Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 21 ta' Novembru 2012 - Strasburgu
Il-ħatra ta' Membru tal-Kummissjoni Ġdid
 Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 5/2012: Il-Fond ta' Solidarjetà wara t-terremoti fl-Emilia Romagna (Italja) u modifika tal-linja baġitarja għall-azzjoni preparatorja għas-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011
 Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE - terremoti fl-Italja
 L-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-UE wara negozjati li saru fil-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT ***I
 L-allokazzjoni ta' kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-UE ***I
 It-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat, bejn l-UE, il-Brażil u t-Tajlandja ***
 Emendar tal-Annessi tal-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Iżrael ***
 Il-Ftehim UE-Russja dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam ***
 Migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) – (inkluż ir-Renju Unit u l-Irlanda) *
 Migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) - (mingħajr ir-Renju Unit u l-Irlanda) *
 Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Liġi tal-UE (2010)
 L-impatti ambjentali tal-attivitajiet ta' estrazzjoni ta' gass tax-shale u ta' żejt tax-shale
 L-aspetti industrijali, enerġetiċi u aspetti oħra tal-gass u ż-żejt tax-shale
 L-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet 2011

Il-ħatra ta' Membru tal-Kummissjoni Ġdid
PDF 198kWORD 33k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 li tapprova l-ħatra tas-Sur Tonio Borg bħala Membru tal-Kummissjoni

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra l-punt 6 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-riżenja tas-Sur John Dalli minn Membru tal-Kummissjoni, mogħtija fis-16 ta’ Ottubru 2012,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill tal-25 Ottubru 2012, li permezz tagħha l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament dwar id-deċiżjoni, li tittieħed bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, dwar il-ħatra tas-Sur Tonio Borg bħala Membru tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra s-seduta ta’ smigħ tas-Sur Tonio Borg fit-13 ta' Novembru 2012, li kienet immexxija mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza bl-assoċjazzjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, u d-dikjarazzjoni ta’ evalwazzjoni mfassla wara dak is-smigħ,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106 u l-Anness XVII tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

1.  Japprova l-ħatra tas-Sur Tonio Borg bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija taż-żmien tal-kariga tal-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2014;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.


Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 5/2012: Il-Fond ta' Solidarjetà wara t-terremoti fl-Emilia Romagna (Italja) u modifika tal-linja baġitarja għall-azzjoni preparatorja għas-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011
PDF 215kWORD 45k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni (16398/2012 – C7-0383/2012 – 2012/2242(BUD))
P7_TA(2012)0433A7-0381/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea għall-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1) (ir-Regolament Finanzjarju), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, adottat b'mod definittiv fl-1 ta' Diċembru 2011(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni(4), u b'mod partikolari l-paragrafu 2 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament maqbula mit-tliet istituzzjonijiet fil-qafas tal-proċedura baġitarja 2012;

–  wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, li l-Kummissjoni ressqitu lill-Parlament Ewropew fid-19 ta’ Settembru 2012 (COM(2012)0536),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2012, stabbilita mill-Kunsill fl-20 ta' Novembru 2012 (16398/2012 – C7-0383/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0381/2012),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2012 jirrigwarda l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (EUSF) għal ammont ta’ EUR 670 192 359 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta' pagament bi rbit mas-sensiela ta' terremoti fl-Emilia-Romagna, l-Italja, f'Mejju 2012,

B.  billi l-iskop tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2012 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit 2012, u li l-linja baġitarja 16 05 03 01 – Azzjoni preparatorja – Is-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011 tiġi modifikata biex is-“sing” għall-pagamenti fil-linja jiġi sostitwit b'entrata pro memoria (p.m.) biex ikunu jistgħu jsiru l-pagamenti finali,

C.  billi l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2012, kif imressaq mill-Kummissjoni, ippropona żieda fil-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament, fid-dawl tan-nuqqas globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2012,

D.  billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2012, rigward mobilizzazzjoni oħra tal-EUSF, il-Parlament iddeplora bil-qawwa, għall-każ speċifiku tal-mobilizzazzjoni tal-EUSF, il-fatt li l-fergħa l-oħra tal-awtorità baġitarja kienet ħalliet 8 ġimgħat jgħaddu qabel ma adottat il-pożizzjoni tagħha, u żammet mal-interpretazzjoni tagħha tal-Protokoll 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (skadenza għall-informazzjoni tal-parlamenti nazzjonali),

1.  Jieħu nota tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2012 kif imressaq mill-Kummissjoni;

2.  Iqis li hija ħaġa importanti ħafna li jsir rilaxx rapidu tal-assistenza finanzjarja permezz tal-EUSF għal dawk affettwati minn katastrofi naturali, u għalhekk jilqa' bi pjaċir il-preżentazzjoni fil-pront mill-awtoritajiet Taljani tal-applikazzjoni tagħhom għal assistenza finanzjarja mill-EUSF, kif ukoll il-preżentazzjoni fil-pront mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha għall-mobilizzazzjoni tal-EUSF;

3.  Jistieden lill-partijiet involuti kollha fl-Istati Membri, jiġifieri kemm dawk fil-livell lokali kif ukoll dawk fil-livell reġjonali, u lill-awtoritajiet nazzjonali, biex ikomplu jtejbu l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u l-koordinazzjoni għal applikazzjonijiet potenzjali futuri għall-EUSF bil-għan li jħaffu, kemm jista' jkun, il-mobilizzazzjoni tal-EUSF;

4.  Itenni bil-qawwa t-talba tiegħu lill-Kunsill biex ma jippreġudikax dawn l-isforzi favur it-twassil aktar fil-pront tal-assistenza tal-UE permezz ta' kwalunkwe posponiment indebitu tad-deċiżjoni tiegħu rigward kwistjoni sensittiva u urġenti bħal din;

5.  Ifakkar li għall-mobilizzazzjoni preċedenti tal-Fond (baġit emendatorju Nru 2/2012 rigward l-għargħar ta' Ottubru 2012 fil-Ligurja u fit-Toskana f'Ottubru 2011), l-awtorità baġitarja ma kellhiex għalfejn tipprovdi flejjes ġodda peress li nstabu xi sorsi mhux mistennija għal riallokazzjonijiet fl-ammont meħtieġ; jenfasiżża li n-nuqqas attwali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament, li diġà jaffettwa għadd ta' programmi, b'mod partikolari dawk li fuqhom jiddependi ħafna l-Patt għat-Tkabbir u l-Impjiegi adottat mill-Kunsill Ewropew fid-29 ta' Ġunju 2012, jeskludi b'mod strett li tiġi prevista xi riallokazzjoni bħal din f'dan il-każ;

6.  Japprova, bla ma jemenda, il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2012;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2012 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgurali tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 56, 29.2.2012.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) Testi adottati, P7_TA(2012)0232.


Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE - terremoti fl-Italja
PDF 290kWORD 37k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (COM(2012)0538 – C7-0300/2012 – 2012/2237(BUD))
P7_TA(2012)0434A7-0380/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0538 – C7-0300/2012),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(1), u b'mod partikulari l-punt 26,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008 dwar il-Fond ta’ Solidarjetà,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0380/2012),

1.  Japprova d-deċiżjoni mehmuża ma' din il-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2013/108/UE.)

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


L-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-UE wara negozjati li saru fil-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT ***I
PDF 305kWORD 38k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-UE wara negozjati li saru fil-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT u li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (COM(2012)0115 – C7-0079/2012 – 2012/0054(COD))
P7_TA(2012)0435A7-0351/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0115),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0079/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Novembru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0351/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari, hawn taħt imsemmija;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru. .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana

P7_TC1-COD(2012)0054


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1218/2012.)


L-allokazzjoni ta' kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-UE ***I
PDF 285kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjoni ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea (COM(2012)0449 – C7-0215/2012 – 2012/0217(COD))
P7_TA(2012)0436A7-0329/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0449),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0215/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Novembru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0329/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, hawn taħt imsemmija;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid

3.  Jagħti lill-President tiegħu struzzjonijiet biex jibgħat il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru. .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni ta' kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea

P7_TC1-COD(2012)0217


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1217/2012.)


It-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat, bejn l-UE, il-Brażil u t-Tajlandja ***
PDF 206kWORD 35k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat imniżżel fl-Iskeda tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT, u tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat imniżżel fl-Iskeda tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT (07883/2012 – C7-0171/2012 – 2012/0046(NLE))
P7_TA(2012)0437A7-0350/2012

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07883/2012),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat imniżżel fl-Iskeda tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT (07884/2012),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat imniżżel fl-Iskeda tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT (07885/2012),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0171/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0350/2012),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Ftehimiet;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożiżżjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Federali tal-Brażil u r-Renju tat-Tajlandja.


Emendar tal-Annessi tal-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Iżrael ***
PDF 201kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istat tal-Iżrael, min-naħa l-oħra, li temenda l-Annessi għall-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat tal-Iżrael, min-naħa l-oħra. (07433/2012 – C7-0157/2012 – 2011/0457(NLE))
P7_TA(2012)0438A7-0318/2012

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07433/2012),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istat tal-Iżrael, min-naħa l-oħra, li temenda l-Annessi għall-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat tal-Iżrael, min-naħa l-oħra (07470/2012),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0157/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0318/2012),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u of the State of Iżrael.


Il-Ftehim UE-Russja dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam ***
PDF 199kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa b'rabta mal-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea u l-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-modalitajiet tekniċi skont dak il-Ftehim (16775/1/2011 – C7-0515/2011 – 2011/0322(NLE))
P7_TA(2012)0439A7-0177/2012

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16775/1/2011),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim f'għamla ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa b'rabta mal-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea (16776/2011),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0515/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0177/2012),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Federazzjoni Russa.


Migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) – (inkluż ir-Renju Unit u l-Irlanda) *
PDF 494kWORD 106k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (riformulazzjoni) (11142/1/2012 – C7-0330/2012 – 2012/0033 (NLE))
P7_TA(2012)0440A7-0368/2012

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (11142/1/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0330/2012),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 biex isir użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali(1),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-12 ta' Ottubru 2012 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 87(3) tar-Regola ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 u l-Artikolu 46(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0368/2012),

A.  Billi, skont il-grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom;

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif adattat għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendat hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Abbozz tal-Kunsill   Emenda
Emenda 1
Abbozz ta' regolament
Premessa 6
(6)  L-iżvilupp tas-SIS II għandu jitkompla u għandu jiġi ffinalizzat fil-qafas tal-iskeda globali tas-SIS II approvata mill-Kunsill fis-6 ta’ Ġunju 2008 u sussegwentement emendata f'Ottubru 2009 wara l-orjentazzjonijiet fil-Kunsill ĠAI tal-4 ta' Ġunju 2009.Il-verżjoni attwali tal-iskeda globali tas-SIS II ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew f' Ottubru 2010 .
(6)  L-iżvilupp tas-SIS II għandu jitkompla u għandu jiġi ffinalizzat mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2013.
Emenda 2
Abbozz ta' regolament
Premessa 16
(16)  Sabiex tappoġġja lill-Istati Membri jagħżlu l-aktar soluzzjoni teknika u finanzjarja favorevoli, il-Kummissjoni għandha tniedi mingħajr dewmien il-proċess ta’ adattament ta’ dan ir-Regolament billi tipproponi reġim legali għall-migrazzjoni li jirrifletti aħjar l-approċċ għall-migrazzjoni tekniku kif deskritt fil-Pjan ta’ Migrazzjoni tal-Proġett tas-SIS (il-Pjan ta’ Migrazzjoni) adottat mill-Kummissjoni wara vot pożittiv mill-Kumitat SIS-VIS fit-23 ta’ Frar 2011.
imħassar
Emenda 3
Abbozz ta' regolament
Premessa 17
(17)  Il-Pjan ta’ Migrazzjoni jiddeskrivi li fi ħdan il-perjodu tal-bidla, l-Istati Membri kollha, konsekuttivament, se jwettqu l-bidla individwali tagħhom tal-applikazzjoni nazzjonali mis-SIS I fis-SIS II. Huwa xieraq mil-lat tekniku li dawk l-Istati Membri li jkunu qalbu jkunu kapaċi jużaw l-ambitu sħiħ tas-SIS II minn meta ssir il-bidla u ma jkollhomx jistennew sakemm l-Istati Membri l-oħra jaqilbu wkoll. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu applikati r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI minn mindu tibda l-bidla mill-ewwel Stat Membru. Għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt il-perjodu tal-bidla għandu jinżamm l-iqsar possibbli , u ma għandux jeċċedi t-tnax-il siegħa. L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI ma twaqqafx lil dawk l-Istati Membri li jkunu għadhom ma qalbux jew li jkunu waqgħu lura għal raġunijiet tekniċi, milli jużaw is-SIS II limitata għal funzjonalitajiet tas-SIS 1+ matul il-perjodu ta' monitoraġġ intensiv. Sabiex jiġu applikati l-istess standards u kundizzjonijiet għat-twissijiet, l-ipproċessar tad-dejta u l-protezzjoni tad-dejta fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġi applikat il-qafas ġuridiku tas-SIS II għall-attivitajiet operattivi tal-Istati Membri li għadhom ma għamlux il-bidla.
(17)  Huwa previst li fi ħdan il-perjodu tal-bidla, l-Istati Membri kollha, konsekuttivament, se jwettqu l-bidla individwali tagħhom tal-applikazzjoni nazzjonali mis-SIS I fis-SIS II. Huwa xieraq mil-lat tekniku li dawk l-Istati Membri li jkunu qalbu jkunu kapaċi jużaw l-ambitu sħiħ tas-SIS II minn meta ssir il-bidla u ma jkollhomx jistennew sakemm l-Istati Membri l-oħra jaqilbu wkoll. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu applikati r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI minn mindu tibda l-bidla mill-ewwel Stat Membru. Għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt il-perjodu tal-bidla għandu jinżamm l-iqsar possibbli , u ma għandux jeċċedi t-tnax-il siegħa. L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI ma twaqqafx lil dawk l-Istati Membri li jkunu għadhom ma qalbux jew li jkunu waqgħu lura għal raġunijiet tekniċi, milli jużaw is-SIS II limitata għal funzjonalitajiet tas-SIS 1+ matul il-perjodu ta' monitoraġġ intensiv. Sabiex jiġu applikati l-istess standards u kundizzjonijiet għat-twissijiet, l-ipproċessar tad-dejta u l-protezzjoni tad-dejta fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġi applikat il-qafas ġuridiku tas-SIS II għall-attivitajiet operattivi tal-Istati Membri li għadhom ma għamlux il-bidla.
Emenda 4
Abbozz ta' regolament
Premessa 19
(19)  Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI jipprevedu li għas-SIS II Ċentrali għandha tintuża l-aqwa teknoloġija disponibbli, soġġetta għal analiżi kost-effettività. L-Anness għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-direzzjoni ulterjuri tas-SIS II tal-4-5 ta' Ġunju 2009 stabbilixxa miri importanti li għandhom jintlaħqu sabiex jitkompla l-proġett attwali tas-SIS II. B’mod parallel, twettaq studju dwar l-elaborazzjoni ta’ xenarju tekniku alternattiv għall-iżvilupp tas-SIS II abbażi tal-evoluzzjoni tas-SIS 1+ (SIS 1+ RE) bħala l-pjan ta’ kontinġenza, f’każ li t-testijiet juru nonkonformità mar-rekwiżiti tal-miri importanti. Abbażi ta’ dawn il-parametri, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jistieden lill-Kummissjoni biex taqleb għax-xenarju tekniku alternattiv.
(19)  Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI jipprevedu li għas-SIS II Ċentrali għandha tintuża l-aqwa teknoloġija disponibbli, soġġetta għal analiżi tal-kost-effettività. L-Anness għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-direzzjoni ulterjuri tas-SIS II tal-4-5 ta' Ġunju 2009 stabbilixxa miri importanti li għandhom jintlaħqu sabiex jitkompla l-proġett attwali tas-SIS II. B’mod parallel, twettaq studju dwar l-elaborazzjoni ta’ xenarju tekniku alternattiv għall-iżvilupp tas-SIS II abbażi tal-evoluzzjoni tas-SIS 1+ (SIS 1+ RE) bħala l-pjan ta’ kontinġenza, f’każ li t-testijiet juru nonkonformità mar-rekwiżiti tal-miri importanti. Abbażi ta’ dawn il-parametri, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jistieden lill-Kummissjoni biex taqleb għax-xenarju tekniku alternattiv. F'każ bħal dan il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta biex jiġi rivedut dan ir-Regolament.
Emenda 5
Abbozz ta' regolament
Premessa 31
(31)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta hu responsabbli biex jissorvelja u jiżgura l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u huwa kompetenti li jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 kif ukoll tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta personali.
(31)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta hu responsabbli biex jissorvelja u jiżgura l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u huwa kompetenti li jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali. L-Awtorità Superviżorja Konġunta hija responsabbli għas-superviżjoni tal-funzjoni ta' appoġġ tekniku tas-SIS 1+ attwali sakemm jidħol fis-seħħ il-qafas ġuridiku tas-SIS II. L-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali huma responsabbli għas-superviżjoni tal-ipproċessar tad-dejta tas-SIS 1+ fit-territorju tal-Istati Membri rispettivi tagħhom u se jibqgħu responsabbli għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta personali tas-SIS II fit-territorju tal-Istati Membri.Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 kif ukoll tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta personali. Dan il-qafas ġuridiku tas-SIS II jipprevedi li l-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jiżguraw is-superviżjoni koordinata tas-SIS II.
Emenda 6
Abbozz ta' regolament
Premessa 43 a (ġdida)
(43a)  Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, li fih qed jipparteċipaw il-Bulgarija u r-Rumanija skont l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE tad-29 ta’ Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen rigward is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija1,
1 ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17.
Emenda 7
Abbozz ta' regolament
Artikolu 7 – paragrafu 6
6.  L-attivitajiet fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill.
6.  L-attivitajiet fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat fuq bażi regolari dwar dawn l-attivitajiet.
Emenda 8
Abbozz ta' regolament
Artikolu 11 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.  Qabel il-bidu tal-migrazzjoni, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li d-dejta personali kollha li għandha tkun suġġetta għal migrazzjoni fis-SIS II tkun preċiża, aġġornata u legali skont id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.
Kwalunkwe dejta li ma tkunx tista' tiġi vverifikata qabel il-bidu tal-migrazzjoni għandha tiġi vverifikata sa perjodu massimu ta' sitt xhur wara l-bidu tal-migrazzjoni.

Emenda 9
Abbozz ta' regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1
1.  Għall-migrazzjoni mis-C.SIS għas-SIS II Ċentrali, Franza għandha tagħmel disponibbli l-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ u l-Kummissjoni għandha tintroduċi l-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ fis-SIS II Ċentrali. Dejta tal-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ msemmija fl-Artikolu 113 (2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen ma għandhiex tkun introdotta fis-SIS II Ċentrali .
1.  Għall-migrazzjoni mis-C.SIS għas-SIS II Ċentrali, Franza għandha tagħmel disponibbli l-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ u l-Kummissjoni għandha tintroduċi l-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ fis-SIS II Ċentrali. Dejta tal-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ msemmija fl-Artikolu 113 (2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen ma għandhiex tkun introdotta fis-SIS II Ċentrali. Din id-dejta għandha titħassar mhux aktar tard minn xahar wara t-tmiem tal-perjodu intensiv ta' monitoraġġ.
Emenda 10
Abbozz ta' regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
3.  Il-migrazzjoni tas-sistema nazzjonali mis-SIS 1+ għas-SIS II tibda permezz tal-illowdjar tad-dejta tal-N.SIS II, meta dik l-N.SIS II għandu jkun fiha fajl tad-dejta, il-kopja nazzjonali, li tinkludi kopja kompluta jew parzjali tal-bażi tad-dejta tas-SIS II.
3.  Il-migrazzjoni tas-sistema nazzjonali mis-SIS 1+ għas-SIS II tibda permezz tal-illowdjar tad-dejta tal-N.SIS II, meta dik l-N.SIS II għandu jkun fiha fajl tad-dejta, il-kopja nazzjonali, li tinkludi kopja kompluta jew parzjali tal-bażi tad-dejta tas-SIS II. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali kollha mdaħħla fl-N.SIS II tkun preċiża, aġġornata u legali skont id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.
Emenda 11
Abbozz ta' regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri u l-awtoritajiet superviżorji responsabbli, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tlestija tal-migrazzjoni, partikolarment dwar il-bidla tal-Istati Membri għas-SIS II. Ir-rapport għandu jikkonferma jekk il-migrazzjoni, u b'mod partikolari l-bidla, sarux f'konformità sħiħa ma' dan ir-Regolament fuq il-livell ċentrali kif ukoll dak nazzjonali, u għandu jikkonferma li l-ipproċessar tad-dejta personali matul il-migrazzjoni kollha kien konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta1.
1 ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
Emenda 12
Abbozz ta' regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4b (ġdid)
4b.  Xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta' monitoraġġ intensiv, il-bażi ta' dejta SIS 1+, id-dejta kollha fil-bażi ta' dejta SIS 1+, irrispettivament mill-mezz li tkun maħżuna fuqu u l-post fejn tkun tinsab, is-C.SIS, l-N.SIS tal-Istati Membri u kwalunkwe kopja tagħhom għandhom jitħassru b'mod definittiv.
Emenda 13
Abbozz ta' regolament
Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a

Migrazzjoni tal-uffiċċji SIRENE

Il-migrazzjoni tal-uffiċċji SIRENE għan-netwerk S-TESTA għandha sseħħ b'mod parallel mal-bidla msemmija fl-Artikolu 11(3) u għandha tintemm immedjatament wara l-bidla.

Emenda 14
Abbozz ta' regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
Mill-bidla tal-ewwel Stat Membru mill-N.SIS għall-N.SIS II, kif imsemmija fit-tieni subġaragrafu tal-Artikolu 11 (3) ta’ dan ir-Regolament, id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI għandha tapplika.

Mill-bidla b'suċċess tal-ewwel Stat Membru mill-N.SIS għall-N.SIS II, kif imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11 (3) ta' dan ir-Regolament, id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI għandha tapplika.

Emenda 15
Abbozz ta' regolament
Artikolu 15 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.  Minbarra r-reġistrazzjoni ta' tiftix awtomatizzat, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li, matul il-migrazzjoni skont dan ir-Regolament, ir-regoli applikabbli tal-protezzjoni tad-dejta jkunu rispettati għalkollox u li l-kompiti speċifikati fl-Artikolu 3(f) u fl-Artikolu 11 jiġu rreġistrati kif xieraq fis-SIS II Ċentrali. Ir-reġistrazzjoni ta' dawn l-attivitajiet għandha, b'mod partikolari, tiżgura l-integrità u l-legalità tad-dejta matul il-migrazzjoni u l-bidla għas-SIS II.
Emenda 16
Abbozz ta' regolament
Artikolu 15 – paragrafu 4
4.  Ir-reġistri għandhom juru, b’mod partikolari, id-data u l-ħin tad-dejta trażmessa, id-dejta użata biex isiru tfittxijiet, ir-referenza għad-dejta trasmessa u l-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-ipproċessar tad-dejta.
4.  Ir-reġistri għandhom juru, b'mod partikolari, id-data u l-ħin tad-dejta trażmessa, id-dejta użata biex isiru tfittxijiet, ir-referenza għad-dejta trasmessa u l-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-ipproċessar tad-dejta u l-isem tal-utent aħħari.
Emenda 17
Abbozz ta' regolament
Artikolu 15 – paragrafu 5
5.  Ir-reġistri jistgħu jintużaw biss għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru mhux qabel sena u mhux iktar tard minn tliet snin wara li jkunu nħolqu.
(ma taffetwax il-verżjoni Maltija)
Emenda 18
Abbozz ta' regolament
Artikolu 15 – paragrafu 7
7.  L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-kontroll dwar jekk it-tfittxija tkunx skont il-liġi jew le, mill-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar ta’ dejta, mill-awtomonitoraġġ u biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-SIS II Ċentrali, l-integrità u s-sigurtà tad-dejta, għandu jkollhom aċċess, sal-limiti tal-kompetenzi tagħhom u fuq talba tagħhom, għal dawk ir-reġistri bil-għan li jaqdu l-kompiti tagħhom.
7.  L-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 60(1) u fl-Artikolu 61(1) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI responsabbli mill-kontroll dwar jekk it-tfittxija tkunx skont il-liġi jew le, mill-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar ta' dejta, mill-awtomonitoraġġ u biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-SIS II Ċentrali, l-integrità u s-sigurtà tad-dejta, għandu jkollhom aċċess, skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, sal-limiti tal-kompetenzi tagħhom u fuq talba tagħhom, għal dawk ir-reġistri bil-għan li jaqdu l-kompiti tagħhom.
Emenda 19
Abbozz ta' regolament
Artikolu 15 – paragrafu 7a (ġdid)
7a.  L-awtoritajiet kollha tal-protezzjoni tad-dejta b'responsabilità jew għas-SIS 1+ jew għas-SIS II għandhom ikunu involuti mill-qrib fil-fażijiet kollha tal-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II.
Emenda 20
Abbozz ta' regolament
Artikolu 19
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sal-aħħar ta’ kull perijodu ta’ sitt xhur, u għall-ewwel darba sal-aħħar tal-ewwel perijodu ta’ sitt xhur tal-2009, rapport ta’ progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżvilupp tas-SIS II u l-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sal-aħħar ta' kull perjodu ta' sitt xhur, u għall-ewwel darba sal-aħħar tal-ewwel perijodu ta' sitt xhur tal-2009, rapport ta' progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżvilupp tas-SIS II u l-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II. Il-Kummissjoni għandha tinforma l-Parlament Ewropew dwar ir-riżultati tat-testijiet imsemmija fl-Artikoli 8, 9 u 10.

Emenda 21
Abbozz ta' regolament
Artikolu 21
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jiskadi hekk kif tintemm il-migrazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 11(3), it-tielet subparagrafu. Jekk dik id-data ma tkunx tista' tiġi rispettata minħabba diffikultajiet tekniċi pendenti relatati mal-proċess ta' migrazzjoni, huwa għandu jiskadi f’data li trid tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi konformement mal-Artikolu 71 (2) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jiskadi hekk kif tintemm il-migrazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 11(3), it-tielet subparagrafu. Jekk dik id-data ma tkunx tista' tiġi rispettata minħabba diffikultajiet tekniċi pendenti relatati mal-proċess ta' migrazzjoni, huwa għandu jiskadi f'data li trid tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi konformement mal-Artikolu 71 (2) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI u f'kull każ sat-30 ta' Ġunju 2013.

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) - (mingħajr ir-Renju Unit u l-Irlanda) *
PDF 505kWORD 116k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (riformulazzjoni) (11143/1/2012 – C7-0331/2012 – 2012/0033B(NLE))
P7_TA(2012)0441A7-0370/2012

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (11143/1/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0331/2012),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni għall-atti legali(1)

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-12 ta' Ottubru 2012 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 87(3) tar-Regola ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 87, 55 u 46(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0370/2012),

A.  billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi l-ebda emenda ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Abbozz tal-Kunsill   Emenda
Emenda 1
Abbozz ta' regolament
Premessa 6
(6)  L-iżvilupp tas-SIS II għandu jitkompla u għandu jiġi ffinalizzat fil-qafas tal-iskeda globali tas-SIS II approvat mill-Kunsill fis-6 ta' Ġunju 2008 u sussegwentement emendat f'Ottubru 2009 b'segwitu għall-orjentazzjonijiet fil-Kunsill ĠAI tal-4 ta' Ġunju 2009. Il-verżjoni attwali tal-iskeda globali tas-SIS II ġiet ppreżentata mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew f' Ottubru 2010.
(6)  L-iżvilupp tas-SIS II għandu jitkompla u għandu jiġi ffinalizzat mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2013.
Emenda 2
Abbozz ta' regolament
Premessa 16
(16)  Sabiex tappoġġja lill-Istati Membri jagħżlu l-aktar soluzzjoni teknika u finanzjarja favorevoli, il-Kummissjoni għandha tniedi mingħajr dewmien il-proċess ta’ adattament ta’ dan ir-Regolament billi tipproponi reġim legali għall-migrazzjoni li jirrifletti aħjar l-approċċ għall-migrazzjoni tekniku kif deskritt fil-Pjan ta’ Migrazzjoni tal-Proġett tas-SIS (il-Pjan ta’ Migrazzjoni) […] adottat mill-Kummissjoni wara vot pożittiv mill-Kumitat SIS-VIS fit-23 ta’ Frar 2011.
imħassar
Emenda 3
Abbozz ta' regolament
Premessa 17
(17)  Il-Pjan ta’ Migrazzjoni jiddeskrivi li fi ħdan il-perjodu tal-bidla, l-Istati Membri kollha, konsekuttivament, se jwettqu l-bidla individwali tagħhom tal-applikazzjoni nazzjonali mis-SIS I fis-SIS II. Huwa xieraq mil-lat tekniku li dawk l-Istati Membri li jkunu qalbu jkunu kapaċi jużaw l-ambitu sħiħ tas-SIS II minn meta ssir il-bidla u ma jkollhomx jistennew sakemm l-Istati Membri l-oħra jaqilbu wkoll. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu applikati r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI minn mindu tibda l-bidla mill-ewwel Stat Membru. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali il-perjodu tal-bidla għandu jinżamm l-iqsar possibbli , u ma għandux jeċċedi t-tnax-il siegħa. L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI ma twaqqafx lil dawk l-Istati Membri li jkunu għadhom ma qalbux jew li jkunu waqgħu ’lura, milli jużaw is-SIS II limitata għal funzjonalitajiet tas-SIS 1+ matul il-perjodu ta’ monitoraġġ intensiv. Sabiex jiġu applikati l-istess standards u kundizzjonijiet għat-twissijiet, l-ipproċessar tad-dejta u l-protezzjoni tad-dejta fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġi applikat il-qafas ġuridiku tas-SIS II għall-attivitajiet operattivi tal-Istati Membri li għadhom ma għamlux il-bidla.
(17)  Huwa previst li fi ħdan il-perjodu tal-bidla, l-Istati Membri kollha, konsekuttivament, se jwettqu l-bidla individwali tagħhom tal-applikazzjoni nazzjonali mis-SIS I għas-SIS II. Huwa xieraq mil-lat tekniku li dawk l-Istati Membri li jkunu qalbu jkunu kapaċi jużaw l-ambitu sħiħ tas-SIS II minn meta ssir il-bidla u ma jkollhomx jistennew sakemm l-Istati Membri l-oħra jaqilbu wkoll. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu applikati r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI minn mindu tibda l-bidla mill-ewwel Stat Membru. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali l-perjodu tal-bidla għandu jinżamm l-iqsar possibbli, u ma għandux jeċċedi t-tnax-il siegħa. L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI ma twaqqafx lil dawk l-Istati Membri li jkunu għadhom ma qalbux jew li jkunu waqgħu lura, milli jużaw is-SIS II limitata għal funzjonalitajiet tas-SIS 1+ matul il-perjodu ta’ monitoraġġ intensiv. Sabiex jiġu applikati l-istess standards u kundizzjonijiet għat-twissijiet, l-ipproċessar tad-dejta u l-protezzjoni tad-dejta fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġi applikat il-qafas ġuridiku tas-SIS II għall-attivitajiet operattivi tal-Istati Membri li għadhom ma għamlux il-bidla.
Emenda 4
Abbozz ta' regolament
Premessa 19
(19)  Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI jipprevedu li għas-SIS II Ċentrali għandha tintuża l-aqwa teknoloġija disponibbli, soġġetta għal analiżi kost-effettività. L-Anness għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-direzzjoni ulterjuri tas-SIS II tal-4-5 ta' Ġunju 2009 stabbilixxa miri importanti li għandhom jintlaħqu sabiex jitkompla l-proġett attwali tas-SIS II. B’mod parallel, twettaq studju dwar l-elaborazzjoni ta’ xenarju tekniku alternattiv għall-iżvilupp tas-SIS II abbażi tal-evoluzzjoni tas-SIS 1+ (SIS 1+ RE) bħala l-pjan ta’ kontinġenza, f’każ li t-testijiet juru nonkonformità mar-rekwiżiti tal-miri importanti. Abbażi ta’ dawn il-parametri, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jistieden lill-Kummissjoni biex taqleb għax-xenarju tekniku alternattiv.
(19)  Regulation (EC) Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI jipprevedu li għas-SIS II Ċentrali għandha tintuża l-aqwa teknoloġija disponibbli, soġġetta għal analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji. L-Anness għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-direzzjoni ulterjuri tas-SIS II tal-4-5 ta' Ġunju 2009 stabbilixxa miri importanti li għandhom jintlaħqu sabiex jitkompla l-proġett attwali tas-SIS II. B’mod parallel, twettaq studju dwar l-elaborazzjoni ta’ xenarju tekniku alternattiv għall-iżvilupp tas-SIS II abbażi tal-evoluzzjoni tas-SIS 1+ (SIS 1+ RE) bħala l-pjan ta’ kontinġenza, f’każ li t-testijiet juru nonkonformità mar-rekwiżiti tal-miri importanti. Abbażi ta’ dawn il-parametri, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jistieden lill-Kummissjoni biex taqleb għax-xenarju tekniku alternattiv. F'każ bħal dan il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta biex jiġi rivedut dan ir-Regolament.
Emenda 5
Abbozz ta' regolament
Premessa 31
(31)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data hu responsabbli biex jissorvelja u jiżgura l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u huwa kompetenti li jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 kif ukoll tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data personali.
(31)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data hu responsabbli biex jissorvelja u jiżgura l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u huwa kompetenti li jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. L-Awtorità Superviżorja Konġunta hija responsabbli għas-superviżjoni tal-funzjoni ta' appoġġ tekniku tas-SIS 1+ attwali sakemm jidħol fis-seħħ il-qafas legali tas-SIS II. L-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali huma responsabbli għas-superviżjoni tal-ipproċessar tad-data tas-SIS 1+ fit-territorju tal-Istati Membri rispettivi tagħhom u se jibqgħu responsabbli għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data personali tas-SIS II fit-territorju tal-Istati Membri. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 kif ukoll tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data personali. Dan il-qafas legali tas-SIS II jipprevedi li l-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jiżguraw is-superviżjoni koordinata tas-SIS II.
Emenda 6
Abbozz ta' regolament
Premessa 43a (ġdida)
(43a)  Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, li fih qed jipparteċipaw il-Bulgarija u r-Rumanija skont l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE tad-29 ta’ Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija1,
1 ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17.
Emenda 7
Abbozz ta' regolament
Artikolu 7 – paragrafu 6
6.  L-attivitajiet fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill.
6.  L-attivitajiet fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill. Il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat fuq bażi regolari dwar dawn l-attivitajiet.
Emenda 8
Abbozz ta' regolament
Artikolu 11 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.  Qabel il-bidu tal-migrazzjoni, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li d-data personali kollha li għandha tkun suġġetta għal migrazzjoni għas-SIS II tkun preċiża, aġġornata u legali skont ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006.
Kwalunkwe data li ma tkunx tista' tiġi vverifikata qabel il-bidu tal-migrazzjoni għandha tiġi vverifikata sa perjodu massimu ta' sitt xhur wara l-bidu tal-migrazzjoni.

Emenda 9
Abbozz ta' regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1
1.  Għall-migrazzjoni mis-C.SIS għas-SIS II Ċentrali, Franza għandha tagħmel disponibbli l-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ u l-Kummissjoni għandha tintroduċi l-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ fis-SIS II Ċentrali.  Dejta tal-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ msemmija fl-Artikolu 113 (2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen ma għandhiex tkun introdotta fis-SIS II Ċentrali.
1.  Għall-migrazzjoni mis-C.SIS għas-SIS II Ċentrali, Franza għandha tagħmel disponibbli l-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ u l-Kummissjoni għandha tintroduċi l-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ fis-SIS II Ċentrali.  Id-dejta tal-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ imsemmija fl-Artikolu 113 (2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen ma għandhiex tkun introdotta fis-SIS II Ċentrali. Din id-data għandha titħassar mhux aktar tard minn xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta' monitoraġġ intensiv.
Emenda 10
Abbozz ta' regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
3.  Il-migrazzjoni tas-sistema nazzjonali mis-SIS 1+ għas-SIS II tibda permezz tal-illowdjar tad-dejta tal-N.SIS II, meta dik l-N.SIS II għandu jkun fiha fajl tad-dejta, il-kopja nazzjonali, li tinkludi kopja kompluta jew parzjali tal-bażi tad-dejta tas-SIS II.
3.  Il-migrazzjoni tas-sistema nazzjonali mis-SIS 1+ għas-SIS II għandha tibda permezz tal-illowdjar tad-dejta tal-N.SIS II, meta dik l-N.SIS II għandu jkun fiha fajl tad-dejta, il-kopja nazzjonali, li tinkludi kopja kompluta jew parzjali tal-bażi tad-dejta tas-SIS II. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali kollha mdaħħla fl-N.SIS II tkun preċiża, aġġornata u legali skont ir-Regolamnent (KE) Nru 1987/2006.
Emenda 11
Abbozz ta' regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri u l-awtoritajiet superviżorji responsabbli, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tlestija tal-migrazzjoni, partikolarment dwar il-bidla tal-Istati Membri għas-SIS II. Ir-rapport għandu jikkonferma jekk il-migrazzjoni, u b'mod partikolari l-bidla, sarux b'konformità sħiħa ma' dan ir-Regolament fil-livell ċentrali kif ukoll f’dak nazzjonali, u għandu jikkonferma li l-ipproċessar tad-data personali matul il-migrazzjoni kollha kien konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data
1 ĠU L 281, 23.11.1995, p.31.
Emenda 12
Abbozz ta' regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4b (ġdid)
4b.  Xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta' monitoraġġ intensiv, il-bażi ta' data SIS 1+, id-data kollha fil-bażi ta' data SIS 1+, irrispettivament mill-mezz li tkun maħżuna fuqu u l-post fejn tkun tinsab, is-C.SIS, l-N.SIS tal-Istati Membri u kwalunkwe kopja tagħhom għandhom jitħassru b'mod definittiv.
Emenda 13
Abbozz ta' regolament
Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a

Migrazzjoni tal-uffiċċji tas-SIRENE

Il-migrazzjoni tal-uffiċċji tas-SIRENE għan-netwerk S-TESTA għandha sseħħ b'mod parallel mal-bidla msemmija fl-Artikolu 11(3) u għandha tintemm immedjatament wara l-bidla.

Emenda 14
Abbozz ta' regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
Mill-bidla tal-ewwel Stat Membru mill-N.SIS għall-N.SIS II, kif imsemmija fit-tieni subġaragrafu tal-Artikolu 11 (3) ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika r-Regolament (KE) 1987/2006 […].

Mill-bidla b’suċċess tal-ewwel Stat Membru mill-N.SIS għall-N.SIS II, kif imsemmija fit-tieni subġaragrafu tal-Artikolu 11 (3) ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika r-Regolament (KE) 1987/2006.

Emenda 15
Abbozz ta' regolament
Artikolu 15 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.  Minbarra r-reġistrazzjoni ta' tiftixiet awtomatizzati, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li, matul il-migrazzjoni skont dan ir-Regolament, ir-regoli applikabbli tal-protezzjoni tad-data jkunu rispettati għalkollox u li l-kompiti speċifikati fl-Artikolu 3(f) u fl-Artikolu 11 jiġu rreġistrati kif xieraq fis-SIS II Ċentrali. Ir-reġistrazzjoni ta' dawk l-attivitajiet għandha, b'mod partikolari, tiżgura l-integrità u l-legalità tad-data matul il-migrazzjoni u l-bidla għas-SIS II.
Emenda 16
Abbozz ta' regolament
Artikolu 15 – paragrafu 4
4.  Ir-reġistri għandhom juru, b’mod partikolari, id-data u l-ħin tad-data trażmessa, id-data użata biex isiru tfittxijiet, ir-referenza għad-data trasmessa u l-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-ipproċessar tad-data.
4.  Ir-reġistri għandhom juru, b'mod partikolari, id-data u l-ħin tad-dejta trażmessa, id-dejta użata biex isiru tfittxijiet, ir-referenza għad-dejta trasmessa u l-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-ipproċessar tad-data u l-isem tal-utent aħħari.
Emenda 17
Abbozz ta' regolament
Artikolu 15 – paragrafu 5
5.  Ir-reġistri jistgħu jintużaw biss għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru mhux qabel sena u mhux iktar tard minn tliet snin wara li jkunu nħolqu.
(ma taffetwax il-verżjoni Maltija)
Emenda 18
Abbozz ta' regolament
Artikolu 15 – paragrafu 7
7.  L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-kontroll dwar jekk it-tfittxija tkunx skont il-liġi jew le, mill-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar ta’ data, mill-awtomonitoraġġ u biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-SIS II Ċentrali, l-integrità u s-sigurtà tad-data, għandu jkollhom aċċess, sal-limiti tal-kompetenzi tagħhom u fuq talba tagħhom, għal dawk ir-reġistri bil-għan li jaqdu l-kompiti tagħhom.
7.  L-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 44(1) u fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 responsabbli mill-kontroll dwar jekk it-tfittxija tkunx skont il-liġi jew le, mill-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar ta’ dejta, mill-awtomonitoraġġ u biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-SIS II Ċentrali, l-integrità u s-sigurtà tad-dejta, għandu, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) 1987/2006, ikollhom aċċess, sal-limiti tal-kompetenzi tagħhom u fuq talba tagħhom, għal dawk ir-reġistri bil-għan li jaqdu l-kompiti tagħhom.
Emenda 19
Abbozz ta' regolament
Artikolu 15 – paragrafu 7a (ġdid)
7a.  L-awtoritajiet kollha tal-protezzjoni tad-data b'responsabilità għas-SIS 1+ jew għas-SIS II għandhom ikunu involuti mill-qrib fil-fażijiet kollha tal-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II.
Emenda 20
Abbozz ta' regolament
Artikolu 19
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sal-aħħar ta’ kull perijodu ta’ sitt xhur, u għall-ewwel darba sal-aħħar tal-ewwel perijodu ta’ sitt xhur tal-2009, rapport ta’ progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżvilupp tas-SIS II u l-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sal-aħħar ta’ kull perijodu ta’ sitt xhur, u għall-ewwel darba sal-aħħar tal-ewwel perijodu ta’ sitt xhur tal-2009, rapport ta’ progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżvilupp tas-SIS II u l-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bir-riżultati tat-testijiet imsemmija fl-Artikoli 8, 9 u 10.

Emenda 21
Abbozz ta' regolament
Artikolu 21
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu jiskadi kif tintemm il-migrazzjoni, kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11 (3). Jekk din id-data ma tkunx tista' tintlaħaq minħabba diffikultajiet tekniċi pendenti relatati mal-proċess ta' migrazzjoni, huwa għandu jiskadi f'data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi konformement mal-Artikolu 55(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu jiskadi kif tintemm il-migrazzjoni, kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(3). Jekk din id-data ma tkunx tista' tintlaħaq minħabba diffikultajiet tekniċi pendenti relatati mal-proċess ta' migrazzjoni, huwa għandu jiskadi f'data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi konformement mal-Artikolu 55(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006.u fi kwalunkwe każ sat-30 ta' Ġunju 2013.

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Liġi tal-UE (2010)
PDF 235kWORD 75k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar it-28 rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE (2010) (2011/2275(INI))
P7_TA(2012)0442A7-0330/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra it-28 Rapport Annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Liġi tal-UE (2010) (COM(2011)0588),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni intitolat 'Rapport ta' Evalwazzjoni tal-Proġett “EU Pilot”' (COM(2010)0070),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni intitolat 'It-Tieni Rapport ta' Evalwazzjoni dwar l-EU Pilot’ (COM(2011)0930),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Settembru 2007 intitolata 'Ewropa li Tikseb ir-Riżultati – L-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja' (COM(2007)0502),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Marzu 2002 dwar ir-relazzjonijiet ma' min jilmenta fir-rigward ta' ksur tal-Liġi Komunitarja (COM(2002)0141),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2012 intitolata “L-aġġornament tal-immaniġġjar tar-relazzjonijiet mal-kwerelant rigward l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni (COM(2012)0154),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2011 dwar is-27 Rapport Annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE (2009) (1),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar is-26 Rapport Annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea (2008) (2),

–  wara li kkunsidra d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni (SEC(2011)0193, SEC(2011)0194 u SEC(2011)1626,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2011 dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tul l-2010(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 119(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0330/2012),

A.  billi t-Trattat ta’ Lisbona introduċa numru ta’ bażijiet legali ġodda maħsuba biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tal-liġi tal-UE;

B.  billi l-Artikolu 298 TFUE jiddikjara li fit-twettiq tal-missjonijiet tagħhom, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għandu jkollhom l-appoġġ ta' amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti;

C.  billi l-ambjent, is-suq intern u t-tassazzjoni huma l-oqsma tal-politika l-aktar suxxettibbli għal vjolazzjonijiet u jikkostitwixxu 52% tal-każijiet kollha ta’ ksur;

1.  Ifakkar li l-Artikolu 17 TUE jiddefinixxi r-rwol fundamentali tal-Kummissjoni bħala “gwardjan tat-Trattati’; jinnota, f’dan il-kuntest, li l-poter u d-dmir tal-Kummissjoni li tipproċedi kontra Stat Membru li naqas milli jirrispetta obbligu skont it-termini tat-Trattati(4) jammontaw għall-ġebla tax-xewka tal-ordni ġuridiku tal-Unjoni u bħala tali huma konsistenti mal-kunċett ta’ Unjoni msejsa fuq l-istat tad-dritt;

2.  Jenfasizza l-importanza fundamentali tal-istat tad-dritt bħala kundizzjoni għal-leġittimità ta’ kwalunkwe forma ta’ governanza demokratika, u biex ikun garantit b'mod sħiħ li ċ-ċittadini jgawdu d-drittijiet tagħhom kif ipprovdut bil-liġi;

3.  Japprova l-approċċ ta’ “regolamentazzjoni intelliġenti” tal-Kummissjoni li tiffoka fuq l-integrazzjoni tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE fiċ-ċiklu ta' politika usa', li l-Kumitat jara bħala miżura preventiva ewlenija;

4.  Jinnota li l-proċedura ta’ ksur tikkonsisti f’żewġ fażijiet: l-istadju amministrattiv (investigazzjoni) u l-istadju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; iqis li r-rwol taċ-ċittadini bħala kwerelanti huwa kruċjali fil-fażi amministrattiva meta wieħed jiġi għall-iżgurar ta’ konformità mal-liġi tal-Unjoni fil-prattika;

5.  Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tuża numru kbir ta’ għodod sabiex il-proċess tat-traspożizzjoni jsir aktar faċli (listi ta’ kontroll tat-traspożizzjoni, manwali jew noti interpretattivi) u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issegwi aktar mill-qrib it-traspożizzjoni tad-direttivi qabel id-data ta' skadenza tat-traspożizzjoni, partikolarment meta jkunu kkonċernati l-Istati Membri “b'rekord ħażin’, sabiex tkun tista’ tintervjeni malajr;

6.  Jiġbed l-attenzjoni lejn l-applikabilità diretta tad-dispożizzjonijiet ta’ direttivi meta dawn ikunu preċiżi biżżejjed u mhux kondizzjonati (“effett dirett’), skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaġixxu b’mod konġunt u konsistenti biex tinstab soluzzjoni għall-problema ta’ “gold-plating’;

8.  Jinnota li l-Kummissjoni reċentement ippubblikat komunikazzjoni ġdida dwar l-immaniġġjar tar-relazzjonijiet mal-kwerelant rigward l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni (COM(2012)0154), fejn irrevediet il-kundizzjonijiet li bihom jiġi reġistrat ilment u għalhekk effettwat il-proċedura ta’ ksur b’mod ġenerali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ma tużax id-dispożizzjonijiet legali mhux vinkolanti meta tkun qed tittratta l-proċedimenti ta’ ksur iżda, pjuttost, li tipproponi regolament(5) sabiex il-Parlament ikun jista’ jiġi involut b’mod sħiħ bħala koleġiżlatur f’dan l-element essenzjali tal-ordni ġuridiku tal-UE;

9.  Jesprimi dispjaċir, madankollu, dwar in-numru enormi ta’ każijiet ta' nuqqas ta’ komunikazzjoni (470 pendenti fl-2010);

10.  Jiddeplora l-assenza fil-komunikazzjoni l-ġdida msemmija hawn fuq ta’ kull referenza għall-EU Pilot, li, kif ġie definit mill-Kummissjoni stess, huwa “metodu ta’ ħidma stabbilit sew” (6), li tuża biex tittratta lmenti bħala l-ewwel pass fil-proċedura ta’ ksur kulfejn wieħed seta’ jirrikorri għal din il-proċedura(7); jinnota li l-EU Pilot lanqas biss jissemma b’ismu fil-komunikazzjoni, u li ma hemm ebda referenza għal ebda wieħed mid-drittijiet jew il-protezzjoni mogħtija lill-kwerelant fil-qafas tal-EU Pilot; jikkonkludi, għalhekk, li d-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-Kummissjoni li jippreċedu jew jeskludu l-proċedura ta’ ksur ma jsegwux ir-regoli ta’ trasparenza u responsabilità u jittieħdu biss fid-diskrezzjoni sħiħa tal-Kummissjoni;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-istatus tas-sistema tal-EU Pilot u tiddefinixxi b’mod ċar il-qafas u r-regoli tal-applikazzjoni tiegħu b’tali mod li ċ-ċittadini jifmuhom;

12.  Jinnota li n-numru ta’ Stati Membri li qed jipparteċipaw fl-EU Pilot (18 sal-aħħar tal-2010) kif ukoll in-numru kbir ta’ każijiet magħluqa wara li r-rispons mill-Istati Membri ġie vvalutat bħala aċċettabbli (81% tal-każijiet); jenfasizza l-importanza tal-kwalità ta’ dawn il-valutazzjonijiet, kemm f’termini ta’ informazzjoni valida u vverifikata u f’termini tal-osservanza tal-prinċipji ġenerali tal-liġi amministrattiva rikonoxxuta mill-Qorti tal-Ġustizzja;

13.  Itenni l-fehma tiegħu li l-poter diskrezzjonali mogħti mit-Trattati lill-Kummissjoni fit-trattament tal-proċedura ta’ ksur għandu jirrispetta l-istat tad-dritt, il-prinċipju ta’ ċarezza legali, ir-rekwiżiti ta’ trasparenza u l-apertura u l-prinċipju tal-proporzjonalità, u li xejn ma għandu, taħt l-ebda ċirkostanzi, jipperikola l-iskop bażiku ta’ dan il-poter, li huwa li tiġi ggarantita l-applikazzjoni fil-ħin u korretta tal-liġi tal-Unjoni(8);

14.  Jinnota ċ-ċifra inkoraġġanti li jindikaw li 88% tal-każijiet ta’ ksur magħluqa fl-2010 “ma ntbagħtux lill-Qorti tal-Ġustizzja minħabba li l-Istati Membri rregolaw il-kwistjonijiet legali mqajma mill-Kummissjoni qabel ma kien meħtieġ li jinbeda l-istadju li jmiss fil-proċedimenti ta’ ksur’; huwa tal-opinjoni, madanakollu, li jeħtieġ jitkompla l-monitoraġġ bir-reqqa tal-azzjonijiet tal-Istati Membri, minħabba li ċerti petizzjonijiet jirreferu għal problemi li jippersistu anke wara li kwistjoni tkun ingħalqet (ara, pereżempju, il-petizzjonijiet 0808/2006, 1322/2007, 0492/2010, 1060/2010 u 0947/2011);

15.  Jenfasizza, b’mod ġenerali, li għandhom isiru sforzi addizzjonali biex tiżdied it-trasparenza u r-reċiproċità fil-komunikazzjoni bejn il-Parlament u l-Kummissjoni; jinnota, pereżempju, li aċċess akbar għall-informazzjoni dwar ilmenti, fajls dwar ksur u mekkaniżmi oħra ta' infurzar jistgħu jiġu pprovduti mingħajr ma jiġi pperikolat l-għan tal-investigazzjonijiet, u li interess pubbliku prevalenti jista’ jiġġustifika sew l-aċċess għal din l-informazzjoni, partikolarment f’każijiet fejn hemm ir-riskju ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem u l-ħsara irriversibbli lill-ambjent;

16.  Jinnota li biex l-UE Pilot isir operattiv, il-Kummissjoni ħolqot “bażi ta’ dejta onlajn kunfidenzjali” għall-komunikazzjoni bejn is-servizzi tagħha u l-awtoritajiet tal-Istati Membri; għal darb’oħra jiġbed l-attenzjoni lejn in-nuqqas ta’ trasparenza vis-à-vis l-kwerelanti fl-EU Pilot, u jtenni t-talba tiegħu li jingħata aċċess għall-bażi tad-dejta fejn jinġabru l-ilmenti kollha, biex il-Parlament ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu ta’ skrutinju tar-rwol tal-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattati;

17.  Jiddeplora l-assenza assoluta ta’ segwitu għar-Riżoluzzjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq dwar is-27 rapport annwali, u b’mod partikolari s-sejħa tiegħu għal liġi proċedurali fil-forma ta’ regolament skont l-Artikolu 298 TFUE li jistabbilixxi l-aspetti varji tal-proċedura ta’ ksur u l-proċedura preliminari, inkluż in-notifiki, il-limiti ta’ żmien obbligatorji, id-dritt tas-smigħ, l-obbligu li jingħataw ir-raġunijiet, u d-dritt ta’ kull persuna li jkollha aċċess għall-fajl tagħha, sabiex jissaħħu d-drittijiet taċ-ċittadini u tiġi ggarantita t-trasparenza;

18.  Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex, għal darb’oħra tipproponi “liġi proċedurali” fil-forma ta’ regolament skont il-bażi legali l-ġdida tal-Artikolu 298 TFUE;

19.  Jinnota, f’dan il-kuntest, ir-risposta tal-Kummissjoni għat-talba tal-Parlament għal liġi proċedurali, fejn esprimiet id-dubji tagħha rigward il-possibilità tal-adozzjoni ta’ kwalunkwe regolament futur imsejjes fuq l-Artikolu 298 TFUE minħabba l-poter diskrezzjonali mogħti lill-Kummissjoni mit-Trattati sabiex “torganizza l-mod kif tiġġestixxi l-proċedimenti ta’ ksur u x-xogħol marbut mal-istess ħalli tiżgura l-applikazzjoni korretta tad-Dritt tal-UE”; huwa konvint li tali liġi proċedurali m’għandha bl-ebda mod tillimita l-poter diskrezzjonali tal-Kummissjoni iżda sservi biss ta’ garanzija li fl-eżerċizzju tal-poter tagħha, il-Kummissjoni tirrispetta l-prinċipji ta’ “amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti” kif jingħad fl-Artikolu 298 TFUE u d-dritt ta’ amministrazzjoni tajba kif jipprovdi l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

20.  Jenfasizza l-importanza tat-trasparenza fil-proċeduri ta' ksur, mhux l-inqas fid-dawl tal-possibilità għall-Parlament li jissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni; ifakkar f’dan il-kuntest li fil-Ftehim Qafas rivedut dwar ir-relazzjonijiet mal-Parlament, il-Kummissjoni timpenja ruħha biex 'tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament informazzjoni fil-qosor dwar il-proċeduri kollha ta’ ksur mill-ittra ta’ tqegħid fil-mora, inkluż, jekk il-Parlament jitlob li jsir hekk, (...) dwar kwistjonijiet li tirrigwardahom il-proċedura ta’ ksur' u jistenna li din il-klawżola tiġi applikata fil-prattika in bona fede;

21.  Jindika li l-petizzjoni hija strument xieraq li għandu jintuża miċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-intrapriżi biex jirrapurtaw nuqqas ta’ konformità mal-liġi tal-UE mill-awtoritajiet tal-Istati Membri f’livelli differenti; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, biex tissalvagwardja t-trasparenza tal-proċeduri ta’ ksur li għaddejjin billi tinforma liċ-ċittadini fil-ħin u b’mod xieraq bl-azzjoni li ttieħdet b'rispons għat-talba tagħhom;

22.  Jinnota li ċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkomplu jużaw il-mekkaniżmu tal-petizzjonijiet l-aktar biex jirraportaw fuq, u jilmentaw dwar, in-nuqqas ta’ konformità mal-liġi tal-UE mill-awtoritajiet tal-Istati Membri f’livelli differenti; jenfasizza, fid-dawl ta’ dan, ir-rwol kruċjali tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet bħala l-ħolqa effettiva bejn iċ-ċittadin, il-Parlament u l-Kummissjoni;

23.  Jilqa’ s-sezzjoni speċifika dwar il-petizzjonijiet li tinsab fit-28 rapport annwali, kif mitlub mill-Parlament, li fiha l-Kummissjoni tagħti skeda ta’ petizzjonijiet ġodda li jkunu waslu; jilqa’ r-rapport tal-Kummissjoni li jindika li “petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew wasslu għal proċeduri ta' ksur’ f’numru ta' oqsma; jenfasizza li, anke meta l-petizzjonijiet ma jikkonċernawx infrazzjonijiet, dawn jipprovdu lill-Parlament u l-Kummissjoni b'informazzjoni notevoli dwar il-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini;

24.  Jenfasizza n-numru sinifikanti ta’ petizzjonijiet li jaslu dwar kwistjonijiet relatati ma’ leġiżlazzjoni ambjentali, u l-aktar fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet dwar l-immaniġġjar tal-iskart; ifakkar fil-punti enfasizzati mill-President tal-konferenza tal-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi Ambjentali tal-UE, li saret fil-15 ta’ Ġunju 2011, u li rreferiet għan-nuqqas frekwenti ta' valutazzjonijiet tajbin tal-impatt ambjentali, in-nuqqas ta' kunsiderazzjoni għall-konsultazzjonijiet pubbliċi u diversi defiċjenzi oħra fl-operat tas-sistemi tal-immaniġġjar tal-iskart;

25.  Ifakkar li l-mandat oriġinali għall-Karta kien li jiġu kkodifikati d-drittijiet fundamentali li jgawdu ċ-ċittadini tal-UE u li l-kapijiet tal-istat u l-gvern b’mod ripetut iddikjaraw solennement li l-Karta tirrappreżenta d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE; jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex jikkunsidraw mill-ġdid il-ħtieġa tal-Artikolu 51 tal-Karta u jħeġġiġhom biex unilateralment jiddikjaraw li huma mhumiex se jillimitaw id-drittijiet tal-individwi fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħhom fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta’ dak l-artikolu;

26.  Jenfasizza li meta ċ-ċittadini jissottomettu petizzjoni lill-Parlament Ewropew jistennew li jkunu protetti bid-dispożizzjonijiet tal-Karta, indipendentement minn f’liema Stat Membru joqogħdu u jekk hix qed tiġi implimentata l-liġi tal-UE jew le; jibqa’ kkonċernat, f’dan ir-rigward, dwar il-fatt li ċ-ċittadini jħossuhom imqarrqa dwar il-kamp ta’ applikazzjoni attwali tal-applikazzjoni tal-Karta; għalhekk, jikkunsidra li huwa essenzjali li jiġi spjegat sew il-prinċipju tas-sussidjarjetà u li jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta mill-perspettiva tal-Parlament abbażi tal-Artikolu 51 tal-Karta;

27.  Jenfasizza li proporzjon konsiderevoli ta’ petizzjonijiet relatati mad-drittijiet fundamentali jikkonċerna l-moviment ħieles tal-persuni u li - kif jidher b’mod ċar fir-rapport dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea tal-2010 - id-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-UE jirrappreżentaw kundizzjoni importanti biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ tas-suq intern; jenfasizza li dan l-użu msaħħaħ miċ-ċittadini jista’ jillibera potenzjal sinifikanti ta’ tkabbir tas-suq intern u għalhekk, fir-rigward tal-isfidi ekonomiċi attwali fl-Ewropa, itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri f'dan ir-rigward biex jagħmlu sforzi akbar biex jiżguraw traspożizzjoni sħiħa u f'waqtha tal-liġi tal-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam;

28.  Ikompli jenfasizza li bl-istess mod iċ-ċittadini jħossuhom imqarrqa dwar l-applikabilità tal-liġi Komunitarja f’każijiet fejn tiġi trasposta tard; jinnota r-realtà ta’ frustrazzjoni meta ċ-ċittadini, li għalihom liġi Komunitarja applikabbli ma tkunx disponibbli minħabba l-fatt li tkun għadha ma ġietx trasposta mill-Istat Membru inkwistjoni, isibu ruħhom f’sitwazzjoni fejn ma jkunux jistgħu jirrikorru għal ebda mekkaniżmu ta’ rimedju;

29.  Jappoġġja l-fehma tas-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew li, fir-rigward tal-ammissibilità tal-petizzjonijiet, l-oqsma ta’ attività tal-Unjoni Ewropea huma usa’ mill-kompetenzi tagħha; jenfasizza li dan il-kunċett għandu jservi bħala bażi għatt-trattament tal-petizzjonijiet mill-Parlament u l-Kummissjoni;

30.  Itenni li l-ilmenti individwali min-negozji u l-membri tal-pubbliku jibqgħu is-sors ewlieni biex jiġu rikonoxxuti każi ta’ ksur tal-liġi tal-Unjoni Ewropea u, sussegwentement, biex jinbdew proċeduri ta’ ksur; jitlob għalhekk, biex jiġu introdotti atti amministrattivi iktar effettivi u legalment vinkolanti, li jiddefinixxu b’mod sikur u affidabbli r-relazzjoni proċedurali bejn il-Kummissjoni u l-kwerelanti qabel, waqt u wara l-proċeduri ta’ ksur u għalhekk, għandha tissaħħaħ fuq kollox il-pożizzjoni tal-kwerelant individwali;

31.  Jilqa’ l-element ġdid fl-Artikolu 260 TFUE li jippermetti lill-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja timponi sanzjonijiet finanzjarji fuq Stat Membru għat-traspożizzjoni tard ta’ direttiva meta tkun qed tressaq każ quddiem il-Qorti skont l-Artikolu 258 TFUE;

32.  Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li tagħmel użu mill-Artikolu 260(3) TFUE bħala prinċipju f’każijiet ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kopert minn din id-dispożizzjoni, dwar it-traspożizzjoni ta’ direttivi adottati taħt proċedura leġiżlattiva;

33.  Iqis li huwa tal-ikbar importanza li l-Kummissjoni tagħmel użu minn din il-possibilità, flimkien ma’ mezzi oħra possibbli biex jiġi ggarantit li l-Istati Membri jittrasponu l-leġiżlazzjonijoni tal-Unjoni fil-ħin u b’mod korrett; dawk li jkaxkru saqajhom u għadhom ma implimentawx il-liġijiet fil-ħin għandhom jissemmew;

34.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li, mindu ħareġ dan ir-rapport, il-Parlament, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri laħqu ftehim dwar il-ħruġ ta’ dokumenti ta’ spjegazzjoni li jistabbilixxu r-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali (“tabelli ta’ korrelazzjoni’); jinnota li t-tliet istituzzjonijiet u l-Istati Membri qablu li jinkludu fid-direttivi premessa li tiddikjara li tabella ta’ korrelazzjoni għandha tingħata mill-Istat Membru kkonċernat meta, f'każ partikolari, dan ikun meħtieġ u proporzjonat;

35.  Jenfasizza li t-tabelli ta’ korrelazzjoni huma għodda ta’ valur kbir biex jippermettu lill-Kummissjoni u lill-Parlament jissorveljaw it-traspożizzjoni u l-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-Unjoni mill-Istati Membri, minħabba li r-relazzjoni bejn direttiva u d-dispożizzjonijiet nazzjonali korrispondenti spiss hija kumplessa ħafna u xi kultant kważi impossibbli li tinstab;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni tittrażmetti linji gwida ċari lill-Parlament Ewropew dwar il-ħolqien, l-inklużjoni u l-applikazzjoni ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni fil-liġi Komunitarja, u wkoll biex twettaq valutazzjoni trasparenti, li tagħti kontribut sinifikanti lejn il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din il-liġi fil-livell tal-Istati Membri;

37.  Jinnota li l-qrati nazzjonali għandhom rwol kruċjali fl-applikazzjoni tal-liġi tal-UE u jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi tal-UE biex issaħħaħ u tikkoordina t-taħriġ ġudizzjarju għall-awtoritajiet legali, ġudizzjarji u amministrattivi u lill-professjonisti legali, l-uffiċjali u l-ħaddiema taċ-ċivil kif ukoll lill-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-livell Ewropew;

38.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Ombudsman Ewropew u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P7_TA(2011)0377.
(2) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p.46.
(3) Testi adottati, P7_TA(2011)0382.
(4) L-Artikoli 258 u 260 TFUE jiddefinixxu l-poteri tal-Kummissjoni fir-rigward tal-inizjar ta’ proċedimenti ta’ ksur kontra Stat Membru. B’mod aktar speċifiku, l-Artikolu 258 jiddisponi li l-Kummissjoni ”għandha toħroġ opinjoni motivata“ jekk tqis li l-Istat Membru jkun naqas milli jwettaq obbligu skont it-termini tat-Trattati.
(5) Ara l-paragrafu 7, li jsejjaħ għal “liġi proċedurali”.
(6) It-Tieni Rapport ta' Valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-EU Pilot (SEC(2011)1626), p. 7.
(7) Ara r-rapport imsemmi hawn fuq, p.3. Ara r-Riżoluzzjoni tal-25 ta’ Novembru 2010 msemmija hawn fuq.
(8) Il-Parlament iddikjara, fir-Riżoluzzjoni tal-25 ta’ Novembru 2010 msemmija hawn fuq, li “d-diskrezzjoni assoluta flimkien man-nuqqas assolut ta’ trasparenza huma fundamentalment kuntrarji għall-istat ta’ dritt’.


L-impatti ambjentali tal-attivitajiet ta' estrazzjoni ta' gass tax-shale u ta' żejt tax-shale
PDF 355kWORD 126k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-impatti ambjentali tal-attivitajiet ta' estrazzjoni ta' gass tax-shale u żejt tax-shale (2011/2308(INI))
P7_TA(2012)0443A7-0283/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/91/KEE tat-3 ta' Novembru 1992 li tikkonċerna l-ħtiġiet minimi għat-titjib tal-ħarsien tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema fl-industriji tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-immaniġġjar ta' skart mill-industriji ta' estrazzjoni (Direttiva dwar l-iskart mill-Industriji tal-Estrazzjoni) u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (id-Direttiva dwar il-Ħabitats)(6),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis)(7),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali, jew ELD)(8),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (Direttiva Qafas dwar l-Ilma)(9),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb)(10);

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (Direttiva dwar l-Ilma ta' Taħt l-Art)(11),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità (kif emendata)(12) u d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (Regolament REACH)(14),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-ippakkjar tas-sustanzi u t-taħlitiet (li jallinja l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE mas-Sistema Globalment Armonizzata tan-Nazzjonijiet Uniti (GHS))(15),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (Direttiva dwar il-Prodotti Bijoċidali)(16),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi (Direttiva Seveso II)(17),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-isfida tas-sikurezza tal-attivitajiet taż-żejt u l-gass fil-baħar(18)0,

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar gass mhux konvenzjonali fl-Ewropa tat-8 ta' Novembru 2011 ikkummissjonat mid-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija tal-Kummissjoni(19),

–  wara li kkunsidra n-nota ta' trażmissjoni tas-26 ta' Jannar 2012 mid-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent tal-Kummissjoni lill-Membri tal-Parlament Ewropew dwar il-qafas legali tal-UE dwar l-ambjent għall-proġetti tal-gass tax-shale,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu 'Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050' (COM(2011)0885),

–  wara li kkunsidra l-Petizzjonijiet 886/2011 (dwar ir-riskji marbuta mal-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-gass tax-shale fil-Bulgarija) u 1378/2011 (dwar l-estrazzjoni tal-gass tax-shale fil-Polonja),

–  wara li kkunsidra l-istudju ppubblikat f'Ġunju 2011 mid-Dipartiment Tematiku A għall-Politiki Ekonomiċi u Xjentifiċi tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Interna tal-Parlament Ewropew dwar l-impatti tal-estrazzjoni tal-gass tax-shale u ż-żejt tax-shale fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 4, 11, 191, 192, 193 u 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0283/2012),

A.  billi avvanzi teknoloġiċi reċenti diġà qanqlu estrazzjoni mgħaġġla fuq skala kummerċjali ta' fjuwils fossili mhux konvenzjonali (unconventional fossil fuels – UFFs) f'ċerti partijiet tad-dinja; billi fl-UE għad m'hemm l-ebda sfruttament fuq skala kummerċjali u l-potenzjal tar-riżervi u l-impatti possibbli fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem għad iridu jkomplu jiġu eżaminati;

B.  billi l-iżvilupp tal-gass tax-shale ma jonqosx milli jqajjem kontroversja fl-UE u fid-dinja kollha u għaldaqstant jeħtieġ eżami dettaljat tal-impatti kollha (fuq l-ambjent, is-saħħa pubblika u t-tibdil fil-klima) qabel tiġi żviluppata aktar din it-teknoloġija;

C.  billi l-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050 identifika li l-gass tax-shale u sorsi mhux konvenzjonali oħra saru sorsi ġodda potenzjali importanti ta' provvista ġewwa jew madwar l-Ewropa; billi s-sostituzzjoni tal-faħam u ż-żejt bil-gass fuq perjodu qasir jew medju taf twassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra skont iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom;

D.  billi l-gass jista' jintuża biex iservi l-ġenerazzjoni ta' kurrent bażi kif ukoll jipprovdi riżerva ta' enerġija affidabbli għal sorsi ta' enerġija varjabbli, bħalma huma r-riħ u x-xemx, u din l-affidabilità tnaqqas l-isfidi tekniċi fir-rigward tal-bilanċ tas-sistema tal-provvista tal-gass; billi l-gass huwa wkoll fjuwil effiċjenti għat-tisħin/tkessiħ u għal bosta użi industrijali oħrajn li jsaħħu l-kompetittività tal-UE;

E.  billi ż-żewġ tekniki ewlenin użati biex jinħareġ il-potenzjal tal-gass tax-shale u tal-metan estratt mis-sodda tal-faħam bħala UFFs, it-tħaffir orizzontali u t-tkissir idrawliku (fracking), ilhom jintużaw flimkien għal deċennju wieħed biss, u m'għandhomx jiġu mfixkla ma' tekniki tal-istimulazzjoni tal-bjar użati għall-estrazzjoni tal-fjuwils fossili konvenzjonali minħabba l-kombinazzjoni ta' dawn iż-żewġ tekniki u l-iskala ta' intervent involuta;

F.  billi l-UE hija impenjata favur mira legalment vinkolanti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra u biex jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli; billi kull deċiżjoni dwar l-isfruttament tal-UFFs għandha titqies fil-kuntest tal-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet;

G.  billi s'issa għad m'hawn l-ebda direttiva (qafas) tal-UE li tirregola l-attivitajiet tal-industrija tal-minjieri;

H.  billi m'hemmx data biżżejjed dwar is-sustanzi kimiċi tat-tkissir u r-riskji ambjentali u sanitarji assoċjati mat-tkissir idrawliku; billi għadha għaddejja analiżi importanti u hemm ħtieġa dejjem tikber għal riċerka kontinwa u ulterjuri; billi l-eżistenza u t-trasparenza tad-data, l-ikkampjunar u t-testijiet huma tal-ogħla importanza għar-riċerka ta' kwalità għolja b'appoġġ għal regolamentazzjoni xierqa li se tipproteġi s-saħħa pubblika u l-ambjent;

I.  billi kwalunkwe tip ta' estrazzjoni ta' fjuwils fossili u minerali jinvolvi riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent; billi huwa essenzjali li prinċipju ta' prekawzjoni u dak ta' “min iniġġes iħallas” ikunu applikati għal kull deċiżjoni futura dwar l-iżvilupp ta' riżorsi ta' fjuwils fossili fl-Ewropa, filwaqt li jitqiesu l-impatti potenzjali mill-istadji kollha tal-proċess ta' esplorazzjoni u sfruttament;

J.  billi Stati Membri tal-UE bħal Franza u l-Bulgarija diġà imponew moratorju fuq l-estrazzjoni tal-gass tax-shale minħabba tħassib dwar l-ambjent u s-saħħa pubblika;

K.  billi l-proġetti għall-isfruttament tal-gass tax-shale ġeneralment mhumiex soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali minkejja r-riskji ambjentali ta' tali proġetti;

L.  billi l-UE għandha r-rwol li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fil-politiki u l-attivitajiet kollha tagħha;

M.  billi ħafna gvernijiet fl-Ewropa, bħal Franza, il-Bulgarija, Nordrhein-Westfalen fil-Ġermanja, Fribourg u Vaud fl-Isvizzera, kif ukoll għadd ta' stati Amerikani (North Carolina, New York, New Jersey, Vermont u aktar minn 100 gvern lokali) u pajjiżi oħra madwar id-dinja (l-Afrika t'Isfel, il-Québec fil-Kanada, New South Wales fl-Awstralja) bħalissa għandhom fis-seħħ projbizzjoni jew moratorju fuq l-użu tat-tkissir idrawliku għall-estrazzjoni ta' żejt u gass mix-shale jew minn formazzjonijiet oħra ta' ġebel 'kumpatt';

N.  billi għadd ta' Stati Membri, bħar-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u l-Ġermanja, bħalissa qed jikkunsidraw moratorju fuq l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni ta' żejt u gass mix-shale jew minn formazzjonijiet oħra ta' ġebel 'kumpatt';

O.  billi d-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali ma tobbligax lill-operaturi jagħmlu assigurazzjoni adegwata meta wieħed iqis l-ispejjeż għoljin assoċjati mal-aċċidenti fl-industriji tal-estrazzjoni;

Qafas ġenerali – regolamentazzjoni, implimentazzjoni, monitoraġġ u kooperazzjoni

1.  Jifhem li esplorazzjoni u estrazzjoni ta' gass tax-shale jirreferu għal kull esplorazzjoni u estrazzjoni tal-idrokarburi b'mod mhux konvenzjonali bl-użu ta' metodi ta' tħaffir orizzontali u ta' tkissir idrawliku ta' volum għoli utilizzati fl-industriji tal-fjuwils fossili fid-dinja kollha;

2.  Jenfasizza li, minkejja l-prerogattiva esklużiva tal-Istati Membri biex jisfruttaw ir-riżorsi tal-enerġija tagħhom, kwalunkwe żvilupp tal-UFFs għandu jiżgura kundizzjonijiet ġusti u ekwi fl-Unjoni kollha, b'konformità sħiħa mal-liġijiet rilevanti tal-UE dwar is-sigurtà u l-protezzjoni tal-ambjent;

3.  Iqis li hemm bżonn analiżi dettaljata tal-qafas regolatorju speċifiku tal-UE dwar l-esplorazzjoni u l-isfruttament tal-UFFs; jilqa' b'sodisfazzjon, għal dan il-għan, il-konklużjoni imminenti ta' għadd ta' studji tal-Kummissjoni dwar l-identifikazzjoni tar-riskji, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra li jsiru matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils, is-sustanzi kimiċi, l-ilma, l-użu tal-art u l-effetti tal-gass tax-shale fuq is-swieq tal-enerġija tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jkunu prudenti qabel ma jkomplu għaddejjin bil-UFFs sakemm ma tintemm l-analiżi regolatorja li għaddejja bħalissa u jħeġġiġhom jimplimentaw ir-regolamenti kollha eżistenti b'mod effikaċi bħala mod kruċjali kif jitnaqqsu r-riskji involuti fl-operazzjonijiet kollha ta' estrazzjoni tal-gass;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, wara li ttemm l-istudji tagħha, twettaq valutazzjoni dettaljata abbażi tal-qafas regolatorju Ewropew għall-protezzjoni tas-saħħa u l-ambjent u biex, mill-aktar fis possibbli u f'konformità mal-prinċipji tat-Trattati, tipproponi miżuri xierqa, inklużi miżuri leġiżlattivi, jekk ikun meħtieġ;

5.  Jenfasizza li l-estrazzjoni tal-UFFs, bħall-estrazzjoni tal-fjuwils fossili konvenzjonali, għandha r-riskji tagħha; jemmen li dawn ir-riskji għandhom jiġu limitati permezz ta' miżuri preventivi, inklużi ppjanar xieraq, ittestjar, użu ta' teknoloġiji ġodda u tal-aqwa teknoloġiji disonibbli, l-aqwa prattiki industrijali u ġbir kontinwu ta' data, monitoraġġ u rappurtar imwettaq fi ħdan qafas regolatorju robust; iqis li huwa essenzjali li, qabel ma jinbdew l-operazzjonijiet ta' UFFs, jintalab il-kejl tal-livelli bażiċi ta' metan u sustanzi kimiċi preżenti b'mod naturali fl-ilma ta' taħt l-art fl-akwiferi u l-livelli attwali tal-kwalità tal-arja f'siti potenzjali ta' tħaffir; iqis, barra minn hekk, li l-parteċipazzjoni regolari tal-Manifatturi ta' Tagħmir Oriġinali (Original Equipment Manufacturers – OEM) jew manifatturi ta' tagħmir ekwivalenti tista' tiżgura li t-tagħmir kritiku fil-qasam tal-ambjent u tas-sigurtà jibqa' jaħdem b'mod effikaċi u jissodisfa l-istandards dwar is-sigurtà;

6.  Jinnota l-valutazzjoni preliminarja tal-Kummissjoni fir-rigward tal-qafas legali tal-UE dwar l-ambjent applikabbli għat-tkissir idrawliku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża s-setgħat tagħha fir-rigward ta' traspożizzjoni u applikazzjoni xierqa tal-liġijiet ambjentali ewlenin tal-UE fl-Istati Membri kollha, u toħroġ mingħajr dewmien linji gwida dwar l-istabbiliment ta' data bażika dwar il-monitoraġġ tal-ilma li hija meħtieġa għall-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tal-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-gass tax-shale, kif ukoll kriterji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-impatti tat-tkissir idrawliku fuq ir-riżervi tal-ilma ta' taħt l-art f'formazzjonijiet ġeoloġiċi differenti, inklużi t-tnixxijiet potenzjali u l-impatti kumulattivi;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi qafas għall-ġestjoni tar-riskju fl-UE kollha għall-esplorazzjoni jew l-estrazzjoni tal-fjuwils fossili mhux konvenzjonali, sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet armonizzati għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent ikunu japplikaw fl-Istati Membri kollha;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji kompetenti, tintroduċi monitoraġġ kontinwu tal-iżviluppi f'dan il-qasam u tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkomplementa u testendi l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-ambjent;

9.  Jinnota li l-metan huwa gass b'effett ta' serra qawwi, li l-emissjonijiet tiegħu jridu jkunu kompletament koperti jew mid-Direttiva 2003/87/KE jew mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE (id-'Deċiżjoni dwar il-qsim tal-isforz');

10.  Jenfasizza li l-effikaċja tar-regolazzjoni tal-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-UFFs – f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE – wara kollox tiddependi mir-rieda u mir-riżorsi tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri biex jiżguraw biżżejjed kapaċitajiet umani u tekniċi għall-monitoraġġ, l-ispezzjoni u l-infurzar ta' attivitajiet permessi, inkluż taħriġ xieraq għall-persunal tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

11.  Jinnota l-importanza tax-xogħol magħmul minn istituzzjonijiet rinomati, b'mod partikolari l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE), biex jippreparaw linji gwida dwar l-aħjar prattika fir-rigward tar-regolamenti dwar il-gass mhux konvenzjonali u t-tkissir idrawliku;

12.  Jappella għall-iżvilupp ta' Referenza Ewropea għall-Aħjar Tekniki Disponibbli (BREF) għall-fracking abbażi ta' prattika robusta fil-qasam tal-inġinerija xjentifika;

13.  Jistieden lil dawk l-awtoritajiet nazzjonali li awtorizzaw l-esplorazzjoni tal-UFFs biex jirrevedu r-regolamenti eżistenti tal-istat dwar il-kostruzzjoni ta' bjar għall-fjuwils fossili konvenzjonali u biex jaġġornaw dawk id-dispożizzjonijiet li jkopru l-ispeċifiċitajiet tal-estrazzjoni tal-UFFs;

14.  Jirrikonoxxi li l-industrija hija primarjament responsabbli għall-prevenzjoni u għar-reazzjoni b'effikaċja għall-aċċidenti; jistieden lill-Kummissjoni tqis l-inklużjoni tal-operazzjonijiet relatati mat-tkissir idrawliku fl-Anness III għad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali u jistieden lill-awtoritajiet rilevanti jirrikjedu biżżejjed garanziji finanzjarji mill-operaturi għar-reponsabbiltà ambjentali u ċivili li jkopru kwalunkwe aċċident jew impatt negattiv aċċidentali kkawżat mill-attivitajiet tagħhom stess jew minn attivitajiet li jkunu ġew esternalizzati lil partijiet terzi; iqis li f'każ ta' tniġġis tal-ambjent għandu jiġi applikat il-prinċipju ta' 'min iniġġes iħallas'; jilqa' b'sodisfazzjon il-progress miksub mill-industrija fl-istabbiliment ta' standards għoljin fil-qasam tal-ambjent u s-sigurtà; jisħaq fuq l-importanza ta' monitoraġġ tal-konformità tal-industrija permezz ta' spezzjonijiet regolari magħmula minn speċjalisti mħarrġa u indipendenti;

15.  Jistieden lill-kumpaniji tal-enerġija attivi fil-qasam tal-estrazzjoni tal-UFFs biex jinvestu fir-riċerka bil-għan li titjieb il-prestazzjoni ambjentali tat-teknoloġiji tal-UFFs; iħeġġeġ lill-impriżi u lill-istituzzjonijiet akkademiċi bbażati fl-UE biex jiżviluppaw programmi kooperattivi ta' R&Ż rilevanti li jwasslu għal fehim akbar dwar is-sigurtà u r-riskji f'operazzjonijiet ta' esplorazzjoni u produzzjoni tal-UFFs (E&P);

16.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, espress fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2012 dwar Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050, biex jagħmlu pressjoni għal implimentazzjoni aktar mgħaġġla tal-ftehim tal-G-20 dwar it-tneħħija ta' sussidji għal fjuwils fossili; iqis li l-esplorazzjoni u l-isfruttament ta' sorsi ta' fjuwils fossili, inklużi sorsi mhux konvenzjonali, m'għandhomx ikunu ssussidjati minn fondi pubbliċi;

17.  Iqis li l-ftehimiet reċiproċi dwar in-nuqqas ta' żvelar rigward ħsara lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, li ntużaw bejn sidien tal-art fil-viċinanza tal-bjar tal-gass tax-shale u operaturi tal-gass tax-shale fl-Istati Uniti, mhumiex konformi mal-obbligi tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Aarhus, id-Direttiva dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni (2003/4/KE) u d-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali;

Aspetti ambjentali tat-tkissir idrawliku

18.  Jagħraf li l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-gass tax-shale jistgħu possibbilment jirriżultaw f' interazzjonijiet kumplessi u mifruxa mal-ambjent tal-madwar, partikolarment minħabba l-metodu tat-tkissir idrawliku użat, il-kompożizzjoni tal-likwidu tat-tkissir, il-fond u l-kostruzzjoni tal-bjar u l-erja tal-art tal-wiċċ li tiġi affettwata;

19.  Jagħraf li t-tipi ta' ġebel li jinstabu f'kull reġjun individwali jiddeterminaw it-tfassil u l-metodu tal-attivitajiet ta' estrazzjoni; jappella għal analiżi bażika obbligatorja tal-ilma ta' taħt l-art u analiżi ġeoloġika tal-ġeoloġija fonda u baxxa ta' shale play prospettiva qabel l-awtorizzazzjoni, inklużi rapporti dwar kwalunkwe attività ta' tħaffir fil-passat jew fil-preżent fir-reġjun;

20.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' studji xjentifiċi dwar l-impatt fuq perjodu twil li t-tniġġis tal-arja u l-kontaminazzjoni tal-ilma b'relazzjoni mal-fracking jista' jkollu fuq is-saħħa tal-bniedem;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni effikaċi tal-liġijiet dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tat-tħaffir fil-leġiżlazzjoni nazzjonali; jenfasizza, fl-istess ħin, li kull valutazzjoni tal-impatt għandha titwettaq bħala proċess miftuħ u trasparenti;

22.  Ifakkar li n-“Nota ta' Gwida dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 85/337/KEE għal proġetti relatati mal-esplorazzjoni u l-isfruttament ta' idrokarbur mhux konvenzjonali” (Ref. Ares (2011)1339393), maħruġa mill-Kummissjoni, DĠ Ambjent, fit-12 ta' Diċembru 2011, tikkonferma li l-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, kif emendata u kif ikkodifikata bid-Direttiva 2011/92/UE, dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (magħrufa bħala l-Istima tal-Impatt Ambjentali jew id-Direttiva EIA) tkopri l-esplorazzjoni u l-isfruttament ta' idrokarburi mhux konvenzjonali; ifakkar, barra minn hekk, li kwalunkwe metodu ta' tkissir idrawliku użat huwa parti mill-attivitajiet ġenerali konvenzjonali u mhux konvenzjonali tal-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-idrokarburi, li huma koperti mil-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE msemmija hawn fuq u mid-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti biex tiżgura li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali jkopru b'mod adegwat l-speċifiċitajiet tal-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-gass tax-shale, taż-żejt tax-shale u tal-metan estratt mis-sodda tal-faħam; jinsisti li valutazzjoni minn qabel tal-impatt ambjentali tinkludi l-impatti taċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja fir-rigward tal-kwalità tal-arja, il-kwalità tal-ħamrija, il-kwalità tal-ilma, l-istabbiltà ġeoloġika, l-użu tal-art u t-tniġġis mill-istorbju;

24.  Jappella għall-inklużjoni ta' proġetti li jinvolvu t-tkissir idrawliku fl-Anness I għad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali;

25.  Jinnota li hemm riskju ta' theżżiż sismiku kif muri mill-esplorazzjoni tal-gass tax-shale fil-Majjistral tal-Ingilterra; jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ikkummissjonat mill-Gvern tar-Renju Unit li l-operaturi jkunu meħtieġa jissodisfaw ċerti standards sismiċi u mikrosismiċi;

26.  Ifakkar li s-sostenibbiltà tal-gass tax-shale għadha mhijiex pruvata; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw bir-reqqa l-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra matul il-proċess kollu tal-estrazzjoni u l-produzzjoni sabiex jagħtu prova tal-integrità ambjentali tiegħu;

27.  Iqis li huwa xieraq, fil-kuntest tar-responsabbiltà, li jiġi previst it-treġġigħ lura tal-piż tal-provi għall-operaturi tal-gass tax-shale, fejn, minħabba n-natura tad-disturb u l-effetti negattivi tiegħu, kawżi oħra possibbli u kwalunkwe ċirkostanza oħra, il-bilanċ tal-probabbiltà jindika li l-operazzjonijiet tal-gass tax-shale kienu l-kawża tal-ħsara ambjentali;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti biex il-fluwidi tat-tkissir idrawliku jiġu inklużi b'mod espliċitu bħala 'skart perikoluż' fl-Anness III għad-Direttiva dwar l-Iskart Ewropew (2008/98/KE);

29.  Jirrikonoxxi l-volumi relativvament għoljin tal-ilma involuti fit-tkissir idrawliku meta wieħed iqis li l-ilma huwa riżorsa partikolarment sensittiva fl-UE; jisħaq fuq il-bżonn ta' pjanijiet ta' provvista tal-ilma bbażati fuq l-idroloġija lokali li jikkunsidraw ir-riżorsi lokali tal-ilma, il-bżonnijiet ta' utenti lokali oħra tal-ilma u l-kapaċitajiet għat-trattament tad-drenaġġ;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-istandards ambjentali Ewropej rilevanti, b'mod partikolari fir-rigward tal-ilma li jintuża għat-tkissir idrawliku, jiġu rispettati bis-sħiħ u li l-każijiet ta' ksur ta' dawn l-istandards jiġu ssanzjonati b'mod xieraq;

31.  Ifakkar li d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma titlob lill-Istati Membri jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-deterjorament tal-istatus tal-mases kollha tal-ilma ta' taħt l-art, inkluż minn sorsi lokalizzati bħall-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-idrokarburi;

32.  Jistieden lill-industrija, f'kollaborazzjoni trasparenti mal-korpi regolatorji nazzjonali, mal-gruppi ambjentali u mal-komunitajiet lokali, biex tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex l-istatus tal-mases rilevanti tal-ilma ta' taħt l-art jiġi mħares milli jiddeterjora, u b'hekk jinżamm l-istat tajjeb tal-ilma ta' taħt l-art hekk kif definit fid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar l-Ilma ta' taħt l-Art;

33.  Jirrikonoxxi li t-tkissir idrawliku jseħħ f'fond li hu ferm taħt l-akwiferi tal-ilma ta' taħt l-art; jemmen, għalhekk, li billi l-operazzjonijiet ta' tħaffir jinvolvu sorsi tal-ilma tajjeb għax-xorb, il-punt ta' tħassib ewlieni rigward il-kontaminazzjoni tal-ilma ta' taħt l-art ħafna drabi huwa l-integrità tal-bjar f'termini tal-kwalità tal-kisi u l-issimentar tagħhom kif ukoll il-kapaċità tagħhom li jirreżistu għall-pressjoni għolja tal-likwidu injettat u theżżiż tal-art ħafif;

34.  Jappella għal projbizzjoni globali fuq it-tkissir idrawliku f'ċerti żoni sensittivi u li jinsabu f'periklu partikolari, bħal pereżempju f'żoni ta' protezzjoni tal-ilma tajjeb għax-xorb u taħthom, kif ukoll fiż-żoni tal-minjieri tal-faħam;

35.  Jenfasizza li prevenzjoni effikaċi teħtieġ monitoraġġ konsistenti ta' konformità stretta mal-ogħla standards u prattiki stabbiliti fil-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-ħofor għall-estrazzjoni (well-bore); iqis li rapporti dwar it-tlestija tal-bjar għandhom jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti; jenfasizza li kemm l-industrija kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw, fil-fażijiet kollha, kontroll tal-kwalità regolari għall-integrità tal-kisi u l-issimentar kif ukoll il-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art b’kooperazzjoni mill-qrib mal-fornituri tal-ilma tajjeb għax-xorb; jinnota li dan jirrikjedi riżorsi umani u kompetenza teknika sinifikanti fil-livelli kollha;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ linji gwida, mingħajr dewmien, dwar l-istabbiliment kemm tad-data bażika dwar il-monitoraġġ tal-ilma, li hija meħtieġa għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali tal-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-gass tax-shale, u kemm tal-kriterji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-impatti tat-tkissir idrawliku fuq il-ħażniet tal-ilma ta' taħt l-art f'formazzjonijiet ġeoloġiċi differenti, inklużi t-tnixxijiet potenzjali u l-impatti kumulattivi;

37.  Jirrakkomanda li jitħejjew pjanijiet ta' reazzjoni f'emerġenza standardizzati flimkien mal-operaturi, ir-regolaturi u s-servizzi ta' emerġenza u li jitwaqqfu gruppi ta' reazzjoni f'emerġenza speċjalizzati;

38.  Jemmen li r-riċiklaġġ tal-ilma b'ċirkuwitu magħluq fuq il-post, bl-użu ta' tankijiet tal-azzar għall-ħażna, joffri l-aktar mod ekoloġiku li bih ikun trattat il-fluss tal-ilma li jerġa' jitla' fil-wiċċ (flow-back water) billi jiġu mminimizzati l-volumi tal-ilma, il-potenzjal ta' tixrid ta' ilma fis-superfiċje u spejjeż/traffiku/ħsarat fit-toroq relatati mat-tasport tat-trattament tal-ilma; jemmen li dan it-tip ta' riċiklaġġ għandu jiġi applikat bl-aktar mod estensiv possibbli; jiċħad l-injezzjoni ta' flussi ta' drenaġġ li jerġa' jitla' fil-wiċċ (flow-back waste waters) f'formazzjonijiet ġeoloġiċi f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma;

39.  Jitlob implimentazzjoni stretta tal-istandards eżistenti dwar it-trattament tad-drenaġġ u pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-ilma obbligatorji mill-operaturi, b'kooperazzjoni mal-kumpaniji tal-ilma tajjeb għax-xorb u mal-awtoritajiet kompetenti; jenfasizza, madanakollu, li l-impjanti tat-trattament eżistenti mhumiex mgħammra biżżejjed biex jittrattaw id-drenaġġ li jkun ġej mit-tkissir idrawliku u jistgħu jkunu qegħdin jitfgħu materjal li jniġġes fi xmajjar u nixxigħat; jikkunsidra, għal dan il-għan, li għandha titwettaq valutazzjoni sħiħa tal-impjanti kollha rilevanti għat-trattament tal-ilma fl-Istati Membri kkonċernati mill-awtoritajiet kompetenti;

40.  Jenfasizza li għandha tinżamm distanza minima ta' sigurtà bejn il-pjattaformi tat-tħaffir u l-bjar tal-ilma;

41.  Jemmen li ħafna mill-kontroversji attwali dwar il-UFFs huma parzjalment riżultat ta' ċaħda inizjali mill-industrija li tiżvela l-kontenut kimiku tal-fluwidi tat-tkissir idrawliku; isostni li tinħtieġ trasparenza sħiħa, b'obbligu mandatarju għall-operaturi kollha li jiżvelaw kompletament il-kompożizzjoni u l-konċentrazzjoni tal-fluwidi tat-tkissir idrawliku u li jikkonformaw għalkollox mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE fil-qafas tar-Regolament REACH;

42.  Iqis li l-ftehimiet reċiproċi dwar in-nuqqas ta' żvelar rigward ħsara lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem u dik tal-annimali, bħal dawk li diġà huma fis-seħħ bejn sidien tal-art fil-viċinanza tal-bjar tal-gass tax-shale u operaturi tal-gass tax-shale fl-Istati Uniti, mhumiex konformi mal-obbligi tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Aarhus, id-Direttiva dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni (2003/04/KE) u d-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali;

43.  Jinnota li ħafna ħofor għall-estrazzjoni orizzontali minn pjattaforma waħda tat-tħaffir jimminimizzaw id-disturbi relatati mal-użu tal-art u mal-pajsaġġi;

44.  Jinnota li l-volumi tal-produzzjoni tal-bjar tal-gass tax-shale fl-Istati Uniti huma karatterizzati minn tnaqqis qawwi wara l-ewwel sentejn, tnaqqis li jwassal għal intensità qawwija fit-tħaffir kontinwu għal bjar ġodda; jinnota li t-tankijiet tal-ħażna, l-istazzjonijiet tal-kompressuri u l-infrastruttura tal-pajpijiet jkomplu jżidu mal-impatt fuq l-użu tal-art tal-attivitajiet marbutin mal-gass tax-shale;

45.  Jistieden lil dawk l-Istati Membri li jiddeċiedu li jiżviluppaw riżervi tal-gass tax-shale jew ta' fjuwikls oħra fossili mhux konvenzjonali biex jibagħtu pjanijiet nazzjonali lill-Kummissjoni bl-ispjegazzjoni ta' kif l-isfruttament ta' dawn ir-riżervi huwa kompatibbli mal-miri nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet skont id-Deċiżjoni dwar il-Qsim tal-Isforzi tal-UE;

46.  Jirrikonoxxi li t-titjib teknoloġiku kostanti fit-tkissir idrawliku u fit-tħaffir orizzontali jippermetti li jiġu żviluppati depożiti kbar ta' UFFs b'mod sigur u li jiġu limitati l-effetti ambjentali potenzjali; jinkoraġġixxi lill-industrija biex tkompli l-isforzi għall-avvanz tat-teknoloġija u għall-użu tal-aħjar soluzzjonijiet teknoloġiċi fl-iżvilupp tar-riżorsi tal-UFFs;

47.  Jappella għal stħarriġ ġeoloġiku nazzjonali kompetenti biex jitwettaq monitoraġġ sismiku bażi f'żoni sismiċi vulnerabbli fejn jingħataw permessi għall-estrazzjoni tal-gass tax-shale sabiex tiġi stabbilita s-sismiċità tal-isfond li tippermetti valutazzjoni dwar il-possibbiltà u l-impatt potenzjali ta' kwalunkwe terremot ikkawżat;

48.  Jinnota li kwalunkwe paragun favorevoli tal-bilanċ taċ-ċiklu tal-ħajja tal-gassijiet b'effett ta' serra fir-rigward tal-gass tax-shale meta mqabbel mal-faħam jiddependi minn suppożizzjoni atmosferika ta’ tul ta’ ħajja bejn sena u mitt sena; jikkunsidra li l-ħtieġa li l-emissjonijiet globali jilħqu l-quċċata sal-2020 tiġġustifika eżami fuq perjodu iqsar, pereżempju 20 sena, bħala perjodu aktar xieraq; jappella għal aktar riċerka xjentifika dwar l-emissjonijiet tal-metan li jaħarbu biex titjieb ir-responsabbiltà għal dawn l-emissjonijiet skont l-inventarji annwali u l-miri tal-Istati Membri skont id-Deċiżjoni dwar il-Qsim tal-Isforz;

49.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposti leġiżlattivi li jagħmlu l-użu ta’ apparat li jaħraq il-gass (completion combustion device), jiġifieri 'sistemi li jnaqqsu l-ħruġ ta’ metan', obbligatorju għall-bjar kollha tal-gass tax-shale fl-UE, biex tillimita l-ivvampjar ta’ gassijiet għall-każijiet fejn jeżisti tħassib dwar sikurezza u biex tipprojbixxi kompletament il-ventilazzjoni tal-bjar kollha tal-gass tax-shale, fi sforz biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan li joħroġ waqt il-proċess tat-tħaffir u ta’ komposti organiċi volatili marbuta mal-gass tas-shale;

Parteċipazzjoni pubblika u kundizzjonijiet lokali

50.  Jirrikonoxxi li l-attivitajiet ta' tħaffir jistgħu jħażżnu l-kundizzjonijiet tal-għajxien; jappella, għaldaqstant, sabiex din il-kwistjoni tiġi kkunsidrata fil-waqt tal-awtorizzazzjoni meħtieġa għall-esplorazzjoni u l-isfruttar tar-riżorsi tal-idrokarburi u sabiex jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, b'mod partikolari mill-industrija permezz tal-implimentazzjoni tal-aħjar tekniki disponibbli, u mill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-applikazzjoni ta' regolamenti stretti, sabiex jiġu mminimizzati l-konsegwenzi negattivi ta' tali attivitajiet;

51.  Jistieden lill-industrija tikkomunika mal-komunitajiet lokali u tiddiskuti soluzzjonijiet komuni sabiex jiġi mminimizzat l-impatt tal-iżviluppi tal-gass tax-shale fuq it-traffiku, il-kwalità tat-toroq u l-istorbju fil-postijiet fejn ikunu qed jitwettqu l-attivitajiet tal-iżvilupp;

52.  Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet lokali jkunu mgħarrfa u involuti bis-sħiħ, b'mod partikolari waqt li jkunu qed jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-permessi tal-esplorazzjoni u tal-isfruttament; jitlob, b'mod partikolari, li jingħata aċċess sħiħ għall-valutazzjonijiet tal-impatt dwar l-ambjent, is-saħħa tar-residenti u l-ekonomija lokali;

53.  Jemmen li l-parteċipazzjoni pubblika għandha tkun żgurata permezz ta' informazzjoni pubblika adegwata u permezz ta' konsultazzjoni pubblika qabel kull stadju tal-isfruttament u tal-esplorazzjoni; jappella għal aktar trasparenza fir-rigward tal-impatti, tas-sustanzi kimiċi u tat-teknoloġiji użati, kif ukoll għal aktar trasparenza tal-ispezzjonijiet u tal-miżuri ta’ kontroll kollha sabiex ikunu żgurati l-fehim u l-fiduċja tal-pubbliku ġenerali fir-regolamentazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet;

54.  Jirrikonoxxi li sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kollha relatati mal-UFFs jeħtieġ skambju ferm aħjar ta' informazzjoni fost l-industrija, ir-regolaturi u l-pubbliku;

55.  Jilqa', f'dan ir-rigward, l-approprjazzjoni tal-baġit tal-UE tal-2012 għal tali djalogu pubbliku u jinkoraġġixxi l-Istati Membri jagħmlu użu minn dan il-finanzjament sabiex jiżguraw li ċ-ċittadini li jgħixu f'żoni potenzjali ta' żvilupp tal-UFFs ikunu infurmati aħjar u jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod effikaċi fit-teħid ta' deċiżjonijiet fl-istrutturi governattivi lokali u nazzjonali tagħhom;

Aspetti internazzjonali

56.  Iqis li l-użu tal-gass tax-shale u ta' fjuwils fossili oħra għandu jkun konsistenti mal-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), li jappella għal “stabilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera f'livell li jipprevjeni interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima” u jenfasizza li l-lock-in sostanzjali għall-infrastrutturi tal-fjuwils fossili bħall-gass tax-shale jista' jimpedixxi li dan l-għan internazzjonali jintlaħaq;

57.  Iqis li żieda fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni għall-gass tax-shale madwar id-dinja twassal għal żieda konsiderevoli fl-emissjonijiet li jaħarbu tal-metan u li l-potenzjal ta' effett serra (GWP) globali tal-gass tax-shale ma ġiex evalwat; jenfasizza, għalhekk, li l-isfruttament ta' riżorsi taż-żejt u gass mhux konvenzjonali jistgħu jfixklu l-kisba tal-Għan ta' Żvilupp tal-Millennju tan-NU (MDG) 7 – dwar l-iżgurar tas-sostenibbiltà ambjentali – u jdgħajjef l-impenji internazzjonali li ttieħdu l-aħħar fir-rigward tat-tibdil fil-klima kif minquxa fil-Ftehim ta' Kopenhagen; jinnota li t-tibdil fil-klima diġà jolqot l-aktar lill-pajjiżi l-foqra; jenfasizza, barra minn hekk, li apparti l-effetti diretti fuq is-saħħa u l-ambjent, l-impatt tal-estrazzjoni mhux konvenzjonali tal-gass jew taż-żejt fuq l-għajxien tan-nies huma ta' theddida partikolari, b'mod partikolari f'pajjiżi Afrikani fejn il-komunitajiet lokali jiddependu l-iżjed mir-riżorsi naturali għall-agrikoltura u s-sajd;

58.  Jinsisti li għandhom jinsiltu tagħlimiet mill-Istati Uniti rigward l-isfruttament tal-gass tax-shale; jinnota, bi tħassib partikolari, li l-estrazzjoni tal-gass tax-shale teħtieġ volumi kbar ħafna ta' ilma, u li dan jista' jagħmilha diffiċli li jinkisbu l-miri tal-MDG 7 dwar l-aċċess għal ilma nadif u s-sigurtà tal-ikel, speċjalment fil-pajjiżi l-foqra li diġà qegħdin jiffaċċjaw skarsezza enormi ta' ilma;

59.  Jenfasizza li l-akkwiżizzjonijiet tal-art għat-tħaffir għaż-żejt u għall-gass huma xpruni ewlenin għall-ħtif tal-art f'pajjiżi li jinsabu fil-fażi tal-iżvilupp u dan jista' jkun ta' theddida sinifikanti għall-komunitajiet indiġeni, bdiewa u nies foqra madwar id-dinja, f'termini ta' aċċess għall-ilma, ħamrija fertili u ikel; jinnota li, wara l-falliment tas-swieq finanzjarji fl-2008, kien hemm żieda mgħaġġla fl-investimenti globali fl-industriji tal-estrazzjoni min-naħa tal-hedge funds u l-fondi tal-pensjonijiet, li wasslet biex tħeġġet aktar estrazzjoni; jenfasizza, għalhekk, li l-entitajiet ekonomiċi Ewropej kollha għandhom dejjem jaġixxu b'mod trasparenti u b'konsultazzjoni mill-qrib mal-korpi governattivi u l-komunitajiet lokali xierqa kollha rigward kwistjonijiet ta' kiri u/jew ta' akkwiżizzjoni tal-art;

60.  Jinnota li minħabba li mhuwiex ċar jekk il-qafas regolatorju attwali tal-leġiżlazzjoni tal-UE jipprovdix jew le garanzija adegwata kontra r-riskji għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-gass tax-shale, il-Kummissjoni qiegħda twettaq sensiela ta' studji li huma mistennija aktar tard din is-sena; iqis li l-kumpaniji Ewropej f'pajjiżi li jinsabu fil-fażi tal-iżvilupp iridu jqisu għalkollox it-tagħlimiet mislutin minn dawn l-istudji dwar l-isfruttament tal-gass tax-shale u r-rakkomandazzjonijiet relatati magħha; jinsab imħasseb dwar l-effetti tal-attivitajiet tal-kumpaniji taż-żejt fuq l-ambjent, is-saħħa u l-iżvilupp, partikolarment fl-Afrika sub-Saħarjana, meta wieħed iqis il-kapaċità limitata f'ċerti pajjiżi ta' din iż-żona biex jiġu implimentati u infurzati l-liġijiet ambjentali u tal-protezzjoni tas-saħħa; jiddikjara wkoll li l-kumpaniji Ewropej għandhom jużaw standards ta' industrija responsabbli kull fejn joperaw;

61.  Huwa mħasseb dwar l-investiment potenzjali minn kumpaniji Ewropej f'riżorsi taż-żejt jew tal-gass mhux konvenzjonali fil-pajjiżi li jinsabu fil-fażi tal-iżvilupp;

62.  Jenfasizza li l-obbligu tal-UE li tiżgura l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, minqux fl-Artikolu 208 tat-TFUE, għandu jiġi rrispettat; huwa tal-fehma li, meta tospita kumpaniji li jinvestu f'attivitajiet ta' estrazzjoni, l-UE għandha tinfluwenza l-imġiba tagħhom biex tħeġġeġ prattiki aktar sostenibbli, jiġifieri billi ssaħħaħ l-istandards u r-regolamenti tal-governanza korporattiva li japplikaw għall-banek u l-fondi li jiffinanzjawhom, inkluż billi jiġu infurzati l-Prinċipji tal-Ekwatur, il-prinċipji tal-investiment responsabbli u r-regoli tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja;

63.  Ifakkar li minbarra r-regolamenti fil-pajjiżi fejn joperaw, il-kumpaniji internazzjonali taż-żejt huma soġġetti wkoll għall-ġurisdizzjonijiet tal-qrati fil-pajjiżi fejn ikunu elenkati fil-Borża; iqis li r-regolamenti tal-pajjiż li fih ikun qed isir it-tħaffir għandhom jipprovdu mezz effikaċi għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem f'sitwazzjonijiet fejn jeżistu nuqqasijiet fl-obbligu ta' responsabbiltà, skont il-mudell tal-Atti tal-Istati Uniti dwar Klejms li jirrigwardaw Imġiba Ħażina ta' Persuni jew Entitajiet Barranin;

64.  Jinnota li jeżistu ħafna strumenti li jistgħu jindirizzaw l-impatt soċjali u ambjentali negattiv tal-attivitajiet tal-industriji estrattivi, bħall-Inizjattiva ta' Rappurtaġġ globali, il-Patt Globali tan-NU u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali; jindika, madanakollu, li l-linji gwida volontarji mhumiex biżżejjed biex itaffu l-impatt negattiv tal-estrazzjoni;

65.  Jinnota li d-Direttivi tal-UE dwar il-Kontabilità u t-Trasparenza bħalissa qegħdin jiġu riveduti u dan jikkostitwixxi opportunità biex jiġu evitati l-evażjoni tat-taxxa u l-korruzzjoni mill-industriji tal-estrazzjoni;

66.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidentifika għażliet ġodda għat-tisħiħ tal-istandards dwar ir-responsabbiltajiet ta' korporazzjonijiet transnazzjonali fir-rigward tad-drittijiet soċjali u ambjentali u mezzi possibbli ta' implimentazzjoni;

67.  Jinsab imħasseb minħabba li ċerti kumpaniji taż-żejt u tal-gass mhux konvenzjonali joperaw bi standards ta' sigurtà differenti madwar id-dinja; jistieden lill-Istati Membri jirrikjedu li l-kumpaniji li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-UE japplikaw standards tal-UE fl-operazzjonijiet kollha tagħhom madwar id-dinja;

o
o   o

68.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.
(2) ĠU L 348, 28.11.1992, p. 9.
(3) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.
(4) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.
(5) ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1.
(6) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.
(7) ĠU L 334, 17.12.2010, p.17.
(8) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.
(9) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
(10)2 ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.
(11)3 ĠU L 372, 27.12.2006, p. 12.
(12)4 ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(13)5 ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.
(14)6 ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(15)7 ĠU L 353, 31.12.2008, p.1.
(16)8 ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(17)9 ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13.
(18)10 Testi adottati, P7_TA(2011)0366.
(19) TREN/R1/350-2008 lot 1, http://ec.europa.eu/energy/studies/doc/2012_unconventional_gas_in_europe.pdf.


L-aspetti industrijali, enerġetiċi u aspetti oħra tal-gass u ż-żejt tax-shale
PDF 414kWORD 101k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-aspetti industrijali, tal-enerġija u aspetti oħra tal-gass u ż-żejt tax-shale (2011/2309(INI))
P7_TA(2012)0444A7-0284/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikolu 194 tiegħu, li jiddikjara li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu li jistabbilixxu miżuri tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija hija, inter alia, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati, fosthom, b'mod partikolari, l-Artikolu 192(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 bit-titolu “Lejn Strateġija ġdida dwar l-Enerġija għall-Ewropa 2011-2020’(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Settembru 2011 dwar l-iżvilupp ta' pożizzjoni komuni tal-UE qabel il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20)(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994, dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE(4),

–  wara li kkunsidra l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE dwar l-iżvilupp tal-gass tax-shale, inklużi: id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent(5); id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent(6); id-Direttiva 2006/21/KE dwar l-immaniġġar ta' skart mill-industriji ta' estrazzjoni(7); id-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma(8); ir-Regolament 1907/2006/KE dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi(9); id-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali(10); id-Direttiva 96/82/KE dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi(11); id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali(12); id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis)(13); id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità(14); u d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020(15),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2011 dwar it-tisħiħ tad-dimensjoni esterna tal-politika tal-enerġija tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050(16),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE(17),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0284/2012),

A.  billi l-istima tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija hija li l-kapaċità globali ta’ likwefazzjoni se tiżdied minn 380 biljun metru kubiku (bcm) fl-2011 għal 540 bcm fl-2020,

B.  billi skont it-Trattati tal-UE, l-Istati Membri għandhom id-dritt li jiddeterminaw it-taħlita tagħhom ta' enerġija,

C.  billi l-iżvilupp tal-gass tax-shale jista' jkollu impatt sinifikanti fuq is-suq tal-gass naturali f'termini ta' dinamika u prezzijiet, kif ukoll fuq il-ġenerazzjoni tal-enerġija;

D.  billi s-sustanzi kimiċi użati għat-tkissir idrawliku għandhom jiġu rreġistrati mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u ma jistgħux jirċievu approvazzjoni sakemm jiġi żgurat li ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent jew li ħsara bħal din titnaqqas (taħt ir-Regolament REACH);

E.  billi l-gass mhux konvenzjonali fil-forma ta’ gass kompressat, gass tax-shale u l-metan estratt mis-sodda tal-faħam diġà jikkontribwixxi għal iżjed minn nofs il-produzzjoni tal-gass fl-Istati Uniti, fejn l-ikbar żieda saret fil-gass tax-shale;

F.  billi ż-żejt diġà qed jiġi prodott mix-shales taż-żejt fl-Estonja u l-esplorazzjoni għaż-żejt mill-formazzjonijiet tax-shale saret fil-baċir ta’ Pariġi;

Aspetti dwar l-enerġija
Riżorsi potenzjali

1.  Jinnota li ġew imwettqa diversi stimi dwar ir-riżorsi tal-gass tax-shale fl-Ewropa, fosthom dawk mill-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti għall-Informazzjoni dwar l-Enerġija u mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE), u li diversi Stati Membri għandhom riżervi; jirrikonoxxi li għalkemm dawn l-istimi huma, fin-natura tagħhom stess, ineżatti huma juru l-eżistenza ta’ riżorsi indiġeni konsiderevoli tal-enerġija, li mhux kollha kemm huma, madankollu, jistgħu jkunu ekonomikament vijabbli f'termini ta' estrazzjoni; jinnota wkoll li xi Stati Membri għandhom riżervi taż-żejt tax-shale u li sorsi oħra ta' żejt mhux konvenzjonali għad iridu jiġu esplorati fuq skala usa';

2.  Jemmen li min ifassal il-politika għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu data xjentifika aktar eżatta, aġġornata u komprensiva biex ikun jista' jieħu deċiżjonijiet infurmati; jaqbel, għaldaqstant, mal-Kunsill Ewropew li l-potenzjal tal-Ewropa għall-estrazzjoni u għall-użu sostenibbli ta’ riżorsi tal-gass tax-shale u taż-żejt tax-shale, mingħajr ma jitqiegħdu fir-riskju d-disponibilità u l-kwalità tar-riżorsi tal-ilma, għandu jiġi vvalutat u mmappjat sabiex potenzjalment tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista; jilqa’ l-valutazzjonijiet magħmulin mill-Istati Membri u jħeġġiġhom ikomplu dan ix-xogħol, u jitlob il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni biex jiġi vvalutat il-potenzjal tar-riżervi tal-gass tax-shale u taż-żejt tax-shale fl-UE billi tiġbor ir-riżultati mill-valutazzjonijiet tal-Istati Membri u minn riżultati disponibbli minn proġetti ta’ esplorazzjoni, kif ukoll billi tanalizza u tevalwa l-aspetti industrijali, ekonomiċi, ambjentali, tal-enerġija u tas-saħħa tal-produzzjoni domestika tal-gass tax-shale;

Swieqi tal-enerġija

3.  Jindika li ż-żieda kbira fl-użu tal-gass tax-shale fl-Istati Uniti diġà kellha impatt pożittiv sinifikanti fuq is-suq tal-gass naturali u fuq il-prezzijiet tal-gass u l-enerġija, b’mod partikolari billi wassal biex il-gass naturali likwifikat li kien maħsub għas-suq tal-Istati Uniti jintbagħat mill-ġdid xi mkien ieħor; josserva li l-prezzijiet spot tal-Istati Uniti laħqu livell baxx storiku, u b’hekk wessgħu id-differenza fil-prezzijiet bejn l-Istati Uniti u Ewropa marbuta b’kuntratti fuq perjodu ta’ żmien twil, u għandhom impatt fuq il-kompetittività tal-ekonomiji u l-industriji Ewropej;

4.  Jinnota li skont l-Amministrazzjoni tal-Informazzjoni dwar l-Enerġija tal-Istati Uniti, huwa previst li l-produzzjoni domestika fl-Istati Uniti se tipprovdi 46 % tal-provvista tal-gass sal-2035;

5.  Jinnota li l-prezzijiet tal-gass fl-Istati Uniti għadhom neżlin, u dan joħloq sfidi addizzjonali ta’ kompetittività għall-UE;

6.  Jinnota li, hekk kif is-suq tal-gass qed isir aktar u aktar globali u interkonness, l-iżvilupp tal-gass tax-shale se jżid il-kompetizzjoni globali bejn gass u ieħor u għaldaqstant se jibqa’ jkollu effett kbir fuq il-prezzijiet; jindika li l-gass tax-shale se jsaħħaħ l-pożizzjoni tal-klijenti fir-rigward tal-fornituri tal-gass u għaldaqstant għandu jwassal għal prezzijiet aktar baxxi;

7.  Jinnota, min-naħa l-oħra, li hemm ħtieġa ta’ investimenti sinifikanti għat-twaqqif tal-infrastrutturi meħtieġa kollha relatati mat-tħaffir u l-ħżin, it-trasport u l-ipproċessar mill-ġdid tal-gass u l-fluwidu tal-fracking, li jridu jiġu koperti kompletament mill-industrija;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-evoluzzjoni tas-suq tal-gass u t-tkabbir tal-ipprezzar ibbażat fuq postijiet ċentrali (“hub-based pricing’) fl-Ewropa, biex tindirizza, fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill tal-Enerġija tal-UE u tal-Istati Uniti, l-impatt potenzjali tal-iżvilupp dinji tal-gass tax-shale fuq is-suq tal-gass naturali likwifikat (LNG) u t-tneħħija ta’ restrizzjonijiet possibbli għall-kummerċ globali tal-LNG;

9.  Jenfasizza li fil-livell tal-UE l-prinċipju tas-sussidjarjetà f’termini ta’ soluzzjonijiet ta’ taħlita tal-enerġija japplika għall-esplorazzjoni u/jew l-estrazzjoni tal-gass tax-shale; jinnota, madankollu, li l-esplorazzjoni tal-gass tax-shale jista’ jkollha dimensjoni transkonfinali, b’mod speċjali meta t-tħaffir isir ħdejn il-konfini terrestri ma’ Stat Membru ieħor jew meta jaffettwa l-ilma ta' taħt l-art, l-arja jew il-ħamrija ta' iżjed minn pajjiż wieħed; jitlob li ssir divulgazzjoni sħiħa tal-kwistjonijiet tekniċi u ambjentali relatati mal-esplorazzjoni tal-gass tax-shale u kooperazzjoni xierqa mal-partijiet interessati kollha qabel u waqt il-konċessjonijiet;

10.  Josserva li l-konsum globali tal-gass naturali attwalment qed jiżdied, u li l-Ewropa għadha fost ir-reġjuni bl-ogħla ħtiġijiet ta’ importazzjoni ta’ gass; jinnota li skont l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, huwa previst li l-produzzjoni tal-gass domestiku fl-Ewropa se tonqos u d-domanda se tiżdied, u l-importazzjonijiet se jiżdiedu sa ma jilħqu madwar 450 bcm sal-2035; jirrikonoxxi, għaldaqstant, ir-rwol importanti tal-produzzjoni globali tal-gass tax-shale sabiex jiġu assigurati s-sigurtà u d-diversità tas-sorsi u l-fornituri tal-enerġija fuq perjodu medju u twil ta' żmien; huwa konxju mill-fatt li l-produzzjoni domestika tal-gass tax-shale tista' toffri opportunità għal xi Stati Membri biex jiddiversifikaw aktar is-sorsi tagħhom ta' forniment ta' gass naturali, filwaqt li titqies id-dipendenza tal-Istati Membri fuq l-importazzjonijiet tal-gass naturali minn pajjiżi terzi; jirrikonoxxi li b'riżultat tat-tkabbir tal-produzzjoni tal-gass naturali mix-shales fl-Istati Uniti, issa huma disponibbli aktar provvisti tal-LNG għall-Ewropa, u li kombinazzjoni ta’ provvista domestika akbar ta’ gass naturali u iżjed disponibbiltà ta’ LNG jipprovdu opzjonijiet attraenti għad-diversità tal-provvista tal-gass;

11.  Jenfasizza, madankollu, li huwa kruċjali li jiġu adottati miżuri u politiki oħra għas-sigurtà tal-provvista, b'perspettivi fit-tul, bħaż-żieda sinifikanti fl-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u t-titjib fl-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar ta' enerġija filwaqt li jiġu assigurati infrastruttura u faċilitajiet suffiċjenti ta' ħżin, id-diversifikazzjoni tal-provvisti u tar-rotot ta' transitu, u l-bini ta’ sħubijiet affidabbli ma’ pajjiżi fornituri, pajjiżi ta’ transitu u pajjiżi konsumaturi abbażi tat-trasparenza, il-fiduċja reċiproka u n-nondiskriminazzjoni, skont il-prinċipji tal-Karta tal-Enerġija u t-Tielet Pakkett tal-Enerġija tal-UE;

12.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tressaq sa tmiem tal-2013 analiżi tal-ġejjieni tas-suq tal-gass dinji u tal-UE, li tinkludi l-impatt ta' proġetti ta' infrastruttura tal-gass li diġà huma ppjanati (bħal dawk żviluppati fil-kuntest tal-Kuritur tan-Nofsinhar), terminali ġodda tal-LNG, l-impatt tal-gass tax-shale fuq is-suq tal-gass tal-Istati Uniti (partikolarment fuq l-esiġenzi ta' importazzjoni ta' LNG), u l-impatt tal-iżviluppi eventwali tal-gass tax-shale fl-UE fuq il-futur tas-sigurtà tal-provvista u l-prezzijiet tal-gass; jemmen li l-analiżi għandha tirrefletti, u tqis bħala punt ta' tluq, l-istat attwali tal-iżvilupp tal-infrastruttura u l-miri tal-UE rigward l-emissjonijiet ta' CO2 għall-2020; jenfasizza li l-partijiet interessati kollha għandhom jiġu kkonsultati;

13.  Jenfasizza li suq intern tal-enerġija tal-UE li huwa kompletament funzjonanti, interkonness u integrat huwa wkoll essenzjali, inter alia mill-perspettiva li jittieħed vantaġġ sħiħ mill-produzzjoni possibbli tal-gass tax-shale fl-UE, mingħajr impatt negattiv fuq l-ambjent u l-komunitajiet li jinstabu viċin is-siti tal-esplojtazzjoni ta’ dan it-tip; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex b’mod vigoruż jisħqu għal dan l-objettiv, b’mod partikolari billi tiġi assigurata tranżizzjoni bla xkiel u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-tielet pakkett tas-suq intern tal-enerġija tal-UE u tal-pakkett tal-infrastruttura tal-enerġija, bil-għan li sal-2014 jiġu armonizzati u liberalizzati bis-sħiħ is-swieq Ewropej tal-operaturi tal-enerġja;

Tranżizzjoni lejn ekonomija dekarbonizzata

14.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-gass se jkun sinifikanti għat-trasformazzjoni tas-sistema tal-enerġija, hekk kif iddikjarat fil-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050, peress li jirrappreżenta mod veloċi, temporanju u kosteffiċjenti biex titnaqqas id-dipendenza fuq fjuwils fossili oħra aktar maħmuġin qabel ma ssir it-tranżizzjoni għall-ġenerazzjoni tal-enerġija b’livell baxx ta’ karbonju kompletament sostenibbli, biex b’hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, b’mod partikolari f’dawk l-Istati Membri li attwalment jużaw ammonti kbar ta’ faħam fil-ġenerazzjoni tal-enerġija, jekk il-valutazzjonijiet tal-impatt jikkonkludu li dawn l-operazzjonijiet m'għandhom l-ebda effett negattiv fuq l-ambjent, b’mod partikolari fuq l-ilma ta’ taħt l-art, jew fuq il-komunitajiet lokali kontigwi;

15.  Jistieden liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni, minħabba n-nuqqas ta' data Ewropea komprensiva dwar il-marka tal-karbonju tal-gass tax-shale, biex jiffinalizza malajr l-analiżi tiegħu taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-estrazzjoni u l-produzzjoni tal-gass tax-shale, bl-għan li jkun żgurat li jitqiesu korrettament fil-ġejjieni;

16.  Jirrimarka wkoll li ċerti forom ta’ enerġija rinnovabbli – pereżempju l-enerġija mir-riħ – huma varjabbli u jeħtieġ li jkunu appoġġjati jew ibbilanċjati b'teknoloġija affidabbli u flessibbli; jesprimi l-opinjoni li l-gass naturali – inkluż il-gass tax-shale – jista’ jkun waħda mill-opzjonijiet disponibbli għal dak l-iskop fost ħafna soluzzjonijiet oħra bħal iżjed interkonnessjoni, il-ġestjoni u l-kontroll aħjar tas-sistema permezz ta' grids intelliġenti fil-livelli kollha tan-netwerks, il-ħżin tal-enerġija u l-ġestjoni mil-lat tad-domanda; jirrikonoxxi l-importanza tas-CCS sabiex tigi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-gass bħala sors ta' enerġija;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tanalizza l-ekonomiji tas-CCS għall-gass sabiex tħaffef l-iżvilupp u l-użu ta’ din it-teknoloġija; jistieden ukoll lill-Kummissjoni sabiex teżamina l-impatt probabbli tat-teknoloġija tas-CCS fuq il-flessibilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-gass, u għalhekk fuq ir-rwol tagħha bħala appoġġ għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni, b'konformità mal-istrateġija tal-UE ta' Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050, tevalwa l-impatt ekonomiku u ambjentali tal-gass mhux konvenzjonali u l-prospetti għal dan il-gass fl-UE, filwaqt li tqies it-tagħlimiet li jistgħu jinsiltu mill-esperjenza u r-regolamentazzjoni tal-Istati Uniti f'dan il-qasam, filwaqt li jiġi rikonoxxut il-fatt li l-livell ta' użu ta' gass mhux konvenzjonali fl-UE finalment ikun deċiż mis-suq u mid-deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jaġixxu fil-qafas tal-objettivi fit-tul tal-UE dwar il-politika tal-klima u l-enerġija;

19.  Jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jipproduċu valutazzjoni reġjonali tal-impatt taħt l-art sabiex tiġi ottimizzata l-allokazzjoni tar-riżorsi bejn l-enerġija ġeotermali, il-gass tax-shale u riżorsi oħra ta’ taħt l-art, u għalhekk jiġu massimizzati l-benefiċċji għas-soċjetà;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni titlob lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tipprepara analiżi xjentifika ambjentali bir-reqqa tal-esplojtazzjoni tal-gass tax-shale u taż-żejt tax-shale u l-impatt potenzjali tat-tekniki disponibbli;

Aspetti industrijali u ekonomiċi ta’ żejt u gass mhux konvenzjonali
Ambjent industrijali

21.  Ifakkar li ż-żieda massiva fil-produzzjoni tal-gass tax-shale ġiet appoġġjata minn ambjent industrijali stabbilit, inklużi numri suffiċjenti ta’ pjattaformi taż-żejt, il-ħaddiema meħtieġa u industrija tas-servizz li hi ta’ esperjenza u mgħammra sew; huwa konxju mil-fatt li fl-UE jrid jgħaddi ż-żmien biex is-settur neċessarju tas-servizzi jibni kapaċità adegwata u biex il-kumpaniji jakkwistaw it-tagħmir u l-esperjenza meħtieġa u li dan aktarx jikkontribwixxi ukoll għal kostijiet ogħla fuq perjodu qasir ta’ żmien; jinkoraġġixxi kooperazzjoni bejn il-kumpaniji rilevanti tal-UE u tal-Istati Uniti bil-għan li jiġu applikati “green completions”, l-Aħjar Teknoloġiji Disponibbli u proċessi industrijali li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent filwaqt li jitnaqqsu l-kostijiet; jemmen li l-aspettattivi dwar il-pass tal-iżvilupp tal-gass tax-shale fl-UE għandhom ikunu realistiċi u li kwalunkwe estrazzjoni kummerċjali potenzjali għandha tiddaħħal u tiġi rregolata gradwalment, sabiex jiġu evitati ċikli ekonomiċi “boom-and-bust” bl-impatti lokali negattivi sinifikanti tagħhom;

22.  Jindika li qafas regolatorju stabbli huwa essenzjali kemm sabiex jinħoloq l-ambjent tajjeb għall-kumpaniji tal-gass sabiex jinvestu f’infrastruttura u riċerka u tkabbir bżonjużi ħafna, u sabiex jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq;

23.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri interessati li jiżviluppaw il-gass tax-shale sabiex jintroduċu l-ħiliet meħtieġa fis-sistemi prinċipali tagħhom tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, sabiex iħejju l-forza tax-xogħol meħtieġa;

24.  Jindika li l-esplorazzjoni tal-potenzjal tal-gass u ż-żejt tax-shale mhijiex unika għall-Ewropa u li hemm interess kbir fl-iżvilupp ta’ riżorsi ġodda ta’ żejt u gass bħala mezz għat-titjib tal-kompetittività tal-enerġija u dik ekonomika f’ħafna pajjiżi u reġjuni fl-Asja, l-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Latina, l-Afrika u l-Awstralja; jenfasizza l-ħtieġa li l-gass u ż-żejt tax-shale jiġu inklużi fid-djalogu bilaterali u s-sħubijiet tal-UE mal-pajjiżi li diġà qegħdin jiżviluppaw riżorsi mhux konvenzjonali jew li huma interessati fl-iżvilupp u/jew l-użu tagħhom, għall-iskambju tal-kompetenza u l-aħjar prassi;

25.  Jenfasizza l-ħtieġa li jibqgħu jiġu kkunsidrati t-teknoloġiji futuri ġodda kollha fil-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija; jitlob aktar attività ta' riċerka u żvilupp rigward għodod u teknoloġiji, inkluż is-CCS, sabiex tiġi esplorata l-possibilità ta' żvilupp aktar sostenibbli u sikur tal-gass mhux konvenzjonali; jirrikonoxxi, għalhekk, ir-rwol usa’ li t-teknoloġija u l-innovazzjoni fis-settur tal-gass jistgħu jikkontribwixxu għall-bażi tal-ħiliet u l-kompetittività tal-UE;

26.  Jinnota l-iżviluppi teknoloġiċi fl-Awstrija, fejn l-industrija qed tipproponi l-użu ta’ fluwidi tal-fracking li jinkludu biss ilma, ramel u lamtu tal-qamħirrun; jirrakkomanda li Stati Membri oħra u l-Kummissjoni jeżaminaw il-possibilità tal-estrazzjoni ta’ gass tax-shale mingħajr l-użu ta’ sustanzi kimiċi, u jitlob iżjed attività ta' riċerka u żvilupp rigward tali tekniki u/jew prattiki li jistgħu jnaqqsu l-impatti potenzjali fuq l-ambjent;

27.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tressaq rakkomandazzjonijiet sabiex il-bjar kollha tal-gass tax-shale tal-UE jnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan li jaħarbu;

Qafas tal-ħruġ ta' liċenzji

28.  Jistieden lill-Istati Membri jqiegħdu fis-seħħ reġim regolatorju robust u jiżguraw ir-riżorsi amministrattivi u ta’ monitoraġġ meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli tal-attivitajiet kollha marbutin mal-gass tax-shale, fosthom dawk meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ħarsien ambjentali u klimatiku; ifakkar li skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kull Stat Membru għandu d-dritt jiddeċiedi għalih innifsu rigward l-esplojtazzjoni tal-gass u ż-żejt tax-shale;

29.  Jinnota li l-proċedura attwali ta’ ħruġ ta' liċenzji għall-esplojtazzjoni tal-gass tax-shale hija regolata mill-leġiżlazzjoni ġenerali dwar it-tħaffir u l-idrokarburi; jinnota li skont ir-Rapport Finali dwar il-Gass Mhux Konvenzjonali fl-Ewropa tat-8 ta' Novembru 2011 imħejji mill-Kummissjoni u n-Nota ta' Trażmissjoni dwar il-qafas legali ambjentali tal-UE applikabbli għal proġetti tal-gass tax-shale tas-26 ta' Jannar 2012 imħejjija mill-Kummissjoni, il-qafas leġiżlattiv tal-UE jkopri b'mod adegwat l-aspetti kollha tal-ħruġ ta' liċenzji għall-gass tax-shale, l-esplorazzjoni bikrija u l-produzzjoni; jinnota, madankollu, li l-estrazzjoni fuq skala kbira tal-gass tax-shale tista’ teħtieġ l-adattament komprensiv tal-leġiżlazzjoni eżistenti rilevanti kollha tal-UE, inkluż ir-REACH, sabiex jiġu koperti l-ispeċifiċitajiet tal-estrazzjoni tal-fjuwils fossili mhux konvenzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri biex, mingħajr dewmien, jivverifikaw u, fejn meħtieġ, itejbu l-oqfsa regolatorji sabiex tiġi assigurata l-adegwatezza tagħhom għall-proġetti tal-gass tax-shale u ż-żejt tax-shale, b’mod speċjali bil-għan li jkunu ppreparati għall-produzzjoni futura possibbli fuq skala kummerċjali fl-Ewropa kif ukoll sabiex jiġu indirizzati riskji ambjentali;

30.  Jenfasizza l-importanza ta’ trasparenza u ta’ konsultazzjoni sħiħa mal-pubbliku, b’mod partikolari fil-kuntest tal-introduzzjoni ta’ approċċ ġdid għall-esplorazzjoni tal-gass; jindika li f’xi Stati Membri hemm nuqqas ta’ konsultazzjoni pubblika fil-fażi ta’ awtorizzazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jevalwaw il-leġiżlazzjoni tagħhom biex jaraw jekk hijiex tittieħed kunsiderazzjoni xierqa ta’ dan l-aspett, inkluża l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Aarhus u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fil-liġi tal-Unjoni;

31.  Jesprimi l-opinjoni li l-Istati Membri li jidħlu għal proġetti tal-gass tax-shale għandhom jadottaw approċċ uniku għall-awtorizzazzjoni u għall-ħruġ ta' liċenzji u għall-verifika ta’ konformità ma’ regolamenti ambjentali (inkluża valutazzjoni tal-impatt ambjentali obbligatorja), li hija l-prattika normali f’xi Stati Membri għall-proġetti kollha tal-enerġija;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-modifiki fil-qafas legali meħtieġa għall-ħruġ ta’ liċenzji għall-esplorazzjoni tal-gass tax-shale jeħtieġu l-approvazzjoni mandatorja tal-awtoritajiet lokali konċernati;

L-opinjoni pubblika u l-aħjar prassi
L-attitudni tal-pubbliku

33.  Huwa konxju mill-fatt li l-attitudni tal-pubbliku għall-iżvilupp tal-gass tax-shale tvarja bejn l-Istati Membri, u li l-attitudnijiet negattivi jistgħu jkunu kkawżati minn nuqqas ta' informazzjoni jew informazzjoni ħażina; jitlob li tittejjeb it-trażmissjoni tal-informazzjoni pubblika relatata mal-operazzjonijiet tal-gass tax-shale b’mod trasparenti u oġġettiv, u jappoġġja l-ħolqien ta’ portali li jipprovdu aċċess għal firxa wiesgħa ta’ informazzjoni pubblika dwar tali operazzjonijiet; iħeġġeġ lill-kumpaniji li qed jikkunsidraw l-estrazzjoni tal-gass tax-shale fl-UE biex jipprovdu informazzjoni sħiħa dwar l-attivitajiet tagħhom, jikkonsultaw mal-komunitajiet lokali u l-awtoritajiet lokali qabel ma jibdew iħaffru, u jiżvelaw pubblikament is-sustanzi kimiċi kollha li jużaw fit-tkissir idrawliku, inklużi l-konċentrazzjonijiet użati, wara l-valutazzjoni tal-formazzjoni tax-shale;

34.  Jemmen li l-aħjar mod biex jiġi żgurat l-involviment sinifikanti u fi żmien oportun tal-komunitajiet lokali huwa permezz ta' valutazzjoni obbligatorja tal-impatt ambjentali, livell għoli ta' trasparenza, u konsultazzjoni pubblika dwar proġetti proposti tal-gass tax-shale, irrispettivament mid-dewmien u l-kobor tal-proġett;

35.  Jinnota li huwa importanti ħafna li operaturi tal-gass tax-shale tal-UE jniedu u jibnu relazzjonijiet b’saħħithom mal-komunitajiet lokali f’kull stadju tal-operat tagħhom, ladarba l-UE għandha densità tal-popolazzjoni aktar għolja mill-Istati Uniti u s-sidien tal-art fl-Ewropa mhumiex sidien ta’ riżorsi taħt l-art u għaldqastant ma jibbenefikawx direttament mill-estrazzjoni bħalma jiġri fl-Istati Uniti; jitlob, f’dan ir-rigward, l-istabbiliment ta’ oqsfa li huma kompetittivi għall-industrija iżda fl-istess ħin jippermettu li l-komunitajiet nazzjonali u lokali jibbenefikaw mir-riżorsi tal-gass tax-shale; jistieden ukoll lill-kumpaniji tal-gass tax-shale biex jistabbilixxu prattiki komunitarji responsabbli, jiżguraw li l-komunitajiet lokali jibbenefikaw mill-iżvilupp tal-gass tax-shale, jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' 'min iniġġes iħallas', u jkopru l-kostijiet ta' kwalunkwe ħsara diretta jew indiretta li jistgħu jikkaġunaw;

36.  Jirrikonoxxi li għandu jkun hemm enfasi fuq djalogu trasparenti u miftuħ mas-soċjetà ċivili kemm matul il-fażi ex ante kif ukoll matul dik ta' monitoraġġ, abbażi tal-evidenza xjentifika disponibbli u filwaqt li jiġu indirizzati b’mod ċar il-kwistjonijiet ta’ tnixxijiet ta’ gass u tal-impatt tal-estrazzjoni tal-gass tax-shale fuq l-ilmijiet ta’ taħt l-art, il-kampanja, l-agrikoltura u l-industrija tat-turiżmu; ifakkar li l-baġit tal-2012 tal-UE jinkludi allokazzjoni maħsuba għall-finanzjament ta’ proġetti pilota u attivitajiet oħra ta’ appoġġ bil-għan li jistimulaw djalogu bħal dan; jikkunsidra li dan għandu jiġi organizzat b’mod newtrali u b’kooperazzjoni sħiħa mal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, il-komunitajiet lokali, il-pubbliku ġenerali, in-negozji u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs);

37.  Jenfasizza l-importanza ta' governanza korporattiva trasparenti tal-kumpaniji taż-żejt u l-gass involuti f'attività marbuta mal-gass tax-shale u ż-żejt tax-shale;

L-aħjar prassi

38.  Jenfasizza l-importanza tal-applikazzjoni tal-ogħla standards ta’ sikurezza, tal-aħjar teknoloġiji disponibbli u l-aħjar prattiki operattivi fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-gass tax-shale, u tat-titjib kontinwu tat-teknoloġiji u tal-prattiki u l-minimizzazzjoni tal-effetti ħżiena; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq l-importanza li jiġu żgurati livelli sinifikanti ta’ investiment fir-riċerka u l-iżvilupp min-naħa tal-industrija; jilqa’ l-inizjattivi min-naħa tal-AIE u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi taż-żejt u l-gass sabiex jiddefinixxu l-aħjar prattiki fl-esplorazzjoni u fil-produzzjoni tal-gass u ż-żejt tax-shale;

39.  Jemmen li t-tħassib dwar il-potenzjal tal-iżvilupp tal-gass tax-shale li jagħmel ħsara lill-provvisti tal-ilma permezz ta’ tnixxija minn bjar jista’ jiġi indirizzat permezz tal-adozzjoni tal-aħjar prattiki fl-iżvilupp u l-bini tal-bjar, b’mod speċjali fil-kisi, l-applikazzjoni tas-siment, u l-ġestjoni tal-pressjoni, flimkien mal-ittestjar tal-pressjoni tal-kisi bis-siment u logs imwaħħla bis-siment ta’ teknoloġija avvanzata sabiex tiġi kkonfermata l-formazzjoni tal-iżolament; jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li dawn il-prattiki jiġu segwiti fl-iżvilupp tal-gass tax-shale, inter alia permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post;

40.  Jenfasizza li bl-iżvilupp ta’ teknoloġiji u prattiki aħjar ibbażati fuq regolamenti robusti, l-operaturi u l-industriji tas-servizzi mhux biss itejbu l-aċċettazzjoni pubblika ta’ proġetti marbutin mal-gass tax-shale iżda jiksbu wkoll opportunitajiet kummerċjali u jtejbu l-opportunitajiet ta’ esportazzjoni, meta wieħed iqis l-isfidi ambjentali globali tal-esplorazzjoni tal-gass mhux konvenzjonali; jirakkomanda, għalhekk, li l-Istati Membri jikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet tal-AIE fid-dokument ta’ referenza komprensiv dwar l-Aħjar Tekniki Disponibbli (BAT) dwar it-tkissir idrawliku, hekk kif ikun disponibbli;

41.  Jenfasizza l-bżonn għall-ogħla standards ta’ sikurezza u ambjentali u ta’ spezzjonijiet regolari waqt stadji kritiċi tas-sikurezza fir-rigward tal-kostruzzjoni ta’ bjar u tat-tkissir idrawliku; jenfasizza, b’mod partikolari, li l-operaturi għandhom inaqqsu l-ivvampjar u l-ivventjar u għandhom jirkupraw il-gass, jaqbdu l-emissjonijiet li jaħarbu u jużaw mill-ġdid/jittrattaw l-ilma mormi; jistieden lill-UE sabiex issegwi l-eżempju tal-Istati Uniti fir-rigward tal-istandards ambjentali dwar il-gass tax-shale għat-tkissir idrawliku li jirrikjedu li l-kumpaniji jaqbdu l-metan u emissjonijiet oħra ta’ gassijiet li jniġġsu, kif introdotti mill-Aġenzija għall-Ħarsien Ambjentali tal-Istati Uniti (EPA);

42.  Jistieden, barra minn hekk, lill-operaturi tal-gass tax-shale sabiex jittestjaw il-bjar domestiċi tal-ilma li huma qrib il-bjar tagħhom kemm qabel kif ukoll waqt il-produzzjoni, u jiżvelaw l-informazzjoni li tirriżulta lill-pubbliku b’mod aċċessibbli, li jiftiehem u trasparenti;

43.  Jenfasizza l-importanza li l-operaturi jirreklamaw u jirkupraw l-art użata u jwettqu sorvelajnza post-operattiva meta l-attivitajiet tagħhom jaslu fi tmiem;

44.  Iħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki u informazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE, imma anke bejn l-UE, l-Istati Uniti u l-Kanada; b’mod partikolari, jinkoraġġixxi l-ġemellaġġ bejn bliet u muniċipji Ewropej u tal-Amerika ta’ Fuq li skoprew il-gass tax-shale; jenfasizza l-importanza tat-trasferiment tal-għarfien dwar l-iżvilupp tal-gass tax-shale mill-industrija għall-komunitajiet lokali;

45.  Iħeġġeġ lill-industrija tal-gass u ż-żejt tax-shale biex japplikaw, b’mod uniformi, l-ogħla standards ambjentali u ta’ sikurezza kull fejn ikunu qed joperaw kumpaniji fid-dinja; jistieden lill-Kummissjoni sabiex teżamina liema mekkaniżmi jistgħu jkunu xierqa sabiex jiżguraw li l-kumpaniji b’bażi fl-UE joperaw globalment skont l-ogħla standards; jemmen li r-responsabbiltà tal-kumpaniji għandha tkun il-forza ewlenija f'dan il-qasam, u li s-sistemi ta' ħruġ ta' liċenzji tal-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw inċidenti globali li jinvolvu kumpaniji fil-ħruġ ta' liċenzji, sakemm dawn l-inċidenti huma akkumpanjati b'eżamijiet dettaljati;

46.  Jenfasizza li huwa importanti li jiġu appoġġjati u kofinanzjati l-attivitajiet li għandhom l-għan li joħolqu pjattaformi indipendenti magħmula minn rappreżentanti mill-isfera tal-industrija u tax-xjenza bl-għan li jingħataw opinjonijiet u li jiġu stabbiliti prattiki tajba marbuta mat-teknoloġiji nodfa ta' estrazzjoni tal-gass tax-shale;

47.  Ifakkar li l-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas’ irid jiġi applikat konsistentement għal operazzjonijiet tal-gass u ż-żejt tax-shale, partikolarment fir-rigward tat-trattament tal-ilma mormi, u li kumpaniji jridu jkunu kompletament responsabbli għal kull dannu dirett jew indirett li jistgħu jikkawżaw; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li tressaq proposti sabiex tinkludi speċifikament it-tkissir idrawliku u attivitajiet oħra relatati mal-estrazzjoni tal-gass tax-shale taħt fid-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali u tobbliga lill-operaturi tal-gass tax-shale li jipprovdu sigurtà finanzjarja obbligatorja jew rekwiżiti ta’ assigurazzjoni f’każ ta’ kwalunkwe ħsara ambjentali konnessa mal-attivitajiet tagħhom, sabiex tiġi pprovduta ċertezza legali għall-popolazzjonijet ikkonċernati;

o
o   o

48.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 64.
(2) P7_TA(2011)0430.
(3) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.
(4) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 1.
(5) ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.
(6) ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.
(7) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.
(8) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
(9) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(10) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(11) ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13.
(12) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.
(13) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.
(14) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(15) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.
(16) COM(2011)0885.
(17) COM(2011)0658.


L-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet 2011
PDF 240kWORD 79k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali 2011 dwar l-attività tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (2011/2317(INI))
P7_TA(2012)0445A7-0240/2012

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tat-Tratta dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 24, 227, 228, 258 u 260 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 202(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0240/2012),

A.  billi, soġġett għal Protokoll 30 tat-Trattat, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea saret legalment vinkolanti mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona; billi l-istess Trattat jistabbilixxi wkoll il-bażi legali għall-UE biex taderixxi mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll mal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropea;

B.  billi r-Regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropea(1) jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2012, u billi l-Parlament huwa responsabbli għall-organizzazzjoni tas-smigħ pubbliku għal inizjattivi ta’ suċċess li jiżguraw aktar minn miljun firma minn minimu ta’ seba’ Stati Membri;

C.  billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu d-dmir li jagħmel reviżjoni kostanti u, fejn hu possibbli, itejjeb ir-rwol tiegħu, b’mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp ta’ prinċipji demokratiċi, bħal ma hija l-parteċipazzjoni miżjuda taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u ż-żieda fit-trasparenza u responsabilità; u billi fl-attività regolari tiegħu, il-Kumitat jaħdem mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-Ombudsman Ewropew u korpi oħra sabiex jiżgura li l-liġi tal-UE tkun għal kollox rispettata kemm fil-prattika kif ukoll fl-ispirtu;

D.  jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu fir-rigward tal-ħolqien ta’ punt uniku ta’ servizz maħsub għaċ-ċittadini li jkunu jixtiequ jiksbu informazzjoni jew jissottomettu talba jew ilment permezz tal-portal “Drittijiet tiegħek fl-UE” ,

E.  jilqa’ l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li fil-ġurisprudenza ERT tenfasizza li l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri huma marbuta wkoll mad-drittijiet fundamentali supremi tal-Unjoni, anke jekk iridu jillimitaw il-libertajiet fundamentali żgurati bit-TFUE permezz ta’ miżuri nazzjonali,

F.  billi ċ-ċittadini u r-residenti Ewropej għandhom aspettattivi leġittimi li l-kwistjonijiet li jqajmu mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistgħu jsibu soluzzjoni mingħajr dewmien żejjed fi ħdan il-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, li huma jistennew minnu li jirrispetta d-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni, u b'mod partikolari li jiddefendi l-ambjent naturali, is-saħħa, il-moviment ħieles, id-dinjità u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom;

G.  billi l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jipprovdu aktar informazzjoni u jkunu aktar trasparenti fir-relazzjonijiet tagħhom maċ-ċittadini Ewropej,

H.  billi 998 petizzjoni ġiet iddikjarata ammissibbli, u minn dawk 649 tressqu quddiem il-Kummissjoni għal investigazzjoni ulterjuri skont l-Artikoli 258 u 260 tat-Trattat; u 416-il petizzjoni ġiet iddikjarata mhux ammissibbli;

I.  billi l-proċess tal-petizzjonijiet jista’ jikkumplimenta strumenti oħra Ewropej li huma disponibbli għaċ-ċittadini, bħall- possibilità li jippreżentaw l-ilmenti lill-Ombudsman Ewropew jew lill-Kummissjoni Ewropea;

J.  billi fl-2011 in-numru ta' petizzjonijiet mhux ammissibbli komplew ikunu sinifikanti, li għal darba oħra indika li l-Parlament għandu jżid l-isforzi tiegħu biex jinforma liċ-ċittadini dwar il-limiti tal-qasam ta' azzjoni tiegħu fir-rigward tad-dritt ta' petizzjoni; billi kkunsidra li individwi, komunitajiet lokali, u għaqdiet volontarji, tal-karità u professjonali qegħdin f’pożizzjoni tajba biex jivvalutaw l-effettività tal-leġiżlazzjoni Ewropea kif tapplika għalihom, u biex jissenjalaw liċ-ċittadini l-lakuni possibbli li jeħtieġu li jiġu analizzati sabiex tkun żgurata implimentazzjoni aħjar u aktar kumparabbli tal-liġi tal-UE fl-Istati Membri kollha;

K.  billi, fir-rigward tal-analiżi statistika li hemm f’dan ir-rapport, iċ-ċittadini Ġermaniżi jibqgħu jissottomettu l-akbar numru ta’ petizzjonijiet, għalkemm dan qed jonqos b’mod proporzjonali, segwit minn petizzjonanti Spanjoli u Taljani;

L.  billi l-qasam ta' azzjoni, u l-modus operandi, tad-dritt ta' petizzjoni mogħti liċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE, skont it-termini tat-Trattat, ivarjaw minn rimedji oħra disponibbli għaċ-ċittadini, bħal per eżempju t-tressiq ta' lmenti lill-Kummissjoni jew lill-Ombudsman, u billi l-Istati Membri, li jużaw il-kriżijiet bħala pretest, qegħdin dejjem aktar jagħżlu li jittraskuraw dan id-dritt, li huwa tħassib importanti għaċ-ċittadini Ewropej;

M.  billi l-inkwiet ewlieni marbut mat-tema ġenerali tal-ambjent huwa l-applikazzjoni ħażina u ħafna drabi żgwidata mill-Istati Membri u l-entitajiet sottonazzjonali tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA)(2) u d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart(3); billi l-petizzjonijiet li jallegaw ksur tad-Direttivi tal-Għasafar u tal-Ħabitats ħafna drabi jqajmu tħassib ta’ telf serju ta’ bijodiversità bħala riżultat ta’ proġetti ewlenin ippjanati fis-siti tan-Natura 2000 u l-petizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-ilma żvelaw każijiet gravi ta’ tniġġis u qajmu wkoll tħassib dwar l-impatti possibbli ta' proġetti dwar is-sostenibilità u l-kwalità tar-riżorsi akkwatiċi;

N.  billi d-Direttiva VIA qiegħda attwalment tiġi riveduta u li r-rapport mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ skart juri nuqqasijiet serji f’għadd ta’ Stati Membri, billi l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tibqa' mhux suffiċjenti u billi din il-problema mhux se tkun solvuta b'reviżjoni imma b'kontroll aktar effettiv mill-Kummissjoni;

O.  billi d-dritt taċ-ċittadini u residenti tal-Ewropa għall-proprjetà akkwistata b’mod leġittimu tagħhom tibqa’ kwistjoni ta’ sinifikanza kbira, għal ħafna eluf ta' nies, kif jidher mill-petizzjonijiet li għadhom qed jiġu rċevuti dwar dan is-suġġett, u billi mingħajr soluzzjoni ta' din il-problema mill-awtoritajiet kompetenti m'hemmx ċans ta' ċertezza legali tal-assigurazzjonijiet, jew fiduċja fl-istess assigurazzjonijiet li s-swieq tal-proprjetà transkonfinali se jieħdu r-ruħ, li joħolqu konsegwenzi serji għall-prospetti ta' rkupru ekonomiku, u billi b'mod partikolari fl-2011 kien hemm 70 petizzjoni pendenti relatati mal-Ley de Costas Spanjola, b'51 petizzjoni identifikabbli bħala tali ġejjin minn ċittadini Spanjoli jew gruppi ta' ċittadini Spanjoli u d-19 li kien baqa' minn ċittadini ta' nazzjonalitajiet oħra;

P.  billi fir-Rapport Annwali preċedenti tiegħu, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet apprezza bil-kbir il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u l-Ombudsman Ewropew fir-rigward tat-trattament ta' petizzjonijiet u lmenti, u billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ripetutament talab li jiġi infurmat mill-Kummissjoni bl-iżviluppi fil-proċeduri ta’ ksur pendenti, li s-suġġett tagħhom huwa kopert ukoll mill-petizzjonijiet;

Q.  billi ħafna petizzjonijiet sostnew li l-fondi tal-UE intużaw ħażin jew b’mod illegali u oħrajn jallegaw funzjonament ħażin fl-amministrazzjoni tal-UE, inklużi kunflitti ta’ interess f’aġenziji influwenti, jew jitolbu li jsir tibdil fil-politiki tal-UE;

R.  billi n-nuqqasijiet u l-problemi li affrontaw in-nies minħabba t-tħaddim ħażin tas-suq intern, kif muri mill-petizzjonijiet, huma kkonfermati mir-Rapport Ewropew taċ-Ċittadinanza tal-2010(4) tal-Kummissjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-moviment ħieles taċ-ċittadini tal-UE u l-membri familjari tagħhom, sakemm dawn ikunu kompletament leġittimi, l-aċċess għal drittijiet tas-sigurtà soċjali, ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki, l-ostakli li jaffrontaw il-persuni b’diżabilità, kwistjonijiet ta’ liġi tal-familja u t-tkeċċijiet kollettivi fuq bażi ta’ oriġini etnika jew nazzjonali bħal dawk li qed jaffettwaw lir-Roma, inklużi wkoll kwistjonijiet ta’ tassazzjoni doppja;

S.  billi anke fl-2011 għadd sinifikanti ta’ petizzjonijiet ġew sottomessi minn ċittadini li indikaw l-importanza li jiġi evitat telf irreparabbli fil-bijodiversità, fir-rigward ta’ siti tan-Natura 2000, kif ukoll l-iżgurar tal-ħarsien ta’ żoni definiti taħt id-Direttiva tal-Habitats;

T.  billi s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2011 fil-każ T-308/07 laqgħet l-ilment tal-petizzjonant kontra d-deċiżjoni tal-Kumitat li jiddikjara l-petizzjoni tiegħu inammissibbli, u b'dan l-għemil ħareġ ċar li meta l-petizzjonijiet jiġu ddikjarati inammissibbli, il-Parlament irid jagħti raġunijiet tajbin għal dan;

U.  billi l-effiċjenza tal-ħidma tal-Kumitat hija, fil-parti l-kbira tagħha, ir-riżultat tar-ritmu u r-reqqa, imma dan jista’ jkompli jitjieb b’mod partikolari billi jiġi ottimizzat it-tul ta’ żmien tal-proċess tal-petizzjonijiet, u permezz ta’ sistematizzazzjoni tal-proċeduri għall-valutazzjoni tagħhom;

1.  Jinnota li l-petizzjonijiet irċevuti fl-2011 komplew jiffukaw fuq ksur allegat tal-liġi tal-UE fl-oqsma tal-ambjent, il-ġustizzja u s-suq intern, li jirriflettu l-opinjonijiet taċ-ċittadini dwar jekk il-leġiżlazzjoni Ewropea, kif inhi trasposta u implimentata mill-Istati Membri, hijiex attwalment qed twassal ir-riżultat mistenni u hijiex qed tagħti rispons għal-liġi tal-UE;

2.  Jinnota l-għadd li dejjem qed jiżdied ta’ petizzjonijiet u sottomissjonijiet oħra minn ċittadini li jfittxu rimedju legali u finanzjarju dwar kwistjonijiet li jaqgħu lil hinn mill-qasam ta’ kompetenza tal-UE skont l-Artikolu 227 tat-Trattat kif ukoll l-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, bħal, pereżempju, talbiet li jiġi rivedut il-kalkolu tal-pensjonijiet nazzjonali, biex jiġu annullati deċiżjonijiet minn qrati nazzjonali, biex jiġu appoġġjati proposti ħalli jitfasslu mill-ġdid il-fruntieri Ewropej, biex bank jiġi mġiegħel jagħti self personali, eċċ.; jappoġġja bis-sħiħ l-azzjoni meħuda mid-Direttorati Ġenerali tal-Parlament sabiex tinstab soluzzjoni biex jiġu indirizzati dawn is-sottomissjonijiet minn ċittadini filwaqt li jiġu kkunsidrati l-obbligi tal-Parlament rigward il-korrispondenza tiegħu maċ-ċittadini;

3.  Jemmen li r-rwol u r-responsabilitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet jitwettqu l-aħjar, u l-viżibilità, l-effiċjenza, ir-responsabilità, u t-trasparenza tiegħu jissaħħu l-aħjar, jekk il-mezzi li bihom jista' jressaq kwistjonijiet ta' importanza għaċ-ċittadini Ewropej fil-plenarja jkollhom jitjiebu, u jekk il-kapaċitajiet tiegħu li jsejjaħ xhieda, jagħmel investigazzjonijiet u jorganizza seduti ta' smigħ fuq il-post ikollhom jissaħħu;

4.  Ifakkar li, fir-rigward tal-proċeduri biex jiġu organizzati seduti ta' smigħ dwar l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej ta' suċċess, kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, il-Parlament iddeċieda li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa awtomatikament assoċjat ma' kull seduta ta' smigħ flimkien mal-Kumitat ewlieni bil-kompetenza leġiżlattiva għas-suġġett ikkonċernat; iqis li din hija konferma tar-rwol tiegħu bħala l-korp bl-akbar esperjenza ta' kuntatti diretti maċ-ċittadini, billi tiġi żgurata proċedura uniformi għall-Inizjattivi taċ-Ċittadini kollha ta' suċċess; jistieden il-Konferenza tal-Presidenti biex tapprova kjarifika tal-kompetenzi tal-Kumitat f'dan ir-rigward fl-Anness VII, punt XX tar-regoli ta' proċedura; fl-istess ħin jenfasizza li d-differenza bejn petizzjoni skont l-Artikolu 227 tat-TFUE u Inizjattiva taċ-Ċittadini trid tkun spjegata b'mod ċar lill-pubbliku;

5.  Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Parlament li jiżviluppa portal għall-petizzjonijiet ħafna aktar prattiku u viżibbli fuq is-sit tiegħu, li jiffaċilita, fil-limiti tal-Artikolu 227 tat-Trattat u l-Artikolu 202 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament u l-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-aċċess għaċ-ċittadini għall-proċess tal-petizzjonijiet, jipprovdilhom l-informazzjoni u jippermettilhom li jibagħtu petizzjonijiet f’ambjent aktar faċli għall-utent u li jiffirmaw b’mod elettroniku favur il-petizzjonijiet; jikkunsidra li dan il-portal għandu jipprovdi wkoll links prattiċi għal forom oħra ta’ rimedji li huma disponibbli f’livell Ewropew u nazzjonali jew reġjonali, kif ukoll deskrizzjoni ġenerali komprensiva tal-kompetenza tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, u għandu jistabbilixxi ċerti oqfsa ta’ proċedura għall-korpi tal-amministrazzjoni pubblika dwar il-mudell tal-CURIA, il-portal uffiċjali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jikkonferma d-determinazzjoni tiegħu li jibqa’ jippromwovi u jiddefendi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini billi jagħmel użu mill-influwenza politika tiegħu fir-rigward ta’ każi ammissibbli li jistgħu jitqajmu mal-Kumitat, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet relevanti fi ħdan l-Istati Membri tal-Unjoni;

7.Jistieden lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex jeżamina l-effetti tal-ġurisprudenza ERT fuq l-affidabilità tal-petizzjonijiet u jkompli jinvestiga wkoll il-kwistjoni dwar liema huma l-ostakli attwali għaċ-ċittadini tal-UE li japplikaw għal deċiżjoni preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea sabiex jiksbu interpretazzjonijiet affidabbli tal-kwistjonijiet ewlenin skont il-leġiżlazzjoni Ewropea f’kawżi legali quddiem il-qrati nazzjonali;

8.  Jikkunsidra li huwa importanti li tittejjeb il-kooperazzjoni mal-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, fuq bażi ta’ reċiproċità, u, fejn hu meħtieġ, li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiġu inkoraġġiti sabiex jikkonformaw u japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-UE bi trasparenza sħiħa;

9.  Jinnota l-importanza tal-kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri iżda jiddispjaċih għad-dewmien żejjed min-naħa ta’ ċerti Stati Membri fir-rigward tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-ambjent;

10.  Iqis li l-proċedura tal-petizzjonijiet m’għandhiex tkun sfruttata jew użata għal finijiet politiċi mill-Istati Membri, iżda li din għandha, għall-kuntrarju, tkun oġġettiva u tirrifletti l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew;

11.  Jilqa’ l-kooperazzjoni kostruttiva bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u s-servizzi tal-Ombudsman Ewropew u jafferma mill-ġdid id-determinazzjoni tiegħu sabiex jappoġġja lill-Ombusdman fl-identifikazzjoni tal-amministrazzjoni ħażina mill-istituzzjonijiet tal-UE u fl-azzjoni kontrihom;

12.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet b’dettalji, u analiżi statistika, tal-ilmenti li tinvestiga minn ċittadini Ewropej, inkluzi r-riżultati miksuba u l-post ta’ oriġini ta' min jagħmel l-ilment;

13.  Jemmen li, fir-rigward tal-funzjonament tal-proċeduri ta’ ksur skont l-Artikolu 258 u 260 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha tiżgura li petizzjonijiet għall-Parlament u ilmenti għall-Kummissjoni huma ttrattati b’konsiderazzjoni ugwali;

14.  Jemmen li regoli ta’ proċedura iktar preċiżi u miktuba dwar it-tħejjija interna tal-kumitat, l-eżekuzzjoni u b’mod partikolari l-evalwazzjoni sostantiva taż-żjarat tad-delegazzjonijiet jistgħu jagħtu kontribut għal iktar effiċjenza u koerenza fil-ħidma tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet;

15.  Jikkunsidra li l-implimentazzjoni korretta tad-Direttiva Qafas tal-Iskart fl-Istati Membri kollha hija tal-akbar importanza, u għalhekk jitlob lill-Istati Membri bi problemi ta’ ġestjoni tal-iskart sabiex jieħdu azzjoni b’mod deċiżiv u mingħajr dewmien;

16.  Itenni t-talbiet numerużi tiegħu lill-Istati Membri sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom, taħt id-Direttiva dwar il-Moviment Ħieles 2004/38/KE dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom sabiex jiċċaqilqu u jgħixu b'mod ħieles fl-UE; ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligu tagħhom li jiffaċilitaw id-dħul u r-residenza mingħajr l-ebda diskriminazzjoni, inkluż għall-koppji tal-istess sess u t-tfal tagħhom, ir-Roma u gruppi minoritarji oħra;

17.  Jappoġġja bis-sħiħ l-objettiv sostantiv tal-Ley de Costas, jiġifieri li l-ambjent tal-kosta Spanjola jkun imħares minn żvilupp żejjed biex ikun preservat għal organiżmi selvaġġi u għall-ġenerazzjonijiet futuri; madankollu jinnota bi tħassib li l-kwistjoni ta' dik il-liġi tibqa’ problema għall-petizzjonanti, u għaċ-ċittadini Spanjoli b’mod partikolari; jappoġġja l-isforzi tal-petizzjonanti biex isolvu l-problemi li jikkonċernaw il-liġi u l-applikazzjoni tagħha, filwaqt li jinnota b'mod partikolari d-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet li jistabbilixxi grupp ta’ ħidma biex jikkunsidra l-kwistjoni iktar fil-fond;

18.  Jikkunsidra li huwa fl-interess ekonomiku attwali ta’ kulħadd li jiġu riżolti l-inċertezzi legali li jiċċirkondaw il-proprjetajiet potenzjalment affettwati mil-Ley de Costas; jilqa’ l-avviż tal-Gvern Spanjol li bi ħsiebu jirrevedi l-Ley de Costas sabiex jirrikonċilja l-protezzjoni futura tal-kosta Spanjola mat-tkabbir ekonomiku, u b'hekk jipprovdi ċertezza legali akbar lis-sidien tal-proprjetà; iħeġġeġ lill-Gvern Spanjol sabiex jassigura l-interessi ta' dawk li jkunu akkwistaw proprjetà b’bona fide u ta' dawk il-komunitajiet li dejjem għexu f'koeżistenza sostenibbli mal-baħar; b'mod partikolari iħeġġiġhom jindirizzaw il-kwistjoni speċifika tal-applikazzjoni tal-liġi, sabiex din ma tħeġġiġx deċiżjonijiet li jkunu arbitrarji, retrospettivi jew asimetriċi, imma minflok tiżgura proċess ġust, dritt ta' appell, kumpens proprju u aċċess għall-informazzjoni;

19.  Ifakkar li l-Parlament stabbilixxa li l-Ley de Costas kellha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali tal-proprjetà filwaqt li fl-istess ħin ma kellhiex impatt biżżejjed fuq dawk li tassew qegħdin jeqirdu l-kosta, li f’ħafna ċirkostanzi kienu responsabbli għal żvilupp urban eċċessiv tul il-kosti, iħeġġeġ lill-Gvern Spanjol jiżgura li dawk li l-azzjonijiet qarrieqa tagħhom poġġew għadd ta' ċittadini tal-UE f'sitwazzjoni intollerabbli permezz tat-telf jew tar-riskju ta' telf ta' djarhom, jiġu persegwiti kif xieraq u jintalbu jħallsu għall-ħsara li kkawżaw(5);

20.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li d-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali tiġi msaħħa billi jkunu provduti parametri aktar ċari fir-rigward tal-indipendenza tal-istudju esperti, limiti tal-UE komuni, perjodu massimu għall-proċess, l-inklużjoni ta’ konsultazzjani pubblika effettiva, ir-rekwiżit li jkunu ġustifikati d-deċiżjonijiet, il-valutazzjoni obbligatorja ta’ alternattivi raġonevoli u mekkaniżmu għall-kontroll tal-kwalità;

21.  Barra minn hekk, jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva tal-Habitats u tal-Għasafar min-naħa tal-Istati Membri kif ukoll li it-traspożizzjoni u l-applikazzjoni aħjar tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-dritt taċ-cittadini tal-Unjoni u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri;

22.  Ifakkar in-numru kbir ta’ petizzjonanti, li bl-ilmenti individwali tagħhom jindirizzaw lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fir-rigward tas-settur Ġermaniż għaż-żgħażagħ u l-familja b'mod ġenerali, u l-uffiċċji Ġermaniżi għall-benesseri taż-żgħażagħ b’mod partikolari, u jafferma d-determinazzjoni tal-Kumitat, biex fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tiegħu u tal-Unjoni Ewropea, jingħata kontribut kostruttiv għall-kjarifika tal-ilmenti bejn il-petizzjonanti u l-awtoritajiet; jinnota li f’dan ir-rigward, ma jistax jintervjeni fil-proċeduri interni awtonomi tal-amministrazzjoni tal-Istati Membri;

23.  Huwa deċiż li l-proċedura tal-petizzjonijiet għandha tiġi organizzata b’mod iktar effiċjenti, trasparenti, imparzjali u b’mod li jiġu rrispettati d-drittijiet parteċipatorji tal-membri tal-PETI b’tali mod, li t-trattament tal-petizzjonijiet ikun jista’ jiflaħ għar-reviżjonijiet ġudizzjarji anke fil-passi proċedurali;

24.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-kontinwità fl-ipproċessar tal-petizzjonijiet għandha tingħata wkoll għall-perjodi differenti tal-leġiżlaturi u għall-bidla tal-persunal li tirriżulta minħabba f’hekk;

25.  Jikkunsidra l-parteċipazzjoni tal-membri tal-Parlament fil-missjonijiet għal ġbir ta’ informazzjoni mhux biss bħala dritt ta’ involviment parlamentari, iżda wkoll bħala obbligu lejn il-petizzjonanti;

26.  Jitlob, li sabiex tittejjeb il-ħidma tal-Kumitat, issir proċedura skont il-missjonijiet għal ġbir ta’ informazzjoni li, fuq naħa waħda, tiżgura d-dritt li l-membri kollha tal-missjoni għal ġbir ta’ informazzjoni jippreżentaw il-fatti skont il-fehma tagħhom, u fuq in-naħa l-oħra, tiżgura li l-Membri kollha tal-Kumitat ikollhom l-opportunità li jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-konklużjonijiet li jittieħdu mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

27.  Jenfasizza li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, minbarra istituzzjonijiet u faċilitajiet oħra, bħall-kumitati ta’ inkjesta, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropea u l-Ombudsman Ewropew, għandu jkollu rwol indipendenti u ddefinit b’mod ċar bħala l-punt ta’ kuntatt għal kull ċittadin individwali;

28.  Jitlob biex il-Konferenza tal-Presidenti tikkunsidra kemm titqies xierqa emenda tar-Regoli ta’ Proċedura sabiex jiġu implimentati dawn ir-rekwiżiti formali għall-proċedura tal-petizzjonijiet;

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-kumitati għall-petizzjonijiet tagħhom u lill-ombudsmen tagħhom jew lil entitajiet simili kompetenti.

(1) Regolament (UE) Nru. 211/2011 (ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1).
(2) Id-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent ( ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1)
(3) Id-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (ĠU L 312, 22.11.2008., p. 3)
(4) Rapport tal-2012 dwar iċ-ċittadinanza tal-UE – Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE (COM(2010)0603).
(5) Ara r-riżoluzzjoni tas-26 ta' Marzu 2009, premessa Q u paragrafu 17 (ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 189.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza