwarha(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020(11);
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar l-indirizzar tat-tluq bikri mill-iskola(12),
– wara li kkunsidra l-Communiqué ta' Bruges dwar Kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali għall-perjodu 2011-2020, li ġiet adottata fis-7 ta' Diċembru 2010(13),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Progress Lejn l-Objettivi Komuni Ewropej għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ” (SEC(2011)0526),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-istejtus ta' min jitħarreġ, tal-internship u tal-apprendistat(14),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (COM(2011)0609),
– wara li kkunsidra l-ġabra ta' ħames Regolamenti u Direttiva waħda dwar il-governanza ekonomika tal-UE li ġie adottat reċentement(15),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2011 bit-titolu “Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ” (COM(2011)0933),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-29 ta' Ġunju 2011 dwar l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 (COM(2011)0398),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0263/2012),
A. billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali se jkollha effetti fit-tul mhux biss fuq it-tkabbir ekonomiku iżda wkoll fuq ir-rati tal-impjieg, il-livell ta' faqar u esklużjoni soċjali, it-tfaddil pubbliku u l-kwantità u l-kwalità tal-investimenti soċjali fl-Ewropa;
B. billi f'dawn l-aħħar snin is-settur pubbliku daħal għal dejn kbir u, biex jevita dejn eċċessiv, il-parti l-kbira tar-risposti reċenti għall-kriżi kienet ibbażata sostanzjalment fuq objettivi fit-terminu qasir immirati biex jerġgħu jagħtu stabbilità lill-finanzi pubbliċi, sforzi neċessarji għad-difiża tal-ekonomija tagħna, u billi tali miżuri ta' awsterità u ta' konsolidament tal-baġit għandhom jingħaqqdu ma' strateġija komprensiva u ambizzjuża ta' investimenti għat-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi, il-koeżjoni soċjali u l-kompetittività kif ukoll mal-governanza soċjali li tista' tforni mekkaniżmu b'saħħtu ta' sorveljanza u monitoraġġ fuq l-objettivi ta' tkabbir u soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020;
C. billi l-Istrateġija ta' Lisbona u l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi ma solvewx il-kwistjoni u li s-suċċess tal-istrateġia Ewropa 2020 huwa inċert u jeħtieġ impenn ħafna aktar qawwi min-naħa tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet Ewropej, fil-forma ta' miżuri favur it-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività;
D. billi l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir ippubblikat dan l-aħħar u r-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi wrew li, billi l-konsolidament fiskali għadu ma għamilx biżżejjed progress u billi għadu jitqies prijorità, l-objettivi soċjali, tal-impjiegi u fil-qasam tal-edukazzjoni ta' Ewropa 2020 ma ġewx ittrattati biżżejjed mill-maġġoranza tal-Istati Membri;
E. billi r-rata tal-qgħad telgħet minn 7.1 % fl-2008 sa 10 % f'Jannar 2012 fl-UE 27, b'disparitajiet reġjonali ċari, li laqtu partikolarment iż-żgħażagħ, il-ħaddiema bi ftit kwalifiki u l-persuni qiegħda fit-tul u billi dan, flimkien mat-tixjiħ tal-popolazzjoni, jiddetermina riskju gravi ta' telf ta' kapital uman fit-tul u jaf jiġġenera riperkussjonijiet irreversibbli fuq is-suq tax-xogħol, partikolarment fuq il-ħolqien ta' impjiegi, it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u l-koeżjoni soċjali;
F. billi 80 miljun Ewropew huma attwalment f'riskju ta' faqar u li r-rata ta' tfal u adulti li jgħixu f'familji mingħajr xogħol telgħet kważi għal 10 % fl-2010; billi dan, flimkien mal-faqar fost it-tfal, in-numru dejjem ikbar ta' ħaddiema foqra u l-livell għoli ta' qgħad fost iż-żgħażagħ se jwassal għal riskju u wirt ta' faqar u esklużjoni soċjali saħanistra ikbar fil-ġejjieni;
G. billi r-rata ta' faqar tal-persuni bejn 16 u 24 sena fl-2011 fl-Ewropa kien, f'medja, 21.6 % u ż-żgħażagħ għandhom l-ogħla probabilità li jokkupaw postijiet prekarji, għal perjodu definit jew part-time kif ukoll huma aktar esposti għall-qgħad; billi l-impjiegi prekarji żdiedu b'rata mgħaġġla matul dawn l-aħħar snin u f'ċerti pajjiżi l-qgħad sploda;
H. billi, parzjalment minħabba n-nuqqas ta' investimenti, ir-riżultati tal-edukazzjoni u tat-taħriġ tal-Unjoni Ewropea għadhom inadegwati għall-eżiġenzi tas-suq tax-xogħol u ma jaqblux mal-intensità dejjem ogħla ta' speċjalizzazzjoni meħtieġa għall-impjiegi disponibbli u għal-livell ta' kompetenzi neċessarji għas-setturi futuri b'potenzjal kbir ta' impjiegi;
I. billi l-pressjoni fuq l-iskemi tas-sigurtà soċjali żdiedet minħabba l-inkrementi fl-infiq, it-tnaqqis tad-dħul u l-impuls biex l-ispejjeż jonqsu; billi t-tkabbir ekonomiku dgħajjef, il-persistenza ta' rati għoljin ta' qgħad fit-tul, in-numru li dejjem qed jikber ta' ħaddiema foqra, il-livell ta' xogħol mhux iddikjarat u ż-żieda tal-qgħad fost iż-żgħażagħ aktarx se jikkontribwixxu biex tkompli taggrava din it-tendenza;
J. billi l-investimenti soċjali mmirati sew huma importanti biex jiggarantixxu mill-ġdid livell ta' impjieg fil-futur kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, jistabbilizzaw l-ekonomija, itejbu l-kompetenzi u l-għarfien tal-forza tax-xogħol u jżidu l-kompetittività tal-Unjoni Ewropea;
K. billi l-SMEs għandhom potenzjal notevoli li joħolqu l-impjiegi u jiżvolġu rwol kruċjali fit-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli ġdida;
Approċċ imġedded għall-investimenti soċjali fl-Ewropa
1. Ifakkar li l-investimenti soċjali, li l-approprjazzjonijiet u l-finanzjamenti tagħhom jiġġeneraw ritorn soċjali kif ukoll ekonomiku, jimmiraw li jittrattaw ir-riskji soċjali emerġenti u l-bżonnijiet mhux sodisfatti u jikkonċentraw ruħhom fuq il-politiki pubbliċi u l-istrateġiji ta' investiment fil-kapital uman li jippreparaw l-individwi, il-familji u s-soċjetajiet biex jadattaw ruħhom għat-trasformazzjonijiet varji, jiġġestixxu t-tranżizzjoni tagħhom lejn swieq tax-xogħol li qed jinbidlu u jaffrontaw sfidi ġodda, fejn se jkunu meħtieġa pereżempju kompetenzi ġodda għas-setturi futuri b'potenzjal kbir ta' impjiegi;
2. Josserva li s-servizzi kollha ta' assistenza soċjali u tas-saħħa, is-servizzi tal-edukazzjoni u s-servizzi offruti f'tali setturi, fost l-oħrajn, minn operaturi privati jistgħu jitqiesu bħala investimenti soċjali, u jfakkar li abbażi ta' ftehimiet dawn is-servizzi jidħlu fost il-kompetenzi nazzjonali;
3. Jenfasizza li waħda mill-karatteristiċi l-aktar importanti tal-investimenti soċjali hija l-kapaċità tagħhom li jirrikonċiljaw objettivi soċjali u ekonomiċi u li, b'konsegwenza, ma għandhomx ikunu ttrattati biss bħala spejjeż iżda prinċipalment, jekk ir-riżorsi jintużaw korrettament, bħala investimenti li jipproduċu ritorn konkret fil-futur;
4. Josserva għalhekk li investimenti soċjali mmirati għandhom jikkostitwixxu parti importanti mill-politiki ekonomiċi u tal-impjiegi tal-UE u tal-Istati Membri, u tar-risposta tagħhom għall-kriżi, sabiex ikun possibbli jinkisbu l-objettivi tal-impjiegi, soċjali u tal-edukazzjoni stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020;
5 Iqis li l-aġevolazzjoni tal-imprenditorja soċjali u l-attenzjoni fuqha kif ukoll l-aċċess għall-mikrofinanza għall-kategoriji vulnerabbli u għall-persuni li għadhom estremament 'il bogħod mis-suq tax-xogħol huma elementi essenzjali fil-kuntest tal-investimenti soċjali, billi jippermettu l-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli ġodda, li spiss iġiegħlu tibdil fiċ-ċiklu ekonomiku;
6. Josserva li l-kriżi timponi l-modernizzazzjoni tal-mudell soċjali Ewropew, kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-politiki soċjali nazzjonali u tranżizzjoni minn stat soċjali, li jirreaġixxi prinċipalment għall-ħsarat ikkawżati mill-fallimenti tas-suq, għal “stat soċjali 'attivanti'”, li jinvesti fil-persuni u jagħti strumenti u inċentivi intiżi li joħolqu impjiegi u tkabbir sostenibbli u jipprevjenu t-tfixkil soċjali; jikkonstata li l-kriżi kompliet issaħħaħ il-bżonn ta' investiment fl-imprenditorija soċjali;
Stat soċjali attivanti
7. Jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jżommu f'ekwilibriju l-azzjoni intiża li tittratta l-isfidi immedjati prodotti mill-kriżi u dik f'terminu medju u twil, kif ukoll jagħtu prijorità speċjali lill-attivitajiet immirati biex:
a)
jgħinu lin-nies qiegħda jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol, bil-ħolqien ta' ambjent innovattiv u dinamiku kif ukoll billi jiġu offruti soluzzjonijiet personalizzati u t-taħriġ meħtieġ; jgħinu lin-nies li se jidħlu fis-suq tax-xogħol biex isibu impjieg u jinħolqu l-kundizzjonijiet preliminari għal tranżizzjoni bla intoppi mill-edukazzjoni u t-taħriġ għall-ħajja tax-xogħol;
b)
jiġġieldu l-qgħad fost iż-żgħażagħ u jippermettu d-dħul permanenti taż-żgħażagħ fid-dinja tax-xogħol, inkluż iż-żgħażagħ li la għandhom impjieg u lanqas ingħataw edukazzjoni jew taħriġ professjonali;
c)
jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku bil-għan li jinħolqu impjiegi ta' kwalità u sostenibbli kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, speċjalment min-naħa tal-SMEs; itejbu l-produttività u d-distribuzzjoni tax-xogħol;
d)
itejbu s-sodisfazzjon fuq il-post tax-xogħol u jnaqqsu l-kawża ta' esklużjoni mid-dinja tax-xogħol, bħall-korrimenti, il-bullying fil-post tax-xogħol u kundizzjoni ta' xogħol skarsi oħrajn;
e)
jinvestu fl-edukazzjoni u fit-taħriġ tul il-ħajja, għall-faxex kollha tal-età, b'enfasi partikolari l-aktar fuq l-edukazzjoni tat-tfal f'età bikrija u l-aċċess għall-edukazzjoni terzjarja, il-kooperazzjoni bejn is-setturi professjonali u l-iskejjel, il-korsijiet ta' taħriġ fil-postijiet tax-xogħol u korsijiet speċifiċi għas-setturi b'nuqqas ta' ħaddiema kif ukoll l-edukazzjoni vokazzjonali;
f)
jinvestu fl-innovazzjoni b'sostenn għar-realizzazzjoni ta' prodotti u servizzi innovattivi relatati l-aktar mat-tibdil fil-klima, l-effiċjenza enerġetika, is-saħħa u t-tixjiħ demografiku;
itejbu l-bilanċ bejn il-flessibilità u s-sigurtà tal-kuntratti ta' impjieg biex jippromwovu l-impjiegi u jgħinu r-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja familjari u dik professjonali;
i)
jadattaw is-sistemi tal-pensjonijiet għat-tibdil tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u demografiċi, jintroduċu r-riformi neċessarji billi jqisu l-affidabilità u s-sostenibilità tagħhom u jnaqqsu l-livell ta' dipendenza ekonomika, billi joħolqu kundizzjonijiet għal attività itwal fuq bażi volontarja, bħal pereżempju saħħa u sikurezza aħjar fil-post tax-xogħol, diversi inċentivi u mudelli flessibbli kif ukoll iż-żieda tal-impjiegi fil-faxex kollha tal-età;
j)
jiġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni medika u soċjali u għalhekk, jenfasizzaw b'mod partikolari azzjoni preventiva u proattiva;
8. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu azzjonijiet biex: jiġġeneraw tkabbir u politiki favorevoli għall-ħolqien ta' impjiegi (pereżempju permezz tas-sostenn lill-SMEs u politiki tal-impjiegi kif ukoll skemi ta' assistenza soċjali aktar effikaċi, immirati aħjar u attivanti; jintroduċu sistemi ta' tagħlim tul il-ħajja u taħriġ speċifiku marbuta ma' setturi b'nuqqas ta' ħaddiema u mal-eżiġenzi tas-swieq tax-xogħol reġjonali u lokali u t-taħriġ mill-ġdid biex tiġi sostnuta l-kapaċità għall-impjieg tal-persuni qiegħda fit-tul u promossi r-rikwalifikazzjoni tul il-ħajja, l-edukazzjoni vokazzjonali, it-taħriġ fil-post tax-xogħol u apprendistati bi ħlas, b'enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ qiegħda u l-ħaddiema bi ftit kwalifiki; jimmiraw li jippermettu lill-ħaddiema full-time jgħixu minn xogħolhom;
9. Jinsisti fuq il-bżonn li l-qgħad fost iż-żgħażagħ jitqiegħed fil-qalba tal-istrateġija ta' investiment soċjali; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinvestu u jipproponu strateġiji ambizzjużi intiżi li jevitaw it-telf ta' ġenerazzjoni u jtejbu l-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol billi:
a)
jiġu żviluppati sħubijiet bejn l-iskejjel, iċ-ċentri ta' taħriġ u l-impriżi lokali u reġjonali,
b)
jitħejjew programmi ta' taħriġ u apprendistati ta' kwalità għolja, skemi vokazzjonali f'kooperazzjoni mal-impriżi kif ukoll sponsorizzazzjoni minn impjegati aktar anzjani biex jiġu reklutati u mħarrġa ż-żgħażagħ fl-impriża;
c)
jiġu promossi l-ispirtu imprenditorjali u garanzija Ewropea għaż-żgħażagħ u min iħaddem jiġi inċentivat jimpjega l-gradwati;
d)
tiġi garantita tranżizzjoni aħjar mill-edukazzjoni għax-xogħol u tiġi promossa l-mobilità Ewropea u reġjonali;
10. Jisħaq fuq il-kwistjoni tar-responsabilità personali, fid-dawl tal-fatt li l-individwi jeħtieġu wkoll jaħsbu dwar x'jistgħu jagħmlu biex ikunu fost ir-rebbieħa fit-“tellieqa għat-talenti”;
11. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu l-miżuri kollha possibbli biex itejbu s-sistemi edukattivi fil-livelli kollha billi: jagħmlu enfasi qawwija fuq l-istrateġija tal-iżvilupp fit-tfal f'età bikrija; joħolqu klima skolastika inklużiva; jipprevjenu t-tluq kmieni mill-iskola; itejbu l-edukazzjoni sekondarja u jintroduċu gwida u konsulenza, billi joffru liż-żgħażagħ kundizzjonijiet aħjar biex jaċċedu b'suċċess għall-edukazzjoni terzjarja jew direttament għas-suq tax-xogħol; jiżviluppaw strumenti mmirati sabiex jantiċipaw aħjar il-bżonnijiet ta' ħiliet futuri u għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet edukattivi, impriżi u servizzi għall-impjiegi; itejbu r-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali kif ukoll jiżviluppaw Oqfsa ta' Kwalifiki Nazzjonali;
12. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu ekwilibriju korrett bejn is-sigurtà u l-flessibilità fis-suq tax-xogħol bis-saħħa, pereżempju, tal-implimentazzjoni komprensiva tal-prinċipji tal-flessigurtà, u tiġi eliminata s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, permezz kemm ta' kopertura adegwata ta' protezzjoni soċjali għall-persuni f'perjodi ta' tranżizzjoni jew b'kuntratti ta' xogħol temporanji jew part-time, kif ukoll l-aċċess għat-taħriġ, u għall-possibilitajiet ta' evoluzzjoni tal-karriera u ta' xogħol full-time; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinvestu f'servizzi – bħall-indukrar tat-tfal, postijiet fl-skola għall-ġurnata kollha u l-faċilitajiet ta' assistenza għall-anzjani ekonomikament aċċessibbli, full-time u ta' kwalità għolja – li jgħinu fil-promozzjoni tal-parità tal-ġeneru, fit-trawwim ta' ekwilibriju aħjar bejn ix-xogħol u l-familja u fil-ħolqien ta' qafas li jippermetti d-dħul u d-dħul mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;
13. Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan jintroduċu r-riformi neċessarji biex is-sistemi tal-pensjonijiet tagħhom isiru sostenibbli, siguri u inklużivi kif ukoll inaqqsu l-livell ta' dipendenza ekonomika biex tinżamm forza tax-xogħol biżżejjed kbira u biex tali riformi jingħaqqdu mat-titjib kostanti tal-kundizzjonijiet ta' xogħol u l-implimentazzjoni ta' programmi ta' taħriġ tul il-ħajja li jippermettu karrieri professjonali aktar tajbin għas-saħħa u aktar fit-tul;
Governanza aħjar permezz tal-Patt dwar l-Investiment Soċjali
14. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu sforzi akbar biex jinkludu l-investimenti soċjali fost l-objettivi baġitarji fuq perjodu ta' żmien medju u twil, kif ukoll fil-Programmi ta' Riforma Nazzjonali tagħhom; jistieden lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni jimmonitorjaw aħjar l-implimentazzjoni u l-ksib tal-objettivi tal-impjiegi u soċjali tal-strateġija Ewropa 2020;
15. Josserva li, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-objettivi tal-impjiegi u soċjali, is-sistema ta' sorveljanza makroekonomika u baġitarja fl-UE, żviluppata reċentament, trid tkun akkumpanjata b'monitoraġġ imtejjeb tal-politiki tal-impjiegi u soċjali; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni tikkunsidra l-żvilupp ta' tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi tal-investimenti soċjali komuni, bil-għan li jiġi monitorjat il-progress li għamlu l-Istati Membri u fuq livell tal-Unjoni f'dan ir-rigward, u tippromwovi r-responsabilità soċjali tal-kumpanniji, partikolarment tal-SMEs, permezz tal-ħolqien ta' marka soċjali Ewropea;
16. Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw l-iffirmar tal-“Patt dwar l-Investiment Soċjali”, li jistabbilixxi l-objettivi ta' investiment u joħloq mekkaniżmu ta' kontroll imsaħħaħ biex itejjeb l-isforzi intiżi biex jinkisbu l-objettivi tal-impjiegi, soċjali u tal-edukazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020; dan il-“Patt dwar l-Investiment Soċjali”, bħal pereżempju l-“Patt Euro Plus”, jista' jinkludi lista ta' interventi speċifiċi fil-forma ta' investimenti soċjali li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri f'perjodu ta' żmien speċifiku sabiex jinkisbu l-objettivi tal-impjiegi, soċjali u tal-edukazzjoni, konformement mal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u l-Programmi Nazzjonali ta' Riforma; dan għandu jkun suġġett għal qafas ta' monitoraġġ perjodiku bi rwol importanti għall-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew u bl-involviment tal-formazzjonijiet kollha rilevanti tal-Kunsill;
17. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri possibbli kollha biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jiffirmaw il-“Patt dwar l-Investiment Soċjali” u biex tagħtihom assistenza għal dan il-għan, u tintroduċi l-valutazzjoni ta' objettivi tal-impjiegi, soċjali u tal-edukazzjoni fis-Semestru Ewropew 2013;
18. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020 ikun fih riżorsi baġitarji adegwati biex jagħtu stimolu u sostenn lill-investimenti soċjali fl-Ewropa u li l-finanzjamenti disponibbli jkunu jistgħu jintużaw b'mod razzjonali u effiċjenti, u li l-Fondi Strutturali, speċjalment il-Fond Soċjali Ewropew, ikunu ta' sostenn għall-investimenti soċjali, billi jiġi garantit li l-prijoritajiet tagħhom jirriflettu l-bżonnijet speċifiċi tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni, meta tqis li dan hu xieraq, tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri sorsi possibbli oħra ta' finanzjament ddestinati għall-investimenti soċjali;
o o o
19. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
Miżuri ta' promozzjoni u għoti ta' informazzjoni għal prodotti agrikoli
334k
100k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-miżuri ta' promozzjoni u ta' informazzjoni għall-prodotti agrikoli: liema strateġija għall-promozzjoni tal-palat tal-Ewropa (2012/2077(INI))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2010 dwar 'id-dħul ġust għall-bdiewa: Katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar'(1),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar 'il-miżuri ta' promozzjoni u ta' informazzjoni għall-prodotti agrikoli: strateġija Ewropea b'valur miżjud għoli għall-promozzjoni tal-palat tal-prodotti tal-Ewropa' (COM(2012)0148),
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar 'il-miżuri ta' promozzjoni u ta' informazzjoni għall-prodotti agrikoli: strateġija Ewropea b'valur miżjud għoli għall-promozzjoni tal-palat tal-prodotti tal-Ewropa' (COM(2011)0436),
– wara li kkunsidra l-iskema ta' promozzjoni orizzontali, kif stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta' Diċembru 2007(2) u r-Regolament ta' implimentazzjoni tagħha, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 501/2008 tal-5 ta' Ġunju 2008(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika)(4),
– wara li kkunsidra l-istudju tal-2011 intitolat 'Evaluation of Promotion and Information Actions for Agricultural Products' ('Evalwazzjoni tal-Azzjonijiet ta' Promozzjoni u Informazzjoni għal Prodotti Agrikoli')(5), imwettaq f'isem il-Kummissjoni,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (SEC(2010)1434),
– wara li kkunsidra l-konklużjoniet tal-Kunsill tal-15 u s-16 ta' Diċembru 2011dwar il-futur tal-politika promozzjonali agrikola,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-promozzjoni u l-informazzjoni għall-prodotti agrikoli: strateġija Ewropea b'valur miżjud għoli għall-promozzjoni tat-togħmiet tal-Ewropa (NAT/560),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar 'il-Green Paper dwar il-promozzjoni u l-informazzjoni għall-prodotti agrikoli: strateġija Ewropea b'valur miżjud għoli għall-promozzjoni tat-togħmiet tal-Ewropa' (NAT/525)(6),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0286/2012),
A. billi f'Marzu 2012, il-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni dwar l-informazzjoni u l-promozzjoni li mistennija tkun segwita minn proposti leġiżlattivi fl-aħħar tas-sena;
B. billi s-settur agroalimentari għandu l-potenzjal li jkun settur b'saħħtu u vibranti għat-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni fl-Istati Membri kollha tal-UE, b'mod partikolari fiż-żoni rurali u fil-livell reġjonali, settur li jżid id-dħul agrikolu, filwaqt li joħloq l-impjiegi u jiġġenera t-tkabbir;
C. billi l-miżuri ta' informazzjoni u promozzjoni kienu introdotti fis-snin 80 bil-għan li jassorbu l-eċċessi agrikoli u aktar tard intużaw bħala strument biex jittrattaw il-kriżijiet fl-industrija tal-ikel, bħat-tfaqqigħ tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (ESB) fl-1996 – magħrufa aħjar bħala l-'mad cow disease' – u l-iskandlu tad-diossini fil-bajd fl-1999;
D. billi l-miżuri ta' informazzjoni u promozzjoni issa jeħtieġ li jwettqu rwol usa' u aktar kostanti u għandhom jgħinu biex il-prodotti jsiru aktar ta' profitt, iġibu ekwità kompetittiva akbar fis-swieq esterni u jipprovdu tagħrif aktar u aħjar għall-konsumaturi;
E. billi dawn it-tipi ta' appoġġ illum huma ffinanzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 3/2008, magħruf bħala l-'iskema ta' promozzjoni orizzontali'; billi studju ta' evalwazzjoni dwar il-politiki promozzjonali li sar fl-2011 fuq talba tal-Kummissjoni kkonkluda li hemm nuqqas ta' strateġija konsistenti u komprensiva tal-Unjoni dwar l-informazzjoni u l-promozzjoni;
F. billi r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq unika (OKS unika), li bħalissa qed jiġi ristrutturat bħala parti mill-proċess ta' riforma tal-PAK, jipprovdi appoġġ għal miżuri promozzjonali speċifiċi għas-setturi tal-inbid, tal-frott u tal-ħaxix bħala parti minn programmi usa'; billi l-miżuri promozzjonali għall-prodotti inklużi fi skemi tal-kwalità tal-ikel bħalissa huma ffinanzjati fil-qafas tal-politika tal-iżvilupp rurali;
G. billi l-konsum tal-inbid fl-Unjoni Ewropea qed jonqos b'mod kostanti u ma teżisti l-ebda miżura Ewropea għall-promozzjoni interna ta' dan il-prodott;
H. billi l-infiq fuq l-iskema ta' promozzjoni orizzontali fil-baġit tal-2012 jammonta għal madwar EUR 56 miljun, somma li tikkorrispondi għal madwar 0.1 % tat-total tal-infiq tal-PAK;
I. billi l-aktar objettivi riċenti tal-politika ta' informazzjoni u promozzjoni tal-UE għandhom jitqiesu wkoll għal finijiet baġitarji, u billi dawn l-objettivi mhumiex ristretti għall-bini mill-ġdid tal-fiduċja tal-konsumatur wara l-kriżijiet imma jestendu biex jagħmlu l-prodotti aktar ta' profitt, filwaqt li jġibu ekwità kompetittiva akbar fis-swieq esterni u jipprovdu informazzjoni aktar u aħjar għall-konsumaturi;
J. billi l-infiq fuq il-miżuri kollha l-oħra ta' promozzjoni u informazzjoni tal-PAK, l-aktar fil-qafas tal-OKS unika u l-politika għall-iżvilupp rurali, huwa kkalkolat li hu ta' bejn EUR 400 u EUR 500 miljun fis-sena, ammont li xorta huwa anqas minn 1 % tal-infiq kollu tal-PAK u li jidher ċar li mhuwiex biżżejjed, b'mod partikolari biex jagħti spinta lill-kompetittività tal-prodotti Ewropej fis-suq dinji;
K. billi wieħed mill-aspetti tal-produzzjoni tal-ikel fejn l-Unjoni hi b'saħħitha huwa d-diversità u l-ispeċifiċità tal-prodotti tagħha, li huma marbuta ma' żoni ġeografiċi differenti u metodi tradizzjonali differenti u li jipprovdu togħmiet uniċi bil-varjetà u l-awtentiċità li l-konsumaturi qed ifittxu dejjem aktar, kemm fl-UE kif ukoll barra minnha;
L. billi l-politika ta' promozzjoni tal-UE hija għodda importanti tal-PAK li tista' tikkontribwixxi għall-kompetittività u l-vijabilità fit-tul tas-setturi tal-agrikoltura u tal-ikel;
M. billi l-UE reċentement ippubblikat lista ta' pretensjonijiet approvati fil-qasam tan-nutrizzjoni u tas-saħħa – lista li tidħol fis-seħħ f'Diċembru 2012 – u b'hekk temmet snin ta' inċertezza għall-industrija tal-ikel, filwaqt li tipprovdi għodod ta' kummerċjalizzazzjoni li huma essenzjali biex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi u biex jippermettu lill-konsumaturi jagħmlu għażliet aktar infurmati;
N. billi s-settur tal-biedja u tal-ikel tal-UE jista' jsir aktar kompetittiv fil-livell globali jekk ikun kapaċi jippromwovi d-diversità tal-ikel tal-UE u l-mudell Ewropew tal-produzzjoni, li huwa soġġett għal standards għoljin fir-rigward tal-kwalità, is-sikurezza, it-trattament xieraq tal-annimali, is-sostenibilità ambjentali, eċċ., u b'hekk jinkoraġġixxi setgħat oħra tal-biedja jadottaw dan il-mudell bil-ħsieb li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta' produzzjoni ekwi u kompetittività kummerċjali ġusta;
O. billi l-globalizzazzjoni dejjem tikber tal-kummerċ bla dubju tippreżenta għadd ta' sfidi u fl-istess ħin tiftaħ swieq ġodda u opportunitajiet ġodda għall-ħolqien tat-tkabbir;
P. billi l-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Diċembru 2011 dwar il-politika ta' promozzjoni agrikola, jgħid li 'għandhom jitwettqu wkoll azzjonijiet ta' (...) promozzjoni għall-promozzjoni tal-potenzjal tal-agrikoltura lokali u tal-ktajjen qosra ta' distribuzzjoni' u li dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-programmi ta' żvilupp rurali, kif diġà ġie propost mill-Kummissjoni;
Q. billi huwa meħtieġ u importanti li jiġu pprovduti strumenti suffiċjenti għal politika li se tinkoraġġixxi l-promozzjoni tal-biedja u l-ikel Ewropej u tikkontribwixxi għall-kompetittività tas-settur tal-biedja u l-ikel, filwaqt li jinkisbu benefiċċji mid-diversità, mill-valur miżjud u mill-kwalità tal-prodotti tiegħu;
R. billi hemm rabta indissolubbli bejn il-biedja Ewropea u l-industrija tal-ikel, li tipproċessa 70 % tal-materja prima agrikola u tbigħ il-prodotti tal-ikel, li fiha 99 % tan-negozji Ewropej tal-ikel u tax-xorb huma SMEs u fejn aktar minn 52 % minnhom jinsabu f'żoni rurali, sitwazzjoni li tagħmilhom xpruni ekonomiċi u soċjali tal-ambjent rurali tal-Ewropa;
S. billi l-appoġġ mill-PAK għall-iżvilupp ta' katini tal-provvista qosra u swieq lokali huwa ffinanzjat mill-politika tal-iżviluppp rurali u billi dan huwa tabilħaqq l-aħjar approċċ, peress li inizjattivi bħal dawn huma fuq skala żgħira, lokalizzati ferm u joħolqu l-impjieg fil-livell lokali;
T. billi l-prodotti tradizzjonali Ewropej uniċi għandhom potenzjal sinifikanti ta' tkabbir u jappellaw b'mod sinifikanti għall-konsumaturi fi swieq terzi akbar u jkunu jistgħu jibbenefikaw minn skemi promozzjonali b'miri speċifiċi u msaħħa, filwaqt li jiġġeneraw l-impjiegi u t-tkabbir fiż-żoni reġjonali;
U. billi wieħed mill-objettivi tal-proposti leġiżlattivi li qed jiġu nnegozjati bħalissa fir-rigward tar-riforma tal-PAK għall-perjodu ta' wara l-2013 huwa li jiġi żgurat li din il-politika tkun tista' tikkontribwixxi bis-sħiħ għall-Istrateġija Ewropa 2020;
V. billi r-Regomalent (KE) Nru 1234/2007 dwar l-OKS unika fih regoli għall-finanzjament tal-Iskemi tal-Frott għall-Iskejjel u l-Ħalib għall-Iskejjel; billi l-proposta preżenti li tiġi riveduta l-organizzazzjoni tas-suq komuni (COM(2011)0626) tissuġġerixxi li r-rati ta' kofinanzjament tal-UE għall-Iskema tal-Frott tal-Iskejjel jiġu mgħollija minn 50 % għal 75 % tal-ispejjeż (u minn 75 % għal 90 % fir-reġjuni ta' konverġenza);
W. billi l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel u l-Ħalib għall-Iskejjel għandha wkoll objettivi edukattivi, li għandhom jinkludu li t-tfal tal-iskola jingħataw idea aħjar dwar kif jiġi prodott l-ikel u dwar il-ħajja f'razzett;
X. billi d-diversi skemi promozzjonali, meta jiġu implimentati b'mod effikaċi, jgħinu biex jiġi żgurat li l-prodotti agrikoli Ewropej huma rikonoxxuti fl-Ewropa u fid-dinja kollha u biex il-konsumaturi jiġu sensibilizzati dwar l-istandards għoljin fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel, tat-trattament xieraq tal-annimali u tal-ħarsien tal-ambjent li huma appoġġjati mill-bdiewa Ewropej u mmonitorjati u mtejba l-ħin kollu;
Y. billi r-Regolament (KE) Nru 814/2000 għandu l-għan li jgħin liċ-ċittadini jifhmu l-mudell Ewropew tal-agrikoltura u jżid l-għarfien pubbliku dwar il-kwistjoni; billi l-injoranza u n-nuqqas ta' ftehim dwar il-biedja u l-ħajja rurali probabbilment huma aktar b'saħħithom illum milli fi kwalunkwe perjodu ieħor fl-istorja tal-Ewropa, u wieħed mill-fatturi rilevanti li l-opinjoni pubblika hija l-inqas konxja minnu huwa ż-żieda sinifikanti fl-ispejjeż tal-produzzjoni agrikola li tirriżulta mill-obbligi imposti mill-UE f'dawk li huma sikurezza u iġjene tal-ikel, il-benefiċċji soċjali għall-ħaddiema, il-konservazzjoni tal-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali, li spiss mhumiex ipprattikati mill-kompetituri agrikoli diretti tal-UE; billi wieħed mill-fatturi rilevanti li l-inqas li huwa mifhum mill-opinjoni pubblika jikkonċerna n-nuqqas ta' għarfien dwar il-kontribut sinifikanti li l-agrikoltura tagħmel biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, u l-lista twila ta' assi pubbliċi li tipprovdi;
Approċċ ġenerali
1. Jilqa' l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar 'il-miżuri ta' promozzjoni u provvista tal-informazzjoni għall-prodotti agrikoli: strateġija Ewropea b'valur miżjud għoli għall-promozzjoni tat-togħmiet tal-Ewropa', li trid tikkostitwixxi l-ewwel pass lejn it-tisħiħ tal-valur tal-produzzjoni Ewropea kemm fost l-Ewropej u kemm fost oħrajn u biex tiżdied il-profitabilità tagħha;
2. Jappoġġja l-erba' objettivi prinċipali definiti fil-Komunikazzjoni, jiġifieri l-ħolqien ta' valur miżjud Ewropew ogħla fis-settur tal-ikel, strateġija politika aktar attraenti u assertiva, immaniġjar aktar sempliċi u sinerġija akbar bejn strumenti promozzjonali differenti;
3. Iqis li għandha tingħata attenzjoni indaqs kemm lill-politika tal-promozzjoni tas-suq intern u kemm lil dik tas-suq estern, peress li t-tnejn huma ta' benefiċċju għall-produtturi u għall-konsumaturi;
4. Jenfasizza li l-politika ta' promozzjoni tal-UE tibqa' leġittima u importanti internament, fil-livell lokali u dak reġjonali u fis-swieq dinjija li qed jespandu;
5. Jemmen, madanakollu, li l-objettivi tal-politika tal-UE dwar il-promozzjoni jridu jkunu aktar ċari u definiti adegwatament; jenfasizza li l-attivitajiet ta' promozzjoni għandhom ikopru l-prodotti agroalimentari kollha li jissodisfaw l-istandards tal-kwalità Ewropej, peress li dan se jikkontribwixxi għall-effiċjenza tal-attivitajiet ta' promozzjoni u jwieġeb għad-domandi tal-konsumaturi; jenfasizza wkoll li l-appoġġ għall-agrikoltura li jiggarantixxi s-sikurezza tal-ikel, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali u d-dinamiżmu taż-żoni rurali jagħti spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi;
6. Jenfasizza l-fatt li, fis-suq intern, hemm bżonn promozzjoni ġenerali u sostnuta biex jiġi żgurat li l-konsumaturi Ewropej ikunu infurmati dwar il-karatteristiċi u l-valur miżjud tal-prodotti agrikoli Ewropej li jsibu fis-suq;
7. Jenfasizza li, fis-suq estern, hemm bżonn li l-ishma tas-suq għall-prodotti agrikoli Ewropej jinżammu u jingħataw spinta u li jiġu speċifikati swieq emerġenti ġodda biex isiru punti ġodda ta' kummerċ għal dawn il-prodotti, b'aktar koerenza bejn il-promozzjoni u l-politika tal-kummerċ tal-UE;
8. Iqis li definizzjoni ċara mill-Kummissjoni tal-objettivi tal-politika ta' promozzjoni tal-UE, flimkien mal-istabbiliment ta' linji ġwida oġġettivi għall-Istati Membri, jikkostitwixxu l-ewwel pass meħtieġ lejn iż-żieda tal-koerenza u s-sinerġiji politiċi bejn strumenti differenti ta' promozzjoni u hija assolutament essenzjali sabiex tiġi żgurata trasparenza ikbar fl-għażla ta' programmi fil-livell nazzjonali; jindika li l-attivitajiet tal-Unjoni f'dan il-qasam iridu jikkumplementaw kemm l-inizjattivi tas-settur nazzjonali kif ukoll dawk tas-settur privat;
9. Iqis li l-baġit għal miżuri ta' informazzjoni u promozzjoni mtejba għandu jiżdied b'mod sinifikattiv, filwaqt li jitqiesu l-objettivi l-aktar riċenti tal-politika ta' informazzjoni u ta' promozzjoni, l-aktar għall-iskema ta' promozzjoni orizzontali; iqis ukoll li din l-iskema għandha tingħata intestatura separata fil-baġit ġenerali;
10. Jenfasizza li s-suċċess tal-bdiewa Ewropej se jiddependi minn kemm huma kapaċi jkabbru s-sehem tagħhom mis-suq u minn kemm jippermettu lis-settur ferm kompetittiv tal-industrija alimentari jżomm il-pożizzjoni prominenti tiegħu fl-UE mil-lat ekonomiku u kummerċjali;
11. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu organizzati kampanji komprensivi ta' informazzjoni għall-konsumatur fl-UE u fis-swieq esterni rigward l-istandards tal-kwalità tal-produzzjoni u sistemi ta' ċertifikazzjoni;
12. Jenfasizza li l-miżuri għall-promozzjoni orizzontali skont ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 għandhom jikkontribwixxu biex jiġu żviluppati s-swieq lokali u katini tal-provvista qosra, biex tingħata spinta lis-suq intern u biex tiġi intensifikata l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti Ewropej fis-swieq esterni;
13. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li jiġi introdott ir-raba' tip ta' miżura ta' promozzjoni li tipprovdi appoġġ tekniku; iqis li dan huwa essenzjali biex ikun hemm politika ta' promozzjoni effikaċi, speċjalment esternament;
14. Jagħraf il-potenzjal tas-sistema ta' 'emblema' unika għall-miżuri ta' informazzjoni u ta' promozzjoni;
15. Jirrakkomanda li tiġi ppreservata n-natura ġenerika tal-attivitajiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni;
Swieq lokali, reġjonali, interni u esterni
16. Jinnota li l-politika ta' informazzjoni u ta' promozzjoni tal-UE għandu jkollha tliet objettivi prinċipali: fis-swieq lokali u reġjonali għandha tenfasizza d-diversità u l-freskezza tal-prodotti u l-qrubija ta' bejn il-produtturi u l-konsumaturi, bil-ħsieb li jkun hemm tisħiħ ekonomiku u titjib soċjali tal-ħajja rurali; fis-suq intern għandha taħsad il-benefiċċji sħaħ taż-żona Ewropea mingħajr fruntieri u li fiha 500 miljun konsumatur, bil-ħsieb li tagħti spinta lill-produzzjoni u tistimola l-konsum ta' prodotti Ewropej; fis-swieq esterni għandha tisfrutta l-istandards għoljin segwiti mill-mudell ta' produzzjoni Ewropew bil-għan li tikseb valur miżjud akbar għas-settur agroalimentari;
17. Jipproponi li l-Kummissjoni tiżviluppa ktajjen ta' provvista qosra fis-swieq lokali u reġjonali, u b'hekk toħloq opportunitajiet ġodda għall-bdiewa u produtturi oħra fiż-żoni rurali u għall-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa u/jew għall-bdiewa u operaturi oħra fiż-żoni rurali, u li tfassal ġabra wiesgħa ta' strumenti biex tippromwovi l-iżvilupp taż-żoni rurali; iqis ukoll li tkun ħaġa tajba li l-Kummissjoni tipproduċi gwidi li jgħinu lill-bdiewa jagħmlu investimenti aktar u aħjar fil-kwalità u fil-valur speċifiku tal-prodotti tagħhom; huwa tal-fehma li għandha tingħata kunsiderazzjoni wkoll lill-investiment fix-xandir permezz tal-midja (b'mod partikolari l-Internet);
18. Jipproponi li l-Kummissjoni tagħmel aktar fis-suq intern sabiex tappoġġja l-isforzi li qed isiru mill-produtturi Ewropej biex jakkwistaw il-kapaċità meħtieġa biex jissodisfaw id-domanda ogħla tal-konsumaturi f'dawk li huma l-kwalità u l-iġjene tal-ikel, kif ukoll l-għarfien dwar l-oriġini tal-prodotti friski u dwar meta l-aħjar li jiġu kkunsmati, filwaqt li tiġi promossa d-diversità tal-prodotti u tal-ikel u tingħata l-opportunità li dak li jkun isir jaf bi prodotti ġodda jew modi ġodda ta' kif jiġu ppreżentati jew użati l-prodotti tradizzjonali;
19. Jappella, għalhekk, għall-espansjoni tal-programmi li huma mmirati jew lejn is-swieq jew lejn prodotti speċifiċi, fejn l-għodod tal-promozzjoni għandhom jiffukaw fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-istandards tal-produzzjoni, filwaqt li dejjem jiġi enfasizzat il-mudell ta' produzzjoni Ewropew u s-sistemi ta' kwalità Ewropej b'mod partikolari; iqis ukoll li huwa importanti li jiġu inkoraġġiti programmi mifruxa fuq diversi pajjiżi li jkopru prodotti varji, li minn naħa jġibu dimensjoni Ewropea ġenwina lill-programm u min-naħa l-oħra għandhom aktar bżonn appoġġ Ewropew; huwa tal-fehma, f'dan ir-rigward, li għandha tingħata prijorità lill-pajjiżi li jimplimentaw programmi ta' produzzjoni li jqisu l-kundizzjonijiet u l-potenzjal tas-swieq u li fl-istess ħin jippermettu lill-Kummissjoni taġġusta l-appoġġ skont iż-żona indikata;
20. Jirrakkomanda li l-miżuri ta' informazzjoni u promozzjoni għandhom isiru aktar u aktar attraenti għall-organizzazzjonijiet professjonali permezz ta' kooperazzjoni akbar bejn l-attivitajiet nazzjonali u settorjali li għaddejjin u permezz ta' koordinazzjoni aħjar mal-attivitajiet politiċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles;
21. Jenfasizza l-ħtieġa li l-programmi jsiru aktar flessibbli sabiex ikunu jistgħu jiġu aġġustati skont il-varjazzjonijiet tal-kundizzjonijiet tas-suq waqt il-fażi ta' implimentazzjoni; jemmen li għaldaqstant il-livell tad-dettall meħtieġ meta jkunu qed jiġu ppreżentati l-programmi għandu jitnaqqas ukoll;
22. Jappella sabiex issir valutazzjoni mtejba tal-programmi permezz ta' sistema ta' valutazzjoni rigoruża b'indikaturi speċifiċi bħalma huma ż-żieda fis-sehem mis-suq u l-ħolqien tal-impjiegi; huwa tal-fehma li l-proċess tal-għażla għandu jkun iqsar u li għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-possibilità li jkun hemm ħlasijiet bil-quddiem għall-organizzazzjonijiet;
23. Jifraħ lill-Kummissjoni għar-riżultati tajba miksuba bil-politika attwali ta' informazzjoni u ta' promozzjoni għall-prodotti agrikoli imma jappella sabiex din il-politika tiġi ssemplifikata u mtejba, filwaqt li jinnota li huwa partikolarment importanti li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, fuq kollox billi jitnaqqas l-għadd ta' rapporti mitluba mill-Kummissjoni; iqis li tkun ħaġa tajba li l-Kummissjoni tipproduċi manwal sempliċi u komprensiv li jgħin lil dawk li jistgħu jkunu benefiċjarji jikkonformaw mar-regoli u l-proċeduri marbuta ma' din il-politika;
24. Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li, fir-rigward tas-swieq esterni, il-produzzjoni ta' ikel ta' kwalità per se mhijiex biżżejjed biex tiggarantixxi pożizzjoni tajba fis-suq, u għalhekk huwa vitali li jsir investiment fi programmi ta' promozzjoni; iqis li dawn il-programmi għandhom isiru wara li jkunu saru studji tas-swieq f'pajjiżi terzi, li għalihom għandu jkun disponibbli kofinanzjament; jemmen li għandha tingħata kunsiderazzjoni wkoll lill-possibilità li jiġu appoġġjati proġetti pilota f'pajjiżi terzi li jkunu ġew identifikati bħala swieq ġodda potenzjali;
25. Jappella għal azzjoni maħsuba biex tagħti spinta lill-iżvilupp tal-assoċjazzjonijiet u n-negozji Ewropej u biex tħeġġiġhom jieħdu sehem f'forums dinjija, filwaqt li jikkompetu mil-lat ta' kwalità u jagħtu prijorità lill-ispeċjalizzazzjoni u d-diversità, li se jirrikjedu għajnuna għall-bdiewa u għall-kooperattivi fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-kapaċità ta' esportazzjoni tagħhom stess, inkluża l-għajnuna teknika għall-produtturi;
26. Jappella sabiex ikun possibbli li tiġi promossa l-oriġini tal-prodotti li ma jkunux koperti minn denominazzjonijiet tal-kwalità, filwaqt li jiġu enfasizzati l-karatteristiċi u l-kwalitajiet tagħhom;
27. Jemmen li l-politika ta' informazzjoni u ta' promozzjoni tal-UE għall-prodotti Ewropej għandha tingħata t-tikketta tagħha stess li tkun tidentifika tali prodotti kemm ġewwa u kemm barra mill-UE;
28. Jistieden lill-Kummissjoni tissensibilizza lill-konsumaturi dwar il-fatt li l-istandards agrikoli Ewropej huma l-aktar standards eżiġenti fid-dinja f'dawk li huma kwalità, sikurezza, trattament xieraq tal-annimali, sostenibilità ambjentali, eċċ., fatt li jaffettwa l-prezz finali tal-prodott; jemmen li l-konsumaturi għandhom jingħataw informazzjoni trasparenti fuq kif il-prodotti Ewropej u l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jiġu identifikati, bil-għan li jiġi evitat ir-riskju li jixtru prodotti foloz u li jkunu jistgħu jiddeċiedu x'jixtiequ jixtru;
Oriġini u kwalità
29. Jemmen li l-prodotti ta' kwalità huma dawk marbutin ma' metodi ta' produzzjoni, oriġini ġeografiċi, tradizzjonijiet jew kuntesti kulturali speċifiċi, u jinnota li l-iskemi biex jipproteġuhom jeżistu diġa' fil-forma ta' skemi ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini (DPO), indikazzjoni ġeografika protetta (IGP), tikkettar organiku u speċjalità tradizzjonali garantita (STG); jappella għal skema ġdida ta' 'biedja lokali u bejgħ dirett' li tkopri prodotti ta' kwalità lokali intiżi għall-konsum fir-reġjun fejn jiġu prodotti;
30. Huwa tal-fehma li l-indikazzjoni ta' oriġini Ewropea għandha tkun prevalenti bħala l-identità prinċipali fl-attivitajiet kollha ta' promozzjoni u informazzjoni, kemm fis-suq intern u kemm fil-pajjiżi terzi; huwa tal-fehma li tista' tiġi kkunsidrata indikazzjoni addizzjonali ta' oriġini nazzjonali fil-pajjiżi terzi fejn dik l-identità hija qawwija u fejn tgħin biex tiġi enfasizzata d-diversità fil-provvista tal-prodotti tal-ikel;
31. Jenfasizza li, fir-rigward tal-marki privati, huwa vitali li wieħed ifittex bilanċ bejn il-promozzjoni ġenerika u l-promozzjoni tal-marki li se jgħin biex il-kampanji promozzjonali fil-pajjiżi terzi jsiru aktar effikaċi; jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni li l-ismijiet tal-marki jista' jkollhom effett ta' lieva fuq dan it-tip ta' attività, fejn hija ħaġa naturali li l-promozzjoni ġenerika tiġi kkumplementata billi jinġiebu flimkien l-atturi ekonomiċi permezz tal-promozzjoni ta' prodotti u marki, u b'hekk ikollhom impatt aktar qawwi fuq l-importaturi u konsegwentement fuq il-konsumaturi; iqis ukoll li l-inklużjoni tal-marki privati fl-attivitajiet ta' promozzjoni se tirriżulta f'sitwazzjoni fejn in-negozji jsiru aktar interessati li jipparteċipaw, u jinnota li, fl-aħħar mill-aħħar, huma dawn in-negozji li jikkofinanzjaw tali miżuri;
32. Jindika li, skont kemm il-bdiewa jkunu organizzati, l-iskemi ta' kwalità jippermettu lill-bdiewa japplikaw miżuri ta' ġestjoni tal-provvista u ta' stabilizzazzjoni tal-prezzijiet, u b'hekk iżidu l-possibilitajiet tagħhom li jiksbu għajxien deċenti mill-biedja, u li għalhekk tali skemi jkunu fl-aħjar pożizzjoni biex iżidu 'l-valur miżjud Ewropew', f'konformità mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni;
33. Iqis li huwa meħtieġ li jiġi żgurat ħarsien aktar effikaċi għall-prodotti soġġetti għall-istandards tal-kwalità vis-à-vis is-sħab kummerċjali tal-UE; jappella għall-inklużjoni sħiħa tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u għal ħarsien aktar wiesa' għalihom skont il-ftehimiet kummerċjali bilaterali u interreġjonali u fil-livell tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO);
34. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tal-qafas tal-finanzjament għall-promozzjoni tal-prodotti li jkunu soġġetti għall-istandards tal-kwalità bil-ħsieb li tiżdied il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-UE;
35. Jinnota li d-dħul fis-seħħ ta' informazzjoni approvata dwar ir-relazzjoni bejn sustanzi speċifiċi li jinsabu fl-ikel u saħħa aħjar se jġib aktar trasparanza lill-promozzjoni ta' prodotti għal raġunijiet relatati mas-saħħa;
36. Jilqa' d-domanda dejjem tikber għall-prodotti organiċi u jappella għal stimolazzjoni aktar attiva tal-produzzjoni u l-promozzjoni tagħhom;
37. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi l-prodotti lokali fiż-żoni muntanjużi u f'dawk insulari u li jiżdied l-finanzjament tal-UE għal dan il-għan;
38. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, fl-attivitajiet ta' promozzjoni esterna tagħha, tpoġġi aktar enfasi fuq l-impenn agrikolu tal-UE favur metodi agrikoli, varjetà u kwalità aktar sostenibbli, u fuq l-ispiża akbar li dan jinvolvi, u tiżviluppa u ssaħħaħ l-għarfien dwar l-iskemi u l-logos promozzjonali tal-UE;
39. Jagħti l-appoġġ tiegħu għall-provvista ta' għajnuna teknika lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju b'mod partikolari biex ikunu jistgħu jiżviluppaw l-istrateġiji ta' kummerċjalizzazzjoni tagħhom stess u biex ikunu jistgħu janalizzaw is-swieq li qed jimmiraw għalihom;
40. Jirrakkomanda li tinħoloq pjattaforma tal-Internet għall-iskambju ta' proġetti potenzjali u tal-aħjar prattiki bħala mezz biex jiġu inkoraġġiti kampanji ta' pubbliċità minn perspettiva Ewropea;
41. Jenfasizza li r-riforma tal-Politika Agrikola Komuni għandha l-għan li ttejjeb l-organizzazzjoni tal-produzzjoni, tas-sostenibilità u tal-kwalità tal-prodotti agrikoli; iqis li, għalhekk, il-politika ta' promozzjoni tal-UE għandha tagħmilha possibbli li jintuża l-potenzjal kollu kemm hu tas-settur tal-ikel bil-għan li jiġu stimolati t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Ewropa;
42. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidentifika, fejn xieraq, arranġamenti differenti ta' ġestjoni għas-suq intern u dak estern u għall-programmi multinazzjonali jew ta' kriżi fil-proposti leġiżlattivi futuri tagħha għall-promozzjoni tat-togħmiet tal-Ewropa;
43. Iqis li jeħtieġ li tiġi definita strateġija Ewropea ta' informazzjoni u promozzjoni li tkun immirata lejn is-swieq b'mod aktar preċiż u li tkun toffri prodotti jew messaġġi li għandhom jiġu enfasizzati, filwaqt li tqis in-negozjati tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles u l-aktar swieq vantaġġużi bil-għan li jiġu evitati l-frammentazzjoni u t-tixrid tal-finanzjament;
Skemi tal-Frott għall-Iskejjel u l-Ħalib għall-Iskejjel
44. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tgħolli r-rati ta' kofinanzjament tal-UE għall-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel fl-isfond tal-kriżi ekonomika li għaddejja għaddejja;
45. Jitlob lill-Kummissjoni tieħu passi biex tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jpoġġu aktar enfasi fuq il-karattru edukattiv tal-Iskemi tal-Frott għall-Iskejjel u l-Ħalib għall-Iskejjel u jintegraw bis-sħiħ l-Iskemi tal-Frott għall-Iskejjel u tal-Ħalib għall-Iskejjel fit-tieni pilastru tal-appoġġ agrikolu;
Azzjonijiet relatati mal-kampanji ta' informazzjoni dwar l-inbejjed ta' kwalità
46. Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-implimentazzjoni fis-suq tal-UE tal-kampanji ta' informazzjoni mmirati lejn il-popolazzjoni adulta dwar il-konsum responsabbli tal-inbejjed ta' kwalità Ewropej; jinnota li, minbarra l-konsum moderat ta' dawn l-inbejjed, tali kampanji għandhom jenfasizzaw l-għeruq kulturali, il-proprjetajiet kwalitattivi tiegħu u l-karatteristiċi speċifiċi tal-inbejjed Ewropej;
o o o
47. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
L-Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar id-Dritt tal-Bejgħ mill-Ġdid
286k
55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar ir-Rapport dwar l-Implimentazzjoni u l-Effett tad-Direttiva dwar id-Dritt tal-Bejgħ mill-Ġdid (2001/84/KE) (2012/2038(INI))
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 fuq id-dritt tal-bejgħ lil ħaddieħor għall-benefiċċju ta' l-awtur tax-xogħol artistiku oriġinali (minn hawn 'l isfel “id-Diretiva”)(1),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali: Rapport dwar l-Implimentazzjoni u l-Effett tad-Direttiva dwar id-Dritt tal-Bejgħ mill-Ġdid (2001/84/KE) (COM(2011)0878),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0326/2012),
A. billi d-dritt tal-bejgħ mill-ġdid huwa dritt tal-awtur ikkonsakrat mill-Artikolu 14b tal-Konvenzjoni ta' Bern għall-protezzjoni tax-xogħlijiet litterarji u artistiċi;
B. billi d-direttiva ffavorixxiet l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet essenzjali għall-applikazzjoni tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid sabiex jitneħħew l-ostakli potenzjali għat-twettiq tas-suq intern;
C. billi l-adozzjoni tad-Direttiva kienet importanti għall-artisti, mhux biss fir-rigward tal-inizjattivi tagħhom immirati lejn il-kisba ta' rikonoxximent u trattament ġust bħala persuni kreattivi, iżda wkoll għar-rwol tagħhom bħala kontributuri ta’ valuri kulturali; billi, madanakollu, baqa’ tħassib dwar l-effetti fuq is-swieq tal-arti Ewropej u partikolarment fuq il-ħafna stabbilimenti tal-irkant u kummerċanti żgħar u speċjalizzati fl-UE;
D. billi d-direttiva ġiet biss implimentata bis-sħiħ fl-Istati Membri kollha fl-1 ta' Jannar 2012;
E. billi s-sehem globali tal-UE mis-suq għal xogħlijiet ta' artisti ħajjin naqas b'mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin;
F. billi l-kreazzjoni artistika tikkontribwixxi għall-iżvilupp kontinwu tal-ħajja u l-wirt kulturali tal-UE;
G. billi s-suq tal-arti u l-antikitajiet jagħmel kontribuzzjoni sinifikanti għall-ekonomija globali, inkluż in-negozji li dan isostni, b’mod speċjali dawk fl-industriji kreattivi;
H. billi d-direttiva tpoġġi piż amministrattiv fuq l-kummerċjanti u tpoġġi l-kummerċjanti tal-UE fi żvantaġġ kummerċjali b'rabta ma’ dawk f’pajjiżi terzi;
Tendenzi tas-suq Ewropew u tas-suq dinji tal-arti
1. Jinnota li l-2011 kienet sena rekord għas-suq tal-arti u li l-qligħ mill-bejgħ annwali laħaq il-11,57 biljun dollaru, jiġifieri żieda ta' iktar minn 2 biljun dollaru, meta mqabbel mal-2010(2); jenfasizza li s-suq tal-arti u l-antikitajiet jagħti kontribut sinifikanti għall-ekonomija globali, inklużi n-negozji li jsostni, b’mod speċjali dawk fl-industriji kreattivi;
2. Josserva li fl-2011, kien hemm progress qawwi fis-suq Ewropew tal-arti; ir-Renju Unit żamm parti mis-suq ta' 19,4 % tas-suq dinji, b'żieda ta' 24 % tal-volum ta' bejgħ; Franza kellha 4,5 % mis-suq, għal ċifra ta' negozju li żiedet b'9 %; u l-Ġermanja, b'perċentwal tas-suq ta' 1,8 %, rat żieda fil-bejgħ ta' 23 %(3);
3. Jinnota illi s-suq Ċiniż kellu 41,4 % mis-suq dinji fl-2011, u kellu parti ikbar mill-Istati Uniti, li marru lura bi 3 % fiċ-ċifra tan-negozju u b' 6 % fil-parti tas-suq, u minn 29,5 % fl-2010 laħqu biss it-23,5 % fl-2011(4);
4. Jenfasizza l-progress impressjonanti taċ-Ċina; jirrimarka madankollu li s-suq tal-arti bħalissa huwa ristrett biss għall-artisti li jiġu minn dawn il-pajjiżi;
5. Josserva li t-tendenza ġenerali ta' ċaqliq taċ-ċentru ta' gravità tas-suq tal-arti lejn il-pajjiżi emerġenti hija marbuta mal-globalizzazzjoni, mas-suċċess tal-Asja u mal-fatt li dehru kollezzjonisti ġodda f'dawn il-pajjiżi;
6. Jinnota b’sodisfazzjon li Stati terzi jqisu l-introduzzjoni tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid fid-dritt nazzjonali; josserva b’mod partikolari li fl-Istati Uniti, tressqet proposta ta' liġi fit-12 ta' Diċembru 2011, bl-għan li jiġi impost dritt tal-bejgħ ta' 7 % fuq il-bejgħ mill-ġdid tax-xogħlijiet tal-arti kontemporanja; josserva li fiċ-Ċina, l-abbozz ta’ liġi dwar id-drittijiet tal-awtur jipprevedi wkoll l-introduzzjoni ta' dritt tal-bejgħ mill-ġdid (Artikolu 11(13));
Implimentazzjoni tad-Direttiva
7. Ifakkar li l-qligħ mid-drittijiet ta' riproduzzjoni u ta' rappreżentazzjoni huma relattivament insinifikanti fil-każ tal-arti grafika u figurattiva, li għaliha l-qligħ huwa dovut għall-bejgħ jew il-bejgħ mill-ġdid tax-xogħlijiet;
8. Jinsisti dwar il-fatt li d-dritt tal-bejgħ mill-ġdid jiggarantixxi kontinwità fir-remunerazzjoni għall-artisti li, spiss ħafna, iċedu x-xogħlijiet tagħhom bi prezz baxx fil-bidu tal-karriera tagħhom;
9. Ifakkar li r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u l-effetti tad-direttiva u l-istatistiċi b'rabta mas-settur ma jissuġġerixxix li d-dritt tal-bejgħ mill-ġdid kellu impatt negattiv fuq is-suq tal-arti fl-Ewropa;
10. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel valutazzjoni tal-impatt dwar il-funzjonament tas-suq tal-arti b’mod ġenerali, inklużi d-diffikultajiet amministrattivi li jiffaċċjaw l-istabbilimenti tal-irkant u l-kummerċjanti żgħar u speċjalizzati;
11. Ifakkar li bosta dispożizzjonijiet tad-direttiva jiżguraw applikazzjoni ekwilibrata tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid, fejn jitqiesu l-interessi tal-partijiet kollha kkonċernati, b'mod partikolari t-tnaqqis fit-taxxi applikabbli, il-limitazzjoni tad-dritt għal EUR 12,500, l-esklużjoni tal-bejgħ żgħir u l-eżonerazzjoni tal-bejgħ mill-ġdid għall-ewwel xerrej; jenfasizza, madankollu, li d-Direttiva tpoġġi piż amministrattiv fuq is-sensara;
12. Jinnota li d-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ħaj ta’ xogħol tal-arti oriġinali jista’ jkun għodda utli biex jipprevjeni l-artisti jkunu s-suġġett ta’ diskriminazzjoni;
Konklużjonijiet
13. Ifakkar li s-suq tal-arti ġie valutat għal 10 biljun dollaru fl-2010, u għal madwar 12-il biljun dollaru fl-2012, li minnhom id-drittijiet tal-bejgħ mill-ġdid jirrappreżentaw biss 0,03 %; iqis li dan hu suq importanti li l-artisti u min jiwrithom għandhom igawdu rimunerazzjoni ġusta minnu;
14. Jikkonstata li l-istudji u l-istatistiċi tas-suq tal-arti ma jissuġġerixxux li d-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għandu impatt negattiv fuq il-lokalizzazzjoni tas-suq tal-arti u l-livell taċ-ċifri ta' negozju;
15. Ifakkar li d-direttiva ma ġietx implimentata totalment fl-Istati Membri kollha qabel l-1 ta’ Jannar 2012 filwaqt li d-dritt tal-bejgħ mill-ġdid kien diġà magħruf f’diversi Stati Membri għal diversi deċennji;
16. Jenfasizza l-importanza li jingħata appoġġ proattiv lill-artisti lokali, inkluż l-iżgħar artisti;
17. Iqis li hu prematur li ssir analiżi ġdida tad-direttiva fl-2014, kif qed tipproponi l-Kummissjoni, u jipproponi li din l-analiżi ssir fl-2015 (jiġifieri 4 snin wara l-evalwazzjoni mwettqa f’Diċembru 2011);
18. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni terġa' teżamina, fir-rapport ta' valutazzjoni tagħha li jmiss, ir-rilevanza tar-rati applikabbli, il-limiti u r-rilevanza tal-kategoriji ta' benefiċjarji kif speċifikati f'din id-Direttiva;
19. Jistieden lill-Kummissjoni tikkollabora mill-qrib mal-partijiet interessati biex issaħħaħ il-pożizzjoni tas-suq Ewropew tal-arti u tirrimedja għal ċerti diffikultajiet, bħall-“effett ta' kaskata” u d-diffikultajiet amministrattivi li jħabbtu wiċċhom magħhom djar tal-irkant kif ukoll sensara li jkun iżgħar u speċjalizzati;
20. Jilqa' l-inizjattivi meħuda minn Stati terzi biex jintroduċu d-dritt tal-bejgħ mill-ġdid u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha fil-fora multilaterali biex issaħħaħ il-pożizzjoni tas-suq tal-arti Ewropew fid-dinja;
o o o
21. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda tal-Artikolu 70 tar-Regoli ta' Proċedura dwar negozjati interistituzzjonali fi proċeduri leġiżlattivi
410k
71k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar l-emenda tal-Artikolu 70 tar-Regoli ta' Proċedura dwar negozjati interistituzzjonali fi proċeduri leġislattivi (2011/2298(REG))
– wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tiegħu tat-18 ta' April 2011,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0281/2012),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.
Test fis-seħħ
Emenda
Emenda 1 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 70 – paragrafu 1
1. Negozjati mal-istituzzjonijiet l-oħrajn bil-għan li tintlaħaq ftehima waqt proċedura leġislattiva għandhom jitwettqu filwaqt li jitqies il-Kodiċi ta’ Mġiba għal negozjar fil-kuntest tal-proċedura leġislattiva ordinarjai.
1. Negozjati mal-istituzzjonijiet l-oħrajn bil-għan li tintlaħaq ftehima waqt proċedura leġislattiva għandhom jitwettqu filwaqt li jitqies il-Kodiċi ta’ Mġiba stipulat mill-Konferenza tal-Presidenti.
Emenda 13 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 70 – paragrafu 2
2. Qabel ma jidħol f'negozjati bħal dawn, il-kumitat responsabbli għandu, fil- prinċipju, jieħu deċiżjoni b'maġġoranza tal-membri tiegħu u jadotta mandat, orjentazzjonijiet jew prijoritajiet.
2. Tali negozjati m'għandhomx jinbdew qabel l-adozzjoni mill-kumitat responsabbli, fuq bażi ta' każ b'każ għal kull proċedura leġislattiva kkonċernata u, b'maġġoranza tal-membri tiegħu, ta’ deċiżjoni dwar il-ftuħ tan-negozjati. Dik id-deċiżjoni għandha tiddetermina l-mandat u l-kompożizzjoni tat-tim tan-negozjati. Tali deċiżjonijiet għandhom jiġu nnotifikati lill-President, li għandu jżomm il-Konferenza tal-Presidenti infurmata fuq bażi regolari.
Emenda 3 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 70 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
Il-mandat għandu jikkonsisti f’rapport adottat fil-kumitat u mqiegħed fuq il-Mejda għal eżami ulterjuri mill-Parlament. Bħala eċċezzjoni, meta l-kumitat responsabbli jqis li jkun debitament ġustifikat li wieħed jidħol f'negozjati qabel l-adozzjoni ta' rapport fil-kumitat, il-mandat jista’ jikkonsisti f'sett ta' emendi jew f’sett ta’ objettivi, prijoritajiet jew orjentazzjonijiet definiti b'mod ċar.
Emenda 4 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 70 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.It-tim tan-negozjati għandu jitmexxa mir-rapporteur u għandu jiġi ppresedut mill-President tal-kumitat responsabbli jew minn Viċi President innominat mill-President. Għandu jinkludi għall-inqas ix-shadow rapporteurs minn kull grupp politiku.
Emendi 5 u 18 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 70 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.Kwalunkwe dokument maħsub biex jiġi diskuss f’laqgħa mal-Kunsill u l-Kummissjoni (“trilogu”) għandu jieħu l-forma ta’ dokument li jindika l-pożizzjonijiet rispettivi tal-istituzzjonijiet involuti u s-soluzzjonijiet ta’ kompromess possibbli u għandu jiġi ċċirkolat mat-tim tan-negozjati għall-inqas 48 siegħa, jew f’każijiet ta’ urġenza għall-inqas 24 siegħa, qabel it-trilogu inkwistjoni.
Wara kull trilogu, it-tim tan-negozjati għandu jirrapporta lura lil-laqgħa sussegwenti tal-kumitat responsabbli. Id-dokumenti li jirriflettu l-eżitu tal-aħħar trilogu għandhom ikunu disponibbli għall-kumitat.
Meta ma jkunx fattibbli li tissejjaħ laqgħa tal-kumitat b'mod f'waqtu, it-tim tan-negozjati għandu jirrapporta lura lill-President, lix-shadow rapporteurs u lill-koordinaturi tal-kumitat, kif xieraq.
Il-kumitat responsabbli jista' jaġġorna l-mandat fid-dawl tal-progress tan-negozjati.
Emenda 6 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 70 – paragrafu 3
3. Jekk in-negozjati jwasslu għal kompromess mal-Kunsill wara l-adozzjoni tar-rapport mill-kumitat, il-kumitat għandu fi kwalunkwe każ jerġa’ jiġi kkonsultat qabel ma ssir il-votazzjoni fil-plenarja.
3. Jekk in-negozjati jwasslu għal kompromess, il-kumitat responsabbli għandu jkun infurmat mingħajr dewmien. It-test miftiehem għandu jiġi ppreżentat lill-kumitat responsabbli biex jeżaminah. Jekk jiġi approvat fil-kumitat, it-test miftiehem għandu jitqiegħed fuq il-Mejda sabiex jiġi eżaminat mill-Parlament fil-forma xierqa, inklużi l-emendi ta’ kompromess. Jista’ jiġi ppreżentat bħala test konsolidat sakemm ikun juri b’mod ċar il-modifiki għall-proposta għal att leġislattiv li tkun qed tiġi eżaminata.
Emenda 7 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 70 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.Meta l-proċedura tinvolvi kumitat jew kumitati assoċjati jew laqgħat konġunti tal-kumitati, l-Artikoli 50 u 51 għandhom japplikaw għad-deċiżjoni dwar il-ftuħ tan-negozjati u għall-mod kif jitmexxew dawn in-negozjati.
F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-kumitati kkonċernati, il-modalitajiet għall-ftuħ tan-negozjati u għat-tmexxija ta’ tali negozjati għandhom jiġu ddeterminati mill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati b’konformità mal-prinċipji stabbiliti f’dawk l-Artikoli.
Emenda 8 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 70a (ġdid) – titolu
Artikolu 70a
Approvazzjoni ta' deċiżjoni dwar il-ftuħ ta' negozjati interistituzzjonali qabel l-adozzjoni ta' rapport fil-kumitat
Emenda 9 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 70a (ġdid) – paragrafu 1
1.Kwalunkwe deċiżjoni minn kumitat dwar il-ftuħ tan-negozjati qabel l-adozzjoni ta' rapport fil-kumitat għandha tiġi tradotta fil-lingwi uffiċjali kollha, għandha titqassam lill-Membri kollha tal-Parlament u għandha tiġi ppreżentata lill-Konferenza tal-Presidenti.
Fuq talba ta’ grupp politiku, il-Konferenza tal-Presidenti tista’ tiddeċiedi li tinkludi l-punt, biex jiġi eżaminat b’dibattitu u votazzjoni, fl-abbozz tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ wara t-tqassim tad-deċiżjoni, f’liema każ il-Parlament għandu jistabbilixxi skadenza għat-tqegħid ta' emendi fuq il-Mejda.
Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-Konferenza tal-Presidenti biex il-punt jiġi inkluż fl-abbozz tal-aġenda ta’ dik is-sessjoni parzjali, id-deċiżjoni dwar il-ftuħ tan-negozjati għandha titħabbar mill-President waqt il-ftuħ ta’ dik is-sessjoni parzjali.
Emenda 16 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 70a (ġdid) – paragrafu 2
Inkella, id-deċiżjoni dwar il-ftuħ tan-negozjati għandha titqies approvata.
Emenda tal-Artikolu 181 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar ir-rapporti verbatim u tal-Artikolu 182 dwar ir-rekord awdjoviżiv tad-diskussjonijiet
361k
56k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar l-emenda tal-Artikolu 181 tar-Regoli ta' Proċedura dwar ir-rapporti verbatim u l-Artikolu 182 dwar ir-rekord awdjoviżiv tad-diskussjonijiet (2012/2080(REG))
– wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu tat-13 ta' Jannar 2012,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Ottubru 2011 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 kif modifikat mill-Kunsill – it-taqsimiet kollha – u l-ittri ta' emenda Nri 1/2012 u 2/2012 għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0336/2012),
A. billi l-iffrankar mill-baġit fil-qasam tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni m'għandux jipperikola l-prinċipju tal-multilingwiżmu imma huwa possibbli bl-għajnuna tal-innovazzjoni u ta' metodi ġodda ta' ħidma(2),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.
Test fis-seħħ
Emenda
Emenda 1 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 181 – paragrafu 1
1. Għandu jsir rapport verbatim fil-lingwi uffiċjali kollha tad-diskussjonijiet ta' kull seduta.
1. Għandu jsir rapport verbatim tad-diskussjonijiet ta' kull seduta bħala dokument multilingwi li fih jidhru l-kontribuzzjonijiet orali kollha bil-lingwa oriġinali tagħhom.
Emenda 2 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 181 – paragrafu 2
2. Il-kelliema għandhom iroddu l-korrezzjonijiet għat-test ittajpjat tad-diskorsi tagħhom lis-Segretarjat fi żmien ġimgħa.
2. Il-kelliema jistgħu jagħmlu korrezzjonijiet għat-test ittajpjat tal-kontribuzzjonijiet orali tagħhom fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol. Il-korrezzjonjiet għandhom jintbagħtu sal-iskadenza lis-Segretarjat.
Emenda 3 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 181 – paragrafu 3
3. Ir-rapport verbatim għandu jkun ippubblikat bħala anness mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
3. Ir-rapport verbatim multilingwi għandu jkun ippubblikat bħala anness mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jinżamm fir-rekords tal-Parlament.
Emenda 4 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 181 – paragrafu 4
4. Il-Membri jistgħu jitolbu traduzzjoni ta’ malajr ta’ siltiet mir-rapport verbatim.
4. Għandha ssir traduzzjoni bi kwalunkwe lingwa uffiċjali ta' silta mir-rapport verbatim fuq talba minn Membru. Jekk ikun meħtieġ, it-traduzzjoni għandha tingħata fi żmien qasir.
Emenda 5 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 182 – paragrafu -1 (ġdid)
Id-diskussjonijiet tal-Parlament bil-lingwi li jsiru, kif ukoll is-soundtrack multilingwi minn kull kabina attiva tal-interpretazzjon, għandhom jixxandru fil-ħin reali fil-websajt tiegħu.
Emenda 6 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 182 – paragrafu 1
Eżatt wara s-seduta għandu jsir rekord awdjoviżiv tad-diskussjonijiet li jkun jinkludi s-“soundtracks’ minn kull kabina ta' l-interpretazzjoni, u li għandu jkun aċċessibbli fuq l-internet.
Eżatt wara s-seduta għandu jsir rekord awdjoviżiv indiċiżżat tad-diskussjonijiet bil-lingwi li jsiru fihom, kif ukoll is-soundtracks multilingwi minn kull kabina attiva tal-interpretazzjoni u dawn għandhom isiru disponibbli fil-websajt tal-Parlament matul il-mandat parlamentari kurrenti u dak li jmiss, u wara dan iż-żmien dawn għandhom jinħażnu fir-rekords tal-Parlament. Dan ir-rekord awdjoviżiv għandu jkun marbut permezz ta' ħolqa mar-rapporti verbatim tad-diskussjonijiet malli dawn ikunu disponibbli.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza fis-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli. (COM(2010)0542 – C7-0317/2010 – 2010/0271(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0542),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0317/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-19 ta’ Jannar 2011(1),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Settembru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0445/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda din il-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 168/2013.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (COM(2010)0395 – C7-0204/2010 – 2010/0212(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0395),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0204/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta’ Diċembru 2010(1),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Settembru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0446/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 167/2013.)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar “Lejn suq Ewropew integrat għal pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl” (2012/2040(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 26 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2012 bit-titolu “Lejn suq Ewropew integrat għal pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl” (COM(2011)0941, minn issa ’l quddiem “il-Green Paper”),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2012 bit-titolu “Qafas koerenti għall-bini ta’ fiduċja fis-Suq Uniku Diġitali tal-kummerċ elettroniku u tas-servizzi online” (COM(2011)0942),
– wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika organizzata mill-Kummissjoni dwar il-Green Paper mill-11 ta’ Jannar 2012 sal-11 ta’ April 2012,
– wara li kkunsidra l-konferenza dwar pagamenti bil-kard, bil-mowbajl u bl-internet, organizzata mill-Kummissjoni fl-4 ta’ Mejju 2012,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009(1),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Informazzjoni ta’ Marzu 2012 dwar l-infurzar tal-kompetizzjoni fis-settur tal-pagamenti, maħruġ mis-Sottogrupp dwar il-Banek u l-Pagamenti tan-Netwerk għall-Kompetizzjoni Ewropea(2),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ April 2012 għas-sigurtà tal-pagamenti bl-internet(3),
– wara li kkunsidra r-reazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) tal-11 ta' April 2012 għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar il-Green Paper “Lejn suq Ewropew integrat għal pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl”(4);
– wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar il-Green Paper (INT/634),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2002 dwar proċediment skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fil-Kawża Nru COMP/29.373 Visa International(5),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2007 dwar proċediment skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fil-Każijiet Nru COMP/34.579 – MasterCard, COMP/36.518 – EuroCommerce u COMP/38.580 – Kards Kummerċjali(6),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 fil-kawża MasterCard u oħrajn v. il-Kummissjoni(7),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0304/2012),
A. billi s-suq Ewropew għall-pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl attwalment għadu fframmentat minn naħa għal oħra tal-konfini nazzjonali u ftit atturi kbar biss jistgħu jiġu aċċettati mill-kummerċjanti u joperaw fuq bażi transkonfinali;
B. billi l-pożizzjoni dominanti ta' żewġ fornituri, mhux Ewropej, ta' servizz ta' pagament bil-kard tista’ twassal għal tariffi eċċessivi u mhux ġustifikati kemm għall-konsumaturi u kemm għall-kummerċjanti, fejn il-banek rispettivi tagħhom (l-hekk imsejħa banek tal-ħruġ u tal-akkwist) jieħdu vantaġġ minn din is-sitwazzjoni, kif iddikjarat mill-Kummissjoni fil-Green Paper.
C. billi l-iżvilupp u l-użu usa’ ta’ pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl jistgħu jgħinu wkoll biex il-kummerċ elettroniku fl-Ewropa jikber fid-daqs u fid-diversità;
D. billi s-sehem u l-varjetà ta’ pagamenti bl-internet u bil-mowbajl żdiedu b’mod kostanti fl-Ewropa u fid-dinja;
E. billi, minħabba progress tekniku, is-sistemi tal-pagament bil-kards jistgħu jinbidlu progressivament b’mezzi oħra ta’ pagament elettroniku jew bil-mowbajl;
F. billi l-Green Paper ma tindirizzax l-ispejjeż u l-impatti soċjetali tal-pagament bi flus kontanti jew b’ċekk apparagun tal-pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl, u b’hekk ma tippermettix li ssir analiżi komparattiva tal-ispejjeż ekonomiċi u ta’ assistenza soċjali u l-impatti ta’ pagamenti bi flus kontanti jew b’ċekk;
G. billi l-mudell kummerċjali attwali għall-ħlasijiet bil-kard jippermetti livelli ta' tariffi multilaterali tal-interkambju (MIFs) eċċessivi, li xi kultant jidhru li jaqbżu l-ispiża reali fir-rigward tal-finanzjament tas-sistema, u li jikkostitwixxu xkiel kbir għall-kompetizzjoni fis-swieq tal-pagamenti;
H. billi l-akkwist transkonfinali huwa possibilità attwalment miftuħa biss għal numru limitat ta’ atturi, u billi dan l-arranġament jista’ jwessa’ l-għażliet li l-kummerċjanti jistgħu jagħmlu u b’hekk iżid il-kompetizzjoni u jnaqqas l-ispejjeż tal-konsumaturi;
I. billi l-imposti għall-użu ta’ pagamenti bil-kard mhumiex permessi f’ċerti Stati Membri iżda jintużaw b’mod wiesa’ f’xi oħrajn; u billi l-imposti eċċessivi kienu ta' ħsara għall-konsumaturi minħabba li l-fornituri as-servizzi tal-pagamenti ta’ sikiwt ma jipprovdux metodi ta’ pagamanet alternattivi għall-pagamenti b’imposta;
J. billi l-Qafas tal-Kards taż-Żona Unika ta' Pagamenti bl-Euro (SEPA) jirrikjedi li l-klijenti jkunu jistgħu “jużaw kards għal skopijiet ġenerali biex jagħmlu trasferimenti ta' pagamenti u ta' flus kontanti bl-ewro fis-SEPA kollha bl-istess faċilità u konvenjenza bħal meta jagħmluhom fil-pajjiżi tagħhom stess. Ma għandu jkun hemm l-ebda differenza jekk jużaw il-kard(s) tagħhom f’pajjiżhom jew ximkien ieħor fis-SEPA. L-ebda skema tal-kards bi skop ġenerali mfassla esklussivament għall-użu f’pajjiż uniku, u l-ebda skema ta' kards imfassla esklussivament għall-użu transkonfinali fi ħdan is-SEPA, m'għandha tibqa' teżisti.”
K. billi wieħed jista’ jistenna li l-migrazzjoni b'suċċess tas-SEPA tagħti impetu għall-iżvilupp ta' mezzi ta' pagament pan-Ewropej innovattivi;
Il-metodi differenti ta’ pagament
1. Ifaħħar lill-Kummissjoni għall-provvista tal-Green Paper, iqis li l-kunsiderazzjonijiet u l-kwistjonijiet imressqa fiha rilevanti ħafna, u jaqbel kompletament mal-għanijiet elenkati biex jinkisbu iktar kompetizzjoni, iktar għażla, iktar innovazzjoni u iktar sigurtà tal-pagamenti u fiduċja tal-klijent;
2. Jaqbel mal-Kummissjoni li huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn tliet swieq tal-prodotti differenti fl-isfera ta' sistemi ta’ kards bankarji bejn erba' partijiet – l-ewwel nett suq li fih jikkompetu d-diversi sistemi tal-kards biex jakkwistaw istituzzjonijiet finanzjarji bħala l-klijenti tal-emissjonijiet u l-akkwisti tagħhom; imbagħad l-ewwel suq 'downstream' li fih il-banek emittenti jikkompetu għan-negozju tad-detenituri ta’ kard bankarja ('is-suq emittenti); fl-aħħar nett suq 'downstream' ieħor, fejn il-banek akkwirenti jikkompetu għan-negozju tal-kummerċjanti (“is-suq tal-akkwirenti’) – u jikkunsidra li kompetizzjoni ħielsa għandha tissaħħaħ f’kull suq;
3. Jimmarka l-importanza ta’ suq ibbażat fuq l-awtoregolazzjoni b'kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati kollha, iżda jirrikonoxxi li l-awtoregolazzjoni tista’ ma tiksibx l-eżitu mixtieq f'qafas ta' żmien aċċettabbli minħabba kunflitti ta' interessi; jistenna li l-Kummissjoni tressaq il-proposti leġiżlattivi neċessarji sabiex tiżgura SEPA reali għall-kard, l-internet u l-mowbajls permezz, u f'dan ir-rigward jinnota l-importanza tar-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Pagamenti;
4. Jenfasizza l-bżonn ta’ viżjoni ċara u komprensiva għas-SEPA fir-rigward tal-għall-pagamenti bil-kards, bl-internet u bil-mowbajls u l-provvista ta' tali linji gwida u skedi ta’ żmien neċessarji biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-għan bażiku li m'għandux ikun hemm differenza bejn il-pagamenti transkonfinali u dawk nazzjonali;
5. Jenfasizza l-bżonn li jsir avvanzaw lejn sistema ta' kklerjar u likwidazzjoni f’ħin reali, li teknikament diġà hija aċċessibbli u użata għal xi ħlasijiet, u jenfasizza li l-pass lejn ekonomija f’ħin reali għandu jkun għan importanti għas-SEPA kollha u li sistema interbankarja avvanzata b’ħin reali għandha tkun aċċessibilità fis-SEPA kollha;
6. Huwa għalhekk tal-opinjoni li l-iskemi kollha ta’ pagamenti nazzjonali bil-kards, bil-mowbajls u bl-internet għandhom jingħaqdu jew jaqilbu għal skema Pan-Ewropea konformi mas-SEPA, sabiex il-pagamenti bil- mowbajls u bl-internet kollha jkunu aċċettati kullimkien fis-SEPA, u li għandu jkun hemm perjodu neċessarju ssuġġerit mill-Kummissjoni għal din it-tranżizzjoni;
7. Jirrimarka li t-terminals kollha għandhom ikunu kapaċi jaċċettaw il-kards kollha u jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ interoperabilità u, għaldaqstant, li kwalunkwe ostaklu tekniku li jirriżulta minn differenzi fil-funzjonalità u fir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għat-terminals għandu jitneħħa peress li standards u regoli komuni, u terminal softwers standardizzati, jkabbru l-kompetizzjoni;
8. Jemmen li l-approċċ tal-awtoregolazzjoni għas-suq Ewropew integrat għall-pagamenti mhuwiex suffiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni leġiżlattiva biex tiżgura sigurtà tal-pagamenti, kompetizzjoni ġusta, inklużjoni finanzjarja, protezzjoni tad-data personali u trasparenza għall-konsumaturi;
9. Jistieden lill-Kummissjoni tirriforma l-governanza tas-SEPA u tiżgura li l-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni jkun demokratiku, trasparenti u jservi l-interess pubbliku; jinnota li dan jirrikjedi rwol aktar attiv u mexxej tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fil-governanza tas-SEPA, kif ukoll rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet interessati rilevanti kollha fl-entitajiet ta’ teħid ta’ deċiżjoni u ta’ implimentazzjoni tas-SEPA kollha, bil-garanzija ta' involviment suffiċjenti tal-utenti finali;
10. Jesprimi tħassib fir-rigward ta’ kwalunkwe regolamentazzjoni stretta u bla bżonn tas-swieq tal-pagamenti bl-internet u bil-mowbajl f'dan l-istadju peress li tali metodi ta’ pagamenti għadhom fil-proċess ta’ żvilupp; jikkunsidra li kwalunkwe inizzjattiva regolatorja f'dan il-qasam għandha r-riskju li tkun ikkaratterizzata minn enfasi bla bżonn fuq strumenti ta' pagament diġà eżistenti, u b'hekk tista' tiskoraġġixxi l-innovazzjoni u tgħawweġ is-suq qabel ma tiġi żviluppata; jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ xieraq għal kwalunkwe metodu futur ta’ pagament bl-internet u bil-mowbajl fi proposta futura, filwaqt li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, speċjalment għall-konsumaturi vulnerabbli;
11. Jinnota li filwaqt li l-pagamenti elettroniċi qed ikollhom rwol dejjem aktar importanti fl-Ewropa u fid-dinja, għad hemm ostakli serji għal suq uniku diġitali Ewropew integrat b’mod sħiħ u effettiv, kompetittiv, innovattiv, sikur, trasparenti u favorevoli għall-konsumatur fir-rigward ta’ dawn il-forom ta’ pagamenti;
12. Jinnota li fil-kriżi attwali huwa essenzjali li tittieħed azzjoni biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi u jiġi stimulat mill-ġdid il-konsum, li filwaqt li s-suq diġitali jipprovdi opportunità kbira biex jintlaħqu dawn l-objettivi, l-UE għandha għal dan l-iskop tkun f'pożizzjoni li tistabbilixxi suq intern totalment diġitali, u li huwa vitali li jingħelbu l-ostakoli eżistenti minn naħa waħda u tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur min-naħa l-oħra; jemmen, f'dan ir-rigward, li l-eżistenza ta' suq uniku Ewropew newtrali u sikur għal pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl li jiffaċilita l-kompetizzjoni ħielsa u l-innovazzjoni hija essenzjali għall-kisba ta' suq uniku diġitali ġenwin u tista' tikkontribwixxi ħafna biex tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi;
13. Jinnota li l-iżvilupp ta' sistemi ta' pagament trasparenti, sikuri u effikaċi fis-suq diġitali Ewropew huwa essenzjali biex tiġi żgurata ekonomija diġitali ġenwina u jiġi ffaċilitat kummerċ elettroniku transkonfinali;
14. Jinnota li qafas Ewropew sikur, affidabbli u trasparenti għal pagamenti elettroniċi huwa essenzjali għat-tnedija ta 'suq uniku diġitali; jenfasizza l-importanza ta' kampanji ta' informazzjoni biex il-konsumaturi jkunu konxji tal-għażliet disponibbli fis-suq u l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għal pagamenti elettroniċi sikuri, u jqis li kampanji bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-UE, ukoll biex jingħelbu l-biżgħat bla bażi rigward dawn il-forom ta’ pagament; jemmen li f'dan ir-rigward, il-punti ta' kuntatt favur il-konsumatur se jsaħħu l-fiduċja fil-pagamenti remoti;
15. Jenfasizza li, f'dan ir-rigward, għandhom jittieħdu miżuri biex iwaqqfu d-diskriminazzjoni frekwenti tal-konsumaturi Ewropej li l-pagamenti tagħhom għal tranżazzjonijiet transkonfinali online ma jiġux aċċettati minħabba l-provenjenza tagħhom;
16. Jiddispjaċih li fis-sitwazzjoni preżenti, il-biżża -kbira tal-ispejjeż tal-pagamenti mhumiex trasparenti, filwaqt li jinnota li dawk li ma jużawx metodi ta' pagamenti għoljin xorta jkopru l-ispejjeż tagħhom; ifakkar li kull metodu ta’ pagament għandu l-ispejjeż tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex fil-futur tikkunsidra wkoll l-ispejjeż ta’ pagamenti fi flus kontanti u ċekkijiet, għall-atturi u l-konsumaturi tas-suq kollha, apparagun ta’ metodi ta’ pagament oħrajn; ifakkar li l-Ewropej kollha għandu jkollhom aċċess għal servizzi bankarji bażiċi; jenfasizza li l-azzjonijiet favur standards tekniċi komuni għandhom jittieħdu fid-dawl tal-importanza, l-effettività u s-suffiċjenza tal-istandards attwalment fis-seħħ fl-Ewropa;
Standardizzazzjoni u interoperabilità
17. Jemmen li l-ħidma ulterjuri dwar standards tekniċi komuni, abbażi ta' aċċess miftuħ, tista’ ssaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u l-funzjonament tas-suq intern, iżda trawwem ukoll interoperabilità u twassal għal vantaġġi relatati mas-sigurtà fl-għamla ta’ standards ta’ sigurtà komuni, li jkunu ta’ benefiċċju kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-kummerċjanti;
18. Jinnota li għall-pagamenti bl-internet u bil-mowbajl, il-parti l-kbira tal-istandards għandhom ikunu l-istess għall-pagamenti tas-SEPA attwali, iżda huma meħtieġa standards ġodda għas-sigurtà u għall-identifikazzjoni tal-klijenti, u biex jipprovdu servizz interbankarju f’ħin reali fuq l-internet u jenfasizza li l-iżvilupp ta' standards ġodda mhux biżżejjed u li l-implimentazzjoni koordinata hija mill-inqas daqstant importanti;
19. Jenfasizza li l-istandardizzazzjoni m’għandhiex timponi ostakoli għall-kompetizzjoni u l-innovazzjoni, iżda minflok għandha tneħħi l-ostakoli sabiex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għall-partijiet kollha; jirrakkomanda, għalhekk, li l-istandards għandhom ikunu miftuħa biex jingħata lok għall-innovazzjoni u l-kompetizzjoni fis-suq, minħabba li l-obbligu ta' standard magħluq jew uniku jillimita l-iżvilupp u l-innovazzjoni tas-suq, jimponi restrizzjoni sproporzjonata, u ma jwassalx għal kundizzjonijiet kompetittivi u indaqs għal kulħadd; jinnota, madankollu, l-investigazzjoni antitrust tal-Kummissjoni fil-proċess ta' standardizzazzjoni għall-pagamenti bl-internet (pagamenti elettroniċi) imwettqa mill-Kunsill Ewropew tal-Pagamenti (EPC);
20. Jinnota li bażikament it-tranżazzjonijiet ta’ pagament kollha fihom l-istess tip ta' data, u jenfasizza li għandu jkun hemm komunikazzjoni sikura tad-data għal kwalunkwe pagament li tippermetti pproċessar sħiħ minn tarf sa tarf f’ħin reali, jara l-vantaġġ li s-sistemi kollha jużaw l-istess format tal-messaġġ, u jfakkar li l-aktar għażla ovvja hija dik użata għat-trasferiment tal-kreditu u għad-debitu dirett kif iddefinit fl-Anness tar-Regolament tas-SEPA dwar id-Data tat-Tmiem (jiġifieri ISO XML 20022); jirrakkomanda li għandu jintuża l-istess format tal-messaġġ fil-komunikazzjoni tat-tranżazzjonijiet tad-data kollha mit-terminal sal-klijenti bl-inklużjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha;
21. Jenfasizza li, meta titqies il-fażi tal-iżvilupp tas-suq għall-pagamenti elettroniċi u bil-mowbajl li qed tikber b'rata mgħaġġla, li bħalissa madankollu hija immatura, l-impożizzjoni ta’ standards obbligatorji f'dawn l-oqsma ewlenin għat-titjib tas-suq uniku diġitali fl-Ewropa jimplika r-riskju ta' effetti negattivi għall-innovazzjoni, il-kompetizzjoni u t-tkabbir tas-suq;
22. Jinnota li skont id-dikjarazzjoni tal-feedback tal-Kummissjoni tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-Green Paper, l-implimentazzjoni tal-istandards żviluppati ta' spiss tirrappreżenta sfida kbira; jistieden lill-Kummissjoni tindaga l-possibilitajiet ta' mekkaniżmi ta' infurzar, bħall-istabbiliment tad-dati tat-tmiem tal-migrazzjoni;
23. Jinnota li t-tariffi għall-ġbid ta' flus kontanti mill-ATMs barra l-bank u l-iskema ta' kards ta’ utent ta’ servizz ta’ pagament (PSU) stess huma ta' spiss eċċessivi f'ħafna Stati Membri u għandhom ikunu bbażati skont l-ispejjeż mas-SEPA kollha;
24. Jenfasizza li kwalunkwe rekwiżit ta’ standardizzazzjoni u interoperabilità għandu jkun immirat lejn it-tisħiħ tal-kompetittività, it-trasparenza, in-natura innovattiva, is-sigurtà tal-pagament u tal-effikaċja tas-sistemi ta' pagament Ewropej, għall-vantaġġ tal-konsumaturi kollha u l-partijiet interessati kollha; jenfasizza li l-ebda rekwiżit ta’ standardizzazzjoni ma għandu jimponi ostakli permezz ta’ differenzi bla bżonn mas-suq globali; jemmen, barra minn hekk, li għandhom jiġu segwiti standards komuni anke fil-livell globali, b'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab ekonomiċi ewlenin tal-UE;
25. Jitlob lill-Kummissjoni tevalwa l-metodi possibbli biex tippromwovi operaturi ġodda fis-suq tal-kards, per eżempju billi jitqiesu infrastruttura ta' pagament komuni għat-transazzjonijiet kollha irrispettivament mill-fornitur tal-kard;
26. Jinnota li s-separazzjoni tal-infrastrutturi tal-pagament mill-iskemi ta' pagament tista’ żżid il-kompetizzjoni billi l-atturi ta’ daqs iżgħar ma jitħallewx barra minħabba limitazzjonijiet tekniċi; jenfasizza li l-fornituri tas-servizz ta' pagament (PSPs) għandhom ikunu liberi biex jagħżlu kwalunkwe kombinazzjoni ta' servizzi ta’ emissjoni u ta’ akkwiżizzjoni disponibbli fi ħdan l-iskemi ta' pagament fis-suq, u li l-infrastrutturi tal-pagament għandhom jipproċessaw b’mod newtrali tranżazzjonijiet ta' skemi differenti ta' pagament paralleli għal strumenti simili;
27. Jinnota li għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li kwalunkwe miżura bħal din tkun dejjem konformi mal-prinċipji ta' kompetizzjoni ħielsa u ġusta, u dħul u aċċess ħieles għas-suq, b'kunsiderazzjoni tal-innovazzjonijiet teknoloġiċi futuri f'dan is-settur, sabiex is-sistema tkun tista’ tadatta għal żviluppi futuri u tippromwovi u tiffaċilita b'mod konsistenti l-innovazzjoni u l-kompetittività;
Governanza
28. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi governanza aħjar tas-SEPA, li tkopri l-istruttura ta' organizzazzjoni relatata mal-iżvilupp tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizzi ta’ pagament u tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati, u filwaqt li jingħata lok li l-iżvilupp ta' standards tekniċi u ta’ sigurtà jiġu organizzati separatament b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata; jitlob rappreżentanza iktar ibbilanċjata tal-partijiet interessati kollha fl-iżvilupp ulterjuri ta’ standards komuni tekniċi u ta’ sigurtà għall-iskemi ta’ pagament; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twieġeb għat-talbiet preċedenti tiegħu għal riforma tal-governanza tas-SEPA biex b'hekk tiġi żgurata rappreżentanza aħjar tal-utenti tas-servizzi ta’ pagament fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fil-proċess tal-istabbiliment tal-istandards; jinnota li dawn il-partijiet interessati jistgħu jinkludu – iżda mhux neċessarjament ristretti għal – l-EPC, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, l-organizzazzjonijiet tal-kummerċjanti u l-katini kbar ta' bejgħ bl-imnut, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), il-Kummissjoni, esperti f’oqsma varji, fornituri ta’ servizzi ta’ pagament mhux bankarji, u l-kummerċ bil-mowbajl, l-internet u l-kards u operaturi ta' netwerks mobbli; jistieden lill-dawn il-partijiet interessati biex jadattaw il-ħidma tagħhom skont struttura ta’ governanza ġdida fejn il-Kunsill tas-SEPA jkollu rwol; iqis li l-Kunsill tas-SEPA għandu jiġi assistit minn kumitati tekniċi varji, jew “task forces” għal pagament elettroniku, m-payment, kards, flus kontanti u kwistjonijiet ta' standardizzazzjoni oħra, u minn gruppi ta' ħidma ad hoc; ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni, fid-dikjarazzjoni dwar il-governanza tas-SEPA dwar l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, biex toħroġ bi proposta qabel tmiem l-2012; jistieden lill-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni, bħall-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (Comité Européen de Normalisation, CEN) u l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSI), b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jieħdu rwol iżjed attiv fl-istandardizzazzjoni tal-pagamenti bil-kard;
29. Jirrikonoxxi f'dan ir-rigward li s-SEPA hija l-pedament għall-ħolqien ta' suq tal-pagamenti tal-UE integrat u għandha sservi bħala bażi għall-iżvilupp ta' dan is-suq u biex tagħmlu aktar innovattiv u kompetittiv;
30. Iqis li l-infurzar tar-regoli fil-pagamenti elettroniċi huwa ħafna drabi diffiċli, mhux adegwat u differenti madwar l-Ewropa, u li għandhom isiru sforzi aktar b'saħħithom biex jiġi żgurat infurzar xieraq u uniformi tar-regoli;
31. Jafferma li approċċ awtoregolatorju mhuwiex biżżejjed; iqis li l-Kummissjoni u l-BĊE, b’kooperazzjoni mal-Istat Membri, għandhom jieħdu rwol aktar attiv u mexxej, u li l-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur, għandhom jiġu involuti u kkonsultati b’mod xieraq fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
32. Iqis li x'aktarx se jkun hemm żieda fl-għadd ta' kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom huma effettivament dipendenti fuq il-kapaċità li jaċċettaw pagamenti bil-kard; iqis li huwa fl-interess pubbliku li jiġu ddefiniti regoli oġġettivi li jiddeskrivu ċ-ċirkustanzi u l-proċeduri li bihom l-iskemi ta’ pagament bil-kard jistgħu jirrifjutaw b’mod unilaterali l-aċċettazzjoni;
33. Iqis li huwa ta' importanti li tissaħħaħ il-governanza tas-SEPA u li l-Kunsill imġedded tas-SEPA jingħata rwol iktar b'saħħtu, u li dan il-korp governattiv ġdid għandu jikkonsisti minn rappreżentanti tal-partijiet interessati rilevanti ewlenin u għandu jiġi stabbilit b'mod li jipprovdi għal kontroll demokratiku permezz tal-Kummissjoni u awtoritajiet oħra tal-UE; jipproponi li Kunsill imġedded tas-SEPA għandu jmexxi l-ħidma, jidentifika skeda ta' żmien u pjan ta' ħidma, jiddeċiedi dwar il-prijoritajiet u l-kwistjonijiet ewlenin, u b'hekk jagħmel xogħol ta’ arbitraġġ bejn il-partijiet interessati f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil; jenfasizza li l-kontroll demokratiku għandu jiġi żgurat permezz tal-Kummissjoni, bil-BĊE u l-ABE li jkollhom rwol prominenti;
34. Jilqa' l-konsultazzjoni li qed issir mill-Kummissjoni flimkien mal-partijiet interessati bħala parti mill-Green Paper dwar is-suġġett tal-governanza tas-SEPA, skont il-premessa 5 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, u jistenna bil-ħerqa l-proposta li beħsiebha tressaq il-Kummissjoni dwar is-suġġett fl-aħħar ta' din is-sena; jenfasizza li l-prijorità immedjata tal-partijiet interessati kollha tas-SEPA għandha tkun il-preparazzjoni għal migrazzjoni tas-SEPA skont il-kundizzjonijiet stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 260/2012, sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr ostakli mill-użu ta' skemi nazzjonali ta’ pagamenti għal dawk pan-Ewropej;
Akkwisti transkonfinali
35. Jinnota li l-istandardizzazzjoni u l-allinjament ulterjuri tal-prattiki, biex jingħelbu l-ostakoli tekniċi u rekwiżiti nazzjonali ta’ ħlas u kklerjar, jikkontribwixxi għall-promozzjoni ulterjuri tal-akkwsit transkonfinali, arranġament li jżid il-kompetizzjoni u għaldaqstant l-għażliet disponibbli għall-kummerċjanti, u jista’ jirriżulta f'metodi ta’ pagament iktar kosteffiċjenti għall-klijenti; jemmen li l-kummerċjanti għandhom jiġu infurmati aħjar dwar il-possibilitajiet ta' akkwist transkonfinali;
36. Iħeġġeġ li għandhom jinstabu soluzzjonijiet sabiex jiġi ffaċilitat aktar l-akkwist transkonfinali, fid-dawl tal-vantaġġi tiegħu għas-suq intern; jesprimi tħassib dwar l-ostakoli nazzjonali, legali u tekniċi eżistenti, bħama huma ċerti termini ta’ għoti ta’ liċenzji, li għandhom jitneħħew sabiex akkwirent kompatibbli mas-SEPA mhux domestiku ma jiġix trattat b'mod differenti minn akkwirent domestiku f'dak il-pajjiż;
37. Jenfasizza li ma għandu jkun hemm ebda differenza kbira bejn leġiżlazzjonijiet ta' kontijiet ta' pagament varji, u li min iħallas għandu jkun jista’ jagħmel trasferiment ta' fondi bl-internet jew bil-mowbajl lil kwalunkwe riċevitur li l-kont tiegħu ikun jinsab fi kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja konnessa mas-SEPA;
38. Jenfasizza lil l-PSPs kollha awtorizzati għandu jkollhom l-istess dritt ta' aċċess għall-faċilitajiet ta’ kklerjar u ta’ ħlas, jekk ikollhom proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju adegwati, jekk jissodisfaw ħtiġijiet tekniċi minimi u jekk jitqiesu bħala stabbli biżżejjed li ma jippreżentaw l-ebda riskju, jiġifieri jekk bażikament ikunu suġġetti għall-istess rekwiżiti rilevanti bħall-banek;
39. Ifakka, li skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dwar il-“kawża tal-Mastercard” tal-24 ta' Mejju 2012, l-MIF tista' tkun ikkunsidrata bħala antikompetittiva u jitlob lill-Kummissjoni tipproponi kif din id-deċiżjoni għandha tiġi kkunsidrata fir-regolazzjoni tal-mudelli kummerċjali tal-pagament bil-kards, bil-mowbajl u bl-internet.
40. Jinnota li d-dħul tal-MIF f’ħafna każijiet ikun relattivament għoli wisq apparagun tal-ispejjeż li għandu jkopri; jinnota li jista’ jkun hemm bżonn li jiġu bbilanċjati tariffi ta' pagament differenti biex jiġi żgurat li prattiki ta' sussidji trasversali ma jippromwovux għażliet ta' strumenti ineffiċjenti, u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura permezz ta’ regolament li l-MIFs ma jgħawġux il-kompetizzjoni billi jinħolqu ostakli għall-innovazzjoni u għal min ikun daħal ġdid fis-suq; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt, sal-aħħar tal-2012, dwar i‐possibilitajiet differenti; jenfasizza li ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali huma meħtieġa fir-rigward tal-MIFs;
41. Jinnota li wara perjodu tranżizzjonali, persuna li tkun ġejja minn kwalunkwe Stat Membru għandu jkollha kard ta' pagament kompatibbli mas-SEPA aċċettata f’kull terminal ta’ pagament fis-SEPA, u li l-pagament għandu jgħaddi b'mod sikur; jinnota li dan ir-rekwiżit jista' jimplika li l-MIFs għandhom bżonn jiġu regolati biex jaqgħu taħt livell limitu, u jinsisti li dan ma għandu jirriżulta f'żieda ta' MIFs fl-ebda Stat Membru iżda pjuttost għandu jirriżulta fi tnaqqis u, forsi, fi tnaqqis gradwali għal żero f’xi stadju aktar 'il quddiem.
42. Iqis li akkwisti transkonfinali u ċentrali għandhom jissaħħu u li kwalunkwe ostaklu tekniku jew legali għandu jitneħħa, peress li dan jgħin biex jitnaqqsu l-livelli tal-MIFs u tat-tariffi merkantili;
43. Iqis li l-MIFs għandhom jiġu regolati fil-livell Ewropew, bl-għan li jiġi żgurat aċċess iktar faċli għall-atturi ġodda fis-suq fir-rigward tal-akkwist transkonfinali, biex b’hekk in-negozjanti jiġu pprovduti b'għażla reali dwar f’liema skemi ta’ pagament jixtiequ jingħaqdu magħhom; jinnota li jekk il-proposta leġiżlattiva ġdida tipprovdi għal tariffi, għandha tiġi żgurata trasparenza sħiħa fir-rigward tal-elementi li jikkostitwixxu r-rati tagħhom; ifakkar li l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 li jistabilixxi rekwiżiti tekniċi u kummerċjali għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro jipprovdi l-ebda MIF għal kull tranżazzjoni ma tista' tiġi applikata wara l-1 ta' Frar 2017; jitlob l-istess approċċ għall-pagamenti bil-kard;
44. Iqis li l-mudell kummerċjali għall-iskemi ta’ pagament bi tliet partijiet u mħallta jista’ jqajjem tħassib ta' kompetizzjoni simili għal dawk tal-iskemi b'erba' partijiet; jemmen, għalhekk, li l-iskemi tal-kards kollha - kemm jekk huma skemi b'erba' partijiet, bi tliet partijiet jew imħallta u kwalunkwe żieda ġdida fis-suq - għandhom jiġu trattati b’mod ugwali sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali u għat-trawwim tal-kompetizzjoni u t-trasparenza għall-konsumaturi u l-kummerċjanti;
Co-badging
45. Jinnota li l-co-badging, li fih ikunu daħlu volontarjament is-sistemi ta' pagament involuti, jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi, peress li jirriżulta f’inqas kards fil-bwiet tal-konsumaturi, u jista’ jiffaċilita l-aċċess ta' skemi domestiċi nazzjonali għas-suq iktar wiesa' tas-SEPA, li jinkoraġġixxi l-kompetizzjoni; jinnota, madankollu, li l-co-badging ma għandhux jintuża bħala mezz biex wieħed idur ma’ skemi domestiċi permezz tal-użu deċiż minn qabel ta’ marka domestika;
46. Jenfasizza li l-klijenti detenturi tal-kards għandu jkollhom il-libertà biex jagħżlu liema mill-alternattivi tal-co-badging ipprovduti huma attivati fuq il-kards speċifiċi tagħhom, u jinsisti li l-kummerċjanti għandu jkollhom id-dritt li jagħżlu liema alternattivi tal-co-badging lesti jaċċettaw, u li, f'kull sitwazzjoni ta' pagament speċifika, l-klijenti detenturi ta’ kard għandu jkollhom id-dritt li jagħżlu il-co-badging alternattiva preferita tagħhom fost dawk aċċettati mill-kummerċjant; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjonijiet li jinkoraġġixxu l-co-badging ta' aktar minn skema waħda konformi mas-SEPA; jemmen li għandha tingħata kunsiderazzjoni bir-reqqa lill-kwistjonijiet bħall-kompatibilità ta' proċeduri ta' ġestjoni, l-interoperabilità teknika u r-responsabilità għall-vulnerabilitajiet ta' sigurtà;
47. Iqis li l-co-badging għandha tkun introdotta flimkien ma’ informazzjoni xierqa għall-konsumaturi, li sservi biex ikunu mħarsa mir-riskju li jidħlu f'sitwazzjonijiet li jqarrqu; jenfasizza li għandu jkun hemm ċarezza għall-partijiet kollha rigward min huwa responsabbli għall-protezzjoni u l-kunfidenzjalità tad-data tad-detentur tal-kard u d-data tal-kummerċjant, u min huwa responsabbli għall-istrumenti ta' pagament co-branded;
Imposti
48. Jemmen li imposti, skontijiet u prattiki oħra li jmexxu lill-konsumatur, bil-mod li jiġu applikati normalment, spiss ikunu ta’ dannu għall-utenti finali ta' servizzi ta' pagament; jinnota li imposta bbażata unikament fuq l-għażla tal-pagament magħmula minn klijent taf tkun arbitratja u tista' tkun abbużata biex isir dħul addizzjonali pjuttost milli jiġu koperti l-ispejjeż; jikkunsidra li jkun importanti li jiġu projbiti l-possibilitajiet ta' imposti eċċessivi fir-rigward tat-tariffa kummerċjali ta' tranżazzjoni individwali, u biex jiġu kontrollati l-iskontijiet u l-prattiki simili li jmexxu lill-konsumatur fil-livell tal-UE; jenfasizza, għalhekk, li in-negozjanti għandhom jaċċettaw strument ta' pagament ta' użu komuni wieħed mingħajr ebda imposta (kard ta’ debitu konformi mas-SEPA, pagament elettroniku), u li kwalunkwe imposta fuq strumenti oħrajn fl-ebda mument ma tista’ taqbeż l-ispejjeż diretti addizzjonali ta' dawk l-istrumenti apparagun tal-istrument aċċettat mingħajr imposta;
49. Jenfasizza l-ħtieġa ta' trasparenza akbar u informazzjoni aħjar għall-konsumaturi dwar l-imposti u t-tariffi addizzjonali għad-diversi metodi ta' ħlas, minħabba l-fatt li l-kummerċjanti ġeneralment jinkludu l-ispejjeż ta' tranżazzjoni fil-prezz tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, bil-konsegwenza li l-konsumaturi ma jkunux informati sew minn qabel dwar l-ispiża totali, u b'hekk iħallsu aktar għax-xirjiet tagħhom, u din hija ċirkostanza li ddgħajjef il-fiduċja tal-konsumaturi;
50. Jinnota li imposta bbażata unikament fuq l-għażla tal-pagament magħmula minn klijent taf tkun arbitratja, tista' tkun abbużata biex isir dħul addizzjonali minflok ma jiġu koperti l-ispejjeż, u, kollox ma' kollox, mhijiex ta' benefiċċju għall-iżvilupp tas-suq uniku minħabba li xxekkel il-kompetizzjoni u żżid il-frammentazzjoni fis-suq u l-konfużjoni għall-konsumatur;
51. Jinnota li l-limitar tal-imposti għall-ispiża diretta tal-użu ta’ strument ta’ pagament hija possibilità waħda, kif inhi possibilità wkoll li jkun hemm projbizzjoni fuq l-imposti madwar l-UE kollha; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar il-projbizzjoni tal-possibilitajiet ta’ imposti eċċessivi fir-rigward tat-tariffa merkantili kif ukoll dwar projbizzjoni ta’ imposta madwar l-Ewropa kollha, fid-dawl tal-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur 2011/83/UE;
Sigurtà tal-pagamenti
52. Jenfasizza li sabiex jiġi żviluppat bis-sħiħ il-potenzjali tal-pagamenti elettroniċi, huwa essenzjali li tiġi żgurata l-fiduċja tal-konsumatur, li u mbagħad tirrikjedi livell għoli ta' sigurtà għas-salvagwardja kontra riskji ta’ frodi u sabiex tiġi protetta d-data sensittiva u personali tal-konsumaturi;
53. Jenfasizza li l-privatezza tal-konsumatur għandha tkun protetta b’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali, u li kull parti fil-katina tal-pagament għandu jkollha aċċess biss għal data rilevanti għall-ipproċessar tagħha u l-bqija jkun ikkriptat u konsegwentement maqbuż;
54. Iqis li r-rekwiżiti minimi ta' sigurtà għall-pagamenti bl-internet, bil-kard u bil-mowbajl għandhom ikunu l-istess fl-Istati Membri kollha, u li għandu jkun hemm korp ta' tmexxija komuni li jistabilixxi r-rekwiżiti; jinnota li s-soluzzjonijiet ta’ standardizzazzjoni tas-sigurtà jissimplifikaw l-informazzjoni tal-klijenti u b’hekk il-mod li bih il-klijenti jadattaw għall-arranġamenti ta’ sigurtà, u li jnaqqsu wkoll l-ispejjeż fi ħdan il-PSPs; jissuġġerixxi, għalhekk, li l-PSPs kollha għandhom ikunu meħtieġa jżmommu soluzzjonijiet komuni ta’ sigurtà minimi, li, filwaqt li jistgħu jiġu mtejba mill-PSPs, m’għandhomx isiru ostakli għall-kompetizzjoni;
55. Ifakkar li r-responsabbiltà finali għall-miżuri ta' sigurtà relatati ma’ metodi differenti ta’ pagament ma tistax tkun tal-konsumaturi, huma għandhom ikunu infurmati dwar il-prekawzjonijiet ta’ sigurtà, u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu responsabbli għall-ispejjeż tal-frodi, sakemm ma jkunux ikkawżati mill-klijent “jekk hu jkun ġarrabhom b'aġir frodulenti jew billi jkun naqas milli jissodisfa obbligu jew obbligi skont l-Artikolu 56 b'intenzjoni jew bi traskuraġni serja”; jikkunsidra, għalhekk, li l-kampanji ta’ informazzjoni pubbliċi għandhom ikunu inkoraġġuti bl-għan li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u l-għarfien pubbliku b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà diġitali; jistieden lill-Kummissjoni biex meta tiżviluppa strateġija u strumenti għall-integrazzjonti tas-swieq tal-pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl tikkunsidra l-istandards u r-rakkomandazzjonijiet tal-KEPD rigward it-trasparenza, l-identifikazzjoni tal-kontrollur/il-persuna responsabbli għall-ipproċessar, il-proporzjonalità u d-drittijiet tas-suġġett tad-data; iqis li huwa importanti li każijiet kollha ta' frodi fil-pagamenti fis-SEPA jiġu rappurtati f'sit iċċentralizzat għall-monitoraġġ, għall-istatistika u għall-evalwazzjoni, sabiex wieħed jirrispondi malajr għat-theddid ġdid ta' sigurtà, u li l-iżviluppi ewlenin għandhom isiru pubbliċi; jitlob lill-Kummissjoni testendi l-kunċett tal-privatezza “privacy by design” lil hinn minn mekkaniżmi ta’ awtentifikazzjoni u s-salvagwardji ta' sigurtà sabiex tiżgura l-minimizzazzjoni tad-data, biex timplementa privatezza permezz ta’ settings automatiċi, biex tillimita l-aċċess għal informazzjoni ta’ individwi għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġi pprovdut servizz, u biex timplimenta għodod li jgħinu lill-utenti biex jipproteġu aħjar id-data personali tagħhom;
56. Iqis li s-sigurtà tal-pagamenti bil-kard wiċċ imb'wiċċ diġà hija għolja b’mod ġenerali u l-bidla gradwali mill-kards manjetiċi għall-kards biċ-ċippa, li għandha titlesta b’mod rapidu, se ttejjeb aktar u aktar il-livell ta’ sigurtà; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà assoċjati ma’ forom oħra ta' pagament bil-kard, u dwar il-fatt li ċerti implimentazzjonijiet EMV Ewropej jistgħu ma jkunux konsistenti għalkollox, u jitlob sforzi biex din is-sitwazzjoni mhux mixtieqa tiġi rrimedjata, u jfakkar li huma meħtieġa wkoll soluzzjonijiet imtejba għal remote payments bil-kard ibbażati fuq netwerk; jistieden lill-Kummissjoni tiġbor data indipendenti dwar frodi f’ pagamenti fuq l-internet u biex fil-proposta leġiżlattiva tagħha tintegra dispożizzjonijiet xierqa kontra l-frodi;
57. Jemmen li l-forniment lil partijiet terzi ta’ data dwar id-disponibbiltà ta’ fondi f’kontijiet bankarji jinvolvi riskji; jinnota li wieħed mir-riskji huwa li l-konsumaturi jistgħu ma jkunux konxji għal kollox dwar min għandu aċċess għall-informazzjoni dwar il-kont tagħhom, fil-kunstest ta' liema qafas legali, u liema operatur huwa responsabbli għas-servizzi ta’ pagament li l-konsumatur qiegħed juża; jenfasizza li l-protezzjoni tad-data ma għandha tkun kompromessa fl-ebda stadju;
58. Jenfasizza li l-iżviluppi regolatorji u tekniċi jistgħu jnaqqsu dawn ir-riskji għas-sigurtà u jistgħħu jagħmlu l-pagamenti permezz ta’ PSPs mhux bankarji sikuri daqs pagamenti diretti mill-kontijiet bankarji protetti sew, sakemm ikunu disponibbli sistemi siguri fil-prattika u l-leġittimità ta' tali aċċess, u l-organizzazzjonijiet li jitolbu dan l-aċċess ikunu definiti b'mod ċar;
59. Għalhekk, ma jissapportjax l-aċċess ta’ partijiet terzi għall-informazzjoni tal-kont bankarju tal-klijent sakemm is-sistema ma tkunx qed tidher sigura u ġiet ittestjata bir-reqqa; jinnota li, fi kwalunkwe regolament, l-aċċess minn partijiet terzi għandu jkun limitat għal informazzjoni binarja ('iva–le') dwar id-disponibilità tal-fondi, u li għandha tingħata attenzjoni speċjali għas-sigurtà, il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet tal-konsumatur; iqis, b’mod partikolari, li għandu jkun speċifikat b’mod ċar liema partijiet jista’ jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni b’bażi nondiskriminatorja, u skont liema kundizzjonijiet tista’ tinħażen id-data, u li dawn id-dispożizzjonijiet iridu jkunu suġġetti għal relazzjoni kuntrattwali bejn l-entitajiet involuti; jenfasizza li għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn aċċess għal informazzjoni dwar id-disponibilità tal-fondi għal tranżazzjoni partikolari u aċċess għal informazzjoni ta' kont ta’ klijent b'mod ġenerali meta jiġi stabbilit qafas regolatorju għal aċċess għal terza parti; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-protezzjoni tad-data personali billi tipproponi, wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, regolament ċar dwar liema rwol kull attur għandu fil-ġbir ta’ data u għal liema skop, u definizzjoni ċara tal-atturi responsabbli għall-ġbir, l-ipproċessar u ż-żamma tad-data; iżid li l-utenti tal-kards għandu jkollhom il-possibilità li jkollhom aċċess għad-data personali tagħhom u jirrettifikawha, f'kuntest transkonfinali kumpless; jirriżultalu li r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data għandhom ikunu implimentati skont il-prinċipju ta' “privacy by design” jew b’mod awtometiku u li n-negozji jew il-konsumaturi ma għandhomx iġorru r-responsabilità biex jipproteġu d-data tagħhom;
60. Jemmen li d-drittijiet ta' ħlas lura lill-konsumaturi għandhom jissaħħu, kemm fil-każ ta' pagamenti mhux awtorizzati kif ukoll fil-każ ta' oġġetti jew servizzi mhux ikkonsenjati (jew mhux ikkonsenjati kif imwiegħed), u li sistemi ta' rimedju kollettiv u sistemi alternattivi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim effikaċi huma għodda indispensabbli għall-ħarsien tal-konsumaturi, anke fil-qasam tal-pagamenti elettroniċi;
61. Jinnota li waqt li t-theddid għas-sigurtà jkompli jiżdied jeżisti rwol ukoll għas-CEN u għall-ETSI biex ikunu involuti b’mod attiv fl-iżvilupp tal-istandards ta' sigurtà;
62. Jinnota li f'sistemi ta' pagament fejn wieħed jew aktar mill-parteċipanti huma fi Stati Membri differenti, il-Kummissjoni mistennija tagħmel proposta ta’ kjarifika dwar liema qrati jew liema ftehim ta' tilwim barra mill-qorti għandhom jintużaw għal kwalunkwe tilwima, u li l-konsumaturi għandhom aċċess u użu faċli ta' dawn l-entitajiet ta' riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim.
o o o
63. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Parlamenti Nazzjonali.
– wara li kkunsidra l-Proposti u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Settembru 2012 għal Unjoni Bankarja,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-G20 tat-18 ta’ Ġunju 2012 li jitolbu għat-tlestija tax-xogħol fuq l-ibbankjar parallel sabiex tinkiseb implimentazzjoni sħiħa tar-riformi,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2011 dwar “il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu’(1),
– wara li kkunsidra r-rapport interim tal-linja ta’ ħidma mnedija mill-FSB dwar self ta’ repos u titoli li ġie ppubblikat fis-27 ta' April 2012, u r-rapport ta' konsultazzjoni dwar il-Fondi tas-Suq tal-Flus (MMF) li ġie ppubblikat mill-IOSCO fl-istess data,
– wara li kkunsidra l-Occasional Paper (Nru 133) tal-BĊE dwar l-ibbankjar parallel fiż-żona tal-euro, li nħarġet fit-30 ta’ April 2012,
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-ibbankjar parallel (COM(2012)0102),
– wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2012 bit-titolu “Regoli Dwar il-Prodotti, Ġestjoni tal-Likwidità, Depożitarju, Fondi tas-Suq tal-Flus u Investimenti fit-Tul Għal UCITs’,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-FSB li ġie ppubblikat fis-27 ta’ Ottubru 2011 dwar it-tisħiħ tas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni tal-ibbankjar parallel, bħala tweġiba għall-istedina tal-G20 ta’ Seoul fl-2010 u ta’ Cannes fl-2011,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0354/2012),
A. billi l-kunċett tas-sistema tal-ibbankjar parallel kif definit mill-FSB jkopri s-sistema ta’ intermedjazzjoni ta’ kreditu li tinvolvi entitajiet u attivitajiet barra s-sistema bankarja regolari;
B. billi l-entitajiet regolati fis-sistema tal-ibbankjar regolari jieħdu sehem b’mod estensiv f’dawk l-attivitajiet definiti bħala parti mis-sistema tal-ibbankjar parallel, u f’ħafna modi huma interkonnessi mal-entitajiet tal-ibbankjar parallel;
C. billi proporzjon kunsiderevoli tal-attività tal-ibbankjar parallel għandu sieq waħda fis-settur tal-ibbankjar regolat u billi dik is-sieq jeħtieġ li tiġi inkluża bis-sħiħ fil-qafas regolatorju eżistenti;
D. billi xi elementi li jaqgħu taħt it-terminu bbankjar parallel huma vitali għall-iffinanzjar tal-ekonomija reali u għandha tingħata attenzjoni xierqa meta jkun qed jiġi ddefinit l-ambitu ta’ kwalunkwe miżura regolatorja ġdida jew estensjoni ta’ waħda eżistenti;
E. billi f’xi każijiet ibbankjar parallel ġeneralment iżomm is-settur bankarju separat mir-riskji u għalhekk lil hinn mill-kontribwenti potenzjali jew l-impatt sistemiku; billi, madankollu, fehim iżjed sħiħ tal-operazzjonijiet bankarji paralleli u l-konnessjonijiet tagħhom ma’ istituzzjonijiet finanzjarji u regolamentazzjoni sabiex jiġu pprovduti t-trasparenza, it-tnaqqis tar-riskju sistemiku u l-eliminazzjoni ta’ kwalunkwe prattika mhux xierqa huma parti neċessarja mill-istabbiltà finanzjarja;
F. billi, sabiex jinxteħet dawl fuq l-ibbankjar parallel huwa meħtieġ li kwalunkwe regolamentazzjoni tindirizza bis-sħiħ il-kwistjonijiet tar-riżolvibilità, il-kumplessità u l-opaċità tal-attivitajiet finanzjarji li jappartjenu għalih, b’mod partikolari f’sitwazzjonui ta’ kriżi;
G. billi, skont il-kalkoli tal-FSB, id-daqs tas-sistema bankarja parallela globali kien ta’ madwar EUR 51 triljun fl-2011, hekk kif kiber minn EUR 21 triljun fl-2002; billi dan jirrappreżenta bejn 25 u 30 % tat-total tas-sistema finanzjarja u nofs l-assi totali tal-banek;
H. billi minkejja ċerti effetti pożittivi potenzjali, bħall-effiċjenza miżjuda tas-sistema finanzjarja, diversità akbar tal-prodotti u kompetizzjoni ikbar, l-ibbankjar parallel ġie identifikat bħala wieħed r-raġunijiet jew fatturi li jikkontrobwixxu għall-kriżi finanzjarja, u jistgħu jheddu l-istabbilità tas-sistema finanzjarja; billi l-FSB jitlob għal sorveljanza msaħħa għall-estensjoni tas-sistema bankarja “parallela’, li i) iqajjem tħassib dwar ir-riskju sistemiku li jista’ jirriżulta, speċjalment permezz ta’ trasformazzjoni tal-maturità/tal-likwidità, ingranaġġ u n-nuqqas tat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu, u ii) it-tħassib relatat mal-arbitraġġ regolatorju;
I. billi proposti dwar l-ibbankjar parallel u dwar l-istruttura tal-fergħat tal-livell tal-konsumatur u tal-investiment tal-kredituri jirrappreżentaw elementi importanti għall-implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjoni tal-G20 tal-2008, biex jiġi rregolat kull prodott u kull attur; billi l-Kummissjoni għandha teżamina dan il-qasam b’aktar ħeffa u b'mod aktar kritiku;
J. billi l-ibbankjar parallel bħala fenomenu globali jitlob approċċ regolatorju globali koerenti, li huwa bbażat fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-FSB (li se jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin), li għandhom jiġu kkumplimentati minn dawn ta’ kwalunkwe korp regolatorju nazzjonali jew supranazzjonali rilevanti;
A.Definizzjoni tal-ibbankjar parallel
1. Jilqa’ l-Green Paper tal-Kummissjoni bħala l-ewwel pass lejn monitoraġġ u sorveljanza aktar stretti tal-ibbankjar parallel; japprova l-approċċ tal-Kummissjoni li huwa bbażat fuq regolamentazzjoni indiretta u l-estensjoni jew ir-reviżjoni xierqa tar-regolamentazzjoni eżistenti tal-ibbankjar parallel; fl-istess ħin, jenfasizza l-ħtieġa għal regolamentazzjoni diretta fejn xi aspetti tagħha jkunu insuffiċjenti f’termini funzjonali waqt li tiġi evitata s-sovrapożizzjoni u tiġi żgurata l-konsistenza mar-regolamenti eżistenti; jitlob li jkun hemm approċċ ħolistiku għall-ibbankjar parallel, fejn kemm l-aspett prudenzjali kif ukoll dak tal-kondotta tas-suq huma importanti; jinnota spustament li dejjem qed jikber lejn il-finanzjament ibbażat fuq is-suq u l-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti finanzjarji kumplessi ħafna; jenfasizzaq, għalhekk, li l-kondotta tas-suq u l-ħarsien tal-konsumaturi għandhom jiġu kkunsidrati;
2. Jenfasizza l-fatt li kwalunkwe tisħiħ tar-regolamentazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu, tad-ditti ta’ investiment u tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni neċessarjament se jipprovdi inċentivi sabiex l-attivitajiet jittieħdu ’l barra mill-ambitu tal-leġiżlazzjoni settorjali eżistenti; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jittejbu l-proċeduri għar-reviżjoni sistematika u preventiva tal-impatt possibbli fis-settur finanzjarju fuq il-fluss tar-riskju u l-kapital minn entitajiet finanzjarji inqas regolati jew mhux regolati tat-tibdil tal-leġiżlazzjoni fis-settur finanzjarju, li jitkabbar ir-reġim regolatorji kif xieraq sabiex jiġi evitat l-arbitraġġ;
3. Jaqbel mad-definizzjoni tal-FSB tas-sistema tal-ibbankjar parallel bħala “sistema ta’ intermedjarji, strumenti, entitajiet jew kuntratti finanzjarji li jiġġeneraw taħlita ta’ funzjonijiet bħal tal-banek iżda barra mill-perimetru regolatorju jew taħt sistema regolatorja ħafifa jew li tindirizza kwistjonijiet li mhumiex relatati ma’ riskji sistemiċi, u mingħajr aċċess garantit għall-faċilità tal-likwidità ta’ bank ċentrali jew għal garanziji ta’ kreditu tas-settur pubbliku’; jindika li, kuntrarjament għas-suġġeriment tat-terminu, l-ibbankjar parallel mhuwiex neċessarjament parti mhux regolamentata jew illegali tas-settur finanzjarju; jenfasizza l-isfida involuta fl-implimentazzjoni ta’ din id-definizzjoni f’kuntest ta’ monitoraġġ, regolatorju u ta’ sorveljanza, billi titqies ukoll l-opaċità kontinwa, in-nuqqas ta’ dejta u fehim ta’ din is-sistema;
B.Immappjar tad-dejta u analiżi
4. Jinnota li mill-kriżi ’l hawn ftit biss mill-prattiki tal-ibbankjar parallel spiċċaw; jinnota, madankollu, li n-natura innovattiva tas-sistema bankarja parallela tista’ twassal għal żviluppi ġodda li jistgħu jkunu sors ta’ riskju sistemiku, li għandu jiġi indirizzat; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li fil-livell Ewropew u globali tinġabar dejta aktar u aħjar dwar tranżazzjonijiet bankarji paralleli, parteċipanti tas-suq, flussi u interkonnessjonijiet finanzjarji, sabiex tinkiseb perspettiva sħiħa tas-settur;
5. Jemmen li kooperazzjoni internazzjonali mill-qrib u l-ġbir flimkien tal-isforzi fuq livell globali huma assolutament vitali sabiex tinkiseb perspettiva ħolistika tas-sistema bankarja parallela;
6. Jemmen li perspettiva aktar kompluta u monitoraġġ u analiżi aħjar għandhom jippermettu l-identifikazzjoni kemm tal-aspetti tas-sistema bankarja parallela li huma ta’ ġid għall-ekonomija reali kif ukoll ta' dawk li jqajmu tħassib marbut mar-riskju sistemiku jew l-arbitraġġ regolatorju; jenfasizza l-ħtieġa għal proċeduri aktar b’saħħithom ta’ valutazzjoni tar-riskju, żvelar u superviżjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet kollha li jkollhom profil ta’ riskju kkonċentrat b’rilevanza sistemika; ifakkar fl-impenji li saru mis-summit tal-G20 ġewwa Los Cabos biex jiżviluppaw sistema ta’ identifikatur internazzjonali għall-entitajiet legali u jenfasizza l-ħtieġa fi ħdan il-governanza tagħhom rappreżentanza adegwata tal-interessi Ewropej;
7. Jinnota li huwa meħtieġ li s-superviżuri jkollhom għarfien tal-livell, tal-inqas f’termini aggregati, tal-ftehimiet ta’ xiri mill-ġdid, tal-garanziji ta’ self u kull forma ta’ ingombru jew ftehimiet ta’ restituzzjoni (“claw-back’) tal-istituzzjonijiet; jinnota wkoll, li sabiex jindirizza dan ir-rapport tal-Kumitat dwar l-affarijiet Ekonomiċi u Monetarji dwar is-CRD IV, li attwalment qed jiġi nnegaozjat mal-Kunsill, qed jitlob li din l-informazzjoni tiġi rrapurtata lil repożitorju tal-kummerċ jew Depożitorju Ċentrali tat-Titoli sabiex jippermetti l-aċċess, fost oħrajn, għall-ABE, l-AETS, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, il-BERS u l-banek ċentrali rilevanti u s-SEBĊ: jindika wkoll li dan ir-rapport jitlob li l-ftehimiet ta’ restituzzjoni (”claw-back’) jitqiesu bħal li kieku ma jkollhomx effett legali fil-proċeduri ta’ likwidazzjoni;
8. Jappoġġja l-ħolqien u l-ġestjoni, possibbilment mill-BĊE, ta’ bażi tad-dejta ċentrali tal-UE dwar tranżazzjonijiet ta’ repos f'euro alimentata minn infrastrutturi u banek kustodji sal-punt li fih jinternalizzaw is-soluzzjoni tar-repos fir-reġistri tagħhom stess; jemmen, madankollu, li bażi tad-dejta bħal din għandha tkopri tranżazzjonijiet fid-denominazzjonijiet tal-valuti kollha sabiex is-superviżuri jkollhom stampa u fehim sħaħ tas-suq globali tar-repos; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tadotta malajr (fil-bidu tal-2013) approċċ koerenti għall-ġbir ċentrali tad-dejta, billi tidentifika n-nuqqassijiet fid-dejta u tgħaqqad l-isforzi min-naħa ta’ inizjattivi eżistenti minn korpi u awtoritajiet nazzjonali oħra, b’mod partikolari repożitorji tad-dejta stabbiliti mir-Regolament EMIR; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq rapport (sa nofs l-2013) li jkopri, iżda li ma jkunx limitat għal, l-infrastruttura istituzzjonali meħtieġa (pereżempju BĊE, BERS, reġistru ċentrali indipendenti), il-kontenut u l-frekwenza tal-istħarriġ tad-dejta, b’mod partikolari dwar it-tranżazzjonijiet ta’ repos f’euro u t-trasferimenti tar-riskji finanzjarji, u l-livell tar-riżorsi meħtieġa;
9. Iqis li minkejja l-ammont sostanzjali ta’ dejta u informazzjoni meħtieġa mis-CRD taħt l-obbligu tar-rappurtar ta’ repos il-Kummissjoni għandha tinvestiga d-disponibbiltà, l-opportunità u l-kompletezza tad-dejta għal finijiet ta’ mmappjar u monitoraġġ;
10. Jilqa’ l-iżvilupp ta’ Identifikatur ta’ Entitajiet Legali (LEI), u permezz taż-żieda tal-utilità tiegħu. għandhom jiġu żviluppati standards komuni simili b’relazzjoni mar-rappurtar tar-repos u t-titoli għall-kopertura tal-prinċipal, ir-rata tal-interessi, il-kollaterali, it-telf impost, in-natura, il-kontrapartijiet u aspetti oħra, li jgħinu l-formazzjoni ta’ aggregati;
11. Jenfasizza li sabiex ikun hemm approċċ konġunt globali għar-regolaturi sabiex janalizzaw id-dejta u jkunu jistgħu jaqsmu dan ma’ xulxin sabiex jieħdu azzjoni fejn ikun meħtieġ għall-prevenzjoni taż-żieda tar-riskju sistemiku u l-protezzjoni tal-istabbiltà finanzjarja, huwa essenzjali li jkun hemm formats ta’ rappurtar komuni bbażati fuq standards ta’ industrija miftuħa;
12. Jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li tinkiseb perspettiva aktar kompluta tat-trasferimenti tar-riskju minn istituzzjonijiet finanzjarji, inklużi, iżda mhux limitati għat-trasferimenti effettwati permezz ta’ tranżazzjonijiet tad-derivati, li d-dejta għalihom se tiġi pprovduta taħt EMIR u MIFID/MIFIR, sabiex jiġi determinat min xtara xiex mingħand min u kif ir-riskji trasferiti jiġu appoġġjati; jenfasizza li l-għan għandu jkun l-ilħuq tal-immappjar tat-tranżazzjonijiet f’ħin reali fis-servizzi finanzjarji kollha u li dan jiġi appoġġjat u jkun jista’ jiġi awtomatizzat permezz ta’ indentifikaturi standardizzati tal-messaġġi u tad-dejta; għalhekk, jistieden lill-Kumissjoni b’konsultazzjoni mal-BERS u korpi internazzjonali bħall-FSB, sabiex tinkludi fir-rapport tagħha dwar il-ġbir ċentrali tad-dejta, il-ħidma attwali dwar il-messaġġi standardizzati u l-formats tad-dejta u l-fattibbiltà tal-istabbiliment ta’ reġistru ċentrali għat-trasferimenti tar-riskju, li għandu jkun kapaċi jaqbad u jimmonitorja dejta dwar it-trasferiment tar-riskju f’ħin reali, bl-użu sħiħ tad-dejta pprovduta taħt ir-rekwiżiti ta’ rappurtar tal-leġiżlazzjoni finanzjarja eżistenti u dik futura u bl-inkorporazzjoni tad-dejta disponibbli internazzjonalment;
13. Jemmen li r-rekwiżiti ta’ rappurtar tal-banek huma għodda importanti u prezzjuża għall-identifikazzjoni tal-attività tal-ibbankjar parallel; itenni li r-regoli tal-kontabilità għandhom jirriflettu r-realtà u li idealment l-karta tal-bilanċ għandha tirrifletti aggregati sal-limitu massimu permissibbli;
14. Jenfasizza li dawn il-kompiti l-ġodda se jeħtieġu livell suffiċjenti ta’ riżorsi ġodda;
15. Jenfasizza li xi attivitajiet u entitajiet bankarji paralleli jistgħu jkunu regolati jew mhux regolati skont il-pajjiż; jenfasizza l-importanza ta’ kundizzjonijiet ekwi bejn il-pajjiżi, kif ukoll bejn is-settur bankarju u l-entitajiet tal-ibbankjar parallel, sabiex jiġi evitat arbitraġġ regolatorju li jirriżulta f’inċentivi regolatorji mfixkla; jinnota wkoll li bħalissa l-interdipendenza finanzjarja bejn is-settur bankarju u entitajiet bankarji paralleli hija eċċessiva;
16. Jinnota li attwalment huwa kważi impossibbli li jinkisbu regolamentazzjoni, evalwazzjoni u awditjar preċiżi fejn ikun hemm distorsjoni tar-riskju tal-kreditu jew tfixkil tal-flussi tal-flus kontanti;
17. Jemmen li l-fondi u l-maniġers għandhom juru li huma siguri kontra l-falliment u li l-pożizzjonijiet ikunu jistgħu jiġu mifhuma tajjeb u jittieħdu minn ħaddieħor;
18. Jenfasizza l-ħtieġa li jittejjeb l-iżvelar tat-trasferimenti tal-assi finanzjarji mill-karta tal-bilanċ billi jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju; jenfasizza r-responsabbiltà tal-kontrolluri tal-aċċess finanzjarju, bħall-akkawntants u l-awdituri interni, fis-senjalar ta’ żviluppi potenzjalment ta’ ħsara u l-akkumulazzjoni ta’ riskji;
19. Jemmen li r-regoli tal-kontabilità għandhom jirriflettu r-realtà, u li l-fatt li l-assi jistgħu jingħataw valur f’kost tax-xiri meta dan ikun ħafna iktar mill-valur tas-suq, ikkontribwixxa għall-instabilità fil-banek u f’entitajiet oħra u m’għandux jiġi permess; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tħeġġeġ tibdil fl-IFRS u sabiex tingħata iżjed attenzjoni lill-aggregati mingħajr piżijiet ta’ netting u riskji;
20. Jemmen li l-għan tar-regolamentazzjoni finanzjarja għandu jkun l-indirizzar tal-kwistjonijiet tal-kumplessità u l-opaċità fis-servizzi u l-prodotti finanzjarji, u miżuri regolatorji bħaż-żieda fit-taxxi kapitali u t-tneħħija tat-tnaqqis tal-piż tar-riskji għandhom rwol sabiex jiskoraġixxu il-hedging kumpless tad-derivattivi; iqis li l-prodotti finanzjarji ġodda m’għandhomx jiġu kummerċjalizzati jew approvati fejn ma jkunux akkumpanjati b’dimostrazzjoni tar-riżolvibilità tagħhom għar-regolaturi;
21. Jipproponi li l-asimetrija tal-informazzjoni għandha tiġi penalizzata, b’mod speċjali rigward id-dokumentazzjoni u d-dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà attribwiti lis-servizzi u l-prodotti finanzjarji; jemmen li fejn ikun meħtieġ dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà bħal dawn għandhom ikunu soġġetti għal taxxa fuq “stampa żgħira’ (bbażata fuq in-numru ta’ paġni għal kull dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà);
22. Jenfasizza li r-rapporti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji dwar is-CRD IV(2), li bħalissa qed jiġu diskussi mal-Kunsill, jirrappreżentaw pass importanti fl-indirizzar tal-ibbankjar parallel b’mod pożittiv billi jiġi impost trattament kapitali ta’ linji ta’ likwidità għal vetturi ta’ investiment strutturat, billi jiġi stabbilit il-limitu ta’ esposizzjoni għoli (25% tal-fondi proprji) għall-entitajiet kollha li mhumiex regolati, li jgħin biex il-banek jiġu avżati biex jersqu lejn porporzjon ta’ finanzjament b’valur nett, u billi jiġi rikonoxxut ir-riskju iżjed ogħla, relattiv għall-entitajiet regolati u mhux finanzjarji, ta’ espożizzjonijiet għal entitajiet bħal dawn fid-dispożizzjonijiet prudenzjali għar-riskji ta’ likwidità;
23. Jinnota li waħda mit-tagħlimiet tal-kriżi finanzjarja hija li filwaqt li normalment ikun hemm distinzjoni ċara bejn ir-riskju tal-assigurazzjoni u r-riskju tal-kreditu, id-distinzjoni tista’ tkun inqas ċara, pereżempju, fil-prodotti tal-assigurazzjoni tal-kreditu; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirrevedi l-leġiżlazzjoni dwar il-konglomerati bankarji, tal-assigurazzoni u b’mod partikolari dawk finanzjarji bl-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni u jiġi prevenut l-arbitraġġ regolatorju u/jew superviżorju;
24. Jemmen ukoll li l-estensjoni proposta ta’ ċerti elementi tas-CRD IV għal ċerti istituzzjonijiet finanzjarji li ma jeħdux depożiti li mhumiex koperti mid-definizzjoni fir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti Kapitali (Capital Requirements Regulation – CRR) hija meħtieġa sabiex jiġu indirizzati riskji speċifiċi, billi jitqies il-fatt li ċerti dispożizzjonijiet jistgħu jiġu aġġustati għall-ispeċifiċitajiet ta’ dawn l-entitajiet sabiex jiġi evitat impatt sproporzjonat fuq dawk l-istituzzjonijiet;
25. Jemmen li superviżjoni bankarja Ewropea tas-settur tal-ibbankjar parallel ma għandhiex tiġi eskluża;
26. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-entitajiet kollha tal-ibbankjar parallel li jkollhom l-appoġġ ta' bank jew li huma kollegati ma’ bank jiġu inklużi fil-karta tal-bilanċ tal-bank għal finijiet ta’ konsolidament prudenzjali; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina, sal-bidu tal-2013, mezzi sabiex ikun żgurat li entitajiet li mhumiex konsolidati minn perspettiva ta’ kontabbiltà jkunu kkonsolidati għal finijiet ta’ konsolidament prudenzjali sabiex tittejjeb l-istabilità finanzjarja globali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra kwalunkwe gwida mingħand il-BCBS jew korpi internazzjonali oħrajn għal allinjament aħjar tal-ambitu tal-kontabilità u dak ibbażat fuq ir-riskju tal-konsolidazzjoni;
27. Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata trasparenza akbar fl-istruttura u fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni, filwaqt li jiġu meqjusa l-konklużjonijiet tar-rapport Liikanen, sabiex tipproponi miżuri dwar l-istruttura tas-settur bankarju Ewropew billi jiġu kkunsidrati kemm il-benefiċċji kif ukoll ir-riskji potenzjali tal-kombinazzjoni ta’ attivitajiet bankarji kummerċjali u ta’ investiment;
28. Jieħu nota tal-importanza tas-suq tar-repo u s-self ta’ titoli; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tadotta miżuri, sal-bidu tal-2013, biex tiżdied it-trasparenza, partikolarment għall-klijenti, li jistgħu jinkludu identifikatur kollaterali u l-użu kollaterali mill-ġdid li għandhom jiġi rrapurtati lir-regolaturi fuq bażi aggregata, kif ukoll biex ir-regolaturi jitħallew jimponu telf impost jew livelli ta' marġini minimi rakkomandati għas-swieq tal-finanzjament kollateralizzati, iżda mingħajr ma jiġu standardizzati; jirrikonoxxi f'dan il-kuntest l-importanza li tiġi stabbilita b’mod ċar il-proprjetà ta’ titoli u li tkun żgurata l-protezzjoni tagħhom; madankollu jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti bidu għal riflessjoni globali dwar il-marġini flimkien mal-approċċi settorjali li diġà saru, kif ukoll l-istudju u l-kunsiderazzjoni tal-impożizzjoni ta’ limiti tal-ipotekazzjoni mill-ġdid tal-kollateral; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi riveduta l-liġi dwar il-bankarotta kemm rigward is-suq tar-repos kif ukoll rigward dak tas-self ta’ titoli u t-titolizzazzjonijiet bl-għan li l-kwistjonijiet dwar l-anzjanità rilevanti għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji regolati jiġu armonizzati u indirizzati; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra approċċi varji sabiex tnaqqas il-privileġġi tal-bankarotta, inklużi proposti għal-limitu tal-privileġġi tal-bankarotta għat-tranżazzjonijiet li jkunu ġew approvati ċentralment jew għall-kollateral li jilħaq kriterji predefiniti armonizzati ta’ eliġibbiltà;
29. Jemmen li l-inċentivi assoċjati mat-titolizzazzjoni għandhom jiġu indirizzati b’mod adegwat; jenfasizza li r-rekwiżiti ta’ solvenza u likwidità għat-titolizzazzjoni għandhom jippromwovu portafoll ta’ investiment ta’ kwalità għolja u diversifikat tajjeb, u b’hekk tiġi evitata l-imġiba gregarja; jistieden lill-Kummissjoni sabiex teżamina s-suq tat-titolizzazzjoni, inkluża analiżi tal-bonds koperti li jistgħu jżidu r-riskji fuq il-karti tal-bilanċ tal-banek; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi passi li jżidu notevolment it-trasparenza tagħha; jistieden lill-Kummissjoni sabiex taġġorna, fejn ikun meħtieġ, ir-regolament attwali biex tagħmilha konsisteni mal-qafas ta’ titolizzazzjoni ġdid tal-BCBS li attwalment qed jiġi diskuss, sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2013; jipproponi li jiġi impost limitu fuq in-numru ta' drabi li prodott finanzjarju jista' jkun titolizzat, u rekwiżiti partikolari għal fornituri tat-titolizzazzjoni (pereżempju l-oriġinaturi jew il-finanzjaturi) sabiex tinżamm parti mir-riskji marbuta mat-titolizzazzjoni, biex b’hekk jiġi żgurat li ż-żamma tar-riskji ssir verament mill-fornitur u mhux tingħadda lill-maniġer tal-assi, flimkien ma’ miżuri biex tinkiseb it-trasparenza; jitlob b’mod partikolari l-introduzzjoni ta’ metodoloġija konsistenti għall-valutazzjoni tal-assi sottostanti u l-istandardizzazzjoni ta’ prodotti ta’ titolizzazzjoni matul leġiżlazzjonijiet u ġurisdizzjonijiet differenti;
30. Jinnota li gruppi ta’ assi ġew mibdula f’repos b’mod ta’ “oriġini għal repos’ f’ċertu sitwazzjonijiet fejn inkiseb titjib fil- klassifikazzjonijiet; jenfasizza li tranżazzjonijiet bħal dawn m’għandhomx jintużaw bħala miżura regolatorja għal-likwidità (ara r-rapport ECON dwar is-CRD IV);
31. Jirrikonoxxi r-rwol importanti li għandhom il-Fondi tas-Suq tal-Flus (Money Market Funds – MMFs) fil-finanzjament tal-istituzzjonijiet finanzjarji fiż-żmien qasir u billi jaħsbu għad-diversifikazzjoni tar-riskju; jirrikonoxxi r-rwol u l-istruttura differenti ta' MMFs ibbażati fl-UE u fl-Istati Uniti; jirrikonoxxi li l-linji gwida tal-AETS tal-2010 jimponu standards aktar stretti fuq l-MMFs (kwalità tal-kreditu, maturità tat-titoli sottostanti u żvelar aħjar lill-investituri); jinnota, madankollu, li xi MMFs, b’mod partikolari dawk li joffru valur nett stabbli tal-assi lill-investituri, huma vulnerabbli għal tifdija massiva; jenfasizza, għalhekk, li għandhom jittieħdu miżuri addizzjonali sabiex tittejjeb ir-reżistenza ta’ dawn il-fondi u sabiex jiġi kopert ir-riskju tal-likwidità; jappoġġja r-rapport finali tal-IOSCO ta’ Ottubru 2012 fir-rakkomandazzjonijiet proposti għar-regolamentazzjoni u l-ġestjoni ta’ MMFs f’ġurisdizzjonijiet; jemmen li l-MMFs li joffru valur nett tal-assi (NAV) għandhom ikunu soġġetti għal miżuri mfassla biex jitnaqqsu riskji speċifiċi assoċjati mal-karatteristika tan-NAV stabbli u biex jinternalizzaw l-ispejjeż li jirriżultaw minn dawn ir-riskji; iqis li r-regolaturi għandhom jirrikjedu li, fejn ikun possibbli, għandhom jiġu introdotti konverżjoni għal NAV floating/varjabbli, jew, alternattivament, salvagwardji, sabiex tissaħħaħ l-istabbilità tan-NAV tal-MMFs biex ikunu reżiljenti u kapaċi jaffaċċjaw tifdija sinifikanti; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta rieżami tal-qafas tal-UCITS, b’enfasi partikolari fuq il-kwistjoni tal-MMFs, fl-ewwel nofs tal-2013, billi jiġi mitlub li l-MMFs jadottaw valur varjabbli tal-assi b’evalwazzjoni ta’ kuljum jew, jekk jinżamm valur kostanti, biex ikunu obbligati li japplikaw għal-liċenzja bankarja ta’ fini limitat u jkunu soġġetti għal rekwiżiti kapitali u rekwiżiti prudenzjali oħra; jenfasizzaw li l-arbitraġġ regolatorju għandu jiġi minimizzat;
32. Jistieden lill-Kummissjoni fil-kuntest tar-reviżjoni tal-UCIT sabiex tesplora iżjed l-idea li tintroduċi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-likwidità għall-MMFs, billi tistabbilixxi rekwiżiti minimi għal likwidità minn jum għall-ieħor, ta’ kull ġimgħa u ta’ kull xahar (20%, 40%, 60%) u li tiċċarġja tariffi tal-likwidità fuq stimolu li jwassal ukoll għal obbligu dirett ta’ informazzjoni lill-awtorità superviżorja kompetenti u l-AETS;
33. Jirrikonoxxi l-benefiċċji li Fondi Negozjati fil-Borża (ETFs) jipprovdu billi jagħtu lill-investituri fil-livell tal-konsum aċċess għal firxa aktar wiesa’ ta’ assi (bħal komoditajiet, b’mod partikolari), iżda jenfasizza r-riskji li l-ETFs fihom f'termini ta’ kumplessità, riskju tal-kontroparti, likwidità tal-prodotti u arbitraġġ regolatorju possibbli; iwissi kontra r-riskji assoċjati mal-ETFs sintetiċi minħabba l-opaċità u l-kumplessità li dejjem qed jikbru tagħhom, b’mod partikolari meta ETFs sintetiċi jiġu kummerċjalizzati lill-investituri tal-bejgħ bl-imnut; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, sabiex tivvaluta u tindirizza dawn il-vulnerabbiltajiet strutturali possibbli fir-rieżami attwali tal-UCITS VI, billi tikkunsidra kategoriji differenti ta’ klijenti (pereżempju l-investituri tal-bejgħ bl-imnut, l-investituri professjonali, l-investituri istituzzjonali) u l-profili ta’ riskju differenti tagħhom;
34. Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq studji tal-impatt komprensivi dwar l-effetti fuq il-finanzjament tal-ekonomija reali fil-proposti leġiżlattivi kollha ġodda;
o o o
35. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja.
– wara li kkunsidra l-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar ta’ Data Personali,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-20 ta’ Novembru 1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/68/ĠAI(1),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dipożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva)(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)(3),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007),(4)
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/952/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-ħarsien tal-minorenni u tad-dinjità tal-bniedem u dwar id-dritt ta' tweġiba fir-rigward tal-kompetittività tal-industrija Ewropea tas-servizzi awdjoviżivi u tal-informazzjoni online(5),
– wara li kkunsnidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tat-tfal fid-dinja diġitali(6),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, tal-15 ta' Frar 2011, bit-titolu “Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal ’ (COM(2011)0060),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta' Awwissu 2010, bit-titolu “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (COM(2010)0245/2),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Marzu 2012 bit-titolu “Il-Ġlieda kontra l-Kriminalità f'din l-Era Diġitali: Il-Ħolqien ta' Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità’ (COM(2012)0140),
– wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tat-Tfal (2012-2015) tal-15 ta’ Frar 2012,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-2 ta' Mejju 2012 bit-titolu “Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal’ (COM(2012)0196),
– wara li kkunsidra r-rapport tat-13 ta’ Settembru 2011 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 1998 dwar il-protezzjoni tal-minuri u d-dinjità tal-bniedem u tar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-minuri u d-dinjità tal-bniedem u dwar id-dritt ta’ tweġiba fir-rigward tal-kompetittività tal-industrija Ewropea tas-servizzi awdjoviżivi u tal-informazzjoni online - Nipproteġu lit-tfal fid-dinja diġitali (COM(2011)0556),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament Sesswali u l-Abbuż Sesswali,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar approċċ komprensiv dwar il-protezzjoni tad-data personali fl-Unjoni Ewropea(7),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kummissjoni għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (A7-0353/2012),
A. billi l-protezzjoni tal-minorenni fid-dinja diġitali għandha tiġi indirizzata fil-livell regolatorju bl-użu ta’ miżuri iktar effettivi, inkluż permezz ta' awtoregolazzjoni fejn l-industrija tassumi r-responsabbiltà kondiviża tagħha, kif ukoll fil-livell edukattiv u ta’ taħriġ bit-taħriġ tat-tfal, tal-ġenituri u tal-għalliema sabiex ikun evitat li l-minorenni jkollhom aċċess għall-kontenut illegali;
B. billi hemm ħtieġa li jiġu indirizzati l-forom kollha ta’ kontenut illegali online, u billi l-ispeċifiċità tal-abbuż sesswali tat-tfal għandha tiġi rikonoxxuta mhux biss f’dan il-kontenut illegali iżda wkoll bħala waħda mill-aktar forom diżgustanti ta’ kontenut disponibbli online;
C. billi wieħed mill-objettivi ewlenin ta’ strateġija ta’ protezzjoni għat-tfal għandu jkun li jiġi żgurat li t-tfal, iż-żgħażagħ u l-ġenituri/min jieħu ħsiebhom kollha jkunu provduti bl-informazzjoni u l-ħiliet sabiex ikunu kapaċi jipproteġu lilhom infushom online;
D. billi l-iżvilupp rapidu tat-teknoloġiji joħloq il-bżonn għal tweġibiet f’waqthom permezz ta’ awtoregolazzjoni u koregolazzjoni, kif ukoll permezz ta’ korpi permanenti li jistgħu jadottaw approċċ olistiku f’ambjenti differenti;
E. billi d-dinja diġitali tipprovdi opportunitajiet numerużi marbuta mal-edukazzjoni u t-tagħlim; billi s-settur tal-edukazzjoni qed jadatta għad-dinja diġitali, iżda b’ritmu u b’mod li mhux qed ilaħħaq mar-ritmu tal-bidliet teknoloġiċi fil-ħajja tal-minorenni, u billi dan qed joħloq problemi għall-ġenituri u għal min iħarreġ hekk kif jippruvaw iħarrġu lit-tfal biex jużaw il-midja b'mod intelliġenti, iżda għandhom it-tendenza li jibqgħu mal-marġini tal-ħajjiet virtwali tagħhom;
F. billi, waqt li l-minorenni ġeneralment juru abilità kbira fl-użu tal-internet, xorta għandhom bżonn l-għajnuna sabiex jużawh b’mod intelliġenti, responsabbli u sikur;
G. billi mhuwiex biss importanti li l-minorenni jifhmu aħjar il-perikli potenzjali li jaffaċċjaw online, iżda anki l-familji, l-iskejjel u s-soċjetà ċivili għandhom kollha jaqsmu r-responsabilità li jedukaw il-minorenni u jiżguraw li t-tfal ikunu protetti sew meta jużaw l-internet u midja ġodda oħra;
H. billi wieħed jikkunsidra l-importanza tal-edukazzjoni fil-mezzi tal-midja u fit-teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fl-iżvilupp tal-politiki fil-qasam tal-protezzjoni tal-minorenni fid-dinja diġitali u r-rwol tagħha għal użu sigur, xieraq u kritiku ta’ dawn it-teknoloġiji;
I. billi l-iżvilupp ta’ teknoloġiji diġitali jirrappreżenta opportunità tajba biex it-tfal u ż-żgħażagħ ikunu provduti b’opportunitajiet biex jużaw midja ġodda u l-internet b’mod effettiv b’manjiera li tagħtihom is-setgħa li jaqsmu l-opinjoni tagħhom mal-oħrajn u għalhekk jipparteċipaw u jitgħallmu jkollhom rwol attiv fis-soċjetà, online u offline;
J. billi l-eżerċitar taċ-ċittadinanza u t-tgawdija tad-drittijet marbuta magħha, inkluża l-parteċipazzjoni fil-ħajja kulturali, soċjali u demokratika, jeħtieġ aċċess, anki għall-minorenni, għall-użu ta' għodda, servizzi u kontenuti diġitali, pluralistiċi u siguri;
K. billi, minbarra l-ġlieda kontra l-kontenut illegali u mhux xieraq, il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ intervent għall-protezzjoni tal-minorenni għandhom iqisu wkoll għadd ta’ theddid ieħor bħall-fastidju, id-diskriminazzjoni, ir-restrizzjoni ta’ aċċess għal servizzi, is-sorveljanza online, l-attakki fuq il-ħajja privata u l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, u n-nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tal-għanijiet tal-ġbir tad-data personali;
L. billi l-possibilitajiet ġodda ta’ informazzjoni u komunikazzjoni offruti mid-dinja diġitali, bħall-kompjuters, it-televiżjoni fuq pjattaformi differenti, it-telefowns ċellulari, il-video games, it-tablets, l-apps u l-livell ta’ diffużjoni ta’ midja differenti li jikkonverġu f’sistema diġitali unika, jimplikaw mhux biss għadd ta’ possibilitajiet u opportunitajiet għat-tfal u l-adolexxenti, iżda wkoll riskji f'termini ta' aċċess faċli għal kontenut illegali, mhux xieraq jew dannuż għall-iżvilupp tal-minorenni, kif ukoll il-possibilità li tista' tinġabar data bl-għan li jiġu fil-mira tfal bħala konsumaturi, b'effetti dannużi u mhux kwantifikabbli;
M. billi, fil-moviment ħieles tas-servizzi awdjoviżivi fi ħdan is-suq uniku, il-benessri tal-minorenni u d-dinjità tal-bniedem huma interessi li jimmeritaw protezzjoni legali partikolari;
N. billi l-miżuri meħuda mill-Istati Membri għall-prevenzjoni ta’ kontenut online illegali mhux dejjem huma effettivi u inevitabbilment jinvolvu approċċi differenti għall-prevenzjoni ta’ kontenut dannuż; u billi kontenut online illegali bħal dan għandu jitħassar immedjatament fuq il-bażi ta' proċess legali dovut;
O. billi l-fatt li tagħrif personali u data marbuta mal-minorenni għadhom online u li jista’ jwassal għall-ipproċessar illegali tagħhom, l-isfruttar ta' tali morenni jew dannu għad-dinjità personali tagħhom, u b'hekk possibilment jinħoloq dannu enormi għall-identità, il-fakultajiet mentali u l-inklużjoni soċjali tagħhom, partikolarment peress li dawn id-dettalji jistgħu jispiċċaw b’idejn ħżiena;
P. billi t-tkabbir mgħaġġel tar-riżorsi marbuta man-netwerks soċjali jinkludi ċerti perikli għas-sigurtà tal-ħajja privata, tad-data personali u tad-dinjità personali tal-minorenni;
Q. billi kważi 15% tal-utenti minorenni tal-internet bejn l-10 u s-17-il sena jirċievu xi forma ta’ proposta sesswali u billi 34% minnhom jiltaqgħu ma’ materjal sesswali li ma fittxewx;
R. billi l-kodiċi ta’ kondotta varji adottati mill-fornituri ta’ kontenut diġitali u servizzi mhux dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali fir-rigward ta' trasparenza, indipendenza, kunfidenzjalità u proċessar ta' data personali, u jistgħu jippreżentaw riskji f’termini ta’ profil għal skopijiet kummerċjali, forom oħra ta’ sfruttar bħal abbuż sesswali, u anki traffikar tal-bndemin;
S. billi reklamar immirat għat-tfal għandu jkun responsabbli u moderat;
T. billi l-minorenni jridu jiġu protetti mill-perikli tad-dinja diġitali skont l-età u l-progress ta’ żvilupp tagħhom; billi l-Istati Membri jirrappurtaw diffikultajiet fil-koordinazzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mal-adozzjoni ta’ kategoriji ta’ klassifikazzjoni għall-kontenut skont l-età u l-livell ta’ riskju tal-kontenut;
U. billi, filwaqt li nirrikonoxxu l-ħafna perikli li jaffaċjaw il-minorenni fid-dinja diġitali, għandna nkomplu wkoll inħaddnu l-ħafna opportunitajiet li d-dinja diġitali ġġib fit-tkabbir ta' soċjetà bbażata fuq l-għarfien;
V. billi r-rwol tal-ġenituri fil-proċess tal-protezzjoni tat-tfal tagħhom mill-perikli tad-dinja diġitali huwa wieħed sinifikanti;
Qafas ta’ drittijiet u governanza
1. Jissottolinja li nbeda stadju ġdid fil-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal fil-qafas tal-UE bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona flimkien mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li issa hija legalment vinkolanti, li Artiklu 24 tagħha jiddefinixxi l-protezzjoni tat-tfal bħala dritt fundamentali u jipprovdi dak fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, kemm jekk meħuda mill-awtoritatjiet pubbliċi jew mill-istituzzjonijiet privati, l-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu kunsiderazzjoni primarja; itenni l-bżonn li l-UE tirrispetta kemm jista’ jkun l-istandards ta’ dawk l-istrumenti internazzjonali li l-UE mhijiex fil-fatt parti minnhom, kif mitlub mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropa fil-kawża C-540/03, Il-Parlament Ewropew vs. Kunsill;
2. Iħeġġeġ l-Istati Membri biex jittrasponu u jimplimentaw, bla xkiel u f’waqtha d-Direttiva 2011/92/UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pornografija tat-tfal; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-armonizzazzjoni massima tal-isforzi tagħhom fil-qasam tal-protezzjoni tal-miorenni fid-dinja diġitali;
3. Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri, biex jiffirmaw u jirratifikaw, jekk dan għadu mhux il-każ, l-istrumenti internazzjonali dwar il-protezzjoni tat-tfal, pereżempju l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament Sesswali u l-Abbuż Sesswali, it-Tielet Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Eżerċitar tad-Drittijiet tat-Tfal, u biex jittrasponu dawk l-istrumenti billi jużaw iċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali meħtieġa kif mitlub mill-ordni legali tal-UE;
4. Jistieden lill-Kummissjoni issaħħaħ mekkaniżmi interni eżistenti sabiex tiżgura approċċ konsistenti u kkoordinat għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-minorenni fid-dinja diġitali; jilqa’ l-istrateġija Ewropea tal-Kummissjoni għal internet aħjar għat-tfal u jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-mekkaniżmi interni eżistenti biex tiżgura approċċ konsistenti u koordinat għas-sigurtà tat-tfal online;
5. Jenfasizza l-bżonn li d-drittijiet tat-tfal jiġu integrati fl-oqsma politiċi kollha tal-UE, billi jiġi analizzat l-impatt tal-miżuri fuq id-drittijiet, is-sigurtà u l-integrità fiżika u mentali tat-tfal, u li dan għandu jinkludi proposti mill-Kummissjoni rigward id-dinja diġitali, abbozzati b’mod ċar;
6. Jenfasizza li huma biss ġabra ta’ miżuri legali, tekniċi u edukattivi komprensivi, inkluża l-prevenzjoni, li jistgħu jindirizzaw adegwatament il-perikli li t-tfal jaffaċċjaw online, u jsaħħu l-protezzjoni tat-tfal f’ambjent online;
7. Jilqa’ lill-aġenzija tas-sigurtà ċibernetika ġdida bbażata fil-Europol u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li t-tim ta’ protezzjoni tat-tfal fi ħdan iċ-ċentru l-ġdid ikollu riżorsi adegwati u jikkoopera b’mod effettiv mal-Interpol;
8. Jittama fit-tkomplija tal-Programm Safer Internet, b’riżorsi xierqa biex jitwettqu l-attivitajiet kollha tiegħu u s-salvagwardjar tal-karattru speċifiku tagħhom, u jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament dwar is-suċċessi u l-fallimenti tiegħu sabiex tkun żgurata l-effikaċja massima fil-futur;
9. Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jieħdu miżuri xierqa, inklużi azzjonijiet permezz tal-internet, bħall-programmi ta’ riċerka u edukazzjoni, fejn xieraq, f’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili relevanti, familji, skejjel, servizzi awdjoviżivi, industrija u partijiet interessati oħra, bl-għan li jitnaqqas ir-riskju li t-tfal isiru vittmi tal-internet;
10. Jinnota l-ħolqien, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, tal-koalizzjoni CEO għas-sikurezza online tat-tfal; jitlob, f’dan il-kuntest, għal kollaborazzjoni mill-qrib mal-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li inter alia jaħdmu fil-qasam tal-protezzjoni tal-minorenni, tal-protezzjoni tad-data, tal-edukazzjoni, tar-rappreżentanti tal-ġenituri u tal-edukaturi, inkluż fil-livell Ewropew, kif ukoll mal-bosta Direttorati Ġenerali differenti tal-Kummissjoni responsabbli mill-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-ġustizzja;
Midja u midja ġodda: aċċess u edukazzjoni
11. Jieħu nota li l-Internet jipprovdi lit-tfal u liż-żgħażagħ b’għodod siewja ħafna li jistgħu jintużaw biex jesprimu jew jaffermaw l-opinjonijiet tagħhom, jaċċessaw informazzjoni u jitgħallmu u jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom, apparti li huwa għodda eċċellenti ta’ komunikazzjoni, li joffri opportunitajiet ta’ aċċess għad-dinja u għat-tkabbir personali;
12. Jenfasizza, madankollu, li l-ambjent online u s-sorsi tal-midja soċjali joħolqu riskji potenzjali sostanzjali għall-privatezza u d-dinjità tat-tfal, li huma fost l-aktar utenti vulnerabbli;
13. Ifakkar li l-internet jesponi wkoll lit-tfal għar-riskji; minħabba fenomeni bħall-pedopornografija, l-iskambju ta’ materjal dwar vjolenza, ċiberkriminalità, intimidazzjoni, ibbuljar, il-fastidju sesswali, il-kapaċità tat-tfal li jaċċessaw jew jixtru affarijiet jew servizzi li huma legalment ristretti jew li mhumiex xierqa għalihom fl-età tagħhom, l-espożizzjoni għal reklami li mhumiex xierqa għalihom fl-età tagħhom, aggressivi jew li jqarrqu, nasbiet kummerċjali, serq ta’ identità, frodi u theddid simili ta’ natura finanzjarja li jistgħu joħolqu esperjenzi trawmatiċi;
14. Jappoġġa, f'dan il-kuntest, l-isforzi tal-Istati Membri li jippromwovu edukazzjoni sistemika u taħriġ għat-tfal, il-ġenituri, l-edukaturi, l-għalliema u l-ħaddiema soċjali, immirati biex jippermettulhom jifhmu d-dinja diġitali u jidentifikaw dawk il-periklu li jistgħu jikkawżaw dannu lill-integrità fiżika jew mentali tat-tfal, inaqqsu r-riskji marbuta mal-midja diġitali u jipprovdu tagħrif li jikkonċerna punti ta’ rappurtaġġ u kif jiġu indirizzati t-tfal li jaqgħu vittma ta’ dawn il-perikli; jissottolinja fl-istess ħin li t-tfal għandhom jifhmu li l-użu tat-teknoloġija diġitali tagħhom jista’ jkollu effett fuq id-drittijiet ta’ oħrajn jew anke jikkostitwixxi mġiba kriminali;
15. Jikkunsidra bħala importanti ħafna l-edukazzjoni possibbilment kmieni għall-kompetenza tal-midja li biha t-tfal u l-adolexxenti jitgħallmu jiddeċiedu b’mod kritiku u informat, liema mogħdijiet jixtiequ jsegwu fuq l-internet u liema għandhom aktarx jevitaw, kif ukoll il-promozzjoni ta’ valuri fundamentali dwar il-koeżistenza u l-interazzjoni rispettuża u tolleranti tal-persuni ma’ xulxin;
16. Jidentifika fil-“Media Education” l-istrument essenzjali sabiex jippermetti lill-minorenni użu kritiku tal-midja u tal-opportunitajiet tad-dinja diġitali u jistieden lill-Istati Membri jinkluduh fil-kurrikulu skolastiku; ifakkar lill-Kummissjoni li minħabba ż-żieda kostanti ta’ reklamar diġitali, l-edukazzjoni tal-konsumaturi hija wkoll importanti;
17. Itenni l-importanza tal-litteriżmu u tal-ħiliet diġitali u tal-midja tal-minorenni u tal-ġenituri tagħhom; jenfasizza wkoll li l-litteriżmu diġitali, il-ħiliet diġitali u l-użu sikur tal-internet iridu jitqiesu bħala prijorità fl-Istati Membri u fil-politiki soċjali, edukattivi u taż-żgħażagħ tal-Unjoni, u anki bħala komponenti kruċjali għall-Istrateġija Ewropa 2020;
18. Jinkoraġġixxi taħriġ diġitali permanenti għall-edukaturi li jaħdmu kontinwament mal-istudenti fl-iskejjel;
19. Jenfasizza l-bżonn ta’ alleanza edukattiva bejn il-familji, l-iskola, is-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati inklużi dawk involuti fis-servizzi tal-midja u awdjoviżivi, sabiex tiġi ggarantita dinamika bbilanċjata u proattiva bejn id-dinja diġitali u l-minorenni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappoġġa inizjattivi ta’ tixrid ta’ informazzjoni maħsuba għall-ġenituri, għall-edukaturi u għall-għalliema sabiex dawn ikunu jistgħu joffru l-aqwa appoġġ lill-minorenni fl-użu tal-istrumenti u s-servizzi diġitali;
20. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw l-aċċess ugwali tal-minorenni għal kontenut diġitali sigur u ta’ kwalità fil-proġrammi u s-servizzi eżistenti u ġodda, iddedikati għaż-żgħażagħ u għall-edukazzjoni, il-kultura u l-arti;
21. Jistieden lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-fornituri tal-aċċess jintensifikaw il-kampanji tal-komunikazzjoni tagħhom, sabiex il-minorenni, l-adolexxenti, il-ġenituri u l-edukaturi jiġu mgħarrfa dwar il-perikli tad-dinja diġitali li ma jkunux jafu dwarhom;
22. Jirrikonoxxi r-rwol tal-midja tas-servizz pubbliku fil-promozzjoni ta’ spazju online sigur u affidabbli għall-minorenni;
23. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinkludi fil-prijoritajiet ewlenin tagħha l-protezzjoni tat-tfal minn reklamar aggressiv jew li jiżgwida lit-tfal fuq it-televiżjoni jew online;
24. Jenfasizza, b’mod partikolari, ir-rwol tas-settur privat u tal-industrija, kif ukoll ta’ partijiet interessati oħra, fir-rigward tar-responsabilità tagħhom fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet kif ukoll tikketti siguri għat-tfal għall-paġni web u l-promozzjoni ta’ “netiquette’ għat-tfal; jenfasizza li kull miżura bħal din għandha tkun totalment kompatibbli mal-istat tad-dritt u maċ-ċertezza legali, b’kunsiderazzjoni għad-drittijiet tal-utenti finali, u tikkonforma ma’ proċeduri legali u ġudizzjarji eżistenti, kif ukoll mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u l-QEDB; jitlob lill-industrija biex tirrispetta u timplimenta bis-sħiħ il-kodiċi ta’ kondotta eżistenti u inizjattivi simili bħall-wiegħda tal-UE u l-Forum tad-Dikjarazzjoni ta’ Barċellona għall-Prodotti tal-Konsumatur;
25. Jenfasizza li attenzjoni speċjali trid tingħata lil kummerċjalizzazzjoni online ta’ sustanzi perikolużi bħall-alkoħol li jista’ jilħaq liż-żgħażagħ; jinnota li minħabba n-natura u l-ambitu tal-metodi ta’ kummerċjalizzazzjoni online bħal pereżempju n-netwerks soċjali, il-kummerċjaliazzazzjoni online tal-alkoħol hija diffiċli ħafna li tiġi mmoniterjata mill-Istati Membri individwali u li azzjoni mill-Kummissjoni għalhekk tipprovdi valur miżjud f’dan ir-rigward;
26. Jenfasizza l-effiċjenza tal-edukazzjoni formali, informali, mhux formali u bejn il-pari fit-tixrid ta’ prattiki siguri u fir-rigward ta’ theddid potenzjali (permezz ta’ eżempji konkreti) fost il-minorenni fl-użu tal-internet, tan-netwerks soċjali, tal-video games u tat-telefonija ċellulari, u jħeġġeġ l-“European Schoolnet” tiffavorixxi l-mentoring fost l-istudenti f’dan il-qasam; jenfasizza l-ħtieġa wkoll li l-ġenituri jkunu infurmati dwar il-prattiki siguri u t-theddid;
27. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw skemi mmirati biex jipprovdu lit-tfal u żgħażagħ b’ħiliet adegwati u jassiguraw aċċess infurmat għall-internet u l-midja ġodda għalihom, u jenfasizza f’dan ir-rigward l-importanza li l-kompetenza fil-midja diġitali tkun integrata fil-livelli kollha tal-edukazzjoni formali u mhux formali, inkluż approċċ ta’ tagħlim tul il-ħajja sa mill-aktar stadju bikri possibbli;
Id-dritt għall-protezzjoni Ġlieda kontra l-kontenut illegali
28. Jenfasizza l-isfidi li trid taffaċċja l-liġi kriminali rigward l-operat tagħha fl-ambjent online fir-rigward tal-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-legalità, il-preżunzjoni ta' innoċenza, id-drittijiet tal-vittma u d-drittijiet tal-persuna suspettata; jieħu nota, f’dan ir-rigward, dwar l-isfidi li qamu fil-passat rigward l-għoti ta’ definizzjoni ċara, bħal fil-każ tal-fastidju sesswali online u l-pedopornografija – perferibbilment mogħtija t-terminu “materjal dwar l-abbuż sesswali tat-tfal’;
29. Għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni biex tiġbor, fil-qafas tal-obbligi ta’ rappurtaġġ tagħha dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE, data eżatta u ċara dwar ir-reat tal-fastidju sesswali online, inkluż identifikazzjoni preċiża tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkriminalizzaw imġiba bħal din; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jiġbru data dwar dan ir-reat marbut ma’ għadd ta’ proċedimenti kriminali li saru, l-għadd ta’ sentenzi u każistika nazzjonali importanti, u biex jaqsmu l-aħjar prattiki rigward il-prosekuzzjoni u l-pieni fir-rigward ta' dan ir-reat; jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex itejjeb ħafna l-iżvilupp u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni statistika biex ikun hemm żvilupp u reviżjoni aħjar tal-politika;
30. Jirrikonoxxi, f’dan ir-rigward, il-livell għoli ta’ kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istati Membri, kif ukoll bejnhom u l-Europol u l-Eurojust rigward atti kriminali mwettqa kontra t-tfal permezz tal-midja diġitali, u jsemmi bħala eżempju l-operazzjoni ta’ trażżin 'Icarus' tal-2011, li kienet immirata lejn netwerks online għall-qsim ta’ fajls relatati mal-abbuż sesswali li jinvolvi t-tfal;
31. Jenfasizza, madanakollu li jista jinkiseb titjib ulterjuri b'konnessjoni ma' armonizzazzjoni ulterjuri tal-liġi kriminali u tal-proċeduri kriminali tal-Istati Membri, inklużi d-drittijiet proċedurali u tal-protezzjoni tad-data tas-suspettati u r-rispett tad-drittijiet fundamentali bbażati fuq il-Karta tal-UE, minħabba l-ostakli eżistenti għal kooperazzjoni sħiħa u fiduċja reċiproka;
32. Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkonsidra miżuri leġiżlattivi possibbli jekk l-awtoregolamentazzjoni tal-industrija ma taħdimx;
33. Jenfasizza madankollu, li l-proposti għal leġiżlazzjoni kriminali tal-UE trid tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità, kif ukoll il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-liġi kriminali, u għandhom juru b’mod ċar li huma għandhom l-għan li jġibu valur miżjud f’approċċ komuni tal-UE fil-ġlieda serja kontra r-reati transkonfinali, kif imsemmi fir-riżoluzzjoni tat-22 ta’ Mejju 2012 tal-Parlament Ewropew dwar l-approċċ tal-UE għal liġi kriminali(8);
34. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jagħmlu l-isforzi kollha sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fir-rigward ta' tħassir f'waqtu ta' paġni web li fihom jew ixerrdu materjal jew imġiba illegali li jinsabu fit-territorju tagħhom, kif ukoll il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità; jinkoraġġixxi, f’dan ir-rigward, il-qsim internazzjonali ta’ kompetenzi u l-aqwa prattiċi u l-ġbir flimkien ta’ ideat bejn gvernijiet, aġenziji tal-infurzar tal-liġi, unitajiet tal-pulizija speċjalizzati fiċ-ċiberkriminalità, hotlines, organizzazzjonijiet tal-protezzjoni tat-tfal u l-Industrija tal-Internet.
35. Jitlob, f’dan ir-rigward, għal adozzjoni sħiħa tal-miżuri kollha indikati fil-Pjan Direzzjonali tal-Kunsill tal-2009 għat-tisħiħ tad-drittijiet ta’ proċedura ta’ persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali, kif ukoll għal approċċ komuni dwar l-ammissibilità u l-valutazzjoni tal-evidenza, biex jitneħħew l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ evidenza miġbura fi Stat Membru ieħor;
36. Jappoġġja l-introduzzjoni u t-tisħiħ ta’ sistemi ta’ linji diretti għar-rappurtar ta’ reati u ta’ kontenut illegali, b’kunsiderazzjoni inter alia, għall-esperjenza mal-hotline Ewropea għat-tfal irrapurtati nieqsin, kif ukoll mas-sistemi nazzjonali ta' twissija rapida u s-Sistema Ewropea Awtomatizzata ta’ Twissija għal Tfal irrapurtati neqsin; jisħaq, madanakollu, li kwalunkwe azzjoni kriminali bbażata fuq ir-rapport għandha ssib bilanċ bejn, minn naħa waħda, id-drittijiet tal-vittmi possibbli u l-obbligu pożittiv, skont l-Artikoli 2 u 8 tal-KEDB, tal-Istati Membri biex jirreaġixxu, kif diġà ġie enfasizzat fil-ġurisprudenza tal-KEDB, u, minn naħa l-oħra, id-drittijiet tal-persuna suspettata; jitlob, f’dan ir-rigward, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jimpenjaw ruħhom għal skambju ta’ prattika tajba rigward l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ atti kriminali kontra t-tfal fid-dinja diġitali; ifakkar li l-Artikolu 8 tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Dejta (COM(2012)0011) fih salvagwardji speċifiċi għall-ipproċessar tad-data personali tat-tfal, bħall-kunsens mandatorju tal-ġenituri għall-ipproċessar tad-data ta’ tfal taħt it-13-il sena;
37. Jinnota li l-proċeduri “notice and take down” f’xi wħud mill-Istati Membri għadha tiffunzjona bil-mod wisq; jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tippubblika valutazzjoni tal-impatt f'dan ir-rigward, u jirrakkomanda li tissaħħaħ l-effiċjenza ta’ dawn il-proċeduri u li jitkompla l-iżvilupp tagħhom fl-Istati Membri fl-interessi tal-aħjar prattiċi;
38. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jivvalutaw l-effikaċja tal-kooperazzjoni mal-pulizija biex jitħarsu l-minorenni kontra reati online, hotlines, u ftehimiet eżistenti mal-fornituri ta’ servizzi tal-Internet; jitlob għall-iżvilupp ta’ sinerġiji ma’ servizzi relatati oħra, inklużi l-pulizija u s-sistemi ta’ ġustizzja jovanili għall-ħarsien tal-minorenni kontra r-reati online, partikolarment bil-koordinazzjoni u l-integrazzjoni ta’ hotlines u punti ta’ kuntatt;
39. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu kontinwità lill-hotline nazzjonali u punti oħra ta’ kuntatt, bħal pereżempju “Safety Buttons” li jikkonformaw mal-istandard INHOPE, biex jittejjeb in-netwerking tagħhom ma’ xulxin, u janalizzaw bir-reqqa r-riżultati milħuqa;
40. Jenfasizza l-importanza li jiġu mxerrda strumenti affidabbli, bħall paġni ta’ twissija jew is-sinjali bi ħsejjes u viżivi, sabiex jiġi limitat l-aċċess dirett ta’ minorenni għal kontenut li huwa ta’ ħsara għalihom;
41. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-informazzjoni dwar il-hotlines u punti ta’ kuntatt oħra, bħal “safety buttons’ għall-minorenni u l-familji tagħhom, u b’hekk ikun aktar faċli li l-kontenut illegali jiġi rappurtat, u jistieden lill-Istati Membru biex iqajmu għarfien dwar l-eżistenza tal-hotlines bħala punti ta’ kuntatt biex jiġu rrappurtati immaġni ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal;
42. Jappoġġja l-impenn tal-fornituri tal-kontenut u s-servizzi diġitali biex iwettqu kodiċi ta’ kondotta konformi mar-regolamentazzjoni fis-seħħ biex jidentifikaw, jipprevjenu u jneħħu kontenut illegali abbażi ta’ deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ġudizzjarji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jgħaddu għal valutazzjonijiet f’dan il-qasam;
43. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jibdew kampanja ġdida mmirata lejn il-ġenituri bil-għan li tgħinhom jifhmu l-kontenut diġitali użat minn uliedhom u, fuq kollox, il-modi ta’ protezzjoni li dawn qed jużaw kontra l-kontenut diġitali illegali, mhux xieraq u perikoluż;
44. Jilmenta dwar l-inadempjenza tal-patt iffirmat fid-9 ta’ Frar 2009 bejn il-Kummissjoni u s-17-il netwerk soċjali fl-Internet, fosthom Facebook u Myspace, li jippromwovu l-protezzjoni u s-sigurtà tal-minorenni online;
45. Jenfasizza li l-offiżi kriminali mwettqa b’mod diġitali spiss ikollhom natura sopranazzjonali, u li element importanti fil-ġlieda kontra dawn l-offiżi għandha għalhekk ikun il-kooperazzjoni internazzjonli bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi eżistenti;
46. Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jappoġġjaw u jniedu kampanji li jkabbru l-għarfien immirati għat-tfal, il-ġenituri u l-edukaturi biex ikunu provduti bl-informazzjoni meħtieġa għall-protezzjoni kontra ċ-ċiberkriminalità, kif ukoll biex jinkuraġġuhom biex jirrappurtaw siti u mġiba online suspettużi;
47. Jistieden lill-Istati Membri biex jistabbilixxu sew ir-regoli ta’ proċedura eżistenti għall-għeluq ta’ siti li fuqhom hemm kontenut ta’ sfruttament, ta’ theddid, abbużiv, diskriminatorju jew malizzjuż;
It-trattament ta’ kontenut ta’ ħsara
48. Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-effettività tas-sistemi varji għal klassifikazzjoni volontarja ta’ kontenut mhux xieraq għall-minorenni fl-Istati Membri u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u l-industrija tal-internet biex isaħħu l-kooperazzjoni fl-iżvilupp ta' strateġiji u standards biex il-minorenni jitħarrġu fl-użu responsabbli tal-internet, u biex isiru konxji u jitħarsu minn espożizzjoni online u offline għal kontenut mhux xieraq għall-età tagħhom, inklużi vjolenza, reklamar li jħeġġeġ infiq żejjed u xiri ta’ prodotti virtwali jew krediti bit-telfowns ċellulari tagħhom;
49. Jilqa’ l-innovazzjonijiet tekniċi permezz tal-ekonomija fir-rigward ta’ servizzi speċifiċi online, li jippermettu l-użu tal-internet adattat għat-tfal;
50. Jistieden lill-assoċjazzjonijiet tal-fornituri ta’ servizzi awdjoviżivi u diġitali, f’kooperazzjoni ma’ assoċjazzonijiet oħra pertinenti, biex jintegraw il-protezzjoni tal-minorenni fl-istatuti rispettivi u jindikaw il-grupp ta’ età xierqa,
51. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu d-djalogu biex jarmonizzaw il-klassifikazzjonijiet tal-kontenut diġitali għall-minorenni, f’kooperazzjoni mal-operaturi u l-assoċjazzjonijiet pertinenti, u ma’ pajjiżi terzi;
52. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jikklassifikaw il-logħob diġitali permezz ta’ karattri ċari abbażi ta’ lejn liema grupp ta’ età jkunu mmirati u, fuq kollox, skont il-kontenut tagħhom;
53. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-“European Framework for Safer Mobile Use” u ttejjeb l-għażliet li jaġevolaw il-kontroll mill-ġenituri;
54. Jenfasizza x-xogħol tajjeb magħmul mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u jinkoraġġixxi lil dawn l-organizzazzjonijiet biex jikkooperaw u jaħdmu flimkien transkonfinalment kif ukoll jaħdmu bi sħubija ma’ korpi tal-infurzar tal-liġi, gvernijiet, fornituri tas-servizz tal-internet u l-pubbliku;
Il-protezzjoni tal-privatezza
55. Itenni l-importanza tal-protezzjoni tad-data għat-tfal, speċjalment fir-rigward tat-tkabbir rapidu tal-mezzi tan-netwerking soċjali u ċ-chat rooms, minħabba l-fluss u l-aċċessibilità dejjem akbar ta’ data personali permezz tal-midja diġitali;
56. Jilqa’ l-proposta l-ġdida għal Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali (COM(2012)0011) u d-dispożizzjonijiet speċjali tiegħu dwar il-kunsens tat-tfal u d-dritt li jkunu minsija, li jipprojbixxi l-preservazzjoni online ta’ informazzjoni dwar data personali ta’ minorenni, li tista’ toħloq riskju għall-ħajja personali u professjonali tagħhom, u jfakkar li ż-żamma tal-informazzjoni u d-data tal-internet marbuta mat-tfal tista' tintuża ħażin għad-detriment tad-dinjità u l-inklużjoni soċjali tagħhom;
57. Jenfasizza li hemm bżonn li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu ċċarati u żviluppati b’mod li jiżgura li jkunu ċari u operattivi bis-sħiħ ladarba tiġi adottata l-leġiżlazzjoni l-ġdida u li ma jipperikolawx il-libertà tal-internet;
58. Jilqa’ wkoll l-intenzjoni biex tkun stabbilita sistema elettronika għaċ-ċertifikazzjoni tal-età;
59. Jemmen li s-sidien u l-amministraturi tal-paġni web għandhom jindikaw b’mod ċar u viżibbli l-politika ta’ protezzjoni tad-data tagħhom u għandhom jipprovdu għal sistema ta’ kunsens parentali obbligatorju għall-ipproċessar ta’ data marbuta ma' tfal ta' taħt it-13-il sena; jitlob biex isiru aktar sforzi sabiex tissaħħaħ kemm jista’ jkun il-privatezza awtomatika, biex tiġi evitata l-vittimizzazzjoni sekondarja tat-tfal;
60. Jenfasizza l-importanza li l-utenti jiġu mgħarrfa dwar kif id-data personali tagħhom u d-data ta’ persuni terzi assoċjati magħhom tiġi trattata mill-fornituri tas-servizzi jew min-netwerks soċjali, kif ukoll għar-rikors possibbli li huwa għad-dispożizzjoni tagħhom f’każ li d-data tagħhom tintuża għal skopijiet oħra differenti mir-raġunijiet leġittimi li għalihom kienu nġabru mill-fornituri u l-imsieħba tagħhom, u dan f’lingwa u forma adattati skont il-profil tal-utenti b’attenzjoni partikolari għall-utenti minorenni; iqis li l-fornituri għandhom responsabilitajiet partikolari f’dan il-qasam, u jeżiġi li dawn jinfurmaw lill-utenti dwar il-politika editorjali tagħhom b’mod ċar u li jinftiehem;
61. Iħeġġeġ bis-saħħa l-promozzjoni f’kull settur diġitali ta’ għażliet teknoloġiċi li, jekk jintagħżlu, jistgħu jillimitaw in-navigazzjoni tal-minorenni għal-limiti rintraċċabbli u għal aċċess ikkundizzjonat; għalhekk jipprovdi għodda effettiva ta’ kontroll għall-ġenituri; jieħu nota, madankollu, li dawn il-miżuri ma jistgħux jieħdu post taħriġ dettaljat għall-minorenni fl-użu tal-midja;
62. Jenfasizza li huwa importanti li jiġu infurmati mill-aktar fis it-tfal u l-adoloxxenti dwar id-drittijiet tagħhom għall-privatezza fuq l-internet u biex dawn jiġu mgħallma jgħarfu l-metodi, kultant mhux ovvji, użati biex ħaddieħor jikseb l-informazzjoni mingħandhom;
Id-dritt ta’ tweġiba fil-midja diġitali
63. Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw u jarmonizzaw is-sistemi relatati mad-dritt ta’ tweġiba fil-midja diġitali, u jtejbulhom anke l-effiċjenza;
Id-dritt għaċ-ċittadinanza diġitali
64. Jenfasizza li t-teknoloġija diġitali hija għodda ta’ tagħlim importanti għaċ-ċittadinanza, li tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ għadd ta’ ċittadini li jgħixu f’żoni periferiċi u partikolarment tal-pubbliku żagħżugħ, biex ikunu jistgħu japprofittaw bis-sħiħ mil-libertà ta’ espressjoni u ta’ komunikazzjoni online;
65. Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw il-pjattaformi diġitali bħala għodda ta’ taħriġ għall-parteċipazzjoni demokratika għal kull tifel/tifla b’kunsiderazzjoni speċjali għal dawk l-aktar vulnerabbli;
66. Jenfasizza l-opportunità li l-midja ġodda jirrappreżentaw biex jippromwovu, fis-servizzi u l-kontenut diġitali, il-fehim u d-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet, is-sessi, u l-gruppi kulturali u etniċi differenti;
67. Ifakkar li fuq l-internet, l-informazzjoni u ċ-ċittadinanza huma marbuta mill-qrib u dak li llum jhedded l-impenn ċiviku taż-żgħażagħ huwa n-nuqqas ta’ interess li huma juru fir-rigward tal-informazzjoni;
o o o
68. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar l-Inizjattiva għan-Negozju Soċjali – Il-ħolqien ta’ klima favorevoli għall-intrapriżi soċjali, il-partijiet interessati ewlenin fl-ekonomija soċjali u l-innovazzjoni (2012/2004(INI))
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta’ April 2012 “Lejn irkupru li jwassal għal ħolqien abbundanti ta’ impjiegi’ (COM(2012)0173),
– wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tas-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Inizjattiva għan-Negozju Soċjali – Il-ħolqien ta’ klima favorevoli għall-intrapriżi soċjali, il-partijiet interessati ewlenin fl-ekonomija soċjali u l-innovazzjoni’, INT/606 tat-22 ta’ Frar 2012,
– wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Frar 2012 għal regolament tal-Kunsill dwar l-istatut għal fondazzjoni Ewropea (COM(2012)0035),
– wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 għal direttiva dwar l-akkwist pubbliku (COM(2011)0896),
– wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2011 għal regolament dwar Fondi ta’ Intraprenditorija Soċjali Ewropej (COM(2011)0862),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ottubru 2011 “Inizjattiva għan-Negozju Soċjali – Il-ħolqien ta’ klima favorevoli għall-intrapriżi soċjali, il-partijiet interessati ewlenin fl-ekonomija soċjali u l-innovazzjoni’ (COM(2011)0682),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar strateġija rinnovata tal-UE 2011-14 għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (COM(2011)0681),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ April 2011 jisimha “L-Att dwar is-Suq Uniku – Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja. Naħdmu flimkien għal tkabbir ġdid’ (COM(2011)0206),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2010 “Lejn Att dwar is-Suq Uniku – Għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna’ (COM(2010)0608),
– wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2011 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (COM(2011)0609),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv’ (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2011 għal regolament dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 (COM(2011)0607),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar 'Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali' (COM(2010)0758),
– wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti u n-Netwerk Ewropew ta’ Żoni ta’ Riċerka tal-EMES tal-2008 intitolat “Intrapriża Soċjali: Mudell ġdid għat-tnaqqis fil-faqar u l-ġenerazzjoni tal-impjiegi”(1)
– wara li kkunsidra l-opinjoni Esploratorja tal-KESE tas-26 ta’ Ottubru 2011 dwar “L-intraprenditorija soċjali u l-intrapriża soċjali” IN/589,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-Ekonomija Soċjali(2),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2011(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2012 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati(4)
– wara li kkunsidra r-Regola 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0305/2012),
A. billi l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, li jimpjegaw mill-inqas 11-il miljun ruħ fl-UE u li jammontaw għal 6% tal-ħaddiema kollha jew 10% tal-intrapriżi kollha Ewropej, jiġifieri, 2 miljun intrapriża, tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-mudell soċjali Ewropew u lis-strateġija Ewropa 2020.
B. billi l-iżviluppi storiċi differenti wasslu għal oqfsa legali għal kull tip ta’ intrapriża, inklużi intrapriżi tan-negozji soċjali u tal-ekonomija soċjali, biex juru differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri;
C. billi ħafna tipi ta' intrapriżi fl-ekonomija soċjali mhumiex rikonoxxuti minn qafas legali fil-livell Ewropew u huma rikonoxxuti biss fil-livell nazzjonali f'xi Stati Membri;
D. billi l-effetti tal-kriżi attwali soċjali, ekonomiku u finanzjarju, kif ukoll il-bidliet demografiċi, b'mod partikolari t-tixjiħ tal-popolazzjoni, jisfidaw is-sistemi tal-benessri soċjali, inklużi skemi tal-assigurazzjoni soċjali statutorji u volontarji, u għalhekk sistemi innovattivi għall-assistenza soċjali għandhom jiġu promossi sabiex tiġi żgurata sigurtà soċjali adegwata u diċenti;
E. billi l-Att dwar is-Suq Uniku u l-istrateġija Ewropa 2020 – li t-tnejn li huma għandhom l-għan li jistabbilixxu tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u b'hekk iżidu l-kwantità u l-kwalità tal-impjiegi, u jkomplu bil-ġlieda kontra l-faqar – huma marbutin sew flimkien, u billi l-intrapriżi soċjali jistgħu jikkontribwixxi b'mod sinifikanti permezz tal-potenzjal ta' innovazzjoni tagħhom u r-rispons releventi tagħhom għall-bżonnijiet soċjali;
F. billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-atturi tal-ekonomija soċjali u l-intrapriżi soċjali bħala muturi tat-tkabbir ekonomiku u innovazzjoni soċjali, li għandhom il-potenzjal li joħolqu impjiegi sostenibbli, u li jħeġġu l-inklużjoni ta' gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol;
G. billi l-proposti tal-Kummissjoni għal regolament dwar il-Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew u l-Programm għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali (PSCI) għandhom jintlaqgħu tajjeb;
H. billi intrapriżi soċjali jistgħu jgħinu biex jitwasslu s-servizzi soċjali li huma komponenti ewlenin ta' stat soċjali u b'hekk jikkontribwixxu għall-kisba ta' objettivi kondiviżi tal-Unjoni Ewropea;
I. billi ħafna intrapriżi soċjali jaffrontaw diffikultajiet fl-aċċess għall-finanzjament sabiex jespandu l-attivitajiet tagħhom, u għalhekk għandhom bżonn sostenn speċifiku u adattat għalihom, bħal servizzi bankarji soċjali, strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju, fondi jew krediti (mikro) filantropiċi, speċjalment fil-każ ta' intrapriżi mikro u SMEs; billi, f'dan ir-rigward, il-Fondi Strutturali u l-programmi tal-UE għandhom rwol sinifikanti fil-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzjament għall-intrapriżi soċjali, ukoll għal dawk b'investiment ta' intensità għolja;
J. Billi ħafna intrapriżi soċjali jippromwovu riforma tal-politika billi jippromwovu governanza tajba, b'mod partikolari billi jinvolvu l-ħaddiema, il-klijenti u l-partijiet interessati, u jsostnu tagħlim reċiproku u l-innovazzjoni soċjali, u b'hekk jagħtu rispons għad-domanda li dejjem qed tikber taċ-ċittadini għal imġiba korporattiva etika, soċjali u favur l-ambjent;
K. billi n-negozji soċjali, min-natura u l-modus operandi tagħhom, jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' soċjetà aktar koeżiva, demokratika u attiva, u ta' spiss joffru – u għandhom joffru – kundizzjonijiet favorevoli tax-xogħol kif ukoll paga ugwali għal impjieg ugwali, u jsostnu opportunitajiet indaqs għall-irġiel u nisa, biex permezz tagħhom tista' ssir rikonċilazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u dik privata;
L. billi l-proposta tal-Kummissjoni li żżid kategorija ġdida ta’ persuni żvantaġġjati għal kuntratti riservati ġiet notata;
Introduzzjoni
1. Jilqa’ l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni “Inizjattiva għan-Negozju Soċjali’ u ”Lejn irkupru li jwassal għal ħolqien abbundanti ta’ impjiegi’, b’rakkomandazzjonijiet lill-gvernijiet nazzjonali biex itejbu l-kundizzjonijiet ta' qafas għall-intrapriżi soċjali li jista' jwassal għal opportunitajiet u impjiegi ġodda, inter alia fil-qasam li qed jikber malajr tas-saħħa u tal-kura soċjali (l-hekk imsejjaħ settur abjad) u fis-settur ambjentali (l-hekk imsejjaħ settur aħdar), li joffru opportunitajiet ġodda lill-ekonomija soċjali u lil dik aktar wiesgħa;
2. Jiddikjara li l-ekonomija soċjali hija parti mill-ekonomija tas-suq eko-soċjali kif ukoll tas-suq uniku Ewropew, u jenfasizza r-reżistenza għolja tagħha għall-kriżijiet u l-mudelli kummerċjali solidi tagħha. jenfasizza li l-intrapriżi soċjali ta' spiss ifittxu li jissodisfaw ħtiġijiet soċjali u umani li ma jiġux sodisfatti - jew jekk jiġu jkun biss b'mod inadegwat - minn operaturi kummerċjali jew mill-istat; jenfasizza li huwa aktar probabbli li l-impjiegi fl-ekonomija soċjali jinżammu fl-livell lokali;
3. Jiddikkjara li intrapriża soċjali tfisser impriża, irrispettivament mill-forma legali tagħha, li:
a)
tkun kisbet impatti soċjali pożittivi li jistgħu jitkejlu bħala objettiv primarju skont l-artikoli ta’ assoċjazzjoni u l-istatuti tagħha jew kwalunkwe dokument statutorju ieħor li jistabilixxi n-negozju; fejn l-impriża:
–
▌tipprovdi servizzi jew oġġetti lil persuni vulnerabbli, emarġinati, żvantaġġjati jew esklużi;
–
tipprovi oġġetti jew servizzi permezz ta' metodu ta' produzzjoni, li jinkorpora l-objettiv soċjali tagħha;
b)
tuża l-profitti tagħha biex l-ewwel u qabel kollox tilħaq l-objettivi primarji tagħha minflok ma tqassamhom, u jkollha stabbiliti proċeduri u regoli predefiniti għal kwalunkwe ċirkostanza li fiha l-profitti jitqassmu lill-partijiet interessati jew lis-sidien, li jiżguraw li kwalunkwe tali tqassim tal-profitti ma jdgħajjifx l-objettivi primarji tagħha; kif ukoll
c)
tkun immaniġjata b’mod responsabbli u trasparenti, b’mod partikolari billi tinvolvi lill-ħaddiema, il-klijenti u l-partijiet interessati affettwati mill-attivitajiet ta’ negozju tagħha.
Azzjonijiet rakkomandati għal tipi varji ta’ intrapriżi
4. Jenfasizza li l-attivitajiet imwettqa minn voluntiera f'diversi setturi tal-ekonomija soċjali – inklużi ż-żgħażagħ li qed jibdew il-karrieri tagħhom kollhom entużjażmu u b'ħiliet ġodda, u l-anzjani, li għandhom esperjenza vasta u ħiliet żviluppati sew – jagħtu kontribut importanti lit-tkabbir ekonomiku, lis-solidarjetà u lill-koeżjoni soċjali, u jagħtu skop tal-ħajja lil bosta persuni; jitlob għal rikonoxximent u sostenn finanzjarju u strutturali adegwat, fl-livell lokali, nazzjonali u Ewropew;
5. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-intrapriżi soċjali ma jkunux żvantaġġati minħabba tipi oħra ta' intrapriżi li joqgħodu jagħżlu oqsma ta' qligħ lukrattiv fl-ekonomija soċjali; jinnota li dawn l-oqsma huma l-aktar urbani, fejn oħrajn inqas profitabbli, l-aktar dawk rurali jew periferali – fejn il-loġistika tirriżulta fi spejjeż akbar – jispiċċaw b'anqas servizzi u b'servizzi ta' kwalità aktar baxxa; jenfasizza li l-utenti għandu jkollhom il-libertà tal-għażla fost għadd ta' fornituri;
6. Jenfasizza l-importanza ta' strateġija u ta' miżuri li jippromwovu l-intraprenditorija soċjali u l-intrapriżi soċjali innovattivi, speċjalment fir-rigward taż-żgħażagħ u l-persuni żvantaġġati, sabiex jiġi żgurat aċċess aħjar u aktar faċli għall-intraprendituri – kemm nisa u rġiel – għal programmi u finanzjament tal-UE tal-Istati Membri; jitlob għal sostenn adegwat biex jitkompla l-programm Erasmus Għal Imprendituri Żgħażagħ biex tittejjeb l-attrazzjoni u l-viżibilità tiegħu anke fl-ekonomija soċjali; ifakkar, madanakollu, li l-impjieg indipendenti għandu jiġi akkumpanjat bid-dispożizzjoni għal gwida suffiċjenti;
7. Jinnota d-diversità fi ħdan l-ekonomija soċjali; jenfasizza li l-iżvilupp ta' kwalunkwe qafas legali ġdid fl-livell tal-UE għandu jkun fakultattiv għall-intrapriżi u ppreċedut minn valutazzjoni tal-impatt li tqis l-eżistenza ta' diversi mudelli tan-negozju soċjali fl-Istati Membri kollha; jenfasizza li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tati prova ta' valur miżjud fl-UE kollha;
8. Jappoġġja l-inizjattivi fuq livell Ewropew biex jitkabbar u jissaħħaħ is-settur ta’ assoċjazzjoni diġà avvanzat f’diversi Stati Membri; jitlob għal statut Ewropew għal assoċjazzjonijiet li jikkomplementaw l-istatuti legali eżistenti fil-livell tal-Istati Membri;
9. Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għas-simplifikazzjoni tar-regolament dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea;
10. Jilqa' l-istudju tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tas-soċjetajiet mutwi fl-Ewropa b'involviment mill-qrib tas-settur; jisħaq li s-soċjetajiet mutwi għandhom, permezz ta’ statut Ewropew, ikunu rikonoxxuti bħala attur distint u importanti fi ħdan l-ekonomija u s-soċjetà Ewropea; jenfasizza l-benefiċċji ta 'statut Ewropew biex jiffaċilita attività transkonfinali tas-soċjetajiet mutwi; iħeġġeġ lill-Istati Membri li għad ma introduċewx statut nazzjonali għall mutwalitajiet biex jagħmlu dan;
11. Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar l-Istatura għal statut Ewropew tal-fondazzjonijiet;
12. Ifakkar li fil-COM (2004) 0018, il-Kummissjoni impenjat ruħha għal 12-il azzjoni konkreta biex issostni l-iżvilupp tal-kooperattivi, u jiddeplora l-fatt li s'issa ftit li xejn sar progress. jistieden lill-Kummissjoni tipproponi b'ambizzjoni - b'konformità mal-inizjattiva 2004 - aktar miżuri biex itejbu l-kundizzjonijiet operattivi għall-kooperattivi, il-mutwalitajiet, l-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet, u b'hekk tappoġġja l-iżvilupp tal-ekonomija soċjali inġenerali;
13. Jilqa’ l-adozzjoni tal-pakkett rivedut ta’ regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat rigward is-servizzi soċjali u lokali filwaqt illi jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni sabiex tkompli tiċċara dawn ir-regoli sabiex tiffaċilita l-fehim u l-applikazzjoni tagħhom minn awtoritajiet lokali u reġjonali b'mod partikolari fir-rigward ta' intrapriżi soċjali;
Intrapriżi li jwettqu l-għanijiet soċjali jew li jkollhom impatt soċjali
14. Jinnota li intrapriżi soċjali huma fornituri importanti tas-Servizzi Soċjali ta’ Interess Ġenerali (SSGI); jenfasizza li ħafna drabi tali intrapriżi jitnisslu jew huma marbuta mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet volontarji u/jew assoċjazzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jipprovdu servizzi orjentati lejn il-persuna u jkunu ddisinjati sabiex jagħtu rispons għall-ħtiġijiet vitali tal-bniedem, b’mod partikolari l-ħtiġijiet ta' utenti li jinsabu f’pożizzjoni vulnerabbli; ħafna drabi l-intrapriżi soċjali jsibu ruħhom bejn is-setturi tradizzjonali privati u pubbliċi li jwasslu servizzi pubbliċi, jiġifieri fil-qafas tal-akkwist pubbliku;
15. Iqis li l-kunċett tar-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR) għandu jkun ikkunsidrat b’mod distint minn dak tan-negozju soċjali, minkejja li xi negozji kummerċjali b’attivitajiet CSR sinifikanti jista’ jkollhom interazzjoni qawwija man-negozju soċjali;
Perspettivi finanzjarji – it-titjib tal-ambjent legali u fiskali
16. Jemmen li l-programm pSCI għall 2014-2020, bil-mikrofinanzjament u l-assi ta' intraprenditorija soċjali tiegħu, jikkontribwixxi għall-isforz biex jiġi garantit aċċess aħjar għall-mikrokrediti għal mikrointrapriżi fl-ekonomija soċjali waqt li titqies id-diversità tal-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-intrapriżi soċjali;
17. Jemmen li strumenti finanzjarji differenti – bħall-Fondi Ewropej għall-Intraprenditorija Soċjali, il-Fondi Ewropej għal Kapital ta' Riskju u l-Fondi Angels Ewropej (EAF) - huma meħtieġa biex jitjieb l-aċċess għas-swieq finanzjarji għall-intrapriżi soċjali;
18. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġati intrapriżi soċjali permezz ta' mezzi finanzjarji suffiċjenti fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE, u jindika l-fondi relevanti skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 (bħall-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Agrikolu Fond għall-Iżvilupp Rurali, il-Programm għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni, il-Programm għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, kif ukoll Orizzont 2020); jitlob b'mod espliċitu l-appoġġ għal intrapriżi soċjali innovattivi, b'mod partikolari dawk li jippromwovu l-impjiegi ta' kwalità, jiġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u li jinvestu fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja;
19. Jenfasizza li l-aċċess għall-finanzjament tal-UE għandu jiġi ssimplifikat filwaqt li jkun hemm lok għal flessibbiltà adegwata fil-livell tal-Istati Membri, u li l-opportunitajiet ta' finanzjament għandhom jkunu disponibbli u reklamati b'mod ċar u, barra minn hekk, li r-rekwiżiti organizzattivi, amministrattivi u ta' kontabbiltà għandhom jiġu ssimplifikati;
20. Jirrimarka li l-introduzzjoni ta’ forom ġodda ta’ appoġġ finanzjarju se jkunu preċeduti minn analiżi tal-istrumenti attwali sabiex tiġi vverifikata l-effiċjenza tagħhom u għalhekk iqis li huwa meħtieġ li jiġu akkwistati l-għodod li jkejlu u jqabblu r-ritorn soċjali tal-investiment bil-għan li jiġi promoss l-iżvilupp ta' suq tal-investiment aktar trasparenti;
21. Jikkunsidra li hu neċessarju li jinħolqu kundizzjonijiet li taħthom l-intrapriżi soċjali jkunu jistgħu jiksbu l-indipendenza finanzjarja u jinvolvu ruħhom fl-attività tan-negozju kummerċjali;
22. Jemmen li l-proċessi ta’ ġestjoni responsabbli, bl-appoġġ ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament suġġetti għal sorveljanza u trasparenza xierqa, huma neċessarji sabiex l-attenzjoni tibqa’ fuq l-intraprenditorija soċjali u n-negozji soċjali;
Miżuri, appoġġ u promozzjoni
23. Jitlob li jsir studju komparattiv, mibdi mill-Kummissjoni u mwettaq b'kooperazzjoni ma' intrapriżi soċjali, dwar id-diversi oqfsa nazzjonali u reġjonali legali madwar l-UE, u dwar il-kundizzjonijiet operattivi u l-karatteristiċi għall-intrapriżi soċjali, inkluż id-daqs tagħhom u n-numru u l-qasam tal-attivitajiet tagħhom, kif ukoll dwar iċ-ċertifikazzjoni nazzjonali u s-sistemi ta' tikettar;
24. Jenfasizza li hemm differenza kbira fost l-intrapriżi soċjali f’termini ta’ forma, daqs, attività tan-negozju, ekonomija u kooperazzjoni; jinnota li jeżistu intrapriżi soċjali li huma fuq quddiem fl-iżvilupp tal-kampijiet tagħhom u li għandhom kapaċità adegwata għall-iżvilupp proprju, iżda li jeżistu wkoll intrapriżi fil-bżonn ta’ għarfien meta jiġu biex jistabbilixxu, jiżviluppaw u jimmaniġjaw l-intrapriża tagħhom;
25. Iqis li biex tiżdied il-kompetittività tal-intrapriżi soċjali f’livell Ewropew għandha tiġi nkuraġġita l-kostruzzjoni ta' punti ta' innovazzjoni soċjali, li jkollhom valur miżjud li jmur lil hinn minn sempliċement valur lokali; jikkunsidra, madanakollu, li intrapriżi soċjali, jekk jingħataw inċentivi adegwati, jistgħu jkunu importanti għall-impjieg ta' ħaddiema kwalifikati ta’ età ta’ aktar minn 50 sena li jkunu ħarġu mis-suq tax-xogħol;
26. Jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni biex titwaqqaf pjattaforma online multilingwi, aċċessiibli u li tista' tintuża faċilment għall-intrapriżi soċjali li għandha, fost oħrajn, tippermetti l-iskambju mudelli li taw prova tal-prestazzjoni tagħhom, trawwem l-iżvilupp tas-sħab, tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar l-aċċess għall-finanzjament u dwar l-opportunitajiet ta' taħriġ, u li għandha sservi bħala netwerk għall-kooperazzjoni transkonfinali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni lin-negozju soċjali taħt il-Metodu Miftuħ ta' Kooperazzjoni;
27. Jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex jitwaqqaf grupp ta’ esperti dwar in-negozju soċjali (GECES) sabiex jiġi osservat u evalwat il-progress tal-miżuri kkunsidrati fil-Komunikazzjoni tagħha COM(2011)0682;
28. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw il-fattibbiltà u x-xewqa li tiġi żviluppata “tikketta soċjali ewropea’ li għandha tingħata lill-intrapriżi soċjali, biex jiġi żgurat aċċess aħjar għall-akkwist pubbliku u dak soċjalment innovattiv mingħajr ksur tar-regoli dwar il-kompetizzjoni; jissuġġerixxi li l-intrapriżi li jġorru din it-tikketta għandhom jiġu mmonitorjati regolarment fir-rigward tal-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet stipulati fit-tikketta;
29. Jitlob għal regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku li japplikaw il-prinċipju ta' “l-aktar offerta vantaġġjuża ekonomikament (MEAT)” minflok il-prinċipju ta' “l-ispiża l-aktar baxxa” meta jkunu qegħdin jinġarġu kuntratti għall-fornitura ta' servizzi;
30. Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb il-fehim ta 'intrapriżi soċjali u l-ekonomija soċjali, u l-għarfien dwarhom, u biex ttejjeb il-viżibbiltà tat-tnejn, billi ssostni r-riċerka akkademika, inter alia fil-kuntest tat-tmien Programm ta' Qafas 8 (Orizzont), u biex tniedi rapport regolari dwar l-attività fir-rigward tal-intrapriżi soċjali u l-prestazzjonijiet soċjali tagħhom; jitlob lill-Istati Membri jsegwu fuq is-sejħa tal-Kummissjoni għal proposti biex jkun hemm statistika affidabbli dwar l-intrapriżi soċjali, żviluppata mill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika;
31. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw l-intrapriżi soċjali fl-impjieg u fil-pjanijiet ta' azzjoni għall-inklużjoni soċjali, u jappoġġa t-twaqqif ta' ''Premju Ewropew għall-Intraprenditorija Soċjali“ biex jiġu rikonoxxuti l-effetti soċjali tagħha;
32. Jinnota li l-intrapriżi soċjali jeħtieġu livell massimu ta' appoġġ u aċċettazzjoni permezz ta' tqajjim tal-kuxjenza, mhux tal-inqas billi ssir enfasi fuq il-benefiċċji lil hinn minn dawk ta' natura purament ekonomika, u jitlob għal kampanja ta' informazzjoni wiesgħa, sostenuta mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri u mis-sħab soċjali, li għandha tiġi mnedija permezz tal-introduzzjoni ta' websajt aċċessibbli u multilingwali li jipprovdi informazzjoni fil-pront u faċli dwar il-prodotti u s-servizzi soċjali għaċ-ċittadini;
33. Jistieden lill-Istati Membri iqisu l-benefiċċji marbuta mal-inklużjoni ta' prinċipji ta' negozju soċjali/intraprenditorija soċjali u responsabbiltà soċjali fil-kontenut ta' programmi tal-iskejjel, l-universitajiet u ta' istituzzjonijiet edukattivi oħra, u ta' programmi ta' tagħlim tul il-ħajja, sabiex jgħinu fl-iżvilupp soċjali u l-kompetenzi ċivili u jappoġġjaw l-impjieg fi ħdan intrapriżi soċjali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw l-edukazzjoni konvenzjonali u bbażata fuq l-internet ta' intraprendituri soċjali u jippromwovu kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-intrapriżi soċjali, l-intrapriżi kummerċjali u d-dinja akkademika sabiex titqajjem il-kuxjenza, u fehim aħjar, tal-intrapriżi soċjali, kif ukoll tal-ġlieda kontra sterjotipi li jistgħu jeżistu;
34. Jemmen li l-introduzzjoni ta’ qafas Ewropew komuni dwar il-pubblikazzjoni tad-dejta se jiżgura informazzjoni aktar ċara u effettiva tal-investiment fl-intrapriżi soċjali;
35. Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li teduka u tikkunsidra l-użu possibbli ta' privattivi reqdin mill-intrapriżi soċjali biex tiffaċilita l-iżvilupp soċjali tagħhom, u jittama li jkun hemm miżuri konkreti fil-futur qarib.
o o o
36. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jissottometti din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Istati Membri.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar ir-rapport tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Grupp tal-euro bit-titolu “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina” (2012/2151(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern taż-Żona tal-Euro tad-29 ta' Ġunju 2012,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Grupp tal-euro tas-26 ta' Ġunju 2012 bit-titolu “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina”,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 42 u 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0339/2012),
A. billi minn mindu ġie ffirmat it-Trattat ta' Ruma, l-Unjoni Ewropea għamlet passi sinifikanti lejn integrazzjoni politika, ekonomika, fiskali u monetarja;
B. billi l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) mhijiex għan fiha nnifisha iżda pjuttost l-istrument biex jinkisbu l-objettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikolari tkabbir bilanċjat u sostenibbli u livell għoli ta' impjieg; billi l-inklużjoni soċjali u s-solidarjetà huma s-sisien tal-mudell soċjali Ewropew u tal-integrazzjoni Ewropea kollha kemm hi u ma jistgħux jitħallew barra minn kwalunkwe riforma futura tal-Unjoni;
C. billi f'soċjetà tal-informazzjoni globalizzata l-bżonn ta' integrazzjoni Ewropea aktar mill-qrib imsejsa fuq il-leġittimità demokratika, ir-responsabbiltà, it-trasparenza u l-approvazzjoni taċ-ċittadini qed isir dejjem iżjed ċar;
D. billi integrazzjoni Ewropea aktar mill-qrib għandha tipprevedi parteċipazzjoni parlamentari akbar kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni;
E. billi l-Unjoni tinsab f'salib it-toroq u hemm bżonn li tingħażel direzzjoni ċara jew biex jingħaqdu l-forzi fi ħdan l-Unjoni u jinbena ġejjieni għal Unjoni b'saħħitha, immexxija mill-valuri u bbażata fuq is-solidarjetà f'dinja globalizzata, jew inkella biex tirtira fiha nnifisha u tkun imġiegħla tadatta ruħha passivament għall-globalizzazzjoni;
F. billi l-kriżi ekonomika, finanzjarja u bankarja u t-tnaqqis attwali fir-ritmu ekonomiku wasslu għal livell għoli ta' dejn pubbliku u privat fil-livell nazzjonali u problemi finanzjarji fis-settur pubbliku f'diversi Stati Membri u, flimkien mal-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, laqtu l-iżvilupp soċjoekonomiku taż-żona tal-euro u tal-Unjoni kollha kemm hi b'mod rapidu, dirett u negattiv;
G. billi bejn l-2008 u nofs l-2012 ir-rata tal-qgħad fl-UE-27 telgħet minn madwar 7 % għal 10.4 %, jiġifieri 25 miljun persuna qiegħda, u li aktar minn wieħed minn kull ħames żgħażagħ jinsabu bla xogħol (22 %), u l-qgħad taż-żgħażagħ jaqbeż il-50 % f’xi Stati Membri;
H. billi l-ħolqien tal-impjiegi, impjiegi ta' kwalità u xogħol deċenti huma kruċjali biex tingħeleb il-kriżi attwali;
I. billi bħalissa diversi Stati Membri qed jiffaċċjaw sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja esiġenti ħafna, aggravata bil-pressjoni kontinwa fuq is-swieq tal-bonds sovrani li qed tiġi riflessa f'rati ta' self mhux sostenibbli għal xi pajjiżi kif ukoll f'rati ta' mgħax baxxi jew negattivi għal xi pajjiżi oħrajn u instabbiltà finanzjarja u ekonomika konsiderevoli;
J. billi t-taħlita ta' kompetittività li qed tevolvi f'direzzjonijiet diverġenti u potenzjal baxx ta' tkabbir, rati għoljin ta' qgħad b'defiċits għoljin u b'dejn pubbliku u privat għoli mhux biss qed tkun ta' ħsara f'xi Stati Membri, iżda qed iddgħajjef ukoll iż-żona tal-euro kollha kemm hi;
K. billi l-avvenimenti reċenti wrew biċ-ċar li ż-żona tal-euro xorta għadha mhijiex attrezzata tajjeb biex issolvi l-kriżi jew biex tirreaġixxi b'mod adegwat għax-xokkijiet ekonomiċi reġjonali u globali li jseħħu fiha;
L. billi r-rwol importanti li jaqdi l-euro, kemm fiż-żona tal-euro kif ukoll fil-livell globali, bħala t-tieni l-aktar munita internazzjonali ta' riżerva importanti, jitlob reazzjoni Ewropea qawwija u azzjoni Ewropea kkoordinata sabiex jiġu introdotti mill-ġdid it-tkabbir u l-istabbiltà fl-ekonomija;
M. billi matul dawn l-aħħar għaxar snin l-euro ġab ħafna benefiċċji lill-Unjoni, bħall-istabbiltà tal-prezzijiet, it-tneħħija tal-ispejjeż relatati mal-konverżjoni tal-munita fiż-żona tal-euro, l-impossibbiltà ta' żvalutazzjonijiet kompetittivi nominali, rati aktar baxxi ta' mgħax, l-inkuraġġiment tal-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji u moviment aktar faċli tal-kapital transkonfinali;
N. billi l-munita unika tal-Unjoni m'għandhiex issir simbolu ta' firda li jhedded il-proġett Ewropew kollu, iżda għandha tibqa' l-munita tal-Unjoni kollha kemm hi, deċiżiva u kapaċi tieħu deċiżjonijiet ta' portata wiesgħa għal ġejjieni komuni u prosperu;
O. billi l-progress lejn UEM ġenwina għandu jirrispetta r-rieda ta' dawk l-Istati Membri li għandhom klawsola ta' nonparteċipazzjoni fir-rigward tal-obbligu li jintroduċu l-euro illi jżommu l-muniti nazzjonali rispettivi tagħhom;
P. billi l-adeżjoni maż-żona tal-euro timplika livell għoli ta' interdipendenza ekonomika u finanzjarja bejn l-Istati Membri kkonċernati u b'hekk tirrikjedi koordinament ferm aktar mill-qrib tal-politiki finanzjarji, fiskali, soċjali u ekonomiċi, fejn l-Istati Membri jgħaddu l-kompetenzi tagħhom lil-livell tal-Unjon, liema koordinament huwa marbut ma' strumenti aktar stretti ta' superviżjoni u implimentazzjoni effikaċi; billi, madankollu, din l-integrazzjoni akbar mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hi l-euro, possibbilment akkumpanjati minn grupp ta' Stati Membri oħra volontarji, għandha bżonn tiġi żviluppata fil-qafas ta' “żewġ veloċitajiet, Ewropa waħda”, bil-għan li jiġu evitati passi politiċi li jispiċċaw iwasslu għall-ħolqien ta' żewġ Ewropi differenti;
Q. billi l-aħħar riċerka tal-Ewrobarometru tindika li minħabba l-kriżi persistenti ġie rreġistrat tnaqqis ċar fil-fiduċja tan-nies fl-istituzzjonijiet politiċi kemm fil-livell nazzjonali u kemm fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll tnaqqis ċar fil-perċezzjoni pubblika tal-Unjoni bħala entità li twassal immaġni pożittiva; billi, madankollu, l-Unjoni tibqa' l-attur li ċ-ċittadini tal-Unjoni jħossu li hu l-aktar effikaċi biex jindirizza l-kriżi ekonomika;
R. billi dawk li jfasslu l-politika fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali għandhom jispjegaw bla heda liċ-ċittadini tagħhom il-benefiċċji tal-integrazzjoni Ewropea u l-implikazzjonijiet u l-isfidi marbuta ma' munita unika, inklużi l-ispejjeż u r-riskji involuti jekk tisfaxxa ż-żona tal-euro;
S. billi 17-il Stat Membru diġà adottaw il-munita unika tal-Unjoni u l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri l-oħrajn ser jadottaw l-euro meta jkunu lesti;
T. billi kwalunkwe dubju dwar il-ġejjieni tal-UEM b'mod ġenerali, inkluża l-irreversibbiltà tal-adeżjoni fiż-żona tal-euro, u dwar il-munita unika tal-Unjoni b'mod partikolari mhuwiex ġustifikat, peress li huwa fl-interess taċ-ċittadini kollha li l-Unjoni tkun b'saħħitha;
U. billi l-kompitu ewlieni huwa l-bini mill-ġdid tal-fiduċja sabiex iċ-ċittadini u l-impriżi Ewropej jiġu konvinti jibdew jinvestu mill-ġdid fl-ekonomija u sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex l-istituzzjonijet finanzjarji jkunu jistgħu jagħtu mill-ġdid kreditu fuq bażi mifruxa iżda soda lill-ekonomija reali;
V. billi t-tweġiba għall-kriżi tal-euro hija kumplessa u titlob sforzi varjati u fit-tul fil-livelli istituzzjonali kollha u fil-livelli kollha ta' politika;
W. billi huwa kompitu tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Istati Membri b'mod ġenerali u dawk tal-Istati Membri taż-żona tal-euro b'mod partikolari li jaqdu rwol importanti fil-ħolqien ta' unjoni fiskali b'mod li l-mekkaniżmi kollha tal-ġestjoni ta' kriżi fiż-żona tal-euro, bħal pereżempju l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES), ikunu inkorporati f'qafas istituzzjonali fejn il-Parlament ikun involut bis-sħiħ bħala koleġislatur; billi l-istruttura intergovernattiva attwali tippreżenta nuqqas serju ta' leġittimità demokratika; billi l-munita komuni tista' biss tiġi stabbilizzata jekk l-Istati Membri jkollhom ir-rieda li jgħaddu l-kompetenzi tagħhom fil-politiki fiskali lil-livell tal-Unjoni;
X. billi l-bini mill-ġdid tal-fiduċja jirrikjedi wkoll li tali Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern u l-Ministri tagħhom jiddefendu u jispjegaw fl-Istati Membri tagħhom id-deċiżjonijiet ta' politika li jkun intlaħaq qbil dwarhom fil-livell tal-Unjoni; billi meta f'ċerti każijiet ir-responsabbiltà għal deċiżjonijiet impopolari tinxteħet inġustament fuq l-Unjoni, tinħoloq logħba partikolarment perikoluża li tirriskja li tgħawwar l-Unjoni minn taħt, iddgħajjef is-solidarjetà u fl-aħħar mill-aħħar tagħmel ħsara lill-kredibbiltà tal-mexxejja nazzjonali nfushom u potenzjalment lill-proġett Ewropew kollu kemm hu;
Y. billi l-Unjoni bħalissa hija fraġli fil-livell soċjali; billi diversi Stati Membri qed iħaddnu sforzi ta' riforma strutturali u programmi ta' konsolidazzjoni eżigenti għall-aħħar; billi fl-aħħar mill-aħħar l-unjoni politika hija l-muftieħ biex jingħelbu dawn iż-żmenijiet ibsin, filwaqt li titħeġġeġ is-solidarjetà u li jitkompla l-proġett Ewropew;
Z. billi s-samit tal-Kunsill Ewropew u taż-żona tal-euro tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012 ikkonferma d-determinazzjoni tagħhom li jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-Ewropa tkun finanzjarjament stabbli, kompetittiva u prospera u b'hekk isaħħu l-benesseri taċ-ċittadini;
AA. billi l-firda dejjem tikber bejn il-pajjiżi li jinsabu fil-qalba u dawk li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni m'għandhiex issir ta' natura kronika; billi jrid jinħoloq qafas permanenti li fi ħdanu l-Istati Membri li jinsabu f'diffikultà għandhom ikunu jistgħu jserrħu fuq appoġġ ibbażat fuq is-solidarjetà minn Stati Membri oħrajn; billi dawk l-Istati Membri li jixtiequ s-solidarjetà għandu jkollhom l-obbligu li jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom sabiex jimplimentaw l-impenji kollha tagħhom fil-qasam baġitarju kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tagħhom u l-impenji tagħhom fil-qafas tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari dawk relatati mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST), il-Patt Euro Plus, l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-proċedura għall-iżbilanċi makroekonomiċi, filwaqt li jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi speċifiċi għal kull pajjiż; billi l-izgurar tal-istabbiltà finanzjarja ta' kull Stat Membru huwa kwistjoni ta' interess reċiproku għall-Istati Membri; billi l-Artikolu 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jikkunsidrau l-politiki ekonomiċi tagħhom bħala kwistjoni ta' interess komuni u jikkoordinawhom fi ħdan il-Kunsill;
AB. billi l-ikkompletar tas-suq uniku huwa vitali biex jerġa' jinkiseb it-tkabbir; billi, bħala l-gwardjan tat-Trattati, il-Kummissjoni għandha bżonn iżżid l-isforzi tagħha biex tinforza l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti dwar is-suq intern kif ukoll il-konformità magħha; billi biex is-suq intern jaħdem tajjeb jeħtieġ li r-regoli dwar l-integrazzjoni tas-suq ikunu aktar ibbażati fuq regolamenti milli fuq direttivi;
AC. billi m'hemm l-ebda dubju li l-integrazzjoni Ewropea hija proċess irreversibbli u progressiv ;
It-triq 'il quddiem: ir-rapport tal-erba' Presidenti
AD. billi minn perspettiva demokratika u fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona mhuwiex aċċettabbli li l-President tal-Parlament Ewropew, li huwa magħmul minn Membri eletti li jirrappreżentaw 'il fuq minn 502 miljun ċittadin Ewropew, ma ġiex involut fit-tfassil tar-rapport imsemmi hawn fuq, intitolat “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina”;
AE. billi issa wasal iż-żmien li l-mexxejja politiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha juru d-determinazzjoni, il-kreattività, il-kuraġġ, ir-reżiljenza u s-sens ta' tmexxija tagħhom biex ineħħu n-nuqqasijiet li fadal u li għadhom ixekklu l-funzjonament tajjeb tal-UEM; billi l-metodu intergovernattiv laħaq il-limiti tiegħu u mhuwiex adatt għal teħid demokratiku u effiċjenti ta' deċiżjoniijet fis-seklu 21; billi għandha ssir qabża lejn Ewropa tassew federali;
AF. billi r-rapport imsemmi hawn fuq, intitolat “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina”, jagħżel mingħajr ambigwità li jimxi 'l quddiem u jipprova jkisser iċ-ċiklu ta' sfiduċja permezz ta' miżuri strutturali; billi r-rapport għandu jagħti attenzjoni wkoll lid-dimensjoni soċjali;
AG. billi l-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012 talab lill-President tiegħu jiżviluppa pjan direzzjonali speċifiku u marbut biż-żmien għall-ksib ta' UEM ġenwina; billi l-iżvilupp ta' viżjoni globali fit-tul permezz ta' pjan direzzjonali huwa sinjal importanti li jista' jikkontribwixxi għall-bini mill-ġdid tal-fiduċja li tista' tikber hekk kif il-pjan direzzjonali jitwettaq pass wara l-ieħor;
AH. billi progress kostanti fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali fit-tul ma jipprovdi l-ebda soluzzjoni immedjata għall-kriżi u m'għandux idewwem il-miżuri meħtieġa fuq perjodu qasir;
AI. billi ma jistax jiġi eskluż li jaf ikun hemm bżonn bidliet ġodda fit-Trattat sabiex tiżdied il-leġittimità demokratika ta' UEM totalment operattiva; billi l-Kummissjoni għandha telenka l-inizjattivi leġislattivi attwali li ma jridux isofru dewmien minħabba l-iżviluppi istituzzjonali meħtieġa fuq perjodu twil;
AJ. billi l-ksib ta' UEM ġenwina fl-Unjoni se jirrikjedi li titwettaq bidla fit-Trattati fuq perjodu medju;
AK. billi l-użu sħiħ tal-proċeduri u l-flessibilità tat-Trattati eżistenti biex itejbu malajr il-governanza tal-UEM fil-kuntest tal-għoti ta' qafas għal spazju politiku Ewropew ta' veru huwa kundizzjoni għall-bini ta' kunsens demokratiku għal bidla futura tat-Trattat li tkun komprensiva u jkollha suċċess;
AL. billi l-Parlament Ewropew għandu d-dritt li jressaq lill-Kunsill proposti għall-emendar tat-Trattati li sussegwentement ikollhom bżonn jiġu eżaminati minn Konvenzjoni, sabiex jiġi kkompletat il-qafas ta' UEM ġenwina billi jitjiebu l-kompetenzi tal-UE, b'mod partikolari fil-qasam tal-politika ekonomika, u billi jissaħħu r-riżorsi proprji u l-kapaċità baġitarja tal-Unjoni, ir-rwol u r-responsabbiltà demokratika tal-Kummissjoni u l-prerogattivi tal-Parlament;
AM. billi hu realistiku u xieraq li wieħed jaħseb li tali Konvenzjoni m'għandhiex issir qabel l-elezzjonital-Parlament Ewropew li jmiss; billi t-tħejjijiet għal tali Konvenzjoni għandhom jibdew qabel dik l-elezzjoni;
AN. billi kemm il-miżuri proposti skont it-Trattati eżistenti kif ukoll il-bidliet futuri fit-Trattati m'għandhomx jeskludu klawsoli ta' parteċipazzjoni għal Stati Membri u għandhom jiggarantixxu l-integrità tal-UE;
AO. billi l-bidliet futuri fit-Trattati m'għandhomx jikkostitwixxu ostaklu għall-implimentazzjoni ta' malajr ta' dak li diġà jista' jinkiseb fil-qafas tat-Trattati eżistenti; billi t-Trattati eżistenti joffru marġni wiesa' għal progress sostanzjali lejn UEM ibbażata fuq qafas politiku finanzjarju, baġitarju u ekonomiku msaħħaħ u aktar integrat u fuq leġittimità u responsabbiltà demokratiċi aktar b'saħħithom;
AP. billi l-potenzjal sħiħ tat-Trattat ta’ Lisbona rigward il-politiki tal-impjiegi u soċjali għadu sal-lum ma ġiex sfruttat, qabelxejn rigward:
–
l-Artikolu 9 TFUE, skont liema l-promozzjoni ta' rata għolja ta' impjiegi u l-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata għandhom jitqiesu fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-UE;
–
l-Artikolu 151 TFUE, li jiddikjara li “L-Unjoni u l-Istati Membri, (...), għandu jkollhom bħala mira l-promozzjoni tal-impjieg, it-titjib tal-kondizzjonijeit tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla t-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta' livell għoli ta' impjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni”;
–
l-Artikolu 153(1) TFUE b'mod ġenerali, u l-punt (h) tiegħu b'mod partikolari, li jipprevedi “l-integrazzjoni ta' persuni esklużi mis-suq tax-xogħol”;
AQ. billi l-Artikolu 48(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jipprevedi proċedura speċifika għall-adoxxjoni ta' att li għalih it-TFUE jirrikjedi proċedura leġislattiva speċjali f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja; billi l-Artikolu 333 TFUE jinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jagħmluha possibbli li l-proċedura leġislattiva ordinarja tintuża fil-kuntest tal-kooperazzjoni mtejba;
AR. billi l-ambizzjoni għandha tkun li l-Istati Membri kollha jieħdu passi 'l quddiem b'mod konġunt lejn integrazzjoni Ewropea akbar; billi jaf ikun hemm bżonn deċiżjonijiet li japplikaw biss għaż-żona tal-euro meta jkun meħtieġ jew ġustifikat abbażi tal-ispeċifiċità taż-żona tal-euro, inklużi klawżoli ta' parteċipazzjoni (opt-ins) raġonevoli u ġusti għal Stati Membri oħrajn bi drittijiet u obbligi bbilanċjati;
AS. billi Strateġija Ewropea komuni għaż-Żgħażagħ hija essenzjali biex tikkumbatti l-qgħad taż-żgħażagħ u l-periklu li fl-Ewropa nitilfu ġenerazzjoni sħiħa;
Unjoni bankarja
AT. billi l-miżuri li saru s'issa maħsuba biex jistabbilizzaw is-sistema finanzjarja ma kinux biżżejjed biex il-fiduċja tinbena kompletament mill-ġdid; billi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), b'sensiela ta' miżuri ta' għajnuna temporanji eċċezzjonali kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall banek, żvolġa rwol fundamentali f'dawn l-operazzjonijiet ta' salvataġġ mingħajr ma warrab minn quddiem għajnejh l-objettiv ewlieni tiegħu: il-garanzija tal-istabbiltà tal-prezzijiet;
AU. billi l-indipendenza operattiva tal-BĊE, li hija ggarantita abbażi tat-Trattati, fil-qasam tal-politika monetarja tibqa' wieħed mill-pedamenti tal-kredibbiltà tal-UEM u tal-munita unika;
AV. billi s-sitwazzjoni prekarja tas-settur bankarju f'bosta Stati Membri u fl-Unjoni kollha kemm hi qed thedded l-ekonomija reali u l-finanzi pubbliċi u billi l-ispiża tal-ġestjoni tal-kriżi bankarja qed tiżen ħafna fuq il-kontribwenti u l-iżvilupp tal-ekonomija reali b'mod li qed ixxekkel it-tkabbir; billi l-mekkaniżmi u l-istrutturi eżistenti mhumiex biżżejjed biex jipprevjenu effetti sekondarji negattivi;
AW. billi l-Istati Membri jbatu minn dak li jidher li hu nuqqas ta' tlaqqigħ bejn banek li jwettqu operazzjonijiet fuq bażi ta' suq Ewropew u passivi kontinġenti li qed jagħmlu tajjeb għalihom l-emittenti sovrani tagħhom; billi matul il-kriżi attwali sar ovvju li r-rabta bejn il-banek u l-emittenti sovrani hija aktar b'saħħitha f'unjoni monetarja, fejn ir-rata interna ta' skambju hija fissa u ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu fil-livell tal-Unjoni biex itaffi l-ispejjeż tar-ristrutturar tal-banek;
AX. billi huwa essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-UEM li jinkiser iċ-ċirku vizzjuż negattiv bejn l-emittenti sovrani, il-banek u l-ekonomija reali;
AY. billi l-kriżi ħolqot varjazzjoni tar-rati ta' self u fframmentat ukoll de facto s-suq intern għas-servizzi finanzjarji;
AZ. billi l-Parlament stqarr kemm-il darba u b'mod konsistenti li hemm bżonn urġenti ta' miżuri addizzjonali ta' portata wiesgħa sabiex il-kriżi fis-settur bankarju tiġi solvuta; billi għandha ssir distinzjoni bejn miżuri fuq perjodu qasir maħsuba biex jistabbilizzaw sitwazzjoni ta' kriżi bankarja akuta u miżuri fuq perjodu medju u fit-tul, inkluż l-impenn tal-G-20 favur implimentazzjoni fil-waqt, sħiħa u konsistenti tar-regoli maqbula internazzjonalment dwar il-kapital, il-likwidità u l-proporzjon ta' dejn/ekwità tal-banek, immirati lejn il-ksib ta' unjoni bankarja Ewropea totalment operattiva;
BA. billi l-miżuri kollha meħuda fil-kuntest ta' tali unjoni bankarja m'għandhomx ixekklu l-funzjonament korrett kontinwu tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji u l-moviment liberu tal-kapital;
BB. billi l-istituzzjonijiet finanzjarji u r-rappreżentanti tagħhom għandhom jaġixxu b'mod responsabbli u f'konformità ma' standards morali għoljin, għas-servizz tal-ekonomija reali;
BC. billi l-Unjoni teħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu Ewropew uniku għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet bankarji; billi sabiex jiġu żgurati l-fiduċja meħtieġa fis-suq finanzjarju u l-istabbiltà f'suq intern komuni għas-servizzi finanzjarji, b'moviment ħieles tal-kapital, huwa essenzjali qafas Ewropew għal garanziji tad-depożiti sodi u effiċjenti u għal riżoluzzjoni bankarja;
BD. billi l-miżuri kollha biex tinkiseb unjoni bankarja għandhom ikunu akkumpanjati minn titjib fit-trasparenza u r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet li jimplimentawha;
BE. billi, f'konformità mar-rapport Liikanen, għandu jiġi eżaminat jekk huwiex neċessarju li tintalab is-separazzjoni ġudizzjarja ta' ċerti attivitajiet finanzjarji partikolarment riskjużi minn banek ta' depożitu fi ħdan il-grupp bankarju, f'konformità mar-rapport Liikanen;
BF. billi b'mod ġenerali l-awtoritajiet ta' superviżjoni għandhom jidentifikaw u jsewwu l-problemi fi stadju bikri sabiex jipprevjenu l-kriżijiet u jżommu l-istabbiltà u r-reżiljenza finanzjarja;
BG. billi l-biċċa l-kbira tal-poteri ta' superviżjoni bankarja fl-Unjoni llum għadhom f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali ta' superviżjoni filwaqt li l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE) imwaqqfa permezz tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010(1) qed taqdi rwol ta' koordinament; billi s-sistema attwali ta' superviżjoni nazzjonali wriet li hija frammentata wisq biex tiffaċċja l-isfidi attwali;
BH. billi huwa indispensabbli mekkaniżmu Ewropew ta' superviżjoni ta' kwalità għolja u effikaċi biex jiġi żgurat li l-problemi jiġu identifikati u indirizzati bil-qawwa, biex tiġi ggarantita parità ta' kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn l-istituzzjonijiet bankarji kollha, biex tinbena mill-ġdid il-fiduċja transkonfinali u biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern;
BI. billi għandu jintlaħaq ftehim dwar diviżjoni ċara tar-responsabbiltajiet operattivi bejn mekkaniżmu Ewropew ta' superviżjoni u l-awtoritajiet nazzjonali ta' superviżjoni, skont id-daqs u l-mudelli ta' negozju tal-banek u l-kompiti ta' superviżjoni, fl-applikazzjoni tal-prinċipji ta' proporzjonalità u sussidjarjetà;
BJ. billi s-superviżjoni Ewropea tal-istituzzjonijiet bankarji fl-UEM, kif ukoll it-tisħiħ tar-rwol tal-ABE fiż-żamma tas-suq intern, huma prijoritajiet assoluti sabiex tiġi indirizzata l-kriżi; billi, madankollu għandu jiġi żgurat li għall-fini tal-istabbiltà tas-suq finanzjarju intern, l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, li jiddeċiedu li jieħdu sehem fil-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib, għandhom jingħataw formula ta' parteċipazzjoni li tiggarantixxi relazzjonijiet simmetriċi bejn l-obbligi aċċettati u l-impatt fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet;
BK. billi l-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni għandu jkopri sa mill-bidu nett l-istituzzjonijiet finanzjarji li jirrikjedu appoġġ dirett mill-Unjoni, kif ukoll l-istituzzjonijiet finanzjarji ta' importanza sistemika;
BL. billi l-indipendenza tal-mekkaniżmu Ewropew uniku ta' superviżjoni uniku minn influwenza politika u industrijali ma teżonerahx mill-obbligu li jagħti spjegazzjonijiet u ġustifikazzjonijiet lill-Parlament u li jinżamm responsabbli quddiemu, fuq bażi regolari u kull meta s-sitwazzjoni tirrikjedi dan, għall-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet meħuda fil-qasam tas-superviżjoni Ewropea, minħabba l-impatt li l-miżuri ta' superviżjoni jista' jkollhom fuq il-finanzi pubbliċi, il-banek, l-impjegati u l-klijenti; billi responsabbiltà demokratika effikaċi titlob fost l-oħrajn l-approvazzjoni Parlamentari tal-president tal-bord superviżorju tal-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni magħżul wara proċedura miftuħa ta' għażla, l-obbligu li l-president inkwistjoni jirrappurta lill-Parlament u li dan jisimgħu, id-dritt tal-Parlament li jagħmel mistoqsijiet bil-miktub jew orali u d-dritt ta' inkjesta tal-Parlament f'konformità mat-TFUE;
BM. billi fil-ġejjieni l-MES se jkun jista', f'ċerti kundizzjonijiet, jiffinanzja b'mod dirett il-banek li jinsabu f'diffikultà; billi għal din ir-raġuni l-ewwel u l-aktar kompitu urġenti fit-twettiq tal-unjoni bankarja huwa li l-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni jsir operattiv;
BN. billi l-ġabra unika ta' regoli, li qed tiġi żviluppata mill-ABE, għandha tiżgura l-armonizzazzjoni sħiħa u l-applikazzjoni uniformi tar-regoli fl-Unjoni kollha; billi t-tlestija tal-ġabra unika ta' regoli dwar is-superviżjoni bankarja u r-rekwiżiti prudenzjali msaħħa u armonizzati b'mod usa' huma meħtieġa għall-funzjonament effikaċi tal-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni, peress li l-awtorità Ewropea ta' superviżjoni ma tistax taħdem b'regoli prudenzjali nazzjonali diverġenti;
BO. billi, wara l-ħolqien tal-mekkaniżmu uniku ta’ superviżjoni, ir-regoli ta’ votazzjoni fl-ABE għandhom jiġu adattati bir-reqqa sabiex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni kostruttiva bejn l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro u sabiex jitqiesu kompletament l-interessi tal-Istati Membri kollha;
BP. billi l-proċeduri leġislattivi pendenti dwar il-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni għandhom jintemmu bla dewmien;
BQ. billi sabiex tiġi implimentata l-arkitettura finanzjarja l-ġdida huwa essenzjali li jiġu żblukkati b’urġenza n-negozjati relatati mad-direttivi dwar l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti u dwar l-iskema ta’ kumpens għall-investituri, li n-negozjati fir-rigward tagħhom bejn il-Parlament u l-Kunsill huma sospiżi, minkejja l-importanza kruċjali tagħhom fil-provvediment ta’ mekkaniżmi komuni għar-riżoluzzjoni tal-banek u l-garanzija tad-depożiti tal-klijenti;
BR. billi qafas Ewropew uniku għall-garanzija tad-depożiti jeħtieġ rekwiżiti uniformi, komuni u stretti applikabbli għall-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti kollha fl-Unjoni sabiex jinkisbu l-istess protezzjoni u l-istess stabbiltà tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti u sabiex tiġi ggarantita parità ta' kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ; billi huwa b’dan il-mod biss li jistgħu jinħolqu l-kundizzjonijiet preliminari għall-flessibbiltà meħtieġa sabiex jitqiesu b’mod suffiċjenti ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi fis-settur finanazjarju;
BS. billi s-sistema unika Ewropea għall-garanzija tad-depożiti bi skemi ta’ garanzija tad-depożiti li jiffunzjonaw tajjeb u li jkunu appoġġati minn livelli xierqa ta’ finanzjament, li allura jsaħħu l-kredibbiltà u l-fiduċja tal-investituri, tista' tkun l-għan aħħari, ladarba jkunu qed jaħdmu qafas effikaċi għar-riżoluzzjoni u mekkaniżmu uniku effikaċi ta' superviżjoni;
BT. billi l-ippjanar ex ante, il-ħeffa, l-interventi bikrija, l-attenzjoni dovuta, l-aċċess għal informazzjoni ta' kwalità u l-kredibbiltà huma essenzjali fil-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji;
BU. billi għandha titwaqqaf sistema Ewropea unika għall-irkupru u r-riżoluzzjoni, idealment b'mod parallel mad-dħul fis-seħħ tal-mekkanuiżmu uniku ta' superviżjoni, għall-bini mill-ġdid tal-vijabbiltà tal-banek li jinsabu f'diffikultà u r-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li mhumiex vijabbli;
BV. billi, fuq perjodu qasir, l-adozzjoni tal-proposta attwali tal-Kummissjoni dwar il-qafas għall-ġestjoni tal-kriżi mmirat lejn il-banek li jinsabu f'sitwazzjoni ta' kriżi għandha prijorità assoluta;
BW. billi l-għan ewlieni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni u qafas ta’ rkupru effikaċi huwa l-minimizzar tal-użu potenzjali tar-riżorsi tal-kontribwenti meħtieġa għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet bankarji;
BX. billi għall-protezzjoni tat-tifdil privat hemm bżonn li tinżamm separazzjoni funzjonali filwaqt li tiġi żgurata artikolazzjoni effikaċi tal-fondi Ewropew għall-garanzija tad-depożiti u dawk għall-irkupru u r-riżoluzzjoni;
BY. billi l-mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni u ta' garanzija tad-depożiti għandu jkollhom struttura finanzjarja soda, l-ewwel nett ex ante, imsejsa fuq kontribuzzjonijiet mill-industrija, fejn il-kontribuzzjoni ta’ istituzzjoni finanzjarja partikolari għandha tirrifletti l-livell ta' riskju ta' dik l-istituzzjoni, filwaqt li l-flus pubbliċi Ewropej għandhom iservu biss bħala salvagwardja aħħarija, limitata għall-aktar livell baxx possibbli;
Unjoni fiskali
BZ. billi f’dan ir-rigward, ir-rapport imsemmi hawn fuq, intitolat “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina”, huwa pass importanti 'l quddiem, minħabba li jirrikonoxxi li 'l-funzjonament bla xkiel tal-UEM jirrikjedi mhux biss l-implimentazzjoni rapida u vigoruża tal-miżuri diġà maqbula taħt il-qafas irrinfurzat ta' governanza ekonomika (b'mod partikolari l-Patt ta'Stabbilta' u Tkabbir u t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza), iżda wkoll pass kwalitattiv lejn unjoni fiskali“;
CA. billi finanzi pubbliċi sodi, baġits bilanċjati tul iċ-ċiklu ekonomiku u prospetti ta' tkabbir sostenibbli fuq perjodu medju kif ukoll livelli adegwati ta’ investiment pubbliku huma rekwiżit bażiku għal stabbiltà ekonomika u finanzjarja fit-tul, għall-Istat soċjali u għall-ħlas tal-ispejjeż tal-iżvilupp demografiku mistenni;
CB. billi l-funzjonament bla xkiel tal-UEM jirrikjedi implimentazzjoni sħiħa u mgħaġġla tal-miżuri li diġà ntlaħaq qbil dwarhom fil-qafas ta' governanza ekonomika msaħħa bħall-PST imsaħħaħ u s-Semestru Ewropew flimkien ma' politiki li jistimolaw it-tkabbir; billi sa mhux aktar tard minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza (TSKG), abbażi ta' valutazzjoni tal-esperjenza bl-implimentazzjoni tiegħun il-passi meħtieġa għandhom jittieħdu, f'konformità mat-TUE u t-TFUE, bil-għan li s-sustanza tat-TSKG tiġi inkorporata fil-qafas legali tal-Unjoni;
CC. billi l-Patt għal Tkabbir u Impjiegi jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi segwita konsolidazzjoni fiskali favur it-tkabbir u jappella sabiex tingħata attenzjoni partikolari lill-investimenti f'oqsma orjentati lejn il-futur; billi l-Kummissjoni jmissha tagħmel proposti biex tidentifika l-investimenti li għandhom jingħataw prijorità fil-limiti tal-oqfsa fiskali tal-Unjoni u dawk nazzjonali;
CD. billi l-kriżi wriet biċ-ċar il-bżonn ta' qabża kwalitattiva lejn unjoni fiskali aktar robusta u demokratika b’żieda fir-riżorsi proprji tal-Unjoni u b'mekkaniżmi aktar effikaċi maħsuba biex jikkoreġu trajettorji fiskali u livelli tad-dejn mhux sostenibbli u jistabbilixxu l-limiti massimi ta' bilanċ baġitarju tal-Istati Membri;
CE. billi hemm bżonn li“UEM ġenwina” tiġi appoġġata u aċċettata miċ-ċittadini tal-Unjoni; billi, għaldaqstant, trid tiġi enfasizzata l-ħtieġa li dawk li jfasslu l-politika, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu inkorporati fil-livelli kollha
CF. billi l-mekkaniżmi addizzjonali biex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jirrispettaw l-impenji tagħhom fil-proċeduri baġitarji individwali għandhom isaħħu, u mhux idgħajfu, l-qafas ta’ governazna ekonomika attwali; billi r-rwol indipendenti tal-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji għandu bżonn jissaħħaħ, billi jkun akkumpanjat b’mekkaniżmi b’saħħithom ta’ obbligi ta’ rendikont kemm lill-Parlament kif ukoll lill-Kunsill; billi għandu jiġi stabbilit Teżor Ewropew presedut minn ministru għall-finanzi Ewropew, li jkun responsabbli b'mod individwali quddiem il-Parlament;
CG. billi l-klawsola ta' flessibbiltà (Artikolu 352 TFUE) tista' tintuża għall-iskop li jiġi stabbilit Uffiċċju Ewropew tat-Teżor immexxi minn Ministru tal-Finanzi Ewropew; billi dan huwa element ċentrali ta' UEM ġenwina;
CH. billi l-Artikolu 136 TFUE jippermetti l-adozzjoni, f'konformità mal-proċedura leġislattiva rilevanti fost dawk imsemmija fl-Artikoli 121 u 126 tat-TFUE, ta' miżuri speċifiċi biex jissaħħu l-koordinament u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro; billi tali leġislazzjoni tista' tipprevedi d-delega tas-setgħat lill-Kummissjoni biex din tadotta atti mhux leġislattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġislattiv; billi t-TFUE jipprevedi l-possibbiltà li l-Parlament jew il-Kunsill jingħataw id-dritt li jirrevokaw id-delega lill-Kummissjoni;
CI. billi, f'konformità mar-regola ġenerali tal-ordni legali tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha s-setgħa li tiżgura li fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tat-Trattati tiġi osservata l-leġislazzjoni tal-UE sakemm din ma tiġix eskluża espliċitament;
CJ. billi n-negozjati fi trilogu dwar l-hekk imsejħa regolamenti tas-“six-pack” għandhom iwasslu dalwaqt għal riżultati politiċi konkreti;
CK. billi l-PST, minħabba l-mod kif inhu mfassal, huwa strument ta’ stabbilizzazzjoni ċikliku li, peress li jippermetti li l-Istati Membri jkollhom defiċit ta’ massimu ta’ 3 %, jippermetti li x-xokkijiet ekonomiċi fl-Istat Membru kkonċernat jiġu ribattuti u assorbiti; billi din il-politika antiċiklika tista’ taħdem biss jekk l-Istati Membri jiksbu bilanċi baġitarji pożittivi fi żminijiet tajba; billi l-mekkaniżmi ta' għajnuna finanzjarja bħall-MES huma miżura tal-aħħar istanza;
CL. billi l-Istati Membri firmatarji għat-TSKG fl-UEM għandhom bżonn jirrappurtaw il-pjanijiet tagħhom rigward il-ħruġ tad-dejn pubbliku lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, u b'hekk ikun possibbli koordinament bikri tal-ħruġ ta' dejn fil-livell tal-Unjoni;
CM. billi, skont it-Trattati eżistenti, l-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro jistgħu jiffinanzjaw baġit miżjud tal-Unjoni fil-qafas tal-proċedura tar-riżorsi proprji billi jdaħħlu taxxi jew tariffi speċifiċi f' konformita' mal-proċedura ta' kooperazzjoni mtejba; billi dan għandu jsir billi tingħata preferenza speċifika lir-rabta tiegħu mal-qafas baġitarju tal-Unjoni u mingħajr ma jdgħajfu l-funzjonijiet tradizzjonali tal-baġit tal-Unjoni tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-politika komuni; billi din l-kapaċità baġitarja akbar għandha tappoġġja t-tkabbir u l-koeżjoni soċjali u tindirizza l-iżbilanċi, id-diverġenzi strutturali u l-emerġenzi finanzjarji li huma direttament konnessi mal-unjoni monetarja;
CN. billi, fuq perjodu aktar twil u wara li jkunu ssodisfati kundizzjonijiet stretti, il-ħruġ ta' dejn komuni jista’jkun mod possibbli biex tiġi ssupplimentata l-UEM; billi l-ħruġ ta’ dejn komuni, b'obbligazzjonijiet in solidum, fiż-żona tal-euro jaf jirrikjedi bidliet fit-Trattati;
CO. billi bħala kundizzjoni preliminari neċessarja għall-ħruġ ta' dejn komuni qed jiġi stabbilit qafas fiskali sostenibbli, immirat kemm lejn it-tisħiħ tal-governanza ekonomika, tad-dixxiplina baġitarja u tal-konformità mal-PST, kif ukoll lejn strumenti ta' kontroll għall-prevenzjoni tal-periklu morali;
CP. billi unjoni fiskali aktar soda u aktar integrata għandha tinkludi tranżizzjoni progressiva lejn fond ta' salvataġġ;
CQ. billi l-introduzzjoni b'mod mgħaġġel jew mhux kredibbli ta' strumenti għall-ħruġ ta' dejn komuni tista' twassal għal konsegwenzi inkontrollabbli u t-telf tal-fiduċja fuq perjodu twil fil-kapaċità taż-żona tal-euro li taġixxi b'mod deċiżiv;
CR. billi l-kriżi tad-dejn tat lok li l-Unjoni u speċjalment iż-żona tal-euro jistabbilixxu strumenti ġodda ta' solidarjetà finanzjarja fl-Ewropa: il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (FESF), il-MES u proġetti oħra relatati mal-pjan direzzjonali lejn UEM ġenwina; billi l-impatt finanzjarju ta' dawk l-istrumenti huwa ħafna akbar mill-Baġit tal-Unjoni, fir-rigward tal-ammonti involuti, u billi l-idea innovattiva ta' baġit ċentrali għaż-żona tal-euro ffinanzjat mill-membri taż-żona tal-euro issa qed tiġi proposta bħala l-garanzija aħħarija għal din is-solidarjetà finanzjarja l-ġdida;
CS. billi l-multiplikazzjoni ta' dawn l-istrumenti ta' solidarjetà tagħmilha diffiċli li tiġi evalwata l-kontribuzzjoni reali ta’ kull Stat Membru għas-solidarjetà Ewropea, li teċċedi bil-kbir il-kontribuzzjonijiet finanzjarji rispettivi tal-Istati Membri għall-Baġit tal-Unjoni; billi, apparti dan, id-diversità tal-istrumenti eżistenti, f'termini ta' bażijiet legali, il-modalità ta' intervent u l-Istati Membri kkonċernati, x’aktarx li tagħmilha diffiċli li din l-istruttura kollha tiġi diretta mil-mexxejja Ewropej, mifhuma miċ-ċittadini Ewropej inġenerali u tiġi suġġetta għal kwalunkwe kontroll parlamentari;
CT. billi l-MES jista' jiġi integrat fil-qafas legali tal-Unjoni permezz tal-klawsola ta' flessibilità (Artikolu 352 TFUE) flimkien mal-Artikolu 136 revedut TFUE;
CU. billi, skont it-Trattati eżistenti, id-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-“klawsola ta' ebda rikapitalizzazzjoni” (no bailout clause) jistgħu jiġu speċifikati mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew (Artikolu 125(2) TFUE);
CV. billi standards għoljin ta' responsabbiltà demokratika fil-livell Ewropew għandhom japplikaw għat-Trojka;
CW. billi l-attivitajiet tal-Kummissjoni fil-kuntesti tal-unjoni fiskali u ekonomika għandhom ikunu bbażati fuq djalogu soċjali xieraq u għandhom jirrispettaw kompletament l-awtonomija tas-sħab soċjali;
CX. billi l-indipendenza tas-Sistema Statistika Ewropea (SSE) trid tiġi ssalvagwardata kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni sabiex tinżamm il-kredibbiltà tal-istatistika Ewropea fir-rwol ċentrali tagħha ta' appoġġ għal unjoni fiskali vera u proprja (permezz ta' standards ta' kwalità għolja u approċċ sistemiku għall-iżvilupp, il-produzzjoni u l–verifika tal-eżattezza tal-istatistika dwar il-finanzi tas-settur pubbliku);
CY. billi l-istandards tal-kontabbiltà pubblika għandhom japplikaw fl-Istati Membri kollha b'mod standardizzat u għandhom ikunu soġġetti għal mekkaniżmi ta' awditjar intern u estern, bħala komplement essenzjali għas-setgħat aktar qawwija tal-Kummissjoni u għar-rwol imsaħħaħ ta' koordinament li jaqdu l-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-qrati nazzjonali tal-awdituri fil-verifika tal-kwalità tas-sorsi nazzjonali użati għall-istabbiliment taċ-ċifri relatati mad-dejn u d-defiċit;
Unjoni ekonomika
CZ. billi s’issa kien hemm ħafna enfasi dwar il-lat monetarju tal-UEM filwaqt li hemm bżonn urġenti ta’ unjoni ekonomika reali, fejn l-istrateġija “Ewropa 2020” għandha tagħti l-qafas vinkolanti għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi;
DA. billi l-Patt Euro Plus, l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Patt għal Tkabbir u Impjiegi għandhom jiġu integrati fil-liġi tal-Unjoni u jwittu t-triq għall-introduzzjoni ta’ kodiċi ta’ konverġenza għall-ekonomiji tal-Istati Membri;
DB. billi s-Semestru Ewropew, kif deskritt fil-fergħa preventiva tal-PST, joffri qafas xieraq għall-koordinament tal-politiki ekonomiċi u l-għażliet baġitarji implimentati fil-livell nazzjonali f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi adottati mill-Kunsill;
DC. billi l-Artikolu 9 TFUE jappella għall-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;
DD. billi hemm bżonn konsolidazzjoni fiskali, tnaqqis tal-iżbilanċi makroekonomiċi, riformi strutturali u investimenti sabiex noħorġu ħruġ mill-kriżi u sabiex jiġu żgurati tkabbir u impjieg ta' kwalità u sostenibbli f'soċjetà bbażata fuq l-għarfien, li jirriflettu r-realtà tas-sħubija tal-UEM fi ħdan ekonomija tas-suq soċjali; billi r-riformi strutturali jagħtu frott biss fuq perjodu fit-tul;
DE. billi l-Patt għal Tkabbir u Impjiegi, approvat waqt is-Samit Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012, jista' jagħti kontribut importanti għat-tkabbir, għall-impjieg u għal kapaċitajiet Ewropej imtejba fil-qasam tal-kompetizzjoni; billi l-Unjoni u l-Istati Membri jridu jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom u jaġixxu malajr biex jikkompletaw is-suq intern u jiftħu l-potenzjal tiegħu; billi jilqa' b'sodisfazzjon il-bidla fl-enfasi permezz tal-adozzjoni ta’ Patt ta’ Tkabbir, minkejja li l-mobilizzazzjoni ta’ fondi għal miżuri li jżidu t-tkabbir mill-fondi strutturali tikkonċerna biss l-allokazzjoni mill-ġdid tal-fondi eżistenti, u għalhekk ma tipprovdix riżorsi addizzjonali;
DF. billi hemm bżonn li l-Istati Membri jwettqu bla dewmien ir-riformi maqbula fil-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom u li l-parlamenti nazzjonali jagħmlu skrutinju fil-ħin u infurmat tal-azzjonijiet tal-gvernijiet tagħhom f'dan ir-rigward;
DG. billi l-funzjonament siħ tas-suq intern huwa mxekkel minħabba l-ostakli li għadhom preżenti f’ċerti Stati Membri; billi għall-benefiċċju tal-potenzjal sħiħ ta’ tkabbir tal-Unjoni, l-ekonomija hija neċessarja biex jiġi kkompletat is-suq intern speċjalment f’oqsma bħalma huma s-servizzi, l-enerġija, it-telekomunikazzjonijiet, l-istandardizzazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku, l-industriji li jużaw netwerk, il-kummerċ elettroniku, u r-reġim tad-drittijiet tal-awtur;
DH. billi l-integrazzjoni ekonomika u baġitarja iktar fil-fond se tiddgħajjef jekk ma jkunx hemm koordinament aktar mill-qrib fil-qasam tat-tassazzjoni; billi r-regola tal-unanimità fil-qasam tat-tassazzjoni xxekkel l-iżviluppi f’dan il-qasam, l-istrument ta’ kooperazzjoni msaħħa għandu jintuża aktar ta' spiss; billi tista' ssir referenza għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva (BKKTK) u t-taxxa fuq l-attivitajiet finanzjarji (TTF); billi, fil-qasam tat-tassazzjoni, hemm bżonn ċar ta' konverġenza bejn l-istrutturi tas-sistemi tat-taxxa u tal-bażi tat-taxxa fl-Istati Membri; billi jidher ċar li l-kompetizzjoni fiskali dannuża bejn l-Istati Membri tmur kontra l-loġika tas-suq intern u jeħtieġ li tiġi indirizzata;
DI. billi huwa importanti li l-irkupru tal-ekonomija jimxi id f'id ma' politika għas-suq tax-xogħol li tistimola t-tfittxija għal impjieg u l-intraprenditorija u tnaqqas il-qgħad strutturali, speċjalment għaż-żgħażagħ, l-anzjani u n-nisa, filwaqt li jissalvagwarda l-mudell soċjali Ewropew u jirrispetta bis-sħiħ ir-rwol tas-sħab soċjali u d-dritt li jiġu nnegozjati, konklużi jew infurzati ftehimiet kollettivi u li tittieħed azzjoni kollettiva f’konformità mal-liġijiet u l-prattiki nazzjonali; billi f’dak is-sens għandha titrawwem l-integrazzjoni tas-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri sabiex tiżdied il-mobilità tax-xogħol transkonfinali;
DJ. billi l-koordinament vinkolanti fil-livell tal-Unjoni għandu jintuża għal ċerti kwistjonijiet ewlenin ta' politika ekonomika li huma ta' rilevanza partikolari għat-tkabbir u l-impjieg;
DK. billi biex jiġu żgurati finanzi pubbliċi sostenibbli fit-tul mhux biss irid isir użu ekonomiku mir-riżorsi skarsi tal-gvern, imma jeħtieġ ukoll tasazzjoni ġusta, taxxa progressiva, ġbir ta' taxxi organizzat tajjeb, ġlieda aħjar kontra kull forma ta' frodi fiskali u evażjoni tat-taxxa, kooperazzjoni u koordinament fiskali bl-għan li tiġi limitata l-kompetizzjoni fiskali, u sistema tat-taxxa mfassla tajjeb li tippromwovi l-iżvilupp tan-negozju u l-ħolqien tal-impjiegi;
DL. billi l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020;
DM. billi għandha ssir reviżjoni ta’ nofs it-term tal-Istrateġija Ewropa 2020, fejn wieħed m’għandux joqgħod lura milli jsemmi u jċanfar lil dawk li ma jirrispettawx l-objettivi u li għandha teżamina jekk hemmx bżonn li l-objettivi raffinati jew aġġustati u kif tista’ tiżdied il-pressjoni fuq l-Istati Membri biex jiksbu l-objettivi;
DN. billi d-disponibbiltà ta' statistika Ewropea ta' kwalità għolja taqdi rwol essenzjali fil-qalba tal-governanza ekonomika l-ġdida u b'mod partikolari hija prerekwiżit sabiex jiġi appoġġat il-funzjonament tajjeb tal-proċessi ewlenin ta' sorveljanza u infurzar tagħha, bħalma huma s-Semestru Ewropew, il-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi u l-Istrateġija Ewropa 2020;
DO. billi għandhom jibqgħu jsiru sforzi għall-immodernizzar tal-metodi ta' produzzjoni tal-istatistika Ewropea sabiex jiġu ggarantiti l-istandards ta' kwalità għolja, il-kosteffettività u l-adegwatezza tar-riżorsi u sabiex jiġu ffaċilitati t-tixrid dovut u l-aċċess għall-awtoritajiet pubbliċi, l-atturi ekonomiċi uċ-ċittadini;
Minn leġittimità u responsabbiltà demokratiċi għal unjoni politika
DP. billi l-Unjoni taf il-leġittimità tagħha lill-valuri demokratiċi tagħha, l-objettivi li tipprova tilħaq u l-kompetenzi, l-istrumenti u l-istituzzjonijiet tagħha;
DQ. billi din il-leġittimità tirriżulta minn ċittadinanza doppja, dik tan-nies irrappreżentati mill-Parlament u dik tal-Istati Membri rrappreżentati mill-Kunsill;
DR. billi minħabba l-kriżi li għaddejja bħalissa u l-mod li bih ittieħdu xi miżuri kontra l-kriżi, id-dibattitu dwar il-bżonn li tiżdied in-natura demokratika tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan l-UEM kiseb aktar importanza;
DS. billi l-mexxejja politiċi u r-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-entitajiet Ewropej l-oħrajn għandhom ikunu politikament responsabbli quddiem il-Parlament; billi r-rappurtar regolari u l-preżentazzjonijiet annwali tal-ħidma u t-tbassir tagħhom għandhom isiru quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament;
DT. billi matul dawn l-aħħar snin il-Kunsill Ewropew ipprova jfittex triq biex noħorġu mill-kriżi, u fassal bosta proposti li għalihom it-Trattati mhux dejjem taw kompetenza ċara lill-Unjoni f'dan ir-rigward;
DU. billi d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jieħu t-triq intergovernattiva, mingħajr ma inkluda lill-Parlament bħala attur importanti fl-isforzi biex jinstab l-ħruġ mill-kriżi, għad li dan kien inevitabbli f'xi każijiet, hija deplorabbli;
DV. billi għall-proposti li jidħlu fil-kompetenza tal-Unjoni għandhom jittieħdu deċiżjonijiet f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja, bl-involviment sħiħ tal-Parlament;
DW. billi s-setgħat eżekuttivi tal-Kummissjoni fl-approċċ ibbażat fuq ir-regoli lejn il-qafas ta' governanza ekonomika, kif stabbilit b'mod partikolari fil-PST u l-mekkaniżmu ta' superviżjoni makroekonomika, għandhom ikunu soġġetti għal kontroll demokratiku ex post mill-Parlament u għandhom ikunu responsabbli quddiem il-Parlament;
DX. billi l-istrumenti intergovernattivi li nħolqu sa mill-bidu tal-kriżi f'Diċembru 2009 għandhom jiġu komunitarizzati;
DY. billi hemm bżonn ta' aktar skrutinju demokratiku, parteċipazzjoni u kodeċiżjoni fir-rigward tal-politika ekonomika, monetarja u soċjali, it-tassazzjoni, il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u r-riżorsi proprji; billi bħalissa l-klawsoli “passerelle' għandhom jiġu attivati b'dan l-iskop;
DZ. billi m'għadux aċċettabbli aktar li l-President tal-Parlament Ewropew ma jistax ikun preżenti tul il-perjodu kollu tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u s-Samit taż-żona tal-euro; billi għandha tinstab soluzzjoni urġenti għal dan in-nuqqas ta' leġittimità demokratika permezz ta' ftehim politiku bejn iż-żewġ istituzzjonijiet;
EA. billi huwa urġenti li jiġi indirizzat id-defiċit demokratiku tal-UEM u li kwalunkwe pass ulterjuri lejn unjoni bankarja, unjoni fiskali u unjoni ekonomika tintrabat b'mod strett ma' leġittimità u responsabbiltà demokratiċi msaħħin fil-livell tal-Unjoni;
EB. billi kull meta kompetenzi ġodda jiġu trasferiti jew maħluqa fil-livell tal-Unjoni jew kull meta jitwaqqfu istituzzjonijiet ġodda tal-Unjoni, għandhom jiġu żgurati leġittimità korrispondenti, kontroll demokratiku korrispondenti min-naħa tal-Parlament kif ukoll responsabbiltà korrispondenti quddiem il-Parlament;
EC. billi l-ebda ftehim intergovernattiv bejn l-Istati Membri m' għandu joħloq strutturi paralleli ma' dawk tal-Unjoni; billi l-ftehimiet kollha li jistabbilixxu reġimi internazzjonali jew sopranazzjonali għandhom ikunu soġġetti għall-iskrutinju demokratiku sħiħ tal-Parlament;
ED. billi l-iżgurar tal-produzzjoni, il-verifika u t-tixrid ta' statistika Ewropea ta' kwalità għolja premezz ta' SSE ġenwina huwa kontribut essenzjali għat-tisħiħ ta' trasparenza sħiħa u ta' responsabbiltà pubblika effikaċi fit-tfassil, il-ġestjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-politiki tal-Unjoni kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali;
EE. billi l-kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-parlamenti nazzjonali fuq il-bażi tal-Protokoll Nru 1 għat-TUE u għat-TFUE dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali Fl-Unjoni Ewropea (Protokoll Nru 1) għandha tissaħħaħ sabiex jitjieb l-iskambju ta' fehmiet u l-kwalità tal-attività parlamentari fil-qasam tal-governanza tal-UEM kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali; billi tali kooperazzjoni m'għandhiex titqies bħala l-ħolqien ta' korp parlamentari mħallat ġdid li jkun kemm ineffikaċi kif ukoll illeġittimu minn perspettiva demokratika u kostituzzjonali;
1. Jikkunsidra neċessarju li l-governanza tal-UEM titqiegħed fi ħdan il-qafas istituzzjonali tal-Unjoni, li hija kundizzjoni preliminari għall-effikaċja tagħha u biex timtela d-differenza politika kurrenti bejn il-politiki nazzjonali u dawk Ewropej;
2. Jistieden lill-istituzzjonijiet kollha jipproċedu malajr għall-massimizzazzjoni tal-possibbiltajiet mogħtija mit-Trattati eżistenti u l-elementi tagħhom ta' flessibbiltà u fl-istess ħin iħejju għall-bidliet neċessarji fit-Trattati sabiex jiġu ggarantiti ċ-ċertezza legali u l-leġittimità demokratika; itenni li l-għażla ta' ftehim intergovernattiv ġdid għandha tiġi eskluża;
3. Jenfasizza li kemm il-miżuri proposti skont it-Trattati eżistenti kif ukoll il-bidliet futuri tat-Trattat m'għandhomx jeskludu klawsoli ta' parteċipazzjoni u għandhom jiggarantixxu l-integrità tal-UE;
4. Jistieden lill-Kunsill – li ħareġ il-mandat għall-awturi tar-rapport imsemmi hawn fuq, intitolat “Lejn unjoni ekonomika u monetarja ġenwina” – biex jaħtar minnufih il-President tal-Parlament Ewropew bħala korapporteur ta' din il-proposta bi drittijiet indaqs sabiex tiżdied il-leġittimità demokratika tagħha;
5. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, għalkemm s'issa l-parteċipazzjoni kienet biss waħda formali, il-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament talbet lill-kumitat kompetenti tal-Parlament biex jeżamina l-proposti sostantivi b'mod konġunt mat-tliet rappreżentanti (sherpas) li qed jinnegozjaw mal-President permanenti tal-Kunsill Ewropew f'isem il-Parlament;
6. Jikkonferma li se jagħmel użu sħiħ mill-prerrogattiva tiegħu li jressaq lill-Kunsill proposti għall-emendar tat-Trattati li sussegwentement ikollhom bżonn jiġu eżaminati minn Konvenzjoni, sabiex jiġi kkompletat il-qafas ta' UEM ġenwina billi jitjiebu l-kompetenzi tal-UE, b'mod partikolari fil-qasam tal-politika ekonomika, u billi jissaħħu r-riżorsi proprji u l-kapaċità baġitarja tal-Unjoni, ir-rwol u r-responsabbiltà demokratika tal-Kummissjoni u l-prerogattivi tal-Parlament;
7. Jistieden lill-parlamenti nazzjonali jinvolvu ruħhom fil-proċess tat-tħejjija tal-pjanijiet fiskali u ta' riforma tal-gvernijiet tagħhom qabel ma jippreżentawhom lill-Unjoni; għandu l-intenzjoni li fil-Konvenzjoni jipproponi li din ir-responsabblità espliċita tiżdied mal-funzjonijiet li għandhom il-parlamenti nazzjonali skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 TUE;
8. Jistieden lill-President tal-Kunsill jikkonkludi, bla dewmien u bi ftehim mal-Parlament, il-proċeduri leġislattivi skont il-proċedura leġislattiva ordinarja f'konformità mat-Trattat ta’ Lisbona li qed jiġu mblukkati mill-Kunsill u jadottahom, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw is-CRD IV (ir-rekwiżiti ta' kapital) u l-iskemi nazzjonali ta’ garanzija tad-depożitu;
9. Jikkunsidra it-titjib sostanzjali fil-leġittimità demokratika u r-responsabilizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-governanza tal-UEM permezz ta' rwol miżjud tal-Parlament Ewropew bħala neċessità assoluta u kundizzjoni preliminari għal kwalunkwe pass ulterjuri lejn unjoni bankarja, unjoni fiskali u unjoni ekonomika;
10. Jikkunsidra li, skont it-Trattati eżistenti, il-koordinament u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jsiru vinkolanti u soġġetti għall-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi sempliċi tal-Artikolu 136 TFUE flimkien mal-Artikolu 121(6), imma li, mill-perspettiva kostituzzjonali, dan il-pass għandu jitqies biss jekk isaħħaħ b'mod sostanzjali r-rwol tal-Parlament f'dak li jikkonċerna l-implimentazzjoni dettaljata tal-Artikoli 121(3) u (4) TFUE u sabiex tiġi kkompletata u implimentata l-proċedura ta' sorveljanza multilaterali b'atti delegati abbażi tal-Artikolu 290 TFUE; ifakkar li, skont it-Trattati, il-promozzjoni ta' rata għolja ta' impjiegi u l-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata għandhom jitqiesu fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni, jiġifieri billi abbażi tal-istrateġiji eżistenti tiddaħħal ġabra ġdida ta' linji gwida għall-Istati Membri, inklużi benchmarks soċjali u ekonomiċi bi standards minimi li għandhom jiġu applikati għall-pilastri prinċipali tal-ekonomiji tagħhom;
11. Huwa tal-fehma li “UEM ġenwina” ma tistax tkun limitata għal sistema ta' regoli imma teħtieġ kapaċità baġitarja miżjuda bbażata fuq ir-riżorsi proprji (inkluża TTF) li, fil-qafas tal-baġit tal-Unjoni, għandha tappoġġja t-tkabbir u l-koeżjoni soċjali filwaqt li tindirizza l-iżbilanċi, id-diverġenzi strutturali u l-emerġenzi finanzjarji li huma direttament konnessi mal-Unjoni Monetarja, mingħajr ma tippreġudika l-funzjonijiet tradizzjonali tagħha li tiffinanzja l-politiki komuni;
12. Huwa tal-fehma li, skont it-Trattati eżistenit, l-Artikolu 136 TFUE jippermetti lill-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u permezz tal-votazzjoni tal-Istati Membri biss li l-valuta tagħhom hija l-euro, li jadotta linji gwida vinkolanti dwar il-politika ekonomika għall-pajjiżi taż-żona tal-euro fil-qafas tas-Semestru Ewropew; jenfasizza li mekkaniżmu ta' inċentiv isaħħaħ in-natura vinkolanti tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika; jistieden li jkun hemm Ftehim Interistituzzjonali li jinvolvi lill-Parlament fl-abbozzar u l-approvazzjoni tal-Istħarriġ dwar it-Tkabbir Annwali u l-Linji Gwida dwar il-Politika Ekonomika u l-Impjiegi;
13. Filwaqt li jsostni mil-ġdid l-intenzjoni tiegħu li jintensifika l-kooperazzjoni mal-parlamenti nazzjonali fuq il-bażi tal-Protokoll Nru 1, jenfasizza li tali kooperazzjoni m'għandhiex titqies bħala l-ħolqien ta' korp parlamentari mħallat ġdid li jkun kemm ineffikaċi kif ukoll illeġittimu minn perspettiva demokratika u kostituzzjonali; jenfasizza l-leġittimità sħiħa tal-Parlament bħala korp parlamentari fil-livell tla-Unjoni għal governanza msaħħa u demokratika tal-UEM;
14. Jitlob lill-Kummissjoni biex mill-aktar fis possibbli, wara li jkunu ġew ikkonsultati l-partijiet interessati kollha, bil-Parlament bħala koleġislatur, tippreżenta proposti leġislattivilill-Parlament filwaqt li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet dettaljati li jinsabu fl-anness;
15. Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni;
16. Jistieden lill-Kummissjoni, minbarra l-miżuri li jistgħu u li jridu jittieħdu malajr fil-qafas tat-Trattati eżistenti, biex telenka l-iżviluppi istituzzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex tiġi stabbilita arkitettura aktar b'saħħitha għall-UEM, abbażi tal-ħtieġa ta' qafas finanzjarju integrat, qafas baġitarju integrat u qafas integrat għall-politika ekonomika msejjes fuq it-tisħiħ tar-rwol tal-Parlament;
17. Hu tal-fehma li l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proposta mitluba jridu jkunu koperti b'allokazzjonijiet baġitarji xierqa;
18. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati li jinsabu fl-Anness lill-Kummissjoni, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-President tal-Grupp tal-Euro u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.
ANNESS
RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENTUT TAL-PROSPOSTA MITLUBA
1.Qafas finanzjarju integrat
Rakkomandazzjoni 1.1 dwar mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
Il-proposti attwali tal-Kummissjoni dwar mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni għandhom jiġu adottati malajr kemm jista' jkun biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effikaċi tar-regoli prudenzjali, il-kontroll tar-riskji u l-prevenzjoni tal-kriżijiet fir-rigward tal-istituzzjonijiet tal-kreditu fl-Unjoni kollha.
Il-bażi ġuridika, il-forma u l-kontenut tal-proposta għandhom għall-possibbiltà ta' parteċipazzjoni sħiħa tal-Istati Membri kollha fil-mekkaniżmu uniku Ewropew ta’ superviżjoni, f' forma li tiżgura l-involviment sħiħ fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jipparteċipaw li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, b'mod li tiġi garantita relazzjoni simmetrika bejn l-obbligi aċċettati u l-impatt fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet.
Il-parteċipazzjoni ta' Stati Membri li huma fiż-żona tal-euro fi ħdan is-superviżur Ewropew għandha tkun obbligatorja.
Il-proposta għandha tkun suġġetta għal skrutinju demokratiku u estensiv mill-Parlament Ewropew, fil-limiti tat-Trattati.
Il-bażi ġuridika għandha tinvolvi lill-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur meta r-rwol ta’ kodeċiżjoni tal-Parlament Ewropew ma jkunx jista’ jinkiseb permezz ta’ kunċett ta' “pakkett ta’ superviżjoni”. F' konformita' mal-artikolu 263 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha teżamina il-legalità tal-atti tal-BĊE, minbarra r-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet, maħsuba li joħolqu effetti legali fir-rigward ta' terzi.
Il-proposta għandha tiżgura li l-kompiti kollha tal-ABE, kif previsti fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jibqgħu jitwettqu fil-livell tal-Unjoni u li l-proposti jkunu konsistenti mal-funzjonament xieraq tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Jeħtieg li l-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni jeħtieġ li jagħti kont lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-qasam tas-superviżjoni Ewropea u għandu jirrapporta lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. Ir-responsabbiltà demokratika tirrikjedi, inter alia, l-approvazzjoni parlamentari tal-president tal-bord superviżorju tal-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni magħżul wara proċedura miftuħa ta' selezzjoni, l-obbligu tal-president li jirrapporta lill-Parlament Ewropew u li jinstema' minnu, id-dritt tal-Parlament Ewropew li jagħmel mistoqsijiet bil-miktub jew orali u d-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew f' konformita' mat-TFUE.
Il-mekkanimżu uniku Ewropew ta’ superviżjoni għandu jkun indipendenti mill-interessi politiċi nazzjonali, u għandu jiżgura li l-interessi Ewropej jipprevalu fuq dawk nazzjonali permezz ta’ mandat mill-Unjoni u governanza adegwata.
Il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-mekkaniżmu uniku ta’ superviżjoni għandhom ikunu speċifikati fil-proposta leġislattiva rilevanti skont proċedura leġislattiva ordinarja.
Is-superviżur Ewropew għandu jkollu l-kompetenza u r-responsabbiltà biex:
–
iwettaq is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu fil-pajjiżi inklużi fis-sistema iżda b'diviżjoni ċara tar-responsabbiltajiet operattivi bejn is-superviżuri Ewropej u dawk nazzjonali skont id-daqs u l-mudelli kummerċjali tal-banek u n-natura tal-kompiti ta' superviżjoni;
–
jaġixxi b’mod li jkun konsistenti mal-bżonn li tinżamm l-unità u l-integrità u l-kompetittività internazzjonali tas-suq intern, pereżempju, biex jiġi żgurat li ma jkun jeżisti l-ebda ostaklu għall-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri;
–
jieħu kont xieraq tal-impatt tal-attivitajiet tiegħu fuq il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni fis-suq intern, l-integrità tal-Unjoni kollha kemm hi, il-kompetittività globali tal-Unjoni, l-inklużjoni finanzjarja, il-ħarsien tal-konsumatur u l-istrateġija tal-Unjoni għall-impjiegi u t-tkabbir;
–
jipproteġi l-istabbiltà u l-kapaċità ta' rkupru tal-partijiet kollha tas-sistema finanzjarja tal-Istati Membri parteċipanti, it-trasparenza tas-swieq u l-prodotti finanzjarji u l-protezzjoni tad-depożitanti u l-investituri u l-kontribwenti tat-taxxa, filwaqt li jieħu kont tad-diversità tas-swieq u tal-forom istituzzjonali;
–
jevita l-arbitraġġ regolatorju u jiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi;
–
issaħħaħ il-koordinament tas-superviżjoni internazzjonali u, fejn ikun xieraq, jirrappreżenta l-Unjoni fl-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali;
–
fil-każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirristruttura, isalva jew jistralċa l-istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu qed ifallu jew li l-falliment tagħhom joħloq tħassib fir-rigward tal-interess pubbliku ġenerali.
Il-korpi responsabbli għas-superviżjoni fil-livell supranazzjonali għandhom jiġu allokati riżorsi suffiċjenti, inklużi persunal, biex jiġi żgurat li jkollhom il-kapaċitajiet operazzjonali meħtieġa biex iwettqu l-missjoni tagħhom.
Rakkomandazzjoni 1.2 dwar il-garanzija tad-depożiti
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
Il-Parlament Ewropew jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel dak kollu li hu possibbli sabiex tiżgura li tkun tista' tiġi konkluża kemm jista' jkun malajr il-proċedura leġislattiva dwar id-direttiva mfassla mill-ġdid dwar l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti abbażi tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012.
Minħabba l-għan fit-tul taż-żmien, ta' qafas uniku Ewropew għad-depożiti, għandhom japplikaw rekwiżiti uniformi u stretti għall-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti kollha fl-Unjoni sabiex jinkisbu l-istess protezzjoni komprensiva u l-istess stabilità tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti u jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ugwali. B'dan il-mod biss il-prekundizzjonijiet għall-flessibilità meħtieġa jkunu jistgħu jinħolqu sabiex jitqiesu b’mod suffiċjenti ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi fis-settur finanazjarju.
Għandhom jiġu esplorati għażliet għal fond uniku Ewropew għall-garanzija tad-depożiti bi skemi li jiffunzjonaw sew ta' garanzija tad-depożiti appoġġati minn livelli xierqa ta' finanzjament, li għalhekk isaħħu l-kredibbiltà u l-fiduċja tal-investituri, ladarba jkunu qed jiffunżjonaw skema effikaċi ta' riżoluzzjoni u mekkaniżmu uniku effikaċi ta' superviżjoni.
Għall-protezzjoni tat-tifdil privat hemm bżonn li tinżamm separazzjoni funzjonali filwaqt li tiġi żgurata artikolazzjoni effikaċi tal-fondi għall-garanzija tad-depożiti u dawk għall-irkupru u r-riżoluzzjoni.
Il-mekkaniżmi ta’ garanzija tad-depożiti, kif ukoll l-iskemi ta’ rkupru u riżoluzzjoni, għandu jkollhom struttura finanzjarja b'saħħitha, l-ewwel nett ex ante, imsejsa fuq kontribuzzjonijiet mill-industrija, fejn il-kontribuzzjoni ta’ istituzzjoni finanzjarja partikolari għandha tirrifletti l-livell ta' riskju ta' dik l-istituzzjoni, filwaqt li l-fondi pubbliċi għandhom iservu biss bħala salvagwardja aħħarija mnaqqsa sal-minimu possibbli.
Rakkomandazzjoni 1.3 dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
Il-proposta attwali għal direttiva li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment għandha tiġi adottata malajr kemm jista’ jkun sabiex tinħoloq skema Ewropea għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ riżoluzzjoni u twassal, fuq medda ta’ żmien medju għall-ħolqien ta’ sistema Ewropea ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni unika. Għandu jitqies il-fatt li ċerti setturi bankarji diġà għandhom mekkaniżmi ta’ protezzjoni sħiħa u għodod ta’ rkupru u riżoluzzjoni li għandhom jiġu rikonoxxuti, appoġġjati u artikolati fl-att leġislattiv.
L-iskop ġenerali ta’ skema ta’ riżoluzzjoni u ta’ rkupru effettiva għandu jkun li jitnaqqas l-użu potenzjali tar-riżorsi tal-kontribwenti meħtieġa għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet bankarji;
Għall-protezzjoni tat-tifdil privat hemm bżonn li tinżamm separazzjoni funzjonali filwaqt li tiġi żgurata artikolazzjoni effikaċi tal-fondi għall-garanzija tad-depożiti u dawk għall-irkupru u r-riżoluzzjoni;
L-iskemi ta’ rkupru u riżoluzzjoni, kif ukoll l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti għandu jkollhom struttura finanzjarja b'saħħitha, stabbilita l-ewwel nett ex ante, msejsa fuq kontribuzzjonijiet mill-industrija, fejn il-kontribuzzjoni ta’ istituzzjoni finanzjarja partikolari għandha tirrifletti l-livell ta' riskju ta' dik l-istituzzjoni, filwaqt li l-fondi pubbliċi għandhom iservu biss bħala salvagwardja aħħarija mnaqqsa sal-minimu possibbli.
Il-proposta għandha wkoll tkun konformi ma’ aspetti oħra tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Immaniġġjar Transkonfinali tal-Kriżijiet fis-Settur Bankarju, bħall-armonizzazzjoni tal-liġijiet dwar l-insolvenza u l-valutazzjonijiet komuni tar-riskji, sett ta’ għodod uniku u “skala ta’ intervent”.
Rakkomandazzjoni 1.4 dwar elementi addizzjonali ta’ Unjoni bankarja
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
–
ir-rekwiżit, fejn neċessarju, tas-separazzjoni legali ta’ ċerti attivitajiet finanzjarji partikolarment riskjużi minn banek li jieħdu depożiti fi ħdan il-grupp bankarju, b’mod konformi mar-rapport Liikanen;
–
qafas regolatorju ta' “l-istess riskju, l-istess regola’, li jiżgura li entitajiet li mhumiex banek u li jagħmlu attivitajiet simili għal dawk tal-banek u li interazzjoni tagħhom mal-banek ma jkunux barra mill-kontroll tar-regolaturi;
–
ittestjar kredibbli u regolari tal-istress tas-saħħa finanzjarja tal-banek li jippromwovi l-iskoperta bikrija tal-problemi u d-daqs effettiv tal-intervent;
–
kodiċi uniku uniformi ta’ superviżjoni prudenzjali tal-banek kollha u qafas makroprudenzjali uniku biex tiġi evitata aktar frammentazzjoni finanzjarja.
2.Qafas fiskali integrat
Rakkomandazzjoni 2.1 dwar it-“two-pack”
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
Fl-oqsma li ġejjin, il-Kummissjoni għandha tintalab timplimenta b'mod effikaċi l-kompromessi li se jintlaħqu fil-kuntest tan-negozjati fi trilogu dwar it-“two-pack” bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill:
–
il-ħolqien ta' kalendarju baġitarju komuni;
–
ir-riforma tal-oqfsa baġitarji nazzjonali;
–
il-valutazzjoni tal-pjanijiet baġitarji inklużi valutazzjoni kwalitattiva tal-investimenti pubbliċi u l-infiq relatati mal-objettivi tal-“Ewropa 2020”;
–
l-istabbiliment ta' programmi ta' sħubija ekonomika;
–
monitoraġġ aktar mill-qrib għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li huma suġġetti għal proċedura għal żbilanċ eċċessiv;;
–
monitoraġġ aktar mill-qrib għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li jinsabu f'riskju ta' nuqqas ta’ konformità mal-obbligu tagħhom fil-qafas ta' proċedura għal żbilanċ eċċessiv;
–
rappurtar dwar il-ħruġ tad-dejn.
–
inizjattiva li tispeċifika sett ta’ programmi meħtieġa għall-mobilizzazzjoni ta’ investiment ulterjuri fit-tul ta’ madwar 1% tal-PDG għat-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli u tikkumplementa r-riformi strutturali meħtieġa;
Rakkomandazzjoni 2.2 dwar l-issuġġetar tal-Patt Fiskali għall-metodu Komunitarju
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
Abbażi ta’ valutazzjoni tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tiegħu u skont it-TEU u t-TFUE, il-Patt Fiskali għandu jkun traspost f’leġislazzjoni sekondarja tal-Unjoni kemm jista’ jkun malajr.
Rakkomandazzjoni 2.3: Tassazzjoni
Il-Parlament Ewropew jikkunsiddra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
Fi ħdan Unjoni ekonomika, fiskali u baġitarja dejjem eqreb għandu jsir aktar biex jiġu kkoordinati s-sistemi tassazzjoni, u biex tiġi indirizzata l-kompetizzjoni fiskali dannuża bejn l-Istati Membri li hija evidentement kontra l-loġika ta’ suq intern. L-ewwel nett, fil-każ fejn ġew eżawriti l-possibiltajiet kollha ta’ diskussjoni u kompromess, il-kooperazzjoni msaħħa għandha tintuża aktar ta’ spiss fil-qasam tat-tassazzjoni (pereżempju għall-istabbiliment ta’ BKKTK jew taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji) peress li oqfsa armonizzati għat-tassazzjoni jsaħħu l-integrazzjoni tal-politika baġitarja.
Rakkomandazzjoni 2.4: Baġit Ewropew ċentrali ffinanzjat minn riżorsi proprji
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
Fit-tfassil l-għażliet ta' politika, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jintalbu jikkunsidraw il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar il-qafas finanzjarju pluriennali u r-riżorsi proprji. Il-Parlament Ewropew esprima kemm-il darba l-ħtieġa urġenti għal riforma fis-sistema tar-riżorsi proprji u r-ritorn għall-ispirtu u t-tifsira tat-TFUE, li jiddikjara li l-baġit tal-Unjoni għandu jkun iffinanzjat biss permezz tar-riżorsi proprji.
Għandha tiġi indirizzata b'urġenza s-sitwazzjoni fejn il-ħtiġijiet finanzjarji tal-Baġit tal-Unjoni jkunu f'kunflitt mal-konsolidament neċessarju tal-baġit fl-Istati Membri. Għalhekk wasal iż-żmien li progressivament nerġgħu lura għal sitwazzjoni fejn il-Baġit tal-Unjoni jiġi ffinanzjat minn riżorsi proprji ġenwini, sitwazzjoni li sserraħ lill-baġits nazzjonali b’mod korrispondenti. Barra minn hekk hu mfakkar li fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007, tat-8 ta' Ġunju 2011, tat-13 ta' Ġunju 2012 u tat-23 ta' Ottubru 2012, il-Parlament Ewropew spjega l-fehmiet tiegħu dwar xi tfisser sistema ġenwina ta' riżorsi proprji u kif din is-sistema tista' ssir kompatibbli mal-konsolidament fiskali meħtieġ fil-livell nazzjonali fuq perjodu qasir.
Koordinament baġitarju ulterjuri fi ħdan l-Unjoni jeħtieġ data konsolidata dwar il-kontijiet pubbliċi tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li tirrifletti l-għanijiet tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għaldaqstant għandha tinkludi l-istabbiliment ta' tali data konsolidata fil-proposti leġislattivi li ġejjin.
Rakkomandazzjoni 2.5 tranżizzjoni progressiva lejn fond ta' salvataġġ
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
Għandu jkun hemm tranżizzjoni progressiva ta' dejn eċċessiv f'fondi ta' salvataġġ ibbażati fuq il-proposta tal-Kunsill Ekonomiku ta' Esperti Ġermaniż, li jipprevedi l-ħolqien temporanju ta' fond li jieħu d-dejn kollu l'fuq minn 60% tal-Istati Membri li jissodisfaw ċerti kriterji; id-dejn jinfeda fuq perjodu ta' madwar 25 sena; b'hekk jinħoloq fond li, flimkien mal-infurzar tal-mekkaniżmi eżistenti kollha, se jgħin biex jinżamm id-dejn totali tal-Istati Membri taħt is-60% fil-futur.
Rakkomandazzjoni 2.6 dwar il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
Il-moviment liberu tal-kapital ma jistax jintuża bħala mod kif wieħed jevadi t-taxxa, b'mod partikolari għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-inizjattiva importanti tagħha tas-27 ta’ Ġunju 2012, issaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, tiffinalizza ċikli ta’ negozjati internazzjonali u tressaq proposti biex ittejjeb il-kooperazzjoni u l-koordinament bejn l-awtoritajiet tat-taxxa.
Għandha titwaqqaf taxxa finali fuq it-tranżazzjonijiet b’kooperazzjoni msaħħa f' konformita' mal-Artikoli 326 sa 333 TFUE.
Rakkomandazzjoni 2.7 dwar l-iżgurar ta' sorveljanza demokratika tal-MES
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
Il-MES għandu jevolvi lejn ġestjoni b’metodu Komunitarju u jsir responsabbli lejn il-Parlament Ewropew. Id-deċiżjonijiet ewlenin, bħall-għoti ta’ assistenza finanzjarja lil Stat Membru u l-konklużjoni tal-memoranda, għandhom ikun suġġetti għall-iskrutinju xieraq tal-Parlament Ewropew.
It-Troika, maħtura biex tiżgura l-implimentazzjoni tal-memoranda, għandha tinstema' fil-Parlament Ewropew qabel ma tassumi l-kompiti tagħha u tkun suġġetta għal rappurtar regolari u skrutinju demokratiku fil-konfront tal-Parlament Ewropew.
Rakkomandazzjoni 2.8 dwar l-iżgurar tal-kontabbiltà u l-leġittimità demokratika tal-koordinazzjoni fiskali
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
Kull mekkaniżmu ġdid maħluq għall-koordinazzjoni tal-politika fiskali għandu jitqabbel ma’ għadd suffiċjenti ta' dispożizzjonijiet biex tiġi żgurata responsabbilita' u l-leġittimità demokratika;
3.Qafas integrat ta' politika ekonomika
Rakkomandazzjoni 3.1 dwar il-koordinazzjoni mtejba ex-ante tal-politika ekonomika u t-titjib tas-Semestru Ewropew
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kompromessi li se jintlaħqu fil-kuntest tan-negozjati fi trilogu dwar it-“two-pack” bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiġu implimentati b'mod komprensiv.
Għandhom ikunu esplorati strumenti tal-Unjoni għall-protezzjoni soċjali u għal standards minimi soċjali, inklużi dawk li jindirizzaw il-qgħad taż-Żgħażagħ, bħal garanzija Ewropea għaż-żgħażagħ.
Il-Kummissjoni għandha tressaq immedjatament proposti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja biex tittraduċi f’leġiżlazzjoni sekondarja l-impenji tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern tat-28 ta’ Ġunju 2012 għal “Patt dwar it-Tkabbir u l-Impjiegi”; b’mod partikolari, il-qafas ta’ koordinazzjoni ekonomika għandu jieħu kont xieraq tal-impenn tal-Istat Membru biex “isegwi konsolidazzjoni fiskali differenzjata favur it-tkabbir, filwaqt li jirrispetta l-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u jqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-pajjiż” u biex jippromwovi l-“investiment fl-oqsma orjentati lejn il-futur relatati direttament mal-potenzjal ta’ tkabbir tal-ekonomija”;
Il-Kummissjoni għandha tressaq kjarifika dwar l-istatus tal-istħarriġ tat-tkabbir annwali. Is-Semestru Ewropew għandu jinvolvi lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali.
Koordinament baġitarju ulterjuri fi ħdan l-Unjoni jeħtieġ data konsolidata dwar il-kontijiet pubbliċi tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li tirrifletti l-għanijiet tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għaldaqstant għandha tinkludi l-istabbiliment ta' tali data konsolidata fil-proposti leġislattivi li ġejjin.
Abbażi ta’ kunsiderazzjoni tal-fażijiet differenti tas-Semestru Ewropew, kif stabbilit fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir imsaħħaħ u l-mekkaniżmu ta’ sorveljanza makroekonomika, għandu jiġi vvalutat il-bżonn għal leġislazzjoni addizzjonali, filwaqt li jitqies:
-
L-iżvilupp u t-tisħiħ tas-suq intern u l-promozzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali huma ċentrali biex jiġi stimolat it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, biex tiżdied il-kompetittività u biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tintalab tikkunsidra, fl-Istħarriġ Annwali tagħha dwar it-Tkabbir, liema passi għad iridu jittieħdu mill-Istati Membri u liema ttieħdu biex jiġi kkompletat is-suq intern;
-
Il-programmi nazzjonali ta’ riforma (PNR) u l-programmi nazzjonali ta’ stabbiltà (NSP) għandhom ikunu marbuta mill-viċin. Monitoraġġ xieraq għandu jiżgura l-koerenza tal-PNR u l-NSP;
-
Is-Semestru Ewropew għandu jippermetti l-iżvilupp ta' sinerġija akbar bejn il-baġit tal-Unjoni u l-baġits tal-Istati Membri bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa-2020; ma’ dan, is-Semestru Ewropew għandu jiġi żviluppat ukoll biex jinkludi indikaturi effiċjenti tar-riżorsi;
-
Għandu jiżdied l-involviment tal-awtoritajiet u l-imsieħba reġjonali u lokali fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-programmi rilevanti, sabiex b’hekk jikber is-sens ta’ responsabbiltà għall-għanijiet tal-Istrateġija fil-livelli kollha u sabiex tiġi żgurata sensibilizzazzjoni akbar minħabba l-objettivi u r-riżultati tagħha;
-
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u l-mekkaniżmu ta' twissija sal-1 ta' Diċembru ta' kull sena b'kapitolu speċifiku għaż-żona tal-euro. Il-Kummissjoni għandha tiżvela l-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi prinċipali kollha;
-
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod ċar, fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, il-problemi ekonomiċi u fiskali ewlenin tal-Unjoni u tal-Istati Membri individwali, tipproponi miżuri prijoritarji biex jingħelbu dawn il-problemi u tidentifika l-inizjattivi meħuda mill-Unjoni u mill-Istati Membri biex jappoġġaw kompetittività msaħħa u l-investiment fit-tul u biex jitneħħew l-ostakli għat-tkabbir sostenibbli, jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fit-Trattati u fl-Istrateġija Ewropa-2020 attwali, jiġu implimentati s-seba’ inizjattivi emblematiċi u jitnaqqsu l-iżbilanċi makroekonomiċi;
-
L-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom għandhom, b'mod partikolari, jinvolvu lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali, lill-imsieħba soċjali, lill-awtoritajiet pubbliċi u lis-soċjetà ċivili iżjed mill-qrib fil-formulazzjoni tar-riforma nazzjonali, fl-iżvilupp u fil-programmi ta’ koeżjoni, u jikkonsultaw magħhom b’mod regolari;
-
Il-Kummissjoni għandha tidentifika b’mod espliċitu, fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, ir-riperkussjonijiet potenzjali transkonfinali tal-miżuri ewlenin tal-politika ekonomika implimentati fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fl-Istati Membri;
-
Il-Kummissarji responsabbli mis-Semester Ewropew għandhom jiġu u jiddibattu l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir mal-kumitati rilevanti tal-Parlament hekk kif jiġi adottat mill-Kummissjoni;
-
Il-Kunsill għandu jiġi fil-kumitat kompetenti tal-Parlament f’Lulju biex jispjega kull bidla sostanzjali li jkun għamel fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi proposti mill-Kummissjoni; il-Kummissjoni għandha tieħu sehem f’din is-seduta biex tagħti l-opinjonijiet tagħha dwar is-sitwazzjoni;
-
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw informazzjoni kemm jista' jkun dettaljata dwar il-miżuri u l-istrumenti previsti fil-programmi nazzjonali ta' riforma għall-ilħuq tal-objettivi nazzjonali stabbiliti, inklużi l-iskadenza għall-implimentazzjoni, l-effetti mistennija, ir-riperkussjonijiet potenzjali, ir-riskju li l-implimentazzjoni ma tirnexxix, l-ispejjeż u, jekk ikun il-każ, l-użu tal-Fondi Strutturali tal-Unjoni;
-
Il-mekkaniżmi ta’ inċentiv isaħħu n-natura vinkolanti tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika;
Rakkomandazzjoni 3.2 dwar patt soċjali għall-Ewropa
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
Skont it-Trattati, il-promozzjoni ta’ rata għolja ta’ impjiegi u l-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata għandhom jiġu kkunsidrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni.
Ir-regoli speċifiċi għal superviżjoni vinkolanti tad-dixxiplina baġitarja fiż-żona tal-euro jistgħu u għandhom jikkomplementaw il-punti ta’ referenza fiskali u makroekonomiċi b'punti ta’ referenza soċjali u tal-impjiegi sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tad-dispożizzjoni msemmija hawn fuq permezz ta’ dispożizzjonijiet finanzjarji adegwati tal-Unjoni.
Għandu jiġi stabbilit patt soċjali għall-Ewropa biex jippromwovi:
–
l-impjiegi għaż-żgħażagħ, inklużi inizjattivi bħall-garanzija Ewropea għaż-żgħażagħ;
–
finanzjament xieraq u ta’ kwalità għolja tas-servizzi pubbliċi;
–
pagi għal għajxien diċenti;
–
aċċess għal akkomodazzjoni soċjali u bi prezz raġonevoli;
–
limitu minimu ta’ protezzjoni soċjali biex jiġi żgurat aċċess universali għas-servizzi tas-saħħa essenzjali irrispettivament mid-dħul;
–
l-implimentazzjoni ta’ protokoll soċjali li jipproteġi d-drittijiet fundamentali soċjali u tax-xogħol;
–
standards Ewropej għall-ġestjoni tar-ristrutturar b’mod responsabbli u soċjali;
–
strateġija ġdida dwar is-saħħa u s-sikurezza li tinkludi l-mard relatat mal-istress;
–
paga ndaqs u drittijiet ugwali għal xogħol tal-istess valur għal kulħadd.
4.It-tisħiħ tal-leġittimità u r-responsabbiltà demokratiċi
Rakkomandazzjoni 4.1 dwar id-djalogu ekonomiku
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
Il-Kummissjoni għandha tintalab timplimenta b'mod kompensiv il-kompromessi li se jintlaħqu fil-kuntest tan-negozjati fi trilogu dwar it-“two-pack” bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
Rakkomandazzjoni 4.2 dwar mekkaniżmi Ewropej ta' salvagwardja aħħarija finanzjarja
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
L-operazzjonijiet tal-EFSF/MES u kull struttura simili futura, għandhom ikunu suġġetti għal kontroll demokratiku regolari u superviżjoni mill-Parlament Ewropew u l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF għandhom ikunu involuti f'dak il-kontroll u s-superviżjoni. Il-MES għandu jkun suġġett għall-metodu Komunitarju.
Rakkomandazzjoni 4.3 dwar it-tisħiħ tar-rwol tal-Parlament Ewropew u l-kooperazzjoni interparlamentari fil-kuntest tas-Semestru Ewropew
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
- Il-President tal-Parlament Ewropew jippreżenta l-fehmiet tal-Parlament dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir waqt il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa. Għandu jiġi nnegozjat ftehim interistituzzjonali sabiex il-Parlament Ewropew jiġi involut fl-abbozzar u l-approvazzjoni tal-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir u l-linji gwida tal-politika ekonomika u tal-impjiegi.
- Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom ikunu preżenti meta jiġu organizzati laqgħat interparlamentari bejn ir-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali u r-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew f'mumenti kruċjali tas-Semestru (jiġifieri wara l-pubblikazzjoni tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u wara l-pubblikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi), sabiex b'mod partikolari l-parlamenti nazzjonali jkunu jistgħu jikkunsidraw perspettiva Ewropea huma u jiddiskutu l-baġits nazzjonali.
Rakkomandazzjoni 4.4 dwar żieda fit-trasparenza, il-leġittimità u r-responsabbiltà
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:
- Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza, Ecofin u l-Grupp tal-euro għandhom jintalbu jgħaddu d-dokumenti interni ewlenin, l-aġendi u l-materjal ta' referenza lill-Parlament Ewropew qabel il-laqgħat tagħhom; barra minn hekk, il-President tal-Grupp tal-euro għandu jidher b’mod regolari quddiem il-Parlament Ewropew, pereżempju fil-forma ta’ seduti ta’ smigħ li għandhom jiġu organizzati taħt il-patroċinju tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew;
-
Il-Parlament Ewropew irid ikun involut bis-sħiħ fit-tfassil ulterjuri tar-rapport tal-erba’ Presidenti, f’konformità mal-metodu Komunitarju; dan l-involviment jista’ jiġi organizzat fil-livell tal-grupp ta’ ħidma (xogħol preparatorju) kif ukoll fil-livell tal-President (teħid ta’ deċiżjonijiet);
-
Il-President tal-Parlament Ewropew għandu jiġi mistieden jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u fis-samits taż-żona tal-euro;
-
Meta jiġu trasferiti jew jinħolqu kompetenzi ġodda fil-livell tal-Unjoni jew meta jitwaqqfu istituzzjonijiet ġodda tal-Unjoni, għandhom jiġu żgurati kontroll demokratiku korrispondenti min-naħa tal-Parlament Ewropew kif ukoll responsabbiltà korrispondenti quddiem il-Parlament Ewropew;
-
Il-Parlament Ewropew għandu jorganizza seduta ta' smigħ u japprova l-ħatra tal-President tal-MES. Il-President tal-MES għandu jkun suġġett għal rappurtar regolari fil-konfront tal-Parlament Ewropew;
-
Ir-rappreżentant(i) tal-Kummissjoni fit-trojka għandu/għandhom jinstema'/jinstemgħu fil-Parlament Ewropew qabel ma jassumi/jassumu l-kariga tiegħu/tagħhom u għandu/għandhom ikun(u) suġġett(i) għal rappurtar regolari fil-konfront tal-Parlament Ewropew.
-
It-tisħiħ tar-rwol tal-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jew il-ħolqien ta’ uffiċċju tat-teżor Ewropew għandu jkun marbut ma’ mezzi adegwati għar-responsabbiltà u l-leġittimità demokratiċi, li jinvolvu proċeduri ta’ approvazzjoni u ta' kontroll mill-Parlament Ewropew;
-
Huwa biss ir-rispett lejn il-metodu tal-Komunità, il-liġi tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jista’ jiżgura r-rispett tar-responsabbiltà u l-leġittimità demokratiċi fl-Unjoni; skont it-Trattati, l-UEM tista’ tiġi stabbilita biss mill-Unjoni;
-
Il-munita tal-Unjoni hija l-euro u l-parlament tagħha huwa l-Parlament Ewropew; l-arkitettura futura tal-UEM għandha tirrikonoxxi li l-Parlament Ewropew huwa s-sede ta’ responsabbiltà fil-livell tal-Unjoni;
–
Il-proċess li permezz tiegħu jiġi żviluppat pjan għall-futur tal-UEM għandu jinvolvi bis-sħiħ lill-Parlament skont il-metodu Komunitarju.
Id-deċiżjonijiet kollha relatati mat-tisħiħ tal-UEM għandhom jittieħdu abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; kwalunkwe devjazzjoni mill-metodu Komunitarju u użu akbar tal-ftehimiet intergovernattivi jaqsmu u jdgħajfu l-Unjoni, inkluża ż-żona tal-euro.
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou)(1) u rivedut f'Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 u f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010(2),
– wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE (APK) adottati fit-3 ta' April 2003(3) u modifikati l-aħħar f'Budapest (l-Ungerija) fit-18 ta' Mejju 2011(4),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp(5),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni għall-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs) kompatibbli mal-iżvilupp, adottata mill-APK fit-22 ta' Novembru 2007 f'Kigali (ir-Rwanda)(6),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar it-Tieni Reviżjoni tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE (il-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou) adottata mill-APK fit-3 ta' Diċembru 2009 f'Luwanda (l-Angola)(7),
– wara li kkunsidra l-Communiqué adottat fid-29 ta' April 2011 f'Yaoundé (il-Kamerun) matul il-laqgħa reġjonali tal-Afrika Ċentrali tal-APK(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet adottati mill-APK f'Budapest (Mejju 2011) dwar: l-irvelli demokratiċi fl-Afrika ta' Fuq u fil-Lvant Nofsani: il-konsegwenzi għall-pajjiżi tal-AKP, l-Ewropa u d-dinja; is-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire; l-isfidi għall-futur tad-demokrazija u r-rispett tal-ordni kostituzzjonali fil-pajjiżi tal-AKP u tal-UE; appoġġ baġitarju bħala mod ta' kif tingħata l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) f'pajjiżi tal-AKP; it-tniġġis tal-ilma,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet adottati mill-APK f'Budapest (Mejju 2011) dwar: ir-Raba' Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna f'Busan (il-Korea t'Isfel) tal-2011; ir-rapport: Ningħaqdu għall-Aċċess Universali fid-dawl tal-Laqgħa ta' Livell Għoli dwar l-AIDS f'Ġunju tal-2011(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet adottati mill-APK f'Lomé (Novembru 2011) dwar: l-impatt tat-Trattat ta' Lisbona fuq is-Sħubija AKP-UE; l-impatt tad-dejn fuq il-finanzjament għall-iżvilupp fil-pajjiżi tal-AKP; l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilitajiet f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; il-kriżi tal-ikel fil-Qarn tal-Afrika, speċjalment fis-Somalja; u l-impatt tar-rivoluzzjoni Għarbija fuq l-istati sub-Saħarjani tal-viċinat(10),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0328/2012),
A. billi r-Rappreżentant Għoli/Viċi President assigurat li l-Kunsill tal-UE għandu jkun irrappreżentat f'livell ministerjali waqt is-sessjonijiet tal-Assemblea u ċċarat li l-fatt li ma kienx irrappreżentat waqt l-20 sessjoni f'Kinshasa fl-2010 kien affari ta' darba; billi l-Kunsill tal-UE kien irrappreżentat f'livell ministerjali fiż-żewġ sessjonijiet fl-2011;
B. billi l-APK AKP-UE hija l-akbar korp parlamentari li jinkludi pajjiżi kemm tat-Tramuntana u kemm tan-Nofsinhar;
C. wara li kkunsidra l-kontribut eċċellenti li taw il-Presidenza Ungeriża u diversi awtoritajiet lokali għall-organizzazzjoni u l-kontenuti tal-21 sessjoni f'Budapest;
D. billi fl-2011 ġew organizzati żewġ missjonijiet għal ġbir ta' informazzjoni, waħda għal Timor Leste u l-oħra għar-Raba' Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna f'Busan (il-Korea t'Isfel);
E. billi r-reviżjoni tal-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou fl-2010 tat opportunità prezzjuża għat-tisħiħ tar-rwol tal-APK u d-dimensjoni reġjonali tagħha u għall-iżvilupp tal-iskrutinju parlamentari fir-reġjuni u l-pajjiżi tal-AKP; billi r-ratifika tar-reviżjoni tal-Ftehim ma kinitx għadha tlestiet sa tmiem l-2011;
F. billi, skont il-Ftehim ta' Cotonou, id-djalogu politiku tal-Artikolu 8 jitmexxa bl-inklużjoni tal-APK;
G. billi l-laqgħa reġjonali tal-APK li saret fil-Kamerun fl-2011 kellha suċċess konsiderevoli u wasslet għall-adozzjoni tal-Communiqué ta' Yaoundé msemmi hawn fuq, li b'mod partikolari indika l-korla tal-Membri dwar il-proliferazzjoni tal-vjolenza sesswali, ir-riskji ta' banalizzazzjoni, u l-impunità mifruxa;
H. billi r-regoli ġodda adottati mill-Parlament Ewropew li jirregolaw l-ivvjaġġar tal-assistenti parlamentari għamluha impossibli għalihom biex jassistu lill-Membri li jkunu fuq missjoni;
1. Jilqa' l-fatt li fl-2011 l-APK kompliet toffri qafas għal djalogu miftuħ, demokratiku u fil-fond bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-AKP dwar il-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou u l-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-EPAs;
2. Jenfasizza l-valur miżjud li jippreżenta l-fatt li s-sessjonijiet tal-APK jiġu organizzati fl-Istati Membri abbażi ta' rotazzjoni, u jemmen li din ir-rotazzjoni għandha tinżamm fil-ġejjieni, kif kien il-każ mill-2003 'l quddiem;
3. Jifraħ lill-Presidenza Ungeriża tal-kontribut attiv tagħha għall-21 sessjoni, b'mod partikolari l-workshops;
4. Jenfasizza l-bżonn li l-eżiti tal-ħidma tal-APK AKP-UE jingħataw aktar attenzjoni, u l-bżonn li tiġi żgurata koerenza bejn ir-riżoluzzjonijiet tagħha u dawk tal-PE; jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis fil-parteċipazzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew, b'mod partikolari fil-laqgħat tal-kumitat tal-APK, u jappella għal involviment akbar tal-Membri tal-Parlament Ewropew fil-laqgħat u l-attivitajiet tal-APK; jappella għal aktar flessibbiltà fl-ammissjoni tal-assistenti parlamentari fil-laqgħat tal-APK, sabiex b'hekk tissaħħaħ il-kwalità tax-xogħol tal-Membri tagħhom;
5. Ifakkar fl-impenn espress mir-Rappreżentant Għoli/Viċi President li l-Kunsill tal-UE għandu jkun irrappreżentat f'livell ministerjali waqt is-sessjonijiet tal-Assemblea; jilqa' l-attendenza mġedda tal-Kunsill tal-UE fis-sessjonijiet tal-APK fl-2011, u jinsab sodisfatt li r-Rappreżentant Għoli żgurat li r-rwol tal-Kunsill tal-UE jiġi ċċarat; jappella għal separazzjoni aktar ċara tar-responsabbiltajiet bejn is-SEAE u l-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou;
6. Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-parlamenti nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u l-korpi mhux statali tal-pajjiżi tal-AKP fit-tfassil u l-monitoraġġ tad-Dokumenti ta' Strateġija Nazzjonali u Reġjonali u fl-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), u jistieden lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-pajjiżi tal-AKP jiggarantixxu l-involviment tagħhom; jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa ta' skrutinju parlamentari mill-qrib matul in-negozjati u l-konklużjoni tal-EPAs;
7. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tnaqqis baġitarju fl-Istati Membri li qed jolqot l-infiq fil-qasam tal-politika għall-iżvilupp; jistieden lill-APK iżżomm il-pressjoni tagħha fuq l-Istati Membri tal-UE biex jilħqu l-mira tagħhom ta' 0.7 % tad-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) sal-2015; jistieden lill-Membri tal-APK jikkunsidraw aktar li jimmiraw ir-riżorsi fejn l-aktar huma meħtieġa, sabiex jitnaqqas il-faqar, u li jadottaw approċċ aktar divrenzjat lejn il-modalitajiet tal-għajnuna;
8. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-parlamenti jiġu involuti fil-proċess demokratiku u fl-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp; jenfasizza r-rwol fundamentali tagħhom fl-istabbiliment, is-segwitu u l-monitoraġġ tal-politiki għall-iżvilupp; jistieden lill-Kummissjoni tgħaddi l-informazzjoni disponibbli kollha lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-AKP u tgħinhom iwettqu dan ix-xogħol ta' skrutinju demokratiku, b'mod partikolari permezz tal-bini tal-kapaċità;
9. Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu mħarsa l-libertà u l-indipendenza tal-midja, li huma essenzjali għall-iżgurar tal-pluraliżmu u tal-parteċipazzjoni tal-gruppi ta' oppożizzjoni demokratika u tal-minoranzi fil-ħajja politika;
10. Jistieden lill-UE u lill-pajjiżi tal-AKP iħeġġu liċ-ċittadini, u b'mod partikolari lin-nisa, biex jieħdu sehem fi kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp, peress li l-parteċipazzjoni tas-soċjetà hija essenzjali sabiex jinkiseb progress; jirrikonoxxi l-ħiliet tan-nisa biex isibu soluzzjonijiet għall-problemi u għall-kunflitti, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-APK jinkludu aktar nisa fit-task forces u fil-gruppi ta' ħidma u jenfasizza l-kontribut prezzjuż tal-Forum tan-Nisa f'dan ir-rigward;
11. Jistieden lill-parlamenti jeżerċitaw skrutinju parlamentari mill-qrib tal-FEŻ; jenfasizza l-pożizzjoni ewlenija tal-APK f'dan id-dibattitu, u jistieden lill-APK u lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-AKP sabiex jieħdu sehem attiv fih, b'mod partikolari fir-rigward tar-ratifika tal-Ftehim ta' Sħubija rivedut ta' Cotonou;
12. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea żżomm lill-APK infurmata dwar kwalunkwe żvilupp relatat mar-ratifika tal-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou, kif rivedut f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010;
13. Ifakkar li, skont il-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou, id-djalogu politiku tal-Artikolu 8 jitmexxa bl-inklużjoni tal-APK u li, għalhekk, l-APK għandha tkun debitament infurmata u involuta;
14. Itenni l-importanza ta' djalogu politiku msaħħaħ, ġenwin u aktar komprensiv dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluża n-nondiskriminazzjoni abbażi tas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentament sesswali;
15. Jilqa' n-natura dejjem aktar parlamentari – u għalhekk, politika – tal-APK, flimkien mar-rwol dejjem aktar attiv tal-membri tagħha u l-kwalità aħjar tad-dibattiti tagħha, fatturi li qed jgħinuha tagħti kontribut essenzjali għas-sħubija bejn l-AKP u l-UE;
16. Jinsab imħasseb dwar iż-żieda fil-vjolenza u d-diskriminazzjoni kontra l-omosesswali f'xi pajjiżi, u jistieden lill-APK tqiegħed dan il-punt fuq l-aġenda tad-dibattiti tagħha;
17. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li diġà bdiet id-diskussjoni dwar il-futur tal-grupp tal-AKP wara l-2020, u jenfasizza r-rwol importanti li l-APK ser ikollha taqdi f'din id-diskussjoni; f'dan ir-rigward, jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ċċarati r-rwoli u r-relazzjonijiet futuri tal-gruppi differenti (l-AKP, l-Unjoni Afrikana (UA), il-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs), il-G-77, u r-raggruppamenti reġjonali); jisħaq fuq il-ħtieġa ta' superviżjoni parlamentari konġunta komprensiva, ikun xi jkun l-eżitu finali;
18. Jisħaq fuq l-importanza li l-APK tagħti lit-trasparenza fl-użu u l-kummerċ tar-riżorsi naturali, u jenfasizza li l-APK ser tkompli tistinka sabiex ikun hemm leġiżlazzjoni xierqa f'dan ir-rigward;
19. Jistieden lill-APK tkompli twettaq monitoaġġ tas-sitwazzjoni fl-Afrika ta' Fuq u fil-pajjiżi tal-AKP li jinsabu fil-kriżi u tagħti aktar attenzjoni lis-sitwazzjonijiet ta' fraġilità tal-Istat;
20. Jistieden lill-APK tkompli torganizza missjonijiet proprji ta' osservazzjoni elettorali fuq l-istess linji tal-missjoni ta' suċċess f'Burundi fl-2010, billi dawn jirriflettu l-leġittimità doppja tal-APK, filwaqt li tiżgura l-indipendenza tal-missjonijiet elettorali tagħha u twettaq koordinazzjoni mill-qrib ma' korpi reġjonali ta' osservazzjoni oħra;
21. Jilqa' l-fatt li fl-2011 saret laqgħa reġjonali oħra, kif previst fil-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou u fir-Regoli ta' Proċedura tal-APK; iqis li dawn il-laqgħat jippermettu skambju ġenwin ta' fehmiet dwar kwistjonijiet reġjonali, inklużi l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, il-koeżjoni reġjonali u n-negozjati tal-EPAs; jifraħ lill-organizzaturi tal-laqgħa ta' suċċess fil-Kamerun;
22. Jilqa' l-konklużjoni tax-xogħol li wettaq il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Metodi ta' Ħidma, u l-adozzjoni tal-ewwel ġabra ta' emendi għar-Regoli ta' Proċedura f'Budapest, u jistieden lill-Bureau tal-APK jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu li fadal sabiex jittejbu l-effiċjenza u l-impatt politiku tal-APK, kemm fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou kif ukoll fix-xena internazzjonali;
23. Jenfasizza l-importanza taż-żjajjar fuq il-post organizzati waqt is-sessjonijiet tal-APK, li huma komplementari għad-diskussjoni tas-sessjoni parzjali;
24. Jistieden lill-APK tkompli d-diskussjonijiet tagħha dwar l-ispejjeż organizzattivi tal-laqgħat tagħha;
25. Jilqa' l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u tal-AKP fil-Kunsill informali tal-Ministri tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp organizzat mill-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f'Sopot fl-14 u l-15 ta' Lulju 2011, u jistieden lill-presidenzi futuri tal-Kunsill jagħmlu l-istess;
26. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-AKP, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Bureau tal-APK u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Ungerija u t-Togo.