Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan miltiannwali għall-istokk tas-salamun tal-Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk (COM(2011)0470 – C7-0220/2011 – 2011/0206(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0470),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0220/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Jannar 2012(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0239/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha sustanzjalment jew tibdilha b’test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb li jiġi adottat r-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-istokk tas-salamun tal-Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, partikolarment l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbgħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),
Billi:
(1) Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Salamun, adottat permezz tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar is-Sajd fil-Baħar Baltiku fl-1997, skada fl-2010. Il-partijiet kontraenti għall-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent Marin fil-Baħar Baltiku (HELCOM) ħeġġew lill-Unjoni sabiex tiżviluppa pjan fit-tul għall-ġestjoni tas-salamun tal-Baltiku.
(2) Il-parir xjentifiku riċenti tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd (STECF) jisħaq li ċerti stokkijiet tas-salamun tax-xmajjar tal-Baltiku jaqgħu barra mil-limiti bijoloġiċi sikuri u li għandu jiġi żviluppat pjan multiannwali fuq livell Ewropew.
(3) Skont l-Artikolu 3(1)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni għandha l-kompetenza esklussiva għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar taħt il-politika tas-sajd komuni. Peress li s-salamun huwa speċi anadroma, il-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-baħar tas-salamun tal-Baltiku ma tistax tinkiseb jekk ma jittieħdux miżuri sabiex ikunu mħarsa dawn l-istokkijiet matul il-ħajja tagħhom fix-xmara. Ghaldaqstant, dawn il-miżuri huma koperti wkoll bil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni sabiex jiżguraw il-konservazzjoni effettiva tal-ispeċijiet tal-baħar matul iċ-ċiklu migratorju kollu tagħhom u għandhom jiġu indirizzati fil-pjan multiannwali.
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa(4) telenka s-salamun bħala speċi ta’ interess għall-Unjoni u l-miżuri meħuda għandhom jitfasslu skont dik id-Direttiva sabiex ikun żgurat li l-isfruttar tagħhom ikun kompatibbli ma’ status favorevoli ta’ konservazzjoni. Għalhekk hemm il-ħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-miżuri biex ikun protett is-salamun li jittieħdu skont dan ir-Regolament ikunu konsistenti ma’ dawk meħuda skont id-Direttiva msemmija u koordinati bejn xulxin. Il-projbizzjoni tas-sajd tal-konz bl-imrejkba huwa wkoll mod importanti kif jittejbu l-istokkijiet tas-salamun, peress li hekk jitnaqqas ir-rimi ta' salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt).[Em 1]
(5) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma(5), hija intenzjonata sabiex tipproteġi, tikkonserva u ttejjeb l-ambjent akkwatiku fejn is-salamun iqatta’ parti miċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. Il-pjan multiannwali għall-istokk tas-salamun tal-Baltiku għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva 2000/60/KE. Il-miżuri meħtieġa diġà f’dik id-Direttiva, bħalma huma l-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara, m’għandhomx ikunu duplikati f’dan ir-Regolament. Huwa meħtieġ, madankollu, li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-konsistenza bejn il-miżuri li jittieħdu skont dan ir-Regolament u dawk meħuda taħt id-Direttiva msemmija għall-ħarsien u t-titjib tal-ħabitat tas-salamun fl-ilmijiet interni.
(6) Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni maqbul waqt il-Laqgħa Għolja Dinjija dwar l-Iżvilupp Sostenibbli f’Johannesburg fl-2002 jiddikjara li l-istokkijiet kummerċjali kollha għandhom jerġgħu jinġiebu għal livelli li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli sal-2015.. L-ICESDan kien rekwiżit ġuridiku skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar sa mill-1994. Il-HELCOM jikkunsidra li, għall-istokkijiet tas-salamun tax-xmajjar tal-Baltiku, dan il-livell jikkorrispondi għal livell ta’ produzzjoni ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) ta’ bejn 60 % u 75 %80 % tal-kapaċità potenzjali ta’ produzzjoni ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal xmajjar differenti tas-salamun selvaġġ. Dan il-parir xjentifiku għandu jikkostitwixxi l-bażi sabiex ikunu stabbiliti l-għanijiet u l-miri tal-pjan multiannwali. [Em 2]
(6a)Il-kapaċità ta’ produzzjoni tas-smolt hija indikatur approssimattiv tal-kundizzjoni tas-saħħa tal-istokk tas-salamun fi kwanunkwe xmara individwali. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti numru ta’ regoli qabel ma jkun possibbli li l-produzzjoni tas-smolt tintuża bħala indikatur. Barra minn hekk, il-livell ta’ produzzjoni tas-smolt huwa affettwat min numru ta’ fatturi li jagħmluha diffiċli tiżola l-korrelazzjoni bejn il-produzzjoni tas-smolt u l-kundizzjoni tas-saħħa tal-istokk tas-salamun. Il-livell ta’ salamun ta’ sess femminili li jirritorna lejn ix-xmajjar għandu għaldaqstant jintuża bħala indikatur sekondarju vijabbli tal-kundizzjoni tas-saħħa tal-istokk tas-salamun. [Em 3]
(7) Il-parir xjentifiku jindika li t-tniġġis ġenetiku tal-istokkijiet tas-salamun tal-Baltiku jista’ jwassal biex tonqos ir-rata ta’ sopravvivenza u l-abbundanza ta’ popolazzjonijiet indiġeni kif ukoll għall-erożjoni tal-kapaċità ġenetika meta tiġi biex taffaċċja mard u kundizzjonijiet ambjentali lokali li qed jinbidlu. Għalhekk, il-preservazzjoni tal-integrità u d-diversità ġenetika tal-istokkijiet tas-salamun tal-Baltiku għandhom rwol importanti ħafna fil-konservazzjoni tagħhom u għandhom jiġu inklużi bħala għan tal-pjan multiannwali.
(8) Ir-rata ta’ mortalità mis-sajd fil-baħar u fix-xmajjar għandha tirriżulta f’daqs ta’ stokk ta’ salamun selvaġġ li jipproduċi r-rendiment massimu sostenibbli skont il-miri u l-perjodi ta’ żmien stabbiliti. Ir-rata ta’ mortalità mis-sajd fil-baħar għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-parir tal-STECF.
(9) Għal implimentazzjoni aktar effettiva tal-pjan u sabiex ikun hemm reazzjoni aktar immirata għall-karatteristiċi speċjali ispeċifiċitajiet ta’ kull stokk tas-salamun tax-xmara, l-Istati Membri kkonċernati għandu jkollhom is-setgħa li jistipulaw il-livell tar-rata ta’ mortalità tas-salamun mis-sajd, il-qbid totali permissibbli u ċerti miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni fix-xmajjar tagħhom skont l-Artikolu 2(1) tat-TFUE.
(10) Meta jadottaw miżuri fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iħarsu l-obbligi internazzjonali tagħhom b’mod sħiħ, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-Artikolu 66 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar(6) li teħtieġ inter alia li l-istat tal-oriġini ta’ stokkijiet anadromi u stati oħra kkonċernati għandhom jikkooperaw rigward il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ dawn l-istokkijiet.
(11) Għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-valutazzjoni perjodika mill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza u l-effikaċja tal-miżuri tal-Istati Membri fuq il-bażi tal-miri u l-għanijiet stabbiliti fil-pjan multiannwali.
(12) Il-parir xjentifiku jiddikjara li l-proċeduri mhux xierqa tal-istokkjar jista’ jkollhom implikazzjonijiet sinifikanti fuq id-diversità ġenetika tal-istokk tas-salamun tal-Baltiku. u li Hemm ukoll riskju li l-għadd kbir ta’ ħut imrobbi li jiġi rilaxxat fil-Baħar Baltiku kull sena jista’ jkun qed jaffettwa l-integrità ġenetika tal-popolazzjonijiet tas-salamun selvaġġ. u għalhekk għandu jitneħħa gradwalment. Għalhekk, il-kundizzjoni tar-riliaxxi għandha tkun stabbilitaGħaldaqstant, l-istokkjar għandu jkun suġġett għal kontrolli aktar stretti. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ksib ta' materjal ġenetiku għat-tnissil u t-trobbija tal-materjal tal-istokkijar tas-salamun, kif ukoll il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-proċeduri tal-istokkjar, għandhom ikunu stabbiliti f'dan il-pjan multiannwali, sabiex jiġi żgurat li l-istokkjar ma jkollux effett ħażin fuq id-diversità ġenetika. [Em 4]
(13) L-istokkjar mill-ġdid dirett tax-xmajjar tas-salamun potenzjali huwa kkunsidrat bħala taħt kundizzjonijiet speċifiċi bħala miżura ta’ konservazzjoni; billi dan joffri l-possibilità li jistabbilixxi mill-ġdid popolazzjonijiet ta’ salamun li jkunu awtosuffiċjenti, dan ikollu effett pożittiv fuq l-għadd ġenerali tas-salamun u fuq is-sajd. Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet li jippermettu b’mod espliċitu l-istokkjar mill-ġdid dirett li jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet biex ikunu eliġibbli għall-finanzjament skont l-Artikolu 38(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd(7).
(14) Madankollu, peress li r-rilaxxi tas-salamun bħalissa jistgħu jkunu obbligatorji f’ċerti Stati Membri, u sabiex l-Istati Membri jingħataw żmien biżżejjed biex jaġġustaw ruħhom għal dawn ir-rekwiżiti, ir-rilaxxi tas-salamun għajr l-istokkjar u l-istokkjar mill-ġdid dirett ma għandhomx ikomplu jiġugħandhom jibqgħu awtorizzati matul perjodu tranżitorju ta’ seba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolamentwara perjodu ta’ għaxar snin jekk, sa tmiem dak il-perjodu, il-produzzjoni ta’ salamun żgħir selvaġġ li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) tkun laħqet it-80% tal-kapaċità potenzjali ta’ produzzjoni tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) fi xmara partikolari. Jekk dik il-mira ma tintlaħaqx, ir-rilaxx tas-salamun għajr l-istokkjar u l-istokkjar mill-ġdid dirett jista’ jkompli jsir għal għaxar snin oħra ladarba l-Istat Membru kkonċernat ikun analizza u neħħa l-kawżi li jkunu wasslu sabiex il-mira ma ntlaħqitx. Huwa possibbli li r-rilaxx tas-salamum huwa fil-preżent mandatorju f’ċerti Stati Membri u jeħtieġ għalhekk li l-Istati Membri jingħataw żmien biex jaġġustaw ruħhom għal dawn ir-rekwiżiti. [Em 5]
(15) Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità mal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati miżuri speċifiċi ta’ kontroll barra dawk previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd(8).
(15a)Bil-għan li jiġi jintlaħaq sajd sostenibbli, il-fiduċja ta' bejn il-partijiet interessati u l-metodi li huma jużaw biex jikkomunikaw ma' xulxin trid tittejjeb. [Em 6]
(16) Għadd sostanzjali ta' bastimenti kostali li jistadu għas-salamun huma inqas minn 10 m fit-tul. Għal din ir-raġuni l-użu ta’ ġurnal ta’ abbord tas-sajd, kif rekwiżit fl-Artikolu 14 u n-notifika minn qabel kif rekwiżit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandhom jiġu estiżi biex ikopru l-bastimenti kummerċjali tas-sajd u l-bastimenti tas-servizz kollha. [Em 7]
(17) Sabiex ikun żgurat li l-qabdiet tas-salamun ma jiġux irrappurtati ħażin bħala trota tal-baħar, u għalhekk jevadu l-kontroll proprju, huwa meħtieġ li l-obbligu biex dawn jissottomettu n-notifiki minn qabel skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jiġi estiż ukoll għall-bastimenti kollha li jkollhom abbord it-trota tal-baħar.
(17a)L-Istati Membri għandhom isaħħu s-sistemi ta’ kontroll u ta’ notifika minn qabel għall-bastimenti rikreattivi li jintużaw għas-sajd bil-qasba u tipi oħra ta’ sajd, bil-għan li jiżguraw sistema sempliċi u effettiva u biex jippromwovu s-sajd sostenibbli.[Em 8]
(17b)Għandu jiġi stabbilit daqs minimu tal-ħut biex jitniżżel l-art fir-rigward tat-trota tal-baħar (Salmo trutta) u s-salamun (Salmo salars), fis-subdiviżjonijiet 22-32 tal-ICES, bħala deroga mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis- Sound(9) l-Anness IV tal-imsemmi Regolament. [Em 9]
(18) Biex ikun hemm data aħjar u aktar xjentifika dwar l-istokk tas-salamun għandu jiġi awtorizzat l-elettrosajd.
(19) Il-parir xjentifiku reċenti juri li s-sajd rikreattiv għas-salamun fil-baħar għandu impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet tas-salamun, anke jekk id-data disponibbli f’dan ir-rigward mhumiex preċiżi ħafna. B’mod partikolari, is-sajd rikreattiv imwettaq abbord bastimenti mħaddma minn impriżi li joffru s-servizzi tagħhom għall-gwadann jista’ potenzjalment ikun responsabbli għal parti importanti tal-qbid tas-salamun tal-Baltiku. Għalhekk, biex jiġi żgurat li l-pjan multiannwali jaħdem tajjeb, huwa xieraq li jiġu introdotti ċerti miżuri speċifiċi ta’ ġestjoni għall-kontroll ta’ tali attivitajiet ta’ sajd rikreattiv. [Em 10]
(19a)L-istabbiliment ta’ sistemi ta’ rappurtar ibbażati fuq l-Internet fl-Istati Membri jew bejniethom għandu jiġi inkuraġġit u appoġġjat sabiex ir-rappurtar isir jerġa’ eħfef. It-tagħrif dwar qabdiet rappurtati għandu jkun pubblikament disponibbli. Madankollu, iż-żoni tas-sajd speċifiċi tal-qabda m’għandhomx jiġu żvelati, sabiex jiġi evitat li jingħata inċentiv lis-sajjieda li jimmiraw għal din iż-żona tas-sajd speċifika.[Em 11]
(20) Sabiex il-miri stabbiliti f’dan ir-Regolament jinkisbu b’mod effiċjenti u jkunu jistgħu jirreaġixxu b’mod veloċi għall-bidliet fil-kundizzjonijiet tal-istokk, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, kif previst fl-Artikoli 6, 7, 11 u 25 tiegħu. Dawk is-setgħat għandhom jinkludu l-possibbiltà li tiġi emendata r-rata tal-mortalità mis-sajd fil-baħar, li tiġi emendata l-lista tax-xmajjar tas-salamun selvaġġ kif ukoll ċertu informazzjoni teknika inkluża fl-Annessi għal dan ir-Regolament u li jiġu adottati miżuri għall-istokkijiet tax-xmajjar tal-Baltiku, meta l-miżuri tal-Istati Membri taħt is-setgħa msemmija fil-premessa 9 ma jiġux adottati jew inkella jkunu kkunsidrati bħala mhux effettivi.
(20a)Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri amministrattivi u l-passi kriminali meħtieġa biex jindirizzaw b’mod organizzat u deċiżiv il-kwestjoni tas-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat.[Em 12]
(21) Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasżmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
1. Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-istokkjar tas-salamun stabbiliti fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni(10).
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan multiannwali għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tas-salamun tal-Baltiku (“il-pjan”).
Artikolu 2
L-ambitu
Il-pjan għandu japplika għal sajd: (a) kummerċjali u sajd rikreattiv fil-Baħar Baltiku u fix-xmajjar magħqudin miegħu fit-territorju tal-Istati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”). [Em 13]
(b)
sajd rikreattiv għas-salamun fil-Baħar Baltiku fejn tali sajd jitwettaq permezz ta’ bastimenti tas-servizz. [Em 14]
Artikolu 3
Id-definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 3 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd(11), l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandhom japplikaw.
2. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
(a)
“il-Baħar Baltiku” tfisser is-Subdiviżjonijiet tal-ICES 22-32;
(b)
“xmajjar tal-Baltiku” tfisser ix-xmajjar magħqudin mal-Baħar Baltiku li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri;
(c)
“stokk tas-salamun tal-Baltiku” tfisser l-istokkijiet kollha tas-salamun fil-Baħar Baltiku u fix-xmajjar tal-Baltiku, kemm selvaġġi kif ukoll dawk imrobbija;
(d)
“xmara tas-salamun selvaġġ” tfisser xmara b’popolazzjonijiet ta’ salamun selvaġġ awtosuffiċjenti mingħajr ebda rilaxxi jew b’rilaxxi limitati ta’ salamun imrobbi kif elenkat fl-Anness I;
(e)
“xmara tas-salamun potenzjali” tfisser xmara b’popolazzjoni(jiet) storika/storiċi ta’ salamun selvaġġ fejn attwalment m’hemm ebda riproduzzjoni naturali, jew biss ftit, u b'potenzjal biex tiġi stabbilita mill-ġdid popolazzjoni tas-salamun selvaġġ awtosuffiċjenti;
(f)
“kapaċità potenzjoni ta’ produzzjoni ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt)” tfisser il-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ salamun żgħir kalkulat għal kull xmara abbażi ta’ paramenti speċifiċi rilevanti tax-xmara;
(g)
“miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni” tfisser miżuri li jirregolaw il-kompożizzjoni tal-ispeċi, il-kompożizzjoni u d-daqs tal-qabdiet u kif ukoll l-impatti fuq il-komponenti tal-ekosistemi li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ sajd, billi jiġu kkundizzjonati l-użu u l-istruttura tal-irkaptu tas-sajd kif ukoll ir-restrizzjonijiet ta’ aċċess għaż-żoni tas-sajd;
(h)
“stokkjar” tfisser ir-rilaxx intenzjonat ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) jew ta’ salamun imrobbi li jkun għadu fi stadji tal-ħajja bikrin fix-xmajjar tas-salamun selvaġġ;
(ha)
“sajd rikreattiv” tfisser, minkejja Artikolu 4(28) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, suriet ta’ sajd li mhumiex kummerċjali li jutilizzaw kwalunkwe tip ta’ bastiment tas-sajd u rkaptu tas-sajd għal finijiet kemm kummerċjali u kemm mhumiex;[Em 15]
(i)
“stokkjar mill-ġdid dirett” tfisser ir-rilaxx ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) jew ta’ salamun imrobbi fi stadji tal-ħajja bikrin fi xmajjar potenzjali tas-salamun;
(j)
“bastiment tas-servizz” tfisser bastiment, li jitħaddem minn impriża li toffri servizzi, inkluż dawk li jipprovdu tagħmir tas-sajd, trasport u/jew gwida, għall-finijiet ta’ sajd rikreattiv fil-Baħar Baltiku u li jkollu fil-mira tiegħu s-salamun;
(k)
“qabdiet totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità ta’ salamun tal-Baltiku li tista’ tittieħed u tinħatt l-art mill-istokk kull sena.
KAPITOLU II
GĦANIJIET
Artikolu 4
L-għanijiet
Il-pjan għandu jkollu l-għan li jiżgura li:
a)
l-istokk tas-salamun tal-Baltiku jiġi sfruttat b’mod sostenibbli skont il-prinċipju tar-rendiment massimu sostenibbli;
b)
l-integrità u d-diversità ġenetika tal-istokk tas-salamun tal-Baltiku tiġi salvagwardjata.
1. Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li jkunu laħqu l-50% tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sa ...(12), il-produzzjoni tas-salamun żgħir selvaġġ li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandha tilħaq il-75 %it-80% tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal kull xmara sa ...(13)*.[Em 16]
2. Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li ma jkunux laħqu il-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sa ...(14), il-produzzjoni tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) selvaġġ għandha tilħaq il-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal kull xmara sa ...(15)* u 80 % sa ...(16)**75 . [Em 17]
3. Wara għaxar snin...***, il-produzzjoni tas-salamun żgħir selvaġġ li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandha tinżamm f’livell ta’ mill-inqas 75 %80 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) f’kull xmara tas-salamun selvaġġ. [Em 18]
4. L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jistabbilixxu, għal kull xmara tas-salamun selvaġġ, miri oħra aktar stretti, , bħalma huma dawk ibbażati fuq il-għadd ta’ ħut li jferragħ li jerġa’ lura. [Em 19].
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu u jippubblikaw rapporti bid-data tas-salamun ta’ sess femminili li jerġa’ lura lejn ix-xmajjar tagħom. [Em 20]
2. Ir-rata ta’ mortalità mis-sajd għall-istokkijiet tas-salamun fix-xmajjar tas-salamun selvaġġ għandha tkun speċifikata minn kull Stat Membru skont il-miri stipulati fl-Artikolu 5 u l-opinjonijiet esperti mis-STECF u l-ICES u għandha tiġi rivalutata regolarment minn dawk l-entitajiet meta tkun disponibbli aktar data jew jinbidlu l-karatteristiċi tax-xmara. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kapaċità potenzjali ta’ produzzjoni tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) kif ikkalkulat għal kull xmara mill-ICES abbażi ta’ parametri speċifiċi rilevanti tax-xmara u rivalutata regolarment minn dik l-entità meta tkun disponibbli aktar informazzjoni jew meta jinbidlu l-karatteristiċi tax-xmara.
3. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jippubblikaw ir-rata tal-mortalità mis-sajd fix-xmajjar tas-salamun selvaġġ u t-TAC għas-salamun korrispondenti fuq il-parti aċċessibbli għall-pubbliku tal-websajt uffiċjali tagħhom stabbilita skont l-Artikolu 114 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 sa ...(17) u dawn għandhom jiġu riveduti kull sena.
4. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull tliet snin il-kompattibbiltàsena l-kompattibbiltà u l-effikaċja tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu abbażi tal-għanijiet u l-miri stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5. [Em 21]
5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tispeċifika miżuri dwar ir-rata tal-mortalità mis-sajd u/jew it-TAC korrispondenti fix-xmajjar tas-salamun selvaġġ u/jew l-għeluq tas-sajd ikkonċernat, jekk l-Istati Membri kkonċernati ma jippubblikawx miżuri bħal dawn skont il-paragrafi 1, 2 u 3 sal-iskadenzi stipulati wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tispeċifika miżuri dwar ir-rata ta’ mortalità mis-sajd u/jew it-TAC korrispondenti fix-xmajjar tas-salamun selvaġġ u/jew l-għeluq tas-sajd ikkonċernat, jekk, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 4, il-miżuri adottati mill-Istati Membri ma jitqisux kompatibbli mal-għanijiet u l-miri stipulati fl-Artikoli 4 u 5 jew jitqiesu li m'humiex xierqa għall-ilħiq ta' dawk l-għanijiet u miri.
7. Il-miżuri adottati mill-Kummissjoni għandhom jimmiraw lejn l-iżgurar li l-għanijiet u l-miri stipulati fl-Artikoli 4 u 5 jintlaħqu. Hekk kif jiġi adottat l-att delegat mill-Kummissjoni, il-miżuri tal-Istat Membru għandhom jieqfu japplikaw.
Artikolu 7
Id-determinazzjoni tat-TAC għall-baħar
1. It-TAC annwali għall-istokkijiet tas-salamun li jgħix fil-baħar m’għandhiex taqbeż il-livell li jikkorrispondi għar-rata tal-mortalità mis-sajd ta’ 0,1.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 26, biex temenda l-valur tar-rata ta’ mortalità mis-sajd għall-baħar imsemmija fil-paragrafu 1 meta jkun hemm indikazzjonijiet ċari li l-kundizzjonijiet tal-istokk ikunu nbidlu u/jew li r-rata ta’ mortalità mis-sajd eżistenti ma tkunx xierqa biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4.
3. F’każ ta’ tfaqqigħ ta’ mard għall-għarrieda, ta’ rati ta’ sopravvivenza li jkunu kritikament baxxi wara l-fażi żagħżugħa jew ta’ xi żviluppi oħra mhux previsti, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi dwar TAC li tkun aktar baxxa mit-TAC li tista’ tirriżulta mir-rata ta’ mortalità mis-sajd imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 8
L-użu tal-kwota nazzjonali fis-sajd rikreattivmill-bastimenti tas-servizzfil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ sajd rikreattiv[Em 22]
Is-salamun li jinqabad mill-baħar permezz ta’ bastimenti tas-servizzf’attivitajiet ta’ sajd rikreattiv u minn żoni ta' sajd max-xtajta rikreattiv u sajd tax-xmajjar rikreattiv għandu jingħadd mal-kwota nazzjonali. [Em 23]
KAPITOLU IVA
DAQS MINIMU TAS-SALAMUN U T-TROTA TAL-BAHAR BIEX JITNIZZEL L-ART
Artikolu 8a
Bħala deroga mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005, id-daqs minimu tas-salamun biex jitniżżel l-art għandu jkun ta’ 60 cm u d-daqs minimu tat-trota tal-baħar biex jitniżżel l-art għandu jkun ta’ 50 cm, f’kull waħda mis-subdiviżjonijiet tal-ICES imsemmija fl-Artikolu 3(2)(a).[Em 26]
KAPITOLU V
MIŻURI TEKNIĊI TA’ KONSERVAZZJONI
Artikolu 9
Il-miżuri tal-Istati Membri biex jipproteġu stokkijiet dgħajfa tas-salamun fix-xmajjar
1. Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li ma jkunux laħqu l-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sal-mument li fih jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament sa ...(18) l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxusa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni, iżommu u, jekk meħtieġ, itejbu l-miżuri tekniċi nazzjonali eżistenti ta' konservazzjoni sa ...(19)*.[Em 24]
2. Il-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti speċifiċi tax-xmara biex dawn jikkontribwixxu b’mod adegwat ħalli jinkisbu l-għanijiet u l-miri stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5. Il-lokazzjoni ta’ dawn il-miżuri għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli dwar ir-rotot ta’ migrazzjoni tas-salamun fil-baħar.
Artikolu 10
Il-miżuri biex ikunu protetti stokkijiet oħra tas-salamun fix-xmajjar
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni nazzjonali fix-xmajjar tal-Baltiku tagħhom għall-istokkijiet tas-salamun tax-xmajjar li ma jkunux koperti bl-Artikolu 9. Dawk il-miżuri għandhom jikkontribwixxu sabiex jinkisbu l-għanijiet u l-miri stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.
Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-linji gwida tal-għajnuna mill-Istat bil-ħsieb li tagħmilha eħfef li l-Istati Membri jikkumpensaw għall-ħsara kkawżata mill-foki u l-marguni. [Em 25]
Artikolu 11
Il-miżuri tal-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull tliet snin il-kompattibbiltàsena l-kompattibbiltà u l-effikaċja tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikoli 9 u 10, b’mod partikolari fejn ix-xmajjar tas-salamun selvaġġ jgħaddu minn diversi Stati Membri, abbażi tal-miri u l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5. [Em 27]
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistipula dawk il-miżuri tekniċi ta' konservazzjoni kif meħtieġ, jekk l-Istati Membri kkonċernati ma jadottawx miżuri bħal dawn skont l-Artikolu 9 fiż-żmien ta' skadenza stipulata wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistipula dawk il-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni kif meħtieġ, jekk, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1, il-miżuri tal-Istat Membru ma jitqisux kompatibbli mal-għanijiet u l-miri stipulati fl-Artikoli 4 u 5 jitqiesu li m'humiex xierqa għall-ilħiq ta' dawn l-għanijiet u miri.
4. Il-miżuri adottati mill-Kummissjoni għandhom jimmiraw lejn l-iżgurar li l-għanijiet u l-miri stipulati fl-Artikoli 4 u 5 jintlaħqu. Hekk kif jiġi adottat l-att delegat mill-Kummissjoni, il-miżuri tal-Istat Membru għandhom jieqfu japplikaw.
KAPITOLU VI
RILAXXI
Artikolu 12
L-istokkjar
1. L-istokkjar tas-salamun jista’ jsir biss fi xmaraxmajjar tas-salamun selvaġġ. L-għadd ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) li jiġi rilaxxat m’għandux jaqbeż il-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali stmata tas-salamun żgħir tax-xmara.meta dan ikun meħtieġ biex tiġi pprevenuta l-qerda kompleta tal-istokk lokali. [Em 28]
2. L-istokkjar għandu jsir b’tali mod li tiġi salvagwardjata d-diversità ġenetika ġenetika u l-varjabilità tal-istokkijiet differenti tas-salamun tax-xmajjar, filwaqt li jkunu kkunsidrati il-komunitajiet eżistenti ta’ ħut fix-xmara stokkjata u fix-xmajjar fil-qrib filwaqt li jittieħed il-massimu tal-effett tal-istokkjar. Is-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandu jiġi mill-eqreb xmara ta' salamun selvaġġ possibbli.[Em 29]
2a.Is-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) li jkun maħsub għall-istokkjar għandu jiġi mmarkat billi l-ġwienaħ imxaħħmin tiegħu jiġu kklippjati. [Em 30]
3. Il-Kummissjoni tista’għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sa ...(20), biex tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġubilli timplimenta atti adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 28(2). [Em 31]
Artikolu 13
L-istokkjar mill-ġdid dirett
L-istokkjar mill-ġdid dirett tax-xmajjar tas-salamun potenzjali għandu jsir biss, sakemm:
(a)
ix-xmara jkollhajew it-tributarji tagħha jkollhom passaġġi tal-ilma migratorji ħielsa, kwalità ta’ ilma xierqa u ħabitat adattat għall-produzzjoni u t-tkabbir tas-salamun; [Em 32]
(b)
l-għan tal-istokkjar mill-ġdid dirett ikun li tiġi stabbilita jew imtejba popolazzjoni ta’ salamun selvaġġ li tkun awtosuffiċjenti u vijabbli;
(c)
ikun hemm fis-seħħ programm ta’ sorveljanza għal qabel u wara r-rilaxx b’valutazzjoni;
(d)
ikun hemm fis-seħħ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adattati u adegwati ħalli jiġi ffaċilitat l-istabbiliment mill-ġdid ta’ popolazzjoni awtosuffiċjenti ta’ salamun fix-xmara;
(da)
l-istokkjar għandu jsir b’tali mod li jsalvagwardja d-diversità ġenetika tal-istokkijiet differenti tas-salamun tax-xmajjar, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-komunitajiet eżistenti ta’ ħut fix-xmara stokkjata u fix-xmajjar fil-qrib, filwaqt li jiġi mmassimizzat l-effett tal-istokkjar;[Em 34]
(db)
is-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) li jkun maħsub għall-istokkjar għandu jiġi mmarkat billi l-ġwienaħ imxaħħmin tiegħu jiġu kklippjati.[Em 35]
Il-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas għandu jkun il-prinċipju gwida fir-riabilitazzjoni tal-passaġġi tal-ilma. L-istokkjar mill-ġdid dirett skont il-paragrafu 1 għandu jiġi kkunsidrat ukoll bħala miżura ta’ konservazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006. [Em 36]
Artikolu 13a
Oriġini tal-ħut matur u tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt)
Il-ħut matur u s-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandhom joriġinaw mill-istess xmara tas-salamun selvaġġ jekk ikun possibbli, jew jekk dan mhuwiex possibbli, mill-eqreb baċin ta’ xmara tas-salamun selvaġġ possibbli. [Em 33]
Artikolu 14
Il-perjodu tranżitorju
Ir-rilaxxi tas-salamun għajr dawk magħmula skont l-Artikoli 12 u 13 jistgħu jissuktaw 7 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. sa ...(21)u għandhom jiġu vvalutati b’attenzjoni. Għat tmiem gradwali għandu jintuża aproċċ li jqis kull xmara individwalment. Dan għandu jiġi amministrat mill-aġenziji lokali, reġjonali u/jew nazzjonali tal-Istati Membri u għandu jinvolvi wkoll il-partijiet interessati lokali u jagħmel użu mill-kompetenza tagħhom fir-rigward tar-ristawr tal-ħabitat u ta’ miżuri oħra. Id-deċiżjonijiet nazzjonali legalment vinkolanti dwar l-użu ta’ rikorsi ekonomiċi użati attwalment għall-istokkjar mill-ġdid, għandhom jiġu diretti mill-ġdid biex jappoġġjaw lis-sajjieda li potenzjalment jintlaqtu ħażin mill-effetti negattivi ta’ tmiem gradwali.[Em 37]
KAPITOLU VII
KONTROLL U INFURZAR
Artikolu 15
Ir-relazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009
Il-miżuri ta’ kontroll previsti f’dan il-Kapitolu għandhom japplikaw ma’ dawk preskritti fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, ħlief fejn previst mod ieħor fl-Artikoli ta’ dan il-Kapitolu.
Barra minn hekk, l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, kif ukoll l-Artikoli 64 u 65 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009(22), għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-sajd rikreattiv kollu tas-salamun fil-Baħar Baltiku. [Em 38]
Artikolu 16
Il-ġurnali ta’ abbord
B’deroga mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ta’ kwalunkwe tul li jkollhom permess tas-sajd għas-salamun, kif ukoll il-kaptani ta' bastimenti tas-servizz użati għal sajd bil-qasba jew għal tipi oħra ta' sajd, għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord għall-operazzjonijiet kollha tagħhom skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. [Em 39]
Artikolu 17
Notifiki minn qabel
B’deroga mis-sentenza introduttorja tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ta’ kwalunkwe tul kif ukoll tal-bastimenti tas-servizz, li jkollhom abbord salamun u/jew trota tal-baħar għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, immedjatament wara t-tlestija tal-operazzjoni tas-sajd, bl-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. [Em 40]
Artikolu 18
L-awtorizzazzjonijiet għall-attività speċjali
1. Il-bastimenti tas-servizz għandu jkollhom awtorizzazzjoni għal attività speċjali għas-sajd tas-salamun, maħruġa skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinkludu l-awtorizzazzjonijiet ta’ attività speċjali fl-elenku tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd li hemm fid-databejż elettronika stabbilita skont l-Artikolu 116(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Barra minn hekk, dawn għandhom jinkludu d-data dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attività speċjali fis-sistema ta’ validazzjoni kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 19
Id-dikjarazzjoniId-dikjarazzjonijiet tal-qbid għall- attivitajiet ta’ sajd rikreattiv.[Em 41]
1. Il-kaptan tal-bastiment tas-servizz għandu jimlaIt-tipi kollha ta’ attivitajiet ta’ sajd rikreattiv għandhom jimlew dikjarazzjoni tal-qbid skont l-Anness III u jippreżentahajirrapportaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-servizz sal-aħħar jum ta’ kull xahar. [Em 42]
2. Sal-ħmistax-il jum ta’ kull xahar l-Istati Membri kkonċernati għandhom jirreġistraw l-informazzjoni rreġistrata fid-dikjarazzjonijiet tal-qbid għax-xahar ta’ qabel fid-databejż elettronika tagħhom stabbilita skont l-Artikolu 116(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 kif ukoll fis-sistema ta’ validazzjoni kompjuterizzata tagħhom imsemmija fl-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Id-data elettronika u d-dikjarazzjonijiet tal-qbid għandhom jinżammu għal perjodu ta’ 3 snin.
Artikolu 20
L-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni rreġistrata fid-dikjarazzjonijiet tal-qbid permezz ta’ spezzjonijiet tal-ħatt l-art. Dawn l-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art għandhom ikopru spezzjoni ta’ mill-inqas 10 %20 % tal-għadd totali tal-ħatt l-art li jsir. L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għandha twettaq kontrolli effettivi u għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu spezzjonijiet aktar iffukati u b’miri speċifiċi fiż-żoni fejn huwa ssuspettat jew fejn ġie rrappurtat li qed isir sajd IUU.[Em 43]
Artikolu 20a
Kontroll tas-sajd rikreattiv
L-arranġamenti għall-kontroll tal-attivitajiet ta’ sajd rikreattiv għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu msejsa b'mod partikolari fuq l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fuq l-Artikoli 64 u 65 tar-Regolament (UE) Nru 404/2011. [Em 44]
Artikolu 21
Il-programmi ta’ azzjoni ta’ kontroll nazzjonali
Il-programmi ta’ azzjoni ta’ kontroll nazzjonali kif preskritti fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandhom jinkludu wkoll bħala minimu:
(a)
l-applikazzjoni tal-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni stabbiliti skont il-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament;
(b)
il-konformità mar-regoli dwar l-użu tal-kwoti, l-awtorizzazzjoni għall-attività u d-dikjarazzjoni tal-qbid mill-bastimenti tas-servizz, u sajd rikreattiv li juża kull tip ta' rkaptu; [Em 45]
(c)
il-monitoraġġ tar-regoli dwar l-istokkjar u l-istokkjar dirett mill-ġdid.
KAPITOLU VIII
ĠBIR TAD-DATA
Artikolu 22
Għall-finijiet tal-ġbir tad-data kull grupp ta’ salamun żgħir fix-xmajjar kollha tas-salamun selvaġġ jista’ jiġi mistħarreġ permezz tal-elettrosajd qabel ma jgħaddi mill-ilma ħelu għall-ilma baħar (smoltification).
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw kundizzjonijiet dettaljati għat-tmexxija tal-attività ta’ elettrosajd abbażi tat-tagħrif xjentifiku l-aktar reċenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).[Em 46]
Artikolu 22a
Sa mhux aktar tard minn ...(23), il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-riżultati tal-istudji xjentifiċi li jkunu saru dwar l-impatt tal-predaturi, b'mod partikolari l-foki u l-marguni, fuq l-istokkijiet tas-salamun tal-Baltiku. Fuq il-bażi ta' dawk l-istudji il-Kummissjoni għandha tfassal pjan ta’ ġestjoni tal-popolazzjonijiet tal-predaturi li jkollhom impatt fuq l-istokkijiet tas-salamun tal-Baltiku, liema pjan għandu jidħol fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-2016.[Em 47]
Artikolu 22b
Sa mhux aktar tard minn ...(24), il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-riżultati tar-riċerka xjentifika li tkun twettqet fir-rigward tar-rimi u l-qabdiet inċidentali tas-salamun fl-attivitajiet tas-sajd kollha tal-Baħar Baltiku kkonċernati.[Em 48]
KAPITOLU IX
SEGWITU
Artikolu 23
Ir-rappurtar mill-Istati Membri
1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni adottati skont il-Kapitolu V u dwar jekk laħqux l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 fi ...(25)* fit-tielet sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mbagħad kull tliet sninsena wara din id-data. [Em 49]
2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-kisba tal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 5 fl- ...(26)fis- u mbagħad kull sitt snintielet sena. Ir-rapport tal-Istat Membru għandu jipprovdi b’mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:
[Em 50]
a)
l-iżvilupp tas-sajd nazzjonali inkluż is-sehem tal-qabdiet bejn l-ilmijiet lil hinn mill-kosta, l-ilmijiet kostali u x-xmajjar u bejn is-sajjieda kummerċjali, l-impriżi tal-bastimenti tas-servizz u sajjieda oħra dilettanti;
b)
għal kull xmara ta’ salamun selvaġġ, il-produzzjoni ta’ salamun żgħir fl-ewwel sentejn tiegħu fl-ilma ħelu (parr) u s-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) u l-aħjar stima disponibbli tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt);
c)
għal kull stokk ta’ xmara tas-salamun selvaġġ, l-informazzjoni ġenetika disponibbli;
d)
l-attività tal-istokkjar u l-istokkjar mill-ġdid dirett tas-salamun;
e)
l-implimentazzjoni tal-programm ta’ azzjoni ta’ kontroll nazzjonali msemmi fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 24
L-evalwazzjoni tal-pjan
Il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rappurtar mill-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament u abbażi tal-parir xjentifiku, tivvaluta l-impatt tal-miżuri ta’ ġestjoni fuq l-istokk tas-salamun tal-Baltiku kif ukoll fuq is-sajd li jisfrutta dak l-istokk fis-sena ta’ wara li fiha din tirċievi r-rapport mill-Istati Membri.
KAPITOLU X
EMENDI GĦALL-ANNESSI
Artikolu 25
L-emendi għall-Annessi
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 26, biex temenda l-lista ta’ xmajjar tas-salamun selvaġġ elenkati fl-Anness I sabiex iżżommha aġġornata ma’ informazzjoni xjentifika reċenti.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 26, biex temenda l-Annessi II u III sabiex tiżgura li l-kontroll ikun effettiv.
KAPITOLU XI
DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI
Artikolu 26
L-eżerċizzju tal-poteri delegati
1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħat li jiġu adottati atti delegati kif imsemmi fl-Artikoli 6, 7, 11 u 25 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6, 7, 11 u 25 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif din tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 6, 7, 11 u 25 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu nfurmaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 27
Ir-revoka tal-għoti tas-setgħa
Meta Stat Membru kkonċernatl-Istati Membri kkonċernati ma jistabbilixxixjistabbilixxux jew ma jippubblikax,jippubblikawx sad-data ta’ skadenza stabbilita, il-miżuri stipulati fl-Artikoli 6 jew 11, jew fejn miżuri bħal dawn jitqiesu bħala mhux adegwati u/jew mhux effettivi wara l-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 6(4) u 11(1), l-għoti tas-setgħa lill-Istat Membru kkonċernat imsemmija fl-Artikoli 6 jew 11 għandha tiġi rrevokata mill-Kummissjoni. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropeajew f’data aktar tard speċifikata fiha. [Em 51]
Artikolu 28
Il-proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit bl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
KAPITOLU XII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 29
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika minn … .
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
3. Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn meħtieġ, l-ispeċi, iż-żona u l-irkaptu tas-sajd:
ANNESS III
DIKJARAZZJONIJIET TAL-QBID
Kull Stat Membru kkonċernat għandu joħroġ formola uffiċjali li trid timtela bħala dikjarazzjoni tal-qbid għall-bastimenti tas-servizz tiegħu. Din il-formola għandu jkollha, bħala minimu, l-informazzjoni li ġejja:
(a)
In-numru ta’ referenza tal-awtorizzazzjoni tal-attività speċjali maħruġa skont l-Artikolu 18;
(b)
L-isem tal-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-awtorizzazzjoni tal-attività speċjali maħruġa skont l-Artikolu 18;
(c)
L-isem u l-firma tal-kaptan tal-bastiment tas-servizz;
(d)
Id-data u l-ħin tat-tluq u l-wasla lejn il-port u t-tul ta' żmien tal-vjaġġ tas-sajd;
(e)
Il-post u l-ħin tal-ħatt l-art skont il-vjaġġi tas-sajd;
(f)
L-irkaptu użat mill-operazzjonijiet tas-sajd;
(g)
Il-kwantitajiet ta’ ħut li nħatt l-art skont l-ispeċi u l-vjaġġ tas-sajd;
(h)
Il-kwantitajiet ta’ ħut skartat skont l-ispeċi u l-vjaġġ tas-sajd;
(i)
Iż-żoni tal-qbid skont il-vjaġġ tas-sajd espressi bħala rettangoli statistiċi tal-ICES.
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat ta’ adozzjoni ta’ atti delegati għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (COM(2011)0349 – C7-0162/2011 – 2011/0153(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0349),
– having regard to Artikolu 294(2) wara li kkunsidra l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0162/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0096/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' November 2012 bil-ħsieb li jiġi adottat r-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat ta’ adozzjoni ta’ atti delegati u setgħat ta' implimentazzjonigħall-adozzjoni ta' ċerti miżuri [Em. 1]
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(1),
Billi:
(1) Għadd ta' regolamenti bażiċi relatati mal-politika kummerċjali komuni jistipulaw li jridu jiġu adottati atti fuq il-bażi tal-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(2).
(2) Eżami tal-atti leġiżlattivi fis-seħħ li mhumiex adatti għall-proċedura regolatorja bi skrutinju qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona huwa neċessarju sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet introdotti minn dak it-Trattat. Huwa xieraq, f'ċerti każijiet, li atti tali jiġu emendati sabiex jingħataw setgħat iddelegati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Huwa xieraq ukoll, f'ċerti każijiet, li jiġu applikati ċerti proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni(3).[Em.2]
(3) Ir-regolamenti li ġejjin għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan:
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi(4),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' terzi pajjiżi mhux koperti minn ftehim bilaterali, Protokoll jew arranġamenti oħra, jew minn regoli ta' l-importazzjoni speċifika tal-Komunità(5),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 tas-26 ta’ Mejju 2003 biex jevita diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini prinċipali(6),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta’ April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika(7),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa(8),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika(9),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 980/2005 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE(10),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007(11),[Em.3]
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1340/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakistan(12),
–
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu(13).[Em.4]
(4) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li l-proċeduri għall-adozzjoni ta' miżuri li nbdew iżda ma tlestewx qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma jiġux affettwati minn dan ir-Regolament,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolamenti elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament qegħdin b'dan jiġu adattati, skont l-Anness, għall-Artikolu 290 tat-TFUE jew għad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.[Em.5]
Artikolu 2
Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti msemmija fl-Anness għandhom jinftiehmu li huma magħmula għal dawk id-dispożizzjonijiet kif emendati b'dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-proċeduri għall-adozzjoni ta' miżuri previsti fir-Regolamenti msemmija fl-Anness li nbdew iżda ma tlestewx qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
ANNESS
Il-lista ta' Regolamenti li jaqgħu fl-ambitu tal-politika kummerċjali komuni u adattati għall-Artikolu 290 tat-TFUE jew għad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
1.Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi(14)
Fir-rigward tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, sabiex jiġi żgurat li t-tħaddim xieraq tas-sistema għall-ġestjoni tal-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tessili, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-bidliet neċessarji għall-annessi ma' dak ir-Regolament. Barra minn hekk, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 3030/93 għandu jiġi emendat kif ġej:
-1.Fit-test kollu tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, kwalunkwe referenza għal “Artikolu 17” tinbidel b'“Artikolu 17(2)”.[Em.7]
-1a.Qed jiddaħħlu il-premessi 15a u 15b li ġejjin:"
Billi sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-sistema għall-ġestjoni tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Annessi, l-għoti ta’ opportunitajiet addizzjonali għall-importazzjoni, l-introduzzjoni jew l-adattament ta’ limiti kwantitattivi u l-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja u sistema ta’ sorveljanza skont dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni li jikkonċernaw il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti ddelegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament huwa involut kif xieraq, billi tibbaża ruħha fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti ddelegati mill-Parlament Ewropew;[Em.6]
Billi, sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni*;
* ĠU L 55, 28.2.2011, p.13.
[Em. 8]
1. Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:
6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16a sabiex id-definizzjoni tal-limiti kwantitattivi stipulata fl-Anness V u l-kategoriji tal-prodotti li japplikaw għalihom jkunu adattati fejn ikun hemm bżonn biex jiġi żgurat li kwalunkwe emenda sussegwenti għan-nomenklatura maqgħuda (NM) jew kwalunkwe deċiżjoni li temenda l-klassifika ta' prodotti bħal dawn ma tirriżultax fi tnaqqis għal limiti kwantitattivi bħal dawn.
"
2. Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:"
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16a biex jiġu emendati l-annessi ħalli jirrimedjaw is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jiġu dovutament rispettati t-termini u l-kondizzjonijiet li hemm fil-ftehimiet bilaterali rilevanti.
Meta dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 16b għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.
"
3. L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
L-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:" Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16a biex jingħataw opportunitajiet addizzjonali għal importazzjonijiet matul sena ta' kwota partikolari, meta, f'ċirkostanzi partikolari, l-importazzjonijiet li jmorru lil hinn minn dawk imsemmija fl-Anness V huma meħtieġa fir-rigward ta' kategorija ta' prodotti jew aktar; Meta dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16b għandha tapplika għal atti delegati adottati skont l-ewwel paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba mingħand Stat Membru."
(b)
It-tielet paragrafu jitħassar.
4. L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
fil-paragrafu 7, il-punt (b) jitħassar;
(b)
il-paragrafu 13 jinbidel b’dan li ġej:" 13. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16a li jikkonċerna l-miżuri stipulati fil-paragrafi 3 u 9. Meta dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16b għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba mingħand Stat Membru."
5. L-Artikolu 10a għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 2a jitħassar;
(b)
il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:" 3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16a li jikkonċerna l-miżuri stipulati fil-paragrafi 1, bl-eċċezzjoni tal-ftuħ tal-konsultazzjonijiet kif stipulat fil-paragrafu 1(a). Meta dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16b għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu."
6. Fl-Artikolu 13(3), it-tieni sottoparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:"
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tintroduċi sistema ta' sorveljanza a priori jew a posteriori. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16a li jikkonċerna l-impożizzjoni ta' sistema ta' sorveljanza a priori.
Meta dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16b għandha tapplika għal atti delegati adottati skont it-tieni sottoparagrafu.
"
7. L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:" 3. Jekk l-Unjoni u l-pajjiż fornitur jonqsu li jaslu għal soluzzjoni sodisfaċenti fil-perijodu stipulat fl-Artikolu 16 u jekk il-Kummissjoni tinnota li hemm evidenza ċara ta' ċirkonvenzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 16a biex jitnaqqas mil-limiti kwantitattivi volum ekwivalenti għall-prodotti li joriġinaw mill-pajjiż fornitur ikkonċernat. Meta dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16b għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu."
(b)
il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:" 5. Barra minn dan, fejn ikun hemm evidenza li kienu involuti t-territorji ta' pajjiżi terzi li huma Membri tad-WTO imma li mhumiex imniżżlin fil-lista tal-Anness V, il-Kummissjoni għandha titlob li jsiru l-konsultazzjonijiet mal-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernati skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 16 sabiex tittieħed azzjoni xierqa biex tiġi indirizzata l-problema. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16a biex tintroduċi limiti kwantitattivi kontra l-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernati jew biex tikkontrobatti s-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Meta dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16b għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu."
7a.Fl-Artikolu 16(1) il-parti introduttorja tinbidel b’dan li ġej:"
‘1. Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(1a), għandha tmexxi l-konsultazzjonijiet imsemmija f'dan ir-Regolament skont ir-regoli li ġejjin:’.
[Em. 9]
8. L-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu:
Artikolu 16a
Eżerċizzju ta' delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(6), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 8, l-Artikolu 10(13), l-Artikolu 10a(3), l-Artikolu 13(3), l-Artikolu 15(3) u (5) u l-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament, fl-Artikoli 4(3) tal-Anness IV u fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(1) and (3) tal-Anness VII ma' dan ir-Regolament hija mogħtija tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat.ħames snin minn …(15). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' 5 snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.[Em. 10]
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 2(6), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 8, l-Artikolu 10(13), l-Artikolu 10a(3), l-Artikolu 13(3), l-Artikolu 15(3) u (5) u l-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 4(3) tal-Anness IV u fl-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1) u (3) tal-Anness VII ma' dan ir-Regolament tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(6), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 8, l-Artikolu 10(13), l-Artikolu 10a(3), l-Artikolu 13(3), l-Artikolu 15(3) u (5) u l-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament, fl-Artikolu 4(3) tal-Anness IV u fl-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1) u (3) tal-Anness VII ma' dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejnerba' xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 11]
Artikolu 16b
Proċedura ta' urġenza
1. L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta' urġenza.
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16a(5). F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
"
8a.Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:"
1a.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-kumitat konsultattiv għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahar wara d-data ta’ riferiment. [Em. 12]
2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-kumitat ta’ eżami għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahar wara d-data ta’ riferiment. [Em. 13]
2a.Fejn l-opinjoni tal-kumitat se tingħata permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu li jsir dan.
[Em. 14]
8b.L-Artikolu 17a huwa mħassar.[Em. 15]
9. L-Artikolu 19 jinbidel b’dan li ġej:
Artikolu 19
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 16a li jemenda l-Annessi rilevanti fejn hemm bżonn biex iqisu l-konlużjoni, l-emenda jew l-iskadenza ta' ftehimiet, protokolli jew arranġamenti ma' pajjiżi terzi jew emendi li saru għar-regoli tal-Unjoni dwar l-istatistika, arranġamenti doganali jew regoli komuni għall-importazzjonijiet
"
9a.Qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"
Artikolu 19a
Rapport
1.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport biannwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2.Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
3.Il-Parlament Ewropew jista', fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat responsabbli tiegħu biex tippreżenta u tispjega xi kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
4.Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport.‘.
[Em. 16]
10. Fl-Artikolu 4 tal-Anness IV, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
‘3. Meta jkun stabbilit li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu nkisru, u bi qbil mal-pajjiż jew pajjiżi fornituri kkonċernati, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16a ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-emenda tal-Annessi rilevanti ma' dan ir-Regolament, kif ikun hemm bżonn għall-prevenzjoni ta' rikorrenza ta' ksur bħal dan.
Meta dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16b ta' dan ir-Regolament għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.
"
11. Fl-Anness VII, l-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:"
Artikolu 2
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16a ta' dan ir-Regolament biex ir-riimportazzjonijiet li mhumiex koperti minn dan l-Anness ikunu suġġetti għal limiti kwantitattivi speċifiċi, sakemm il-prodotti kkonċernati jkunu suġġetti għal-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.
Meta dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16b ta' dan ir-Regolament għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.
"
12. Fl-Anness VII, l-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:" 1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16a ta' dan ir-Regolament biex isiru t-trasferimenti bejn il-kategoriji u javvanzaw l-użu jew il-carry-over ta' porzjonijiet ta' limiti kwantitattivi speċifiċi minn sena għall-oħra. Meta dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16b ta' dan ir-Regolament għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu."
(b)
il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:" 3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16a ta' dan ir-Regolament biex jiġu aġġustati l-limiti kwantitattivi speċifiċi meta jkun hemm bżonn ta' importazzjonijiet addizzjonali. Meta dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16b ta' dan ir-Regolament għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu."
2.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' terzi pajjiżi mhux koperti minn ftehim bilaterali, Protokoll jew arranġamenti oħra, jew minn regoli ta' l-importazzjoni speċifika tal-Komunità(16)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 517/94, sabiex jiġi żgurat li t-tħaddim xieraq tas-sistema għall-ġestjoni tal-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tessili mhux koperti minn ftehimiet bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew b'regoli speċifiċi oħra ta' importazzjoni tal-Unjoni, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-bidliet neċessarji għall-annessi ma' dak ir-Regolament. Barra minn hekk, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 517/94 għandu jiġi emendat kif ġej:
- 1.Qed jiddaħħlu l-premessi 22a, 22b u 22c li ġejjin:"
Billi sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-sistema għall-ġestjoni tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti li mhumiex koperti minn ftehimiet bilaterali, jew minn regoli speċifiċi tal-Unjoni dwar l-importazzjoni, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Annessi, il-modifika tar-regoli dwar l-importazzjoni u l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja u miżuri ta’ sorveljanza skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni li jikkonċernaw il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament huwa involut kif xieraq, billi tibbaża ruħha fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew;[Em. 17]
Billi, sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eż erċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni*;[Em. 18]
Billi l-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta' miżuri definittivi ta' salvagwardja. [Em. 19]
* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
"
1. Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:"
3. Kull prodott tessili msemmi fl-Anness V u li joriġina fil-pajjiżi murija hemmhekk jista' jiġi importat fl-Unjoni bil-kundizzjoni li limitu kwantitattiv annwali jkun stabbilit mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-Annessi rilevanti skont l-Artikolu 25a li jikkonċerna it-twaqqif ta' dawn il-limiti kwantitattivi annwali.
"
2.
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
a)
il-paragrafu 1 jitħassar[Em. 20]
b)
il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:" 2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25a li jikkonċerna l-miżuri meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi III sa VII."
2a.
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
a)
fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:" 1.Billi l-Kummissjoni jidhrilha li hemm biżżejjed provi biex tkun ġustifikata investigazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha:"
[Em. 21]
b)
fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:" 2.Minbarra l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tfittex kull informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa u, meta jkun xieraq, għandha tagħmel ħilitha sabiex tivverifika din l-informazzjoni mal-importaturi, il-kummerċjanti, l-aġenti, il-produtturi kif ukoll l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet kummerċjali."
[Em. 22]
2b.Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:"
2.Jekk il-Kummissjoni tqis li ma jkunu meħtieġa l-ebda miżuri ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja tal-Unjoni, għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li l-investigazzjonijiet ingħalqu, filwaqt li tiddikjara l-konklużjonijiet ewlenin tal-investigazzjonijiet.‘.
"
[Em. 23]
2c.L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
a)
fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:"
‘(a)tiddeċiedi li tintroduċi sorveljanza retrospettiva mill-Unjoni ta' ċerti importazzjonijiet, bi qbil mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(1a); [Em. 24]
(b)
tiddeċiedi, għall-iskop li timmonitorja x-xejriet ta' dawn l-importazzjonijiet, li tissuġġetta ċerti importazzjonijiet għal sorveljanza minn qabel mill-Unjoni, bi qbil mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(1a).
"
[Em. 25]
b)
fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:"
(a)
tiddeċiedi li tintroduċi sorveljanza retrospettiva mill-Unjoni ta' ċerti importazzjonijiet, bi qbil mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(1a); [Em. 26]
(b)
tiddeċiedi, għall-iskop li timmonitorja x-xejriet ta' dawn l-importazzjonijiet, li tissuġġetta ċerti importazzjonijiet għal sorveljanza minn qabel mill-Unjoni, bi qbil mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(1a).
[Em. 27]
3. Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej: 3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25a li jikkonċerna l-miżuri stipulati fil-paragrafi 1 u 2."
4. L-Artikolu 13 jinbidel b’dan li ġej:"
Artikolu 13
Meta raġunijiet ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan fil-każ li l-Kummissjoni ssib, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta' Stat Membru, li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) u (2) ikunu sodisfatti u tikkunsidra li kategorija partikolari ta' prodotti elenkati fl-Anness I u li ma tkun suġġetta għal ebda restrizzjoni kwantitattiva trid tkun suġġetta għal limiti kwantitattivi jew miżuri ta' sorveljanza qabel jew retrospettivi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 25b biex timponi miżuri msemmija fl-Artikolu 12(1) u (2).
"
4a.Fl-Artikolu 15 il-parti introduttorja tinbidel b’dan li ġej:"
Bi qbil mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(1a), il-Kummissjoni tista', fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, jekk is-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2) aktarx li tinħoloq:‘.
[Em. 28]
5. Fl-Artikolu 16 it-tielet paragrafu jinbidel b’li ġej:
‘Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25a li jikkonċerna l-miżuri stipulati fl-ewwel paragrafu.
Meta dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 25b għandha tapplika għal atti delegati adottati skont it-tielet sottoparagrafu.
"
6. Fl-Artikolu 25, il-paragrafu 2, 3 u 4 jinbidlu b'dan li ġej:"
1a.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-kumitat konsultattiv għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahar wara d-data ta’ riferiment. [Em. 29]
2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-kumitat ta’ eżami għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahar wara d-data ta’ riferiment.[Em. 30]
3.Meta l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat f'każijiet fejn, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.‘;
[Em. 31]
7. L-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu:
‘Artikolu 25a
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 13, l-Artikolu 16 u l-Artikolu 28 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu żmien indeterminatta’ ħames snin minn …(17). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.[Em. 32]
3. Id-delega ta' setgħa imsemmija fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 13, l-Artikolu 16 u l-Artikolu 28 tista' tiġi revokata mill-fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(3), l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 13, l-Artikolu 16 u l-Artikolu 28 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien ta' perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejnb’erba' xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 33]
Artikolu 25b
1. L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti li għalihom intużat il-proċedura ta' urġenza.
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25a(5). F'dan il- każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
"
7a.Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"
Artikolu 26a
1.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport biannwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2.Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
3.Il-Parlament Ewropew jista', fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tagħha biex tippreżenta u tispjega xi kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
4.Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblikah.
[Em. 34]
8. L-Artikolu 28 jinbidel b'li ġej:
Artikolu 28
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 25a li jemenda l-Annessi rilevanti fejn hemm bżonn biex iqisu l-konlużjoni, l-emenda jew l-iskadenza ta' ftehimiet jew arranġamenti ma' pajjiżi terzi jew emendi li saru għar-regoli tal-Unjoni dwar l-istatistika, arranġamenti doganali jew regoli komuni għall-importazzjonijiet
"
3.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 tas-26 ta’ Mejju 2003 biex jevita diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini prinċipali(18)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 953/2003, sabiex jiżdiedu l-prodotti mal-lista ta' prodotti koperti minn dak ir-Regolament, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni biex tkun tista' temenda l-Anness ma' dak ir-Regolament.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 953/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:
-1.Il-premessa 12 tinbidel b'dan li ġej:"
(12)Sabiex jiżdiedu l-prodotti mal-lista ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Annessi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni li jikkonċernaw il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament huwa involut kif xieraq, billi tibbaża ruħha fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew.
[Em. 35 u 36]
1. L-Artikolu 4 jiġi emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 5 biex tiddetermiina jekk prodott jissodisfax il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Meta dewmien fl-azzjoni jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 5a għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.
4. Meta r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament ikunu sodisfatti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 5 biex biex il-prodott ikkonċernat jiżdied mal-Anness I fl-aġġornament li jsegwi. L-applikant għandu jiġi informat bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fi żmien 15-il jum.
Meta dewmien fl-azzjoni jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 5a għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.
"
(b)
il-paragrafu 9 jinbidel b’dan li ġej:" 9. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 5 biex jiġu aġġustati l-Annessi II, III u IV fejn hemm bżonn fid-dawl, fost l-oħrajn, tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tagħha jew b'reazzjoni għal kriżi tas-saħħa. Meta dewmien fl-azzjoni jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 5a għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu."
2. L-Artikolu 5 jinbidel b’dan li ġej:"
Artikolu 5
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 4 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat.ħames snin minn …(19). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. [Em. 37]
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 4 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk ikun qabel ma jagħlaq dak il-perijodu, jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhumiex se joġġezzjonaw. Il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b’erba' xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
"
[Em. 38]
3. L-artikolu li ġej jiddaħħal:"
Artikolu 5a
1. L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkunx ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni espressa skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta' urġenza.
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(5). F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
"
4. Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:"
2. Il-Kummissjoni għandha perjodikament tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill darbtejn fis-sena dwar il-volumi esportati bil-prezzijiet f’saffi, inklużi l-volumi esportati fil-qafas tal-ftehim ta’ sħubija maqbul bejn il-manifattur u l-gvern ta' pajjiż ta’ destinazzjoni. Ir-rapport għandu jeżamina l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-pajjiżi u l-mard u l-kriterji ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3. [Em. 39]
3.Il-Parlament Ewropew jista', fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu biex tippreżenta u tispjega kwalunkwe kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.[Em. 40]
4.Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tippubblikah.‘.
[Em. 41]
4.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta’ April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika(20)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 673/2005, sabiex jiżdiedu l-aġġustamenti għall-miżuri stipulati f'dak ir-Regolament, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' dawk l-aġġustamenti.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 għandu jiġi emendat kif ġej:
-1.Il-Premessa 7 tinbidel b’dan li ġej:
‘(7) Sabiex isiru l-aġġustamenti meħtieġa għall-miżuri provduti f’dan ir-Regolament, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tar-rata ta' dazju addizzjonali jew il-listi fl-Annessi I u II skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni li jikkonċernaw il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament huwa involut kif xieraq, billi tibbaża ruħha fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew.
[Em. 42]
1. Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 4 biex tagħmel aġġustamenti u emendi bis-saħħa ta' dan l-Artikolu.
Meta, f'każ ta' aġġustamenti u emendi lill-annessi, raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4a għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.
"
2. L-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej:"
Artikolu 4
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat.ħames snin minn …(21). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward id-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.[Em. 43]
3. Id-delega ta' setgħa imsemmija fl-Artikolu 3(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe atti delegati li huma diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejnb’erba' xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
"
[Em. 44]
3. L-Artikolu 4a li ġej jiddaħħal:"
Artikolu 4a
1. L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni espressa skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta' urġenza.
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(5). F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
"
3a.L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:"
Artikolu 7
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill proposta dwar ir-revoka ta' dan ir-Regolament ladarba l-Istati Uniti tal-Amerika tkun implimentat għalkollox ir-rakkomandazzjonijiet tal-Korp għas-Soluzzjoni tal-Kontroversji tad-WTO.‘.
[Em. 45]
5.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa(22)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1342/2007, sabiex tkun permessa l-amministrazzjoni effettiva permezz tal-adozzjoni tal-aġġustamenti għar-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar, is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi għall-Anness V.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1342/2007 għandu jiġi emendat kif ġej:
-1.Qed tiddaħħal il-premessa li ġejja:
‘(10a) Sabiex tkun permessa l-amministrazzjoni effettiva permezz tal-adozzjoni tal-aġġustamenti għar-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi għall-Anness V. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni li jikkonċernaw il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament huwa involut kif xieraq, billi tibbaża ruħha fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew.’.
[Em. 46]
1. L-Artikolu 5 jinbidel b’dan li ġej:
‘Artikolu 5
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 3(3) u (4) u t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 10(1) tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 31a ta' dan ir-Regolament biex isiru l-aġġustamenti neċessarji għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness V.
Meta dewmien fl-azzjoni jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 31b għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
"
2. Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:"
3. Jekk l-Unjoni u l-Federazzjoni Russa jonqsu li jaslu għal soluzzjoni sodisfaċenti u jekk il-Kummissjoni tinnota li hemm evidenza ċara ta' ċirkonvenzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikoli 31a li jikkonċerna l-aġġustamenti għall-Anness V għall-fini ta' tnaqqis mil-limiti kwantitattivi ta' volum ekwivalenti għall-prodotti li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa.
Meta dewmien fl-azzjoni jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 31b għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.
"
3. L-Artikolu 12 jinbidel b’dan li ġej:"
Meta deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni adottata skont il-proċeduri tal-Unjoni fis-seħħ imsemmija fl-Artikolu 11 tkun tinvolvi grupp ta’ prodotti suġġett għal limitu kwantitattiv, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun hemm bżonn, tibda konsultazzjonijiet bla dewmien skont l-Artikolu 9, sabiex jintlaħaq ftehim dwar kull aġġustament meħtieġ għal-limiti kwantitattivi korrispondenti stipulati fl-Anness V. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 31a li jikkonċernaw aġġustamenti għall-Anness V għal din il-fini.
"
4. L-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu wara l-intestatura tal-Kapitolu IV:"
Artikolu 31a
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5, l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 12 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat.ħames snin minn …(23). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.[Em. 47]
3. Id-delega ta' setgħa imsemmija fl-Artikolu 5, l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 12 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 5, l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjonijiet li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġġedded b'xahrejnb'erba' xhur oħra fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 48]
Artikolu 31b
1. L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta' urġenza.
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31a(5). F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
"
6.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika(24)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, sabiex ikunu jistgħu jsiru l-adattamenti tekniċi għall-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li jagħmlu parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi teniċi għal dak ir-Regolament.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1528/2007 għandu jiġi emendat kif ġej:
-1.Qed tiddaħħal il-premessa li ġejja:"
(16a)Sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness I biex jiżdiedu jew jitneħħew reġjuni jew stati u fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ emendi tekniċi għall-Anness II meħtieġa bħala riżultat tal-applikazzjoni ta’ dak l-Anness. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.‘ Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni li jikkonċernaw il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament huwa involut kif xieraq, billi tibbaża ruħha fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew.’.
[Em. 49]
-1a.L-Artikolu 2,għandu
a)
il-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:
‘2.Il-Kummissjoni, għandha temenda l-Anness I permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 24a biex iżżid reġjuni jew stati mill-Grupp ta' Stati AKP li kkonkludew negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni u dak ir-reġjun jew stat li tal-anqas jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu XXIV GATT 1994.
[Em. 50]
b)
fil.-paragrafu 3, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:
3.Dak ir-reġjun jew l-istat eġjun se jibqa' fil-lista fl-Anness I sakemm il-Kummissjoni ma tadottax att delegat skont l-Artikolu 24a li jemenda l-Anness I biex jitneħħa reġjun jew stat minn dan l-Anness, b'mod partikolari, fejn:
[Em. 51]
1. Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
Il-Kummissjoni mgħejjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (1) għandha tissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni taddispożizzjonijiet ta’ l-Anness II.
4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu [daħħal in-numru tal-Artikolu/i li jistipulaw il-proċedura għall-adozzjoni ta' atti ddelegati, bħalissa l-Artikolu 24a sa 24c tal-proposta COM(2011) 82 finali]l-Artikolu 24a rigward emendi tekniċi għall-Anness II neċessarji b'riżultat tal-applikazzjoni ta' dak l-Anness. [Em. 52]
5. Jistgħu jiġu adottati deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tal-Anness II skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 247 u 247A tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
* ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
"
2. L-Artikolu 23 jinbidel b’dan li ġej:"
Artikolu 23
Adattamenti għall-iżviluppi tekniċi
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu [daħħal in-numru tal-Artikolu/i li jistipulaw il-proċedura għall-adozzjoni ta' atti ddelegati, bħalissa l-Artikolu 24a sa 24c tal-proposta COM(2011) 82 finali]l-Artikolu 24a rigward emendi tekniċi għall-Artikoli 5 u 8 sa 22 li jistgħu jkunu meħtieġa minħabba differenzi bejn dan ir-Regolament u l-ftehimiet iffirmati b'applikazzjoni provviżorja jew konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat mar-reġjuni jew stati elenkati fl-Anness I.
"
[Em. 53]
2a.Qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"
Artikolu 24a
Eżerċizzju tad-delega
1.Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati tingħata hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(2) u (3), l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 23 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn …(25). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' -setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3.Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 2(2) u (3), l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 23 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha minnufih tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(2) u (3), l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perijodu ta' xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġġedded b'erba' xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
"
[Em. 54]
7.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 980/2005 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE(26)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 55/2008, sabiex ikun permess l-aġġustament għar-regolament, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi meħtieġa fid-dawl tal-bidliet fil-kodiċijiet doganali jew għall-konklużjoni tal-ftehimiet mal-Moldova.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 55/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
-1.Qed tiddaħħal il-premessa li ġejja:"
(12a)Sabiex ikun permess l-aġġustament ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi meħtieġa fid-dawl tal-bidliet fil-kodiċijiet doganali jew għall-konklużjoni tal-ftehimiet mal-Moldova. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni li jikkonċernaw il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament huwa involut kif xieraq, billi tibbaża ruħha fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew.‘.
[Em. 55]
1. L-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej:
‘Artikolu 7
Għoti tas-setgħat
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 8b sabiex isiru l-emendi u l-aġġustamenti neċessarji għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament minħabba:
(a)
emendi għall-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u s-sottodiviżjonijiet tat-TARIC;
(b)
il-konklużjoni ta’ ftehimiet oħra bejn l-Unjoni u l-Moldova.
"
2. L-Artikolu 8b li ġej jiddaħħal:"
Artikolu 8b
Eżerċizzju ta' delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat.ħames snin minn …(27). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa sa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.[Em. 56]
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejnb’erba' xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
"
[Em. 57]
2a.Qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"
Artikolu 12a
Rapport
1.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport biannwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2.Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
3.Il-Parlament Ewropew jista', fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat responsabbli tiegħu biex tippreżenta u tispjega xi kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
4.Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblikah.
[Em. 58]
8.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007(28)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, sabiex l-Annessi tiegħu jiġu adattati għall-iżviluppi, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' ċerti aġġustamenti lill-Annessi. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.
Meta tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 732/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
1.Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:
2.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 27a biex tkun tista' tiddeċiedi, wara li tkun eżaminat it-talba, jekk tagħtix lill-pajjiż li qed jagħmel it-talba l-arranġament ta’ inċentivi speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba u biex temenda l-Anness I skont dan.
Meta dewmien fl-azzjoni jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 27b għandha tapplika għal atti ddelegati adottati skont dan il-paragrafu.
"
2.Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 8 jinbidel b'dan li ġej:"
8.Meta pajjiż jiġi eskluż min-NU mil-lista tal-pajjiżi l-inqas żviluppati, dan għandu jitneħħa mil-lista ta’ benefiċjarji tal-arranġament. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 27a sabiex pajjiż jitneħħa mill-arranġament billi l-Anness I jiġi emendat u jiġi stabbilit perjodu tranżitorju ta' mill-inqas tliet snin.
"
3.L-Artikolu 25 jinbidel b’dan li ġej:"
Artikolu 25
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelgati skont l-Artikolu 27a sabiex jiġu adottati emendi għall-Annessi li jkun sar hemm bżonn:
(a)
minħabba emendi fin-Nomenklatura Magħquda;
(b)
minħabba bdil fl-istatus internazzjonali jew il-klassifikazzjoni ta’ pajjiżi jew territorji;
(c)
minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(2);
(d)
jekk pajjiż ikun laħaq il-limiti massimi stipulati fl-Artikolu 3(1).
"
4.L-Artikoli 27a u 27b li ġejjin jiddaħħlu:"
Artikolu 27a
Eżerċizzju ta' delega
1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 10(2), 11(8) u 25 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.
3.Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 10(2), 11(8) u 25 tista’ tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’kull mument. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ b’effett l-għada tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.
4.Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.Att delegat adottat skont l-Artikoli 10(2), 11(8) u 25 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjonijiet li mhux se joġġezzjonaw. Il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 27b
Proċedura ta' urġenza
1.Atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu għandu jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien u għandu japplika sakemm ma ssir l-ebda oġġezzjoni espressa skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandu jiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.
2.Jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27a(5). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
"
[Em. 59]
9.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1340/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakistan(29)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1340/2008, sabiex tkun permessa l-amministrazzjoni effettiva ta' ċerti restrizzjonijiet, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' emendi għall-Anness V.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1340/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
-1.Qed tiddaħħal il-premessa li ġejja:"
(9a)Sabiex tkun permessa l-amministrazzjoni effettiva ta' ċerti restrizzjonijiet, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' emendi għall-Anness V. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni li jikkonċernaw il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament huwa involut kif xieraq, billi tibbaża ruħha fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew.
[Em. 60]
1. Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
3. Jekk l-Unjoni u r-Repubblika tal-Każakistan jonqsu li jaslu għal soluzzjoni sodisfaċenti u jekk il-Kummissjoni tinnota li hemm evidenza ċara ta' ċirkonvenzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16a biex jitnaqqas mil-limiti kwantitattivi volum ekwivalenti ta' prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Każakistan u biex l-Anness V jiġi emendat skont dan.
Meta dewmien fl-azzjoni jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jitranġa u għalhekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16b għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.
"
2. L-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu:"
Artikolu 16a
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat.ħames snin minn …(30). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. [Em. 61]
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 5(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-jum wara l-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejnb’erba' xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 62]
Artikolu 16b
1. L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom intużat il-proċedura ta' urġenza.
2. Jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16a(5). F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
"
10.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu(31)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1215/2009, sabiex ikun permess l-aġġustament tar-Regolament, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi meħtieġa fid-dawl tal-bidliet fil-kodiċijiet doganali jew għall-konklużjoni tal-ftehimiet mal-pajjiżi u t-territorji koperti minn dak ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.
Meta tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:
1.L-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej:"
Artikolu 7
Għoti tas-setgħat
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8b sabiex isiru l-emendi u l-aġġustamenti neċessarji għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament minħabba:
(a)
emendi għall-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u s-sottodiviżjonijiet tat-TARIC;
(b)
il-konklużjoni ta' ftehimiet oħrajn bejn l-Unjoni u l-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Artikolu 1.
"
2.L-Artikolu 8b li ġej jiddaħħal:"
‘Artikolu 8b
Eżerċizzju ta' delega
1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 7 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.
3.Id-delega ta’ setgħat imsemmija fl-Artikolu 7 tista’ tiġi revokata f'kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ b’effett l-għada tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.
4.Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk ikun qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhumiex se joġġezzjonaw. Il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-22 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 (COM(2012)0298 – C7-0156/2012 – 2012/0158(COD))(1)
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98 li jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħattu l-aringi għal skopijiet industrijali li mhux għall-konsum dirett tal-bniedem
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi transizzjonali mill-1 ta' Jannar 2010 sat-30 ta' Ġunju 2011(4) u r-Regolament (UE) Nru 579/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011(5) jipprovdi għall-kontinwazzjoni ta' ċerti miżuri tekniċi stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-Kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid(6) fuq bażi transizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2012.
(2) Huwa mistenni qafas ġdid ta' miżuri tekniċi għall-konservazzjoni sakemm issir ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). In-nuqqas ta' probabbiltà li tali qafas ġdid ikun stabbilit sa tmiem l-2012 jiġġustifika l-estensjoni tal-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri tekniċi transizzjonali.
(3) Sabiex tkun żgurata l-kontinwazzjoni ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni xierqa tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98(7) għandu jiġi aġġornat billi jiġu inkorporati fih il-miżuri tekniċi transizzjonali.
(3a)Sabiex tkun żgurata l-kontinwità ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni xierqa tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fil-Baħar l-Iswed, id-daqs minimu tal-iżbark u tal-malji għas-sajd tal-barbun imperjali kif preċedentement stabbilit fil-liġi tal-Unjoni għandu jiġi inkorporat fir-Regolament (KE) Nru 850/98.
▌
(5) Għandha tinżamm il-projbizzjoni ta' selezzjoni kwalitattiva (high grading) fiż-żoni kollha tal-ICES biex jitnaqqas ir-rimi ta' speċi tal-kwota.
(5a)Abbażi tal-konsultazzjonijiet li saru fl-2009 bejn l-Unjoni, in-Norveġja u l-Gżejjer Faroe, bl-għan li jitnaqqas il-qbid mhux mixtieq, għandhom jiġu introdotti projbizzjoni fuq ir-rilaxx ta' ċerti speċi jew fuq li dawn jitħallew jaħarbu kif ukoll rekwiżit biex iż-żoni tas-sajd jinbidlu meta 10 % tal-qabda jkun fiha ħut żgħir wisq.
(5b)Fid-dawl tal-parir mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), għandhom jinżammu r-restrizzjonijiet fuq l-iżbark jew iż-żamma abbord ta' aringi maqbudin fid-Diviżjoni IIa tal-ICES.
(6) Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, l-għeluq taż-żona biex jiġu protetti l-aringi li jbidu fid-Diviżjoni VIa tal-ICES mhuwiex aktar meħtieġ biex ikun żgurat l-isfruttar sostenibbli ta' dik l-ispeċi, u għalhekk dak l-għeluq għandu jitħassar.
(7) Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, li jorbot in-nuqqas ta' disponibbiltà taċ-ċiċċirell man-nuqqas ta' suċċess fit-tgħammir tal-gawwija “kittiwakes”, għandu jinżamm l-għeluq ta' żona fis-Subżona IV tal-ICES, ħlief għal sajd limitat kull sena biex jiġi mmonitorjat l-istokk.
(8) Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jkun possibbli li jiġi awtorizzat l-użu ta' irkaptu li ma jaqbadx il-ksampu f'ċerti żoni fejn is-sajd għall-ksampu huwa projbit.
▌
(11) Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jinżamm l-għeluq taż-żona biex jiġi protett il-haddock li jkun għadu qed jikber fid-Diviżjoni VIb tal-ICES.
(11a)Fid-dawl tal-parir mogħti mill-ICES u l-STECF, ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni fl-ilmijiet fil-Punent tal-Iskozja (id-Diviżjoni VIIa tal-ICES), biex jipproteġu l-istokkijiet tal-merluzz, il-haddock u l-merlangu għandhom jinżammu sabiex jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut.
(11b)Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jkun permess l-użu ta' xlief tal-idejn u tagħmir ta' trejjix awtomatizzat għall-pollakkju (saithe) fid-Diviżjoni VIa tal-ICES.
(11c)Fid-dawl tal-parir mill-STECF dwar id-distribuzzjoni spazjali tal-merluzz fid-Diviżjoni VIa tal-ICES li turi li maġġoranza kbira tal-qabdiet tal-merluzz jinqabdu fit-Tramuntana ta' 590N, għandu jkun permess l-użu ta’ għeżula fin-Nofsinhar ta' din il-linja.
(11d)Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jkunu permess l-użu ta' għeżula għall-gattarell fid-Diviżjoni VIa tal-ICES.
(11e)L-adegwatezza tal-karatteritiċi tal-irkaptu fid-deroga għal sajd bi xbiek tat-tkarkir, tartaruni demersali jew irkaptu simili fid-Diviżjoni VIa tal-ICES għandha tiġi rieżaminata perijodikament fid-dawl ta' parir xjentifiku bil-ħsieb li jew tiġi emendata jew titħassar.
(11f)Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jiġi introdott l-għeluq ta' żona fid-Diviżjoni VIa tal-ICES biex jiġi protett il-merluzz żgħir.
(11g)L-adegwatezza tal-projbizzjoni fuq is-sajd għall-merluzz, haddock u merlangu fis-Subżona VI tal-ICES għandha tiġi rieżaminata perjodikament fid-dawl tal-parir xjentifiku bil-ħsieb li tiġi emendata jew titħassar.
(11h)Fid-dawl tal-parir mogħti mill-ICES u l-STECF, għandhom jinżammu miżuri biex jiġu protetti l-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Ċeltiku (id-Diviżjonijiet VIIf,g tal-ICES).
(12) Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandhom jinżammu miżuri biex jiġu protetti l-ġlejjeb riproduttivi tal-linarda fid-Diviżjoni VIa tal-ICES.
(13) Il-miżuri stabbiliti fl-2011 mill-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) sabiex jiġi protett ir-redfish fl-ilmijiet internazzjonali tas-Subżoni I u II tal-ICES għandhom jinżammu.
(14) Il-miżuri stabbiliti mill-NEAFC fl-2011 sabiex jiġi protett ir-redfish fil-Baħar Irminger u ilmijiet kontigwi għandhom jinżammu.
(15) Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, is-sajd bix-xbieki tat-tkarkir bit-travu li jużaw impulsi ta' kurrent elettriku għandhom jibqgħu permessi fid-Diviżjonijiet IVc u IVb tal-ICES fin-Nofsinhar taħt ċerti Kondizzjonijiet.
(16) Abbażi ta' konsultazzjonijiet li saru fl-2009 bejn l-Unjoni, in-Norveġja u l-Gżejjer Faroe, fuq bażi permanenti, ċerti miżuri li jillimitaw il-ġestjoni tal-qabdiet u l-kapaċitajiet ta' rimi lura tal-ħut ta' bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku li jimmiraw għall-kavalli, l-aringi u s-sawrell fl-Atlantiku tal-Grigal ▌għandhom jiġu implimentati,.
(17) Fid-dawl tal-parir mogħti mill-ICES, għandhom jinżammu l-miżuri tekniċi għall-konservazzjoni biex jiġu protetti l-istokkijiet tal-merluzz adult fil-Baħar Irlandiż matul l-istaġun ta’ meta jbid.
(17a)Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jkunu permess l-użu ta' gradilji ta' tqassim f'żona ristretta fid-Diviżjoni VIIa tal-ICES.
(18) Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, is-sajd bl-għeżula u x-xbieki tat-tħabbil fid-Diviżjonijiet IIa, VIa, VIb, VIIb, VIIc, VIIj, VIIk tal-ICES u fis-Subżoni VIII, IX, X u XII tal-ICES fil-Lvant ta' 27°W f'ilmijiet li l-fond tagħhom fuq il-mappa jkun aktar minn 200 m iżda inqas minn 600 m, għandu jkun permess biss taħt ċerti Kondizzjonijiet li jipprovdu għall-protezzjoni ta' speċi tal-baħar fond li huma bijoloġikament sensittivi.
(18a)Huwa importanti li tiġi ċċarata l-interazzjoni fost reġimi differenti applikabbli għas-sajd bl-għeżula speċjalment fis-Subżona VII tal-ICES. B'mod aktar partikolari, għandu jiġi ċċarat li deroga speċifika għas-sajd bl-għeżula b'daqs tal-malji ugwali għal jew akbar minn 100mm fid-Diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VII b, c, j u k tal-ICES, kif ukoll kondizzjonijiet speċifiċi relatati ma' dik id-deroga, tapplika biss f'ilmijiet li l-fond tagħhom fuq il-mappa huwa aktar minn 200 metru u inqas minn 600 metru u li konsegwentement, ir-regoli ta' bażi dwar il-meded ta' daqsijiet tal-malji u l-kompożizzjoni tal-qabdiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 850/98 japplikaw fid-Diviżjonijiet VIIa, VIId, VIIe, VIIf, VIIg u VIIh tal-ICES u fl-ilmijiet li l-fond tagħhom fuq il-mappa huwa inqas minn 200 metru fid-Diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VIIb, c, j u k tal-ICES.
(18b)Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jkun permess l-użu ta' pariti fis-Subżona IX tal-ICES f'ilmijiet li li l-fond tagħhom fuq il-mappa jkun aktar minn 200 m iżda inqas minn 600 m.
(19) L-użu ta' ċertu rkaptu selettiv għandu jibqa' permess fil-Bajja ta' Biscay sabiex jiġi żgurat sfruttar sostenibbli tal-istokkijiet tal-marlozz u tal-ksampu u sabiex jitnaqqas ir-rimi ta' dawn l-ispeċi.
(20) Ir-restrizzjonijiet fuq is-sajd f'ċerti żoni sabiex jiġu protetti ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond fiż-żona regolatorja tal-NEAFC adottati mill-NEAFC fl-2004 u f'ċerti żoni fid-Diviżjonijiet VIIc,j,k tal-ICES u d-Diviżjoni VIIIc tal-ICES adottati mill-Unjoni fl-2008 għandhom jibqgħu fis-seħħ.
(21) Skont il-parir mogħti minn Grupp ta' ħidma konġunt bejn l-Unjoni u n-Norveġja dwar miżuri tekniċi, il-projbizzjoni fi tmiem il-ġimgħa fuq is-sajd għall-aringi, għas-sawrell jew il-laċċa kaħla bl-irkaptu tat-tkarkir jew purse seines fi Skagerrak u Kattegat ma għadhiex tikkontribwixxi għall-konservazzjoni ta' stokkijiet ta' ħut pelaġiku minħabba bidliet fix-xejriet tas-sajd, ▌Konsegwenetement, din il-projbizzjoni, abbażi ta' konsultazzjonijiet li saru bejn l-Unjoni, in-Norveġja u l-Gżejjer Faroe fl-2011, għandha titħassar.
(22) Għal raġunijiet ta' ċarezza u fl-interess ta' regolamentazzjoni aħjar, xi dispożizzjonijiet li ma għadhomx jintużaw għandhom jitħassru.
(22a)Għandhom jinżammu l-meded ta' daqsijiet tal-malji, speċi mmirati u perċentwali ta' qabdiet meħtieġa applikabbli fi Skagerrak u Kattegat biex jirriflettu l-bidliet fix-xejriet tas-sajd u l-adozzjoni ta' rkaptu aktar selettiv.
(23) Id-daqsijiet minimi għall-gandoffli short-necked għandhom jiġu riveduti fid-dawl tad-dejta bijoloġika.
(24) Ġie stabbilit daqs minimu għall-qarnita f'qabdiet li jsiru f'ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi u li jinsabu fir-reġjun tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF), sabiex dan jikkontribwixxi għall-konservazzjoni tal-qarnita, u b'mod partikolari biex jiġu protetti ż-żgħar tagħha.
(24a)Għandha tiġi introdotta miżura ekwivalenti għad-daqs minimu tal-iżbark għall-inċova f'termini ta' għadd ta' ħut għal kull kilo, peress li din tissimplifika l-ħidma abbord il-bastimenti li jimmiraw għal din l-ispeċi u tiffaċilita l-miżuri ta' kontroll fuq l-art.
(25) Għandhom jinżammu ▌speċifikazzjonijiet għal gradilja ta' tqassim ▌biex jiġu użati għat-tnaqqis tal-qabdiet inċidentali fis-sajd għall-ksampu fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES, fis-Subżona VI tal-ICES u fid-Diviżjoni VIIa tal-ICES.
(26) Għandhom jinżammu l-ispeċifikazzjonijiet għax-xbieki ta' malji kwadri li għandhom jintużaw għas-sajd, taħt ċerti Kondizzjonijiet, b'ċertu rkaptu miġbud fil-Bajja ta' Biscay.
(27) ▌Għandu jkun permess l-użu ta' pannell ta' malji kwadri ta' 2 m fil-bastimenti b'saħħa tal-magna li tkun inqas minn 112 Kw f'żona ristretta fid-Diviżjoni VIa tal-ICES.
(27a)It-terminu 'Komunità' użat fit-termini normattivi tar-Regolament (KE) Nru 850/98 għandu jinbidel, b'segwitu għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009.
(27b)Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' regoli dwar l-użu ta' rkapti li għandhom selettività għolja ekwivalenti fis-sajd għall-ksampu fid-Diviżjoni VIa tal-ICES u biex jiġi eskluż sajd speċifiku ta' Stat Membru mill-applikazzjoni tal-projbizzjoni għall-użu ta' għeżula, xbieki tat-tisrim jew pariti fis-Subżoni VIII, IX, X tal-ICES fejn il-qabdiet inċidentali tal-klieb il-baħar u tar-rimi ta' ħut huwa baxx ħafna, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni mingħajr ma jiġi applikat ir-Regolament (UE) Nru 182/2011(8).
▌
(29) Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.
(29a)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98 li jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħattu l-aringi għal skopijiet industrijali li mhux għall-konsum dirett tal-bniedem. Deroga speċifika mill-kondizzjonijiet għall-iżbark ta' qabdiet inċidentali ta' aringi fis-sajd b'malji żgħar fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES, fis-Subżona IV u fid-Diviżjoni VIId u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES, li preċedentement kienet ġiet inkluża f'atti tal-Unjoni oħrajn, għandha tiġi inkorporata f'dak ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 1434/98 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 850/98
Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 huwa b'dan emendat kif ġej:
(-1a)Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:"
Artikolu 1a
Fl-Artikolu 4(2)(c), fl-Artikolu 46(1)(b) u fl-Anness I, in-nota 5 f'qiegħ il-paġna, in-nom 'Komunità', jew l-aġġettiv korrispondenti, huwa sostitwit bin-nom 'Unjoni', jew l-aġġettiv korrispondenti, u għandu jsir kwalunkwe aġġustament grammatikali meħtieġ bħala konsegwenza ta' din is-sostituzzjoni.
"
(-1b)Fl-Artikolu 2, għandu jiddaħħal il-punt li ġej:"
(i)Reġjun 9
L-ilmijiet kollha tal-Baħar l-Iswed li jikkorrispondu għas-subżona ġeografika 29 kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)* u fir-Riżoluzzjoni tal-GFCM/33/2009/2.
* ĠU L 347, 30.12.2011,p. 44.
"
(-1c)Fl-Artikolu 11(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
Din id-deroga għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34b(2)(c).
(-1d)Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:
Artikolu 11a
Fir-Reġjun 9, id-daqs minimu tal-malji għal għeżula tal-qiegħ, meta użati biex jinqabad il-barbun imperjali, għandu jkun ta’ 400 mm.
"
▌
(1d)L-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit kif ġej:"
Organiżmu tal-baħar jitqies żgħir jekk id-dimensjonijiet tiegħu jkunu iżgħar mid-dimensjonijiet minimi speċifikati fl-Anness XII u fl-Anness XIIa għall-ispeċi relevanti u ż-żona ġeografika relevanti.
"
(1e)Fl-Artikolu 19, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:"
4.Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw fir-Reġjun 9.
"
(2) Għandu jiddaħħal it-titolu li ġej:"
TITOLU IIIa
MIŻURI GĦAT-TNAQQIS TAR-RIMI
Artikolu 19a
Projbizzjoni ta' selezzjoni kwalitattiva
1. Fir-Reġjuni 1, 2 , 3 u 4, għandu jiġi pprojbit ir-rimi ta' speċi soġġetti għal kwota li tista' tiġi legalment żbarkata matul operazzjonijiet tas-sajd.
2. Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament jew fi kwalunkwe att legali tal-Unjoni ieħor fil-qasam tas-sajd.
Artikolu 19b
Dispożizzjonijiet dwar l-ispustament tal-bastimenti (moving-on) u projbizzjoni fuq it-tħarrib
1. Fir-Reġjuni 1 2 , 3 u 4, fejn il-kwantità ta' kavalli, aringi jew sawrell ta' daqs żgħir wisq taqbeż l-10 % tal-kwantità totali tal-qabdiet fi kwalunkwe refgħa, il-bastiment għandu jbiddel iż-żona tas-sajd.
2.Fir-Reġjuni 1 2 , 3 u 4, huwa pprojbit it-tħarrib kavalli, aringi jew sawrell qabel ma x-xibka tittella' kompletament abbord bastiment tas-sajd b'konsegwenza ta' telf ta' ħut mejjet jew li jkun qed imut.
"
(3) Fl-Artikolu 20(1), il-punt (d) jitħassar.
(3a) Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:"
Artikolu 20a
Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES
Għandu jkun ipprojbit l-iżbark jew iż-żamma abbord ta' aringi maqbudin fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES fil-perijodi mill-1 ta' Jannar sat-28 ta' Frar u mis-16 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru.
"
(4) L-Artikolu 29a huwa sostitwit b’dan li ġej:"
Artikolu 29a
Għeluq ta' żona għas-sajd taċ-ċiċċirell fiż-Subżona IV tal-ICES
1. Għandu jkun ipprojbit li jiġi żbarkat jew jinżamm abbord ċiċċirell maqbud fiż-żona ġeografika kkonfinata mill-kosta tal-Lvant tal-Ingilterra u l-Iskozja, u magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu bis-sistema WGS84:
–
il-kosta tal-Lvant tal-Ingilterra fil-latitudni 55o30'N,
–
il-latitudni 55o30'N, il-lonġitudni 01o00'W,
–
il-latitudni 58o00'N, il-lonġitudni 01o00'W,
–
il-latitudni 58o00'N, il-lonġitudni 02o00'W,
–
il-kosta tal-Lvant tal-Iskozja fil-lonġitudni 02o00'W.
2.Għandu jkun permess sajd għal skopijiet ta' investigazzjoni xjentifika sabiex jiġu mmonitorjati l-istokk taċ-ċiċċirell fiż-żona u l-effetti tal-għeluq.
"
(5) Fl-Artikolu 29b, il-paragrafu 3 huwa sostitwit kif ġej:"
3. B'deroga mill-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, is-sajd bil-kavetti li ma jaqbdux il-ksampu għandu jkun awtorizzat fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perjodi li jinsabu f' dak il-paragrafu .
"
(6) L-artikoli li ġejjin huma miżjuda:"
Artikolu 29c
Il-kaxxa Rockall Haddock fis-Subżona VI tal-ICES
1. Is-sajd kollu tar-Rockall haddock, għajr dak bil-konzijiet, għandu jiġi pprojbit fiż-żoni magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu bis-sistema WGS84:
–
57o00' N, 15o00' W
–
57o00' N, 14o00' W
–
56o30' N, 14o00' W
–
56o30' N, 15o00' W
–
57o00' N, 15o00' W
Artikolu 29d
Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-merluzz, il-haddock u l-merlangu fis-Subżona VI tal-ICES
1. Għandu jkun ipprojbit li titwettaq kwalunkwe attività tas-sajd għall-merluzz, haddock u merlangu fil-parti tad-Diviżjoni VIa tal-ICES li tinsab fil-Lvant jew fin-Nofsinhar ta' dawk il-linji ta’ rombu li jgħaqqdu, b'mod sekwenzjali, il-koordinati li ġejjin u li għandhom jitkejlu bis-sistema WGS84:
–
54o30'N, 10o35'W
–
55o20' N, 09o50' W
–
55o30' N, 09o20' W
–
56o40' N, 08o55' W
–
57o00' N, 09o00' W
–
57o20' N, 09o20' W
–
57o50' N, 09o20' W
–
58o10' N, 09o00' W
–
58o40' N, 07o40' W
–
59o00' N, 07o30' W
–
59o20' N, 06o30' W
–
59o40' N, 06o05' W
–
59o40' N, 05o30' W
–
60o00' N, 04o50' W
–
60o15' N, 04o00' W
2. Kwalunkwe bastiment tas-sajd preżenti fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiżgura li kull irkaptu tas-sajd li jkun hemm abbord jintrabat u jiġi stivat skont l-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd*.
3. B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet tas-sajd fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 bl-użu ta’ xbieki statiċi bil-lasti għall-użu mal-kosta, ħammiela għall-imrewħa, ħammiela għall-masklu, xlief tal-idejn, trejjix mekkanizzat, għeżula tal-mitlaq u tartaruni tax-xtut, nases u kavetti, sakemm:
(a)
l-ebda rkaptu tas-sajd għajr xbieki statiċi bil-lasti għall-użu mal-kosta, ħammiela għall-imrewħa, ħammiela għall-masklu, trejjix mekkanizzat, għeżula tal-mitlaq u tartaruni tax-xtut, nases u kavetti ma jinġarr abbord jew jintuża; u
(b)
l-ebda ħut għajr sawrell, pollakkju, saithe u salamun, jew frott tal-baħar għajr molluski u krustaċji ma jinżamm abbord, jiġi żbarkat jew jittella’ l-art.
4. B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet tas-sajd fiż-żona msemmija f'dak il-paragrafu bl-użu ta' xbieki b'malji iżgħar minn 55 mm, sakemm:
(a)
l-ebda xibka b'malji ta’ 55 mm jew akbar ma tinżamm abbord; u
(b)
l-ebda ħut għajr aringi, kavalli, sardin, sardinelli, sawrell, laċċ ikħal, stokkafixx, pixxitrumbetti u arġentini ma jinżamm abbord.
4a.B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet tas-sajd fiż-żona msemmija f'dak il-paragrafu bl-użu ta' għeżula b'malji akbar minn 120mm, sakemm:
(a)
jintużaw biss fiż-żona fin-Nofsinhar ta' 59oN;
(b)
it-tul massimu ta' għażel użat ikun ta' 20km għal kull bastiment;
(c)
il-ħin massimu fl-ilma ikun ta' 24 siegħa; u
(d)
mhux inqas minn 5 % tal-qabda tkun magħmula mill-merlangu u l-merluzz.
4b.B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet tas-sajd fiż-żona msemmija f'dak il-paragrafu bl-użu ta' għeżula b'malji akbar minn 90mm, sakemm:
(c)
huma jintużaw biss 'l ġewwa minn tliet mili nawtiċi mill-kosta u għal mhux aktar minn għaxart ijiem f'kull xahar kalendarju;
(d)
it-tul massimu ta' għażel użat ikun ta' 1000m;
(e)
il-ħin massimu fl-ilma ikun ta' 24 siegħa; u
(f)
mhux inqas minn 70% tal-qabda tkun magħmula mill-gattarell.
5. B'deroga mill-paragrafu 1, għandu jkun permess is-sajd għall-ksampu fiż-żona msemmija f' dak il-paragrafu sakemm:
(g)
l-irkaptu tas-sajd użat jinkludi gradilja tat-tqassim skont il-punti 2 sa 5 tal-Anness XIVa jew pannell ta' malji kwadri hekk kif deskritt fl-Anness XIVc jew irkaptu ieħor b'selettività għolja ekwivalenti;
(h)
l-irkaptu tas-sajd ikun magħmul minn malji b'qies minimu ta' 80 mm;
(i)
mhux inqas minn 30 % skont il-piż tal-qabda miżmuma ikun ksampi;
▌
Abbażi ta' opinjoni favorevoli mill-STECF, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddetermina l-irkapti għandhom jitqiesu li għandhom selettività għolja ekwivalenti għall-fini tal-punt (a).
6. Il-paragrafu 5 ma għandux japplika fiż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:
–
59o05'N, 06o45'W
–
59o30'N, 06o00'W
–
59o40'N, 05o00'W
–
60o00N, 04o00'W
–
59o30'N, 04o00'W
–
59o05'N, 06o45'W
7. B'deroga mill-paragrafu 1, għandu jkun permess li jsir sajd bix-xbieki tat-tkarkir, tartaruni demersali jew irkaptu simili fiż-żona msemmija f'dak il-paragrafu sakemm:
(a)
ix-xbieki kollha abbord il-bastiment ikunu magħmula minn malji b'qies minimu ta' 120 mm għall-bastimenti b'tul totali ta' aktar minn 15-il metru u ta' 110 mm għall-bastimenti l-oħra kollha;
▌
(c)
fejn il-qabda miżmuma abbord tinkludi inqas minn 90 % pollakkju (saithe), l-irkaptu tas-sajd użat jinkorpora pannell ta' malji kwadri kif deskritt fl-Anness XIVc, u;
(d)
fejn it-tul totali tal-bastiment ikun 15-il metru jew inqas, irrispettivament mill-kwantità ta' pollakkju (saithe) li jinżammu abbord, l-irkaptu tas-sajd użat jinkorpora pannell ta' malji kwadri kif deskritt fl-Anness XIVd.
7a.Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2015 u mhux aktar tard minn kull sentejn minn dakinhar, il-Kummissjoni għandha, fid-dawl tal-parir xjentifiku mill-STECF, tivvaluta l-karatteristiċi tal-irkaptu speċifikat fil-paragrafu 7 u, fejn adatt, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal emenda tal-paragrafu 7.
8. Il-paragrafu 7 ma għandux japplika fiż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:
–
59o05'N, 06o45'W
–
59o30'N, 06o00'W
–
59o40'N, 05o00'W
–
60o00N, 04o00'W
–
59o30'N, 04o00'W
–
59o05'N, 06o45'W
8a.Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu, u mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru kull sena, hija għandha tipprojbixxi t-twettiq ta' kwalunkwe attività ta' sajd bl-użu ta' kwalunkwe mill-irkaptu speċifikat fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet** fiż-żona speċifikata fiż-żona VIa tal-ICES magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali tal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin
–
il-lonġitudni 7o07 W, il-latitudni 55o25 N,
–
il-lonġitudni 7o00 W, il-latitudni 55o25 N,
–
il-lonġitudni 6o50 W, il-latitudni 55o18 N,
–
il-lonġitudni 6o50 W, il-latitudni 55o17 N,
–
il-lonġitudni 6o52 W, il-latitudni 55o17 N,
–
il-lonġitudni 7º07 W, il-latitudni 55o25 N.
La l-kaptan ta' bastiment tas-sajd u lanqas persuna oħra abbord ma għandha tikkawża jew tħalli lil persuna abbord li tipprova tistad, tiżbarka, titrasborda jew ikollha abbord ħut maqbud fiż-żona speċifikata.
9. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jimplimenta programm ta' osservaturi abbord mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta' Diċembru kull sena sabiex jittieħdu kampjuni tal-qabdiet u r-rimi tal-bastimenti li jibbenefikaw mid-derogi pprovduti fil-paragrafi 4a, 4b, 5, u 7. Il-programmi tal-osservaturi għandhom jitwettqu mingħajr preġudizzju għall-obbligi taħt ir-regoli rispettivi u għandhom jimmiraw li jagħmlu stima tal-qabdiet u r-rimi tal-merluzz, haddock u merlangu bi preċiżjoni ta' mhux inqas minn 20 %.
10. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipproduċu ▌rapport dwar l-ammont totali ta’ qabdiet u rimi magħmula minn bastimenti soġġetti għall-programm tal-osservaturi matul kull sena kalendarja u jibgħatuh lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard ▌mill-1 ta' Frar tas-sena kalendarja ta' wara.
10a.Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2015 u mhux aktar tard minn kull sentejn minn dakinhar, il-Kummissjoni għandha, fid-dawl tal-parir xjentifiku mill-STECF, tivvaluta l-istat tal-istokkijiet tal-merluzz, tal-haddock u tal-merlangu fiż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 u, fejn adatt, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal emenda ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 29e
Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-merluzz fis-Subżona VII tal-ICES
1. Mill-1 ta' Frar sal-31 ta' Marzu kull sena, għandu jkun ipprojbit li titwettaq attività tas-sajd fis-Subżona VII tal-ICES fiż-żona li tikkonsisti minn rettangoli statistiċi tal-ICES: 30E4, 31E4, 32E3. Din il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika 'l ġewwa minn sitt mili nawtiċi mil-linja bażi.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet ta' sajd bl-użu ta’ xbieki statiċi bil-lasti għall-użu mal-kosta, ħammiela għall-imrewħa, ħammiela għall-masklu, għeżula tal-mitlaq u tartaruni tax-xtut, xlief tal-idejn, trejjix mekkanizzat, għeżula tal-mitlaq u tartaruni tax-xtut, nases u kavetti fiż-żoni u l-perjodi msemmija f'dak il-paragrafu, sakemm:
(j)
l-ebda rkaptu tas-sajd għajr xbieki statiċi bil-lasti għall-użu mal-kosta, ħammiela għall-imrewħa, ħammiela għall-masklu, għeżula tal-mitlaq u tartaruni tal-ixtut, xlief tal-idejn, trejjix mekkanizzat, nases u kavetti ma jinġarr abbord jew jintuża; u
(k)
l-ebda ħut għajr sawrell, pollakkju, salamun, jew frott tal-baħar għajr molluski u krustaċji ma jinżamm abbord, jiġi żbarkat jew jittella’ l-art.
3. B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet tas-sajd fiż-żona msemmija f'dak il-paragrafu bl-użu ta' xbieki b'malji iżgħar minn 55 mm, sakemm:
(l)
l-ebda xibka b'malji ta’ 55 mm jew akbar ma tinżamm abbord; u
(m)
l-ebda ħut għajr aringi, kavalli, sardin, sardinelli, sawrell, laċċ ikħal, stokkafixx, pixxitrumbetti u arġentini ma jinżamm abbord.
Artikolu 29f
Regoli speċjali għall-protezzjoni tal-linarda
1. Mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Mejju ta' kull sena għandu jkun ipprojbit li tinżamm abbord kwantità ta' linarda li taqbeż is-6 tunnellati għal kull vjaġġ tas-sajd fiż-żoni tad-Diviżjoni VIa tal-ICES, magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu bis-sistema WGS84:
(a)
It-tarf tal-blata kontinentali Skoċċiża
–
59o58' N, 07o00' W
–
59o55' N, 06o47' W
–
59o51' N, 06o28' W
–
59o45' N, 06o38' W
–
59o27' N, 06o42' W
–
59o22' N, 06o47' W
–
59o15' N, 07o15' W
–
59o07' N, 07o31' W
–
58o52' N, 07o44' W
–
58o44' N, 08o11' W
–
58o43' N, 08o27' W
–
58o28' N, 09o16' W
–
58o15' N, 09o32' W
–
58o15' N, 09o45' W
–
58o30' N, 09o45' W
–
59o30' N, 07o00' W
–
59o58' N, 07o00' W
(b)
It-tarf ta’ Rosemary bank
–
60o00' N, 11o00' W
–
59o00' N, 11º00' W
–
59º00' N, 09º00' W
–
59º30' N, 09º00' W
–
59º30' N, 10º00' W
–
60º00' N, 10º00' W
–
60o00' N, 11o00' W
Mhux inkluża ż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:
–
59o15' N, 10o24' W
–
59o10' N, 10o22' W
–
59o08' N, 10o07' W
–
59o11' N, 09o59' W
–
59o15' N, 09o58' W
–
59o22' N, 10o02' W
–
59o23' N, 10o11' W
–
59o20' N, 10o19' W
–
59o15' N, 10o24' W
2. Meta jidħol u meta joħroġ miż-żoni msemmija fil-paragrafu 1, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd għandu jirreġistra d-data, il-ħin u l-post tad-dħul u tal-partenza fil-ġurnal ta’ abbord.
3. F'żona waħda jew l-oħra miż-żewġ żoni msemmija fil-paragrafu 1, jekk bastiment jilħaq is-6 tunnellati ta' linardi:
(n)
għandu jieqaf mis-sajd immedjatament u joħroġ miż-żona li jinsab fiha;
(o)
ma għandux jerġa’ jidħol f'xi waħda miż-żoni sakemm il-qabda tiegħu tkun ġiet żbarkata;
(p)
ma jistax jerġa’ jitfa’ lura l-baħar kwalunkwe kwantità ta’ linarda.
4. L-osservaturi msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċjali ta’ aċċess u kondizzjonijiet relattivi għas-sajd ta’ ħażniet ta’ baħar fond *** li huma assenjati għall-bastimenti tas-sajd preżenti f’waħda miż-żoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, minbarra l-kompitu tagħhom imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu, għal kampjuni xierqa tal-qabdiet ta’ linarda, ikejlu l-ħut fil-kampjuni u jiddeterminaw l-istadju tal-maturità sesswali tal-ħut subkampjunat. Abbażi tal-parir mogħti mill-STECF, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu protokolli dettaljati għall-kampjunar u għall-ġbir ta' riżultati.
5. Mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ April ta' kull sena, għandu jkun ipprojbit l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, konzijiet u għeżula f’żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, u li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta' koordinati WGS84:
–
60o58.76' N, 27o27.32' W
–
60o56.02' N, 27o31.16' W
–
60o59.76' N, 27o43.48' W
–
61o03.00' N, 27o39.41' W
–
60o58.76' N, 27o27.32' W.
Artikolu 29g
Miżuri għas-sajd tar-redfish f'ilmijiet internazzjonali fis-Subżoni I u II tal-ICES
1. Sajd li jimmira r-redfish f'ilmijiet internazzjonali tas-Subżoni I u II tal-ICES għandu jkun permess biss fil-perjodu mill-15 ta' Awwissu sat-30 ta' Novembru ta' kull sena minn bastimenti li preċedentement intużaw fis-sajd għar-redfish fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC, kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi skema ta' kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal ****.
2. Il-bastimenti għandhom jillimitaw il-qabdiet inċidentali tagħhom tar-redfish f'sajdiet oħrajn għal massimu ta' 1 % tal-qabda totali miżmuma abbord.
3. Il-fattur ta' konverżjoni li għandu jiġi applikat għall-preżentazzjoni tal-ħuta mnaddfa u bla ras, inkluż il-preżentazzjoni fil-forma ta' qatgħa Ġappuniża, tar-redfish maqbud f'din is-sajda għandu jkun 1.70.
4. B'deroga mill-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010 il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd involuti f'din is-sajda għandhom jirrapportaw il-qabdiet tagħhom kuljum.
5. Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010, awtorizzazzjoni biex wieħed jistad għar-redfish għandha tkun valida biss jekk ir-rapporti trażmessi minn bastimenti skont l-Artikolu 9(1) ta' dak ir-Regolament u jkunu rreġistrati skont l-Artikolu 9(3) tiegħu.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni xjentifika tinġabar minn osservaturi xjentifiċi abbord il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. Bħala minimu l-informazzjoni miġbura għandha tinkludi dejta rappreżentattiva dwar is-sess, l-età u l-kompożizzjoni skont it-tul, skont il-fond. Din l-informazzjoni għandha tkun rappurtata lill-ICES mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri.
7. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar id-data li fiha s-Segretarjat tal-NEAFC ikun innotifika lill-Partijiet Kontraenti tan-NEAFC li l-qabdiet totali permissibbli (TAC) ikunu ġew eżawriti. Minn dik id-data l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu s-sajd dirett għar-redfish minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom.
Artikolu 29h
Miżuri għas-sajd tar-redfish fil-Baħar Irminger u l-ilmijiet ta' madwaru
1. Għandu jkun ipprojbit li jinqabad ir-redfish ▌fl-ibħra internazzjonali tas-Subżona V tal-ICES u l-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subżoni XII u XIV tal-ICES ħlief mill-10 ta' Mejju ta’ kull sena u biss fiż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, u li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84 (‘Iż-Żona ta' Konservazzjoni tar-Redfish’):
–
64°45' N, 28°30' W
–
62°50' N, 25°45' W
–
61°55' N, 26°45' W
–
61°00' N, 26°30' W
–
59°00' N, 30°00' W
–
59°00' N, 34°00' W
–
61°30' N, 34°00' W
–
62°50' N, 36°00' W
–
64°45' N, 28°30' W
1a.Minkejja l-paragrafu 1, jista' jiġi permess is-sajd għar-redfish, permezz ta' att legali tal-Unjoni, barra miż-Żona ta’ Konservazzjoni tar-Redfish fil-Baħar Irminger u l-ilmijiet kontigwi mill-11 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru ta’ kull sena abbażi ta' parir xjentifiku u sakemm, fir-rigward tar-redfish f'dik iż-żona ġeografika, in-NEAFC tkun stabbiliet pjan ta' rkupru. F'dan is-sajd għandhom jipparteċipaw biss bastimenti tal-Unjoni li jkunu ġew debitament awtorizzati mill-Istat Membru rispettiv tagħhom u li jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni kif meħtieġ skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010.
2. Għandu jkun projbit l-użu ta' xbieki tat-tkarkir b’malji ta’ inqas minn 100 mm.
3. Il-fattur ta' konverżjoni li għandu jiġi applikat għall-preżentazzjoni tal-ħuta mnaddfa u bla ras, inkluż il-preżentazzjoni fil-forma ta' qatgħa Ġappuniża, tar-redfish maqbud f'din is-sajda għandu jkun 1.70.
4. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd impenjati fis-sajda barra ż-Żona ta’ Konservazzjoni tar-Redfish, għandhom jittrażmettu r-rapport tal-qabda pprovdut fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010, kuljum wara li jitlestew l-operazzjonijiet tas-sajd ta’ dik il-ġurnata kalendarja. Għandu jindika l-qabdiet abbord li saru mill-aħħar komunikazzjoni tal-qbid.
5. Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010, awtorizzazzjoni biex wieħed jistad għar-redfish għandha tkun valida biss jekk ir-rapporti trażmessi minn bastimenti jkunu skont l-Artikolu 9(1) ta' dak ir-Regolament u rreġistrati skont l-Artikolu 9(3) tiegħu.
6. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 5 għandhom isiru skont ir-regoli rilevanti.
* ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
** ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.
*** ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6.
**** ĠU L 348, 31.12.2010, p. 17.‘;
"
(6a)Fl-Artikolu 30, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
(1a)Il-paragraph 1 ma għandux japplika għar-Reġjun 9.
"
(7) Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:"
Artikolu 31a
Sajd Elettriku fid-Diviżjonijiet IVc u IVb tal-ICES
1. B’deroga mill-Artikolu 31, sajd bix-xibka tat-tkarkir bit-travu li juża impulsi ta’ kurrent elettriku għandu jkun permess fid-Diviżjonijiet IVc u IVb tal-ICES fin-Nofsinhar ta' linja ta’ rombu li jaqbdu magħha l-punti sussegwenti, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84:
–
punt fuq il-kosta tal-Lvant tar-Renju Unit fil-latitudni 55o N,
–
imbagħad Lvant għal latitudni 55o N, lonġitudni 5o E,
–
imbagħad Tramuntana sal-latitudni 56o N,
–
u fl-aħħar lejn il-Lvant ta' punt mill-kosta tal-Punent tad-Danimarka fuq il-latitudni 56oN.
2. Is-sajd bl-impulsi elettriċi għandu jkun permess biss meta:
(a)
mhux aktar minn 5 % tal-flotta tat-tkarkir bit-travu ta' kull Stat Membru juża t-tkarkir bl-impulsi elettriċi;
(b)
il-qawwa massima tal-elettriku f'kW għal kull xibka tat-tkarkir bit-travu ma tkunx aktar mit-tul f'metri tat-travu immultiplikat b'1.25;
(c)
il-vultaġġ effettiv bejn l-elettrodi ma jkunx aktar minn 15V;
(d)
il-bastiment ikun mgħammar b'sistema ta' ġestjoni kompjuterizzata awtomatika li tirreġistra l-qawwa massima użata għal kull travu u l-vultaġġ attwali bejn l-elettrodi għal mill-inqas l-aħħar 100 ġibda. Mhuwiex possibli li persunal mhux awtorizzat jimmodifika din is-sistema awtomatika ta' ġestjoni kompjuterizzata;
(e)
għandu jkun ipprojbit l-użu ta' tickler chain waħda jew aktar quddiem iz-zappapied.
"
(8) Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:"
Artikolu 32a
Ġestjoni tal-qabdiet u restrizzjonijiet fuq ir-rimi lura tal-ħut fuq bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku
1. L-ispazju massimu bejn il-vireg fis-separatur tal-ilma abbord bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku u li għandhom fil-mira l-kavalli, l-aringi u s-sawrell u li joperaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tan-NEAFC hekk kif definit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010 għandu jkun 10 mm.
Il-vireg għandhom jiġu wweldjati f'posthom. Jekk fis-separatur tal-ilma jintużaw toqob minflok vireg, id-dijametru massimu tat-toqob ma għandux jaqbeż 10 mm. Toqob fiż-żrieraq li jkunu quddiem is-separatur tal-ilma ma għandux ikollhom dijametru akbar minn 15 mm.
2. Il-possibbiltà ta' rimi lura ta' ħut taħt il-livell tal-ilma tal-bastiment minn tankijiet li jarmu bil-mod (buffer tanks) jew minn tankijiet tal-ilma baħar refriġirat (Refrigerated seawater - RSW) għall-bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku kollha li joperaw fiż-Żona ta' Konvenzjoni tan-NEAFC għandha tiġi pprojbita għall-bastimenti kollha tas-sajd pelaġiku li joperaw fiż-Żona ta' Konvenzjoni tan-NEAFC.
3. It-tpinġijiet marbuta mal-ġestjoni tal-qabdiet u mal-kapaċitajiet ta' rimi lura ta' ħut tal-bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku li jimmiraw il-kavalli, l-aringi u s-sawrell fiż-Żona ta' Konvenzjoni tan-NEAFC, u li huma ċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-bandiera, kif ukoll kwalunkwe modifika li ssirilhom għandhom jintbagħtu mill-kaptan tal-bastiment lill-awtoritajiet kompetenti tas-sajd tal-Istat Membru tal-bandiera. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastimenti għandhom iwettqu verifiki perjodiċi tal-livell ta' preċiżjoni tat-tpinġijiet ippreżentati. Fuq il-bastiment għandhom dejjem jinżammu kopji.
1. Mill-14 ta' Frar sat-30 ta' April, ma għandux ikun permess l-użu ta' kwalunkwe xibka demersali, tartarun jew xbieki simili li jinġibdu, kwalunkwe għażel, parit, xbieki tat-tħabbil, xbieki statiċi simili jew kwalunkwe rkaptu tas-sajd bis-snanar f'dik il-parti tad-Diviżjoni VIIa tal-ICES magħluqa kif ġej:
–
il-kosta tal-Lvant tal-Irlanda u l-kosta tal-Lvant tal-Irlanda ta' Fuq, u
–
linji dritti li jgħaqqdu sekwenzjalment il-koordinati ġeografiċi li ġejjin:
–
punt fuq il-kosta tal-Lvant tal-peniżola tal-Ards fl-Irlanda ta' Fuq f’54o 30 N,
–
54o30' N, 04o50' W,
–
53o 15' N, 04o50' W,
–
punt fuq il-kosta tal-Lvant tal-Irlanda f’53o15' N.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, fiż-żona u l-perjodu msemmi f' dak il-pargrafu:
(a)
l-użu tal-għeżula tat-tkarkir demersali għandu jkun permess sakemm ma jinżamm abbord l-ebda tip ieħor ta' rkaptu tas-sajd u li tali xbieki:
–
ikollhom malji ta' daqs li jvarja minn 70 mm sa 79 mm, jew minn 80 mm sa 99 mm;
–
ikun ta' wieħed biss mill-limiti ta' qisien il-malji permessi;
–
ma jinkorporaw l-ebda malji individwali ta' aktar minn 300 mm, ikun xi jkun posthom max-xibka; u
–
jintużaw biss fiż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta’ rombu tal-koordinati ġeografiċi li ġejjin, u li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta' koordinati WGS84:
–
53o30' N, 05o30' W
–
53o30' N, 05o20' W
–
54o20' N, 04o50' W
–
54o30' N, 05o10' W
–
54o30' N, 05o20' W
–
54o00' N, 05o50' W
–
54o00' N, 06o10' W
–
53o45' N, 06o10' W
–
53o45' N, 05o30' W
–
53o30' N, 05o30' W
(b)
l-użu ta' kwalunkwe xibka demersali, tartarun jew xbieki simili li jinġibdu b'pannell separatur jew bi gradilja selettiva għandu jkun permess sakemm l-ebda tip ta' rkaptu tas-sajd ieħor ma jinżamm abbord u li tali xbieki:
fil-każ ta' pannell separatur, ikunu magħmulu skont id-dettalji tekniċi pprovduti fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2002 tat-12 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi miżuri applikabbli fl-2002 għall-irkupru ta' l-istokk tal-merluzz fil-Baħar Irlandiż (iż-żona ICES VIIa)*; u
–
fil-każ ta' gradilji selettivi, ikunu f'konformità mal-punti 2 sa 5 tal-Anness XIVa għal dan ir-Regolament.
(c)
l-użu ta' kwalunkwe xibka demersali, tartarun jew xbieki simili li jinġibdu b'pannell separatur jew bi gradilja selettiva għandu jkun permess ukoll fiż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, u li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta' koordinati WGS84:
–
53o45' N, 06o00' W
–
53o45' N, 05o30' W
–
53o30' N, 05o30' W
–
53o30' N, 06o00' W
–
53o45' N, 06o00' W
Artikolu 34b
L-użu tal-għeżula fid-Diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VIIb, c, j, k tal-ICES u s-Subżoni VIII, IX, X u XII tal-ICES fil-Lvant ta' 27o W
1. Bastimenti tal-Unjoni ma għandhomx jużaw għeżula tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti fi kwalunkwe pożizzjoni li l-fond tagħha huwa aktar minn 200 metru fid-Diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VII b, c, j, k tal-ICES u fis-Subżoni XII tal-ICES fil-Lvant ta' 27° W, VIII, IX u X.
▌
3. B'deroga mill-paragrafu 1 għandu jkun permess l-użu tal-irkaptu li ġej:
(a)
Għeżula fid-Diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VII b, c, j, k tal-ICES u s-Subżona XII tal-ICES fil-Lvant ta' 27o W b’daqs tal-malji ekwivalenti għal 120mm jew aktar u inqas minn 150 mm, għeżula fid-Diviżjonijiet VIIIa, b, d tal-ICES u s-Subżona X tal-ICES bid-daqs tal-malji ekwivalenti għal 100 mm jew aktar u inqas minn 130 mm u l-għeżula fid-Diviżjonijiet VIIIc tal-ICES u s-Subżona IX tal-ICES bid-daqs tal-malji ekwivalenti għal 80 mm jew aktar u inqas minn 110 mm sakemm:
–
jintużaw f'ilmijiet li l-fond tagħhom fuq il-mappa huwa inqas minn 600 metru,
–
ikunu ta' mhux aktar minn 100 malja fond, u jkollhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0,5;
–
- ikunu armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ,
–
ikunu ta' tul massimu ta’ 5 mili nawtiċi, u t-tul totali tax-xbieki kollha użati f'waqt wieħed ma għandux jaqbeż il-25 km għal kull bastiment,
–
il-ħin massimu fl-ilma jkun ta' 24 siegħa; jew
(b)
Xbieki tat-tħabbil fejn il-qies tal-malji jkun ekwivalenti għal 250 mm jew aktar, sakemm:
–
jintużaw f'ilmijiet li l-fond tagħhom fuq il-mappa huwa inqas minn 600 metru,
–
ikunu ta' mhux aktar minn 15 malja fond, u jkollhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0.33,
–
ma jkunux armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ,
–
kull waħda għandha tkun ta' tul massimu ta’ 10 km, u t-tul totali tax-xbieki kollha użati f'waqt wieħed ma jaqbiżx il-100 km għal kull bastiment.
–
Il-ħin massimu fl-ilma jkun ta' 72 siegħa;
(c)
Għeżula fid-Diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VIIb, c, j, k tal-ICES u s-Subżona XII tal-ICES fil-Lvant ta' 27o W, bid-daqs tal-malji ekwivalenti għal 100 mm jew aktar u inqas minn 130 mm sakemm:
–
dawn jintużaw f'ilmijiet li l-fond tagħhom fuq il-mappa huwa aktar minn 200 metru u inqas minn 600 metru fond;
–
ikunu ta' mhux aktar minn 100 malja fond, u j kollhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0,5;
–
ikunu armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ,
–
kull xibka tkun ta' tul massimu ta’ erba' mili nawtiċi, u t-tul totali tax-xbieki kollha użati f'waqt wieħed ma jaqbiżx l-20 km għal kull bastiment,
–
il-ħin massimu fl-ilma jkun ta' 24 siegħa;
–
mhux inqas minn 85 % skont il-piż tal-qabda miżmuma tkun marlozz;
–
l-għadd ta' bastimenti li jkunu qed jipparteċipaw fis-sajd ma jiżdiedx aktar mil-livell irreġistrat fl-2008,
–
il-kaptan tal-bastiment li jkun qed jieħu sehem f'din is-sajda għandu jirreġistra fil-ġurnal ta' abbord, qabel ma jħalli l-port, il-kwantità u t-tul totali tal-irkaptu li jkun qed jinġarr abbord il-bastiment. tal-inqas ta' 15 % tal-partenzi għandhom ikun soġġetti għal spezzjoni,
–
il-kaptan tal-bastiment jkollu 90 % tal-irkaptu abbord kif ivverifikat fil-ġurnal ta' abbord tal-Unjoni għal dak il-vjaġġ fil-ħin tal-iżbark, u
–
il-kwantità tal-ispeċi kollha maqbuda akbar minn 50 kg, inklużi l-kwantitajiet kollha akbar minn 50 kg mormija, jiġu rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord tal-Unjoni.
(d)
Xbieki tat-tħabbil fis-Subżona IX tal-ICES bil-qies tal-malji ekwivalenti għal 220 mm jew aktar, sakemm:
–
jintużaw f'ilmijiet li l-fond tagħhom fuq il-mappa huwa inqas minn 600 metru,
–
ikunu ta' mhux aktar minn 30 malja fond, u jkollhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0.44,
–
ma jkunux armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ,
–
kull waħda tkun ta' tul massimu ta’ 5 km; It-tul totali tax-xbieki kollha użati f'waqt wieħed ma jaqbiżx l-20 km għal kull bastiment,
–
il-ħin massimu fl-ilma jkun ta' 72 siegħa.
4. Madankollu, din id-deroga ma għandhiex tapplika fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC.
4a.Il-bastimenti kollha li jużaw għeżula tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil jew pariti fi kwalunkwe pożizzjoni fejn il-fond fuq il-mappa huwa aktar minn 200 metru fid-Diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VII b, c, j, k tal-ICES u fis-Subżoni XII tal-ICES fil-Lvant ta' 27° W, VIII, IX u X, għandu jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
5. Wieħed biss mit-tipi ta' rkapti deskritti fil-paragrafu 3(a),▌ 3(b) jew 3(d) għandu jinżamm abbord il-bastiment fi kwalunkwe ħin. Il-bastimenti jistgħu jġorru abbord xbieki b'tul totali li jkun 20 % aktar mit-tul massimu tal-flotot li jistgħu jintużaw fi kwalunkwe ħin.
6. Il-kaptan ta' bastiment b'awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 4a għandu jirreġistra fil-ġurnal ta' abbord l-ammont u t-tulijiet tal-irkaptu li jkun qed jinġarr mill-bastiment qabel ma jitlaq mill-port u meta jidħol lura fil-port, u għandu jqis kwalunkwe diskrepanza bejn iż-żewġ kwantitajiet.
▌
8. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt li jneħħu mill-baħar irkaptu mitluq waħdu fid-Diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VII b, c, j, k tal-ICES u s-Subżoni XII tal-ICES fil-Lvant ta' 27o W, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-irkaptu ma jkunx immarkat kif xieraq;
(b)
il-marki tal-bagi jew id-dejta tal-VMS jindikaw li s-sid ma kienx jinsab f'distanza ta' inqas minn 100 mil nawtiku mill-irkaptu għal aktar minn 120 siegħa;
(c)
l-irkaptu jintuża f'ilmijiet b'fond, li fuq il-mappa, ikun aktar minn dak permess;
(d)
l-irkaptu huwa b'malji ta' qies illegali.
9. Il-kaptan ta' bastiment b'awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 4a għandu jirreġistra fil-ġurnal ta' abbord, matul kull vjaġġ tas-sajd, l-informazzjoni li ġejja:
–
il-qies tal-malji tax-xibka użata,
–
it-tul nominali ta' xibka waħda,
–
l-għadd ta' xbieki fi flotta,
–
l-għadd totali ta’ flotot użati,
–
il-pożizzjoni ta' kull flotta użata,
–
il-fond ta' kull flotta użata,
–
il-ħin fl-ilma ta' kull flotta użata,
–
il-kwantità ta' kwalunkwe rkaptu mitluf, l-aħħar pożizzjoni magħrufa tiegħu u d-data meta ntilef.
10. Bastimenti li jistadu b'awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 4a għandhom jitħallew iħottu l-art fil-portijiet magħżula mill-Istati Membri biss skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002*.
11. Il-kwantità ta' klieb il-baħar miżmuma abbord minn kwalunkwe bastiment li juża t-tip ta' irkaptu deskritt fil-paragrafu 3(b) u 3(d) ma għandhiex tkun aktar minn 5 % ta' piż ħaj tal-kwantità totali tal-organiżmi tal-baħar miżmuma abbord.
11a.Il-Kummissjoni tista' tadotta, wara konsultazzjoni mal-STECF, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li teskludi sajd speċifiku ta' Stat Membru, fis-Subżoni VIII, IX, X tal-ICES, mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 10, fejn l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri turi li dak is-sajd jirriżulta f'livell baxx ħafna ta' qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar u ta' rimi.
Artikolu 34c
Kondizzjoni għas-sajd bl-użu ta' ċertu rkaptu miġbud awtorizzat fil-Bajja ta' Biscay
1. B'deroga mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/2002 tad-19 ta' Marzu 2002 li jistabbilixxi miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkupru tal-ħazniet ta' marlozz fis-sub-żoni ICES III, IV, V, VI u VII u t-taqsimiet ICES VIII a, b, d, e**, għandu jkun permess li ssir attività tas-sajd bl-użu ta' xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u rkaptu simili, għajr xbieki tat-tkarkir bit-travu b'malji ta' daqs li jvarja minn 70 sa 99 mm fiż-żona definita fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 494/2002 jekk l-irkaptu jkun mgħammar b'pannell bil-malji kwadri skont l-Anness XIVb.
2. Meta jsir is-sajd fid-Diviżjonijiet VIII a u b tal-ICES, għandu jkun permess l-użu ta' gradilja selettiva u dak li jiġi konness magħha quddiem il-manka u/jew pannell ta' malji kwadri b'daqs tal-malji ekwivalenti għal jew aktar minn 60 mm fil-parti ta' taħt tal-biċċa ta' estensjoni quddiem il-manka. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4(1), 6 u 9(1) ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 494/2002 ma għandhomx japplikaw għas-sezzjoni tax-xibka tat-tkarkir li fiha jiddaħħal dak it-tagħmir selettiv.
Artikolu 34d
Miżuri għall-protezzjoni ta' ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC
1. Għandu jkun ipprojbit it-tkarkir tal-qiegħ u s-sajd b'irkaptu statiku, inklużi għeżula u konzijiet tal-qiegħ, f'żoni magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali tal-linji ta’ rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84:
▌
Parti mir-Reykjanes Ridge:
–
55o04.5327' N, 36o49.0135' W
–
55o05.4804' N, 35o58.9784' W
–
54o58.9914' N, 34o41.3634' W
–
54o41.1841' N, 34o00.0514' W
–
54o00' N, 34o00' W
–
53o54.6406' N, 34o49.9842' W
–
53o58.9668' N, 36o39.1260' W
–
55o04.5327' N, 36o49.0135' W
Iż-żona MAR tat-Tramuntana:
–
59o45' N, 33o30' W
–
57o30' N, 27o30' W
–
56o45' N, 28o30' W
–
59o15' N, 34o30' W
–
59o45' N, 33o30' W
Iż-żona MAR tan-nofs (iż-żona Charlie-Gibbs Fracture u r-Reġjun Frontali Subpolari):
–
53o30' N, 38o00' W
–
53o30' N, 36o49' W
–
55o04.5327' N, 36o49' W
–
54o58.9914' N, 34o41.3634' W
–
54o41.1841' N, 34o00' W
–
53o30' N, 30o00' W
–
51o30' N, 28o00' W
–
49o00' N, 26o30' W
–
49o00' N, 30o30' W
–
51o30' N, 32o00' W
–
51o30' N, 38o00' W
–
53o30' N, 38o00' W
Iż-żona MAR tan-Nofsinhar:
–
44o30' N, 30o30' W
–
44o30' N, 27o00' W
–
43o15' N, 27o15' W
–
43o15' N, 31o00' W
–
44o30' N, 30o30' W
L-Altair Seamounts:
–
45o00' N, 34o35' W
–
45o00' N, 33o45' W
–
44o25' N, 33o45' W
–
44o25' N, 34o35' W
–
45o00' N, 34o35' W
L-Antialtair Seamounts:
–
43o45' N, 22o50' W
–
43o45' N, 22o05' W
–
43o25' N, 22o05' W
–
43o25' N, 22o50' W
–
43o45' N, 22o50' W
Hatton Bank:
–
59°26' N, 14°30' W
–
59°12' N, 15°08' W
–
59°01' N, 17°00' W
–
58°50' N, 17°38' W
–
58°30' N, 17°52' W
–
58°30' N, 18°22' W
–
58°03' N, 18°22' W
–
58°03' N, 17°30' W
–
57°55' N, 17°30' W
–
57°45' N, 19°15' W
–
58°11.15' N, 18°57.51' W
–
58°11.57' N, 19°11.97' W
–
58°27.75' N, 19°11.65' W
–
58°39.09' N, 19°14.28' W
–
58°38.11' N, 19°01.29' W
–
58°53.14' N, 18°43.54' W
–
59°00.29' N, 18°01.31' W
–
59°08.01' N, 17°49.31' W
–
59°08.75' N, 18°01.47' W
–
59°15.16' N, 18°01.56' W
–
59°24.17' N, 17°31.22' W
–
59°21.77' N, 17°15.36' W
–
59°26.91' N, 17°01.66' W
–
59°42.69' N, 16°45.96' W
–
59°20.97' N, 15°44.75' W
–
59°21' N, 15°40' W
–
59°26' N, 14°30' W
North West Rockall:
–
57o00' N, 14o53' W
–
57o37' N, 14o42' W
–
57o55' N, 14o24' W
–
58o15' N, 13o50' W
–
57o57' N, 13o09' W
–
57o50' N, 13o14' W
–
57o57' N, 13o45' W
–
57o49' N, 14o06' W
–
57o29' N, 14o19' W
–
57o22' N, 14o19' W
–
57o00' N, 14o34' W
–
56o56' N, 14o36' W
–
56o56' N, 14o51' W
–
57o00' N, 14o53' W
South-West Rockall (Empress of Britain Bank);
–
56o24' N, 15o37' W
–
56o21' N, 14o58' W
–
56o04' N, 15o10' W
–
55o51' N, 15o37' W
–
56o10' N, 15o52' W
–
56o24' N, 15o37' W
Logachev Mound:
–
55°17' N, 16°10' W
–
55°34' N, 15°07' W
–
55°50' N, 15°15' W
–
55°33' N, 16°16' W
–
55°17' N, 16°10' W
West Rockall Mound:
–
57o20' N, 16o30' W
–
57o05' N, 15o58' W
–
56o21' N, 17o17' W
–
56o40' N, 17o50' W
–
57o20' N, 16o30' W
2. Meta, waqt operazzjonijiet tas-sajd f’żoni ġodda u eżistenti għas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona Regolata min-NEAFC, il-kwantità ta’ qroll ħaj u sponoż ħajjin maqbuda għal kull irkaptu taqbeż 60 kg ta’ qroll ħaj u/jew 800 kg ta’ sponoż ħajjin, il-bastiment għandu jinforma lill-Istat tiegħu tal-bandiera, iwaqqaf is-sajd u jimxi tal-anqas 2 mili nawtiċi ’l bogħod mill-pożizzjoni fejn l-evidenza turi li hija l-eqreb għall-pożizzjoni eżatta fejn saret il-qabda.
Artikolu 34e
Miżuri għall-protezzjoni ta' ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond fid-Diviżjonijiet VIIc, j, k tal-ICES
1. Għandu jkun ipprojbit it-tkarkir u s-sajd b'irkaptu statiku, inklużi għeżula u konzijiet tal-qiegħ, f'żoni magħluqa bit-tgħaqqid f'sekwenza tal-linji rombu tal-koordinati sussegwenti, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84:
Il-Provinċja tal-Belgica Mound:
–
51o29.4' N, 11o51.6' W
–
51o32.4' N, 11o41.4' W
–
51o15.6' N, 11o33.0' W
–
51o13.8' N, 11o44.4' W
–
51o29.4' N, 11o51.6' W
Il-Provinċja tal-Hovland Mound:
–
52o16.2' N, 13o12.6' W
–
52o24.0' N, 12o58.2' W
–
52o16.8' N, 12o54.0' W
–
52o16.8' N, 12o29.4' W
–
52o04.2' N, 12o29.4' W
–
52o04.2' N, 12o52.8' W
–
52o09.0' N, 12o56.4' W
–
52o09.0' N, 13o10.8' W
–
52o16.2' N, 13o12.6' W
Il-Majjistral tal-Porcupine Bank iż-Żona I;
–
53o30.6' N, 14o32.4' W
–
53o35.4' N, 14o27.6' W
–
53o40.8' N, 14o15.6' W
–
53o34.2' N, 14o11.4' W
–
53o31.8' N, 14o14.4' W
–
53o24.0' N, 14o28.8' W
–
53o30.6' N, 14o32.4' W
Il-Majjistral tal-Porcupine Bank iż-Żona II;
–
53o43.2' N, 14o10.8' W
–
53o51.6' N, 13o53.4' W
–
53o45.6' N, 13o49.8' W
–
53o36.6' N, 14o07.2' W
–
53o43.2' N, 14o10.8' W
Il-Lbiċ tal-Porcupine Bank
–
51o54.6' N, 15o07.2' W
–
51o54.6' N, 14o55.2' W
–
51o42.0' N, 14o55.2' W
–
51o42.0' N, 15o10.2' W
–
51o49.2' N, 15o06.0' W
–
51o54.6' N, 15o07.2' W
2. Il-bastimenti kollha li jistadu għall-ħut pelaġiku fiż-żoni ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu fuq lista ta' bastimenti awtorizzati u tinħarġilhom ▌awtorizzazzjoni speċjali tas-sajd skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 ▌li għandha tinżamm abbord. Il-bastimenti inklużi fil-lista ta' bastimenti awtorizzati għandhom iġorru abbord irkaptu esklussivament pelaġiku.
3. Il-bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku li bi ħsiebhom jistadu f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond hekk kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jagħtu notifikazzjoni minn qabel ta' erba' sigħat dwar il-ħsieb tagħhom li jidħlu f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd Irlandiż (FMC) hekk kif definit fl-Artikolu 4(15) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Fl-istess waqt għandhom jinnotifikaw il-kwantitajiet ta' ħut miżmuma abbord.
4. Il-bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku li bi ħsiebhom jistadu f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond hekk kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkollhom Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) operazzjonali u li tiffunzjona kompletament, li tikkonforma mar-regoli rispettivi meta jkunu prezżenti f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond.
5. Il-bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku li jistadu f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond hekk kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandhom jagħmlu rapporti bil-VMS kull siegħa.
6. Il-bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku li jkunu temmew is-sajd f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond hekk kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-FMC Irlandiż hekk kif jitilqu ż-żona. Fl-istess waqt għandhom jinnotifikaw il-kwantitajiet ta' ħut miżmuma abbord.
7. Is-sajd għal speċijiet pelaġiċi f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond hekk kif stabbilit fil-paragrafu 1 huwa ristrett għal li wieħed ikollu abbord jew jistad bi xbieki b'daqs tal-malja li jkunu bejn 16-il mm u 31 mm jew bejn 32 mm u 54 mm.
Artikolu 34f
Miżuri għall-protezzjoni ta' ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond fid-Diviżjonijiet VIIIc tal-ICES
1. Għandu jkun ipprojbit it-tkarkir tal-qiegħ u s-sajd b'irkaptu statiku, inklużi għeżula u konzijiet tal-qiegħ, fiż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84:
El Cachucho:
–
44o12' N, 05o16' W
–
44o12' N, 04o26' W
–
43o53' N, 04o26' W
–
43o 53' N, 05o16' W
–
44o12' N, 05o16' W
2. B'deroga mill-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 1, il-bastimenti li wettqu sajd bil-konzijiet tal-qiegħ fl-2006, l-2007 u l-2008 bil-mira ta' aktar lipp tal-qawwi jistgħu jakkwistaw mill-awtoritajiet tas-sajd tagħhom ▌awtorizzazzjoni tas-sajd f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 li tippermettilhom ikomplu jwettqu dak is-sajd fiż-żona tan-Nofsinhar ta' 44o00.00' N. Il-bastimenti kollha li jkunu akkwistaw din ▌l-awtorizzazzjoni speċjali tas-sajd għandhom, indipendentement mit-tul totali tagħhom, ikollhom fl-użu VMS sigura operazzjonali, li tiffunzjona b'mod sħiħ li tikkonforma mar-regoli rispettivi, meta jitwettaq is-sajd fiż-żona stabbilita fil-paragrafu 1.
* ĠU L 41, 13.2.2002, p. 1.
** ĠU L 77, 20.3.2002, p. 8.
"
(10) L-Artikolu 38 għandu jitħassar;
(11) L-Artikolu 47 għandu jitħassar;
(11a)L-Annessi I, IV, XII u XIV għar-Regolament (KE) Nru 850/98 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament;
(11b)L-Annessi XIIa, XIVa, XIVb, XIVc u XIVd jiddaħħlu skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
▌
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1434/98
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) 1434/98, jiżdied il-paragrafu li ġej:"
1a Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal aringi maqbudin fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES, fis-Subżona IV, fid-Diviżjoni VIId u fl-ilmijiet tal-UE tad-Diviżjoni IIa tal-ICES.
"
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ...,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
ANNESS
(L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 850/98 huma emendati kif ġej:
(1)
Fl-Anness I, in-nota f'qiegħ il-paġna 6 tat-tabella għandha titħassar.
(2)
Fl-Anness IV, it-tabella għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:"
Irkaptu irmunkat: Skagerrak u Kattegat
Meded ta' daqsijiet tal-malji, speċi mmirati u perċentwali tal-qbid meħtiega applikabbli għall-użu ta' medda waħda ta' daqsijiet tal-malji
Mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Ottubru fi Skagerrak u mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Lulju f'Kattegat.
(4)
Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar jum ta' Frar fi Skagerrak u mill-1 ta' Awissu sal-aħħar jum ta' Frar f'Kattegat
(5)
Fl-applikazzjoni ta' din il-medda ta' daqsijiet tal-malji l-manka għandha tkun magħmula minn xibka kwadra bi gradilja selettiva skont l-Anness XIVa ta' dan ir-Regolament.
(6)
Il-qbid miżmum abbord ma għandux jikkonsisti minn aktar minn 10% ta' kwalunkwe taħlita ta' merluzz, haddock, marlozz, barbun tat-tbajja', witch flounder, lemon sole, lingwata, barbun imperijali, partun, barbun tal-għajn, kavalli, lingwata lixxa, merlangu, dab, pollakkju, ksampu u awwista.
(7)
Il-qbid miżmum abbord ma għandux jikkonsisti minn aktar minn 50% ta' kwalunkwe taħlita ta' merluzz, haddock, marlozz, barbun tat-tbajja', witch flounder, lemon sole, lingwata, barbun imperijali, partun, barbun tal-għajn, aringi, kavalli, lingwata lixxa, dab, pollakkju, ksampu u awwista.
(8)
Il-qbid miżmum abbord ma għandux jikkonsisti minn aktar minn 60% ta' kwalunkwe taħlita ta' merluzz, haddock, marlozz, barbun tat-tbajja', witch flounder, lemon sole, lingwata, barbun imperjali, partun, barbun tal-għajn, lingwata lixxa, merlangu, dab, pollakkju u awwista.
"
(3) It-tabella fl-Anness XII hija emendata kif ġej:
(a)
ir-ringieli li jikkorrispondu għall-gandoffli short-necked u l-qarnita għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"
Speċi
Daqs Minimu
Ir-reġjuni minn 1 sa 5, minbarra Skagerrak/Kattegat
Skagerrak/Kattegat
Gandoffli short-necked (Venerupis philippinarum)
35 mm
Speċi
Daqs Minimu: Ir-reġjuni minn 1 sa 5, minbarra Skagerrak/Kattegat
Qarnit (Octopus Vulgaris)
Iż-żona kollha minbarra l-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Reġjun 5: 750 gramma Ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Reġjun 5: 450 gramma (imnaddfa)
"
(b)
ir-ringieli li jikkorrispondu għall-inċova għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"
Speċi
Daqs Minimu: Ir-reġjuni minn 1 sa 5, minbarra Skagerrak/Kattegat
Inċova (Engraulis encrasicolus)
Iż-żona kollha, minbarra d-Diviżjoni ICES IXa fil-Lvant tal-lonġitudni 7° 23' 48‘ W: l cm jew 90 ħuta għal kull kilo Diviżjoni ICES IXa fil-Lvant tal-lonġitudni 7° 23' 48‘ W: 10 cm’
"
“"
’;
(4)L-anness li ġej għandu jiddaħħal:
ANNEX XIIa
MINIMUM SIZES FOR REGION 9
Speċi
Turbot (Psetta maxima)
Daqs Minimu: Reġjun 9
45cm
"
(5) Fl-Anness XIV, l-ismijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu fl-ordni alfabetika korrispondenti tagħhom ta' ismijiet vernakulari:"
ISEM VERNAKULARI
ISEM XJENTIFIKU
Minfaħ
Capros aper
Lipp abjad
Phycis blennoides
Merluzz
Sebastes spp.
Sardinelli
Sardinella aurita
"
(6) Għandhom jiddaħħlu l-annessi li ġejjin:"
ANNEX XIVa
SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAL GRADILJA SELETTIVA
-1.Il-gradilja tat-tgħarbil tal-ispeċijiet għandha titqabbad ma' xbiek tat-tkarkir ta' manka bil-malji kwadrata għal kollox u b'qies il-malji daqs jew akbar minn 70 mm u iżgħar minn 90 mm. Il-tul minimu tal-manka għandu jkun 8 m. Għandu jkun ipprojbit li jintuża kwalunkwe xbiek tat-tkarkir li jkollu aktar minn 100 malji kwadri fi kwalunkwe ċirkonferenza tal-manka, eskluża l-parti tal-ħjata jew tal-ħaxja. Il-manka bil-malji kwadri hija meħtieġa biss fi Skagerrak u Kattegat
1. Il-gradilja għandha tkun rettangolari. Il-vireg tal-gradilja għandhom ikunu paralleli mal-assi wieqfa tal-gradilja. L-ispazju bejn il-vireg tal-gradilja ma għandux jaqbeż il-35 mm. Għandu jkun permess l-użu ta' ċappetta waħda jew aktar biex jiġi ffaċilitat il-ħżin tagħha fuq il-kapstan tax-xbiek.
2. Il-gradilja għandha tiġi mmuntata b'mod djagonali fix-xbieki tat-tkarkir, 'il fuq u lura, kullimkien minn eżatt quddiem il-manka sat-tarf ta' ġewwa tal-parti li ma tidjieqx. Il-ġnub kollha tal-gradilja għandhom ikunu mwaħħla max-xbieki tat-tkarkir.
3. Fil-parti ta' fuq tax-xbiek tat-tkarkir għandu jkun hemm ħruġ mhux imblukkat għall-ħut imqabbad immedjatament man-naħa ta' fuq tal-gradilja. Il-fetħa tal-ħruġ għall-ħut għandu jkollha l-istess wisa' fuq il-ġenb ta' wara daqs il-wisa' tal-gradilja u għandha tinqata' għal tarf fid-direzzjoni ta' ġewwa tul il-vireg tax-xibka miż-żewġ naħat tal-gradilja.
4. Fin-naħa ta' quddiem tal-gradilja, għandu jkun permess it-twaħħil ta' lenbut li jidderieġi l-ħut lejn qiegħ ix-xbiek tat-tkarkir u l-gradilja. Il-qies minimu tal-malji tal-lenbut għandu jkun 70 mm. Il-fetħa vertikali minima tal-lembut ta' gwida lejn il-gradilja għandha tkun 15 cm. Il-wisa' tal-lembut li jiggwida lejn il-gradilja għandha tkun l-istess wisa' tal-gradilja.
Illustrazzjoni skematika ta' xbieki tat-tkarkir li jissepara l-ħut skont l-ispeċi u d-daqs. Il-ħut li jidħol jiġi dirett lejn il-qiegħ tax-xbieki tat-tkarkir u l-gradilja permezz ta' għamla ta' lenbut li jiddereġih. Ħut akbar imbagħad jiġi dirett 'il barra mix-xbieki tat-tkarkir mill-gradilja filwaqt li ħut iżgħar u l-ksampu jgħaddu mill-gradilja u jidħlu fil-manka. Il-manka kollha bil-malji kwadri tgħin biex tħarrab ħut żgħir u ksampu żgħir wisq. Il-manka bil-malji kwadri kif tidher fid-dijagramma hija meħtieġa biss fi Skagerrak u Kattegat.
ANNESS XIVb
KONDIZZJONIJIET GĦAS-SAJD B'ĊERTU RKAPTU MIĠBUD AWTORIZZAT FIL-BAJJA TA' BISCAY
1.Speċifikazzjonijiet tal-pannell ta' fuq b'malji kwadri
Il-pannell għandu jkun sezzjoni rettangolari ta' xibka. Għandu jkun hemm pannell wieħed biss. Il-pannell ma għandux ikun imblukkat bl-ebda mod b'oġġetti miżjuda sew minn ġewwa kif ukoll minn barra.
2.Pożizzjoni tal-pannell
Il-pannell għandu jiddaħħal fin-nofs tal-parti ta' fuq tas-sezzjoni li tidjieq ta' wara tax-xbieki, eżatt quddiem il-parti li ma tidjieqx magħmula mill-parti tal-estensjoni u l-manka.
Il-pannell għandu jispiċċa mhux aktar minn 12-il malja mir-ringiela ta’ malji mmaljati bl-idejn bejn il-biċċa tal-estensjoni u s-sezzjoni ta’ wara li tidjieq tax-xbieki tat-tkarkir.
3.Daqs tal-pannell
It-tul tal-pannell għandu jkun mill-inqas 2 metri u l-wisa' tal-pannell, mill-inqas metru.
4.Xbieki tal-pannell
Il-malji għandu jkollhom ftuħ minimu tal-malja ta' 100 mm. Il-malji ser ikunu malji kwadri, jiġifieri l-erba' naħat tal-malji tat-tieqa għandhom ikunu maqtugħin għall-vireg kollha.
Ix-xibka għandha tkun immontata b'tali mod li l-vireg ikunu paralleli u perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-manka.
Ix-xibka għandha tkun ta' ħjut singoli. Il-ħxuna tal-ħjut ma għandhiex tkun aktar minn 4 mm.
5.Tqegħid tal-pannell fix-xibka bil-malji forma ta' djamant
Għandu jkun permess li titwaħħal ċmusa mal-erba' ġnub tal-pannell. Id-djametru ta' din iċ-ċmusa ma għandux ikun aktar minn 12 mm.
It-tul stirat tal-pannell għandu jkun daqs it-tul stirat tal-malji forma ta’ djamant imwaħħla man-naħa lonġitudinali tal-pannell.
L-għadd ta' malji forma ta’ djamant fix-xibka ta' fuq imwaħħla mal-iżgħar naħa tal-pannell (jiġifieri, il-ġenb b'tul ta' metru li huwa perpendikolari għall-assi lonġitudinali tal-manka) għandu tal-inqas l-għadd ta' malji forma ta’ djamant sħaħ imwaħħla mal-ġenb lonġitudinali tal-pannell diviżi b'0.7.
6.It-tqegħid tal-pannell fix-xibka tat-tkarkir huwa muri hawn taħt.
ANNESS XIVc
PANNELL TA' MALJI KWADRI GĦAL BASTIMENTI AKBAR MINN 15-IL METRU
1.Speċifikazzjonijiet tal-pannell ta' fuq b'malji kwadri
Il-pannell għandu jkun sezzjoni rettangolari ta' xibka. Ix-xibka għandha tkun ta' ħjut singoli. Il-malji għandhom ikunu malji kwadri, jiġifieri l-erba' naħiet tax-xibka tal-pannell għandhom ikunu maqtugħin kollha vireg. It-tul tal-pannell għandu jkun mill-inqas 3 metri minbarra meta jkun inkorporat fi xbieki miġbuda minn bastimenti ta' inqas minn 112 kilowatt, meta għandu jkun tal-inqas 2 metri fit-tul.
2.Pożizzjoni tal-pannell
Il-pannell għandu jiddaħħal fil-pannell ta' fuq tal-manka. It-tarf ta' wara nett tal-pannell ma għandux ikun aktar minn 12-il metru mill-codline hekk kif definit fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 tas-6 ta' Diċembru 1984 dwar it-twaħħil ta' mekkaniżmu ma' gangmi, xbieki Daniżi u xbieki simili* .
3.Tqegħid tal-pannell fix-xibka bil-malji forma ta' djamant
Ma għandux ikun hemm aktar minn żewġ malji forma ta' djamant miftuħa bejn in-naħa lonġitudinali tal-pannell u ċ-ċmusa ta' maġenbha.
It-tul stirat tal-pannell għandu jkun daqs it-tul stirat tal-malji forma ta’ djamant imwaħħla man-naħa lonġitudinali tal-pannell. Ir-rata ta’ ġonot bejn il-malji forma ta' djamant tal-pannell ta' fuq tal-manka u l-iżgħar naħa tal-pannell għandha tkun ta' tliet malji forma ta' djamant għal malju kwadru wieħed għal manka ta’ 80 mm, jew żewġ malji forma ta' djamant għal malju kwadru wieħed għal manka ta’ 120 mm, għajr għall-vireg tax-xifer tal-pannell miż-żewġ naħiet.
ANNESS XIVd
PANNELL TA' MALJI KWADRI GĦAL BASTIMENTI IŻGĦAR MINN 15-IL METRU
1.Speċifikazzjonijiet tal-pannell ta' fuq b'malji kwadri
Il-pannell għandu jkun sezzjoni rettangolari ta' xibka. Ix-xibka għandha tkun ta' ħjut singoli. Il-malji għandhom ikunu malji kwadri, jiġifieri l-erba' naħiet tax-xibka tal-pannell għandhom ikunu maqtugħin kollha vireg. It-tul tal-pannell għandu jkun mill-inqas 3 metri minbarra meta jkun inkorporat fi xbieki miġbuda minn bastimenti ta' inqas minn 112 kilowatt, meta għandu jkun tal-inqas 2 metri fit-tul.
2.Pożizzjoni tal-pannell
Il-pannell għandu jiddaħħal fil-pannell ta' fuq tal-manka. It-tarf ta' wara nett tal-pannell ma għandux ikun aktar minn 12-il metru mill-codline hekk kif definit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3440/84.
3.Tqegħid tal-pannell fix-xibka bil-malji forma ta' djamant
Ma għandux ikun hemm aktar minn żewġ malji forma ta' djamant miftuħa bejn in-naħa lonġitudinali tal-pannell u ċ-ċmusa ta' maġenbha. It-tul stirat tal-pannell għandu jkun daqs it-tul stirat tal-malji forma ta’ djamant imwaħħla man-naħa lonġitudinali tal-pannell. Ir-rata ta' ġonot bejn il-malji forma ta' djamant tal-pannell ta' fuq tal-manka u l-iżgħar naħa tal-pannell għandha tkun ta' żewġ malji forma ta' djamant għal malju kwadru wieħed, ħlief għall-vireg tax-xifer tat-tieqa miż-żewġ naħiet.
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord bastimenti (COM(2011)0798 – C7-0431/2011 – 2011/0364(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0798),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0431/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0295/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb li jiġi adottat r-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord ta' bastimenti
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 605/2013.)
Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal
211k
21k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2012 dwar id-dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni mill-Istati Membri, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, tal-adeżjoni ta' tmien pajjiżi terzi mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal (2012/2791(RSP))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2(2), 3(2), 4(2)(j), 81(3), 216(1) u 218(6)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Każijiet 22/70(1) u C-467/98(2) u l-Opinjoni 1/03(3),
– wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni għal deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar id-dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni mill-Istati Membri, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, tal-adeżjoni tal-Gabon(4), l-Andorra(5), is-Seychelles(6), il-Federazzjoni Russa(7), l-Albanija(8), is-Singapor(9), il-Marokk(10) u l-Armenja(11) għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,
– wara li kkunsidra l-fatt li l-Kunsill għadu ma talabx il-kunsens tal-Parlament rigward dawn id-deċiżjonijiet,
– wara li kkunsidra l-mistoqsija mressqa lill-Kummissjoni dwar id-dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni mill-Istati Membri, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, tal-adeżjoni ta' tmien pajjiżi terzi mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal (O-000159/2012 – B7-0367/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura,
A. billi l-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal hi ta' importanza ewlenija, peress li tistabbilixxi sistema li tippermetti lill-istati parteċipanti jikkooperaw biex tinstab soluzzjoni għall-ħtif internazzjonali tat-tfal, billi tiddefinixxi l-kompetenzi tal-ġurisprudenza u d-dritt applikabbli fit-teħid ta' deċiżjoni dwar fejn għandhom jirresjiedu t-tfal;
B. billi b'hekk, il-Konvenzjoni tistipula r-ritorn rapidu tat-tfal maħtufa fil-pajjiż ta' residenza abitwali tagħhom;
C. billi l-Konvenzjoni tapplika biss għal dawk il-pajjiżi li rratifikawha jew li huma membri tagħha;
D. billi l-adeżjoni ta' stati membri ġodda għandha tiġi aċċettata minn dawk l-istati li diġà huma membri, sabiex il-pajjiżi jkunu jistgħu japplikaw il-Konvenzjoni bejniethom;
E. billi għaldqastant l-aċċettazzjoni tal-adeżjonijiet għandha importanza ewlenija;
F. billi l-Unjoni Ewropea diġà eżerċitat il-kompetenza interna fil-qasam tal-ħtif internazzjonali tat-tfal, b'mod partikolari permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 li jirrigwarda l-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurżar ta' ġudizzji fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet ta' responsabilità tal-ġenituri(12);
G. billi għalhekk isegwi li l-Unjoni Ewropea kisbet kompetenza esterna esklussiva fil-qasam tal-ħtif internazzjonali tat-tfal;
H. billi, peress li l-Konvenzjoni ma tippermettix l-adeżjoni ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, l-Unjoni Ewropea għandha tawtorizza lill-Istati Membri jaġixxu fl-interess tagħha fl-aċċettazzjoni tal-adeżjonijiet msemmija aktar 'il fuq;
I. billi għalhekk il-Kunsill għandu minnufih jieħu passi biex jadotta d-deċiżjonijiet proposti mill-Kummissjoni, inkluż bil-konsultazzjoni immedjata tal-Parlament;
J. billi jidher li minkejja l-urġenza tal-kwistjoni u ċ-ċarezza tas-sitwazzjoni ġuridika, il-Kunsill iddeċieda li jittardja l-konsultazzjoni tal-Parlament u l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet msemmija qabel bil-għan li jikkontesta l-prinċipju ta' dawk id-deċiżjonijiet fuq bażi ġuridika;
1. Jindirizza lill-Kunsill ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-Kunsill għandu jipproċiedi minnufih bil-proċedura għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet proposti msemmija qabel;
(b)
għal dan il-għan, għandu jikkonsulta mal-Parlament dwar it-tmien deċiżjonijiet proposti;
(c)
fl-interess taċ-ċittadini Ewropej li jibbenefikaw mill-adozzjoni ta' dawk id-deċiżjonijiet, għandu jibqa' lura milli jostakola l-funzjonament xieraq tal-Unjoni Ewropea fuq bażi ġuridika falza;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President biex igħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, u għal informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-uffiċċju Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.
L-Opinjoni 1/03 dwar il-Kompetenza tal-Komunità li tikkonkludi l-Konvenzjoni l-ġdida ta' Lugano dwar il-Ġurisdizzjoni u r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali) [2006] ECR I-1145, paragrafu 126.
Il-Konferenza Dinjija dwar it-Telekomunikazzjonijiet Internazzjonali (WCIT-2012) li jmiss tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet, u l-espansjoni possibbli tal-kamp ta'applikazzjoni tar-regolamenti tat-telekomunikazzjonijiet internazzjonali
215k
23k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2012 dwar il-Konferenza Dinjija dwar it-Telekomunikazzjonijiet Internazzjonali (WCIT-2012) li jmiss tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet, u l-espansjoni possibbli tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti tat-Telekomunikazzjonijiet Internazzjonali (2012/2881(RSP))
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009(1) li temenda d-Direttiva 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, id-Direttiva 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi u faċilitajiet assoċjati u d-Direttiva 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009(2) li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi,
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta' Settembru 2002(3) dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2011 dwar l-internet miftuħ u n-newtralità tan-net fl-Ewropa(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar “il-governanza tal-internet: il-passi li jmiss’(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni A/HRC/20/L13 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU,
– wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-UE dwar ir-reviżjoni tar-Regolamenti Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni li se tittieħed fil-Konferenza Dinjija dwar it-Telekomunikazzjonijiet Internazzjonali jew fl-istanzi preparatorji tagħha (COM(2012)0430),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi r-Regolamenti tat-Telekomunikazzjonijiet Internazzjonali ġew adottati permezz tal-Konferenza Amministrattiva Dinjija dwar it-Telegrafija u t-Telefonija f’Melbourne fl-1988 u sa issa għadhom qatt ma ġew riveduti;
B. billi s-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma firmatarji ta’ dawn ir-Regolamenti tat-Telekomunikazzjonijiet Internazzjonali;
C. billi l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet (UIT) sejħet laqgħa f'Dubaj bejn it-3 u l-14 ta' Diċembru 2012, bl-isem “Konferenza Dinjija dwar it-Telekomunikazzjonijiet Internazzjonali (WCIT)”, biex jintlaħaq qbil dwar test ġdid għal dawn ir-Regolamenti tat-Telekomunikazzjonijiet Internazzjonali;
1. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiżguraw li kwalunkwe tibdil fir-Regolamenti tat-Telekomunikazzjonijiet Internazzjonali jkun kompatibbli mal-acquis tal-UE u jsaħħaħ l-objettiv tal-Unjoni li l-internet jiġi żviluppat bħala post verament pubbliku fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, partikolarment il-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda, ikunu rispettati, filwaqt li l-osservanza tal-prinċipji tas-suq ħieles, in-newtralità tal-internet u l-intraprenditorija ikunu żgurati;
2. Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' trasparenza u inklużività fin-negozjati għad-WCIT-12, meta r-riżultati ta' din il-laqgħa jistgħu jolqtu l-interess pubbliku b’mod sostanzjali;
3. Jemmen li l-UIT, jew kwalunkwe istituzzjoni internazzjonali ċentralizzata unika oħra, mhijiex l-entità xierqa li teżerċita l-awtorità regolatorja fuq il-governanza tal-internet jew fuq il-flussi tat-traffiku fl-internet;
4. Jenfasizza li wħud mill-proposti għar-riforma tar-Regolamenti tat-Telekomunikazzjonijiet Internazzjonali jolqtu negattivament lill-internet, l-arkitettura, l-operazzjonijiet, il-kontenut u s-sigurtà, ir-relazzjonijiet fid-dinja tan-negozju u l-governanza tiegħu, kif ukoll il-fluss liberu tal-informazzjoni onlajn;
5. Jemmen li, bħala konsegwenza ta’ wħud mill-proposti ppreżentati, l-UIT stess għandha mnejn issir is-setgħa li tikkmanda uħud mill-aspetti tal-internet, u dan jaf itemm il-mudell attwali li jinkludi diversi partijiet konċernati, u minn isfel għal fuq (bottom-up); jesprimi tħassib li, jekk jiġu adottati, dawn il-proposti jafu jolqtu serjament l-iżvilupp ta' servizzi onlajn għall-utenti finali u l-aċċess tagħhom għal dawn is-servizzi, kif ukoll l-ekonomija diġitali kollha kemm hi; jemmen li l-governanza tal-internet u l-kwistjonijiet regolatorji relatati għandhom jibqgħu jkunu definiti f’livell komprensiv u li jinkludi diversi partijiet konċernati;
6. Jinsab imħasseb li l-proposti ta’ riforma tal-UIT jinkludu l-ħolqien ta’ mekkaniżmi ġodda ta’ profitt li jistgħu jheddu serjament in-natura miftuħa u kompetittiva tal-internet, jgħollu l-prezzijiet, ixekklu l-innovazzjoni u jillimitaw l-aċċess; ifakkar li l-internet għandu jibqa’ liberu u miftuħ;
7. Jappoġġa kwalunkwe proposta biex jinżammu l-kamp ta' applikazzjoni attwali tar-Regolamenti tat-Telekomunikazzjonijiet Internazzjonali u l-mandat attwali tal-UIT; jopponi kwalunkwe proposta maħsuba biex twessa' l-kamp ta' applikazzjoni għal oqsma bħal pereżempju l-internet, inkluż l-ispazju tal-isem tad-domain, l-allokazzjoni tal-indirizzi IP, ir-routing tat-traffiku fl-internet u kwistjonijiet relatati mal-kontenut;
8. Jistieden lill-Istati Membri jipprevjenu kwalunkwe tibdil fir-Regolamenti tat-Telekomunikazzjoni Internazzjonali li jkun dannuż għan-natura miftuħa tal-internet, in-newtralità tal-internet, il-prinċipju ta’ minn tarf għall-ieħor (end-to-end), l-obbligi ta' servizz universali u l-governanza parteċipattiva fdata f'idejn diversi atturi bħal gvernijiet, istituzzjonijiet sopranazzjonali, organizzazzjonijiet mhux governattivi, impriżi kbar u żgħar, il-komunità teknoloġika u l-utenti u l-konsumaturi tal-internet b'mod ġenerali;
9. Jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina n-negozjati tar-reviżjoni tar-Regolamenti tat-Telekomunikazzjonijiet Internazzjonali għan-nom tal-Unjoni Ewropea, abbażi ta’ kontributi miġbura b’mod inklużiv mingħand diversi partijiet konċernati, permezz ta’ strateġija li jkollha l-għan primarju li tiżgura u tippreserva n-natura miftuħa tal-internet, u li tħares id-drittijiet u l-libertajiet tal-utenti tal-internet onlajn;
10. Ifakkar fl-importanza li jiġi salvagwardat internet sod abbażi tal-prinċipju tal-aħjar sforz, li jitrawmu l-innovazzjoni u l-libertà tal-espressjoni, li tiġi żgurata l-kompetizzjoni u li jiġi evitat distakk diġitali ġdid;
11. Jenfasizza li Regolamenti tat-Telekomunikazzjonijiet Internazzjonali għandhom jispeċifikaw li r-rakkomandazzjonijiet tal-UIT huma dokumenti mhux vinkolanti li jippromwovu l-aħjar prattiki;
12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Protokoll ta' Kjoto tagħha,
– wara li kkunsidra r-riżultati tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima li saret f'Bali fl-2007 kif ukoll il-Pjan ta' Azzjoni ta' Bali (Deċiżjoni 1/COP 13),
– wara li kkunsidra l-15-il Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (COP 15) u l-5 Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (COP/MOP 5), li saret f'Kopenħagen, id-Danimarka, mis-7 sat-18 ta’ Diċembru 2009, u l-Qbil ta' Kopenħagen,
– wara li kkunsidra s-16-il Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC (COP 16) u s-sitt Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (COP/MOP 6) li saret f’Cancún, il-Messiku, mid-29 ta' Novembru sal-10 ta' Diċembru 2010, u l-Ftehimiet ta' Cancún,
– wara li kkunsidra s-17-il Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (COP 17) kif ukoll is-7 Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (COP/MOP 7), li saru f'Durban, fl-Afrika t'Isfel, mit-28 ta' Novembru sad-9 ta’ Diċembru 2011 u, b'mod partikulari, id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-Pjattaforma ta' Durban għal Azzjoni Msaħħa.
– wara li kkunsidra t-18-il Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (COP 18) li jmiss kif ukoll it-tmien Konferenza tal-Partijiet li se sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (COP/MOP 8), li se jsiru f'Doha, il-Qatar, mis-26 ta' Novembru sat-8 ta’ Diċembru 2012,
– wara li kkunsidra l-pakkett tal-UE dwar il-klima u l-enerġija ta' Diċembru 2008,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2009 dwar “l-2050: Il-Ġejjieni jibda llum – Rakkomandazzjonijiet għal politika tal-UE integrata fil-ġejjieni dwar il-bidla fil-Klima”(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istrateġija tal-UE għall-Konferenza ta' Kopenħagen dwar il-Bidla fil-Klima (COP 15)(3), tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-eżitu tas-Samit ta' Kopenħagen dwar it-tibdil fil-klima (COP 15)(4), tal-25 ta' Novembru 2010 dwar il-konferenza dwar it-tibdil fil-klima li saret f'Cancún (COP 16)(5) u tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-konferenza dwar it-tibdil fil-klima f'Durban (COP 17)(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050(7),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2012 dwar is-segwitu għas-17-il sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet (COP 17) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u s-7 sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP 7) (Durban, l-Afrika t'Isfel, mit-28 ta' Novembru sad-9 ta' Diċembru 2011),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2012 dwar “finanzjament għall-klima - finanzjament rapidu”,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-18 ta' Lulju 2011 dwar id-Diplomazija tal-UE dwar il-Klima,
– wara li kkunsidra r-rapport ta' sinteżi ta’ Novembru 2011 tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) bl-isem “Bridging the Emissions Gap”,
– wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta tal-20 ta’ Diċembru 2005 tal-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar “Politika għall-Iżvilupp tal-Unjoni Ewropea: ”Il-Konsensus Ewropew“”(8), u b'mod partikolari l-punti 22, 38, 75, 76 u 105 tagħha,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000, li fasslet l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs) bħala għanijiet stabbiliti b'mod konġunt mill-komunità internazzjonali biex jinqered il-faqar,
– wara li kkunsidra l-impenji meħuda mis-summit tal-G20 f’Pittsburgh tal-24 u l-25 ta’ Settembru 2009 biex jitneħħew gradwalment is-sussidji għall-fjuwils fossili fuq perjodu medju u jiġi pprovdut appoġġ immirat biex l-ifqar pajjiżi jkunu jistgħu jadattaw għat-tibdil fil-klima,
– wara li kkunsidra l-11-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP 11) dwar il-bijodiversità li se ssir f’Hyderabad, l-Indja, mit-8 sad-19 ta’ Ottubru 2012,
– wara li kkunsidra l-mistoqsijiet orali (O-000160/2012 – B7-0364/2012 u O-000161/2012 – B7-0365/2012), imressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel skont l-Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, u wara li kkunsidra l-istqarrijiet tal-Kunsill u l-Kummissjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. whereas the decisions encompassing the Durban Platform for Enhanced Action (the Durban Package) recognise that climate change represents an urgent and potentially irreversible threat to human societies and the planet and thus has to be addressed at international level by all the Parties;
B. billi l-Pakkett ta' Durban, fil-prinċipju, poġġa l-pedamenti għal ftehim komprensiv, ambizzjuż u li jorbot legalment li jinvolvi l-Partijiet kollha, li jrid jintlaħaq sal-2015 u li jrid jiġi implimentat sal-2020;
C. billi l-Konferenza ta' Doha (COP 18) trid tkompli tibni fuq il-momentum li nkiseb f'Durban sabiex tiżgura li tali ftehim globali li jorbot legalment jibqa' għaddej fit-triq it-tajba u jintlaħaq sal-2015;
D. billi tali ftehim globali li jorbot legalment għandu jkun konsistenti mal-prinċipju ta’ “responsabbiltajiet komuni iżda differenzjati u kapaċitajiet rispettivi”, iżda jrid jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-emittenti ewlenin kollha jadottaw miri ambizzjużi u suffiċjenti u miżuri ta’ politika korrispondenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra, li jirriflettu l-evoluzzjoni tal-kapaċitajiet;
E. billi l-Pakkett ta' Durban ma qiesx b’mod suffiċjenti l-ħtieġa li tittieħed azzjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima sal-2020, u billi l-impenji u l-wegħdiet eżistenti mhumiex suffiċjenti biex jintlaħaq l-objettiv li ż-żieda globali fit-temperatura medja annwali tal-wiċċ tiġi limitata għal 2°°C apparagun tal-livelli preindustrijali (“l-objettiv ta' 2°°C”), u billi dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati bl-akbar prijorità fil-Konferenza ta' Doha;
F. billi, skont l-evidenza xjentifika ppreżentata mill-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), l-objettiv ta' 2°C jirrikjedi li l-emissjonijiet globali jilħqu l-quċċata sal-2015, jitnaqqsu b'tal-anqas 50% apparagun tal-livelli tal-1990 sal-2050, u wara jkomplu jonqsu; billi l-UE għandha, għaldaqstant, tirsisti sabiex jittieħdu azzjonijiet konkreti mill-emittenti ewlenin kollha u biex dawn jiġu implimentati effettivament qabel l-2020;
G. billi konklużjonijiet xjentifiċi riċenti jissuġġerixxu li l-effetti tat-tibdil fil-klima huma aktar rapidi u aktar qawwija milli kien imbassar qabel, pereżempju fir-reġjun tal-Artiku;
H. billi, skont l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE), id-domanda globali għall-enerġija mistennija tiżdied b’terz bejn l-2010 u l-2035; billi l-maġġoranza taż-żieda fid-domanda u fl-emissjonijiet se jseħħu fl-ekonomiji emerġenti; billi jeżistu sussidji b’valur ta’ USD 400 biljun li jappoġġaw il-konsum ħali tal-fjuwils fossili;
I. billi d-dekarbonizzazzjoni fl-industrija u s-settur tal-enerġija bl-applikazzjoni tal-innovazzjonijiet tkun ta' vantaġġ għall-UE bħala waħda minn tal-ewwel li tidħol fis-suq globali li qed jikber tal-prodotti u s-servizzi relatati mal-enerġija;
J. billi l-innovazzjoni dinjija fis-settur tal-enerġija sostenibbli (kemm fil-livell tal-produzzjoni kif ukoll f’dak tal-utent) toħloq l-impjiegi, tistimola t-tkabbir ekonomiku, iżżid l-indipendenza enerġetika u tgħin biex toħloq dinja aktar nadifa li fiha t-tibdil fil-klima jiġi mmitigat u jiġi żgurat li jkun hemm provvisti suffiċjenti tal-enerġija;
K. billi l-investimenti fis-settur tal-enerġija ta’ sikwit ħafna jkollhom ħajja ta' 30 sena jew aktar u l-ippjanar ta' proġetti u politiki ġodda jieħdu fit-tul, u dan joħloq sitwazzjoni li tintensifika l-urġenza dinjija li jittieħdu passi ġodda fil-qasam tal-enerġija;
L. billi jeħtieġ li jkun hemm aktar riċerka bl-għan li jitrawmu innovazzjonijiet utli fis-sistemi tal-enerġija u tat-trasport;
M. billi, sabiex turi s-serjetà tal-isforzi tagħha, u fid-dawl tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u ekonomiċi tagħha, l-UE għandha tieħu rwol mexxej fil-ħarsien tal-klima;
N. billi mhu se jkun possibbli l-ebda ftehim li jorbot legalment fl-2015 fin-nuqqas ta’ kunsens dwar l-ekwità fl-isforzi ta’ mitigazzjoni globali u fit-tul;
O. billi fil-COP 16 f’Cancún (2010), il-pajjiżi żviluppati impenjaw ruħhom li jipprovdu, sal-2020, USD 100 biljun f’finanzjament annwali “ġdid u addizzjonali” sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, iżda billi s’issa ma hemm l-ebda definizzjoni maqbula internazzjonalment ta’ xi tfisser eżatt “ġodda u addizzjonali”;
P. billi wara l-2012, l-aħħar sena ta' finanzjament rapidu (USD 30 biljun fuq tliet snin impenjati f’Kopenħagen), ma hemm l-ebda ċertezza dwar kemm se jingħata finanzjament għall-klima;
Q. billi globalment, madwar 20% tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra jirriżultaw mid-deforestazzjoni u forom oħra ta’ użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art, u billi l-agroforestrija żżid l-effetti ta’ mitigazzjoni tas-CO2 permezz tal-ħżin tal-karbonju u tnaqqas il-faqar permezz tad-diversifikazzjoni tad-dħul tal-komunitajiet lokali;
R. billi t-titjib fil-governanza tal-foresti huwa prerekwiżit fundamentali għat-tnaqqis dejjiemi tad-deforestazzjoni;
Pjattaforma ta' Durban għal Azzjoni Msaħħa
1. Jilqa' t-twaqqif ta' Grupp ta' Ħidma Ad Hoc dwar il-Pjattaforma ta' Durban għal Azzjoni Msaħħa u jinnota li d-Deċiżjoni 1/CP.17 tirrikjedi li dan il-Grupp, bħala kwistjoni ta’ urġenza, jibda jaħdem fuq l-iżvilupp ta' protokoll, strument legali jew eżitu miftiehem b'setgħa legali fil-qafas tal-Konvenzjoni, applikabbli għall-Partijiet kollha, u jlesti din il-ħidma mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-2015; jinnota wkoll li l-ħidma tiegħu trid tkun mgħarrfa bil-Ħames Rapport ta' Valutazzjoni tal-IPCC, li għandu jkun lest sal-2014; jilqa' wkoll il-proċess biex il-Partijiet iżidu l-livell ta' ambizzjoni tagħhom għal qabel l-2020;
2. Jenfasizza li jeħtieġ li l-ekwità u r-responsabbiltajiet komuni iżda differenzjati u l-kapaċitajiet rispettivi (CBDRRC) ikunu fil-qofol tal-Pjattaforma ta' Durban għal Azzjoni Msaħħa sabiex tkun tista' tagħti riżultati adegwati favur il-klima;
3. Jinnota li, b'mod parallel, il-Pakkett ta' Durban jirrikjedi li l-Grupp ta' Ħidma Ad Hoc dwar Azzjoni ta' Kooperazzjoni fit-Tul (AWG-LCA) jikseb l-eżiti miftiehma tiegħu qabel il-Konferenza ta' Doha;
4. Jenfasizza li l-istrument legali l-ġdid se jkollu jiżgura azzjoni ta' mitigazzjoni b'konformità ma’ baġit globali tal-karbonju li jkun konsistenti maż-żamma tat-tibdil fil-klima għal anqas minn 2°°C apparagun tal-livelli preindustrijali, flimkein mal-mezzi għall-azzjoni klimatika meħtieġa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ukoll kontabilità, monitoraġġ u rappurtaġġ robusti, u sistema b’saħħitha ta' infurzar u konformità;
5. Jinnota bi tħassib kbiar l-atteġġjament ostruzzjonista ta' ċerti Partijiet fit-taħditiet ta' Bonn li saru f'Mejju 2012, iżda jilqa' l-passi żgħar iżda viżibbli favur il-konverġenza miksuba waqt is-sessjonijiet informali addizzjonali f'Bangkok, it-Tajlandja, mit-30 ta' Awwissu sal-5 ta' Settembru 2012;
6. Jitlob ċarezza u ftehim ulterjuri dwar il-komparabilità tal-isforz u l-kontabilità komuni għall-Partijiet żviluppati li ma jagħmlux parti mill-Protokoll ta' Kjoto qabel ma jiġi konkluż l-AWG-LCA;
7. Jenfasizza li jeħtieġ li l-UE tmexxi bl-eżempju billi timplimenta l-impenji tagħha u billi turi ambizzjoni kemm fir-rigward tal-mitigazzjoni kif ukoll fir-rigward tal-finanzjament; jemmen, għaldaqstant, li hija r-responsabilità tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE, qabel il-Konferenza ta' Doha, li jinvolvu ruħhom f’diplomazija intensiva dwar il-klima u jibnu alleanzi internazzjonali biex jiżguraw li l-impenji meħuda fil-Pakkett ta' Durban jiġu rrispettati u li l-proċess tal-UNFCCC jiġi simplifikat favur sistema multilaterali ġdida li jrid jintlaħaq ftehim dwarha sal-2015; jenfasizza li huwa importanti li jiġi ċċarat kif se jkunu applikati l-prinċipji tal-Konvenzjoni f’qafas post-2020 sabiex il-Partijiet kollha jieħdu impenji; huwa tal-fehma li l-mekkaniżmu l-ġdid ibbażat fuq is-suq, definit fil-COP 17, huwa ta' importanza partikolari f'dan ir-rigward u jittama li l-AWG-LCA jirnexxielu jiżviluppa modalitajiet u proċeduri għal dan il-mekkaniżmu;
Il-Protokoll ta' Kjoto - it-tieni perjodu ta' impenn
8. Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Partijiet, kif riflessa fil-Pakkett ta’ Durban u li tkopri total ta’ madwar 50% tal-emissjonijiet globali, u huwa għalhekk li l-UE trid tintensifika l-isforzi tagħha biex issib soluzzjonijiet għal miżuri konġunti sabiex iġġib flimkien lill-atturi ewlenin kollha biex jiftiehmu, bħala pass interim, dwar it-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto biex jibda fl-1 ta’ Jannar 2013, bħala tranżizzjoni għal sistema internazzjonali ġdida, iktar effikaċi u li torbot legalment lill-Partijiet kollha, li tidħol fis-seħħ sal-2020;
9. Jieħu nota li t-tieni perjodu ta' impenn eventwali tal-Protokoll ta' Kjoto mhux se jkun fih il-parteċipazzjoni tal-Istati Uniti, ir-Russja, il-Ġappun u l-Kanada u li l-Awstralja u n-New Zealand għadhom inċerti jekk jipparteċipawx fih; jinnota, barra minn hekk, in-nuqqas kontinwu ta' objettivi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet minn pajjiżi li qed jiżviluppaw bħaċ-Ċina, l-Indja, il-Brażil u l-Indonesia;
10. Jitlob l-adozzjoni tal-emendi neċessarji f’Doha sabiex it-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto jkun jista' jibda minnufih fuq bażi proviżorja;
11. Jinnota l-wegħda, fid-Deċiżjoni 1/CMP.7 tal-Pakkett ta' Durban, li l-iskadenza tat-tieni perjodu ta' impenn se tkun deċiża fil-Konferenza ta' Doha, u jappoġġa perjodu ta' impenn ta' tmien snin li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020;
12. Jenfasizza, fl-istruttura operattiva attwali tal-Protokoll ta' Kjoto, il-ħtieġa li l-impenji kwantifikati għal limitazzjoni jew tnaqqis tal-emissjonijiet (QELROs), li kellhom jiġu ppreżentati mill-Partijiet sa Mejju 2012, jiġu adottati bħala emendi għall-Protokoll ta' Kjoto fil-Konferenza ta' Doha, b’konformità mad-Deċiżjoni 1/CMP.7; jistieden lil dawk il-Partijiet għall-Anness B li għandhom m’għamdlux hekk, jippreżentaw il-QELROs tagħhom, u jilqa’ l-preżentazzjoni inizjali tal-UE f'dan ir-rigward; jenfasizza li t-trasferiment ’il quddiem tal-unitajiet ta' ammont assenjat (AAUs) għat-tieni perjodu ta' impenn jipperikola l-integrità tal-Protokoll ta' Kjoto; jinnota li jekk l-Istati Membri jitħallew jittrasferixxu l-AAUs, il-Protokoll ta' Kjoto ma jkollu l-ebda effett reali fuq il-mitigazzjoni tal-klima;
13. Jilqa' l-proposta tal-Grupp tas-77 u ċ-Ċina biex b'mod effettiv jitrażżan u jiġi minimizzat l-użu tal-eċċess; jinnota li l-UE s'issa għadha ma ressqitx proposta biex tindirizza l-eċċess tal-AAUs; ifakkar li t-Trattat ta' Lisbona jiddikjara li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata kemm għal miżuri ġenerali (Artikolu 16 TFUE) kif ukoll matul il-proċedura meta jkunu qed isiru negozjati u meta jkunu qed jiġu stabbiliti ftehimiet internazzjonali ġodda (Artikolu 218 TFUE);
14. Itenni t-talba tiegħu għar-riforma tal-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif (CDM), filwaqt li jiġu stabbiliti regoli stretti dwar il-kwalità li jiggarantixxu li l-proġetti assoċjati jkunu ta’ standard għoli biżżejjed biex jgħinu t-tnaqqis tal-emissjonijiet b’mod affidabbli, verifikabbli, reali u supplementari, filwaqt li jsir kontribut għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jiġi evitat l-użu mhux xieraq tal-mekkaniżmu minn proġetti ta’ infrastruttura li l-emissjonijiet ta’ karbonju tagħhom ikunu għoljin; iqis li fil-ġejjieni s-CDM irid ikun limitat għall-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati (LDCs);
Id-differenza fil-mitigazzjoni
15. Jenfasizza l-ħtieġa urġenti għall-Partijiet kollha, l-ewwel nett, li jimplimentaw l-impenji tagħhom, u t-tieni li jgħollu l-livelli ta' ambizzjoni tagħhom bejn issa u l-2020, sabiex jibqgħu fl-ambitu tal-objettiv ta’ 2°°C; itenni b’mod partikolari l-ħtieġa urġenti ta’ progress biex tingħalaq il-“gigatonne gap” bejn is-sejbiet xjentifiċi u l-wegħdiet attwali tal-Partijiet u joħorġu impenji li jorbtu u azzjonijiet immirati lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet li jkunu iktar ambizzjużi minn dawk li hemm fil-Qbil ta’ Kopenħagen, abbażi tal-prinċipju ta’ “responsabbiltajiet komuni iżda differenzjati u l-kapaċitajiet rispettivi”, li jkun ifisser li l-pajjiżi iktar fqar għandhom – permezz ta’ assistenza finanzjarja u teknoloġika, iżda anke permezz tal-bini tal-kapaċità – ikunu jistgħu jagħmlu tranżizzjoni diretta għal sistema avvanzata u ekonomika b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju; jistieden, b'mod partikulari, lill-Partijiet jieħdu miżuri urġenti, li jidħlu fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-2015, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mit-trasport bl-ajru u marittimu internazzjonali, flimkien ma’ setturi oħrajn, u biex jitnaqqsu l-idrofluworokarburi (HFCs), il-faħam l-iswed, il-metan u forzi oħra fuq il-klima li għandhom ħajja qasira, sabiex jingħalaq id-distakk fir-rigward tal-objettiv ta' 2°°C;
16. Jitlob li f'Doha tittieħed deċiżjoni dwar il-kwantifikazzjoni tad-daqs tad-distakk globali u sabiex isir monitoraġġ kontinwu f’dan ir-rigward bl-għan li tittieħed l-azzjoni neċessarja biex jingħalaq dan id-distakk;
17. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Presidenza Ċiprijotta jsibu alleati biex tingħalaq il-“gigatonne gap”, jiġifieri d-differenza bejn il-livelli ta' ambizzjoni attwali u dawk meħtieġa biex it-tisħin dinji jinżamm taħt 2°°C;
18. Jagħraf li t-tneħħija gradwali effikaċi tas-sussidji fuq il-fjuwils fossili tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jingħalaq id-distakk fir-rigward tal-mitigazzjoni;
19. Ifakkar li, skont il-konklużjonijiet tar-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni tal-IPCC, jeħtieġ li l-pajjiżi industrijalizzati jnaqqsu l-emissjonijiet interni tagħhom b'25-40% taħt il-livelli tal-1990 sal-2020, filwaqt li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bħala grupp, għandhom jiksbu devjazzjoni sostanzjali taħt it-tbassir attwali tar-rata taż-żieda fl-emissjonijiet, fir-reġjun ta' 15-30% sal-2020; ifakkar, barra minn hekk, li jeħtieġ li l-emissjonijiet globali aggregati jilħqu l-għola livell tagħhom qabel l-2020 u jitlob diskussjoni miftuħa dwar strateġiji ta’ politika aktar effettivi biex jingħalaq id-distakk tal-mitigazzjoni;
20. Jenfasizza l-ħtieġa ta' bażi xjentifika affidabbli kif previst mill-IPCC, li għadda minn riforma fundamentali fl-istruttura u fil-proċeduri tiegħu, u jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-konklużjonijiet tal-Ħames Rapport ta’ Valutazzjoni (IPCC AR5), li huwa mistenni fl-2014;
21. Ifakkar li huwa fl-interess tal-UE nnifisha li timmira għal objettiv tal-ħarsien tal-klima ta' 30% sal-2020, u b'hekk tiġġenera tkabbir sostenibbli, impjiegi ġodda u tnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija;
22. Jilqa' l-proposta li l-Ftehim ta' Cancún jiġi integrat fil-leġiżlazzjoni tal-UE bl-għan li l-Partijiet li huma pajjiżi żviluppati ifasslu strateġiji ta' żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u jenfasizza l-importanza li jingħata appoġġ finanzjarju u tekniku lill-Partijiet li huma pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jadottaw u jimplimentaw pjanijiet ta' żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju; jinnota li dawn il-pjanijiet u strateġiji għandhom jindikaw politiki u miżuri li jinkludu azzjoni domestika bikrija biex jevitaw l-inerzja favur l-investimenti u l-infrastrutturi intensivi fl-emissjonijiet tal-karbonju kif ukoll tal-objettivi fuq żmien qasir u medju tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli;
Finanzjament għall-klima
23. Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġi evitat li jkun hemm lakuna finanzjarja wara l-2012 (meta l-perjodu ta' finanzjament rapidu jintemm) u li ssir ħidma biex jiġi identifikat il-mod biex jiġi żgurat il-finanzjament għall-klima mill-2013 sal-2020 minn varjetà ta' sorsi differenti; jemmen li l-impenji konkreti ta’ finanzjament matul il-perjodu 2013-2020 huma ta’ importanza vitali biex jitħaffu l-proċessi ta’ trasformazzjoni, filwaqt li jiġu evitati l-inerzji perpetwi favur il-fjuwils fossili f'ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw u jiġu appoġġati l-isforzi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima; ifakkar li l-maġġoranza tal-Istati Membri għadhom ma ħadu l-ebda impenji għall-finanzjament tal-klima għal wara l-2013;
24. Jinnota bi tħassib li filwaqt li l-pajjiżi żviluppati impenjaw ruħhom li jipprovdu USD 100 miljun kull sena sal-2020, s’issa ma hemm l-ebda definizzjoni maqbula internazzjonalment ta’ xi tfisser eżatt “ġodda u addizzjonali”;
25. Jenfasizza li l-kejl, il-verifika u l-monitoraġġ tal-fondi għall-klima, flimkien mal-addizzjonalità tagħhom, huma essenzjali u jirrikjedu definizzjoni maqbula internazzjonalment; jistieden lill-UE tiżviluppa approċċ komuni biex jiġi żgurat li l-assistenza għall-iżvilupp (ODA) ma tiġix devjata l-bogħod mill-għanijiet ta’ żvilupp eżistenti, imma tkun verament addizzjonali;
26. Jilqa' l-attivitajiet tal-programm ta' ħidma dwar il-finanzjament fit-tul fir-rigward tas-sorsi ta' finanzjament fit-tul u l-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jistenna li bil-ħerqa li f'Doha jiġi diskuss ir-rapport tal-Kopresidenti;
27. Iqis li l-finanzjament għall-azzjoni klimatika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jeħtieġ li jindirizza l-impatt negattiv tat-tibdil fil-klima li diġà qed jinħass illum, bħala kontribut biex tiġi żviluppata reżiljenza, b’mod partikolari fil-pajjiżi l-aktar foqra u l-aktar vulnerabbli, u sabiex isir kontribut sabiex jingħalaq id-distakk ta' ambizzjoni tal-mitigazzjoni qabel l-2020, filwaqt li fl-istess ħin jingħata appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli;
28. Jirrimarka, f'dan ir-rigward, li għandu jsir użu minn sorsi addizzjonali innovattivi ta' finanzjament (taxxi fuq tranżazzjonijiet finanzjarji internazzjonali u dazji fuq it-trasport internazzjonali bl-ajru u bil-baħar);
29. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li tali finanzjament ikun ġdid u addizzjonali, u biex tippromwovi sorsi ta’ finanzjament innovattivi;
30. Jenfasizza il-potenzjal tal-iffrankar sinifikanti tal-ispejjeż u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jekk jitneħħew is-sussidji fuq il-fjuwils fossili; jitlob li f'Doha jiġu adottati pjanijiet biex jitneħħew gradwalment is-sussidji fuq il-fjuwils fossili kemm fil-pajjiżi żviluppati kif ukoll f'dawk li qed jiżviluppaw, filwaqt li tingħata prijorità għall-pajjiżi tal-Anness I;
31. Jilqa' t-twaqqif tal-Bord tal-Fond Ekoloġiku għall-Klima (GCF) u jistenna li f'Doha tittieħed deċiżjoni dwar is-sede tas-segretarjat tal-GCF; jinnota li huma meħtieġa deċiżjonijiet ulterjuri fil-Konferenza ta’ Doha biex il-GCF jibda jopera, kif miftiehem fil-Ftehimiet ta’ Cancún, speċjalment fir-rigward tal-kapitalizzazzjoni inizjali tiegħu, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi mmobilizzat appoġġ finanzjarju mill-Partijiet sabiex il-GCF jibda jopera; jirrikonoxxi li l-Fond Ekoloġiku għall-Klima huwa vitali għall-kapaċità tal-LDCs biex jimmitigaw u jadattaw għat-tibdil fil-klima, u li l-impenji finanzjarji konkreti f'dan il-qasam huma ta' importanza assoluta;
32. Jenfasizza li l-Ftehmiet ta’ Cancún jispeċifikaw b’mod ċar li l-fondi pprovduti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz tal-GCF għandhom ikunu “ġodda” u “addizzjonali” għall-għajnuna għall-iżvilupp eżistenti;
33. Ifakkar li, filwaqt li l-pajjiżi fqar ikkontribwew l-inqas għall-konċentrazzjoni dejjem ikbar ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fl-atmosfera, huma l-ikar vulnerabbli għall-impatt tat-tibdil fil-klima u għandhom l-inqas kapaċità ta’ adattament;
34. Jenfasizza li l-iżgurar ta’ koerenza politika u integrazzjoni tal-ambjent fil-proġetti ta’ żvilupp huwa l-qofol ta’ strateġija effikaċi tal-UE fir-rigward tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, u l-adattament għalih;
35. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġaw interventi favur il-foqra fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jżidu l-istandard ta’ għajxien għall-dawk l-iktar foqra; iħeġġeġ, b’mod partikolari, lill-UE tiżgura li l-finanzi jkunu disponibbli biss għall-appoġġ ta’ mogħdijiet ta' żvilupp favur il-klima, u dan jimplika t-tneħħija gradwali effikaċi ta’ appoġġ dirett hew indirett tal-UE għall-industriji tal-fjuwils fossili (jiġifieri permezz ta’ self ta’ garanzija mill-BEI, aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni, eċċ.) b’konformità mal-impenn meħud mill-UE fis-summit tal-G20 f’Pittsburgh;
36. Jenfasizza li l-kriżi ekonomika attwali m'għandhiex tintuża bħala pretest biex ma tittieħed l-ebda azzjoni jew sabiex jiġi miċħud il-finanzjament għall-miżuri ta' adattament fil-pajjizi li qed jiżviluppaw; jirrimarka li l-iżvilupp ta' ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fil-fatt huwa pass importanti lejn is-soluzzjoni tal-kriżi;
37. Jistieden lill-pajjiżi industrijalizzati jipprovdu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw appoġġ finanzjarju u teknoloġiku adegwat fl-applikazzjoni ta' teknoloġiji sostenibbli u effiċjenti;
38. Jemmen li dawn il-miżuri jridu jirrispettaw l-interessi u l-prijoritajiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, filwaqt li jinkorporaw l-għarfien lokali, u jsaħħu l-kooperazzjoni Nofsinhar -Nofsinhar u r-rwol tal-agrikoltura fuq skala żgħira u fuq skala medja, bir-rispett dovut għall-bilanċ tan-natura u tal-ekoloġija ;
39. Jenfasizza li l-finanzjament għall-miżuri għall-ħarsien tal-klima għandu jingħata f'forma ta' finanzjament ġdid u supplementari li jkun apparti l-għajnuna għall-iżvilupp eżistenti;
40. Ifakkar lill-UE u lill-Istati Membri tagħha li l-ODA tirrappreżenta finanzjament vitali għall-ħtiġijiet ta’ żvilupp ewlenin – bħas-saħħa u l-edukazzjoni – li m’għandux jiġi devjat mill-ġdid lejn il-finanzjament għall-klima; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiggarantixxu fondi suffiċjenti biex jinkisbu l-MDGs flimkien ma' fondi ġodda u addizzjonali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adatament għalih;
L-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF)
41. Jilqa' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2/CMP.7 fil-Konferenza ta' Durban bħala pass importanti ’l quddiem fl-introduzzjoni ta' regoli robusti ta' kontabilità għas-settur tal-LULUCF; jinnota li din id-deċiżjoni tipprevedi programm ta' ħidma ta' sentejn biex tiġi studjata l-ħtieġa ta’ aktar kontabilità komprensiva sabiex tiġi żgurata l-integrità ambjentali tal-kontribut tas-settur għat-tnaqqis fl-emissjonijiet;
42. Ifakkar li kemm it-tibdil fl-użu tal-art kif ukoll l-agrikoltura huma responsabbli għal parti sinifikanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-UE tippromwovi l-agroforestrija jew l-agrikoltura organika, speċjalment fl-LDCs, minħabba li t-tnejn li huma jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u biex jittaffa l-faqar, billi jippermettu lill-komunitajiet lokali jiddiversifikaw is-sorsi ta’ dħul tagħhom;
43. Itenni li l-produzzjoni ta’ agrofjuwils minn uċuħ tar-raba għall-ikel (bħalma huma ż-żrieragħ taż-żejt, iż-żejt tal-palm, il-kannamiela, il-pitravi u l-qamħ) potenzjalment jistgħu jwasslu għal domandi enormi għall-art u jpoġġu f’riskju lill-persuni f’pajjiżi fqar li l-għajxien tagħhom jiddependi fuq l-aċċess għall-art u r-riżorsi naturali;
44. Iqis li huwa ta’ dispjaċir li l-“kriterji ta’ sostenibilità” elenkati fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbbli (RED) u d-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwil fir-rigward tal-bijofjuwils huma limitati fl-ambitu u mhumiex suffiċjenti biex irażżnu l-effetti negattivi tal-espansjoni tal-agrofjuwils, b’mod partikolari permezz ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (ILUC); jistieden lill-UE tammeljora l-kriterji ta’ sostenibilità u ċertifikazzjoni tagħha fir-rigward tal-bijofjuwils sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-impenji tagħha kontra t-tibdil fil-klima u mal-obbligu legali tagħha ta’ koerenza politika għall-iżvilupp, kif minqux fl-Artikolu 208 tat-Trattat ta’ Lisbona;
45. Itenni li żieda fl-użu tal-bijomassa tista’ twassal għal intensifikazzjoni tal-prattiki forestali u għal tnaqqis fl-istokk tal-karbonju tal-foresti, u dan jista’ jipperikola l-objettiv tal-UE li tillimita ż-żieda fit-temperatura klimatika għal 2°°C; jistlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaċċettaw biss agrofjuwils li jnaqqsu b’mod evidenti l-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra, li ma joħolqu l-ebda kwistjoni sinifikanti ta’ użu tal-art, li ma jkunux ta’ theddida għas-sikurezza tal-ikel u li ma joħolqux riskji ta’ kunflitti ta’ konservazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tiżviluppa kriterji ta’ sostenibilità li jorbtu legalment għall-bijomassa, tinkorpora l-kalkoli ta’ ILUC fil-kriterji ta’ sostenibilità eżitenti għall-agrofjuwils u tinkorpora l-kalkoli ta’ ILUC u ta’ dejn ta’ karbonju fil-kriterji ta’ sostenibilità għall-bijoenerġija;
It-Tnaqqis tal-Emissjonijiet mid-Deforestazzjoni u d-Degradazzjoni tal-Foresti (REDD+)
46. Jilqa' l-adozzjoni f'Durban tad-deċiżjonijiet marbuta mal-finanzjament, salvagwardji u livelli ta' riferenza; jemmen li jeħtieġ li jsir aktar progress f'Doha, b'mod partikulari dwar il-valutazzjoni teknika tal-livelli ta' riferenza tal-foresti; jinnota wkoll li r-REDD+ għandu rwol importanti biex titnaqqas id-differenza fil-mitigazzjoni sal-2020;
47. Jenfasizza li skont il-qafas tal-UNFCCC, ir-REDD+ se jkun iffinanzjat bi flus pubbliċi, u jistieden lill-Partijiet juru impenn politiku qawwi għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ finanzjament innovattivi;
48. Jopponi l-iskambju tal-karbonju forestali u l-inklużjoni tar-REDD+ fis-swieq tal-karbonju, li jwasslu għall-allokazzjoni eċċessiva tal-krediti u għal tnaqqis ulterjuri fil-prezz tal-karbonju;
49. Jenfasizza li l-implimentazzjoni b'suċċess tar-REDD+ tiddependi fuq it-trasparenza u l-iżvilupp ta' sistemi robusti ta' monitoraġġ;
50. Jirrikonozxxi l-importanza tar-REDD+ fl-indirizzar tal-emissjonijiet mill-forestrija; jinsisti li r-REDD+ m'għandux jipperikola l-progress li twettaq s'issa permezz tal-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, Governanza u Kummerċ (FLEGT), speċjalment fir-rigward tal-governanza tal-foresti u l-kjarifika u r-rikonoxximent tal-użanzi tad-drittijiet tal-art; jitlob lill-UE tirsisti favur salvagwardji soċjali, ta’ governanza u ambjentali iktar b'saħħithom għall-proġetti tar-REDD+, inklużi mekkaniżmi ta’ salvagwardja li jiżguraw li d-drittijiet tal-persuni li jgħixu fil-foresti ma jinkisrux;
51. Huwa tal-fehma li s-sistema ta' pagament għal-ħarsien tal-foresti jeħtieġ li tkun waħda partikolarment stabbli u fit-tul; jenfasizza li l-qerda tal-foresti terġa' tibda jekk il-finanzjament jaqa’ taħt ċertu livell;
It-trasport bl-ajru u marittimu internazzjonali
52. Itenni t-talba tiegħu għal strumenti internazzjonali b'objettivi globali ta' tnaqqis tal-emissjonijiet biex jitrażżan l-impatt fuq il-klima tat-trasport bl-ajru u marittimu internazzjonali; jibqa' favur l-inklużjoni tal-avjazzjoni fl-iskema Ewropea tal-iskambju ta' emissjonijiet (ETS);
53. Jistieden lill-Istati Membri jużaw id-dħul mill-bejgħ b'irkant tal-kwoti tal-avjazzjoni bħala kontributi għaż-żieda tal-finanzjament favur il-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw mill-2013;
Il-ħarsien tal-klima, speċjalment fi żminijiet ta' kriżi ekonomika
54. Jenfasizza li l-kriżi ekonomika attwali turi biċ-ċar il-fatt li ekonomija sostenibbli biss tista' tipprovdi l-prosperità fit-tul u li l-ħarsien tal-klima huwa wieħed mill-pilastri ewlenin ta' tali ekonomija sostenibbli; jenfasizza li qatt ma kien daqshekk importanti li jiġu ċċarati r-raġunijiet għal azzjoni politika fil-qasam tal-ħarsien tal-klima, jiġifieri li aktar nies ikunu jistgħu jgawdu minn standard għoli ta' għajxien filwaqt li jiġu żgurati r-riżorsi u l-ispazju għall-iżvilupp, anki għall-ġenerazzjonijiet futuri;
55. Itenni li l-isfida tat-tibdil fil-klima ma tistax titqies b'mod iżolat, iżda jeħtieġ li dejjem tiġi indirizzata fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli, il-politika industrijali u l-politika tar-riżorsi;
Riforma strutturali
56. Huwa tal-fehma li waħda mir-raġunijiet għas-suċċess tal-Konferenza ta' Durban kienet li din ħolqot il-bażi sabiex jingħelbu d-diviżjonijiet riġidi ta' qabel bejn il-“Partijiet” u l-“osservaturi”, bejn il-“pajjiżi żviluppati” u l-“pajjiżi li qed jiżviluppaw” kif ukoll bejn il-“pajjiżi tal-Anness I” u l-“pajjiżi mhux tal-Anness I”, u għaldaqstant jitlob lill-parteċipanti kollha jirsistu favur il-kisba ta' struttura ġdida, olistika u totalment inklużiva għan-negozjati futuri;
57. Huwa tal-fehma li s-sistema “pledge and review” attwali mhix se ġġib it-tibdiliet fundamentali meħtieġa sabiex jiġi miġġieled it-tibdil tal-klima fit-tul u, għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Partijiet kollha jqisu wkoll approċċi oħrajn;
58. Jenfasizza li m'hemm l-ebda soluzzjoni mirakoluża għat-tibdil fil-klima u, għaldaqstant, jiġbed l-attenzjoni għall-għadd ta' possibilitajiet biex jinkiseb it-tnaqqis meħtieġ fl-emissjonijiet u, aktar importanti, sabiex iseħħu l-bidliet ta' kuxjenza meħtieġa; jilqa', f'dan ir-rigward, il-fatt li ħafna pajjiżi diġà qed iwettqu azzjonijiet ambizzjużi ta' mitigazzjoni u jistieden lill-UNFCCC tipprovdi pjattaforma sabiex tiżdied it-trasparenza ta' dak li qed iseħħ fir-realtà;
Trasformazzjoni lejn ekonomija u industrija sostenibbli
59. Huwa mħasseb dwar il-fatt li, skont id-data tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija, l-emissjonijiet tas-CO2 mill-ħruq tal-fjuwils fossili laħqu livell rekord fl-2011; ifakkar li ż-żieda globali mistennija fil-konsum tal-enerġija se tkun ibbażata fuq it-tkabbir tas-sorsi kollha tal-enerġija; iqis, għaldaqstant, li m'għandux ikun hemm eżitazzjoni fl-isforzi tal-UE biex tittrasforma l-ekonomija tagħha f'ekonomija sostenibbli, sabiex tkun tista’ tikkonsolida l-vantaġġ kompetittiv tagħha fir-rigward tat-teknoloġiji sostenibbli u l-għarfien espert; jemmen li l-UE għandha tippromwovi t-tixrid ta' teknoloġiji li jirrispettaw l-ambjent fil-livell internazzjonali, inkluż fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, tat-teknoloġiji għall-użu innovattiv u effiċjenti tal-fjuwils fossili u, b'mod partikulari, tat-teknoloġiji effiċjenti mil-lat enerġetiku;
60. Jitlob koordinament aktar mill-qrib bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) sabiex l-UE tkun tista' titkellem b'vuċi waħda u koerenti f'organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-AIE, l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA), is-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija(IPEEC) u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), u b'hekk ikollha rwol aktar attiv u influwenti, partikolarment biex tirsisti favur politiki dwar enerġija sostenibbli u ta' sikurezza enerġetika;
61. Jenfasizza li ħafna pajjiżi qed jieħdu passi biex l-ekonomija tagħhom tkun aktar ekoloġika, minħabba diversi raġunijiet li jinkludu l-ħarsien tal-klima, l-iskarsezza u l-effiċjenza tar-riżors, is-sigurtà tal-enerġija, l-innovazzjoni u l-kompetittività; jinnota, pereżempju, il-programmi ta' investiment dedikati għat-tranżizzjoni enerġetika f'pajjiżi bħaċ-Ċina u l-Korea t'Isfel u jistieden lill-Kummissjoni tanalizza dawn il-programmi u l-implikazzjonijiet tagħhom fuq il-kompetittività tal-UE fis-setturi kkonċernati;
62. Jilqa' dawn l-inizjattivi u jtenni li azzjoni kkoordinata fil-livell internazzjonali tgħin biex jiġi indirizzat it-tħassib rigward ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u l-kompetittività min-naħa tas-setturi rilevanti u, b'mod partikulari, is-setturi li jagħmlu użu intensiv tal-enerġija; jitlob li jintlaħaq ftehim li jiżgura li l-kundizzjonijiet għall-industriji li jużaw il-karbonju b'mod intensiv ikunu l-istess għal kulħadd fil-livell internazzjonali;
63. Jinsab imħasseb dwar iż-żieda fil-livell tal-hekk imsejħa emissjonijiet importati, b'mod li l-emissjonijiet minn prodotti importati qegħdin jikbru b'rata aktar mgħaġla mir-rata li biha qegħdin jitnaqqsu l-emissjonijiet li ġejjin mill-produzzjoni fil-livell domestiku; jemmen li kieku l-UE tista' twettaq monitoraġġ u sensibilizzazzjoni aħjar tal-iżvilupp tal-emissjonijiet importati, dan jista' jħeġġeġ lill-kompetituri industrijali jaderixxu fi skema aktar rigoruża għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju bil-għan li jiksbu aċċettazzjoni akbar tal-prodotti tagħhom fis-suq tal-UE;
64. Jenfasizza li l-kriżi finanzjarja u baġitarja li qed tolqot l-UE m'għandhiex trażżan il-livell ta' ambizzjoni tagħha jew dak tal-industriji, tal-konsumaturi u tal-Istati Membri tagħha fir-rigward tan-negozjati internazzjonali dwar il-klima f'Doha; jikkunsidra li m'għandux ikun hemm eżitazzjoni fl-isforz tal-UE biex tittrasforma l-ekonomija tagħha, sabiex jiġi evitat li jkun hemm rilokazzjoni tal-impjiegi, speċjalment rilokazzjoni ta' impjiegi ekoloġiċi, u li l-UE trid tikkonvinċi lil sħabha madwar id-dinja, inklużi ċ-Ċina u l-Istati Uniti, dwar il-benefiċċji tal-adeżjoni ma' ftehim internazzjonali u dwar il-fatt li l-emissjonijiet jistgħu jitnaqqsu mingħajr ma jintilfu l-kompetittività u l-impjiegi, b'mod partikulari jekk dan jitwettaq b'mod kollettiv;
65. Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żviluppata u implimentata b'mod urġenti strateġija olistika fir-rigward tal-materja prima u tar-riżorsi, anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, fis-setturi kollha tal-ekonomija, kemm fil-pajjiżi żviluppati kif ukoll fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, sabiex jinkisbu ekonomiji sostenibbli fit-tul, u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex f'dan ir-rigward imexxu bl-eżempju tagħhom; jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell lokali billi jagħmlu disponibbli għarfien espert dwar minjieri sostenibbli, effiċjenza akbar fl-użu tar-riżorsi u użu mill-ġdid u riċiklaġġ;
66. Jikkunsidra li l-użu ta' approċċi settorjali flimkien ma' limiti massimi mifruxa mal-ekonomija kollha fil-pajjiżi industrijalizzati jistgħu jikkontribwixxu għall-azzjoni dwar il-klima, għall-kompetittività u għat-tkabbir ekonomiku; jisħaq fuq l-importanza li jiġi adottat approċċ settorjali għall-emissjonijiet industrijali, b'mod partikulari għall-pajjiżi emerġenti, f'dak li għandu x'jaqsam man-negozjati internazzjonali; jittama li tali approċċ jista’ jkun ukoll parti minn qafas internazzjonali għal azzjoni favur il-klima għal wara l-2012;
67. Jinnota li l-prezzijiet ta' sorsi differenti tal-enerġija jiżvolġu rwol ewlieni biex jinfluwenzaw l-imġiba tal-protagonisti fis-suq, inklużi l-industrija u l-konsumatur, u jinnota li l-fatt li l-qafas politiku internazzjonali attwali mhuwiex kapaċi jinternalizza kompletament l-ispejjeż esterni jipperpetwa tendenzi ta' konsum insostenibbli; itenni wkoll li suq globali tal-karbonju jkun bażi solida biex jinkisbu kemm tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet u kemm ambjent fejn il-kundizzjonijiet għall-industrija jkunu ndaqs għal kulħadd. jistieden lill-UE u lil sħabha jsibu, fil-futur immedjat, l-aktar mod effikaċi biex jippromwovu r-rabtiet bejn l-ETS tal-UE u skemi oħra ta' negozjar li jkollhom l-għan li jiġi stabbilit suq globali tal-karbonju, li jiġu żgurati aktar diversità fil-possibilitajiet ta' tnaqqis, titjib fid-daqs tas-suq u fil-likwidità, trasparenza u fl-aħħar mill-aħħar allokazzjoni iktar effiċjenti tar-riżorsi għas-settur u l-industrija tal-enerġija;
Ir-Riċerka u t-Teknoloġija
68. Jikkunsidra li hu oġġett ta' dispjaċir il-fatt li s-summit Rio+20 li sar f'Rio de Janeiro ma rnexxilux jikseb progress sustanzjali dwar kwistjonijiet kruċjali għall-futur fir-rigward tas-sostenibilità; jiddeplora n-nuqqas ta' objettivi konkreti, ta' attivitajiet li jistgħu jitkejlu u ta' impenji min-naħa tal-mexxejja tad-dinja; jieħu nota tar-riżultat tal-laqgħa ta' Durban, inkluż l-avvanzament tal-Pjattaforma ta' Durban, it-tkomplija tal-Protokoll ta' Kjoto, it-twaqqif tal-Fond Ekoloġiku għall-Klima b'valur ta' USD 100 biljun u l-iżvilupp ulterjuri tal-Kumitat Eżekuttiv għat-Teknoloġija biex jibdew jintużaw teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju;
69. Jisħaq fuq il-fatt li, fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, hu kruċjali li jiġu żviluppati u jibdew jintużaw teknoloġiji innovattivi u, li, fl-istess ħin, is-sħab tal-UE madwar id-dinja jiġu konvinti li t-tnaqqis fl-emissjonijiet huwa fattibbli mingħajr telf fil-kompetittività u fl-impjiegi; jitlob li jittieħed impenn internazzjonali favur iż-żieda tal-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp f'teknoloġiji innovattivi fis-setturi rilevanti; jikkunsidra li hu essenzjali li l-UE tmexxi bl-eżempju billi żżid b’mod sostanzjali n-nefqa tagħha ddedikata għar-riċerka dwar teknoloġiji industrijali u enerġetiċi li ma jagħmlux ħsara lill-klima u li jużaw l-enerġija b'mod effiċjenti, u li l-UE tiżviluppa kooperazzjoni xjentifika mill-qrib f’dan il-qasam mas-sħab internazzjonali, bħalma huma l-pajjiżi BRIC u l-Istati Uniti;
70. Jikunsidra li l-innovazzjoni hi essenzjali sabiex it-tisħin dinji jinżamm taħt iż-2°C u jinnota li hemm modi differenti biex titħeġġeġ l-innovazzjoni f'ekonomija bbażata fuq is-suq; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta d-diversi mekkaniżmi biex jiġu ppremjati n-negozji pijunieri li jvarjaw fil-ħila tagħhom biex iqanqlu l-innovazzjoni u biex it-teknoloġiji jiġu ttrasferiti u jibdew jintużaw fil-livell globali; jitlob li jiġi rikonoxxut id-dritt tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jisfruttaw kompletament il-flessibilità li jippermetti l-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali relatati mal-Kummerċ (TRIPS);
71. Jenfasizza l-importanza li tinbena kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u l-pajjiżi l-anqas żviluppati; jikkunsidra li l-UE għandha tappoġġa l-isforzi biex il-pajjiżi l-anqas żviluppati jkunu jistgħu jsibu sħab u finanzjament għall-investimenti fl-enerġiji rinnovabbli u fit-teknoloġiji ekoloġiċi, u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi ideat għal programmi ta' riċerka komuni dwar sorsi alternattivi tal-enerġija u dwar kif l-UE tista' tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw fi ħdan diversi setturi industrijali;
L-Enerġija, l-effiċjenza fl-enerġija u l-effiċjenza fir-riżorsi
72. Jinnota li analiżi riċenti tal-AIE turi li t-tijib fl-effiċjenza joffri t-triq l-aktar evidenti biex ikun hemm ġestjoni aħjar tal-enerġija fid-deċennji li ġejjin, u joffri introjtu tliet darbiet akbar mill-investiment f'approċċ ekoloġikament kompatibbli sal-2050, iżda jirrikjedi azzjoni politika u inċentivi b'saħħithom min-naħa tal-gvernijiet;
73. Jikkunsidra li hu oġġett ta' dispjaċir li l-potenzjal għal ekonomija fl-użu tal-enerġija mhux qed jiġi affrontat b'mod xieraq, la fil-livell internazzjonali u lanqas fl-UE; jenfasizza li l-ekonomija fl-użu tal-enerġija tiffaċilita l-ħolqien tal-impjiegi, l-iffrankar ekonomiku, is-sigurtà enerġetika, il-kompetittività u t-tnaqqis tal-emissjonijiet; jistieden lill-UE tagħti aktar attenzjoni lill-ekonomija fl-użu tal-enerġija fin-negozjati internazzjonali meta tkun qed tiddiskuti dwar it-trasferiment tat-teknoloġiji, il-pjanijiet ta’ żvilupp għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew l-assistenza finanzjarja; jenfasizza li, sabiex ikunu kredibbli, l-UE u l-Istati Membri tagħha jridu jilħqu l-objettivi li jkunu stabbilixxew huma stess;
74. Jindika li huwa stmat li mad-dinja kollha għad hemm 2 biljun ruħ li għadhom bla aċċess għal enerġija sostenibbli li jifilħu jħallsu; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-faqar enerġetiku bi qbil mal-objettivi tal-politika dwar il-klima; jinnota li huma disponibbli teknoloġiji fil-qasam tal-enerġija li jindirizzaw kemm il-protezzjoni ambjentali globali u kemm l-eżiġenzi tal-iżvilupp lokali;
75. Jikkunsidra li hu oġġett ta' dispjaċir li l-UNFCCC u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) mhumiex ikkoordinati biżżejjed u dan ifisser li qed jinħlew ir-riżorsi u li qed jintilfu opportunitajiet politiċi prezzjużi u komplementari; jisħaq fuq il-fatt li diversi studji, inkluż l-istudju TEEB (L-Ekonomija tal-Ekosistemi u l-Bijodiversità), jagħmluha ċara li ta' spiss hu orħos li jiġu preżervati s-servizzi ekosistemiċi permezz ta' prattiki sostenibbli milli jkun hemm bżonn li l-funzjonijiet mitlufa jiġu sostitwiti b'investiment f'soluzzjonijiet infrastrutturali u teknoloġiċi alternattivi b'impatt kbir; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha għaldaqstant joħolqu konnessjoni stretta bejn l-objettivi tagħhom fil-qasam tat-tibdil fil-klima mal-objettivi tal-protezzjoni tal-biodiversità fil-COP 11 li se ssir f'Hyderabad;
76. Jisħaq fuq il-fatt li hemm bżonn ta' promozzjoni ta' aċċess akbar għal u t-trasferiment ta' teknoloġiji ambjentalment solidi kullimkien, imma b'mod partikulari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, sabiex jittejjeb l-aċċess għall-informazzjoni teknoloġika, sabiex tiġi prodotta u ssir disponibbli data affidabbli dwar il-privattivi u t-teknoloġiji eżistenti, sabiex jiġu ffaċilitati u jiżdiedu l-kondiviżjoni, l-iskambju u r-raggruppament tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali permezz ta' mekkaniżmi trasparenti u sikuri u biex jiġu żviluppati mekkaniżmi ġodda ddedikati għall-promozzjoni ta' riċerka li ma timpedixxix l-aċċess għall-innovazzjoni; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha għaldaqstant jindirizzaw il-kwistjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali bil-għan li b'mod effiċjenti u mgħaġġel jiġġeneraw u jferrxu l-innovazzjonijiet li huma essenzjali għall-affrontar u għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;
Diplomazija klimatika
77. Jisħaq fuq il-fatt li l-UE trid tkompli taġixxi b'mod kostruttiv fin-negozjati internazzjonali dwar il-klima u li, qabel Doha, hemm bżonn li d-diplomazija tal-UE dwar il-klima tiġi żviluppata ulterjorment mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE fil-qafas tas-SEAE, bil-għan li jiġi ppreżentat profil aktar ċar tal-UE dwar il-politika klimatika, li tingħata dinamika ġdida lin-negozjati internazzjonali dwar il-klima u li tħeġġeġ lis-sħab madwar id-dinja, b'mod partikulari dawk li għandhom l-ogħla emissjonijiet, jintroduċu miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jkunu vinkolanti, komparabbli u effikaċi, kif ukoll miżuri xierqa għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għal adattament għalih;
78. Jikkunsidra li hu oġġett ta' dispjaċir li l-objettiv tal-UE ta' tnaqqis mhuwiex konsistenti mal-objettiv adottat tagħha ta' 2°ºC u triq kost effikaċi li twassal għall-għan biex l-emissjonijiet tal-gassijiet bl-effett ta' serra jitnaqqsu sal-2050;
79. Jenfasizza l-importanza ta' alleanzi (subglobali) mal-istati l-aktar progressivi bħala mezz biex jingħata iktar impetus lill-proċess tan-negozjati u biex jiġi żgurat li l-ikbar emittenti jadottaw objettivi ambizzjużi u adegwati għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra;
80. Jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza li l-UE, bħala attur ewlieni, titkellem b’“vuċi waħda” fil-Konferenza ta' Doha, fil-kisba ta' progress li jwassal għal ftehim internazzjonali, u li tibqa' magħquda f'dak ir-rigward;
81. Jistieden lill-Partijiet jirrikonoxxu l-fatt li l-involviment tal-leġiżlaturi man-negozjati huwa kritiku biex jinkiseb suċċess fil-proċess intergovernattiv lejn ftehim globali fl-2015, sakemm l-avvanz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Partijiet dwar il-klima joħloq il-kundizzjonijiet politiċi għan-negozjati multilaterali u jkun jista’ jiffaċilita l-livell ġenerali ta’ ambizzjoni tagħhom;
82. Jenfasizza l-pożizzjoni vitali taż-żewġ “stati ospitanti” – il-Qatar, bħala wieħed mill-akbar produtturi taż-żejt u tal-gass fid-dinja, li issa qed jara r-riżorsi tiegħu jonqsu iżda li xorta għad għandu l-ogħla emissjonijiet tal-karbonju per capita globali, u l-Korea t'Isfel, bħala mexxejja fit-“teknoloġiji ekoloġiċi” u l-ewwel pajjiż Ażjatiku li għadda liġijiet dwar it-tibdil fil-klima li jimplimentaw politiki ta’ “cap-and-trade” – u jinkuraġġixxi liż-żewġ pajjiżi (li attwalment mhumiex koperti bl-Anness I) imexxu bl-eżempju u jgħinu l-bini ta’ alleanzi ġodda;
83. Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-prattika informali ta' stennija sakemm jintlaħaq kunsens fost id-delegazzjonijiet kollha tal-Kunsill qed tkun ta' dewmien għall-azzjoni klimatika urġenti u, konsegwentement, iħeġġeġ lill-Kunsill jaġixxi dejjem abbażi tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata skont it-Trattati, b'mod partikulari fir-rigward ta’ atti ġenerali skont l-Artikolu 16(3) TUE u, speċifikament, skont l-Artikolu 218(8) TFUE “fl-istadji kollha tal-proċedura” li twassal għall-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali;
84. Jinnota li l-Kummissjoni pproponiet pjan direzzjonali għal Ewropa ħielsa mill-karbonju għall-2050, li huwa objettiv ferm ambizzjuż imma li jista' jinkiseb; jafferma mill-ġdid, f’dan ir-rigward, l-impenn tiegħu favur it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra anki barra mill-kunteset ta' ftehim internazzjonali;
85. Jinnota li t-tisħin globali jenfasizza l-interdipendenza tal-pajjiżi kollha; iqis neċessarju, għaldaqstant, li jintlaħaq ftehim globali sabiex jiġi evitat li jkun hemm bidla katastrofika li taffettwa b’mod drammatiku lill-umanità kollha;
Id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew
86. Jemmen li d-delegazzjoni tal-UE għandha rwol importanti ħafna fin-negozjati dwar it-tibdil fil-klima, u għaldaqstant ma jistax jaċċetta li l-Membri tal-Parlament Ewropew ma setgħux jattendu l-laqgħat ta' koordinament tal-UE fil-Konferenzi tal-Partijiet preċedenti; jistenna li tal-anqas il-President tad-delegazzjoni tal-Parlament jitħalla jattendi l-laqgħat ta' koordinament tal-UE f'Doha;
87. Jinnota li, b’konformità mal-Ftehim Qafas konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Parlament f'Novembru 2010, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-inklużjoni ta' Membri tal-Parlament bħala osservaturi f'delegazzjonijiet tal-Unjoni li jkunu qed jinnegozjaw ftehimiet multilaterali; ifakkar li, skont it-Trattat ta' Lisbona (Artikolu 218 TFUE), il-Parlament Ewropew għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal ftehimiet li jsiru bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali;
o o o
88. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lis-Segretarjat tal-UNFCCC, u jitlob li r-riżoluzzjoni tkun iċċirkolata lill-Partijiet Kontraenti kollha li mhumiex membri tal-UE.
– wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 2, 21 u 49 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (COM(2011)0838/4),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen tal-21 sat-22 ta' Ġunju 1993, tal-Kunsill Ewropew ta' Madrid tal-15 sas-16 ta' Diċembru 1995, tal-Kunsill Ewropew ta' Salonka tad-19 sal-20 ta' Ġunju 2003 u tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tal-14 sal-15 ta' Diċembru 2006,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2011 dwar it-Tkabbir u l-Istabilizzazzjoni u l-Proċess ta' Assoċjazzjoni,
– wara li kkunsidra l-kunsens imġedded dwar it-tkabbir, adottat mill-Kunsill fl-2006 u l-istrateġija kkonsolidata tat-tkabbir implimentata mill-Kummissjoni minn hemm 'il quddiem,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2009 bit-titolu 'Ħames snin ta' UE mkabbra – Kisbiet u sfidi ekonomiċi' (COM(2009)0079/3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2006 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2006-2007(1), tal-10 ta' Lulju 2008 dwar id-dokument ta' strateġija tal-Kummissjoni 2007 dwar it-tkabbir(2), u tas-26 ta' Novembru 2009 dwar id-dokument ta' strateġija tal-Kummissjoni 2009 dwar it-tkabbir li jikkonċerna l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, l-Islanda u t-Turkija(3), kif ukoll il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tat-Tkabbir tal-2009-2010, tal-2010-2011 u tal-2011-2012,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, l-Islanda u t-Turkija,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0274/2012),
A. billi, skont l-Artikolu 49 tat-TUE, kull Stat Ewropew li jirrispetta u jibqa' impenjat lejn il-promozzjoni tal-valuri tad-dinjità umana, tal-libertà, tad-demokrazija, tal-ugwaljanza, tal-Istat tad-dritt u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, jista' japplika biex isir membru tal-Unjoni; billi tali valuri huma l-pedament tal-Unjoni Ewropea stess u jiggwidaw l-azzjoni tagħha fix-xena internazzjonali, u jridu jkunu rispettati u difiżi mill-Istati Membri kollha;
B. billi t-tkabbir ilu parti mill-aġenda tal-UE sa mis-sittinijiet; billi mill-ewwel tkabbir fl-1973, l-UE kibret b'mod gradwali u n-numru ta' Stati ġodda kiber minn sitt membri fundaturi għas-27 attwali (dalwaqt 28); billi numru ta' pajjiżi oħra jaspiraw li jsiru membri tal-UE, bħala garanzija għal futur sigur, demokratiku u prosperu;
C. billi l-politika ta' integrazzjoni matul dan l-aħħar deċennju wriet li t-tkabbir huwa ta' benefiċċju għall-UE b'mod ġenerali u jippermettilha li tkun f'pożizzjoni aħjar sabiex tindirizza l-isfidi globali;
D. billi t-tkabbir kien proċess li rnexxa għall-UE u għall-Ewropa kollha kemm hi, billi għen biex tingħeleb id-diviżjoni tal-gwerra bierda, ikkontribwixxa għall-paċi, l-istabilità u l-prosperità mal-Ewropa kollha, tejjeb il-prevenzjoni tal-kunflitti, stimola r-riformi u kkonsolida l-libertà, id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u l-Istat tad-dritt, kif ukoll l-ekonomiji tas-suq u t-tkabbir sostenibbli mil-lat soċjali u ekoloġiku;
E. billi kważi 20 sena wara l-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen tal-1993, li afferma l-prospetti ta' adeżjoni tal-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u stabbilixxa l-kriterji ta' adeżjoni, wasal il-mument biex issir rivalutazzjoni tal-proċeduri relatati stabbiliti u tal-politika tat-tkabbir b'mod ġenerali, mingħajr preġudizzju għan-negozjati li għaddejjin bħalissa;
F. billi l-kriterji ta' Kopenħagen għaddew il-prova taż-żmien u għadhom fil-qalba tal-politika tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea; billi l-istrateġija ta' tkabbir konsolidata u l-attenzjoni l-ġdida fuq il-ġustizzja u l-affarijiet interni, l-Istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet fundamentali mistennija jkunu effikaċi u effiċjenti;
G. billi l-Parlament Ewropew, permezz tar-riżoluzzjonijiet annwali tiegħu rigward il-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, jikkontribwixxi biex jitjiebu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont tal-proċess ta' tkabbir billi jtenni l-opinjonijiet taċ-ċittadini Ewropej; billi, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, ir-rwol tal-Parlament żdied bis-saħħa tar-rikonoxximent tal-setgħa koleġiżlattiva, fost affarijiet oħra fir-rigward tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA);
H. billi l-prospett ta' adeżjoni għandu impatt b'mod sinifikanti f'termini ta' trasformazzjoni tal-panorama politiku, soċjoekonomiku u kulturali tal-pajjiżi li jixtiequ jsiru membri u huwa inċentiv qawwi biex jiġu segwiti r-riformi politiċi, ekonomiċi u leġiżlattivi neċessarji u t-tisħiħ tal-paċi, tal-istabilità, tar-rikonċiljazzjoni u tar-relazzjonijiet ta' bon viċinat; billi bis-saħħa ta' dan il-poter ta' trasformazzjoni, it-tkabbir jikkostitwixxi l-essenza tas-“soft power” tal-UE u element importanti tal-azzjoni esterna tagħha;
I. billi fil-qalba tal-proċess ta' adeżjoni tpoġġew dawn il-punti: impenn, kundizzjonalità u kredibilità;
J. billi hija ta' importanza enormi li l-Istati Membri jkomplu jirrispettaw u jiddefendu bis-sħiħ il-kriterji ta' adeżjoni u d-drittijiet fundamentali, bil-għan li tissaħħaħ il-kredibilità u l-koerenza tal-proċess ta' tkabbir u jiġi evitat kull tip ta' diskriminazzjoni fil-konfront tal-membri potenzjali ġodda;
K. billi impenn favur ir-riformi politiċi, ekonomiċi u leġiżlattivi huwa l-ewwel u qabel kollox fl-aħjar interessi tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali u taċ-ċittadini tagħhom;
L. billi kull pajjiż li jaspira għall-adeżjoni mal-UE għandu jkun iġġudikat abbażi tal-merti proprji tiegħu fit-twettiq, l-implimentazzjoni u r-rispett tal-istess kriterji; billi r-ritmu tal-progress fil-proċess ta' adeżjoni għandu jkunu ddeterminat mill-grad ta' implimentazzjoni effettiva u rispett tal-kriterji ta' adeżjoni mal-UE, kif ukoll mit-twettiq tal-prijoritajiet tas-Sħubija Ewropea u tas-Sħubija għall-Adeżjoni u tal-qafas tan-negozjati; billi l-livell ta' konformità mar-rekwiżiti ta' adeżjoni għandu jkun ivvalutat bl-aktar mod ġust u trasparenti possibbli;
M. billi l-proċess ta' tkabbir għandu impatt sinifikanti anki fuq l-UE nnifisha, inkwantu joffrilha l-opportunità li tiddefinixxi aħjar l-identità tagħha kif ukoll l-objettivi, il-valuri u l-politiki tagħha u jirrappreżenta wkoll il-mument adatt biex dawn jiġu kkomunikati aħjar liċ-ċittadini tagħha;
N. billi, b'mod konformi mal-kunsens imġedded dwar it-tkabbir tal-2006, dan il-proċess għandu jkun ibbażat fuq il-konsolidament, il-kundizzjonalità u l-komunikazzjoni, flimkien mal-kapaċità tal-UE li tintegra membri ġodda; billi din il-kapaċità ta' integrazzjoni tal-UE tirrappreżenta aspett ta' importanza fundamentali u prerekwiżit għas-sostenibilità tal-politika tat-tkabbir u tal-proċess ta' integrazzjoni fit-totalità tiegħu; billi tali importanza kkostitwiet inċentiv pożittiv għall-approfondiment istituzzjonali, kif juru r-reviżjonijiet konsekuttivi tat-trattati li akkumpanjaw id-diversi fażijiet tat-tkabbir, li wessgħu l-funzjonijiet u l-attivitajiet tal-Unjoni;
O. billi rikonċiljazzjoni awtentika bejn id-diversi nazzjonijiet u fost il-popli, ir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti u l-istabbiliment ta' relazzjonijiet ta' bon viċinat bejn il-pajjiżi Ewropej huma essenzjali għall-paċi u l-istabilità sostenibbli u jistgħu jikkontribwixxu sostanzjalment għal proċess reali ta' integrazzjoni Ewropea, billi huma għaldaqstant ta' importanza fundamentali għall-proċess ta' tkabbir; billi għad hemm kwistjonijiet mhux riżolti bejn għadd ta' kandidati u kandidati potenzjali u l-pajjiżi ġirien tagħhom u għalhekk il-partijiet milquta kollha għandhom jaħdmu apertament għar-riżoluzzjoni tat-tensjonijiet bilaterali; billi tali kwistjonijiet għandhom jiġu riżolti qabel l-adeżjoni;
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Isostni enerġikament il-proċess ta' tkabbir u jemmen li t-tkabbir jeħtieġ li jibqa' politika kredibbli, sostnuta miċ-ċittadini kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali; jenfasizza, għaldaqstant, l-importanza għall-UE u għall-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali li jottemperaw għall-obbligi kollha, jirrispettaw l-impenji kollha u joħolqu l-kundizzjonijiet biex jiġi żgurat is-suċċess ta' kull tkabbir ġejjieni, fost affarijiet oħra billi tingħata assistenza lill-pajjiżi kkonċernati f'dawk li huma l-isforzi tagħhom biex jissodisfaw il-kriterji ta' adeżjoni tal-UE;
2. Jirrikonoxxi l-benefiċċji tal-proċess ta' tkabbir u ta' adeżjoni, kemm għaċ-ċittadini tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali kif ukoll għaċ-ċittadini Ewropej;
3. Iqis li l-kriterji ta' Kopenħagen għadhom jikkostitwixxu bażi fundamentali u għandhom jibqgħu fil-qalba tal-politika ta' tkabbir; jenfasizza li r-rispett totali u rigoruż ta' tali kriterji huwa imperattiv, li għandha tingħata l-attenzjoni dovuta lill-implikazzjonijiet soċjali għall-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, u li l-kapaċità ta' integrazzjoni tal-Unjoni trid titqies bis-sħiħ;
4. Iqis li l-kunċett tal-kapaċità ta' integrazzjoni jinkludi erba' elementi:
(i)
l-Istati fil-fażi tal-adeżjoni għandhom jiffavorixxu u ma jfixklux il-kapaċità tal-Unjoni li żżomm l-ispinta lejn it-twettiq tal-objettivi politiċi tagħha;
(ii)
il-qafas istituzzjonali tal-Unjoni għandu jkun kapaċi li jiggarantixxi gvern effiċjenti u effikaċi;
(iii)
ir-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni għandhom ikunu suffiċjenti sabiex jilqgħu l-isfidi tal-koeżjoni ekonomika u soċjali u tal-politiki komuni tal-Unjoni;
(iv)
strateġija komprensiva ta' komunikazzjoni għandha tkun fis-seħħ biex tinforma lill-opinjoni pubblika dwar l-implikazzjonijiet tat-tkabbir;
5. Jisħaq fuq il-fatt, iżda, li l-Unjoni hija responsabbli mit-titjib tal-kapaċità ta' integrazzjoni tagħha fil-proċess ta' eżami tal-aspirazzjonijiet leġittimi Ewropej tal-pajjiżi kandidati, kandidati potenzjali jew applikanti potenzjali;
6. Josserva li l-UE għadha attraenti, anke minħabba t-taħlita unika tagħha ta' dinamiżmu ekonomiku ma' mudell soċjali, u jiddispjaċih li din id-dimensjoni soċjali kienet traskurata ħafna fil-proċess ta' tkabbir; jistieden lill-Kummissjoni tittratta din il-kwistjoni, b'mod speċjali fil-qafas tal-Kapitolu 19 (politika soċjali u tkabbir), biex titrawwem trasformazzjoni soċjali pożittiva fl-Istati Membri futuri tal-UE u biex tingħata l-attenzjoni dovuta lill-ġustizzja soċjali;
7. ifakkar li l-acquis fil-qasam soċjali jinkludi standards minimi f'oqsma bħad-dritt dwar ix-xogħol, it-trattament indaqs tan-nisa u l-irġiel, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-antidiskriminazzjoni, u li t-trattati tal-UE jikkonfermaw l-impenn għall-Karta Soċjali Ewropea tal-1961 u l-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema tal-1989, waqt li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tinkludi wkoll numru ta' drittijiet soċjali fundamentali; jenfasizza li n-nuqqas ta' rispett tal-istandards soċjali bażiċi komuni tal-UE jikkostitwixxi forma ta' dumping soċjali li jagħmel ħsara lill-impriżi u lill-ħaddiema Ewropej u jkun jimpedixxi fil-fatt lil Stat kandidat milli jipparteċipa fis-suq uniku; jindika li l-imsieħba soċjali, u b'mod partikolari t-trade unions, jeħtieġu assistenza mmirata min-naħa tal-UE sabiex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom;
8. Huwa tal-opinjoni li l-ġabra ta' kriterji ta' adeżjoni għandu jiġi tradott b'mod adegwat f'objettivi ċari, speċifiċi u li jistgħu jitkejlu fl-IPA, sabiex tintwera b'mod ċar ir-rabta bejn il-politiki ffinanzjati mill-UE fil-pajjiżi interessati fit-tkabbir u l-progress milħuq biex jiġu sodisfatti l-kriterji ġenerali ta' adeżjoni;
9. Jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-ekonomiji tal-pajjiżi f'fażi ta' adeżjoni jiżviluppaw fl-istess direzzjoni bħal dawk tal-Istati Membri tal-UE sabiex jiġi ffaċilitat l-allinjament; iħeġġeġ, għalhekk, lill-pajjiżi f'fażi ta' adeżjoni jifformulaw objettivi fattibbli u speċifiċi għall-pajjiż għal kull wieħed mill-objettivi ewlenin ta' UE 2020 għal ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva;
10. Jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza tal-kritrji ta' Madrid (kif definiti mill-Kunsill Ewropew ta' Madrid ta' Diċembru 1995) li enfasizzaw il-kapaċità tal-pajjiżi kandidati li japplikaw ir-regoli u l-proċeduri tal-UE; huwa wkoll tal-fehma li l-prinċipju tal-kundizzjonalità rigoruża teħtieġ li l-progress ta' pajjiż kandidat u/jew kandidat potenzjali fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-riformi jkun ivvalutat b'mod effikaċi abbażi ta' ġabra ċara ta' kriterji f'kull fażi tal-proċess, u li l-pajjiżi li jixtiequ jsiru membri tal-UE għandhom jgħaddu minn fażi għall-oħra biss meta l-kundizzjonijiet kollha jkunu ġew sodisfatti f'kull fażi; jenfasizza li, sabiex jissaħħu l-kredibilità u l-effikaċja tal-istrateġija tat-tkabbir, il-kriterji ta' Kopenħagen iridu jiġu rrispettati bis-sħiħ u l-Istati Membri jridu jikkonformaw magħhom ukoll, sabiex jiġi evitat li l-pajjiżi applikanti jinħtieġu jilħqu standards ogħla meta mqabbla ma' dawk applikati f'xi Stati Membri tal-UE; jenfasizza l-importanza li jiġu definiti b'mod aktar ċar id-diversi fażijiet, jiġu ffissati parametri ta' riferiment trasparenti u ġusti tul il-proċess li jittraduċu l-kriterji ġenerali ta' adeżjoni f'passi konkreti lejn l-adeżjoni, u jitkejjel jekk ir-rekwiżiti neċessarji ġewx sodisfatti, kif ukoll jiġi evitat l-iffissar jew il-wegħda ta' data ta' adeżjoni jekk in-negozjati jkunu għadhom ma ġewx finalizzati; jisħqu fuq il-fatt li parametru ta' riferiment, ladarba jintlaħaq, għandu jinżamm u li r-regressjoni għandha tipproduċi reazzjoni xierqa min-naħa ta' dawk li jistabbilixxu l-parametri ta' riferiment;
11. Jenfasizza li l-objettiv tal-proċess ta' adeżjoni huwa l-adeżjoni sħiħa mal-UE;
12. Jistieden lill-Kummissjoni żżomm u tintensifika ulterjorment il-monitoraġġ tagħha tal-progress fil-proċess ta' adeżjoni, kif anki l-assistenza tagħha lill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, sabiex ikun żgurat li jiksbu livell għoli ta' tħejjija li jkun ta' benefiċċju kemm għalihom kif ukoll għall-UE;
13. Jemmen li, sabiex tinżamm il-kredibilità tal-proċess ta' tkabbir, il-kapaċità ta' integrazzjoni tal-UE għandha tkun evalwata f'fażi bikrija u għandha tkun riflessa b'mod adegwat fl-“opinjoni” tal-Kummissjoni għal kull stat potenzjalment kandidat, billi jkun delinjat it-tħassib ewlieni f'dan ir-rigward u l-modi kif jista' jingħeleb; huwa tal-fehma li wara għandha ssir valutazzjoni tal-impatt komprensiva; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li proċess ta' tkabbir li jirnexxi jeħtieġ li l-UE żżomm l-kapaċità li taġixxi, tiżviluppa u tiddeċiedi b'mod demokratiku u effiċjenti, ikollha r-riżorsi finanzjarji biex tappoġġa l-koeżjoni ekonomika u soċjali, kif ukoll issegwi l-objettivi politiċi tagħha;
Politiki dwar it-tkabbir
14. Jilqa' l-approċċ il-ġdid għan-negozjati għall-oqfsa ta' negozjati tal-ġejjieni, li jagħti prijorità lill-kwistjonijiet relatati mas-sistema ġudizzjarja u mad-drittijiet fundamentali, kif ukoll mal-ġustizzja u mal-affarijiet interni; jaqbel li dawn għandhom jiġu ttrattati kmieni fil-proċess ta' adeżjoni u, bħala n-norma, il-Kapitoli 23 u 24 għandhom jinfetħu konsegwentement, abbażi ta' pjanijiet ta' azzjoni, minħabba li jeħtieġ li jiġu stabbiliti riżultati konvinċenti; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament b'mod regolari dwar il-progress f'dawn l-oqsma u jitlob li r-rapporti ta' qabel l-adeżjoni mfassla kull xahar mid-delegazzjonijiet tal-UE jkunu disponibbli għall-membri tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jekk jitolbuhom; jinnota, madankollu, li din l-attenzjoni fuq l-oqsma inkwistjoni ma għandhiex tippreġudika l-isforzi u l-progress fl-oqsma l-oħra delinjati fl-aġendi ta' tkabbir individwali tal-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali;
15. Iqis li huwa importanti li tingħata prijorità adegwata fl-ambitu tal-politika tat-tkabbir lill-bini ta' sistema ġudizzjarja effiċjenti, indipendenti u imparzjali u sistema politika demokratika trasparenti li tkun tista' ssaħħaħ l-Istat tad-dritt; jisħaq, fl-istess ħin, fuq l-importanza ta' kull forma ta' libertà ta' espressjoni u l-ħtieġa li tkun żgurata l-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni, fid-dritt u fil-fatt, kif ukoll li jiġu miġġielda b'mod effikaċi l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata;
16. Jisħaq li l-liberalizzazzjoni tal-viżi hija eżempju tajjeb tal-kundizzjonalità tal-UE li fih il-kriterji politiċi u tekniċi jingħaqdu ma' objettiv awspikabbli u b'vantaġġi tanġibbli; jilqa' favorevolment u jappoġġa, għalhekk, l-isforzi tal-Kummissjoni u dawk tal-pajjiżi interessati f'dan il-qasam;
17. Jistieden lill-Kummissjoni tissemplifika l-proċedura tal-amministrazzjoni u tnaqqas il-piż amministrattiv għall-finanzjamenti tal-IPA, bl-għan li jsiru aktar aċċessibbli u tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet minuri u mhux ċentralizzati tas-soċejtà ċivili, it-trade unions u l-benefiċjarji l-oħra iżgħar;
18. Jinkoraġġixxi parteċipazzjoni ikbar mis-soċjetà ċivili, minn atturi mhux statali u mill-imsieħba soċjali, kemm mill-pajjiżi kandidati kif ukoll mill-Istati Membri, fil-proċess ta' adeżjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżomm djalogu kontinwu magħhom; jistieden lill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali jiggarantixxu l-involviment tagħhom fil-fażijiet kollha; jenfasizza li s-soċjetà ċivili tista' taħdem bħala mutur ta' approssimazzjoni mal-UE, toħloq pressjoni 'minn isfel għal fuq' għall-avvanzament tal-aġenda Ewropea u ttejjeb it-trasparenza tal-proċess u ssaħħaħ s-sostenn pubbliku favur l-adeżjoni; jisħaq fuq l-importaza ta' appoġġ finanzjarju addizzjonali, fost l-oħrajn permezz tal-Faċilità tas-Soċjetà Ċivili, speċjalment sabiex jittejbu l-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-acquis; jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet Ewropej tas-soċjetà ċivili u l-kontropartijiet tagħhom fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali;
19. Jenfasizza enerġikament il-ħtieġa li jittejbu l-kapaċitajiet amministrattivi u r-riżorsi umani biex isiru kapaċi jittrasferixxu, jimplimentaw u jinfurzaw l-acquis; huwa tal-opinjoni li l-proċessi fil-qafas tat-tkabbir ma għandhomx ikunu sempliċement “tekniċi” u jisħaq fuq il-ħtieġa biex il-proċess ta' screening jintrabat iżjed mar-realtajiet fit-territorju; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tinvolvi lill-NGOs, lit-trade unions u lill-partijiet interessati ewlenin, kif opportun, f'dan l-eżerċizzju;
20. Jitlob, b'rikonoxximent tar-rwol importanti li d-djalogu soċjali jiżvolġi fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, li ssir enfasi iżjed qawwija fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-imsieħba soċjali u r-rwol tad-djalogu soċjali fil-proċess ta' tkabbir; jitlob, barra minn hekk, li tingħata aktar attenzjoni għall-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' infurzar bħall-ispezzjoni tax-xogħol għall-ħarsien tal-ħaddiema u għar-rispett tad-drittijiet soċjali tagħhom u tal-istandards tas-saħħa u s-sigurtà, kif ukoll għall-ġlieda kontra l-isfruttament b'mod speċjali ta' ħaddiema mhux iddikjarati;
21. Jitlob iżjed impenn min-naħa tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) fil-proċess ta' tkabbir; jenfasizza r-rwol tiegħu fit-trażmissjoni ta' prattiki tajba lill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, kif ukoll fil-mobilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili favur il-kawża tal-integrazzjoni Ewropea fl-UE; isostni iżjed tisħiħ tad-djalogu bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-UE u l-pajjiżi interessati fit-tkabbir u jinkoraġġixxi iżjed kooperazzjoni bejn il-KESE, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew;
22. Ifakkar li l-ilħuq ta' rkupru ekonomiku sostenibbli huwa sfida ewlenija għall-parti l-kbira tal-pajjiżi interessati fit-tkabbir u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv b'konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020; jitlob aktar sostenn għall-impriżi żgħar u medji (SMEs), fid-dawl tar-rwol kritiku li jiżvolġu għall-progress soċjoekonomiku fil-pajjiżi kollha interessati fit-tkabbir, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tinsisti fuq riformi prijoritarji li joħolqu ambjent regolatorju favorevoli għal SMEs innovattivi u b'potenzjal għoli; jisħaq, fl-istess ħin, fuq il-ħtieġa ta' attenzjoni kontinwa għall-kwistjonijiet ta' settur informali li dejjem qed jikber, il-livell għoli ta' qgħad u l-integrazzjoni tal-membri l-iżjed vulnerabbli fis-soċjetà;
23. Jemmen bis-sħiħ fil-ħtieġa li tkun promossa klima ta' rispett reċiproku, relazzjonijiet ta' bon viċinat u kooperazzjoni reġjonali u transkonfinali, bħala prerekwiżiti għall-istabilità u bħala mezz biex tkun iffaċilitata r-rikonċiljazzjoni awtentika u dejjiema; iqis li l-prosekuzzjoni tad-delitti tal-gwerra, il-koeżistenza paċifika ta' komunitajiet etniċi, kulturali u reliġjużi differenti, il-ħarsien tal-minoranzi u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll ir-reintegrazzjoni u r-ritorn tar-rifuġjati u tal-persuni spostati, iridu jkunu elementi essenzjali tal-proċess ta' adeżjoni tal-UE f'reġjuni bi storja ta' kunflitt; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, lill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali jirratifikaw il-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali jekk għadhom ma għamlux dan; jissuġġerixxi li, f'każijiet bħal dawn, il-promozzjoni tat-tagħlim u tal-apprendiment dwar il-patrimonju storiku, lingwistiku u kulturali ta' xulxin waqt u wara l-proċess ta' adeżjoni jaf jiffaċilita l-fehim reċiproku u jikkontribwixxi għar-rikonċiljazzjoni storika;
24. Huwa tal-opinjoni li l-parità tal-ġeneru u l-antidiskriminazzjoni għandhom jingħataw iżjed prijorità fil-politika ta' tkabbir; jenfasizza li l-parità tal-ġeneru hija dritt fundamentali, valur essenzjali tal-UE u prinċipju ewlieni fl-azzjoni esterna tagħha minbarra li għandha potenzjal kbir għall-ilħuq tal-objettivi ta' Ewropa 2020 billi tikkontribwixxi għat-tkabbir u għal-livell massimu ta' impjiegi; iħeġġeġ, għalhekk, il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċess ta' adeżjoni u jenfasizza l-importanza tal-integrazzjoni tal-politiki fil-qasam tal-parità tal-ġeneru; jissottolinja li d-diskriminazzjoni abbażi ta' kwalunkwe raġuni hija pprojbita u li l-valutazzjonijiet tal-UE għandhom jinkludu d-drittijiet tal-komunità LGBT u l-integrazzjoni tal-minoranzi fil-ħajja politika, soċjali u ekonomika;
25. Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-pajjiżi interessati fit-tkabbir fl-inizjattivi tagħha bil-għan li tintlaħaq l-inklużjoni soċjali, bħall-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom, sabiex jiġi mobilizzat aħjar l-IPA għal dan il-fini, kif ukoll sabiex tħeġġeġ lill-pajjiżi interessati fit-tkabbir permezz tal-mekkaniżmu tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni (PSA) sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet; jistieden ukoll lill-pajjiżi interessati fit-tkabbir jipparteċipaw b'mod attiv fid-Deċennju għall-Inklużjoni tar-Rom u jiggarantixxu d-drittijiet fundamentali tar-Rom, itejbu l-pożizzjoni soċjali u ekonomika tagħhom u jiżgurawlhom l-aċċess għall-akkomodazzjoni;
26. Huwa tal-fehma li kwalunkwe Stat ta' adeżjoni għandu jsolvi l-problemi bilaterali u t-tilwim kbir ewlenin li jkollu mal-ġirien, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw kwistjonijiet territorjali, qabel ma jkun jista' jsir membru tal-Unjoni; jirrakkomanda enerġikament li tali kwistjonijiet jiġu ttrattati f'fażi kemm jista' jkun bikrija tal-proċess ta' adeżjoni, fi spirtu kostruttiv u ta' bon viċinat u preferibbilment qabel il-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni, bil-għan li dawn tal-aħħar ma jintlaqtux negattivament; iqis li hu essenzjali, f'dan ir-rigward, li jiġu kkunsidrati l-interessi ġenerali tal-UE, il-valuri tagħha u l-obbligu ta' konformità sħiħa mal-acquis u rispett tal-prinċipji li l-UE stess hija msejsa fuqhom;
27. Jistieden lill-UE tappoġġa l-isforzi biex ikun solvut tilwim pendenti, inklużi kwistjonijiet dwar fruntieri, qabel l-adeżjoni; b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali, mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u r-riżoluzzjoni tan-NU rilevanti, kif ukoll mal-Att Finali ta' Ħelsinki, jinkoraġġixxi lill-partijiet kollha fil-każijiet ta' tilwim li t-tkomplija tagħhom aktarx tfixkel l-implimentazzjoni tal-acquis jew tipperikola l-preservazzjoni tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali biex jaħdmu b'mod kostruttiv fuq ir-riżoluzzjoni paċifika tagħhom u, jekk ikun opportun, fil-każ ta' inkapaċità li jintlaħaq ftehim bilaterali, jirreferu l-kwistjoni lill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja jew jimpenjaw ruħhom favur mekkaniżmu vinkolanti ta' arbitraġġ tal-għazla tagħhom inkella jaħdmu b'mod kostruttiv fi ħdan missjoni ta' medjazzjoni intensiva; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jibdew jiżviluppaw, b'konformità mat-Trattati tal-UE, mekkaniżmu ta' arbitraġġ immirat lejn is-soluzzjoni ta' tilwim bilaterali u multilaterali;
28. Jilqa' pożittivament l-inizjattivi bħall-aġenda pożittiva dwar it-Turkija, id-djalogu ta' livell għoli għall-adeżjoni ma' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u d-djalogu strutturat dwar l-Istat tad-dritt mal-Kosovo(4); jilqa' favorevolment l-għan li tinħoloq dinamika ġdida fil-proċess ta' riforma, filwaqt li jenfasizza li dawn l-inizjattivi ma jridu bl-ebda mod jissostitwixxu l-proċeduri formali tan-negozjati, iżda jkunu konformi bis-sħiħ mal-qafas tan-negozjar;
29. Jenfasizza l-ħtieġa li l-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali jwettqu titjib fil-qasam tad-demokrazija, f'dak tad-drittijiet tal-bniedem, u f'dak tal-proċessi tar-rikonċiljazzjoni, oqsma li jmisshom dejjem jingħataw prijorità fil-proċess tat-tkabbir u jiġu riflessi fl-istrumenti finanzjarji; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-importanza tal-assistenza finanzjarja li tqis il-ħtieġa li jiġu rrestawrati s-siti ta' patrimonju kulturali fiż-żoni ta' kunflitt, fid-dawl tar-rwol li tali rikostruzzjoni għandha f'dak li hu l-bini tal-fiduċja u l-integrazzjoni bejn komunitajiet etniċi u reliġjużi differenti;
30. Jenfasizza li l-politika ta' tkabbir tal-UE tikkostitwixxi strument għall-modernizzazzjoni, id-demokratizzazzjoni u l-istabilizzazzjoni u għandha l-għan ukoll li ssaħħaħ l-UE kemm internament kif ukoll bħala attur globali; jistieden lill-Kummissjoni tintrabat li tagħmel valutazzjonijiet tal-impatt kompluti kull meta teżamina applikazzjonijiet ġodda ta' adeżjoni mal-UE u meta tirrakkomanda l-ftuħ jew, fil-każ ta' varjazzjoni sostanzjali taċ-ċirkostanzi, l-għeluq tan-negozjati ta' adeżjoni;
31. Jappoġġa l-impenn tal-Kummissjoni biex ittejjeb il-kwalità tal-proċess ta' adeżjoni billi jsir iżjed meritokratiku, trasparenti u jirrispetta l-parametri ta' riferiment; huwa tal-fehma li b'hekk il-proċess isir aktar ġust u li jista' jitkejjel b'mod oġġettiv, u konsegwentement tissaħħaħ aktar il-kredibilità tiegħu; f'dan il-kuntest, jirrakkomanda li r-rapporti ta' progress għandhom ikunu aktar ċari fil-valutazzjonijiet tagħhom; jenfasizza li l-parametri ta' riferiment ma għandhomx jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali għall-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, iżda għandhom jittraduċu l-kriterji ġenerali ta' adeżjoni u l-objettivi tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni tal-UE f'passi u riżultati konkreti lejn l-adeżjoni, fir-rispett totali tal-qafas tan-negozjar;
32. Jenfasizza l-importanza vitali għas-suċċess tal-proċess ta' adeżjoni tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ ġdid għal din il-kwistjoni billi tiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet tal-pajjiżi aspiranti fuq każijiet individwali ta' korruzzjoni sistematika; jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mill-qrib mal-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) u mal-korpi kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi kkonċernati; jenfasizza tali approċċ il-ġdid jista' jkun ta' benefiċċju kbir għall-immaġni tal-Unjoni fost iċ-ċittadini tal-pajjiżi aspiranti u jista' potenzjalment jiffaċilita l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
33. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprevedi pjan li ma jimplikax tnaqqis f'termini reali tal-finanzjament ġenerali għal kull benefiċjarju; josserva li dan il-kalkolu għandu jsir fid-dawl ta' dan li ġej: a)il-proporzjon bejn l-assistenza pprogrammata kumplessiva mill-IPA u l-PDG ta' kull pajjiż ma għandux jonqos f'termini relattivi anki jekk, f'termini reali, id-denominatur (PDG) għal kull pajjiż benefiċjarju rreġistra żieda kumulattiva għall-perjodu 2007-2013; b) bl-adeżjoni tal-Kroazja aktarx se jiġi reġistrat tnaqqis fin-numru ta' pajjiżi li jkunu jistgħu jaċċedu għall-finanzjamenti permezz tal-istrument futur, u dan jibdel potenzjalment ir-ridistribuzzjoni komparattiva fi ħdan il-pula tal-finanzjament; c) bil-modifiki proposti għall-istrument il-ġdid, intiżi biex ineħħu d-distinzjoni bejn il-pajjiżi abbażi tal-istatus tal-kandidatura tagħhom, għadd ikbar ta' pajjiżi se jkun jista' jaċċedi għall-finanzjamenti (s'issa inaċċessibbli għall-pajjiżi mhux kandidati) allokati għal oqsma ta' politika li jikkonċentraw fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku; jirrakkomanda, f'dan il-kuntest, li lill-ebda benefiċjarju ma tkunlu prekluża l-possibilità ta' aċċess suffiċjenti u ġust għall-finanzjamenti minħabba r-riżorsi limitati tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tal-qasam tal-politika tal-bini tal-istituzzjonijiet;
34. Ifakkar fil-ħtieġa li t-tkabbir tal-UE jkun akkumpanjat minn politika ta' komunikazzjoni miftiehma u aktar effikaċi u trasparenti li tinvolvi l-istituzzjonijiet kollha tal-UE, il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, bil-għan li jiġi stimolat dibattitu miftuħ u sinċier dwar il-konsegwenzi tat-tkabbir, li jħaddan fih l-opinjoni pubblika kemm tal-Istati Membri tal-UE kif ukoll tal-pajjiżi kandidati; jisħaq li politika ta' komunikazzjoni ta' dan it-tip għandha tiġi applikata wkoll fil-pajjiżi kandidati, b'kooperazzjoni mal-atturi kollha;
35. Huwa tal-fehma li, sabiex jitħeġġeġ l-appoġġ fost iċ-ċittadini tal-UE għal aktar tkabbir u l-impenn taċ-ċittadini tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali biex ikomplu bir-riformi, huwa kruċjali li jingħata tagħrif ċar u komprensiv dwar il-benefiċċji politiċi, soċjoekonomiċi u kulturali tat-tkabbir; iqis li huwa essezjali, partikolarment, li l-pubbliku jingħata spjegazzjoni dwar il-mod kif it-tkabbir ġab miegħu investimenti ġodda u opportunitajiet ta' esportazzjoni, u kif jista' jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE f'termini ta' promozzjoni tal-prevenzjoni tal-kunflitti, tisħiħ tar-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti, ġlieda kontra l-kriżi ekonomika, ħolqien ta' impjiegi, aġevolazzjoni taċ-ċirkolazzjoni libera tal-ħaddiema, ħarsien tal-ambjent u tisħiħ tas-saħħa u s-sigurtà, filwaqt li fl-istess ħin titħaffef l-aġenda tar-riformi, jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjamenti u sussegwentement jitjiebu l-kundizzjonijiet ta' ħajja fil-pajjiżi interessati fit-tkabbir għall-ġid taċ-ċittadini Ewropej kollha, kif ukoll jitnaqqsu l-iżbilanċi soċjali u ekonomiċi; jissottolinja l-bżonn tingħata attenzjoni lis-setturi kollha tas-soċjetà permezz tal-promozzjoni, fost ħwejjeġ oħra, tal-inklużjoni, fil-livell tal-iskola sekondarja jew ekwivalenti, ta' element fil-kurrikulu speċifiku dwar il-kuntest, l-objettivi u l-funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-proċessi ta' tkabbir tagħha; jisħaq ukoll fuq il-bżonn li tingħata attenzjoni lill-persuni fundamentali li jiffurmaw l-opinjoni pubblika bħall-ġurnalisti, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, l-atturi soċjoekonomiċi u t-trade unions; huwa tal-opinjoni li sforzi analogi mill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali għandhom jiġu inkoraġġati u sostnuti;
Prospetti u l-interessi strateġiċi tal-UE
36. Jemmen bis-sħiħ li l-UE għadha tista' tikseb benefiċċji strateġiċi pemezz tal-politika ta' tkabbir; jenfasizza li l-adeżjoni mal-UE tagħti stabilità f'ambjent internazzjonali f'evoluzzjoni rapida, u li l-appartenenza fl-Unjoni Ewropea għadha toffri l-prospettiva ta' żvilupp soċjali u prosperità; huwa tal-fehma li t-tkabbir huwa interess strateġiku fit-tul tal-UE li ma jistax jitkejjel neċessarjament f'termini ta' bilanċi fuq perjodu qasir; iqis li huwa importanti li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-valur sostanzjali u dejjiemi tiegħu bħala wieħed li jirrappreżenta poter 'soft' iżda madankollu essenzjali għall-UE;
37. Jibqa' impenjat b'mod sħiħ lejn il-prospett tat-tkabbir, u jistieden lill-Istati Membri jżommu l-impuls tal-proċess ta' tkabbir; jenfasizza l-konvinzjoni tiegħu li bit-Trattat ta' Lisbona, l-UE tista' tkompli l-aġenda ta' tkabbir tagħha u żżomm l-impuls għal aktar integrazzjoni;
38. Ifakkar li l-proċess mhuwiex magħluq bis-sempliċi traspożizzjoni tal-acquis, u jenfasizza l-importanza ta' implimentazzjoni effikaċi u rispett fit-tul fir-rigward kemm tal-acquis kif ukoll tal-kriterji ta' Kopenħagen; iqis li sabiex tinżamm il-kredibilità tal-kundizzjonijiet għall-adeżjoni, l-Istati Membri tal-UE għandhom ukoll ikunu vvalutati għall-konformità kontinwa tagħhom mal-valuri fundamentali tal-UE u t-twettiq tal-impenji tagħhom dwar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi u l-Istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni telabora proposta dettaljata għal mekkaniżmu ta' monitoraġġ, ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 TUE u l-Artikolu 258 TFUE;
39. Ifakkar li politika ta' tkabbir semplifikata u li tħares 'il quddiem tista' tkun strument strateġiku ta' siwi għall-iżvilupp ekonomiku kemm tal-UE kif ukoll tar-reġjun, u għandha timmira li toħloq sinerġiji baġitarji u koordinament imsaħħaħ bejn id-diversi miżuri u tipi ta' assistenza fornuti mill-UE, l-Istati Membri u l-IFIs, kif ukoll mal-istrumenti eżistenti, jiġifieri l-IPA, billi tevita kull irduppjar, duplikazzjoni jew lakuni potenzjali fil-finanzjamenti, partikolarment fil-kuntest ta' ambjent ta' restrizzjonijiet baġitarji;
40. Josserva li l-kriżi finanzjarja globali u d-diffikultajiet taż-żona tal-euro enfasizzaw l-interdipendenza tal-ekonomiji nazzjonali, kemm ġewwa kif ukoll barra mill-UE; jenfasizza, għaldaqstant, l-importanza ta' aktar konsolidament tal-istabilità ekonomika u finanzjarja filwaqt li jitrawwem it-tkabbir, ukoll fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali; f'dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli, jenfasizza l-ħtieġa li tingħata assistenza finanzjarja adegwata u mmirata aħjar ta' qabel l-adeżjoni lill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali; jinnota l-proposta tal-Kummissjoni għal IPA ġdid, inkluż aktar sostenn finanzjarju għall-perspettivi finanzjarji 2014-2020; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-proċeduri jiġu ssemplifikati u aċċelerati, kif ukoll li tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-pajjiżi benefiċjarji, sabiex ikun żgurat livell għoli ta' parteċipazzjoni fi programmi tal-UE u biex tissaħħaħ il-kapaċità ta' assorbiment; jindika li pożizzjoni komprensiva tal-Parlament Ewropew dwar l-IPA se tiġi ppreżentata waqt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja; jenfasizza l-importanza tal-istabilità fiskali nazzjonali u l-konċentrazzjoni akbar tal-UE fuq il-governanza ekonomika; jirrakkomanda li l-kwistjoni tal-finanzi pubbliċi sodi tiġi ttrattata adegwatament fil-proċess ta' adeżjoni;
41. Jenfasizza li l-għanijiet tal-Ewropa 2020 huma mibnija madwar prinċipji universali li kienu mutur b'saħħtu għall-benesseri ekonomiku; jirrakkomanda, għaldaqstant, li l-progress li jsir fuq l-inizjattivi emblematiċi jiġi inkluż fid-djalogu ta' qabel l-adeżjoni u jiġi inċentivat b'finanzjament addizzjonali; iqis li mudell ta' tkabbir b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju jistħoqqlu attenzjoni speċjali u għandu jiġi implimentat b'mod attiv waqt il-proċess ta' tkabbir;
42. Jitlob li jsir djalogu kontinwu bejn id-donaturi u, fejn ikun xieraq, l-użu ta' strutturi idonei għall-koordinament u l-ġestjoni tal-għajnuna; jitlob, f'dan il-kuntest, li jsir eżami aktar mill-qrib tal-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi li jirrikjedu strutturi ta' koordinament, bħalma huwa, pereżempju, il-Qafas ta' Investiment tal-Balkani tal-Punent, li huwa kumplementari għall-istrutturi amministrattivi għall-IPA u għandu l-għan li jattira, jakkomuna u jiddirieġi l-appoġġ għall-oqsma prijoritarji; jenfasizza l-ingranaġġ potenzjali finanzjarju u politiku li jirriżulta mill-proġetti ta' finanzjament li jutilizzaw kombinazzjoni ta' fondi – li ġejjin mill-UE jew mill-Istati Membri jew mill-IFIs – b'mod li jiżgura kemm konkordanza stretta mal-aħjar prattiki f'termini ta' ġestjoni finanzjarja kif ukoll koordinament tal-atturi ewlenin;
o o o
43. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri u tal-Albanija, tal-Bosnja-Ħerzegovina, tal-Kroazja, ta' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, tal-Islanda, tal-Kosovo, tal-Montenegro, tas-Serbja u tat-Turkija.
Din id-deżinjazzjoni hi mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mar-riżoluzzjoni 1244/1999 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
Is-sitwazzjoni f'Gaża
213k
23k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2012 dwar is-sitwazzjoni f’Gaża (2012/2883(RSP))
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill “Affarijiet Barranin” tad-19 ta' Novembru 2012,
– wara li kkunsidra l-istqarrijiet għall-istampa tas-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon tat-18 u d-19 ta' Novembru 2012,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Proċess tal-Paċi fil-Lvant Nofsani tal-14 ta' Mejju 2012, tat-18 ta' Lulju u tat-23 ta' Mejju 2011 u tat-8 ta' Diċembru 2009,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli, Catherine Ashton, tat-12 ta’ Novembru 2012 dwar l-aħħar eskalazzjoni tal-vjolenza bejn Gaża u l-Iżrael, u tas-16 ta' Novembru 2012 dwar l-intensifikazzjoni ulterjuri tal-vjolenza fl-Iżrael u f'Gaża,
– wara li kkunsidra l-ftehim għall-waqfien mill-ġlied tal-21 Novembru 2012,
– wara li kkunsidra r-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1949 dwar il-Protezzjoni ta' Persuni Ċivili fi Żmien ta' Gwerra,
– wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interim dwar ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaża tat-18 ta' Settembru 1995,
– wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta' Oslo (“Dikjarazzjoni ta’ Prinċipji dwar Arranġamenti Interim ta' Gvern Awtronomu”) tat-13 ta' Settembru 1993,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-eskalazjoni riċenti ta 'vjolenza wassal għat-telf ta' ħajja u tbatija inaċċettabbli għall-popolazzjoni ċivili taż-żewġ partijiet involuti;
B. billi il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Eġizzjan, is-Sur Mohamed Kamel Amr u Segretarju tal-Istat Amerikan, is-Sinjura Hillary Clinton ħabbru l-waqfien mill-ġlied waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Kajr fil-21 ta' Novembru 2012; billi, skond dan il-waqfien mill-ġlied, l-Iżrael għandu iwaqqaf l-ostilitajiet kollha fuq l-art, il-baħar u fl-ajru fil-Medda ta' Gaża, inkluż l-inkursjonijiet u l-immirar ta' individwi filwaqt li l-fazzjonijiet Palestinjani kollha għandhom iwaqqfu l-ostilitajiet kollha mill-Medda ta' Gaża kontra l-Iżrael, inkluż l-attakki bir-rockets u l-attakki tul il-fruntiera;
C. billi l-Parlament Ewropew darba wara l-oħra esprima s-sostenn tiegħu għas-soluzzjoni ta' żewġ Stati, bl-Istat tal-Iżrael u Stat tal-Palestina indipendenti, demokratiku u vijabbli jgħixu flimkien fil-paċi u s-sigurtà, u appella biex jinħolqu l-kundizzjonijiet li jippermettu li jissuktaw it-taħditiet diretti ta' paċi bejn iż-żewġ partijiet;
D. billi l-imblokk tal-Istrixxa ta' Gaża u l-kriżi umanitarja hemmhekk għadhom għaddejjin minkejja l-bosta appelli li saru mill-komunità internazzjonali għall-ftuħ ta’ punti ta' qsim għall-fluss ta' għajnuna umanitarja, oġġetti kummerċjali u persuni lejn u minn Gaża, kif imtenni wkoll fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2012;
E. billi l-Parlament esprima ripetutament l-impenn qawwi tiegħu favur is-sigurtà tal-Istat tal-Iżrael; billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2012 reġgħu tennew l-impenn fundamentali tal-UE u tal-Istati Membri tagħha favur is-sigurtà tal-Iżrael, ikkundannaw bil-qawwa l-vjolenza mmirata deliberatament lejn iċ-ċivili, inklużi l-attakki bil-missili mill-istrixxa ta' Gaża, u appellaw għal prevenzjoni effikaċi tal-kuntrabandu tal-armi lejn Gaża;
1. Jesprimi tħassib gravi dwar is-sitwazzjoni f'Gaża u fl-Iżrael, u jesprimi d-dispjaċir profond tiegħu għat-telf ta' ħajjiet ta' persuni ċivili, inklużi nisa u tfal; jilqa' t-tħabbir tal-ftehim għall-waqfien mill-ġlied mħabbar fil-Kajr u jitlob li jiġi implimentat bis-sħiħ, jenfasizza li jeħtieġ li l-attakki kollha jintemmu minnufih, minħabba li jikkawżaw tbatija mhux ġustifikabbli għal ċivili innoċenti u jappella biex b’urġenza titnaqqas l-eskalazzjoni u jinġieb fi tmiemu l-ġlied; ifaħħar l-isforzi tal-Eġittu u atturi oħrajn għall-medjazzjoni biex jintlaħaq waqfien mill-ġlied u sostenibbli, u jilqa' l-missjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fir-reġjun;
2. Jikkundanna bil-qawwa l-attakki bil-missili fuq l-Iżrael mill-Istrixxa ta' Gaża, li jeħtieġ li l-Ħamas u gruppi armati oħrajn f'Gaża jtemmuhom minnufih; jenfasizzali l-Iżrael għandu d-dritt jipproteġi l-popolazzjoni tiegħu minn attakki ta’ dan it-tip, filwaqt li jirrimarka li f’dan l-Iżrael jeħtieġlu jaġixxi b'mod proporzjonali u jiżgura l-protezzjoni taċ-ċivili f’kull waqt; jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa li kull naħa tirrispetta l-liġi internazzjonali umanitarja, u jenfasizza li ma jista’ jkun hemm l-ebda ġustifikazzjoni għal attakki mmirati deliberatament fuq ċivili innoċenti;
3. Jikkundanna l-attakk terroristiku fuq karozza tal-linja li kienet qed iġġorr persuni ċivili ġewwa Tel Aviv fil-21 ta’ Novembru 2012;
4. Itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għas-soluzzjoni ta' żewġ stati abbażi tal-fruntieri tal-1967, b'Ġerusalemm bħala l-belt kapitali taż-żewġ stati, bl-Istat tal-Iżrael u Stat tal-Palestina indipendenti, demokratiku u vijabbli jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà;
5. Jerġa' jenfasizza li l-uniku mod kif jista’ jintlaħaq sliem ġust u dejjiemi bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani huwa b’mezzi paċifiċi u mhux vjolenti; jerġa' jappella għall–ħolqien tal-kundizzjonijiet li jippermettu li jissuktaw it-taħditiet diretti ta' paċi bejn iż-żewġ partijiet;
6. Jappoġġa, f’dan ir-rigward, it-tentattiv tal-Palestina biex issir osservatur fin-NU bla status ta’ membru u jqis li dan ikun pass importanti biex ir-rivendikazzjonijiet tal-Palestinjani jsiru aktar viżibbli, qawwija u effikaċi; jappella, f’dan ir-rigward, li l-Istati Membri tal-UE u l-komunità internazzjonali jilħqu qbil f’din id-direzzjoni;
7. Jerġa’ jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri biex jassumu rwol politiku aktar attiv fl-isforzi ħalli jintlaħaq sliem ġust u dejjiemi bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; jappoġġa lir-Rappreżentant Għoli fl-isforzi tagħha għall-ħolqien ta’ prospettiva kredibbli għar-rilanċ tal-proċess tal-paċi;
8. Itenni l-appel tiegħu biex jintemm l-imblokk tal-Istrixxa ta' Gaża, bil-kundizzjoni li jkun hemm mekkaniżmu ta' kontroll internazzjonali effikaċi li jipprevjeni l-kuntrabandu tal-armi lejn Gaża, b’rikonoxximent tal-esiġenzi leġittimi ta' sigurtà tal-Iżrael; jappella wkoll għat-teħid ta’ passi li jippermettu r-rikostruzzjoni u l-irkupru ekonomiku ta' Gaża;
9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kumissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE fil-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Mibgħut tal-Kwartett fil-Lvant Nofsani, lill-Knesset u lill-Gvern tal-Iżrael, lill-President tal-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan.
L-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni
491k
53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (abbażi tar-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni) (12562/2011 - 2012/2138(INI))
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u, partikolarment, il-parti tiegħu marbuta mal-politika Ewropea ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) (12562/2011),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) lill-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2012 dwar il-PSDK,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2012 dwar il-PSDK,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-PSDK,
– wara li kkunsidra l-inizjattiva dwar il-kapaċitajiet militari mnedija waqt il-laqgħa informali tal-ministri tad-difiża tal-UE li saret f'Ghent f'Settembru 2010,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 24 u 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
– wara li kkunsidra l-paragrafu 43 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba(1),
– wara li kkunsidra t-Titolu V tat-TUE u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi tal-Qerda tal-Massa, kif approvata mill-Kunsill fid-9 ta' Diċembru 2003,
– wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,
– wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà bit-titolu 'Ewropa Sigura f'Dinja Aħjar', adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha bit-titolu 'Nipprovdu s-Sigurtà f'Dinja li qed Tinbidel', adottat mill-Kunsill Ewropew fil-11 u t-12 ta' Diċembru 2008,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà u l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Novembru 2010 dwar il-kooperazzjoni ċivili-militari u l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ċivili-militari(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar l-iżvilupp tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur tad-difiża tal-Istati Membri tal-UE(5),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar is-sitwazzjoni fil-Mali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 119(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0357/2012),
A. billi t-tibdil importanti li għaddej bħalissa fil-kuntest ġeostrateġiku li fih tinsab il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u l-PSDK, partikolarment minħabba t-taqlib fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq (rivoluzzjonijiet, kunflitti u/jew tibdil ta' reġim fil-Libja, fit-Tuneżija, fl-Eġittu u fis-Sirja), l-emerġenza ta' atturi ġodda b'ambizzjonijiet reġjonali jew globali fix-xena internazzjonali, kif ukoll tar-riorjentament tal-prijoritajiet tal-politika ta' difiża tal-Istati Uniti tal-Amerika lejn iż-żona tal-Asja-Paċifiku;
B. billi, fl-istess ħin, it-theddid u l-isfidi għas-sigurtà dinjija qegħdin jiżdiedu, minħabba l-inċertezzi marbuta mal-atteġġjament tal-atturi statali u mhux statali (bħall-organizzazzjonijiet terroristiċi) impenjati fi programmi li jħeġġu b'mod perikoluż il-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva (inklużi l-armi nukleari), l-evoluzzjoni ta' kriżijiet lokali fil-viċinat tal-UE, b'konsegwenzi reġjonali kbar (bħall-kunflitt attwali Sirjan), ir-riskji marbuta mal-proċessi ta' tranżizzjoni fil-pajjiżi Għarab u d-dimensjoni ta' sigurtà tagħhom (pereżempju fil-Libja u fil-peniżola tas-Sinaj), l-evoluzzjoni taż-żona Pakistan-Afganistan fid-dawl tal-prospettiva tal-irtirar tal-forzi militari tan-NATO kif ukoll iż-żieda tat-theddid terroristiku fl-Afrika, partikolarment fis-Saħel, fil-Qarn tal-Afrika u fin-Niġerja;
C. billi t-tibdil fil-klima huwa rikonoxxut ġeneralment bħala mutur essenzjali u aspett ta' multiplikazzjoni tat-theddid għas-sigurtà globali, il-paċi u l-istabilità;
D. billi l-Unjoni Ewropea trid twieġeb għal dan it-theddid u dawn l-isfidi billi titkellem b'vuċi waħda, b'hekk tiggarantixxi l-koerenza, taġixxi fi spirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri u tisfrutta l-mezzi u l-istrumenti kollha disponibbli biex tiżgura l-paċi u s-sigurtà għaċ-ċittadini tagħha;
E. billi l-PSDK, li tagħmel parti mill-PESK, li l-għanijiet tagħha huma definiti fl-Artikolu 21 tat-TUE, tikkonferixxi lill-Unjoni kapaċità operattiva li tissejjes fuq mezzi ċivili u militari,
F. billi li l-PSDK għandha bżonn tikkonsolida l-kontribut tagħha għall-paċi u għall-istabilità fid-dinja permezz tal-missjonijiet u tal-operazzjonijiet tagħha, li jidħlu fil-qafas tal-approċċ globali li l-UE fil-konfront ta' pajjiż jew ta' reġjun, anki permezz tal-kooperazzjoni multilaterali fi ħdan u flimkien mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, partikolarment in-Nazzjonijiet Uniti, u reġjonali, fir-rispett tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,
G. billi d-diżarm u n-nonproliferazzjoni huma partijiet integranti tal-PSDK, li jridu jkunu enfasizzati fl-ambitu tad-djalogu politiku tal-UE mal-pajjiżi terzi u l-istituzzjonijiet internazzjonali, u jikkostitwixxu obbligu għall-Istati Membri tal-UE skont il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali; billi tali impenn huwa perfettament kompatibbli mal-għan tal-PSDK ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet ċivili u militari;
H. billi jfakkar li t-Trattat ta' Lisbona introduċa innovazzjonijiet importanti li wasslu għal tisħiħ tal-PSDK iżda billi dawn għadhom ma ntużawx bis-sħiħ;
I. billi jfakkar li, mill-2003, l-UE nediet 19-il missjoni ċivili u 7 operazzjonijiet militari fil-qafas tal-Politika Ewropea ta' Sigurtà u Difiża u sussegwentement tal-PSDK, u li bħalissa għaddjjin 11-il missjoni ċivili u 3 operazzjonijiet militari,
Qafas strateġiku għall-PSDK Qafas strateġiku ġdid
1. Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea hija adatta biex tkun attur politiku globali fix-xena internazzjonali, bl-iskop li tippromwovi l-paċi u s-sigurtà internazzjonali, tħares l-interessi tagħha fid-dinja u tiggarantixxi s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha; iqis li l-UE trid tkun kapaċi tassumi r-responsabilitajiet tagħha quddiem it-theddid, il-kriżijiet u l-kunflitti internazzjonali, partikolarment fil-viċinat tagħha; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-bżonn li l-UE tkun koerenti fil-politiki tagħha u aktar veloċi u effiċjenti meta tassumi r-responsabilitajiet imsemmija hawn fuq;
2. Jenfasizza, f'dawn ir-rigward, fuq il-bżonn li l-Unjoni tafferma l-awtonomija strateġika tagħha permezz ta' politika estera, ta' sigurtà u ta' difiża b'saħħitha u effikaċi, li tippermettilha, jekk ikun meħtieġ, taġixxi waħedha; jisħaq fuq il-fatt li din l-awtonomija strateġika tibqa' illużorja mingħajr kapaċitajiet ċivili u militari kredibbli; ifakkar li din l-awtonomija strateġika qiegħda tinbena fir-rispett dovut tal-alleanzi eżistenti, partikolarment fir-rigward tan-NATO, u żżomm rabta transatlantika qawwija, kif enfasizzat fl-Artikolu 42 tat-TUE, u fir-rirspett dovut u bit-tisħiħ tal-multilateraliżmu effettiv, bħala prinċipju gwida għall-intervent tal-UE fil-ġestjoni ta' kriżijiet internazzjonali;
3. Jinsab imħasseb bil-prospettiva tad-deklin strateġiku li jhedded l-UE, mhux biss permezz tat-tendenza li jiċkienu l-baġits tad-difiża minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u Ewropea, iżda wkoll minħabba l-marġinalizzazzjoni relattiva u progressiva tal-istrumenti u tal-kapaċitajiet tagħha ta' ġestjoni tal-kriżijiet, speċjalment dawk militari; josserva wkoll l-impatt negattiv tan-nuqqas ta' impenn min-naħa tal-Istati Membri f'dan ir-rigward;
4. Iqis li l-Unjoni għandha rwol importanti x'tiżvolġi bħala fornitur tas-sigurtà għall-Istati Membri u ċ-ċittadini tagħha; jinsab konvint li l-Unjoni għandu jkollha l-ambizzjoni li ssaħħaħ is-sigurtà tagħha u dik tal-viċinat tagħha bil-għan li ma tiddelegahiex lil ħaddieħor; jinsisti li l-UE trid tkun kapaċi tikkontribwixxi b'mod sinifikanti lill-operazzjoni taż-żamma tal-paċi fid-dinja kollha;
5. Jikkonstata li l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà, imfassla fl-2003 u riveduta fl-2008, minkejja l-validità, sal-lum, tal-analiżijiet u tal-affermazzjonijiet tagħha, qiegħda tibda tiġi megħluba minn avvenimenti u ma għadhiex biżżejjed biex nifhmu d-dinja tal-lum;
6. Jistieden għalhekk, għal darb'oħra, lill-Kunsill Ewropew jikkummissjona lill-VP/RGħ White Paper dwar is-sigurtà u d-difiża tal-UE, li tiddefinixxi l-interessi strateġiċi tal-UE f'kuntest tal-evoluzzjoni tat-theddid, fid-dawl tal-kapaċitajiet ta' sigurtà tal-Istati Membri, tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-UE li jaġixxu b'mod effikaċi fil-politika ta' sigurtà u ta' difiża, u tas-sħubijiet tal-UE, partikolarment mal-ġirien tagħha u man-NATO, u li tqis l-evoluzzjoni tat-theddid u l-iżvilupp tar-relazzjonijiet mal-alleati tagħna u ma' sħabna, iżda wkoll mal-pajjiżi emerġenti;
7. Jisħaq fuq l-importanza ta' dan il-qafas strateġiku, li se jmexxi l-azzjoni esterna tal-UE u jifformula prijoritajiet ċari għall-politika ta' sigurtà tagħha;
8. Josserva li l-White Paper għandha tkun ibbażata kemm fuq il-kunċetti introdotti mill-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà fl-2003 u fl-2008 kif ukoll fuq kunċetti ta' sigurtà ġodda li nibtu f'dawn l-aħħar snin, bħar-“responsabilità ta' protezzjoni”, is-sigurtà umana u l-multilateraliżmu effikaċi;
9. Jisħaq fuq l-importanza li ssir, fl-ambitu tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u f'kooperazzjoni man-NATO, reviżjoni teknika tad-dgħufijiet u tal-punti ta' saħħa militari tal-Istati Membri tal-UE; jemmen li l-White Paper se tifforma l-bażi tal-approċċ strateġiku futur tal-UE u tagħti gwida dwar l-ippjanar strateġiku f'terminu medju u twil tal-kapaċitajiet ċivili u militari li għandhom jiġu żviluppati u miksuba fil-qafas tal-PSDK;
10. Jilqa' favorevolment il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2012 dwar il-PSDK u t-tħabbira ta' Kunsill Ewropew dwar kwistjonijiet ta' difiża li se jsir matul l-2013; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-President tal-Kunsill Ewropew jinvolvu lill-Parlament fit-tħejjija tal-laqgħa tal-Kunsill;
11. Jilqa' pożittivament ir-rapport tal-VP/RGħ dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet fundamentali tal-PESK, li parti minnha hija ddedikata għall-kwistjonijiet tas-sigurtà u tad-difiża; jinsisti madankollu fuq il-bżonn li jogħla l-livell ta' ambizzjoni għall-iżvilupp tal-PSDK; jistieden lill-Istati Membri, bis-sostenn tal-VP/RGħ, jisfruttaw il-potenzjal sħiħ ta' dan l-istrument – maħluq mit-Trattat ta' Lisbona – f'kuntest fejn bosta kriżijiet għadhom jippersistu, anki mal-fruntieri tal-Ewropa, u fejn l-impenn Amerikan ridefinit huwa dejjem aktar evidenti;
12. Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva ta' Weimar, li magħha ngħaqdu Spanja u l-Italja, biex terġa' titnieda l-aġenda tal-PSDK, flimkien mal-ispinta li tat fit-tliet oqsma fundamentali: l-istituzzjonijiet, l-operazzjonijiet u l-kapaċitajiet; jappella għaż-żamma tal-impenn meħud minn dawn il-pajjiżi biex ikomplu jkollhom viżjoni ambizzjuża tal-PSDK u jqis l-azzjonijiet tagħhom bħala mudell li l-Istati Membri l-oħra għandhom jingħaqdu miegħu u jsegwuh;
Il-PSDK fil-qalba tal-approċċ globali
13. Jilqa' pożittivament il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2012 dwar il-PSDK u t-tħabbira ta' preżentazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni u tal-VP/RGħ ta' komunikazzjoni konġunta dwar l-approċċ globali; ifakkar kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-VP/RGħ jinvolvu lill-Parlament f'dan l-isforz;
14. Jissottolinja li s-saħħa tal-UE meta mqabbla ma' organizzazzjonijiet oħrajn tikkonsisti fil-potenzjal uniku tagħha li timmobilizza firxa sħiħa ta' strumenti politiċi, ekonomiċi, ta' żvilupp u umanitarji b'appoġġ għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet ċivili u militari tagħha ta' ġestjoni tal-kriżijiet taħt kappa ta' awtorità politika unika – il-VP/RGħ– u li dan l-approċċ globali jagħtiha ċerta flessibilità kif ukoll effikaċja unika u apprezzata;
15. Iqis, madankollu, li l-implimentazzjoni ta' approċċ globali trid tiggarantixxi li l-Unjoni tirrispondi għar-riskji speċifiċi b'mezzi ċivili u/jew militari adegwati; jinsisti li l-approċċ globali għandu jissejjes fuq il-PSDK daqs kemm jissejjes fuq strumenti oħrajn ta' azzjoni esterna;
16. Jenfasizza li l-PSDK, permezz tal-operazzjonijiet tagħha, tikkostitwixxi l-istrument prinċipali tal-UE ta' ġestjoni tal-kriżijiet, billi tikkonferixxi l-kredibilità u l-viżibilità politika lill-azzjonijiet tal-Unjoni u fl-istess ħin tippermetti kontroll politiku;
L-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona
17. Ifakkar li t-Trattat ta' Lisbona introduċa innovazzjonijiet importanti għal dak li għandu x'jaqsam mal-PSDK, li tagħhom qegħdin nistennew l-implimentazzjoni; iqis bħala deplorevoli, f'dan ir-rigward, l-indifferenza tal-VP/RGħ fil-konfront tar-riżoluzzjonijiet parlamentari preċedenti li fihom intalab progress aktar attiv u koerenti fl-implimentazzjoni tal-istrumenti l-ġodda introdotti fl-ambitu tat-Trattat ta' Lisbona:
–
il-Kunsill jista' jafda missjoni lil grupp ta' Stati, bil-għan li jippreserva l-valuri tal-Unjoni u jservi l-interessi tagħhom;
–
kooperazzjoni strutturata permanenti tista' tkun stabbilita bejn l-Istati Membri li jissodisfaw kriterji ogħla ta' kapaċitajiet militari u li assumew impenji aktar vinkolanti fil-qasam fid-dawl tal-missjonijiet l-aktar impenjattivi;
–
klawsola ta' difiża reċiproka kif ukoll klawsola ta' solidarjetà ddaħħlu bis-saħħa tat-Trattat;
–
lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża ġiet fdata kompiti importanti f'termini ta' żvilupp tal-kapaċitajiet militari tal-Istati Membri, fosthom it-tisħiħ tal-bażi industrijali u teknoloġika tas-settur tad-difiża, id-definizzjoni ta' politika Ewropea tal-kapaċitajiet u tal-armamenti u l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni strutturata permanenti;
–
għandu jinħoloq fond ta' tnedija għall-attivitajiet preparatorji tal-missjonijiet li ma jitħallsux mill-baġit tal-Unjoni;
18. Iħeġġeġ lill-VP/RGħ tagħti l-impulsi neċessarji għall-iżvilupp tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona sabiex l-UE tkun tista' tibbenefika minn firxa sħiħa ta' possibilitajiet ta' azzjoni fix-xena internazzjonali fil-qafas tal-approċċ globali tagħha, permezz tas-“soft power” tagħha jew permezz ta' azzjonijiet aktar robusti, jekk ikun meħtieġ, u dejjem skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;
19. Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu b'mod attiv mal-VP/RGħ u mal-Kunsill biex jadottaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-PSDK bħala parti mill-istrateġiji ta' difiża nazzjonali tagħhom;
20. Jilqa' favorevolment l-estensjoni tal-missjonijiet li jistgħu jitmexxew fil-qafas tal-PSDK meta mqabbla mal-missjonijiet antiki msejħa “ta' Petersberg”, kif speċifikat fl-Artikolu 43 tat-TUE; josserva iżda li din l-ambizzjoni mhijiex riflessa fid-deċiżjonijiet meħuda mill-ħolqien tas-SEAE;
L-operazzjonijiet ċivili u militari
21. Jenfasizza li sal-lum il-PSDK kkontribwiet għall-ġestjoni tal-kriżijiet, għaż-żamma tal-paċi u għat-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali; jinsisti li l-PSDK issa teħtieġ tkun kapaċi tintervjeni f'kull tip ta' kriżi, inkluż fil-kuntest ta' kunklitti ta' intensità għolja fil-viċinat tagħha stess, u b'livell ta' ambizzjoni biżżejjed biex tħalli impatt reali fil-post;
22. Josserva li bħalissa għaddejjin 14-il operazzjoni, li minnhom 11 huma ċivili u 3 militari; jilqa' pożittivament it-tnedija ta' tliet operazzjonijiet ċivili ġodda matul is-sajf 2012 fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP Nestor), fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) u fis-Sudan t'Isfel (EUAVSEC South Sudan) u l-ippjanar ta' missjoni ċivili ta' appoġġ lill-kontroll tal-fruntieri fil-Libja u missjoni ta’ taħriġ f’Mali; iqis li dawn il-missjonijiet jirrappreżentaw l-ewwel sinjal ta' dinamiżmu ġdid tal-aġenda tal-PSDK; jissottolinja l-importanza tat-titjib tal-qafas tat-tagħlim ta' lezzjonijiet mill-missjonijiet u mill-operazzjonijiet;
23. Iqis bħala deplorevoli, madankollu, li l-UE ma tisfruttax bis-sħiħ l-istrumenti militari tal-PSDK, minkejja li bosta kriżijiet setgħu jiġġustifikaw intervent tal-PSDK, inklużi dawk fil-Libja u fil-Mali; jisħaq fuq il-bżonn li tiġi kkunsidrata l-assistenza fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà għall-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija, speċjalment dawk fl-Afrika ta' Fuq u fir-reġjun tas-Saħel; iħeġġeġ, f'dan il-kuntest, l-approfondiment tal-ippjanar matul operazzjonijiet militari possibbli u, fl-istess ħin, jappella għar-rivalutazzjoni tal-missjonijiet li għaddejjin;
24. Jistieden ukoll lill-Istati Membri jikkonfermaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom b'azzjonijiet u jużaw il-mezzi, il-protokolli u l-ftehimiet eżistenti bil-għan li jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-PSDK l-kapaċitajiet tagħhom, pereżempju taħt forma ta' gruppi tattiċi jew gruppi operattivi komuni;
Balkani tal-Punent
25. Ifakkar u jilqa' pożittivament l-importanza politika, strateġika u simbolika tal-impenn tal-UE fil-Balkani tal-Punent, li kkontribwixxa għall-paċi u s-sigurtà fir-reġjun; jindika, madankollu, li dan ir-reġjun ikompli jħabbat wiċċu ma' numru ta' sfidi li jirrappreżentaw prova ta' kredibilità għall-Unjoni; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kunsill jerġgħu jivvalutaw il-kontribut tal-UE fil-qasam tas-sigurtà fl-Balkani tal-Punent, b'attenzjoni partikolari fuq it-tisħiħ tal-Istat tad-dritt, il-protezzjoni tal-komunitajiet minoritarji u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni;
26. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżultati miksuba mill-ewwel missjoni ċivili EUPM fil-Bosnja-Ħerzegovina, li ntemmet fit-30 ta' Ġunju 2012 u li ppermettiet, flimkien mal-operazzjoni EUFOR Althea, li jingħata kontribut lid-djalogu bejn l-entitajiet kostituttivi tal-pajjiż, u għall-konsolidament tal-Istat tad-dritt;
27. Jikkonstata li l-operazzjoni EUFOR Althea fil-Bosnja-Ħerzegovina, imnedija fl-2004, tnaqqsilha kostantement il-persunal; isostni, għaldaqstant, l-għeluq ta' tali missjoni u huwa favur tip ġdid ta' assistenza tal-UE fil-qasam tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u tat-taħriġ tal-forzi armati tal-Bosnja-Ħerzegovina;
28. Isostni r-rwol li żvolġiet il-missjoni EULEX Kosovo, li topera f'ambjent politiku diffiċli u jilqa' b'sodisfazzjon l-estensjoni tal-mandat tagħha għal sentejn oħra, sal-14 ta' Ġunju 2014;
29. Jenfasizza r-rwol pożittiv tagħha biex jgħin lill-Kosovo jiġġieled il-kriminalità organizzata fil-livelli kollha u jibni Stat tad-dritt u jistabbilixxi apparat ġudizzjarju, tal-pulizija u doganali ħieles minn kull indħil politiku u konformi mal-prattiki tajba rikonoxxuti fuq livelli internazzjonali kif ukoll mal-prattiki tajba Ewropej; jinnota r-rikonfigurazzjoni u t-tnaqqis fid-daqs tal-missjoni, u jqishom bħala sinjal ċar tal-progress li sar sa issa;
30. Jirrikonoxxi, madankollu, li għad iridu jsiru sforzi kbar biex l-EULEX ittemm totalment il-missjonijiet tagħha li ġew assenjati lilha u tgawdi mill-fiduċja totali tal-popolazzjoni tal-Kosovo, partikolarment tal-komunità Serba; jistieden lill-missjoni ssaħħaħ l-attivitajiet tagħha fit-Tramuntana tal-Kosovo u timpenja ruħha b'aktar reqqa fl-investigazzjoni u fl-azzjoni ġudizzjarja tal-każijiet ta' korruzzjoni f'livell għoli;
31. Jistieden lit-Task Force Investigattiva Speċjali tal-missjoni EULEX tkompli tinvestiga bl-akbar attenzjoni u rigorożità l-kwistjonijiet imqajma mir-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-veradiċità tal-akkużi ta' traffikar tal-organi; jistieden lill-missjoni EULEX timplimenta, bis-sostenn totali tal-Istati kontributuri, programm ta' protezzjoni tax-xhieda – inkluż, pereżempju, il-miżuri ta' trasferiment tax-xhieda – biex il-proċedimenti ġudizzjarji rigorużi jkunu jistgħu jaċċertaw il-fatti;
32. Josserva li l-preżenza tal-KFOR għadha indispensabbli biex tiżgura s-sigurtà lill-Kosovo, u li r-rabta bejn il-missjoni militari tan-NATO u l-missjoni ċivili tal-UE tkompli tqanqal bosta mistoqsijiet rigward l-effikaċja u l-persistenza tagħha; jistieden għaldaqstant lill-VP/RGħ tirrapporta regolarment dwar il-progress tal-missjoni EULEX, li l-estensjoni tal-mandat tagħha sal-14 ta' Ġunju 2014 ġiet milqugħa pożittivament, kif ukoll ir-riżultati miksuba u r-relazzjonijiet mal-apparat militari tan-NATO;
Qarn tal-Afrika
33. Jilqa' favorevolment l-istrateġija l-ġdida tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika, li timplimenta l-approċċ globali biex tiġġieled il-piraterija u l-kawżi tagħha, u r-rwol ta' gwida tal-Unjoni fir-rigward ta' kwisjonijiet ta' sigurtà f'dan ir-reġjun, li jsaħħaħ il-viżibilità u l-kredibilità tal-UE fil-ġestjoni tal-kriżijiet; jilqa' favorevolment l-attivazzjoni taċ-Ċentru ta' Operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea f'Mejju 2012 biex jappoġġa l-missjonijiet PSDK fil-Qarn tal-Afrika;
34. Josserva li bħalissa tlieta huma l-operazzjonijiet (EUNAVFOR Atalanta, EUTM Somalia u EUCAP Nestor) skjerati għall-ġid tar-reġjun u jisħaq fuq il-bżonn li jitkompla l-koordinament tal-impenn Ewropew mal-isforzi min-naħa tal-komunità internazzjonali, u speċjalment tal-Unjoni Afrikana (UA), b'mod li jiġu stabbiliti l-funzjonament u n-natura demokratika tal-Istat fis-Somalja; iqis li Ċentru ta' Operazzjonijiet tal-UE jaf jaġevola koordinament akbar fil-qafas tal-istrateġija għall-Qarn tal-Afrika.
35. Jirrakkomanda, fid-dawl tal-evoluzzjoni tas-Somalja fil-qagħda politika u tas-sigurtà, li l-Istati Membri u l-VP/RGħ, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet leġittimi tas-Somalja, l-UA, l-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD) u l-Istati Uniti, jistudjaw il-possibilità li jitnieda proċess ta' riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS).
36. Jilqa' b'sodisfazzjon it-tnedija tal-missjoni EUCAP Nestor u jħeġġeġ lit-Tanzanija taċċetta tali missjoni, li timmira għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet marittimi ta' Ġibuti, tal-Kenja u tas-Seychelles u s-sostenn għall-Istat tad-dritt fis-Somalja (għall-ewwel fil-Puntland u fis-Somaliland) permezz tal-iżvilupp ta' forza tal-pulizija tal-kosta responsabbli u ta' apparat ġudizzjarju li juri rispett sħiħ għall-Istat tad-dritt, għat-trasparenza u għad-drittijiet tal-bniedem;
37. Jitlob li l-missjoni EUCAP Nestor tkun ikkoordinata ma' inizjattivi oħra marbuta mas-sigurtà marittima, bħal MARSIC u MASE, iffinanzjati rispettivament mill-Istrument għall-Istabbiltà u mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp; jirrakkomanda l-estensjoni tal-missjoni EUCAP Nestor għal pajjiżi oħrajn malli l-kundizzjonijiet ikunu ġew sodisfatti;
38. Ta ġieħ lill-kontribut fundamentali tal-operazzjoni EUNAVFOR Atalanta fil-ġlieda kontra l-piraterija fil-golf ta' Aden u fl-Oċean Indjan oċċidentali u l-kontribut umanitarju tiegħu u għas-sigurtà marittima, billi jiskorta bastimenti tal-Programm Dinji tal-Ikel, kif ukoll vapuri vulnerabbli oħrajn, u japprova l-proroga tal-mandat tagħha sa Diċembru 2014; japprova wkoll l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-missjoni għaż-żona tal-kosta kif ukoll għall-ilmijiet territorjali u għall-ilmijiet interni tas-Somalja; jistieden lill-Istati Membri jfornu mezzi adegwati, navali kif ukoll tal-ajru, għal din l-operazzjoni u jinkoraġġixxi lill-bastimenti kummerċjali jkomplu japplikaw il-prattiki tajba ta' navigazzjoni biex inaqqsu r-riskji ta' attakk; jifraħ bil-kontribut tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-operazzjoni Atalanta f'forma ta' skwadra ta' protezzjoni abbord intiża li tiżgura s-sigurtà tal-konvojs umanitarji u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri l-oħra jfornu dan it-tip ta' kontribut;
39. Jafferma li l-piraterija hija ekwiparabbli mal-kriminalità organizzata u li huwa importanti, għall-finijiet tal-libertà tal-kummerċ u tal-protezzjoni ta' rotta marittima essenzjali, li jiġi ostakolat l-interessi ekonomiċi tagħha u li jiġu indirizzati l-kawżi primarji tal-piraterija permezz ta' impenn fit-tul li jrawwem governanza tajba u opportunitajiet ta' awtosostenn, leġittimi u ekonomiċi għall-popolazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jadottaw il-provvedimenti kollha meħtieġa biex jiggarantixxu t-traċċabilità tal-flussi finanzjarji ġġenerati minn din l-attività u jaġevolaw l-iskambju ta' informazzjoni bejn EUNAVFOR Atalanta u Europol;
40. Jenfasizza r-rwol pożittiv li tiżvolġi l-missjoni EUTM Somalia, f'kooperazzjoni stretta mal-Uganda, l-UA u l-Istati Uniti, biex jitħarrġu aktar minn 3 000 rekluta Somalu – li minnhom madwar 2 500 diġà reġgħu ġew integrati fil-forzi tas-sigurtà Somali – billi trawwem ukoll l-Istat tad-dritt; iqis b'hekk li l-missjoni kkontribwiet notevolment għat-titjib tas-sitwazzjoni f'Mogadixu, u fil-viċinanzi tagħha, billi saħħet il-forzi tas-sigurtà Somali u tal-AMISOM; iħeġġeġ biex l-isforzi tal-missjoni jkunu kkonċentrati fuq l-istabbiliment ta' strutturi ta' kmand u ta' kontroll responsabbli u trasparenti, u fuq qafas finanzjarju li jforni l-ħlas regolari tas-salarji, kif ukoll fuq it-tnaqqis sal-minimu tan-numru tad-diżerzjonijiet min-naħa tas-suldati mħarrġa;
41. Japprova l-estensjoni tal-mandat tal-missjoni EUTM Somalia sa Diċembru 2012, kif ukoll l-enfasi mogħtija lill-kapaċitajiet ta' kmand u ta' kontroll, lill-kapaċitajiet speċjalizzati u lill-kapaċitajiet ta' awtoformazzjoni tal-forzi tas-sigurtà nazzjonali Somali, fid-dawl tat-trasferiment tal-kompetenzi tat-taħriġ lill-atturi lokali; josserva li l-Unjoni Ewropea se jkollha tkompli l-attivitajiet ta' taħriġ tagħha lil hinn mill-2012 u, f'din il-prospettiva, jistieden lis-SEAE jistudja l-possibilità, ladarba s-sitwazzjoni tas-sigurtà fis-Somalja tippermettih, li jittrasferixxi dan it-taħriġ kollu, jew parti minnu, f'dawk l-inħawi tas-Somalja li jinsabu taħt il-kontroll tal-awtoritajiet bil-għan li titjieb is-sitwazzjoni tas-sigurtà; jirrakkomanda li l-missjoni EUTM Somalia tista' tkun involuta aktar mill-qrib fil-proċess ta' reklutaġġ u tar-reintegrazzjoni tal-persunal li jibbenefika minn dan it-taħriġ militari.
42. Jenfasizza li l-mudell tal-operazzjoni EUTM li, quddiem investiment finanzjarju, materjali u uman relattivament żgħir, joffri lill-UE rwol reġjonali ewlieni fl-Afrika tal-Lvant, li jista' jkun replikat f'żoni oħrajn, partikolarment fis-Saħel;
Saħel
43. Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu għall-iżvilupp ta' żona ta' instabilità fis-Saħel, ikkaratterizzata mill-interkonnessjoni ta' attivitajiet kriminali, partikolarment it-traffikar tad-drogi, armi u persuni, u operazzjonijiet armati ta' gruppi terroristiċi radikali li jikkompromettu l-integrità territorjali tal-Istati tar-reġjun u li l-attività tagħhom taf tissarraf fil-ħolqien stabbli ta' żona b'assenza tad-dritt f'parti tat-territorju tal-Mali u fit-tifrix tagħha mal-pajjiżi ġirien, sitwazzjoni li żżid it-theddida fil-konfront taċ-ċittadini u tal-interessi Ewropej tal-post, li diġà huma vittmi ta' qtil u ħtif. jenfasizza għalhekk il-ħtieġa ta' sostenn għal gvern stabbli fil-Mali bil-għan li tiġi evitata prevenzjoni tad-diżintegrazzjoni tal-pajjiż u l-konsegwenza mifruxa li din jista' jkollha f'termini tal-proliferazzjoni tal-kriminalità u tal-kunflitti;
44. Jenfasizza t-theddida għas-sigurtà li biha din is-sitwazzjoni qiegħda tgħattan l-assjem tat-territorju Ewropew; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-VP/RGħ u lill-Kunsill jimplimentaw malajr u integralment l-istrateġija tal-UE għas-Saħel adottata f'Marzu 2011 u jużaw l-isforzi adegwati f'livell ta' sigurtà, jekk ikun il-każ billi jirrikorru għal missjonijiet tal-PSDK, biex jgħinu lill-Istati tar-reġjun isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transkonfinali u l-gruppi terroristiċi;
45. Jilqa' pożittivament it-tnedija tal-missjoni EUCAP Sahel Niger iddestinata eżattament biex tgħin lin-Niġer jegħleb dawn l-isfidi għas-sigurtà; josserva li din il-missjoni tidħol bis-sħiħ fil-qafas tal-istrateġija globali għas-Saħel, iżda jiddeplora preċiżament il-fatt li din tirrigwarda biss pajjiż wieħed filwaqt li Stati oħrajn tar-reġjun, aktar speċifikament il-Mali, għandhom bżonnijiet urġenti u importanti biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom u jirreaġixxu għat-theddid għall-integrità territorjali tagħhom;
46. Jilqa’ l-adozzjoni unanima mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, fit-12 ta’ Ottubru 2012, tar-riżoluzzjoni 2071 dwar il-Mali; jinnota li jistieden direttament organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, inkluż l-UE, biex jipprovdu b’mod koordinat “assistenza, kompetenzi esperti, taħriġ u appoġġ għall-bini ta’ kapċità lill-Forzi Armati u tas-Sigurtà ta’ Mali (…) għall-fini li tiġi restawrata l-awtorità tal-Istat ta’ Mali’; jistieden ukoll lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jadotta riżoluzzjoni oħra li formalment tawtorizza l-iskjerament ta’ missjoni Afrikana ġdida, li tiġi mnedija bl-appoġġ tal-komunità internazzjonali fuq l-istess mudell bħall-appoġġ provdut lill-AMISOM fis-Somalja;
47. Jilqa' favorevolment il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar is-sitwazzjoni fil-Mali, li fih il-Kunsill talab li x-xogħlijiet ta' ppjanar ta' missjoni militari possibbli fil-qafas tal-PSDK jitkomplew b'urġenza, billi partikolarment jitfassal kunċett ta' ġestjoni tal-kriżi relatat mar-riorganizzazzjoni u mat-taħriġ tal-forzi ta' difiża tal-Mali;
48. Jilqa’ d-deċiżjoni meħuda mill-Kapijiet ta’ Stat u tal-Gvern tal-ECOWAS fil-11 ta’ Novembru 2012 biex jipprovdu forza ta’ stabbilizzazzjoni ta’ mill-inqas 3 200 suldat, b’mandat ta’ intervenzjoni ta’ sena;
49. Jappella għat-tkomplija tal-ippjanar ta' operazzjoni intiża li ssostni, b'rabta mal-ECOWAS, ir-ristrutturar tal-forzi armati tal-Mali bil-għan li titjieb l-effikaċja tal-forzi tas-sigurtà tal-Mali u li dan il-pajjiż jitħalla jerġa' jieħu l-kontroll tat-territorju tiegħu;
Libja
50. Jilqa' favorevolment l-attivitajiet preċedenti ta' għajnuna umanitarja u protezzjoni ċivili tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, bħala sostenn tal-organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, fil-Libja u fil-pajjiżi ġirien; iqis, madankollu, li l-kriżi Libjana setgħet tikkostitwixxi, għall-UE, l-okkażjoni biex turi l-kapaċità tagħha li taġixxi b'mod aktar komplut, anki militarment jekk ikun il-każ, fir-rispett sħiħ tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, quddiem kriżi ewlenija li kienet qed isseħħ fil-viċinat immedjat tagħha u li laqtet direttament l-istabilità tal-kuntest Ewropew; jiddeplora l-fatt li l-assenza ta' rieda politika komuni fost l-Istati Membri u r-retiċenzi ideoloġiċi biex l-Unjoni tħaddem il-kapaċitajiet tagħha żammew l-Unjoni fi rwol sekondarju; jieħu nota tar-retiċenzi ta' xi Membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti biex jawtorizzaw lill-UE tvara l-operazzjoni militari umanitarja tagħha fil-Libja;
51. Jistieden lill-VP/RGħ tislet it-tagħlim kollu mill-kriżi Libjana kemm għall-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni fi ħdan l-UE kif ukoll għall-intervent militari tan-NATO, f'termini ta' kapaċitajiet iżda wkoll, u speċjalment, ta' koerenza u ta' solidarjetà politiċi bejn l-Istati Membri u anki għar-relazzjoni bejn l-UE u l-PSDK tagħha minn naħa u n-NATO mill-oħra;
52. Iqis li l-UE għandha rwol importanti x'tiżvolġi fil-proċess ta' tranżizzjoni istituzzjonali fil-Libja, partikolarment fl-oqsma tad-demobilizzazzjoni u tal-integrazzjoni tal-membri tal-brigati rivoluzzjonarji, fir-riorganizzazzjoni tal-forzi armati u fl-assistenza għall-kontroll tal-fruntieri terrestri u marittimi; jiddeplora l-fatt li l-kontribut tal-UE fis-settur tas-sigurtà qiegħed idum biex jikkonkretizza ruħu u li d-diffikultajiet tal-ippjanar u tal-implimentazzjoni ta' dan il-kontribut iħallu t-triq miftuħa għal inizjattivi bilaterali b'viżibilità u b'koerenza dubjużi; huwa favorevoli għall-aċċelerazzjoni tax-xogħlijiet intiżi li jippjanaw missjoni ċivili ta' appoġġ lill-kontroll tal-fruntieri;
Sudan t'Isfel
53. Jieħu nota tat-tnedija tal-missjoni EUAVSEC South Sudan iddestinata li ssaħħaħ is-sigurtà tal-ajruport ta' Ġuba; jistaqsi però dwar il-motivazzjoni għar-rikors għal missjoni tal-PSDK biex tiżgura t-tqegħid fis-sigurtà ta' tali ajruport, billi missjoni bħal din setgħet twettqet mill-Kummissjoni permezz tal-Istrument għall-Istabbiltà tagħha;
Repubblika Demokratika tal-Kongo
54. Jisħaq fuq l-importanza tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo għall-paċi u l-istabilità fl-Afrika u jappoġġa l-azzjoni tal-missjoni MONUSCO għall-protezzjoni tal-popolazzjonijiet ċivili fil-Lvant tal-pajjiż;
55. Jilqa' favorevolment l-isforzi tal-UE fil-qafas taż-żewġ missjonijiet tagħha EUSEC RD Congo u EUPOL RD Congo għall-konsolidament tal-Istat tad-dritt f'dan il-pajjiż; josserva, iżda, li ż-żewġ missjonijiet huma żgħar wisq meta mqabbla mal-kobor tal-kompiti rispettivi tagħhom u li tinħtieġ kollaborazzjoni attiva min-naħa tal-awtoritajiet Kongoliżi biex jinkisbu riżultati tanġibbli;
Afganistan
56. Jilqa' pożittivament il-missjoni EUPOL Afghanistan, li l-għan tagħha huwa li jistabbilixxi pulizija ċivili u sistema ġudizzjarja li tħalli lill-Afgani jieħdu r-responsabilità primarja tal-kompiti tagħhom fi prospettiva ta' rikostruzzjonijiet tal-Istat Afgan; jenfasizza li din il-missjoni, li trid tibqa' fil-post sal-31 ta' Mejju 2013 u tista' tittawwal sal-31 ta' Diċembru 2014, tagħmel parti mill-isforzi kumplessivi tal-komunità internazzjonali biex tippermetti lill-Afgani jiddeċiedu li jieħdu rajhom f'idejhom, ladarba jirtiraw it-truppi tan-NATO fl-2014; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kunsill jagħmlu riflessjoni approfondita u kondiviża mal-Parlament Ewropew dwar l-evoluzzjoni tal-apparat komprensiv tal-Unjoni u l-missjoni EUPOL, aktar speċifikament, fil-kuntest ta' wara l-2014 fl-Afganistan;
Territorji Palestinjani
57. Iqis suċċess l-missjoni ta' taħriġ tal-pulizija ċivili Palestinjana EUPOL COPPS, li l-għan tagħha huwa li tgħin lill-Awtorità Palestinjana ssaħħaħ l-istituzzjonijiet ta' Stat tal-Palestina futur fl-oqsma l-eżekuzzjoni tal-liġi u tal-ġustizzja kriminali taħt tmexxija Palestinjana u skont l-aħjar istandards internazzjonali; josserva li din il-missjoni tidħol fil-qafas tal-isforzi tal-Unjoni Ewropea favur il-ħolqien ta' Stat Palestinjan li jgħix fil-paċi maġenb l-Iżrael;
58. Jiddeplora l-fatt li l-missjoni EUBAM Rafah ssospendiet l-operazzjonijiet tagħha mindu Hamas ħa l-kontroll tal-istrixxa ta' Gaża, flimkien mat-tnaqqis tal-persunal u jissottolinja li l-permanenza tagħha fir-reġjun turi r-rieda tal-Unjoni Ewropea li tagħti l-kontribut tagħha għal kull azzjoni li tkun tippermetti l-aġevolazzjoni tad-djalogu bejn l-Iżrealjani u l-Palestinjani; jiddeplora l-fatt li l-Gvern Iżraeljan ma awtorizzax lill-kap tal-missjoni EUPOL COPPS jassumi fl-istess ħin ir-rwol ta' kap tal-missjoni ta' EUBAM Rafah u li l-kwartieri ġenerali ta' din il-missjoni jinsabu f'Tel Aviv minflok f'Ġerusalemm tal-Lvant;
Ġeorġja
59. Jissottolinja r-rwol pożittiv li tiżvolġi l-missjoni ta' osservazzjoni EUMM Georgia, partikolarment fis-sostenn tad-djalogu u tal-istabbiliment mill-ġdid ta' miżuri ta' fiduċja bejn il-partijiet, iżda jiddeplora l-fatt li din il-missjoni għadha mhijiex awtorizzata li tmur fit-territorji okkupati tal-Abkażja u tal-Ossezja tan-Nofsinhar, li fihom ir-Russja ġiet rikonoxxuta bħala forza ta' okkupazzjoni mill-Parlament Ewropew, min-NATO, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn ċerti Stati Membri;
Iraq
60. Josserva li l-missjoni EUJUST LEX-Iraq, li l-mandat tagħha ġie pprorogat sal-31 ta' Diċembru 2013, kienet l-ewwel missjoni integrata “Stat tad-dritt” tal-UE bil-għan li tagħti kontribut għall-ħolqien ta' sistema tal-ġustizzja kriminali professjonali fl-Iraq ibbażata fuq l-Istat tad-dritt; jikkonstata madankollu li l-Iraq għadu 'l bogħod milli jkun stabilizzat, kif juru l-attentati regolari li tagħhom il-pajjiż huwa vittma, sitwazzjoni aggravata minn kuntest reġjonali mill-iktar inċerti;
Ritorn ta' esperjenza
61. Josserva l-importanza tar-ritorn ta' esperjenza tal-missjonijiet u tal-operazzjonijiet immexxija fl-ambitu tal-PSDK u jilqa' pożittivament ix-xogħol kompjut f'dan is-sens mid-Direttorat għall-Maniġġar ta' Kriżijiet u l-Ippjanar tas-SEAE u mill-Istat Maġġur tal-UE (EUMS); jistieden lill-VP/RGħ tirrapporta regolarment lill-Parlament dwar ir-riżultati ta' din il-ħidma;
62. Iqis li hija partikolarment rilevanti l-esperjenza tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet ċivili, qasam li fih l-UE wettqet ħidma estensiva u li pproduċiet riżultati importanti fih; jemmen li dan il-valur miżjud tal-operazzjonijiet ċivili tal-UE għandu jiġi kkunsidrat fil-koordinament tal-isforzi ma' sħabna u mal-alleati tagħna fil-ġestjoni tal-kriżi internazzjonali.
Il-kapaċitajiet u l-istrutturi ta' tmexxija tal-operazzjonijiet
63. Jikkonstata li l-operazzjonijiet militari tal-UE għadhom ta' spiss ibatu minn problemi ta' ġenerazzjoni ta' forzi u li l-kredibilità tal-PSDK hija f'riskju fl-assenza ta' kapaċitajiet kredibbli; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jibqgħu mobilizzati biex ifornu persunal u tagħmir ta' kwalità;
64. Josserva li l-istrutturi ta' ġestjoni tal-kriżijiet fi ħdan is-SEAE għadhom b'persunal nieqes, kemm mil-lat ċivili kif ukoll militari, u dan jagħmel ħsara lill-kapaċità tagħhom ta' reazzjoni u jikkontribwixxi għal ċerta marġinalizzazzjoni tal-PSDK; jappella lill-VP/RGħ tirmedja mill-aktar fis possibbli s-sitwazzjoni; jinsisti fuq ir-rabta diretta li trid teżisti bejn il-VP/RGħ u l-istrutturi ta' ġestjoni ta' kriżi tal-PSDK;
Persunal u kapaċitajiet ċivili
65. Jenfasizza d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri biex ifornu l-persunal adegwat, anki f'numru suffiċjenti, għall-missjonijiet ċivili mmexxija fl-ambitu tal-PSDK; jistieden lill-Kummissjoni u s-SEAE jistudjaw il-possibilitajiet li jagħtu assistenza lill-Istati Membri rigward iż-żieda fin-numru tal-pulizija, tal-imħallfin u tal-persunal speċjalizzat ħafna fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika biex jiġu skjerati mal-missjonijiet ċivili tal-PSDK;
66. Jieħu nota tal-estensjoni tal-Objettiv Primarju ċivili 2010 lil hinn minn din id-data u jifraħ bl-adozzjoni ta' programm ta' żvilupp tal-kapaċitajiet ċivili pluriennali; jistieden lill-Istati Membri, u b'mod aktar partikolari lill-ministeri kkonċernati, jimmobilizzaw ruħhom għall-implimentazzjoni tiegħu;
67. Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu żviluppati – b'mod kumplementari għal dawk il-kapaċitajiet imsemmija fil-kuntest tal-Objettiv Primarju ċivili li jirreferu għall-pulizija, l-imħallfin, il-persunal speċjalizzat ħafna fil-qasam tal-amministrazzjoni – linji gwida u kapaċitajiet ta' medjazzjoni aktar effikaċi sabiex jipprevedu riżorsi adegwati għall-medjazzjoni f'waqtha u b'mod ikkoordinat;
68.Josserva bi tħasseb li f'ċerti Stati Membri l-identifikazzjoni, il-koordinament u l-iskjerament ta' persunal ċivili fil-missjonijiet tal-PSDK għadhom isofru mill-użu ta' prattiki u kriterji nazzjonali diverġenti; jappella għal aktar koordinament fost l-Istati Membri u għall-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki f'dan ir-rigward;
69. Jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, bl-indifferenza fil-konfront tar-riżoluzzjonijiet parlamentari preċedenti tal-VP/RGħ u tal-Istati Membri li fihom intalbet id-disponibilità ta' persunal ċivili suffiċjenti u kompetenti u kapaċitajiet sostanzjali; ifakkar, f'dan ir-rigward, fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Marzu 2011 dwar il-kapaċitajiet ċivili tal-PSDK u jqis li dawn għad għandhom ir-rilevanza tagħhom, jiġifieri:
–
jiġbdu persunal ikkwalifikat u mħarreġ f'numru suffiċjenti;
–
jiżviluppaw strumenti adegwati biex jiffaċilitaw il-bidu tal-missjonijiet, partikolarment verżjoni finalizzata ta' “Goalkeeper”; miżuri preparatorji aktar flessibbli; mekkaniżmi aħjar biex jiġu mgħammra l-missjonijiet ċivili (inkluż l-istabbiliment ta' soluzzjoni bi mħażen permanenti);
–
it-tkomplija tal-implimentazzjoni ta' attivitajiet preparatorji għall-missjonijiet ċivili, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
–
it-tisħiħ tal-valutazzjoni tal-impatt u l-implimentazzjoni tat-tagħlimiet miksuba;
–
it-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali;
Persunal u kapaċitajiet militari
70. Josserva li l-UE bħalissa qiegħda tħabbat wiċċha ma' restrizzjonijiet finanzjarji sinifikanti u li l-Istati Membri tal-UE, minħabba raġunijiet kemm finanzjarji, baġitarji kif ukoll politiċi marbuta jew le mal-kriżi li qiegħda tolqot iż-żona euro, qegħdin f'fażi ta' tnaqqis jew, l-aktar l-aktar, ta' żamma, tal-livell tal-baġits ta' difiża tagħhom; jenfasizza l-effetti negattivi potenzjali ta' dawn il-miżuri fuq il-kapaċitajiet militari tagħhom u, għalhekk, fuq il-kapaċità tal-UE li tassumi b'mod effikaċi r-responsabilitajiet tagħha fl-oqsma taż-żamma tal-paċi, tal-prevenzjoni tal-kunflitti u tat-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali;
71. Josserva żieda fil-kapaċitajiet militari u fl-armi fil-kontinent Asjatiku u speċjalment fiċ-Ċina. jitlob li jiġi approfondit id-djalogu mar-reġjun, b'enfasi fuq il-kwistjonijiet tas-sigurtà u tad-difiża.
72. Jisħaq fuq il-fatt, partikolarment, li l-multiplikazzjoni tal-operazzjonijiet esterni ta' dawn l-aħħar snin, kemm jekk hu fl-Irak, fl-Afganistan u jew fl-Afrika, inkluż fil-Libja, irrappreżentat u għadha tirrappreżenta piż finanzjarju mdaqqas għal dawk l-Istati li pparteċipaw jew li għadhom jipparteċipaw f'dawn l-operazzjonijiet; josserva li dawn l-ispejjeż għandhom impatt dirett fuq l-attrizzjoni u l-kedd bl-użu prematur tat-tagħmir, iżda wkoll fuq ir-rieda tal-Istati li jimpenjaw ruħhom f'operazzjonijiet tal-PSDK fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji u tal-kapaċitajiet;
73. Jissottolinja li l-baġits Ewropej ta' difiża tal-Istati Membri kollha flimkien, f'valuri assoluti, huma paragunabbli sew mal-ispejjeż tal-potenzi emerġenti prinċipali u li l-problema hija għaldaqstant aktar politika milli baġitarja, mid-definizzjoni ta' bażi industrijali u teknoloġika Ewropea sal-akkomunament ta' ċerti kapaċitajiet operattivi; josserva li l-konsorzji, l-inizjattivi konġunti u l-proġetti ta' fużjoni bejn impriżi Ewropej jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' industrija Ewropea tad-difiża.
74. Josserva li l-azzjoni militari fil-Libja, mibdija minn Franza u mir-Renju Unit bl-appoġġ tal-Istati Uniti u sussegwentement meħuda min-NATO, enfasizzat il-kapaċità ta' ċerti Stati Ewropej li jimpenjaw ruħhom f'kunflitti ta' intensità għolja, iżda wkoll id-diffikultajiet tagħhom biex imexxu azzjonijiet ta' dan it-tip fit-tul, partikolarment minħabba n-nuqqas ta' kapaċitajiet fundamentali bħar-riforniment ta' karburant fl-ajru, il-ġbir ta' tagħrif jew l-munizzjon bi gwida ta' preċiżjoni;
75. ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur tad-difiża fl-Istati Membri tal-UE u jenfasizza li r-rakkomandazzjonijiet li fiha huma rilevanti għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet militari tal-Istati Membri fi spirtu ta' kondiviżjoni u ta' akkomunament;
76. Jilqa' favorevolment il-ftehimiet bilaterali bħat-trattat Franko-Brittaniku dwar il-kooperazzjoni militari u jistieden lill-Istati Membri l-oħra jikkunsidraw tali ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar il-kooperazzjoni u l-integrazzjoni militari bħala strument importanti għall-iffrankar tal-ispejjeż kapaċi jevita d-duplikazzjoni u jikkostitwixxi proċess ta' żvilupp ta' bażi għall-PSDK u l-futur tal-integrazzjoni tal-UE fil-qasam tas-sigurtà;
77. Jifraħ bl-ewwel passi 'l quddiem tal-inizjattiva ta' “akkomunament u kondiviżjoni” (“pooling and sharing”) tal-Unjoni Ewropea u jagħti ġieħ lill-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (AED) li ppermettiet li jiġu identifikati 11-il qasam ta' azzjoni prijoritarju; jissottolinja b'mod partikolari l-progress li sar f'4 oqsma: riforniment ta' karburant fl-ajru, sorveljanza marittima, sostenn mediku u taħriġ; jitlob madankollu li din l-inizjattiva tingħata qafas strateġiku;
78. Jiddeplora l-fatt, madankollu, li l-inizjattiva ta' akkomunament u kondiviżjoni għadha ma mliet l-ebda waħda mil-lakuni identifikati fl-Objettiv Primarju tal-2010; jieħu nota tar-retiċenza tal-Istati Membri biex jerfgħu l-piż li jkunu nazzjon gwida għal wieħed mit-300 proġett issuġġerit ta' akkomunament u kondiviżjoni ppreżentati mill-Istat Maġġur tal-UE f'April 2011;
79. Jistieden lill-Istati Membri, fid-dawl tal-Kunsill Ewropew dwar id-difiża tas-sena d-dieħla, jagħmlu bilanċ tal-kapaċitajiet eżistenti fi ħdan l-UE u jagħmlu l-inizjattiva, fl-aħħar mill-aħħar, sostenibbli sabiex jibdew proċess ta' ppjanar tad-difiża f'livell Ewropew;
80. Jilqa' pożittivament il-proprosta tal-AED intiża li tiżviluppa kodiċi tal-kondotta volontarju dwar l-akkomunament u l-kondiviżjoni bil-għan li tiġi aġevolata l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fis-setturi tal-akkwiżizzjoni, l-użu u l-ġestjoni kondiviża tal-kapaċitajiet militari;
81. Isostni partikolarment il-proġett dwar ir-riforniment ta' karburant fl-ajru li jinkludi wkoll kapitolu “akkwiżizzjoni”; jesprimi, iżda, diżappunt f'dan ir-rigward, dwar ir-riżultat limitat mistenni tal-isforz, inkwantu se jġedded biss il-kapaċitajiet eżistenti minflok ma joħloq oħrajn ġodda; jinsisti biex l-Istati Membri jippreservaw in-natura Ewropea ta' din l-inizjattiva u jqis li l-Organizzazzjoni Konġunta għall-Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Armamenti (OCCAR) tkun adatta biex tamministra l-kapitolu “akkwiżizzjoni”;
82. Jilqa' pożittivament il-ftehim iffirmat fis-27 ta' Lulju 2012 bejn l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u l-OCCAR li se jippermetti lir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ aġenziji jiġu istituzzjonalizzati, tiġi stabbilita kooperazzjoni aktar integrata dwar il-programmi ta' żvilupp ta' kapaċitajiet militari u tiġi skambjata informazzjoni kklassifikata;
83. Ifakkar li bil-gwerra fil-Libja deher aħjar ukoll in-nuqqas ta' vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (drones) ta' rikonjizzjoni fil-forzi armati Ewropej u jikkonstata li, fl-Ewropa, għalissa jeżistu żewġ proġetti konkorrenti ta' vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ MALE (Medium Altitude Long Endurance); josserva wkoll li l-kooperazzjoni bejn Franza u r-Renju Unit fil-qasam tal-vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ ta' kumbattiment tista' tislet benefiċċju jekk ma tkunx esklużiva u tinfetaħ għal sħab Ewropej oħrajn;
84. Jikkunsidra li l-ħolqien tal-Kmand Ewropew tat-Trasport bl-Ajru (EATC) huwa eżempju konkret u li rnexxa ta' “akkomunament u kondiviżjoni” u jenfasizza li l-ħolqien ta' flotta ta' A400M fi ħdan din l-istruttura jista' jsaħħaħ notevolment il-kapaċitajiet ta' projezzjoni tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; jinkoraġġixxi lill-Istati parteċipanti kollha jikkontribwixxu l-mezzi kollha tat-trasport disponibbli għall-EATC; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri mhux parteċipanti jieħdu sehem fl-EATC;
85. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Istati Membri u lill-AED jirriflettu dwar l-introduzzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi biex jiżdiedu l-kapaċitajiet ta' projezzjoni tal-UE speċjalment fi prospettiva doppja: sħubija pubblika-privata fil-qasam tat-trasport bl-ajru, mibnija fuq flotta żgħira ta' A400M, tkun tista' ġġorr kemm l-għajnuna umanitarja f'każ ta' katastrofijiet kif ukoll it-tagħmir u l-persunal f'każ ta' missjonijiet u operazzjonijiet li jsiru fl-ambitu tal-PSDK;
86. Jinsisti biex it-tisħiħ tal-kapaċitajiet Ewropej jissarraf ukoll f'konsolidament tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea; ifakkar f'dan ir-rigward l-importanza ta' preferenza Ewropea u r-rilevanza ta' att Ewropew għax-xiri;
87. Josserva li l-kriżi finanzjarja u baġitarja li għaddejjin minnha l-UE u l-Istati Membri tagħha se twassal għal telf ta' kompetenzi tekniċi jekk ma jkun varat l-ebda programm ewlieni f'livell Ewropew fuq bażi bilaterali jew multilaterali u din tista' tirriżulta wkoll fl-għajbien tan-nisġa industrijali ferm speċjalizzata; jiġbed l-attenzjoni wkoll fuq l-impriżi medji tad-difiża Ewropej, li ntlaqtu wkoll mill-kriżi ekonomika u finanzjarja, kapaċi jiġġeneraw attivitajiet ekonomiċi u responsabbli mill-ħolqien ta' impjiegi f'ċerti Stati Membri;
88. Jilqa' pożittivament il-proposta tal-Kummissjoni dwar Orizzont 2020 għar-riċerka ċivili-militari futura finanzjata mill-UE u l-akkwist bħala sostenn għall-missjonijiet tal-PSDK; Jikkonstata b'inkwiet it-tnaqqis ta' approprjazzjonijiet iddestinati għar-riċerka u għat-teknoloġija, li jolqot fit-tul il-kapaċità tal-Ewropej li jżommu strument ta' difiża kredibbli bbażat fuq firxa sħiħa ta' armamenti u tagħmir militari; ifakkar lill-Istati Membri fl-impenn tagħhom li jżidu l-allokazzjoni għar-riċerka u t-teknoloġija relatati mad-difiża sa almenu 2 % tal-baġit tad-difiża u jfakkar li l-investimenti fir-riċerka u t-teknoloġija tad-difiża kisbu riżultati importanti b'applikazzjonijiet ċivili;
89. Jilqa' favorevolment l-inizjattivi u l-proġetti reċenti relatati maċ-ċiberdifiża; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom aktar mill-qrib mal-AED fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom taċ-ċiberdifiża, partikolarment ta' natura ċibernetika, speċjalment minħabba l-bini tal-fiduċja u l-akkomunament u l-kondiviżjoni; jilqa' favorevolment il-fatt li ċ-ċiberdifiża se tkun waħda mill-prijoritajiet tal-AED fl-ambitu tar-riċerka u t-teknoloġija fis-settur tad-difiża;
90. Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi tal-AED biex tippreserva bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea (EDTIB) kif ukoll l-inizjattiva Barnier/Tajani biex tinħoloq task force fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea responsabbli biex tippreserva u tiżviluppa dan l-istrument strateġiku bil-funzjoni li jiggarantixxi l-awtonomija tal-UE u tal-Istati Membri tagħha fil-qasam tad-difiża; jitlob lill-Kummissjoni jżomm lill-Parlament informat bil-ħidma kontinwa tat-task force u jistidinha tinvolvi lill-Parlament fil-ġejjieni;
91. Jiltob lill-Istati Membri japplikaw totalment id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku fil-qasam tad-difiża (2009/81/KE(6)) b'tali mod biex jiżguraw interoperabilità aħjar tat-tagħmir u jiġġieldu kontra l-frammentazzjoni tas-suq li, spiss ħafna, huwa ta' vantaġġ għall-pajjiżi terzi;
92. Jilqa' pożittivament il-komunikazzjoni dwar il-politika industrijali mill-Kummissjoni, tal-10 ta' Ottubru 2012, bit-titolu “Industrija Ewropea Aktar B'saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku”, li tirrikonoxxi li s-settur tad-difiża għadu jsofri minn dimensjoni nazzjonali qawwija u tħabbar l-iżvilupp ta' strateġija komprensiva għas-sostenn tal-kompetittività tal-industrija tad-difiża;
93. Ifakkar fir-rilevanza tal-pjan ta' żvilupp tal-kapaċitajiet żviluppat mill-AED; jistieden lill-Istati Membri jintegrawh aħjar fl-ippjanar nazzjonali tagħhom u jkunu aktar disposti jipparteċipaw fi proġetti tal-AED;
94. Iqis li l-Kunsill u l-Istati Membri għandhom isostnu aktar il-kapaċitajiet tal-Unjoni li jistgħu jippermettu li jsir iffrankar bis-saħħa ta' akkomunament, partikolarment l-AED, iċ-Ċentru Satellitari tal-UE u l-Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża;
95. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Istati Membri jagħtu lill-AED baġit u persunal adegwati bil-għan li din tkun kapaċi taqdi dmirijietha li jkunulha fdati mit-Trattat ta' Lisbona; jenfasizza li dan l-aspett irid jittieħed f'kunsiderazzjoni fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss;
Politika spazjali b'appoġġ għall-PSDK
96. Jissottolinja l-bżonn, għall-finijiet tal-awtonomija tad-deċiżjonijiet u operattiva tal-UE, li jkunu disponibbli mezzi satellitari adegwati fl-oqsma tat-teħid ta' immaġnijiet spazjali, tal-ġbir tat-tagħrif, tal-komunikazzjonijiet u tas-sorveljanza tal-ispazju; iqis li dawn l-oqsma jistgħu jkunu suġġetti għal aktar kondiviżjoni u akkomunament meta mqabbla mal-ftehimiet eżistenti fuq livell bilaterali jew flimkien maċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mal-programmi Helios, Cosmo-SkyMed u SAR-Lupe; jawspika li l-programm MUSIS, li se jieħu post il-ġenerazzjoni attwali ta' satelliti ta' osservazzjoni, isir eżempju ta' kooperazzjoni kemm bejn pajjiżi Ewropej kif ukoll mas-SEAE u l-korpi politiċi-militari tal-Unjoni;
97. jistieden, f'din il-prospettiva, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jistudjaw il-possibilità ta' parteċipazzjoni finanzjarja tal-UE fil-programmi satellitari futuri tat-teħid ta' immaġnijiet spazjali b'mod li jippermetti lill-korpi politiċi-militari tal-Unjoni u lis-SEAE jistazzjonaw is-satelliti u biex ikollhom, fuq talba tagħhom u skont l-esiġenzi tagħhom, l-immaġnijiet satellitari tar-reġjuni fi kriżi jew ta' dawk li fihom hemm skjerata missjoni tal-PSDK;
98. Ifakkar fil-bżonn ta' finanzjament tal-Unjoni tal-proġett GMES li jrid isir, bħall-programm GALILEO, infrastruttura kritika tal-UE;
Tisħiħ tal-kapaċità ta' reazzjoni rapida
99. Josserva li, minkejja r-rettifiki li saru lill-mekkaniżmu ATHENA, ir-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament u d-duttrina ta' ingaġġ tal-gruppi tattiċi tal-Unjoni Ewropea, kif mitlub pereżempju. fl-ittra ta' Weimar, l-ebda wieħed sal-lum ma ntuża filwaqt li dawn jistgħu jikkostitwixxu forza tal-ewwel intervent, fl-istennija ta' forzi oħrajn aktar adatti għal impenn fit-tul;
100. iqis li din is-sitwazzjoni tippreġudika l-kredibilità tal-istrument tal-gruppi tattiċi u tal-PSDK b'mod ġenerali, filwaqt li setgħu ntużaw fl-imgħoddi; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jibqgħu mobilizzati u jonoraw l-impenji tagħhom favur dan l-istrument, filwaqt li jżommu f'moħħhom li, minħabba l-investimenti finanzjarji u fir-riżorsi umani tal-gruppi tattiċi, saru issa responsabbli min-nuqqas ta' użu fil-konfront ta' diversi opportunitajiet;
101. Itenni li l-mekkaniżmu ATHENA għandu jiġi aġġustat ulterjorment biex iżid il-proporzjon ta' kostijiet komuni u b'hekk jiżgura qsim aktar ġust tal-piżijiet fl-operazzjonijiet militari u mingħajr ma jiskoraġġixxi lill-Istati Membri jassumu rwol ta' tmexxija fil-missjonijiet tal-PSDK;
102. Isostni l-proċess ta' reviżjoni tal-proċeduri ta' ġestjoni ta' kriżi li għandu jitlesta qabel tmiem is-sena u għandu jiffaċilita l-iskjerament aktar rapidu ta' operazzjonijiet tal-PSDK ċivili u militari; iqis li l-proċeduri ta' ġestjoni ta' kriżijiet iridu jibqgħu għall-operazzjonijiet tal-PSDK u ma jinkludux strumenti oħrajn bir-riskju li jtaqqlu l-proċeduri; isostni wkoll ir-reviżjoni tal-proċeduri ta' finanzjament bil-għan li jkun hemm aktar flessibilità u rapidità fil-mobilizzazzjoni tal-fondi;
Strutturi u ppjanar
103. Iqis li l-assenjazzjoni tar-rwol ta' koordinament tal-missjoni fil-Qarn tal-Afrika liċ-Ċentru ta' Operazzjonijiet jikkostitwixxi l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta' kapaċità Ewropea għall-ippjanar u t-tmexxija tal-operazzjonijiet b'persunal u mezzi ta' komunikazzjoni u ta' kontroll suffiċjenti; jiddeplora l-fatt, madankollu, li ċ-Ċentru la huwa permanenti u lanqas mhu l-punt ċentrali għall-ippjanar u t-tmexxija ta' missjonijiet ċivili u ta' operazzjonijiet militari;
104. Itenni t-talba tiegħu għall-ħolqien ta' Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni (OHQ) tal-UE għall-ippjanar operattiv u t-tmexxija tal-missjonijiet ċivili u tal-operazzjonijiet militari fi ħdan is-SEAE, jekk neċessarju permezz ta' kooperazzjoni strutturata permanenti;
105.Josserva r-rieda espressa mill-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Diċembru 2011, li jsaħħaħ il-kapaċitajiet ta' ppjanar strateġiku minn qabel; isostni l-estensjoni tas-setgħat tal-EUMS f'dan is-sens; iqis li ċ-Ċentru tal-operazzjonijiet jista' wkoll jappoġġa lill-EUMS f'dan il-kompitu;
106. Josserva b'interess il-qsim taċ-Ċentru ta' Sitwazzjonijiet f'żewġ entitajiet, is-“Situation Room” (sala ta' sitwazzjoni) min-naħa u ċ-Ċentru ta' Intelligence (“Intelligence Centre” jew INTCEN) mill-oħra, u jilqa' favorevolment il-fatt li dan tal-aħħar huwa ddestinat li jikber jekk l-Istati Membri juru r-rieda li jiżviluppaw il-PESK u l-PSDK;
107. Isostni l-ħolqien ta' postijiet ta' esperti tas-sigurtà temporanji jew permanenti fi ħdan l-aktar delegazzjonijiet sinifikanti tal-UE għall-PSDK bil-għan li jieħdu ħsieb aħjar il-kwistjonijiet tas-sigurtà; jitlob li jiġi kkunsidrat ir-rwol potenzjali ta' tali postijiet fil-prevenzjoni ta' sigurtà u ta' twissija bikrija.
Sħubijiet Unjoni Ewropea/NATO
108. Jikkonstata li l-UE u n-NATO, magħqudin fi sħubija strateġika mtennija waqt is-samit ta' Chicago, huma impenjati f'bosta xenarji komuni bħall-Kosovo, l-Afganistan u l-ġlieda kontra l-piraterija fil-Golf ta' Aden u fl-Oċean Indjan; ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-importanza ta' kooperazzjoni tajba bejn l-UE u n-NATO;
109. Iqis li t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ċivili u militari tal-UE se jġib vantaġġi wkoll għan-NATO u jgħin biex jinħolqu sinerġiji bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet;
110. Jenfasizza li l-istall marbut mat-tilwima bejn it-Turkija u Ċipru ma jimpedixxix liż-żewġ organizzazzjonijiet milli jmexxu, skont modi xierqa, djalogu politiku, jaħdmu flimkien bis-saħħa tal-kuntatti bejn il-membri tal-persunal rispettivi tagħhom u jikkoordinaw bejniethom; jappella madankollu għal soluzzjoni għal din it-tilwima biex titjieb il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet;
111. Jilqa' favorevolment il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fil-qasam tal-kapaċitajiet militari, partikolarment biex tiġi evitata kull duplikazzjoni bejn l-inizjattiva ta' akkomunament u kondiviżjoni tal-kapaċitajiet tal-UE u l-iSmart Defense tan-NATO;
112. Jissottolinja l-importanza ta' kooperazzjoni prattika fil-qasam taċ-ċibersigurtà u taċ-ċiberdifiża, abbażi ta' kumplementarjetà eżistenti fl-iżvilupp tal-kapaċità ta' difiża u jenfasizza l-bżonn ta' koordinament aktar mill-qrib, speċjalment dwar l-ippjanar, it-teknoloġija, it-taħriġ u t-tagħmir f'dan ir-rigward;
113. Jesprimi d-diżappunt tiegħu dwar l-iżvilupp ta' strutturi ta' ġestjoni tal-kriżijiet ċivili fi ħdan in-NATO, b'hekk ikkonstata d-duplikazzjoni inutli ta' kapaċitajiet diġà preżenti u żviluppati sewwa fi ħdan l-UE;
Unjoni Ewropea/Unjoni Afrikana
114. Jilqa' pożittivament il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-UA biex tinżamm il-paċi u l-istabilità fil-kontinent Afrikan; josserva li l-UE tikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta' arkitettura ta' paċi u sigurtà Afrikana u, għal dan il-għan, isostni l-isforzi ta' paċi tal-UA u tal-organizzazzjonijiet reġjonali Afrikani bħall-ECOWAS intiżi biex jikkumbattu l-instabilità, l-insigurtà u t-theddida terroristika, mill-Qarn tal-Afrika sas-Saħel;
115. Ifakkar li l-UE għadha l-ewwel kontributur għall-baġit tal-AMISOM u jenfasizza l-bżonn ta' viżjoni strateġika għall-ġejjieni ta' din l-operazzjoni;
Unjoni Ewropea/Nazzjonijiet Uniti
116. Jilqa' pożittivament il-kooperazzjoni tajba li nħolqot bejn is-SEAE u d-dipartiment tal-operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti; josserva li l-UE, bil-gruppi tattiċi tagħha, tista' tforni forza tal-ewwel intervent għall-operazzjonijiet urġenti taż-żamma tal-paċi, sal-mument meta tiġi sostitwita minn forza tan-Nazzjonijiet Uniti;
Unjoni Ewropea/OSKE
117. Jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-OSKE fir-reġjuni ta' interess komuni u fuq kwistjonijiet, bħall-prevenzjoni tal-kunflitti, il-ġestjoni tal-kriżijiet, ir-riabilitazzjoni wara l-kunflitti, kif ukoll il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-Istat tad-dritt; jesprimi sodisfazzjon għall-datt li twessa' u ġie approfondit il-kamp ta' applikazzjoni matul dawn l-aħħar snin, iżda jitlob koordinament aktar u sinerġija mill-qrib biex jiġu ttrattati l-kriżijiet u l-kunflitti, biex b'hekk tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u jiġu żviluppati approċċi ekonomikament vantaġġużi;
Unjoni Ewropea/pajjiżi terzi
118. Jissottolinja r-rilevanza kontinwa ta' rabta transatlantika b'saħħitha u jifraħ bil-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti għall-operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet, fosthom EUTM Somalia, EUNAVFOR Atalanta, EULEX Kosovo u EUPOL Afghanistan;
119. Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehimiet qafas iffirmati sal-lum mill-UE ma' madwar 12-il pajjiż terz bil-għan li titħalla l-parteċipazzjoni tagħhom fl-operazzjonijiet ċivili u militari mmexxija fl-ambitu tal-PSDK;
o o o
120. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Presidenti fil-kariga tal-OSKE kif ukoll lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-OSKE.
Il-klawżoli ta' difiża reċiproka u ta' solidarjetà tal-UE: dimensjonijiet politiċi u operattivi
409k
35k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2012 dwar il-klawsoli ta’ difiża reċiproka u solidarjetà tal-UE: dimensjonijiet politiċi u operattivi (2012/2223(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Trattat UE) u l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 24 u l-Artikolu 42(2) tat-Trattat UE, l-Artikoli 122 u 196 tat-TFUE u d-Dikjarazzjoni 37 dwar l-Artikolu 222 tat-TFUE,
– wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u b'mod partikulari d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII u l-Artikolu 51 tagħha,
– wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2003, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha li ġie approvat mill-Kunsill Ewropew fil-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008,
– wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna għall-Unjoni Ewropea approvata mill-Kunsill Ewropew fil-25 u s-26 ta' Marzu 2010,
– wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea Kontra t-Terroriżmu li ġiet adottata mill-Kunsill Ewropew fil-15 u s-16 ta' Diċembru 2005,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 4 u 5 tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana,
– wara li kkunsidra l-Kunċett Strateġiku għad-Difiża u s-Sigurtà tal-Membri tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, li ġie adottat fis-Summit tan-NATO f’Lisbona fid-19 u l-20 ta’ Novembru 2010,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni li l-Unjoni Ewropea tal-Punent tiġi xolta,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar qafas Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri fl-UE,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ottubru 2010 bl-isem “Lejn rispons Ewropew aktar b'saħħtu għal diżastri li jseħħu: ir-rwol tal-protezzjoni ċivili u l-assistenza umanitarja’ (COM(2010)0600),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2010 bl-isem “L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa iżjed sikura’ (COM(2010)0673),
– wara li kkunsidra n-nota ta’ kunċett dwar “Arranġamenti għal Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fuq livell politiku tal-UE’ li ġiet approvata mill-Coreper fit-30 ta’ Mejju 2012(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-Unjoni Ewropea(2), tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur tad-difiża fl-Istati Membri tal-UE, tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar “Lejn rispons Ewropew aktar b'saħħtu għal diżastri li jseħħu: ir-rwol tal-protezzjoni ċivili u l-assisstenza umanitarja’(3), u tat-23 ta' Novembru 2010 dwar kooperazzjoni ċivili-militari u l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ċivili-militari(4)(5),
– wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni CBRN tal-UE(6) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari fl-Unjoni Ewropea - Pjan ta’ Azzjoni CBRN tal-UE(7),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0356/2012),
A. billi s-sigurtà tal-Istati Membri tal-UE hija indiviżibbli u ċ-ċittadini Ewropej kollha għandu jkollhom l-istess garanziji ta’ sigurtà u livell ugwali ta’ protezzjoni kontra theddidiet, kemm dawk tradizzjonali kif ukoll dawk mhux konvenzjonali; billi d-difiża tal-paċi, tas-sigurtà, tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt u tal-libertà fl-Ewropea, li huma indispensabbli għall-benessri tal-popli tagħna, għandha tibqa’ mira u responsabilità ewlenija tal-pajjiżi Ewropej u tal-Unjoni;
B. billi l-isfidi kurrenti għas-sigurtà jinkludu diversi riskji kumplessi u li jinbidlu, bħat-terroriżmu internazzjonali, il-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda tal-massa, stati li qed jiddiżintegraw, kunflitti friżati u bla tmiem, il-kriminalità organizzata, it-theddid fl-internet, l-iskarsezza tas-sorsi tal-enerġija, id-deterjorazzjoni ambjentali u r-riskji assoċjati mas-sigurtà, id-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, il-pandemiji u diversi riskji oħra;
C. billi l-UE tirrikonoxxi ordni internazzjonali bbażat fuq il-multilateraliżmu effettiv fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni internazzjonali, u dan huwa espressjoni tal-konvinzjoni tal-Ewropej li l-ebda nazzjoni ma tista’ tiffaċċja t-theddidiet ġodda waħedha;
D. billi s-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali huma meqjusa bħala prijorità għall-UE; billi huma meħtieġa reazzjoni konġunta u strateġija komuni mill-Istati Membri kollha;
E. billi f’diżastri naturali u magħmula mill-bniedem fid-deċennji riċenti, u b’mod partikolari diżastri kkawżati mill-klima, żdiedu fil-frekwenza u fl-iskala, u żieda ulterjuri hija mistennija aktar ma jiżdied it-tibdil fil-klima;
F. billi d-definizzjoni progressiva ta' qafas għal politika ta' difiża komuni li timmira lejn difiża komuni qed issaħħaħ l-identità Ewropea u l-awtonomija strateġika tal-UE; billi, fl-istess ħin, difiża Ewropea aktar b’saħħitha u kapaċi hija essenzjali biex tiġi kkonsolidata r-rabta transatlantika, f'kuntest ta' bidliet ġeostrateġiċi strutturali, li ġew mgħaġġlin mill-kriżi ekonomika globali, u b’mod partikolari fi żmien ta’ ripożizzjonament strateġiku attwali tal-Istati Uniti lejn l-Asja-Paċifiku;
G. billi l-wieħed u għoxrin Stat Membru tal-UE li huma wkoll membri tan-NATO jistgħu jikkonsultaw ma' xulxin kulmeta tiġi mhedda l-integrità territorjali, l-indipendenza politika jew is-sigurtà tagħhom, u fi kwalunkwe każ jimpenjaw ruħhom għal difiza kollettiva fil-każ ta' attakk armat;
H. billi, filwaqt li l-Istati Membri jżommu r-responsabilità primarja għall-ġestjoni tal-kriżijiet fit-territorju tagħhom, it-theddid ta’ sigurtà serju u kumpless, minn attakki armati sa terroriżmu sa diżastri naturali jew kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari sa attakki ċibernetiċi, kulma jmur qed jimmanifesta ruħu dejjem b'mod transkonfinali u jista' faċilment jegħleb il-kapaċitajiet ta’ kwalunkwe Stat Membru wieħed, filwaqt li dan jagħmilha essenzjali li jkun hemm solidarjetà vinkolanti bejn l-Istati Membri u reazzjoni kkoordinata għal theddid bħal dan;
I. billi t-Trattat ta’ Lisbona daħħal l-Artikolu 42(7) tat-Trattat UE (“il-klawsola ta’ difiża reċiproka’ jew ”il-klawsola ta’ assistenza reċiproka’(8)) u l-Artikolu 222 tat-TFUE (“il-klawsola ta’ solidarjetà’) biex jindirizza kwistjonijiet bħal dawn, iżda, kważi tliet snin wara li daħal fis-seħħ it-Trattat, għad m'hemm l-ebda arranġament implimentattiv biex dawn il-klawsoli jingħataw il-ħajja;
Osservazzjonijiet ġenerali
1. Iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President/lir-Rappreżentant Għoli sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal tad-dispożizzjonijiet kollha rilevanti tat-Trattat, u b’mod partikolari l-klawsola ta' difiża reċiproka u l-klawsola ta' solidarjetà, sabiex jipprovdu liċ-ċittadini Ewropej kollha l-istess garanziji ta' sigurtà kontra t-theddid kemm tradizzjonali kif ukoll dak mhux konvenzjonali, fuq il-bażi tal-prinċipji tal-indiviżibilità tas-sigurtà u tas-solidarjetà reċiproka fost l-Istati Membri, u b'kunsiderazzjoni tal-ħtieġa għal aktar kosteffiċjenza u kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet u tal-ispejjeż;
2. Itenni l-ħtieġa li l-Istati Membri u l-Unjoni jiżviluppaw politika ankrata mal-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni fir-rigward tat-theddid maġuri kollu għas-sigurtà, partikolarment kif ġie identifikat fl-Istrateġija għas-Sigurtà Ewropea, l-Istrateġija għas-Sigurtà Interna u f'rapporti regolari mill-Koordinatur tal-UE kontra t-Terroriżmu lill-Kunsill;
3. Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri u l-Unjoni jwettqu valutazzjonijiet konġunti regolari tat-theddid u tar-riskji, fuq il-bażi ta' analiżi konġunta tal-intelliġenza kondiviża u filwaqt li jsir użu sħiħ tal-istrutturi eżistenti fl-UE;
4. Jinnota l-kunċett strateġiku l-ġdid tan-NATO li, apparti li żżomm ir-rwol tagħha bħala alleanza militari, timmira lejn il-bini tal-kapaċità tagħha biex taġixxi bħala komunità politika u ta' sigurtà, li tkun taħdem bi sħubija mal-UE; jinnota l-kumplimentaritajiet li jeżistu bejn il-miri tan-NATO u dawk stabbiliti fl-Artikolu 43 tat-Trattat UE; iwissi, għaldaqstant, kontra d-duplikazzjoni għalja tal-isforzi bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet u l-ħela konsegwenti ta' riżorsi, u jħeġġeġ kollaborazzjoni politika ferm eqreb u regolari bejn ir-Rappreżentant Għoli tal-UE u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO għall-finijiet ta' valutazzjoni tar-riskji, il-ġestjoni tar-riżorsi, l-ippjanar ta' politiki u t-twettiq ta' operazzjonijiet, kemm dawk ċivili, kif ukoll dawk militari;
5. Filwaqt li jafferma mill-ġdid li l-protezzjoni tal-integrità territorjali u ċ-ċittadini tagħha tibqa' fil-qalba tal-politika ta' difiża, iħeġġeġ lill-Kunsill biex jikkopja l-approċċ tan-NATO, li jipprovdi għaċ-ċirkostanzi inevitabbli meta l-prevenzjoni tat-theddid estern tkun meħtieġa sabiex jiġu promossi l-interessi tas-sigurtà tal-alleati u l-projezzjoni tal-forza tkun meħtieġa;
6. Jerġa’ jsostni li l-użu ta’ forza mill-UE jew mill-Istati Membri tagħha huwa permess biss jekk ikun ġustifikat legalment fuq il-bażi tal-Karta tan-NU; jissottolinja, f'dan il-kuntest, id-dritt inerenti għall-awtodifiża individwali jew kollettiva; itenni l-impenn tiegħu biex jiġu rispettati l-Linji Gwida ta’ Oslo dwar l-użu ta’ beni militari u ta’ difiża ċivili barranin fl-għajnuna mogħtija f’każijiet ta’ diżastru; jenfasizza li l-prevenzjoni ta’ kunflitti, attakki u diżastri hija preferibbli fuq l-immaniġġjar tal-konsegwenzi tagħhom;
7. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-firxa wiesgħa ta’ strumenti li jinsabu disponibbli għall-Unjoni u l-Istati Membri sabiex jaffaċċjaw ċirkostanzi eċċezzjonali bi spirtu ta’ solidarjetà; ifakkar fl-utilità tal-bażijiet ġuridiċi tal-Artikolu 122 tat-TFUE għall-assistenza ekonomika u finanzjarja lill-Istati Membri, u tal-Artikolu 196 tat-TFUE għal miżuri fil-qasam tal-protezzjoni ċivili;
8. Ifakkar fl-impenn favur żvilupp sistematiku ta' solidarjetà politika reċiproka fil-politika estera u ta’ sigurtà bi qbil mal-Artikolu 24 tat-Trattat UE; jinnota l-possibilitajiet previsti mit-Trattat ta' Lisbona għal kooperazzjoni msaħħa fil-PESK, inkluża l-konsenja ta' kompiti u missjonijiet speċifiċi lil raggruppamenti ta' stati, kif ukoll il-kunċett ta' kooperazzjoni strutturata permanenti fi kwistjonijiet militari;
9. Jenfasizza li l-għan tal-klawsoli ta' difiża reċiproka u ta' solidarjetà mhuwiex li jibdlu dawn l-istrumenti, iżda li jipprovdu qafas soprastanti fid-dawl tas-sitwazzjonijiet ta’ theddid jew ħsara straordinarji, u b’mod partikolari meta r-reazzjoni tkun teħtieġ koordinazzjoni politika ta’ livell għoli u l-involviment tal-militar, bi qbil mal-prinċipji ta' neċessità u ta' proporzjonalità;
10. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Viċi President/lir-Rappreżentant Għoli biex, qabel l-aħħar tal-2012, jagħmlu l-proposta konġunta tagħhom għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tiddefinixxi l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-klawsola ta’ solidarjetà skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 222(3) tat-TFUE, filwaqt li jiċċaraw b'mod partikolari r-rwoli u l-kompetenzi tal-atturi differenti; jistieden, fl-interess tal-koerenza, lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà u l-Kumitat Permanenti għas-Sigurtà Interna biex jissottomettu opinjoni konġunta dwar l-implimentazzjoni tal-klawsola ta' solidarjetà, b'kunsiderazzjoni tad-dimensjonijiet politiċi u operattivi taż-żewġ klawsoli, inkluż il-kollegament man-NATO; jinnota li l-Kunsill għandu jaġixxi permezz tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata f'dak li jikkonċerna l-aspetti mhux militari tal-għajnuna u l-assistenza reċiproċi; jenfasizza l-ħtieġa, f'dan il-kuntest, li l-Parlament jinżamm kompletament informat;
Klawsola ta’ difiża reċiproka Ambitu
11. Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligu ċar tagħhom ta’ għajnuna u assistenza b’kull mezz fil-poter tagħhom jekk Stat Membru jisfa vittma ta’ aggressjoni armata fuq it-territorju tiegħu; jenfasizza l-fatt li, filwaqt li aggressjoni fuq skala kbira kontra Stat Membru tidher li hija improbabbli fil-futur qarib, kemm id-difiża territorjali tradizzjonali kif ukoll id-difiża kontra theddid ġdid għandhom jibqgħu prijoritajiet minn ta’ fuq nett fl-aġenda; ifakkar ukoll li t-Trattat jistipula li l-impenji u l-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża reċiproka għandhom ikunu konsistenti mal-impenji meħuda fil-qafas tan-NATO li, għal dawk l-istati li huma membri tagħha, tibqa' l-bażi tad-difiża kollettiva tagħhom u l-forum għall-implimentazzjoni tagħha;
12. Jiġbed l-attenzjoni, fl-istess ħin u b'importanza ugwali, lejn il-ħtieġa li wieħed ikun preparat għal sitwazzjonijiet li jinvolvu Stati Membri tal-UE li mhumiex membri tan-NATO jew territorji ta’ Stati Membri tal-UE barra miż-żona tal-Atlantiku tat-Tramuntana u, għalhekk, mhux koperti mit-Trattat ta’ Washington, jew sitwazzjonijiet fejn ma jintlaħqux ftehim jew azzjoni kollettiva fi ħdan in-NATO; jenfasizza wkoll, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li wieħed ikun jista' juża l-kapaċitajiet tan-NATO kif previst fil-ftehim ta' Berlin Plus;
13. Huwa tal-fehma li anki attakki mhux armati, pereżempju attakki ċibernetiċi kontra l-infrastruttura kritika, magħmula bl-għan li joħolqu ħsara kbira u diżordni lil Stat Membru u identifikati bħala li ġejjin minn entità esterna, jistgħu jikkwalifikaw biex ikunu koperti mill-klawsola, jekk is-sigurtà tal-Istat Membru tiġi mhedda b’mod sinifikanti mill-konsegwenzi tagħhom, filwaqt li jiġi osservat bis-sħiħ il-prinċipju ta' proporzjonalità;
Kapaċitajiet
14. Jenfasizza l-ħtieġa li l-pajjiżi Ewropej ikollhom kapaċitajiet militari kredibbli; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom f'termini tal-iżvilupp tal-kapaċità militari kollaborattiva, l-aktar permezz tal-inizjattivi kumplimentari “Akkomunament u Kondiviżjoni’ u ”Difiża Intelliġenti’ tal-UE u n-NATO, li jirrappreżentaw metodu ta’ importanza kritika ta’ avvanz ’il quddiem fi żminijiet ta’ baġits għad-difiża ristretti, filwaqt li jiġu privileġġjati s-sinerġiji Ewropej u reġjonali iktar milli approċċ nazzjonali b'mira qasira; itenni, f'dan il-kuntest, is-sejħa tiegħu biex il-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża tiġi sfruttata u titqies bis-sħiħ mill-ministeri għad-difiża nazzjonali, u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lis-SEAE biex ikomplu d-dibattitu bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-kooperazzjoni strutturata permanenti prevista fit-Trattat ta' Lisbona;
15. Iqis li, sabiex jikkonsolidaw il-kooperazzjoni tagħhom, kemm in-NATO kif ukoll l-UE għandhom jikkonċentraw fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet bażiċi tagħhom, it-titjib tal-interoperabbiltà u l-koordinazzjoni tad-dottrini tagħhom, metodi ta’ ppjanar, teknoloġiji, tagħmir u taħriġ;
16. Itenni s-sejħa tiegħu għall-armonizzazzjoni sistematika tar-rekwiżiti militari u għal proċess armonizzat ta’ ppjanar u akkwist tad-difiża tal-UE, paragunabbli mal-livell ta’ ambizzjoni tal-UE u koordinati mal-Proċess ta’ Ppjanar tad-Difiża tan-NATO; filwaqt li jikkunsidra l-livell akbar ta’ garanziji ta’ sigurtà provduti mill-klawsola ta’ difiża reċiproka, iħeġġeġ llill-Istati Membri biex jikkunsidraw kooperazzjoni multinazzjonali fil-qasam tal-iżvilupp tal-kapaċità u, fejn xieraq, l-ispeċjalizzazzjoni bħala prinċipji ewlenin fl-ippjanar tad-difiża tagħhom;
Strutturi u proċeduri
17. Jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex jipproponi arranġamenti u linji-gwida prattiċi biex jiġi żgurat rispons effettiv f’każ li Stat Membru jinvoka l-klawsola ta’ difiża reċiproka, kif ukoll analiżi tar-rwol tal-istituzzjonijiet tal-UE, jekk il-klawsola tiġi invokata; huwa tal-opinjoni li l-obbligu li jiġu pprovduti l-għajnuna u l-assistenza, li jesprimi solidarjetà politika fost l-Istati Membri, għandu jiżgura deċiżjoni rapida fil-Kunsill bħala appoġġ għall-Istat Membru li jkun safa attakkat; jikkunsidra li, jekk isiru konsultazzjonijiet bi qbil mar-rekwiżit tal-Artikolu 32 tat-TUE, ikunu jaqdu dan l-iskop, bla ħsara għad-dritt ta' kull Stat Membru li safrattant jaħseb għall-awtodifiża tiegħu;
18. Huwa tal-opinjoni li, fejn tittieħed azzjoni kollettiva biex jiġi difiż Stat Membru attakkat, għandu jkun possibbli li jintużaw l-istrutturi eżistenti ta’ mmaniġġjar tal-kriżijiet tal-UE, fejn xieraq, u b’mod partikolari li tiġi kkunsidrata l-possibilità li jsiru tal-UE; jisħaq li Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni tal-UE sħaħ permanenti huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta’ preparazzjoni u rapidità ta’ rispons, u jtenni l-istedina tiegħu lill-Istati Membru biex jistabbilixxu kapaċità permanenti bħal din, li tkun tibni fuq iċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet tal-UE li ġie attivat dan l-aħħar;
Klawsola ta' solidarjetà Ambitu
19. Ifakkar li jekk Stat Membru jkun vittma ta’ attakk terroristiku jew ta’ diżastru magħmul mill-bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom obbligu li jaħdmu b’mod konġunt fi spirtu ta’ solidarjetà biex jappoġġjawh, fuq talba tal-awtoritajiet politiċi tiegħu, u li l-Unjoni f’każijiet bħal dawn għandha timmobilizza l-istrumenti kollha li għandha disponibbli, inklużi r-riżorsi militari magħmula disponibbli mill-Istati Membri; ifakkar ukoll l-obbligu tal-Unjoni li timmobilizza l-istrumenti kollha li għandha disponibbli biex tipprevjeni t-theddid terroristiku fl-UE u biex tipproteġi l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-popolazzjoni ċivili minn kwalunkwe attakk terroristiku;
20. Jitlob li jkun hemm ekwilibrija bejn il-flessibilità u l-konsistenza fejn jidħlu t-tipi ta' attakki u diżastri li għalihom tista' tiġi attivata l-klawsola, ħalli jiġi żgurat li l-ebda theddid sinifikanti, bħal attakki fl-ispazju ċibernetiku, pandemiji, jew nuqqas ta' enerġija, ma jiġi injorat; jinnota li l-klawsola għandha tkopri wkoll l-inċidenti serji li jseħħu barra mill-Unjoni b'impatt dirett u sostanzjali fuq Stat Membru;
21. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jinvestu fil-kapaċitajiet proprji tagħhom fir-rigward tas-sigurtà u r-reazzjoni għad-diżastri u ma jiddependux wisq fuq is-solidarjetà ta' ħaddieħor. jenfasizza r-responsabilità ewlenija tal-Istati Membri għall-protezzjoni u s-sigurtà ċivili fit-territorju tagħhom;
22. Huwa tal-fehma li l-klawsola ta' solidarjetà għandha tintuża f’sitwazzjonijiet li jegħlbu l-kapaċitajiet għal rispons tal-Istat Membru affettwat jew li jeħtieġu rispons multisettorjali li jinvolvi numru ta’ protagonisti, iżda li, ladarba Stat Membru jkun iddeċieda li jinvoka l-klawsola, m'għandhiex tkun kwistjoni li ħaddieħor ikollu jiddibatti dwarha biex joffri l-assistenza; jisħaq fuq il-fatt li s-solidarjetà tinvolvi wkoll obbligu li jkun hemm investiment f’kapaċitajiet nazzjonali u Ewropej xierqa;
23. Jikkunsidra li l-klawsola ta' solidarjetà tista' tipprovdi l-ispinta għat-tisħiħ tal-effett ta' lieva li l-UE għandha fost iċ-ċittadini Ewropej, biex b'hekk tingħata evidenza tanġibbli tal-benefiċċji li aktar kooperazzjoni tal-UE jkollha fuq il-kapaċitajiet għall-immaniġġjar tal-kriżijiet u r-rispons għad-diżastri;
Kapaċitajiet u riżorsi
24. Jisħaq li l-implimentazzjoni tal-klawsola ta' solidarjetà għandha tifforma parti integrali ta’ sistema ta’ rispons għall-kriżijiet, immaniġġjar tal-kriżijiet u koordinazzjoni tal-kriżijiet tal-UE permanenti, li tibni fuq l-istrumenti u l-kapaċitajiet tal-oqsma eżistenti u tippermetti li l-mobilizzazzjoni effettiva tagħha twassal rispons koordinat f’għadd ta’ oqsma differenti meta jkun meħtieġ li jsir hekk; jisħaq li, fil-prinċipju, l-implimentazzjoni ma għandiex twassal għall-ħolqien ta’ għodod ad hoc;
25. Jindika r-rwol fundamentali tal-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili bħala strument ewlieni bbażat fuq is-solidarjetà għal rispons rapidu Ewropew għal firxa wiesgħa ta’ kriżijiet; jappoġġja l-linji wiesgħa tal-proposta tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ il-mekkaniżmu(9), li tibni fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2010 “Lejn rispons Ewropew aktar b'saħħtu għal diżastri li jseħħu’ u tislet ispirazzjoni mir-rapport ta’ Barnier tal-2006;
26. Jinnota x-xogħol għaddej biex tkun implimentata l-Istrateġija għas-Sigurtà Interna, b’mod partikolari fl-oqsma ta' kontra t-terroriżmu, il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità u ż-żieda fil-kapaċità li pajjiż jirkupra wara kriżi jew diżastru; Jisħaq fuq il-fatt li l-implimentazzjoni tal-klawsola ta’ solidarjetà mhix biss kwistjoni li jiġu stipulati proċeduri għall-waqt li sseħħ kriżi ewlenija, iżda fundamentalment hija dwar il-bini tal-kapaċitajiet, il-prevenzjoni u l-preparazzjoni; ifakkar fir-relevanza tal-eżerċizzji ta' mmaniġġjar tal-kriżijiet, magħmula apposta għal kontiġenti speċifiċi koperti mill-klawsola;
27. Jinnota li l-ħolqien ta’ grupp volontarju ta’ beni ta’ protezzjoni ċivili impenjati minn qabel itejjeb sew il-preparazzjoni tal-UE u jagħmilha possibbli li jiġu identifikati nuqqasijiet eżistenti li għandhom jiġu indirizzati; jenfasizza l-importanza ta’ analiżijiet konġunti dwar in-nuqqasijiet, sabiex l-isforzi ta’ kulħadd jiġu ffukati b’mod effiċjenti u biex jiġi żgurat li kull Stat Membru jikkontribwixxi l-parti tiegħu;
28. Jikkunsidra li, fil-każ ta’ beni li jinvolvu spejjeż kbar, b’mod partikolari dawk għal riskji ta’ probabilità baxxa, jagħmel sens ekonomiku tajjeb għall-Istati Membri li jidentifikaw soluzzjonijiet għall-investiment komuni u l-iżvilupp konġunt ta’ għodod meħtieġa bħal dawn, b’mod speċjali fil-kuntest attwali ta’ kriżi finanzjarja; fid-dawl ta' dan, ifakkar fil-ħtieġa li jiġu żviluppati l-ħila u l-esperjenza kemm tal-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, kif ukoll tal-aġenziji oħrajn tal-UE;
29. Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li s-solidarjetà tiġi msaħħa minn mekkaniżmi ta’ finanzjament xierqa fuq livell tal-UE li joffru grad suffiċjenti ta’ flessibilità fl-emerġenzi; jilqa’ l-livell ta’ kofinanzjament akbar propost bħala parti mill-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili, b’mod partikolari għall-ispejjeż tat-trasport; jinnota d-dispożizzjonijiet għall-assistenza fl-emerġenzi bħala parti mill-Fond ta’ Sigurtà Interna li ġie propost;
30. Ifakkar li l-Fond ta’ Solidarjetà jista’ jipprovdi assistenza finanzjarja wara diżastru fuq skala kbira; ifakkar ukoll li aktar assistenza finanzjarja tal-Unjoni tista’ tingħata mill-Kunsill skont l-Artikolu 122(2) tat-Trattat UE, meta Stat Membru ikun jinsab f’diffikultà jew ikun mhedded serjament minn diffikultajiet gravi kkawżati minn diżastri naturali jew ċirkostanzi eċċezzjonali li mhumiex taħt il-kontroll tiegħu;
31. Ifakkar li skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 122(1) tat-TUE, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi dwar miżuri biex jindirizza sitwazzjoni ekonomika diffiċli fi spirtu ta’ solidarjetà, b’mod partikolari jekk jinħolqu diffikultajiet gravi fil-forniment ta’ ċerti prodotti, bħal pereżempju fil-qasam tal-enerġija; jisħaq fuq l-importanza li din id-dispożizzjoni tiġi perċepita bħala waħda mill-għodod biex ikunu indirizzati l-isfidi ġodda ta’ sigurtà ewlenin, bħalma huma l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà tal-enerġija u tas-sigurtà tal-forniment ta’ prodotti kritiċi oħra, l-aktar fil-każijiet ta’ imblokki li jkunu politikament motivati;
Strutturi u proċeduri
32. Jisħaq li l-UE għandu jkollha strutturi ta’ rispons għall-kriżi kapaċi b’kapaċità għar-rispons u ta’ monitoraġġ 24/7, li joffru twissija bikrija u għarfien aġġornat dwar is-sitwazzjoni lis-suġġetti rilevanti kollha; jinnota l-eżistenza ta’ ċentri ta’ monitoraġġ fil-livell ta’ UE, u li dan iqajjem mistoqsijiet dwar koordinazzjoni effiċjenti fil-każ ta’ kriżijiet multidimensjonali kumplessi; jinnota t-twaqqif tal-Kamra tas-Sitwazzjoni fi ħdan is-Servizz ta' Azzjoni Esterna Ewropew, kif ukoll l-eżistenza ta' numru ta' ċentri ta' monitoraġġ settorjali fi ħdan id-dipartimenti tal-Kummissjoni u korpi tal-UE speċjalizzati; jiġbed l-attenzjoni, b’mod partikolari, lejn iċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ u Informazzjoni tad-DĠ ECHO, il-Kapaċità ta’ Analiżi Strateġika u ta’ Rispons tad-DĠ HOME, il-Faċilità tal-Operazzjonijiet tal-Emerġenza tas-Saħħa tad-DĠ SANCO u l-kamra tas-sitwazzjoni tal-Frontex;
33. Itenni l-ħtieġa li jiġi evitat irduppjar mhux meħtieġ u li jiġu żgurati koerenza u koordinazzjoni effettiva fl-azzjoni, l-aktar minħabba l-iskarsezza ta’ riżorsi attwali; jinnota l-iskejjel ta’ ħsieb differenti fir-rigward tal-mod tar- razzjonalizzjoni ta’ dawn il-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ multipli, li wħud minnhom huma bbażati fuq l-idea ta’ punt ta’ waqfa waħda ċentrali, u oħrajn li jiffavorixxu interkonnessjoni aħjar tal-faċilitajiet speċjalizzati;
34. Huwa tal-fehma li l-firxa wiesgħa ta’ kriżijiet possibbli, minn għargħar sa attakki jew diżastri kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, inevitabbilment teħtieġ serje wiesgħa ta’ servizzi u netwerks speċjalizzati, li t-twaħħid tagħhom mhux neċessarjament iwassal għal effiċjenza akbar; jikkunsidra, fl-istess waqt, li s-servizzi speċjalizzati kollha fil-livell ta’ UE għandhom jiġu integrati f’sistema ta’ informazzjoni sigura waħda, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex jaħdmu biex isaħħu l-pjattaforma ta’ koordinazzjoni interna ARGUS;
35. Jenfasizza l-ħtieġa għal koordinazzjoni politika fil-Kunsill f’każijiet ta’ kriżi gravi; jinnota r-reviżjoni tal-Arranġamenti tal-Emerġenza u l-Koordinazzjoni tal-Kriżi tal-UE (CCA) u jilqa’ l-ftehim fi ħdan il-Kunsill dwar il-qafas kunċettwali ġdid CCA, li jagħmel użu minn proċeduri regolari tal-Kunsill, bħall-COREPER, minflok minn strutturi ad hoc; jisħaq fuq il-fatt r-rispons b’mod koerenti, effiċjenti u f’waqtu fuq livell politiku tal-UE għal kriżijiet tat-tali skala u natura jirrikjedi biss sett wieħed ta' arranġamenti; għalhekk jikkunsidra li s-CCA ġdid għandu jappoġġja wkoll il-klawsola ta’ solidarjetà;
36. Iħeġġeġ biex isiru sforzi biex issir razzjonalizzazzjoni u biex jiġu integrati aħjar l-ammont kbir ta’ pjattaformi ibbażati fuq l-Internet għall-komunikazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-emerġenzi, inklużi l-webpage tas-CCA, ARGUS, is-Sistema Komuni ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni tal-Emerġenza (CECIS) u s-Sistema tal-Emerġenza tas-Saħħa u l-Informazzjoni tal-Mard (HEDIS), sabiex ikun permess fluss ta’ informazzjoni mhux interrott, ħieles u effettiv tul fruntieri settorjali u istituzzjonali; jinnota d-deċiżjoni meħuda fi ħdan il-Kunsill biex ikun imsaħħaħ is-sit tas-CCA sabiex jintuża bħala qafas tal-internet futur għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi li jeħtieġu koordinazzjoni politika fil-livell ta’ UE;
37. Iħeġġeġ biex ikun hemm żvilupp ta’ kuxjenza ta’ sitwazzjonijiet komuni, li huwa essenzjali fl-immaniġġjar ta’ kriżijiet multisettorjali ewlenin, meta jenħtieġ li aġġornamenti rapidi u komprensivi jiġu pprovduti lill-awtoritajiet politiċi; jilqa’ l-fokus tar-reviżjoni tas-CCA dwar l-iżvilupp ta' Kuxjenza u Analiżi tas-Sitwazzjoni Integrata (ISAA) għal istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE, u jistieden lill-Kunsill biex jiżgura implimentazzjoni f’waqtha; jinnota li kuxjenza tas-sitwazzjoni komuni hija kważi impossibli mingħajr kultura ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni, u li l-iżvilupp ta’ kultura ta’ skambju tal-informazzjoni hija kważi impossibbli mingħajr diviżjoni ċara ta’ rwoli;
38. Jilqa’ l-aġġornament ippjanat taċ-Ċentru tal-Monitoraġġ u l-Informazzjoni biex jinħoloq Ċentru ta’ Rispons tal-Emerġenza Ewropew, filwaqt li jisħaq li dan għandu jifforma wieħed mill-pilastri tas-sistema interkonnessa ta’ rispons rapidu tal-UE; huwa tal-fehma r-responsabilità ta’ koordinazzjoni għal kriżijiet multisettorjali għandha tiġi stabbilita fuq bażi każ b’każ, skont il-prinċipju taċ-“ċentru ta’ gravità’;
39. Jiġbed l-attenzjoni għal fatt li, fl-ambjent globali attwali fejn l-interdipendenzi qed jimmultiplikaw, kriżijiet ewlenin fuq skala li tiġġustifika l-istumulu tal-klawsola tas-solidarjetà għandhom ċans kbir li jkunu multidimensjonali u li jkollhom dimensjoni internazzjonali, fir-rigward taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi affettwati minnhom jew tal-azzjoni internazzjonali meħtieġa biex tirrispondi għalihom; jenfasizza r-rwol importanti li għandu jkollu l-EEAS f’każijiet bħal dawn;
40. Jistieden lill-Istati Membru biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom biex jipprovdu u jirċievu assistenza, kif ukoll biex jagħmlu skambju tal-aqwa prattiki rigward modi biex jissemplifikaw il-proċeduri nazzjonali tagħhom ta’ koordinazzjoni tal-kriżijiet u l-interazzjoni taċ-ċentri nazzjonali tagħhom ta' koordinazzjoni tal-kriżijiet mal-UE; hu tal-fehma li għandhom jiġu kkunsidrati wkoll l-ippjanar u t-twettiq ta' eżerċizzji xierqa ta' rispons għall-kriżijiet fl-UE kollha, eżerċizzji li jkunu jinvolvu l-istrutturi nazzjonali ta' rispons għall-kriżijiet u l-istrutturi xierqa tal-UE;
41. Jikkunsidra li hu essenzjali li jiġu stabbiliti r-rabtiet proċedurali u organizzattivi meħtieġa bejn is-servizzi rilevanti tal-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament kif suppost tal-klawsola ta' solidarjetà b'segwitu għall-attivazzjoni tagħha;
42. Jisħaq fuq il-fatt li kwalunkwe proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni fil-Kunsill b'segwitu għal talba għal assistenza skont il-klawsola ta’ solidarjetà ma għandux ikun ta’ detriment għar-reattività tal-UE, u li r-rispons għall-kriżijiet permezz tal-mekkaniżmi eżistenti, bħall-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili, għandu jkun kapaċi jibda immedjatament, irrispettivament minn deċiżjoni politika bħal din; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-użu ta’ beni militari biex jiġu appoġjati operazzjonijiet ta’ protezzjoni ċivili hija diġà possibbli fuq livell operattiv mingħajr l-attivazzjoni tal-klawsola ta’ solidarjetà, kif intwera mill-kooperazzjoni ta’ suċċess bejn il-Kummissjoni u l-Persunal tal-Militar tal-UE f’operazzjonijiet li saru qabel fil-Pakistan jew il-Libja;
43. Jaċċentwa l-ħtieġa li tingħata fid-dettall il-proċedura demokratika li għandha tkun applikata meta tiġi invokata l-klawsola ta’ solidarjetà, li għandha tiżgura wkoll ir-responsabilità politika għad-deċiżjonijiet meħudin u tinkludi l-involviment xieraq tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew; jisħaq dwar l-importanza tal-prevenzjoni ta’ kull użu sproporzjonat tal-klawsola a spejjeż tal-jeddijiet fundamentali;
44. Jinnota li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, bħala l-leġiżlaturi u l-awtoritajiet baġitarji tal-UE, għandhom jinżammu infurmati dwar is-sitwazzjoni kif tkun qed tiżvolġi fil-lok fejn ikun seħħ diżastru jew attakk li jġiegħel lill-Klawsola ta' Solidarjetà tiskatta, kif ukoll dwar l-oriġini u l-konsegwenzi possibbli tal-istess diżastru jew attakk ħalli tkun tista' ssir valutazzjoni bir-reqqa u imparzjali msejsa fuq informazzjoni aġġornata u konkreta għal skopijiet ta' riferiment fil-futur;
45. Ifakkar li l-klawsola ta’ solidarjetà teħtieġ li l-Kunsill Ewropew jivvaluta b’mod regolari t-theddid li taffaċċja l-Unjoni; huwa tal-fehma li tali valutazzjonjiet jeħtieġ li jkunu kkoordinati man-NATO u għandhom isiru mill-anqas fuq żewġ livelli distinti, jiġifieri fuq bażi ta’ terminu itwal fil-Kunsill Ewropew, fi proċess li għandu jitma l-ħsieb strateġiku li għandu jkun riflett fl-aġġornamenti futuri tal-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà u l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna, kif ukoll permezz ta’ diżamini komprensivi aktar frekwenti tal-minaċċi kurrenti;
46. Jikkunsidra li l-valutazzjonijiet tat-theddid għandhom jiġi kumplimentati b’valutazzjoni tar-riskju, li tanalizza t-theddid fid-dawl ta’ vulnerabilitajiet eżistenti, u biex b’hekk jiġu identifikati l-aktar nuqqasijiet fil-kapaċità kritiċi li għandhom jiġu indirizzati; ifakkar li fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna, sal-2014 l-UE għandha tistabbilixxi politika ta’ mmaniġġjar tar-riskju koerenti li tgħaqqad il-valutazzjonijiet tat-theddid u tar-riskju mat-teħid tad-deċiżjonijiet; ifakkar ukoll li sal-aħħar tal-2012, il-Kummissjoni għandha tipprepara, fuq bażi ta’ analiżi tar-riskju nazzjonali, prospett transsettorjali tar-riskji naturali u dawk magħmula mill-bniedem ewlenin li l-UE tista’ taffaċċja fil-futur; iħeġġeġ lill-Istati Membru biex jaqsmu l-valutazzjoni ta’ risku nazzjonali tagħhom u l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tar-riskju biex jippermettu li ssir stima konġunta tas-sitwazzjoni;
47. Jenfasizza li l-valutazzjonijiet dwar perikli multipli konġunti li jirriżultaw għandhom bżonn jużaw il-kapaċitajiet taċ-Ċentru ta’ Analiżi tal-Intelliġenza tal-UE, u jibnu fuq intelliġenza maqsuma u jintegraw inputs mill-korpi kollha tal-UE involuti fil-valutazzjoni tat-theddid u tar-riskju, bħad-dipartimenti tal-Kummissjoni rilevanti (inklużi d-DĠ HOME, id-DĠ ECHO u d-DĠ SANCO) u aġenziji tal-Unjoni (Europol, Frontex, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u oħrajn);
o o o
48. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO, kif ukoll lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO.
Minn issa 'l quddiem imsejħa 'l-klawsola ta' difiża reċiproka', għalkemm ma jingħata ebda isem lill-klawsola fit-Trattat. Ara, b'mod partikolari, l-impenn tad-difiża reċiproka fl-Artikolu V tat-Trattat Modifikat ta’ Brussell, li l-firmatarji tiegħu jqisu li hu kopert mill-Artikolu 42(7) tat-Trattat UE (l-Istqarrija tal-President tal-Kunsill Permanenti tal-Unjoni Ewropea tal-Punent tal-31 ta’ Marzu 2010).
– wara li kkunsidra r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għas-Sigurtà Ewropea approvata mill-Kunsill Ewropew fil-11 u t-12 ta' Diċembru 2008,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa, li saret f'Budapest fit-23 ta' Novembru 2001,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta' Informazzjoni tas-27 ta' Mejju 2011 u l-konklużjonijiet preċedenti tal-Kunsill dwar iċ-ċibersigurtà,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” tad-19 ta' Mejju 2010 (COM(2010)0245),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-infrastruttura kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom(1),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni reċenti mill-Kummissjoni dwar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità bħala prijorità tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna (COM(2012)0140),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Sigurtà Ewropea u l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar l-iżvilupp tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2012 dwar l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna tal-Unjoni Ewropea(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2012 dwar il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika tal-Informazzjoni – kisbiet u l-passi li jmiss: lejn ċibersigurtà dinjija(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-5 ta' Lulju 2012 intitolata “Il-promozzjoni, il-protezzjoni u t-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem fuq l-internet”(7) li tirrikonoxxi l-importanza tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' informazzjoni fuq l-internet,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-Summit ta' Chicago tal-20 ta' Mejju 2012,
– wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0335/2012),
A. billi fid-dinja globalizzata tal-lum, l-UE u l-Istati Membri tagħha saru jiddependu b'mod kruċjali fuq spazju ċibernetiku sigur u fuq użu b'sigurtà tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u fuq servizzi ta' informazzjoni u l-infrastrutturi assoċjati li jkunu reżiljenti u affidabbli;
B. billi t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jintużaw ukoll bħala strumenti ta' repressjoni; billi l-kuntest fejn jintużaw jiddetermina b'mod estensiv l-impatt li jista' jkollhom dawn it-teknoloġiji bħala forza għall-iżviluppi pożittivi jew għar-repressjoni;
C. billi l-isfidi, it-theddid u l-attakki ċibernetiċi qed jikbru b'pass drammatiku u jikkostitwixxu theddida kbira għas-sigurtà, id-difiża, l-istabilità u l-kompetittività tal-istati nazzjon kif ukoll tas-settur privat; billi dan it-theddid għaldaqstant ma għandux jiġi kkunsidrat bħala problema futura; billi maġġoranza tal-inċidenti ċibernetiċi li jkunu viżibbli ħafna u jħallu ħafna taqlib, issa huma motivati politikament; billi l-maġġoranza l-kbira tal-inċidenti ċibernetiċi jibqgħu fi stat primittiv, it-theddid għall-assi kritiċi qed isir dejjem iżjed sofistikat u jiġġustifika protezzjoni fil-fond;
D. billi ċ-ċiberspazju, bl-utenti globalment interkonnessi tiegħu li jlaħħqu kważi żewġ biljuni, sar wieħed mill-aktar mezzi b'saħħithom u effiċjenti għall-promozzjoni ta' ideat demokratiċi u għall-organizzazzjoni tan-nies hekk kif jippruvaw jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom għal-libertà u l-ġlieda kontra d-dittaturi; billi l-użu taċ-ċiberspazju minn reġimi mhux demokratiċi u awtoritarji huwa theddida dejjem akbar għad-drittijiet tal-individwi għal-libertà ta' espressjoni u ta' assoċjazzjoni; billi huwa kruċjali, għaldaqstant, li jiġi żgurat li ċ-ċiberspazju jibqa' miftuħ għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' ideat, informazzjoni u espressjoni;
E. billi hemm ħafna ostakli ta' natura politika, leġiżlattiva u organizzattiva fl-UE u fl-Istati Membri tagħha għall-iżvilupp ta' approċċ komprensiv u unifikat għaċ-ċiberdifiża u għaċ-ċibersigurtà; billi hemm nuqqas ta' definizzjoni komuni, standards komuni u miżuri komuni fil-qasam sensittiv u vulnerabbi taċ-ċibersigurtà;
F. billi l-kondiviżjoni u l-koordinament fl-istituzzjonijiet tal-UE u mal-Istati Membri u bejniethom, kif ukoll mas-sħab esterni, għadhom insuffiċjenti;
G. billi jeżisti nuqqas ta' definizzjonijiet ċari u armonizzati ta' “ċibersigurtà” u “ċiberdifiża” fil-livelli tal-UE u internazzjonali; billi l-fehma ta' ċibersigurtà u ta' terminoloġija ewlenija oħra tvarja b'mod konsiderevoli fost il-pajjiżi differenti;
H. billi l-UE għadha ma żviluppatx politiki koerenti tagħha stess dwar l-ħarsien tal-infrastruttura tal-informazzjoni kritika li teħtieġ approċċ multidixxiplinari b'hekk tiżdied is-sigurtà filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali;
I. billi l-UE pproponiet diversi inizjattivi biex tegħleb iċ-ċiberkriminalità fil-livell ta' ċivili, inkluż it-twaqqif ta' Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità ġdid, iżda għad m'għandha l-ebda pjan konkret fil-livell tas-sigurtà u tad-difiża;
J. billi l-ħolqien ta' relazzjoni ta' fiduċja bejn is-settur privat u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, id-difiża u istituzzjonijiet kompetenti oħra huwa ta' importanza enormi fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità;
K. billi l-fiduċja reċiproka fir-relazzjonijiet bejn l-atturi statali u dawk mhux statali hija prerekwiżit għal ċibersigurtà affidabbli;
L. billi l-maġġoranza tal-inċidenti ċibernetiċi kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat tibqa' ma tiġix irrappurtata minħabba n-natura sensittiva tal-informazzjoni u l-possibbiltà ta' dannu fl-immaġni tal-kumpaniji involuti;
M. billi għadd kbir ta' inċidenti ċibernetiċi jseħħ minħabba nuqqas ta' reżiljenza u solidità tal-infrastruttura tan-netwerks privati u pubbliċi, bażijiet tad-data bi protezzjoni jew sigurtà skarsa u lakuni oħra fl-infrastruttura ta' informazzjoni kritika; billi huma biss ftit dawk l-Istati Membri li jikkunsidraw li l-protezzjoni tan-netwerk u s-sistemi ta' informazzjoni tagħhom u tad-data assoċjata huma parti mid-dmir ta' diliġenza rispettiv tagħhom, fatt li jispjega n-nuqqas ta' investimenti fl-aktar teknoloġija ta' sigurtà moderna, f'taħriġ u fl-iżvilupp ta' linji gwida xierqa, billi għadd imdaqqas ta' Stati Membri jiddependi mit-teknoloġija tas-sigurtà ta' pajjiżi terzi u għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex inaqqsu tali dipendenza;
N. billi l-maġġoranza tal-awturi ta' attakki ċibernetiċi ta' livell għoli, li jheddu s-sigurtà u d-difiża nazzjonali jew internazzjonali qatt ma jiġu identifikati u mħarrka; billi m'hemm l-ebda forma miftiehma fuq livell internazzjonali ta' rispons għal attakk ċibernetiku bl-appoġġ ta' Stat kontra Stat ieħor, u lanqas fehim jekk dan jistax jitqies bħala casus belli;
O. billi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA) qed tipparteċipa bħala faċilitatur għall-Istati Membri biex tappoġġa l-iskambju ta' prattiki tajbin fil-qasam taċ-ċibersigurtà billi tirrakkomanda kif għandha tiġi żviluppata, implimentata u miżmuma strateġija ta' ċibersigurtà; u għandha rwol ta' appoġġ fl-Istrateġiji Nazzjonali taċ-Ċibersigurtà, il-Pjanijiet ta' Kontinġenza Nazzjonali, billi torganizza eżerċizzji pan-Ewropej u internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika tal-Informazzjoni (CIIP), u l-iżvilupp ta' xenarji għall-eżerċizzji nazzjonali;
P. billi sa Ġunju 2012, 10 Stati Membri biss kienu għadhom adottaw uffiċjalment Strateġija Nazzjonali taċ-Ċibersigurtà;
Q. billi ċ-ċiberdifiża hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-EDA, li fl-ambitu tal-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet stabbiliet tim għal proġett fuq iċ-ċiberkriminalità mal-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li jaħdem biex jiġbor l-esperjenzi u jipproponi rakkomandazzjonijiet;
R. billi l-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp taċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża huma kruċjali għall-avvanz u ż-żamma ta' livell għoli ta' ċibersigurtà u ċiberdifiża; billi l-infiq tad-difiża fuq ir-riċerka u l-iżvilupp naqas minflok laħaq it-2 % miftiehma mit-total tan-nefqa għad-difiża;
S. billi s-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni taċ-ċittadini dwar iċ-ċibersigurtà għandhom jikkostitwixxu l-bażi ta' kull strateġija komprensiva ta' ċibersigurtà;
T. billi għandu jiġi stabbilit bilanċ ċar bejn il-miżuri ta' sigurtà u d-drittijiet taċ-ċittadini skont it-TFUE, bħad-dritt għall-privatezza, għall-protezzjoni tad-data u l-libertà ta' espressjoni; biex tal-ewwel ma jiġux issagrifikati f'isem l-oħrajn u viċi versa;
U. billi hemm ħtieġa dejjem tikber għar-rispett u l-ħarsien aħjar tad-drittijiet tal-individwi fejn tidħol il-privatezza, kif stabbilit fil-Karta tal-UE u fl-Artikolu 16 tat-TFUE; billi l-ħtieġa għall-istituzzjonijiet u l-korpi tad-difiża li, fil-livell nazzjonali, jiggarantixxu s-sigurtà u d-difiża taċ-ċiberspazju, waqt li hi importanti, m'għandha qatt tintuża bħala skuża biex, b'xi mod, jitrażżnu d-drittijiet u l-libertajiet fiċ-ċiberspazju u fl-ispazju informattiv;
V. billi n-natura globali u bla fruntieri tal-internet teħtieġ forom ġodda ta' kooperazzjoni internazzjonali u ta' governanza ma' diversi partijiet interessati;
W. billi l-gvernijiet qed jiddependu dejjem aktar fuq atturi privati għas-sigurtà tal-infrastruttura kritika tagħhom;
X. billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għadu ma inkludiex b'mod proattiv aspett ta' ċibersigurtà fir-relazzjonijiet tiegħu mal-pajjiżi terzi;
Y. billi, s'issa l-Istrument għall-Istabbilita huwa l-uniku programm tal-UE li huwa mfassal biex jirrispondi għal kriżijiet urġenti jew għal sfidi ta' sigurtà globali/transreġjonali, inkluż theddid marbut maċ-ċibersigurtà;
Z. billi l-għoti ta' risposti b'mod konġunt – permezz tal-grupp ta' ħidma tal-UE u l-Istati Uniti dwar iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberkriminalità – għal theddid marbut maċ-ċibersigurtà huwa wieħed mill-kwistjonijiet prijoritarji fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti;
Azzjonijiet u koordinament fl-UE
1. Jinnota li t-theddid u l-attakki ċibernetiċi kontra korpi governattivi, amministrattivi, militari u internazzjoni huma minaċċa u okkorrenza li qed jikbru malajr kemm fl-UE kif ukoll fuq livell globali, u li hemm raġunijiet sinifikanti għal tħassib dwar il-fatt li atturi statali u mhux statali, speċjalment organizzazzjonijiet terroristiċi u kriminali, ikunu kapaċi jattakkaw l-istrutturi u l-infrastrutturi kritiċi tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-membri tal-UE, bil-potenzjal li jikkawżaw dannu konsiderevoli, inklużi effetti ċinetiċi;
2. Jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li jkun hemm approċċ ikkoordinat u globali għal dawn l-isfidi fil-livell tal-UE permezz tal-iżvilupp ta' strateġija komprensiva taċ-ċibersigurtà tal-UE li għandha toffri definizzjoni komuni ta' ċibersigurtà u ta' ċiberdifiża u ta' dak li jikkostitwixxi attakk ċibernetiku relatat mad-difiża, viżjoni operattiva komuni u li għandha tieħu kont tal-valur miżjud tal-aġenziji u l-korpi eżistenti; kif ukoll tal-prattiki tajba minn dawk l-Istati Membri li diġà huma mgħammra bi strateġiji nazzjonali ta' ċibersigurtà; jenfasizza l-importanza kruċjali li jiġu kkoordinati u maħluqa sinerġiji fil-livell tal-Unjoni biex jgħinu jgħaqqdu d-diversi inizjattivi, programmi u attivitajiet, kemm militari kif ukoll ċivili; jenfasizza li strateġija bħal din għandha tassigura flessibbiltà u tiġi aġġornata fuq bażi regolari biex tadatta għan-natura li tinbidel malajr taċ-ċiberspazju;
3. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jqisu l-possibbiltà ta' attakk ċibernetiku gravi kontra Stat Membri fil-proposta imminenti tagħhom dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Klawsola ta' Solidarjetà (Artikolu 222 tat-TFUE); huwa, barra minn hekk, tal-fehma li minkejja l-attakki ċibernetiċi li jpoġġu s-sigurtà nazzjonali f'periklu xorta jeħtieġu definizzjoni b'terminoloġija komuni, dawn jistgħu jkunu koperti mill-Klawsola ta' Difiża Reċiproka (Artikolu 42.7 tat-TUE), mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' proporzjonalità;
4. Jenfasizza li l-PSDK trid tiżgura li l-forzi fuq operazzjonijiet militari tal-UE u l-missjonijiet ċivili jitħarsu minn attakki ċibernetiċi; jenfasizza li ċ-ċiberdifiża għandha ssir kapaċità attiva tal-PSDK;
5. Jisħaq fuq il-fatt li l-politiki kollha tal-UE dwar iċ-ċibersigurtà għandhom ikunu bbażati u ddisinjati b'mod li jiżguraw il-protezzjoni u l-preservazzjoni massimi tal-libertajiet diġitali u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fuq l-internet; iqis li l-Internt u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għandhom jiddaħħlu fl-politika barranija u ta' sigurtà tal-UE biex isir progress f'dan l-isforz;
6. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jirrikonoxxu b'mod mhux ekwivoku l-libertajiet diġitali bħala drittijiet fundamentali u bħala prerekwiżiti indispensabbli għat-tgawdija ta' drittijiet tal-bniedem universali; jisħaq fuq il-fatt li l-Istati Membri għandhom jimmiraw biex qatt ma jipperikolaw id-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini tagħhom meta jkunu qed jiżviluppaw ir-reazzjonijiet tagħhom għat-theddid u l-attakki ċibernetiċi u għandu jkollhom differenzi leġiżlattivi xierqa bejn inċidenti ċibernetiċi ta' livell militari u dawk ta' livell ċivili; jappella għall-applikazzjoni b'kawtela tar-restrizzjonijiet fuq il-kapaċità taċ-ċittadini li jisfruttaw l-istrumenti tat-teknoloġiji tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni;
7. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jfasslu, flimkien mal-Istati Membri, White Paper dwar iċ-Ċiberdifiża, li tistabbilixxi definizzjonijiet u kriterji ċari li jisseparaw il-livelli tal-attakki ċibernetiċi fl-isferi ċivili u militari, skont il-motivazzjoni u l-effetti tagħhom, kif ukoll il-livelli ta' reazzjonijiet, inklużi l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' min ikun wettaqhom;
8. Josserva bżonn ċar li tiġi aġġornata l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà bil-ħsieb li jiġu identifikati u jinstabu mezzi għat-tfittxija u l-prosekuzzjoni tal-awturi tal-attakki ċibernetiċi kemm fuq bażi individwali, relatati man-netwerk kif ukoll b'appoġġ statali;
Livell tal-UE
9. Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni orizzontali u l-koordinament fuq iċ-ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE u bejniethom;
10. Jisħaq fuq il-fatt li t-teknoloġiji l-ġodda jpoġġu f'dubju l-mod kif il-gvernijiet iwettqu d-dmirijiet fundamentali tradizzjonali; itenni li fl-aħħar mill-aħħar il-politiki fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà, inkluża sorveljanza demokratika xierqa, huma f'idejn il-gvernijiet; jieħu nota tar-rwol dejjem iktar importanti ta' atturi privati fit-twettiq ta' dmirijiet ta' sigurtà u difiża ta' spiss mingħajr trasparenza, responsabilità jew mekkaniżmi għas-sorveljanza demokratika;
11. Jisħaq fuq il-fatt li hemm bżonn li l-gvernijiet jikkonformaw mal-prinċipji bażiċi tad-dritt umanitarju u d-dritt internazzjonali pubbliku, bħar-rispett għas-sovranità statali u d-drittijiet tal-bniedem, fl-użu ta' teknoloġiji ġodda fl-ambitu tal-politiki dwar is-sigurtà u d-difiża; jiġbed l-attenzjoni fuq l-esperjenza tal-Istati Membri tal-UE, bħall-Estonja, fid-definizzjoni u t-tfassil ta' politiki dwar iċ-ċibersigurtà, kif ukoll taċ-ċiberdifiża;
12. Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi evalwat il-livell ġenerali tal-attakki ċibernetiċi kontra s-sistemi u l-infrastruttura ta' informazzjoni tal-UE; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa ta' valutazzjoni kontinwa tal-grad ta' preparazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE biex jindirizzaw l-attakki ċibernetiċi potenzjali; jinsisti b'mod partikolari fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-infrastrutturi ta' informazzjoni kritika;
13. Jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jkun iktar faċli li tinkiseb informazzjoni dwar vulnerabilitajiet, twissijiet u avviżi dwar theddid ġdid għas-sistemi ta' informazzjoni;
14. Jinnota li l-attakki ċibernetiċi li saru dan l-aħħar kontra n-netwerks ta' informazzjoni Ewropej u s-sistemi ta' informazzjoni governattivi, ikkawżaw dannu konsiderevoli għall-ekonomija u s-sigurtà, li l-firxa tiegħu ma ġietx ivvalutata b'mod adegwat;
15. Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jiżviluppaw l-istrateġiji elettroniċi għas-sigurtà u l-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom fir-rigward tas-sistemi tagħhom stess fl-iqsar żmien possibbli;
16. Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex fl-analiżi tar-riskji u l-pjanijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet tagħhom jinkludu l-kwistjoni tal-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi; jistieden, barra minn hekk, lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE jagħtu taħriġ ta' sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà lill-persunal kollu tagħhom; jissuġġerixxi li darba f'sena għandhom isiru eżerċizzji ċibernetiċi li jkunu simili għal eżerċizzji ta' emerġenza;
17. Jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp effiċjenti tal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters tal-UE (CERT-UE) u s-CERTs nazzjonali, kif ukoll l-iżvilupp ta' pjanijiet nazzjonali ta' kontinġenza fil-każ li tkun trid tittieħed azzjoni; jilqa' l-fatt li, sa Mejju 2012, l-Istati Membri tal-UE waqqfu CERTs nazzjonali; iħeġġeġ l-iżvilupp ulterjuri ta' CERTs nazzjonali u ta' CERT tal-UE li jekk ikun meħtieġ, ikunu jistgħu jitħaddmu fi żmien 24 siegħa; jenfasizza l-ħtieġa li wieħed iħares lejn il-fattibbiltà ta' sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat f'dan il-qasam;
18. Jirrikonoxxi li l-“Ewropa Ċibernetika 2010”, l-ewwel eżerċizzju pan-Ewropew dwar il-ħarsien ta' infrastruttura kritika tal-informazzjoni, li sar bl-involviment ta' diversi Stati Membri u li tmexxa mill-ENISA, kien azzjoni utli u eżempju ta' prassi tajba; jisħaq ukoll fuq il-bżonn li jinħoloq Netwerk ta' Informazzjoni għal Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika fil-livell Ewropew malajr kemm jista' jkun;
19. Jenfasizza l-importanza ta' eżerċizzji pan-Ewropej bi tħejjija għal inċidenti ta' sigurtà fuq skala kbira fin-netwerk, u d-definizzjoni ta' sett uniku ta' standards għall-valutazzjoni tat-theddid;
20. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tesplora l-ħtieġa u l-fattibbiltà ta' sit ta' Koordinament Ċibernetiku tal-UE;
21. Jikkunsidra li, minħabba l-livell għoli ta' kapaċità meħtieġa kemm għad-difiża adegwata tas-sistemi u tal-infrastrutturi ċibernetiċi, kif ukoll għall-attakki kontrihom, il-possibbiltà li tiġi żviluppata strateġija etika “white hat” bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri għandha tkun ikkunsidrata; jinnota li l-potenzjal għal “eżodu ta' mħuħ” f'dawn il-każi hu għoli u li, speċifikament, il-minorenni kkundannati għal attakki ta' dan it-tip għandhom potenzjal għoli kemm biex jiġu riabilitati u kemm biex jiġu integrati fl-aġenziji u l-korpi għad-difiża;
Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA)
22. Jilqa' l-inizjattivi u l-proġetti reċenti relatati maċ-ċiberdifiża, speċjalment fuq il-ġbir u l-immappjar tad-data, l-isfidi u l-ħtiġijiet taċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża rilevanti u jħeġġeġ lill-Istati Membri jikkooperaw aktar, anke fil-livell militari, mal-EDA fir-rigward taċ-ċiberdifiża;
23. Jenfasizza l-importanza għall-Istati Membri li jkollhom kooperazzjoni mill-qrib mal-EDA fuq l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' ċiberdifiża tagħhom; jemmen li l-bini ta' sinerġiji, l-akkomunament ta' riżorsi u l-kondiviżjoni fuq livell Ewropew huma kruċjali għal ċiberdifiża effikaċi fil-livell Ewropew u nazzjonali;
24. Jinkoraġġixxi lill-EDA tapprofondixxi l-kooperazzjoni tagħha man-NATO, maċ-ċentri ta' eċċellenza nazzjonali u internazzjonali, maċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità fl-Europol bħala kontribut għal reazzjonijiet aktar mgħaġġla fil-każ ta' attakki ċibernetiċi, u speċjalment maċ-Ċentru ta' Eċċellenza dwar il-Kooperazzjoni fiċ-Ċiberdifiża (CCDCOE), u biex tikkonċentra fuq il-bini tal-kapaċità u t-taħriġ kif ukoll fuq l-iskambju ta’ informazzjoni u prattiki;
25. Josserva bi tħassib li sal-2010, Stat Membru wieħed biss laħaq il-livell ta' 2 % ta' nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp għad-difiża, filwaqt li ħames Stati Membri ma nefqu xejn fuq ir-R&Ż fl-2010; iħeġġeġ lill-EDA, flimkien mal-Istati Membri, jiġbru r-riżorsi u jinvestu b'mod effikaċi fir-riċerka u l-iżvilupp kollaborattivi, b'attenzjoni partikolari għaċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża;
Stati Membri
26. Jistieden lill-Istati Membri kollha jiżviluppaw u jlestu l-istrateġiji nazzjonali ta' ċibersigurtà u ċiberdifiża rispettivi tagħhom mingħajr iżjed dewmien u jiżguraw solidità fl-ambjent tat-tfassil tal-politiki u f'dak regolatorju, proċeduri komprensivi għall-ġestjoni tar-riskji u miżuri u mekkaniżmi preparatorji xierqa; jistieden lill-ENISA tassisti lill-Istati Membri; jesprimi l-appoġġ tiegħu lejn l-ENISA fl-iżvilupp ta' Gwida ta' Prattiki Tajbin dwar prattiki u rakkomandazzjonijiet tajbin dwar kif għandha tiġi żviluppata, implimentata u miżmuma strateġija ta' ċibersigurtà;
27. Iħeġġeġ lill-Istati Membri joħolqu taqsimiet magħżula inkarigati miċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża fl-istruttura militari tagħhom, bil-ħsieb li jikkooperaw ma' korpi simili fl-Istati Membri l-oħra tal-UE;
28. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu ċentri ta' ġurisdizzjoni speċjalizzati fil-livell reġjonali intiżi biex irażżnu b'mod aħjar l-attakki għas-sistemi ta' informazzjoni; jinsisti fuq il-ħtieġa li jitħeġġeġ l-adattament tal-liġijiet nazzjonali sabiex ikunu jistgħu jiġu adattati għall-iżviluppi tat-teknoloġiji u t-tipi ta' użu;
29. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem fuq approċċ Ewropew koerenti u effiċjenti biex jiġu evitati inizjattivi żejda, waqt li tħeġġeġ u tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw mekkaniżmi ta' kooperazzjoni u jtejbu l-iskambju ta' informazzjoni; huwa tal-fehma li għandu jiġi stabbilit livell minimu obbligatorju ta' kooperazzjoni u kondiviżjoni bejn l-Istati Membri;
30. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet nazzjonali ta' kontinġenza u biex jinkludu l-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet u l-analiżi tar-riskju; jenfasizza ulterjorment l-importanza ta' taħriġ adegwat dwar iċ-ċibersigurtà essenzjali għall-persunal kollu fl-entitajiet pubbliċi u, b'mod partikolari, ta' offerta ta' taħriġ xieraq għall-membri tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji u ta' sigurtà fi ħdan stabbilimenti ta' taħriġ; jistieden lill-ENISA u lil korpi rilevanti oħra jassistu lill-Istati Membri fl-iżgurar tal-akkomunament u l-kondiviżjoni ta' riżorsi kif ukoll biex jevitaw id-duplikazzjoni;
31. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jpoġġu r-riċerka u l-iżvilupp bħala wieħed mill-pilastri ewlenin taċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża u jinkoraġġixxu t-taħriġ ta' inġiniera speċjalizzati fil-protezzjoni ta' sistemi informatiċi; jistieden lill-Istati Membri jonoraw l-impenn tagħhom biex iżidu l-infiq tad-difiża fuq ir-riċerka u l-iżvilupp tal-anqas għal 2 %, b'attenzjoni partikolari għaċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża;
32. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jressqu programmi li jippromwovu u jissensibilizzaw lill-utenti privanti u lill-impriżi b'mod ġenerali l-użu ġenerali sigur tal-Internet, tas-sistemi tal-inforamzzjoni u tat-teknoloġiji tal-komunikazzjoni; jissuġġerixxi lill-Kummissjoni tniedi f'dan ir-rigward inizjattiva pubblika Ewropea ta' edukazzjoni, jistieden lill-Istati Membri jinkludu lill-edukazzjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà fil-kurrikula skolastiċi mill-aktar etajiet bikrija possibbli;
Kooperazzjoni pubblika-privata
33. Jenfasizza r-rwol kruċjali ta' kooperazzjoni sinifikanti u kumplimentari fuq iċ-ċibersigurtà bejn l-awtoritajiet pubbliċi u s-settur privat, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak nazzjonali, bil-għan li tinħoloq fiduċja reċiproka; huwa konxju li t-tisħiħ ulterjuri tal-affidabbiltà u l-effiċjenza tal-istituzzjonijiet pubbliċi rilevanti se jikkontribwixxi għall-bini ta' fiduċja u għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni kritika;
34. Jistieden lis-sħab mis-settur privat jikkunsidraw soluzzjonijiet li jintegraw is-sigurtà mill-waqt tad-disinn meta jkunu qed jiddisinjaw prodotti, apparat, servizzi u applikazzjonijiet ġodda, kif ukoll inċentivi għal dawk li jiddisinjaw prodotti, apparat, servizzi u applikazzjonijiet ġodda bil-karatteristika ċentrali tkun dik tas-sigurtà mill-waqt tad-disinn; jappella biex il-kollaborazzjoni mas-settur privat għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra attakki ċibernetiċi tkun tinkludi standards minimi ta' trasparenza u mekkaniżmi biex jingħata rendikont dwarha;
35. Jenfasizza li l-ħarsien tal-infrastruttura ta' informazzjoni kritika hi inkluża fl-Istrateġija ta' Sigurtà Interna għall-UE fil-kuntest tat-titjib tal-livelli tas-sigurtà għaċ-ċittadini, kif ukoll għall-impriżi fiċ-ċiberspazju;
36. Jappella għall-ħolqien ta' djalogu permanenti ma' dawn is-sħab dwar l-aħjar użu u r-reżiljenza tas-sistemi tal-informazzjoni u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà meħtieġa għat-tħaddim sigur u xieraq ta' dawn is-sistemi;
37. Huwa tal-fehma li l-Istati Membri, l-UE u s-settur privat, b'kooperazzjoni mal-ENISA, għandhom jieħdu miżuri biex iżidu s-sigurtà u l-integrità tas-sistemi tal-informazzjoni, biex jipprevjenu l-attakki u jimminimizzaw l-impatt tagħhom; jappoġġa lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tissuġġerixxi standards ta' ċibersigurtà minimi u sistema ta' ċertifikazzjonijiet għall-kumpaniji kif ukoll biex toffri l-inċentivi tajbin għat-tqanqil tal-isforzi mis-settur privat biex tittejjeb is-sigurtà;
38. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri jinkoraġġixxu lis-settur privat u lill-atturi tas-soċjetà ċivili sabiex jinkludu l-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi fil-pjanijiet tagħhom għall-ġestjoni tal-kriżijiet u l-analiżi tar-riskju; jappella, barra dan, biex jiġi introdott taħriġ ta' sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberiġjene essenzjali għall-membri kollha tal-persunal tagħhom;
39. Jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-aġenziji u l-korpi rilevanti, tiżviluppa oqfsa u strumenti għal sistema ta' skambju rapidu ta' informazzjoni li tiżgura l-anonimat meta jiġu rrappurtati inċidenti ċibernetiċi għas-settur privat, li jippermettu li l-atturi pubbliċi jinżammu kontinwament aġġornati u li jagħtu assistenza meta din tkun meħtieġa;
40. Jenfasizza l-ħtieġa għall-UE li tiffaċilita l-iżvilupp ta' suq kompetittiv u innovattiv għaċ-ċibersigurtà fl-UE biex tippermetti aktar lill-SMEs joperaw f'dan il-qasam li se jagħti kontribut biex jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku u jinħolqu impjiegi ġodda;
Kooperazzjoni internazzjonali
41. Jistieden lill-SEAE jadotta approċċ proattiv fir-rigward taċ-ċibersigurtà u jintegra l-aspett taċ-ċibersigurtà fl-azzjonijiet kollha tiegħu, speċjalment fir-rigward tal-pajjiżi terzi; jitlob li jitħaffu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni dwar kif għandhom jiġu ttrattati l-kwistjonijiet ta' ċibersigurtà ma' pajjiżi terzi;
42. Jenfasizza li t-tlestija ta' strateġija komprensiva ta' ċibersigurtà tal-UE hija prekundizzjoni biex tiġi stabbilita l-forma ta' kooperazzjoni internazzjonali effiċjenti dwar is-sigurtà ċibernetika li hija meħtieġa min-natura transkonfinali tat-theddid elettroniku;
43. Jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma ffirmawx jew ma rratifikawx il-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa (il-Konvenzjoni ta' Budapest) sabiex jagħmlu dan mingħajr iżjed dewmien; jappoġġa lill-Kummissjoni u lill-SEAE fl-isforzi tagħhom sabiex jippromwovu l-Konvenzjoni u l-valuri tagħha fost il-pajjiżi terzi;
44. Huwa konxju tal-ħtieġa ta' rispons miftiehem u kkoordinat fuq livell internazzjonali għat-theddid elettroniku; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni, lill-SEAE u lill-Istati Membri jkunu fuq quddiem nett fil-fora kollha, speċjalment fin-Nazzjonijiet Uniti, bi sforzi biex jinkisbu kooperazzjoni interazzjonali usa' u ftehim finali dwar id-definizzjoni ta' fehim komuni ta' normi ta' mġiba fiċ-ċiberspazju kif ukoll jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bil-għan li jiġu żviluppati ftehimiet għall-kontroll tal-armi ċibernetiċi;
45. Iħeġġeġ l-iskambji ta' għarfien fil-qasam taċ-ċibersigurtà mal-pajjiżi BRICS u ma' pajjiżi oħra b'ekonomiji emerġenti, bl-għan li jiġu eżaminati r-risponsi komuni possibbli għaċ-ċiberkriminalità u l-attakki ċibernetiċi dejjem jiżdiedu; kemm f'livell ċivili kif ukoll dak militari;
46. Iħeġġeġ lill-SEAE u lill-Kummissjoni jadottaw approċċ proattiv fil-fora u fl-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari n-NU, l-OSKE, l-OECD u l-Bank Dinji, bil-għan li jkun applikat id-dritt internazzjonali eżistenti u li jinkiseb kunsens dwar in-normi għal imġiba responsabbli tal-Istat fuq iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża, u billi jiġu kkoordinati l-pożizzjonijiet tal-Istati Membri bil-għan li jiġu promossi l-valuri ewlenin tal-UE u l-politiki fil-qasam taċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża;
47. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, bħala parti mid-djalogi, mir-relazzjonijiet u mill-ftehimiet ta' kooperazzjoni tagħhom ma' pajjiżi terzi, partikolarment dawk li jipprevedu l-kooperazzjoni jew l-iskambju fil-qasam tat-teknoloġija, jinsistu fuq rekwiżit minimi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ċiberkriminalità u l-attakki ċibernetiċi; kif ukoll fuq standards minimi fis-sigurtà tas-sistema tal-informazzjoni;
48. Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita u tgħin lil pajjiżi terzi fl-isforzi tagħhom biex jekk ikun meħtieġ jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom ta' ċibersigurtà u ċiberdifiża;
Kooperazzjoni man-NATO
49. Itenni li, abbażi tal-valuri komuni u l-interessi strateġiċi tagħhom, l-UE u n-NATO għandhom ir-responsabbiltà u l-kapaċità speċjali li jindirizzaw l-isfidi marbuta maċ-ċibersigurtà b'mod aktar effiċjenti u f'kooperazzjoni mill-qrib, billi jħarsu lejn punti kumplimentari possibbli, mingħajr ma jkun hemm duplikazzjoni u b'rispett għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.
50. Jenfasizza l-ħtieġa li jakkomunaw u jikkonvidu fuq livell prattiku, minħabba n-natura kumplimentari tal-approċċ tal-UE u tan-NATO għaċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm koordinament eqreb, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-ippjanar, it-teknoloġija, it-taħriġ u t-tagħmir fir-rigward taċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża;
51. Filwaqt li jibnu fuq l-attivitajiet kumplimentari eżistenti fl-iżvilupp tal-kapaċità ta' difiża, iħeġġeġ lill-korpi kollha rilevanti tal-UE li jittrattaw iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża biex japprofondixxu l-kooperazzjoni prattika tagħhom man-NATO bil-għan li jiskambjaw l-esperjenza u jitgħallmu kif jibnu reżistenza għas-sistemi tal-UE;
Kooperazzjoni mal-Istati Uniti
52. Jemmen li l-UE u l-Istati Uniti għandhom ikabbru l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom biex jiġġieldu kontra ċ-ċibertattaki u ċ-ċiberkriminalità, peress li din saret prijorità tar-relazzjoni transatlantika wara s-Summit ta' Lisbona tal-2010 bejn l-UE u l-Istati Uniti;
53. Jilqa' l-ħolqien, fis-Summit bejn l-UE u l-Istati Uniti ta' Novembru 2010, tal-Grupp ta' Ħidma UE-Stati Uniti dwar iċ-Ċibersigurtà u ċ-Ċiberkriminalità, u jappoġġa l-isforzi tiegħu sabiex jinkludi l-kwistjonijiet ta' ċibersigurtà fid-djalogu dwar il-politika transatlantika;
54. Jilqa' t-twaqqif konġunt mill-Kummissjoni u mill-Gvern tal-Istati Uniti, taħt il-kappa tal-Grupp ta' Ħidma UE-Stati Uniti, ta' programm komuni u ta' pjan dwar iċ-ċibereżerċizzji transkontinentali konġunti/sinkronizzati fl-2012/2013; jieħu nota tal-ewwel Ċibereżerċizzju Atlantiku fl-2011;
55. Jenfasizza l-ħtieġa li kemm l-Istati Uniti u kemm l-UE, bħala l-ikbar sorsi kemm ta' ċiberspazju kif ukoll ta' utenti, jaħdmu flimkien għall-protezzjoni tad-drittijijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini tagħhom li jużaw dan l-ispazju; jenfasizza li, waqt is-sigurtà nazzjonali hi objettiv tal-ogħla importanza, għandha mhux biss tiġi garantita s-sigurtà taċ-ċiberspazju iżda għandu wkoll jiġi protett;
o o o
56. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-RGħ/VP, lill-EDA, lill-ENISA u lin-NATO.
Ir-rwol tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni f'każ ta' kriżijiet ikkawżati mill-klima u ta' diżastri naturali
393k
34k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2012 dwar ir-rwol tal-Politika ta’ Sigurtà u ta' Difiża Komuni f'każ ta’ kriżijiet ikkawżati mill-klima u ta' diżastri naturali (2012/2095(INI))
– wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u 43,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 196 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ċivili u l-Artikolu 214 dwar l-għajnuna umanitarja,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet dwar id-Diplomazija tal-UE dwar il-Klima tat-18 ta' Lulju 2011(1),
– wara li kkunsidra d-Dokument Konġunt ta’ Riflessjoni SEAE-COM dwar id-Diplomazija dwar il-Klima tad-9 ta' Lulju 2011(2),
– wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-2008 ppreżentat mir-Rappreżentant Għoli s-Sur Javier Solana u l-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima u s-Sigurtà Internazzjonali u r-rakkomandazzjonijiet li segwew ir-rapport(3),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bit-titolu 'Għal forza Ewropea ta' protezzjoni ċivili: Għajnuna mill-Ewropa' ta' Mejju 2006,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2007 li tistabbilixxi Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili(4), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn rispons Ewropew aktar b'saħħtu għal diżastri li jseħħu: ir-rwol tal-protezzjoni ċivili u l-assistenza umanitarja” tas-26 ta' Ottubru 2010 (COM(2010)0600) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011(5),
– wara li kkunsidra l-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni tal-Protezzjoni Ċivili tal-20 ta' Diċembru 2011 (COM(2011)0934),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2008 dwar l-Unjoni Ewropea u r-Reġjun tal-Artiku (COM(2008)0763) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2011 dwar il-politika tal-UE sostenibbli għat-Tramuntana Estrema(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur tad-difiża fl-Istati Membri tal-UE(7),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-konferenza ta' Berlin ta' Ottubru 2011 bit-titolu “Minn negozjati dwar il-klima għal diplomazija Klimatika” u tal-Konferenza ta' Londra ta' Marzu 2012 intitolata “Djalogu tas-seklu 21 dwar il-Klima u s-Sigurtà”,
– wara li kkunsiddra l-istqarrija tal-presidenza tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU ta’ Lulju 2011 dwar it-Tibdil fil-Klima u s-Sigurtà Internazzjonali(8),
– wara li kkunsidra r-rapporti tal-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2011 u tal-2012 bl-isem 'Sigurtà għall-għajxien: Tibdil fil-klima, kunflitt u migrazzjoni fis-Sahel’(9),
– wara li kkunsidra d-dokumenti tan-NU dwar is-Sigurtà tal-Bniedem u dwar ir-Responsabbiltà ta' protezzjoni(10),
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida tan-NU dwar l-Użu tar-Riżorsi Militari u tal-Protezzjoni Ċivili Barranin f'Salvataġġ f'każ ta' Diżastru“ (il-Linji gwida Oslo)(11) u l-Linji gwida dwar l-Użu tar-Riżorsi Militari u tal-Protezzjoni Ċivili Barranin għas-Sostenn ta' Attivitajiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti f'Sitwazzjonijiet ta' Emerġenza Kumplessi” (Linji Gwida MCDA),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (SEC(2007)0781, SEC(2007)0782, COM(2007)0317) u d-Dikjarazzjoni konġunta ''Lejn Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja''(12),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0349/2012)
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Jinnota l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq is-sigurtà globali, il-paċi u l-istabilità;
2. Jiddispjaċih li, fl-aħħar erba' snin, il-kwistjoni tat-tibdil fil-klima bħala l-akbar theddida għas-sigurtà globali ġiet superata fid-dibattitu pubbliku mill-kriżi ekonomika u finanzjarja, li tikkostitwixxi wkoll theddida globali immedjata;
3. Iqis li ż-żieda f'avvenimenti estremi tat-temp f'dawn l-aħħar snin tirrappreżenta spiża li qiegħda tiskala għall-ekonomija globali, mhux biss għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw iżda wkoll għall-ekonomija dinjija, kemm bħala spiża diretta f’termini ta’ bini mill-ġdid u għajnuna kif ukoll bħala spiża indiretta f’termini ta’ żidiet fl-assigurazzjoni u fil-prezzijiet tal-prodotti u s-servizzi; jenfasizza li dawn l-avvenimenti jirrappreżentaw ukoll aggravar tat-theddid għall-paċi internazzjonali u għas-sigurtà tal-bniedem;
4. Jinnota li d-diżastri naturali, aggravati mit-tibdil fil-klima, huma destabbilizzanti ħafna, partikolarment għal stati vulnerabbli; jinnota, madankollu, li s'issa ebda każ ta' kunflitt ma jista' jiġi attribwit esklussivament għat-tibdil fil-klima; jenfasizza li l-popolazzjonijiet li l-aċċess tagħhom għall-ilma ħelu u għall-prodotti tal-ikel qed jeħżien minħabba d-diżastri naturali aggravati bit-tibdil fil-klima huma sfurzati li jimmigraw, u b’hekk qed iġebbdu ż-żejjed il-kapaċitajiet ekonomiċi, soċjali u amministrattivi ta’ reġjuni li diġà huma fraġli jew ta’ stati li qegħdin ifallu u konsegwentement joħolqu kunflitt u impatt negattiv fuq is-sigurtà ġenerali; ifakkar li dawn l-avvenimenti joħolqu kompetizzjoni bejn il-komunitajiet u l-pajjiżi minħabba riżorsi skarsi;
5. Jirrikonoxxi li kriżijiet kumplessi jistgħu jiġu mbassra u għandhom jiġu evitati bl-applikazzjoni ta’ approċċ komprensiv li jinkludi oqsma ta’ politika li jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti eżistenti fi ħdan il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK), il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK), u l-politiki għall-għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp; jinnota wkoll li n-NATO kienet fil-qalba tal-ewwel reazzjoni internazzjonali għal sfidi ta' sigurtà ambjentali fl-2004, meta l-Alleanza ssieħbet ma' ħames aġenziji internazzjonali(13) oħra biex jiffurmaw l-Inizjattiva għall-Ambjent u s-Sigurtà (ENVSEC) biex jindirizzaw kwistjonijiet ambjentali li jheddu s-sigurtà fir-reġjuni vulnerabbli;
6. Jirrikonoxxi l-importanza ta' infrastruttura kritika li tipprovdi appoġġ għall-PSDK;
7. Jirrikonoxxi li, filwaqt li jista' jkun pożittiv li t-Tibdil fil-Klima jiġi indirizzat permezz ta' rabta ta' sigurtà, dan hu biss element wieħed tal-azzjoni tal-UE dwar it-tibdil fil-klima li jipprova juża strumenti politiċi u ekonomiċi li jtaffu u li jadattaw għat-tibdil fil-klima;
8. Jirrimarka li fl-istrateġiji, il-politiki u l-istrumenti ta' azzjoni esterni tagħha, l-UE għandha tqis l-effetti ta' diżastri naturali u tat-tibdil fil-klima fuq is-sigurtà internazzjonali; ifakkar, barra minn hekk, li b'rabta kemm mad-diżastri naturali kif ukoll ma' diżastri oħra, huwa importanti li tingħata attenzjoni speċjali lin-nisa u t-tfal, li huma partikolarment vulnerabbli fi kriżijiet;
9. Ifakkar, f'dan ir-rigward, fil-mandat tal-Kummissjoni għal għajnuna umanitarja u l-protezzjoni ċivili u jenfasizza l-ħtieġa li jkomplu jiġu żviluppati u msaħħa l-istrumenti eżistenti;
10. Itenni l-importanza ta' Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri f'dan ir-rigward, biex jitnaqqas l-impatt tal-kriżijiet fuq popolazzjonijiet vulnerabbli;
11. Jinnota li huwa essenzjali li l-analiżi tal-impatt ta' diżastri naturali kkawżati mit-tibdil fil-klima, u d-diżastri naturali sussegwenti, tiġi integrata fi strateġiji u pjanijiet operattivi tal-PSDK, qabel, waqt u wara kwalunkwe kriżi naturali jew umanitarja li tista' tinqala', u għandhom jinħolqu pjanijiet ta' riżerva għall-mitigazzjoni mmirati għal dawk ir-reġjuni li jinsabu fl-ikbar riskju, filwaqt li jkunu rispettati l-prinċipji umanitarji stipulati fit-Trattat ta' Lisbona; jitlob ukoll għal kooperazzjoni prattika, bħal eżerċizzji ta' kooperazzjoni;
12. Jenfasizza li l-ħolqien ta' reazzjoni effikaċi għall-implikazzjonijiet ta' sigurtà tat-tibdil fil-klima mhux talli għandha ssaħħaħ il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-ġestjoni tal-kriżijiet iżda għandha ttejjeb ukoll l-analiżi u l-kapaċitajiet ta' twissija bikrija;
13. Ifakkar li t-Trattat ta’ Lisbona jeħtieġ li l-Unjoni tiżviluppa kapaċitajiet ċivili u militari għall-ġestjoni ta’ kriżijiet internazzjonali fuq il-firxa sħiħa ta’ kompiti elenkati fl-Artikolu 43 tiegħu, b’mod partikolari l-kompiti għall-prevenzjoni tal-kunflitti, dawk umanitarji u ta’ salvataġġ, ta’ pariri militari u kompiti ta' assistenza, ta' żamma tal-paċi u ta’ stabbilizzazzjoni wara l-kunflitt; fl-istess ħin, huwa tal-fehma li l-irduppjar ta' strumenti għandu jiġi evitat u li għandha ssir distinzjoni ċara bejn l-istrumenti li jaqgħu fl-ambitu tal-PSDK u dawk li jmorru lil hinn minnu, skont l-Artikoli 196 u 214 tat-TFUE; ifakkar ukoll fil-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe tip ta' rduppjar ta' strumenti stabbiliti sew għall-għajnuna umanitarja u l-protezzjoni ċivili li jmorru lil hinn mill-kompetenza tal-PSDK;
14. Jirrikonoxxi li l-istrutturi militari għandhom kapaċitajiet u assi fl-intelliġenza ambjentali, fil-valutazzjoni tar-riskju, fl-għajnuna umanitarja, fis-sostenn u l-evakwazzjoni f'każ ta' diżastru, li lkoll għandhom rwol kruċjali xi jwettqu fit-twissija bikrija, fil-ġestjoni tal-kriżjiet relatati mal-klima u mar-reazzjoni għal diżastru;
15. Jinnota li t-Trattat ta’ Lisbona introduċa dispożizzjonijiet ġodda (l-Artikoli 21-23, 27, 39, 41(3), 43-46 TUE), b'mod partikolari dawk relatati mal-fond ta’ tnedija fl-Artikolu 41(3), u li dawn għad iridu jiġu implimentati;
16. Jinnota li l-UE għandha tkompli tikkomunika man-NU, mal-Unjoni Afrikana (UA) u mal-OSKE, inkluż fil-kuntest ta' ENVSEC sabiex tikkondividwi l-analiżi u tindirizza b'mod kooperattiv l-isfidi tat-tibdil fil-klima;
17. Jenfasizza l-valur ta' sinerġiji ċivili-militari waqt kriżijiet bħal dawk ta' Ħaiti, il-Pakistan u New Orleans; huwa tal-fehma li dawn is-sinerġiji xehdu kif il-forzi militari jistgħu jipprovdu kontribut siewi għall-kriżijiet u d-diżastri naturali kkawżati mill-klima billi jipprovdu assistenza diretta u f'waqtha lil żoni u popolazzjonijiet li ntlaqtu ħażin;
18. Jilqa’ l-fatt li t-tibdil fil-klima sar aktar u aktar ċentrali fid-dibattitu dwar is-sigurtà globali, b'mod partikolari sa mill-2007 meta l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU iddibatta għall-ewwel darba dwar it-tibdil fil-klima u l-implikazzjonijiet tiegħu għas-sigurtà internazzjonali; approva l-isforzi tal-UE u tal-gvernijiet tal-Istati Membri tagħha biex iqajmu din il-kwistjoni fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU f’Lulju 2011 u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar id-Diplomazija dwar il-Klima;
Il-bżonn ta’ rieda u azzjoni politika
19. Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/HR), bħala dik responsabbli għall-kondotta tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni tal-Unjoni, sabiex:
a)
kull fejn meħtieġ, tqis it-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali u l-implikazzjonijiet tagħhom għas-sigurtà u d-difiża fl-analiżi tar-riskji u t-theddid għal kunflitti;
b)
tevalwa liema pajjiżi u/jew reġjuni jinsabu potenzjalment fl-akbar riskju ta' kunflitt u instabilità b’riżultat tat-tibdil fil-klima u ta' diżastri naturali; tagħmel lista ta' tali pajjiżi/reġjuni; tipprovdi, bħala parti mir-rapporti annwali tal-PESK, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u l-istrumenti tal-UE mmirati biex jindirizzaw dawn l-isfidi fil-pajjiżi/reġjuni elenkati;
c)
issaħħaħ il-kapaċità prattika tal-UE biex tiżgura l-prevenzjoni tal-kunflitt, il-ġestjoni tal-kriżi u r-rikostruzzjoni ta' wara l-kriżi; tikkoordina mill-qrib mal-Kummissjoni l-isforzi u l-politika tal-iżvilupp tal-UE dwar il-ħtieġa li tingħata l-għajnuna lil pajjiżi sħab fejn tidħol reżiljenza kontra t-tibdil fil-klima u dimensjonijiet oħra tal-adattament għat-tibdil fil-klima;
d)
tadatta, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, l-ippjanar fit-tul tal-UE tal-kapaċitajiet ċivili u militari kif xieraq;
20. Jikkunsidra li l-UE għandha tressaq lista ta' sfidi li tiffaċċja f'żoni bħall-Artiku, l-Afrika, id-Dinja Għarbija u l-Ħimalajas u l-Plateau Tibetana (“it-Tielet Pol”), b'mod partikolari l-potenzjal għal kunflitti dwar il-provvisti tal-ilma,
21. Jenfasizza l-importanza li titkompla u tissaħħaħ l-għajnuna umanitarja u l-għajnuna tal-iżvilupp tal-UE mmirata lejn l-adattament, il-mitigazzjoni, ir-reazzjoni, ir-reżiljenza, is-sostenn u l-iżvilupp wara xi kriżi fir-rigward ta' diżastri naturali u kriżijiet kkawżati mill-klima; jinnota l-importanza ta' inizjattivi bħat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri u t-tgħaqqid tal-għajnuna, ir-rikostruzzjoni u l-iżvilupp, u jistieden lill-Kummissjoni tintegra dawn il-programmi u azzjonijiet fl-għajnuna umanitarja tagħha u speċjalment fl-għajnuna għall-iżvilupp tagħha; jilqa' r-rwol akbar propost għall-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, speċjalment 'il barra mill-Unjoni Ewropea;
22. Jilqa' l-Inizjattiva Ambjent u Sigurtà (ENVSEC) mill-UNDP, l-UNEP, l-OSKE, in-NATO, l-UNECE u r-REC(14) li għandha l-għan li tindirizza l-isfidi marbuta mas-sigurtà tal-bniedem u l-ambjent naturali billi toffri lill-pajjiżi fl-Asja Ċentrali, il-Kawkasu u l-Ewropa tax-Xlokk il-kompetenza u r-riżorsi kollettivi tagħhom miġbura flimkien; jinnota li l-prestazzjoni ġenerali ta' ENVSEC għadha limitata iżda li s'issa din serviet bħala strument importanti għall-koordinament istituzzjonali u bħala punt ta' dħul għall-iffaċilitar ta' proċessi ta' integrazzjoni;
23. Jenfasizza li l-UE għandha taħdem mar-reġjuni ewlenin li jinsabu f'riskju u mal-istati l-aktar vulnerabbli, sabiex issaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jlaħħqu mas-sitwazzjoni; jenfasizza li l-UE tista' tkompli tintegra l-adattament u r-reżistenza għat-tibdil fil-klima fl-istrateġiji reġjonali tal-UE(pereżempju l-Istrateġija bejn l-UE u l-Afrika, il-Proċess ta' Barċellona, is-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed, l-istrateġija bejn l-UE-u l-Asja Ċentrali u l-pjan ta' azzjoni għal-Lvant Nofsani);
24. Jistieden lill-VP/HR u lill-Kummissjoni jintegraw l-effetti potenzjali tat-tibdil fil-klima fuq is-sigurtà fl-istrateġiji l-aktar importanti, fid-dokumenti ta' politika u fl-istrumenti finanzjarji ta' azzjoni esterna u l-PSDK;
25. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-sigurtà tal-enerġija hi marbuta mill-qrib mat-tibdil fil-klima; iqis li s-sigurtà tal-enerġija għandha titjieb billi titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq il-karburanti fossili bħal dawk li jiġu importati mir-Russja permezz ta' sistemi ta' katusi; ifakkar li dawn is-sistemi ta' katusi huma vulnerabbli għal dannu mis-silġ li jkun qed idub u jenfasizza li t-trasformazzjoni tal-Artiku tirrappreżenta effett ewlieni tat-tibdil tal-klima fuq is-sigurtà tal-UE; jenfasizza l-bżonn li dan ir-riskju multiplikatur jiġi indirizzat permezz ta' strateġija tal-UE għall-Artiku, u permezz ta' politika msaħħa dwar l-enerġiji minn sorsi rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika tal-UE li tnaqqas b'mod sinifikanti l-affidament tal-Unjoni fuq sorsi esterni u b'hekk ittejjeb il-pożizzjoni ta' sigurtà tagħha;
26. Jistieden lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) u lill-forzi armati tal-Istati Membri biex jiżviluppaw teknoloġiji ekoloġiċi u konxji mill-effiċjenza enerġetika, li jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal offrut minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli;
27. Jilqa’ l-isforzi riċenti għat-tisħiħ tal-koordinament bejn in-NATO u l-UE fil-qasam tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet; jirrikonoxxi l-bżonn urġenti li jiġu identifikati l-vantaġġi reċiproċi tal-kooperazzjoni filwaqt li jiġu rrispettati r-responsabbiltajiet speċifiċi taż-żewġ organizzazzjonijiet; jenfasizza l-bżonn li jinstabu u jinħolqu sinerġiji fejn jidħlu proġetti ta’ 'akkomunament u kondiviżjoni' u proġetti ta’ “difiża intelliġenti’ (NATO) li jistgħu jiġu implimentati b'rispons f'każ ta' diżastru naturali u ta' kriżijiet kkawżati mill-klima;
28. Jistieden lill-VP/HR, bħala materja tal-ikbar urġenza, tuża l-potenzjal sħiħ tat-Trattat ta’ Lisbona biex tressaq proposti għall-implimentazzjoni tal-fond ta’ tnedija (l-Artikolu 41(3)TUE) fir-rigward tal-possibbilità ta’ proġetti futuri ta’ akkomunament u kondiviżjoni, ta’ kapaċitajiet konġunti u ta' ġabra ta' tagħmir konġunta u permanenti għal operazzjonijiet f'każ ta' kriżi ċivili;
Il-bżonn ta’ spirtu ġdid: sfidi strateġiċi u kunċettwali
29. Jinnota li l-impatt negattiv tat-tibdil fil-klima u tad-diżastri naturali fuq il-paċi, is-sigurtà u l-istabilità jista' jiġi integrat fid-dokumenti strateġiċi kollha tal-PESK/PSDK li jservu bħala linji gwida għall-ippjanar u t-twettiq ta’ politiki u missjonijiet individwali;
30. Jinnota li kapaċitajiet bikrija ta' evalwazzjoni u ġbir ta' informazzjoni għandhom jiżguraw li l-UE tirreaġixxi għall-kriżijiet bl-użu tal-aktar mezzi xierqa disponibbli, bil-mobilizzazzjoni fil-pront ta' timijiet multidixxiplinarji, li jkunu magħmulin minn esperti ċivili, militari u esperti ċivili-militari;
31. Jenfasizza li l-aċċess tal-UE għal analiżi preċiża u f'waqtha se jkun kruċjali biex ikun hemm reazzjoni għal u biex titbassar l-insigurtà fir-rigward tat-tibdil fil-klima, bil-kapaċitajiet PSDK iservu ta' sors ta' informazzjoni tajba f'dan il-każ; l-UE għandha tieħu passi biex tkompli tiżviluppa l-kapaċitajiet għall-ġbir tad-data u l-analiżi ta' informazzjoni permezz ta' strutturi bħad-Delegazzjonijiet tal-UE, iċ-Ċentru Satellitari tal-UE u ċ-Ċentru tas-Sitwazzjoni tal-UE;
32. Iqis li t-twissija bikrija u l-azzjoni preventiva bikrija fir-rigward tal-konsegwenzi negattivi tat-tibdil fil-klima u tad-diżastri naturali jiddependu fuq riżorsi umani u metodoloġija adegwati fir-rigward tal-ġbir u l-analiżi tad-data; jinnota li l-unitajiet tas-SEAE rilevanti li jittrattaw is-sigurtà u s-servizzi tal-Kummissjoni relevanti u l-uffiċċji ġeografiċi għandhom jintegraw l-analiżi tal-impatt tad-diżastri naturali fuq is-sigurtà internazzjonali u l-istabbiltà politika fil-ħidma tagħhom; jirrakkomanda t-taħriġ tal-persunal tas-SEAE u tal-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-impatt tad-diżastri naturali fuq l-iżvilupp tal-kriżijiet u l-istabilità u s-sigurtà politika; jitlob għall-iżvilupp ta’ kriterji komuni għall-analiżi, il-valutazzjoni tar-riskju u l-istabbiliment ta’ sistema ta’ twissija konġunta;
33. Jinkoraġġixxi lill-korpi tas-SEAE u tal-Kummissjoni jsaħħu l-kordinament tal-analiżi ta' sitwazzjoni u tal-ippjanar ta' politika, u l-iskambju sistematiku ta' informazzjoni, fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mat-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali; iħeġġeġ lill-korpi rilevanti tas-SEAE jagħmlu użu minn mezzi ta’ komunikazzjoni u ta' skambju ta’ informazzjoni mal-korpi rilevanti tal-Kummissjoni, b’mod partikolari l-ECHO, iżda wkoll ma' aġenziji tan-NU u l-programmi, kif ukoll man-NATO; jiġbed l-attenzjoni li l-istrutturi ċivili u militari li għandhom il-kompitu li jirreaġixxu għall-kriżijiet u d-diżastri naturali kkawżati mit-tibdil fil-klima għandhom jikkoperaw mill-qrib mal-organizzazzjonijiet kollha tas-soċjetà ċivili, umanitarji u non-governattivi;
34. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa pjanijiet ta' kontinġenza għal rispons tal-UE għall-effetti ta' diżastri naturali u l-kriżijiet kkawżati mill-klima li jseħħu 'l barra mill-Unjoni u li jkollhom implikazzjonijiet ta' sigurtà diretti jew indiretti fuq l-Unjoni (eż. il-migrazzjoni kkawżata mill-klima);
35. Jilqa' b'sodisfazzjon kbir il-passi meħuda fl-2011 fil-livell tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE tul il-Presidenza Pollakka, u fil-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU tul il-Presidenza Ġermaniża, biex tiġi approfondita l-interazzjoni bejn it-tibdil fil-klima u l-implikazzjonijiet għas-sigurtà tagħha;
36. Iqis li d-dokumenti ewlenin tal-politika tal-PSDK jistgħu jiġu adattati u mmodifikati fir-rigward tal-implikazzjonijiet tat-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali, inkluż il-Kunċett tal-UE għall-Ippjanar Militari fil-livell Politiku u Strateġiku(15), il-Kunċett tal-UE għall-Kmand u l-Kontroll Militari(16), il-Kunċett tal-UE għall-Ġenerazzjoni tal-Forza(17) u l-Kunċett tal-UE għal Rispons Rapidu Militari(18), kif ukoll dawk id-dokumenti li huma rilevanti għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK bħall-kunċett tal-UE għall-Ippjanar Komprensiv, il-Kunċett tal-UE għall-Ippjanar tal-Pulizija u l-Linji Gwida għall-Istruttura tal-Kmand u l-Kontroll għall-Operazzjonijiet Ċivili tal-UE fil-Ġestjoni tal-Kriżijiet(19);
37. Huwa tal-fehma li l-kapaċitajiet ċivili u militari għandhom jiġu żviluppati b'tali mod li jippermettu l-mobilizzazzjoni tagħhom b'reazzjoni għal diżastri naturali u għal kriżijiet ikkawżati mill-klima; jemmen li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-iżvilupp ta’ kapaċitajiet militari u b’mod partikolari lill-proċess ta’ akkomunament u kondiviżjoni; jitlob li l-EDA jkollha rwol akbar fil-kwistjoni;
Il-bżonn għal kreattività istituzzjonali: strumenti u kapaċitajiet
38. Itenni li reazzjonijiet effettivi għall-kriżijiet bħal diżastri naturali ta' spiss jeħtieġu li jkunu kapaċi jużaw kemm kapaċitajiet ċivili u dawk militari u li tenħtieġ kooperazzjoni eqreb bejn dawn iż-żewġ assi; ifakkar li huwa essenzjali li jiġu ddefiniti l-kapaċitajiet u l-lakuni speċifiċi għal oqsma partikolari fejn il-kapaċità militari tista' tipprovdi valur miżjud;
39. Jenfasizza l-bżonn li tiġi elaborata l-lista speċifika ta’ kapaċitajiet militari u ċivili tal-PSDK li għandhom rilevanza speċjali biex jirreaġixxu għat-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali u fil-missjonijiet tal-PSDK; jenfasizza, li meta titfassal din il-lista, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ħidma tal-Grupp Konsultattiv dwar l-Użu ta' Riżorsi ta' Difiża Militari u Ċivili; jinnota li dawn ir-riżorsi jinkludu, inter alia, il-kapaċitajiet tal-inġinerija bħall-kostruzzjoni u l-operazzjoni ad hoc ta' infrastruttura tal-portijiet/ajruporti, il-ġestjoni operattiva u t-trasport bl-ajru u bil-baħar, sptarijiet mobbli li jinkludu l-kura intensiva, infrastruttura ta' komunikazzjoni, il-purifikazzjoni tal-ilma u l-ġestjoni tal-fjuwil; jistieden lill-Kunsill u lill-EDA, bħala parti mir-reviżjoni tal-2013 tal-programm tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet, jirrikonċiljaw il-katalgi attwali tal-kapaċitajiet ċivili u militari ma’ dawk meħtieġa sabiex jilqgħu għall-isfidi tat-tibdil fil-klima u jressqu l-proposti meħtieġa biex jirrimedjaw kwalunkwe nuqqasijiet eżistenti f’dawk il-katalgi;
40. Jenfasizza l-bżonn li tiġi esplorata, fuq il-bażi tal-kapaċitajiet eżistenti diġà bħall-Gruppi ta’ Battalja tal-UE u l-Kmand tat-Trasport bl-Ajru Ewropew, il-possibilità li jinħolqu aktar kapaċitajiet konġunti li huma rilevanti għall-operazzjonijiet ta' reazzjoni għall-impatt tat-tibdil fil-klima jew tad-diżastri naturali;
41. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu esplorati modi biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u l-ġestjoni ambjentali fi ħdan il-forzi armati fil-pajjiż u barra mill-pajjiż, billi jiġi sfruttat fost affarijiet oħra, il-potenzjal offrut minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli; ifakkar li l-forzi armati ta' Stat Membru tal-UE jikkonsma l-enerġija ta' belt Ewropea kbira, u li għaldaqstant l-istrutturi militari għandhom ukoll ikunu innovattivi fit-tnaqqis tal-impronta ekoloġika tagħhom; jilqa' r-rapport “Greening the Blue Helmets: l-Ambjent, ir-Riżorsi Naturali, u l-Operazzjonijiet tan-NU għaż-żamma tal-Paċi” rilaxxat f'Mejju 2012 mill-UNEP, id-Dipartiment tal-Operazzjonijiet taż-Żamma tal-Paċi tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDPKO) u d-Dipartiment tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Sostenn fuq il-Post (UNDFS); jinnota l-fatt li, għal diversi snin, il-forzi armati tal-Istati Uniti(20) fittxew b'mod attiv li jżidu l-indipendenza enerġetika tagħhom permezz ta' sorsi ta' enerġija sostenibbli u permezz ta' żieda fl-effiċjenza enerġetika fl-operazzjonijiet u l-infrastruttura militari kollha; jilqa', f'dan ir-rigward, il-proġett riċenti tal-EDA, GO GREEN, immirat biex ittejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza enerġetika u l-użu ta' sorsi ta 'enerġija rinnovabbli; jenfasizza l-ħtieġa wkoll li jiġu żviluppati linji gwida għall-aħjar prattiki fil-qasam tal-effiċjenza tar-riżorsi u l-monitoraġġ tal-ġestjoni ambjentali għall-missjonijiet tal-PSDK;
42. Jenfasizza l-bżonn ukoll li l-iżviluppi usa’ fil-qasam tal-Bażi Industrijali tad-Difiża Ewropea jinġiebu f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tal-kriżijiet u d-diżastri naturali kkaġunati mill-klima; jitlob it-tisħiħ tar-rwol tal-EDA f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Militari tal-UE f’dan il-proċess; jitlob liż-żewġ korpi tal-PSDK jassiguraw li l-programmi ta’ akkwist u l-programmi ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet jiddedikaw mezzi finanzjarji adegwati kif ukoll riżorsi oħra għall-bżonnijiet speċifiċi ta' reazzjoni għat-tibdil fil-klima u ta' diżastri naturali;
43. Jistieden lill-militar jerfgħa r-responsabilitajiet tiegħu fil-qasam tas-sostenibbiltà ambjentali u lill-esperti tekniċi biex isibu mezzi għal azzjoni favur l-ambjent, mit-tnaqqis ta' emissjonijiet sat-titjib fir-riċiklaġġ;
44. Jenfasizza l-ħtieġa li jinżamm u jissaħħaħ aktar approċċ komprensiv fi ħdan il-kuntest tal-perspettiva finanzjarja pluriennali li jmiss għall-2014-2020 sabiex jittaffew u ssir reazzjoni għad-diżastri naturali u għall-kriżijiet kkawżati mill-klima, permezz tal-użu tal-istrumenti kollha relevanti għad-dispożizzjoni tal-Unjoni; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal Strument ta’ Stabbiltà mġedded, li diġà jqis l-impatt negattiv tat-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali fuq is-sigurtà, il-paċi u l-istabbiltà politika;
45. Jitlob li l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' tali proposti jiġu identifikati u jiġu kkunsidrati wkoll fir-rieżami tal-baġit tal-UE;
46. Jistieden lill-HR/VP tibgħat esperti dwar is-sigurtà tal-klima lid-Delegazzjonijiet tal-UE tal-pajjiżi u r-reġjuni l-aktar affettwati sabiex isaħħu l-kapaċità tal-Unjoni fir-rigward tat-twissijiet bikrija u l-informazzjoni dwar kunflitti possibbli li jistgħu jinqalgħu;
47. Jistieden lis-SEAE biex isaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-Unjoni u l-istati ġirien tagħha fil-qasam tal-iżvilupp tal-kapaċità għal rispons fil-konfront ta' kriżijiet ikkawżati mill-klima;
48. Jistieden lis-SEAE jippromwovi l-kunsiderazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-aspetti tal-ħarsien ambjentali fl-ippjanar u l-implimentazzjoni militari, operazzjonijiet ċivili-militari u operazzjonijiet ċivili madwar id-dinja;
49. Jilqa’ l-idea tal-ħolqien ta' kariga għal mibgħut speċjali tan-NU għas-sigurtà;
50. Jitlob għall-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' koordinazzjoni bejn l-UE kollha u dawk l-Istati Membri li fil-futur jistgħu jaġixxu skont id-dispożizzjonijiet ta’ kooperazzjoni strutturata permanenti sabiex jassiguraw il-konsistenza tal-azzjonijiet tagħhom mal-approċċ komprensiv tal-UE f’dan il-qasam;
51. Huwa tal-fehma li l-istudji dwar l-impatt tad-diżastri naturali u tal-kriżijiet ikkawżati mill-klima fuq is-sigurtà internazzjonali u Ewropea għandhom jiġu inklużi fil-kurrikulu tal-Kulleġġ Ewropew għad-Difiża u s-Sigurtà;
52. Jistieden lill-UE teżamina l-implikazzjonijiet ta' sigurtà tat-tibdil fil-klima fid-djalogu ma' pajjiżi terzi, speċjalment ma' sħab ewlenin bħall-Indja, iċ-Ċina u r-Russja; jenfasizza li reazzjoni tassew effettiva se teħtieġ approċċ multilaterali u investiment konġunt ma' pajjiżi terzi u li l-UE tista' tibni kooperazzjoni mal-militar ta' pajjiżi terzi permezz ta' missjonijiet ta' żvilupp u taħriġ konġunti;
o o o
53. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, lill-Assemblea Ġenerali tan-NU u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU.
Il-paragrafi 138 u 139 tad-Dokument dwar ir-Riżultati tas-Summit Dinji tan-NU tal-2005, ir-riżoluzzjoni ta’ April 2006 S/RES/1674) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, ir-rapport mis-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon dwar “l-Implimentazzjoni tar-Responsabbiltà ta’ Protezzjoni’ tal-15 ta’ Settembru 2009 u r-Riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar ir- responsabbiltà ta’ protezzjoni (A/RES/63/308) tas-7 ta' Ottubru 2009
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (2008/C 25/01)
Il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), il-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP), l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) u ċ-Ċentru għall-Ambjent Reġjonali għall-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant (REC)
Il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), il-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP), l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) u ċ-Ċentru għall-Ambjent Reġjonali għall-Ewropa Ċentrali u Ewropa tal-Lvant (REC)
Powering America’s Defence: Energy and the Risks to National Security, May 2009. http://www.cna.org/sites/default/files/Powering%20Americas%20Defense.pdf
Rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar in-negozjati għal ftehim imsaħħaħ ta' sħubija u kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kazakistan
339k
37k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2012 li fih ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar in-negozjati għal ftehim imsaħħaħ ta' sħubija u kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kazakistan (2012/2153(INI))
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Kazakistan, min-naħa l-oħra, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999(1),
– wara li kkunsidra n-negozjati awtorizzati mill-Kunsill fl-24 ta' Mejju 2011 u li fetħu fi Brussell f'Ġunju 2011 dwar il-Ftehim imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kazakistan,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-Kazakistan, b'mod partikolari dik tal-15 ta' Marzu 2012(2) u dik tas-17 ta' Settembru 2009 dwar il-każ ta' Yevgeny Zhovtis(3) u dik tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-Jum Dinji kontra l-piena kapitali(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali(5),
– wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għal Sħubija Ġdida mal-Asja Ċentrali: “L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għal Sħubija Ġdida mal-Asja Ċentrali”, adottata mill-Kunsill Ewropew fil-21-22 ta’ Ġunju 2007, u r-rapporti ta' progress tal-24 ta' Ġunju 2008 u t-28 ta' Ġunju 2010,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-UE dwar il-Kazakistan fil-Kunsill Permanenti tal-OSKE tat-3 ta' Novembru u tat-22 ta' Diċembru 2011, u tad-19 ta' Jannar, is-26 ta' Jannar u d-9 ta' Frar 2012, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-UE Catherine Ashton tas-17 ta' Diċembru 2011 dwar dak li seħħ fid-distrett ta' Zhanaozen u tal-15 ta' Jannar 2012 dwar l-elezzjonijiet parlamentari fil-Kazakistan (magħmula fis-17 ta' Jannar 2012),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-riżultati u l-konklużjonijiet preliminari tal-missjoni ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet parlamentari tal-15 ta' Jannar 2012, immexxija mill-OSKE/ODIHR,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant tal-OSKE dwar il-Libertà tal-Midja tal-25 ta' Jannar 2012 dwar is-sitwazzjoni tal-midja fil-Kazakistan,
– wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni stipulati fl-Artikolu 21 TUE, u l-proċedura għall-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali stipulata fl-Artikolu 218 TFUE,
– wara li kkunsidra l-impenji meħuda mir-Rappreżentant Għoli fl-ittri tagħha tal-24 ta' Novembru 2011 u tal-11 ta' Mejju 2012 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-FSK bejn l-UE u t-Turkmenistan u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-paragrafu 23 tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2012 dwar id-19-il Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU(6),
– wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku l-ġdid tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija adottat mill-ministri barranin tal-UE u l-konklużjonijiet adottati tul it-3179 laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-25 ta' Ġunju 2012.
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni lill-Parlament Ewropew dwar il-Kazakistan f'isem ir-Rappreżentant Għoli, Catherine Ashton, imwassla mill-Ministru Daniż għall-Affarijiet Barranin, Villy Søvndal, fl-14 ta' Marzu 2012 (A 122/12),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 90(4) u 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0355/2012),
A. billi l-UE u l-Kazakistan jaspiraw għal relazzjonijiet aktar profondi u usa' ma' xulxin; billi n-nies fl-UE u fil-Kazakistan għandhom jibbenefikaw b'mod reċiproku minn kooperazzjoni aktar mill-qrib; billi l-konklużjoni tan-negozjati tal-FSK il-ġdid, għandha tipprovdi qafas komprensiv għal kooperazzjoni msaħħa abbażi tad-drittijiet tal-bniedem u demokratiċi, kif ukoll opportunitajiet għall-iżvilupp soċjoekonomiku b'mod partikolariu għar-riformi politiċi u ekonomiċi meħtieġa; billi l-iżvilupp soċjali u dak ekonomiku huma interkonnessi mill-qrib;
B. billi minkejja li s-sospensjoni tal-applikazzjoni ta' kull FSK intużat biss rarament u parzjalment mill-Kunsill, din tibqa' għażla vijabbli f'każ ta' ksur serju u dokumentat tad-drittijiet tal-bniedem;
C. billi l-Kazakistan qeda rwol pożittiv fl-Asja Ċentrali u ħadem biex jiżviluppa relazzjonijiet ta' ġirien tajba mal-pajjiżi li jinsabu mal-fruntiera tiegħu, ikompli l-kooperazzjoni reġjonali u jsolvi l-kwistjonijiet bilaterali kollha b'mod paċifiku;
D. billi l-Parlament Ewropew, sabiex ikun jista' jaqdi l-funzjoni tiegħu ta' skrutinju politiku, għandu bżonn li jkollu l-informazzjoni kollha biex isegwi mill-qrib l-iżviluppi fil-Kazakistan u l-implimentazzjoni tal-FSK, b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tiegħu;
E. billi l-Kazakistan ġie ammess fil-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa; billi waqt in-negozjati għal FSK imsaħħaħ l-UE u l-Każakistan għandhom isibu lingwaġġ komuni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;
F. billi l-Kazakistan kellu l-presidenza tal-OSKE fl-2010; billi l-impenji meħuda biex il-liġi dwar il-midja tinġieb f'konformità mal-istandards internazzjonali, biex jiġu liberalizzati r-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni għall-partiti politiċi sa tmiem l-2008, u biex jiġu inkorporati r-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-OSKE, fil-leġiżlazzjoni dwar l-elezzjonijiet, għadhom ma twettqux;
G. billi, minkejja l-ambizzjoni ddikjarata tal-gvern Kazaki li jsaħħaħ il-proċess demokratiku tal-Kazakistan u li jorganizza elezzjonijiet konformi mal-istandards internazzjonali, l-OSKE kkunsidrat l-elezzjonijiet ġenerali li nżammu fil-15 ta' Jannar 2012 bħala mhux kompletament konformi mal-istandards internazzjonali, b'kunsiderazzjoni tal-irregolaritajiet mifruxa fil-proċess ta' votazzjoni u l-falliment li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq ta' elezzjonijiet realment pluralistiċi;
H. billi wara l-avvenimenti traġiċi ta' Diċembru 2011 f'Zhanaozen, kien hemm partiti fl-oppożizzjoni, midja u trejdunjins indipendenti, attivisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem sfaw il-mira ta' repressjoni, inklużi detenzjonijiet mingħajr ksur bi provi tal-liġi li jistgħu jitqiesu motivati politikament;
I. billi bħalissa għaddej dibattitu miftuħ u kostruttiv bejn il-MPE, ir-rappreżentanti uffiċjali tal-Kazakistan, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-NGOs dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku;
J. billi dan l-aħħar l-awtoritajiet Kazaki għamlu sforzi importanti f'termini ta' kooperazzjoni mal-NGOs fil-Kazakistan tal-Punent biex itejbu s-sitwazzjoni tar-residenti fir-reġjun, u b'mod partikolari tal-ħaddiema fuq strajk;
K. billi 37 persuna tressqu l-qorti fuq akkużi ta' organizzazzjoni jew parteċipazzjoni ta' rvelli tal-massa, u 34 instabu ħatja u, minn dawn, 13 ser jgħaddu żmien il-ħabs, fosthom mexxejja u attivisti prominenti mill-istrajk tal-ħaddiema taż-żejt, inklużi Talgat Saktaganov, Roza Tuletaeva u Maksat Dosmagambetov; billi f'Lulju 2012, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Navi Pillay, wara ż-żjara ta' jumejn li għamlet fil-Kazakistan, stiednet lill-awtoritajiet jawtorizzaw investigazzjoni internazzjonali indipendenti dwar l-avvenimenti ta' Zhanaozen infushom u dwar il-kawżi u l-konsegwenzi tagħhom;
L. billi l-Missjoni ta' Monitoraġġ Internazzjonali tas-Solidarjetà Ċivika, fir-rapport preliminari tagħha, ikkonkludiet li l-proċessi ta' Zhanaozen ma jistgħux jitqiesu bħala konformi mal-istandards għal proċess ġust u l-investigazzjoni tal-avvenimenti ta' Diċembru 2011 la kienet kompluta u lanqas indipendenti; billi l-akkużati u xi xhieda sfaw vittmi ta' ksur serju ta' drittijiethom matul il-fażi ta' qabel il-proċess, inklużi l-allegat użu tat-tortura, iċ-ċaħda ta' aċċess għal avukat, intimidazzjoni u ħolqien ta' provi foloz; billi x-xhieda tal-akkużati waqt il-proċessi rigward trattament ħażin u tortura waqt id-detenzjoni qabel il-proċessi ma ġietx investigata bis-sħiħ, b'mod imparzjali u bir-reqqa, b'mod li jippermetti li l-awturi tar-reati jinżammu responsabbli; billi fis-7 ta’ Ottubru 2012, Aleksandr Bozhenko, xhud tal-ġrajjiet traġiċi f’Zhanaozen, inqatel; ;
M. billi Vladimir Kozlov, il-mexxej tal-partit tal-oppożizzjoni ALGA, instab ħati ta' “inċitament ta' diskordanza soċjali”, “li sejjaħ għat-twaqqigħ bil-forza tal-ordni kostituzzjonali” u “li ħoloq u mexxa' grupp organizzat bil-għan li jwettqu reati kriminali”, u li kien ikkundannat għal seba' snin u nofs ħabs; billi Akzhanat Aminov, ħaddiem taż-żejt minn Zhanaozen, u Serik Sapargali, attivist tas-soċjetà ċivili, ġew ikkundannati għal reati simili u ngħataw sentenzi sospiżi ta' ħames snin u erba' snin rispettivament;
N. billi fis-17 ta' Frar 2012, il-President tal-Kazakistan iffirma bosta liġijiet immirati lejn it-titjib tal-bażi ġuridika għar-relazzjonijiet tax-xogħol, id-drittijiet tal-ħaddiema u d-djalogu soċjali u t-tisħiħ tal-indipendenza tal-ġudikatura; billi minkejja dawn l-isforzi d-dritt tal-individwi li jassoċjaw ruħhom, li jorganizzaw u li jirreġistraw trejdunjins indipendenti, id-dritt ta' negozjar kollettiv u d-dritt tal-istrajk għadhom mhumiex rispettati bis-sħiħ u ma teżisti l-ebda ġudikatura indipendenti; billi l-emendi għall-Kodiċi tax-Xogħol, b'mod partikolari l-Artikoli emendati 55, 74, 266, 287, 289, 303, u 305, jikkostitwixxu rigressjoni serja fil-qasam tar-relazzjonijiet tax-xogħol, id-drittijiet tal-ħaddiema u d-djalogu soċjali u ksur tal-kundizzjonijiet meħtieġa tal-ILO u konvenzjonijiet internazzjonali oħra;
O. billi l-UE hija sieħba kummerċjali ewlenija għall-Kazakistan u l-akbar investitur fil-pajjiż; billi l-Kazakistan esprima x-xewqa tiegħu biċ-ċar li jersaq viċin l-istandards tal-UE u l-mudelli soċjali u ekonomiċi tagħha, u dan jimplika riforma konsistenti tal-Istat u l-amministrazzjoni pubblika Kazaki;
P. billi l-Kazakistan għandu rwol importanti fl-iżgurar tal-istabbilizzazzjoni tar-reġjun u jista' jsir pont bejn l-UE u r-reġjun kollu tal-Asja Ċentrali;
Q. billi l-Kazakistan kiseb riżultati importanti fil-qasam tat-tnaqqis tal-faqar, is-saħħa pubblika u l-edukazzjoni;
R. billi l-UE tiddependi b’mod qawwi fuq l-importazzjoni ta’ fosfat naturali estratt sabiex isostni l-agrikolatura u l-produzzjoni teknika tagħha; billi l-Kazakistan iforni bosta stati b'fosforu abjad u li l-Kummissjoni nediet proċedura antidumping f'Diċembru 2011 kontra l-importazzjoni ta' fosforu abjad mill-Kazakistan;
1. Jilqa' r-rieda politika tal-Kazakistan u l-parteċipazzjoni prattika għat-tisħiħ aktar profond tas-sħubija mal-UE u l-ftuħ tan-negozjati għal ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni (FSK) bejn l-UE u l-Kazakistan;
2. Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li jmiss lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli/Viċi Pesidenti, u jitlobhom:
Dwar il-proċess tan-negozjati
(a)
jiżguraw li l-FSK il-ġdid ikun qafas komprensiv għall-iżvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet, bl-indirizzar tal-oqsma kollha ta' prijorità, inkluż: id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-demokratizzazzjoni; iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni; l-iżvilupp ekonomiku, il-kummerċ u l-investiment; l-enerġija u t-trasport; is-sostenibbiltà ambjentali u l-ilma; u l-ġlieda kontra theddidiet u sfidi komuni;
Id-djalogu u l-kooperazzjoni politika
(b)
jiżguraw li l-impenn tal-UE ikun konformi mal-politiki l-oħrajn tal-Unjoni u li jkun applikat il-prinċipju ta' “aktar għal aktar” b'enfasi partikolari fuq l-appoġġ għal riformi politiċi, ġuridiċi, ekonomiċi u soċjali;
(c)
jaħdmu mill-qrib mill-qrib mal-Kazakistan għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali u għat-titjib tar-relazzjonijiet ta' viċinat fir-reġjun tal-Asja Ċentrali, u jiżguraw li l-FSK jinkludi dispożizzjonijiet għall-kooperazzjoni reġjonali fi ħdan ir-reġjun tal-Asja Ċentrali, ukoll inkluż premezz tal-appoġġ għal miżuri ta' bini tal-fiduċja fejn xieraq, b'mod partikolari f'oqsma bħall-ġestjoni tal-ilma u tar-riżorsi, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-ġlieda kontra l-estremiżmu u kontra t-terroriżmu; jirrakkomanda li din il-kooperazzjoni għandha trawwem skambji ta' esperjenzi utaċċetta r-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
(d)
ifittxu l-appoġġ tal-Kazakistan bil-għan li jiżgura progress rapidu fil-ħolqien ta' Djalogu regolari ta' Sigurtà ta' Livell Għoli bejn l-UE u l-Asja Ċentrali b'format reġjonali, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi u t-theddid komuni;
(e)
jikkooperaw mal-Kazakistan, ma' stati oħrajn tal-Asja Ċentrali kif ukoll ma' atturi lokali, reġjonali u internazzjonali għall-promozzjoni tas-sigurtà u l-iżvilupp fl-Afganistan;
(f)
isaħħu l-azzjoni tal-UE fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-istat tad-dritt, l-ambjent u l-ilma, inter alia permezz tal-istabbiliment ta' pjattaformi ta' appoġġ ġodda u ta' għajnuna mmirata, kif ukoll bl-inklużjoni tal-NGOs lokali u tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili (CSOs) fid-djalogu tal-UE mal-gvern Kazaki f'dawk l-oqsma fejn dan hu xieraq u possibbli; jitlob, minkejja d-diffikultajiet attwali biex jiġu rreġistrati l-NGOs u s-CSOs, dan id-djalogu ma jkunx limitat għal dawk li diġà huma reġistrati uffiċjalment;
(g)
jixprunaw lill-Kazakistan biex jaħdem flimkien mal-ġirien tiegħu sabiex isibu soluzzjoni komuni dwar l-istatut tal-Baħar Kaspju;
(h)
jappoġġaw ir-riformi ta' politika u l-bini tal-kapaċitajiet istituzzjonali permezz ta' assistenza teknika mmirata (skambju ta' esperti);
Drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali
(i)
jiżgura li l-FSK jinkorpora klawżoli u punti ta' riferiment relatati mal-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li huma minquxa fil-Kostituzzjoni tal-Kazakistan, biex jinsilet kemm jista' jkun mill-istandards stipulati mill-Kunsill tal-Ewropa (il-Kummissjoni ta' Venezja), l-OSKE u NU li l-Kazakistan impenja ruħu għalihom;
(j)
iħeġġu lill-awtoritajiet Kazaki jagħmlu kull sforz biex itejbu s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżhom;
(k)
jenfasizzaw li l-progress fin-negozjati għall-FSK il-ġdid għandu jkun marbut mal-progress tar-riforma politika; iħeġġu lill-Kazakistan iżomm l-impenn mistqarr tiegħu favur riformi ulterjuri, sabiex tinbena soċjetà miftuħa u demokratika li tkun tinkludi oppożizzjoni u soċjetà ċivili indipendenti, fir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt; joffru assistenza xierqa min-naħa tal-UE favur l-implimentazzjoni tar-riformi;
(l)
jesprimu tħassib serju dwar id-detenzjonijiet mingħajr ksur ippruvat tad-dritt li jista' jitqies ta' motivazzjoni politika, li juru nuqqas ta' kunsiderazzjoni għar-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta' Marzu 2012 li titlob ir-rilaxx ta’ dawk kollha miżmuma l-ħabs abbażi ta' akkużi motivati politikament;
(m)
jitlob lill-awtoritajiet Kazaki, f'dan ir-rigward, sabiex jinvestigaw minnufih u b'mod imparzjali, l-allegazzjonijiet ta' tortura u ta' trattament ħażin b'rabta mal-vjolenza f'Zhanaozen u biex min iwettaq dawn ir-reati jinżammu responsabbli, biex jirtiraw l-akkuża kriminali vaga ta' “inċitament ta' diskordanza soċjali”, biex jeħilsu mid-detenzjoni qabel il-proċess lil dawk l-attivisti tal-oppożizzjoni li kienu miżmum abbażi ta' din l-akkuża, u biex jeżaminaw mill-ġdid il-leġislazzjoni dwar il-libertà ta' għaqda sabiex din tkun konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Kazakistan dwar il-libertà ta' għaqda;
(n)
jesprimi tħassib kbir fir-rigward tal-kawża introdotta fl-20 ta' Novembru 2012 mill-Prosekutur Ġenerali tal-Kazakhstan li teżiġi li l-partit mhux irreġistrat tal-oppożizzjoni ALG a, l-assoċjazzjoni Khalyk Maidany u numru ta' positijiet tal-media tal-oppożizzjoni jiġu pprojbiti bħala estremisti; jenfasizza bil-qawwa li l-ġlieda leġittima kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu m'għandux jintuża bħala skuża biex tiġi ipprojbita attività tal-oppożizzjoni u tiġi mfixla l-libertà tal-espressjoni;
(o)
jesprimu tħassib serju dwar is-sentenzjar ta' Vladimir Kozlov, Akzhanat Aminov u Serik Sapargali, wara proċess b'bosta nuqqasijiet proċedurali, b'effett ta' limitazzjoni ulterjuri tal-libertà politika għall-oppożizzjoni fil-Kazakistan; jitolbu lill-awtoritajiet Kazaki biex jagħtu proċess ta' appell ġust u trasparenti lil Kozlov, Aminov u Sapargaly;
(p)
jinsistu li l-Kazakistan ikompli jittrasponi il-Pjan ta' Azzjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem tiegħu fil-leġiżlazzjoni u jkompli jimplimentah bis-sħiħ, billi jislet mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja u bl-użu tal-assistenza teknika tal-UE skont l-inizjattiva dwar l-Istat tad-Dritt;
(q)
jistiednu lill-Kazakistan, sabiex bħala membru tal-Kummissjoni ta' Venezja inkluż billi jissottometti abbozzi ta' liġijiet speċifiċi u liġijiet adottati reċentement għal kummenti lill-Kummissjoni ta' Venezja u billi jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni;
(r)
jinsistu li l-awtoritajiet Kazaki jieħdu impenji vinkolanti sabiex jikkonformaw is-sistema ġuridika mal-istandards internazzjonali u jiżguraw li l-implimentazzjoni tiffaċilita tassew il-libertà tal-midja, il-libertà tal-espressjoni u assoċjazzjoni, il-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin u l-indipendenza tal-ġudikatura fil-Kazakistan;
(s)
jinsistu dwar aċċess imtejjeb għall-ġustizzja, dwar l-indipendenza ġudizzjarja u dwar ir-ritorn tal-kontroll u tal-ġestjoni tal-ħabsijiet lill-Ministeru tal-Ġustizzja;
(t)
iħeġġu lill-Kazakistan jeħles mingħajr aktar dewmien il-priġunieri politiċi kkundannati abbażi ta' motivazzjonijiet politiċi u jtemm l-arresti u l-kundanni b'motivazzjoni politika mwettqa abbażi ta' akkużi kriminali vagi ta' “inċitament ta' diskordanza soċjali”;
(u)
iħeġġu lill-awtoritajiet Kazaki biex jemendaw l-Artikolu 164 tal-Kodiċi Kriminali tal-Kazakistan dwar “inċitament ta' diskordanza soċjali”, sabiex dan ikun konformi mal-Leġiżlazzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiiet tal-Bniedem;
(v)
jinsistu li l-Kazakistan għandu jikkunsidra mill-ġdid l-emendi restrittivi għall-kodiċi amministrattiv u l-liġi reċenti tiegħu dwar ir-reliġjon u jtemm it-tfittxijiet għall-għarrieda, l-interrogatorji, it-theddid u l-multi arbitrarji fuq il-gruppi reliġjużi minoritarji;
(w)
iniedu negozjati dwar l-iffaċilitar tal-viża bejn l-UE u l-Kazakistan, peress li din tipprovdi benefiċċji reali għall-iskambji ekonomiċi, kulturali u xjentifiċi, u għall-promozzjoni ulterjuri tal-kuntatti bejn il-persuni;
(x)
jinsistu li l-Kazakistan jikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tan-NU Kontra t-Tortura u mar-rakkomandazzjonijiet tal-2009 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura; jistiednu lill-Kazakistan jiżgura l-parteċipazzjoni ta' NGOs indipendenti fil-konsultazzjonijiet dwar ir-riformi li jmiss tal-Kodiċi Kriminali u tal-Kodiċi dwar il-Proċedura Kriminali;
(y)
jistiednu lill-Kazakistan biex jiffirma u jirratifika l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;
(z)
jinsistu dwar l-istabbiliment ta' pjattaformi indipendenti tas-soċjetà ċivili biex jikkontribwixxu għal skambji inklużivi f'numru ta' setturi, sabiex ikun żgurat li l-aspirazzjonijiet u vuċijiet tas-soċjetà ċivili jiġu mismugħa u jfittxu mezzi biex tingħata għajnuna finanzjarja għal dan il-għan;
(aa)
jippromovu u jsaħħu d-djalogi annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem bil-għan li jinkiseb titjib reali, inter alia, billi jitfasslu punti ta' riferiment reali għall-kejl tal-progress, u jirraporta lura lill-PE;
(ab)
jintensifikaw u jwessgħu l-ambitu tal-programmi ta' skambju fl-edukazzjoni u l-kultura; iħeġġu u jappoġġaw it-taħriġ legali tal-uffiċjali lokali u reġjonali u membri ta' entitajiet għall-infurzar tal-liġi, biex jintlaħqu l-istandards tal-UE; iħeġġu u jappoġġaw lill-Kazakistan biex jassumi rwol ta' tmexxija fit-tfassil ta' programm edukattiv speċjali, kemm akkademiku kif ukoll ta' taħriġ vokazzjonali, bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Asja Ċentrali;
Il-kooperazzjoni ekonomika
(ac)
jenfasizzaw li l-konklużjoni tan-negozjati dwar il-FSK il-ġdid ser ikollha impatt pożittiv fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni ekonomika bejn il-kumpaniji tal-UE u dawk tal-Kazakistan, inklużi l-SMEs;
(ad)
iħeġġu leġislazzjoni li tikkonforma mar-regoli tad-WTO, inkluż dwar ir-rekwiżiti rigward il-kontenut lokali skont il-Ftehim dwar Miżuri ta' Investiment Relatati mal-Kummerċ (TRIMs), li twitti t-triq għal riformi strutturali u l-ħolqien ta' ekonomija tas-suq li taħdem; u jipprovdu l-Kazakistann b'assistenza teknika kwalifikata sabiex iwittu t-triq għal riformi strutturali sussegwenti, kompetittività mkabbra u l-ħolqien ta' ekonomija tas-suq soċjali;
(ae)
jitolbu għat-tneħħija tal-ostakli tariffarji u nontariffarji sabiex jiġi estiż il-kummerċ, b'mod partikolari l-kummerċ tas-servizzi u l-investimenti barranin; jappoġġaw l-ambizzjonijiet ta' armonizzazzjoni tal-istandards fil-kummerċ tal-oġġetti lil hinn mill-kundizzjonijiet stabbiliti mid-WTO, billi dan kieku jwassal ukoll għat-twessigħ tal-opportunitajiet kummerċjali;
(af)
jisħqu fuq l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kazakistan fil-qasam tal-enerġija, b'mod partikolari f'termini ta' sforzi biex tiġi żviluppata rotta enerġetika trans-Kaspja; jiżguraw li l-UE tkompli tagħti attenzjoni lill-appoġġ għat-tisħiħ tas-sigurtà enerġetika, l-iżvilupp ta' enerġija sostenibbli, u l-ġbid ta' investiment għal proġetti ta' interess komuni u reġjonali fil-qasam tal-enerġija;
(ag)
jiżguraw li l-parteċipazzjoni tal-Kazakistan fl-Unjoni Doganali mmexxija mir-Russja u fl-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika ma toħloqx ostakolu għall-kummerċ jew għall-kooperazzjoni ekonomika u finanzjarja mal-UE, jew biex jitwettqu l-obbligi tas-sħubija fid-WTO, u li ma tkunx ta' ostakolu għall-kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u l-Kazakistan; jinnota li tinħoloq kompetizzjoni jekk il-konklużjoni tal-ftehim imsaħħaħ ta' sħubija u ta' kooperazzjoni tittardja; ikunu lesti li jassistu l-isforzi tal-Kazakistan għall-promozzjoni ta' istituzzjonijiet ekonomiċi moderni, jekk jitwettqu dawn l-isforzi;
(ah)
iħeġġu lill-gvern Kazaki juri tiġdid fl-impenn tiegħu għall-Inizjattiva ta' Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) billi jneħħi l-ostakli kollha legali jew regolatorji għall-implimentazzjoni b'suċċess ta' din l-inizjattiva u billi jħalli lill-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili jieħdu sehem sħiħ fl-inizjattiva;
(ai)
jinkludu kapitolu dwar il-konverġenza tal-istandards u s-sistemi regolatorji tal-Kazakistan ma' dawk tal-UE, b'mod partikolari fis-setturi u fl-oqsma ewlenin fejn il-kummerċ bejn l-UE u l-Kazakistan għandu potenzjal kbir;
(aj)
jenfasizzaw li l-kwistjonijiet tal-ilma fir-reġjun għadhom wieħed mis-sorsi ewlenin ta' tensjoni u ta' kunflitt potenzjali u jisħqu fuq l-importanza ta' approċċ reġjonali għall-protezzjoni u l-ġestjoni xierqa ta' riżorsi kondiviżi tal-ilma; itennu, f'dan il-kuntest, l-importanza li l-pajjiżi tar-reġjun jiffirmaw u jirratifikaw mingħajr dewmien il-Konvenzjonijiet ta' Espoo u ta' Århus u li jrawmu l-parteċipazzjoni tal-atturi lokali fit-teħid ta' deċiżjonijiet;
(ak)
iżidu l-assistenza teknika tagħhom lill-Kazakistan fil-qasam tal-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma b'mod ġenerali fil-qafas tal-Inizjattiva tal-UE dwar l-Ilma għall-Asja Ċentrali bil-għan ukoll li jitjiebu r-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi upstream u dawk downstream fir-reġjun u li jintlaħqu ftehimiet sostenibbli dwar il-qsim tal-ilma;
(al)
jappoġġaw u jgħinu lill-Kazakistan fl-isforzi tiegħu biex isalva l-Baħar Aral fil-qafas tal-programm ta' azzjoni tal-Fond Internazzjonali għas-salvataġġ tal-Baħar Aral;
(am)
jgħinu lill-Kazakistan jadotta miżuri effikaċi ta' mitigazzjoni u programmi ta' tindif ta' skart radjuattiv u tniġġis radjuattiv fir-reġjun Semey/Semipalatinsk:
(an)
jilqgħu b'sodisfazzjon l-azzjoni tal-Kazakistan għal dinja ħielsa minn armi nukleari u r-rwol ta' tmexxija tiegħu fil-proċess globali ta' diżarm nukleari u għal projbizzjoni komprensiva tat-testijiet nukleari;
(ao)
jiġbdu l-attenzjoni lejn is-sitwazzjoni kritika fir-rigward tad-demokrazija, l-istat tad-dritt (inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni), id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, speċjalment id-drittijiet tal-ħaddiema, li tagħti lok ukoll għal vantaġġi kompetittivi inġusti; jenfasizzaw, fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni, il-ħtieġa li fit-titolu dwar il-kummerċ tal-ftehim il-ġdid, jiddaħħal kapitolu li jorbot dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli;
(ap)
jinsistu dwar l-introduzzjoni ta' reġim effikaċi għas-soluzzjoni tat-tilwim sabiex ikun żgurat li l-ftehim milħuq jiġi rispettat;
(aq)
jenfasizzaw li kapitolu solidu dwar is-servizzi u l-istabbiliment u l-konverġenza tal-Kazakistan lejn l-istandards u s-sistemi regolatorji tal-UE (inklużi SPS, TBT u IPR) iwasslu għal żieda fil-flussi kummerċjali u fl-investimenti, li jiffavorixxu l-modernizzazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-ekonomija tal-Kazakistan; jenfasizzaw l-importanza li jittejbu l-proċeduri ta' ħruġ ta' liċenzji fil-Kazakistan sabiex jiġu ffaċilitati s-servizzi u l-investiment;
(ar)
iħeġġu l-isforzi tal-Kazakistan għat-tneħħija tal-ostakoli non-tariffarji, li sa issa ostakolaw l-iżvilupp tal-kummerċ u l-investiment fil-pajjiż;
(as)
jiffokaw l-għajnuna ekonomika u relatata mal-kummerċ għal Kazakistan fuq l-iżvilupp tal-SMEs u l-appoġġ ta' organizzazzjonijiet intermedjarji tan-negozju;
(at)
jappellaw, fid-dawl tal-allegazzjonijiet reċenti ta' korruzzjoni kontra korporazzjonijiet bbażati fl-UE li joperaw ġewwa l-Kazakistan, għal dispożizzjonijiet aktar b'saħħithom u vinkolanti fir-rigward tar-responsabbiltà soċjali korporattiva;
(au)
iqisuha tal-akbar importanza li l-korporazzjonijiet ibbażati fl-Ewropa jirrispettaw l-istandards tal-ILO dwar il-jeddijiet tat-trejdunjins kif ukoll l-istandards dwar l-ambjent u s-saħħa u s-sikurezza huma u joperaw fil-Kazakistan, u b'mod partikolari fis-settur estrattiv tal-ekonomija;
(av)
jiżguraw fin-negozjati, li l-użu ta' prattiki ta' dumping b'rabta mal-produzzjoni u l-esportazzjoni ta' fosforu jiġi eliminat b'mod kategoriku, billi l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping allegatament qed ikunu ta' ħsara għall-interessi tal-produtturi Ewropej, u l-estrazzjoni u r-riċiklaġġ tal-fosforu minn flussi sekondarji ta' fosforu huma xi ħaġa impossibbli;
(aw)
jiżguraw preżenza adegwata tal-ispeċjalisti ekonomiċi u kummerċjali fid-Delegazzjoni tal-UE ġewwa l-Kazakistan.
Dispożizzjonijiet oħrajn
(ax)
jikkonsultaw lill-PE rigward id-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni parlamentari; isaħħu r-rwol tal-Parlament, tal-Kumitati Parlamentari ta' Kooperazzjoni u tal-laqgħat interparlamentari bħala mezz ta' monitoraġġ tan-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' sħubija; iħeġġu l-ħidma tal-Parlament u jippromwovu djalogu u kooperazzjoni parlamentari bilaterali u multilaterali regolari;
(ay)
jiżguraw li l-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni il-ġdid jkun jirreferi għar-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet fundamentali u tal-bniedem u l-prinċipju tal-istat tad-dritt bħala “elementi essenzjali’ tal-ftehim, ħalli jekk xi waħda mill-partijiet tiġi li tonqos milli tosservahom ir-riżultat ikun l-adozzjoni ta’ miżuri li jkunu jistgħu eventwalment iwasslu għas-sospensjoni tal-ftehim;
(az)
Jinkludu, flimkien mal-awtoritajiet Kazaki, punti ta' riferiment ċari u skadenzi vinkolanti għall-implimentazzjoni tal-FSK il-ġdid u jipprovdi mekkaniżmi ta' monitoraġġ, inkluż permezz ta' rapporti regolari lill-PE, inkluż qabel il-laqgħat tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni;
(ba)
jistabbilixxu mekkaniżmu ta' monitoraġġ komprensiv bejn il-Parlament u s-SEAE, wara li jiġi konkluż il-Ftehim, sabiex issir possibbli informazzjoni komprensiva u regolari dwar l-implimentazzjoni tal-FSK, u b'mod partikolari l-objettivi tagħha; dan il-mekkaniżmu għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
(i)
għoti ta' informazzjoni lill-PE dwar l-objettivi segwiti bl-azzjonijiet u l-pożizzjonijiet tal-UE u dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-Kazakistan;
(ii)
għoti lill-PE ta' informazzjoni li tagħmel parametri ta' referenza tar-riżultati tal-azzjonijiet meħuda mill-UE u mill-Kazakistan, li jenfasizzaw l-iżviluppi fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-pajjiż, b'mod partikolari billi:
–
jingħata aċċess, fil-qafas tal-proċeduri xierqa ta' kunfidenzjalità, għad-dokumenti interni rilevanti tas-SEAE;
–
jingħata status ta' osservatur lill-Parlament fil-laqgħat ta' informazzjoni qabel il-laqgħat tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni u jingħata aċċess għad-dokumenti lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;
–
il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija ta' din l-informazzjoni u l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni;
(bb)
iħeġġu lit-tim ta' negozjaturi tal-UE biex ikomplu bil-kooperazzjoni mill-qrib tagħhom mal-PE, billi jipprovdu informazzjoni kontinwa, bl-appoġġ ta' dokumentazzjoni, dwar il-progress tan-negozjati skont l-Artikolu 218(10) TFUE, li l-Parlament għandu jkun infurmat immedjatament u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċedura;
(bc)
jagħtu biżżejjed fondi tal-UE għal kooperazzjoni komprensiva u sostenibbli mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali, inkluż għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-FSK il-ġdid mal-Kazakistan;
o o o
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli / Viċi President u lill-gvern u l-parlament tar-Repubblika tal-Kazakistan.
Is-sajd fuq skala żgħira u s-sajd artiġjanali u r-riforma tal-PKS
351k
38k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2012 dwar is-sajd kostali fuq skala żgħira, is-sajd artiġjanali u r-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (2011/2292(INI))
– wara li kkunsidra l-Politika Komuni tas-Sajd (PKS);
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 43(2) u 349 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet partikolari tar-reġjuni l-aktar imbiegħda,
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni bit-titolu “Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd” (COM(2009)0163),
– billi l-FEMS futur għandu jiggarantixxi d-dritt tal-popolazzjonijiet lokali għas-sajd, għall-konsum tal-familja, skont użanzi speċifiċi u għaż-żamma tal-attivitajiet ekonomiċi tradizzjonali tagħhom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd(1),
– wara li kkunsidra r-regolamentazzjoni applikabbli għall-Fond Ewropew għas-Sajd, ir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tal-Kunsill(2), li jiddefinixxi r-regoli u l-arranġamenti dettaljati dwar l-għajnuna strutturali Komunitarja fis-settur tas-sajd,
– wara l-kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2005 dwar in-netwerks tan-nisa: sajd, biedja u diversifikazzjoni(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2006 dwar sajd qrib il-kosta u l-problemi li jiffaċċjaw il-komunitajiet tas-sajd qrib il-kosta(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Settembru 2008 dwar is-Sajd u l-Akkwakultura fil-kuntest ta' Amministrazzjoni Integrata taż-Żona Kostali fl-Ewropa(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2012 dwar il-kontribut tal-politika komuni tas-sajd għall-produzzjoni ta’ prodotti pubbliċi(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Frar 2010 dwar il-Green Paper dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd(7),
– wara li kkunsidra l-oroposta għal regolament ġdid tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2011)0425),
– wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 u r-Regolament tal-Kunsill Nru XXX/2011 dwar il-politika marittima integrata (COM(2011)0804),
– wara li kkunsidra l-proposta għal regolament ġdid tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (COM(2011)0416),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd” (COM(2011)0417),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-Dimensjoni Esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2011)0424),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-obbligi tar-rappurtar skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2011)0418),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat dwar l-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat dwar id-Drittijiet tan-Nisa u Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0291/2012),
A. billi s-sajd fuq skala żgħira – inklużi s-sajd artiġjanali u ċerti tipi ta' sajd kostali/qrib il-kosta, is-sajd tal-frott tal-baħar u attivitajiet oħra ta’ akkwakultura estensiva tradizzjonali kif ukoll it-tkabbir naturali tal-molluski fl-ilmijiet qrib il-kosta – għandu impatt territorjali, soċjali u kulturali differenti ħafna, fil-kontinent, fil-gżejjer u fit-territorji l-aktar imbiegħda u jippreżenta karatteristiċi u problemi speċifiċi li jiddistingwuh mis-sajd fuq skala kbira u mill-akkwakultura intensiva jew industrijali;
B. billi, għall-finijiet tar-Regolament il-ġdid dwar il-Politika tas-Sajd, huwa meħtieġ li jiġi ddefinit x’għandu jfisser sajd artiġjanali, b’kunsiderazzjoni fl-istess ħin tar-riperkussjonijiet li jkollu dan it-tip ta’ sajd fuq il-finanzjament li jsir mill-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd il-ġdid;
C. billi l-flotta artiġjanali jew kostali hija essenzjali għaż-żamma u l-ħolqien tal-impjiegi fir-reġjuni kostali u billi din tgħin biex tiżgura l-indipendenza alimentari tal-UE, kif ukoll l-iżvilupp taż-żoni kostali u l-provvista ta’ prodotti tas-sajd għas-suq Ewropew;
D. billi madwar 80 % tas-sajd Komunitarju jsir permezz ta’ bastimenti ta’ anqas minn 15-il metru, fattur li jagħmel din il-parti tal-flotta l-attur ewlieni tal-PKS; billi l-PKS trid tagħti risposta adegwata, suffiċjenti u neċessarja għall-problemi li, minkejja l-miżuri suċċessivi mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, qed tkompli tikkonfronta parti kbira tas-settur tas-sajd fuq skala żgħira;
E. billi s-settur tas-sajd kostali u artiġjanali għandu bastimenti li qed jiqdiemu u li għandhom isiru aktar siguri u moderni, u anke jiġu sostitwiti b’bastimenti ġodda, aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u konformi mal-istandards ta’ sigurtà;
F. billi hemm skarsezza ta’ data statistika u indikaturi fil-livell Ewropew, f’termini tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, u jeħtieġ li jiġu promossi indikaturi li jipprovdu data soċjoekonomika, xjentifika u ambjentali li tirrifletti l-varjetà ġeografika, ambjentali u soċjoekonomika ta’ dan it-tip ta’ sajd;
G. billi n-nuqqas ta’ data xjentifika affidabbli tibqa’ problema serja f'termini tal-isforzi biex tinkiseb ġestjoni sostenibbli tal-biċċa l-kbira mill-istokkijiet tal-ħut;
H. billi fid-definizzjoni ta’ politika tas-sajd, barra minn objettivi ambjentali essenzjali relatati mal-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll objettivi soċjali u ekonomiċi, billi ġew ittraskurati, b’mod partikolari fil-każ tas-sajd fuq skala żgħira;
I. billi l-ġestjoni ċentralizzata attwali tal-PKS ta’ spiss tipproduċi linji gwida li huma maqtugħin mir-realtà, mhux tant mifhuma mis-settur (li mhuwiex involut fid-diskussjonijiet jew l-iżvilupp tagħhom) u diffiċli biex jiġu implimentati, u billi dan jipproduċi riżultati li huma ta’ spiss l-oppost ta’ dawk maħsuba;
J. billi l-mudelli ta’ ġestjoni bbażati fuq drittijiet tas-sajd trasferibbli ma jistgħux jitqiesu bħala miżuri sabiex jiġu indirizzati s-sajd żejjed u l-kapaċità żejda;
K. billi tnaqqis obbligatorju fil-flotta miksub esklużivament permezz ta’ strumenti tas-suq, bħalma huma l-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli (TFCs), jista’ jwassal għall-prevalenza ta’ operaturi li huma aktar kompetittivi minn perspettiva purament ekonomika, għad-detriment tal-operaturi u s-setturi tal-flotta li għandhom impatt ambjentali aktar baxx u li joħolqu aktar impjiegi (b’mod dirett u indirett);
L. billi l-kriżi ekonomika u soċjali taffettwa b'mod speċjali lis-settur tas-sajd u billi f’dan il-kuntest is-sajd fuq skala żgħira jista’ jkun aktar vulnerabbli minħabba l-kapitalizzazzjoni baxxa tiegħu; billi huwa importanti li tiġi żgurata l-istabbiltà ekonomika u soċjali tal-komunitajiet tas-sajd fuq skala żgħira;
M. billi s-sajd fuq skala żgħira jew is-sajd artiġjanali, minħabba d-dgħufijiet strutturali li għandu, huwa aktar espost għal ċerti tipi ta' xokkijiet ekonomiċi (bħal żieda mgħaġġla fil-prezzijiet tal-fjuwil jew nuqqas ta' aċċess għall-kreditu) u għal ċerti bidliet fid-disponibbiltà tar-riżorsi;
N. billi l-karatteristiċi speċifiċi tas-sajd fuq skala żgħira jikkostitwixxu aspett li bilfors għandu jitqies fil-PKS futur, imma fl-istess ħin ma jridux ikunu l-uniku punt li tiffoka fuqu d-dimensjoni soċjali tar-riforma, meta wieħed iqis il-kriżi qawwija li bħalissa qed tolqot lis-settur kollu;
O. billi l-prezzijiet tal-ħut tal-ewwel bejgħ mhumiex qed ilaħħqu maż-żieda sinifikanti attwali fl-ispejjeż tal-produzzjoni, b’mod partikolari għall-fjuwil, u f’ħafna każijiet huma jew staġnati jew qed jonqsu, fattur li qiegħed iżid mal-kriżi li qed jaffaċċja s-settur;
P. billi s-suq mhuwiex iħallas għalkollox l-esternalitajiet soċjali u ambjentali pożittivi relatati mas-sajd fuq skala żgħira; billi s-soċjetà kollha kemm hi ma tirrikonoxxix jew ma tħallasx l-attivitajiet assoċjati mas-sajd li jikkostitwixxu l-aspett multifunzjonali tas-settur u jipproduċu prodotti pubbliċi billi, fost l-oħrajn, jistimulaw il-kosta, il-gastronomija, il-mużeoloġija u s-sajd rikreattiv, għall-benefiċċju tas-soċjetà kollha kemm hi;
Q. billi l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS) futur għandu jikkunsidra kompletament il-problemi u l-ħtiġijiet speċifiċi tas-sajd artiġjanali u fuq skala żgħira, kemm fiż-żoni kostali u kemm fiż-żoni interni, kif ukoll il-konsegwenzi kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa li ġġib magħha l-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi fir-riforma futura;
R. billi l-mard speċifiku li jaffettwa lin-nisa li jaħdmu fis-settur tas-sajd artiġjanali mhumiex rikonoxxuti bħala mard okkupazzjonali
S. billi l-ħolqien ta' żoni ta' esklużjoni jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ prattiki responsabbli, għas-sostenibbiltà kemm tal-ekosistemi marittimi kostali u kemm tal-attivitajiet tas-sajd tradizzjonali, kif ukoll għas-sopravivenza tal-komunitajiet tas-sajjieda;
T. billi s-sajd kostali fuq skala żgħira u s-sajd artiġjanali għandhom karatteristiċi differenti ħafna li jvarjaw minn pajjiż għal pajjiż u minn kosta għal kosta;
U. billi l-importanza tas-sajd fuq skala żgħira għall-protezzjoni tal-lingwi tal-minoranzi f’żoni kostali iżolati ma tistax tiġi injorata;
V. billi l-livell ta’ assoċjazzjoni u organizzazzjoni tal-professjonisti tas-sajd fuq skala żgħira huwa insuffiċjenti u differenti fid-diversi Stati Membri;
W. billi l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirriferi għall-ħtieġa li jiġu promossi politiki speċifiċi għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, b’mod partikolari fil-qasam tas-sajd;
1. Iqis li s-sajd fuq skala żgħira jinkludi s-sajd artiġjanali u ċerti tipi ta' sajd kostali/qrib il-kosta, is-sajd tal-frott tal-baħar u attivitajiet oħra ta’ akkwakultura estensiva tradizzjonali kif ukoll it-tkabbir naturali tal-molluski fl-ilmijiet qrib il-kosta;
2. Jenfasizza li s-sajd fuq skala żgħira, minħabba l-karatteristiċi tiegħu u l-piż tiegħu fis-settur, għandu rwol ċentrali fil-kisba ta’ dawk li għandhom ikunu l-objettivi fundamentali ta’ kwalunkwe politika tas-sajd: il-garanzija ta’ provvista tal-ħut lill-pubbliku u l-iżvilupp tal-komunitajiet kostali, u l-promozzjoni tal-impjiegi u standards ta’ għajxien imtejbin għall-professjonisti tas-sajd, fil-kuntest ta' żgurar ta' riżorsi sostenibbli u kkonservati tajjeb;
3. Iqis li l-karatteristiċi tal-parti tas-sajd fuq skala żgħira fl-ebda każ m’għandhom jintużaw bħala skuża biex din il-parti titħalla barra mill-qafas ġenerali tal-PKS, għalkemm din il-politika għandu jkollha biżżejjed flessibbiltà sabiex is-sistemi ta’ ġestjoni jkunu jistgħu jiġu adattati għall-karatteristiċi u l-problemi speċifiċi tas-sajd artiġjanali;
4. Jindika li l-karatteristiċi speċifiċi tas-sajd fuq skala żgħira jvarjaw ħafna minn Stat Membru għal ieħor, u li l-għażla tal-iżgħar denominatur komuni rari kienet approċċ kostruttiv għat-teħid tad-deċiżjonijiet Ewropej;
5. Jemmen li wieħed għandu jibda minn definizzjoni ġenerika tas-sajd artiġjanali li ma tħallix li ċ-ċirkostanzi li jvarjaw b'mod wiesa' fis-settur tas-sajd, skont iż-żoni differenti, it-tip ta’ riżorsi sfruttati jew kwalunkwe partikolarità oħra ta’ natura purament lokali, iwasslu għal nuqqas ta’ kisba tal-objettivi ta’ simplifikazzjoni, ċarezza leġiżlattiva u nondiskriminazzjoni; jemmen ukoll li l-PKS għandha tinkorpora miżuri li jippermettu ċerta flessibbiltà f’dawk il-każijiet, dimostrabbli xjentifikament, fejn l-attività tas-sajd ma tkunx possibbli mingħajr ċerti aġġustamenti tar-regoli ġenerali;
6. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jitqiesu b'mod xieraq l-istudji xjentifiċi eżistenti dwar is-sajd fuq skala żgħira; jinnota li xi wħud minn dawk l-istudji jippreżentaw proposti għad-definizzjoni ta’ “sajd fuq skala żgħira’, bħal fil-każ tal-proġett PRESPO għall-iżvilupp sostenibbli tas-sajd artiġjanali fiż-żona tal-Atlantiku, li jipproponi approċċ ibbażat fuq deskritturi numeriċi għad-definizzjoni u s-segmentazzjoni tal-flotot tas-sajd artiġjanali Ewropej;
7. iqis li d-definizzjoni tas-sajd fuq skala żgħira għandha tqis firxa ta' karatteristiċi u differenzi nazzjonali u reġjonali rigward governanza, fosthom ir-rispett għat-tradizzjoni artiġjanali ibbażata fl-ambjent lokali u bil-parteċipazzjoni tal-familja kemm fis-sjieda kif ukoll fl-attivitajiet ta' impriżi tas-sajd; jenfasizza li huwa importanti li jiġu fformulati kriterji ta’ definizzjoni li jkunu flessibbli u/jew li jkunu jistgħu jiġu kkombinati u adattati b’mod ibbilanċjat għad-diversità tas-sajd fuq skala żgħira fl-UE;
Ġestjoni lokali
8. Iqis li l-mudell ċentralizzat iżżejjed tal-ġestjoni tas-sajd li kkaratterizza l-PKS matul l-aħħar 30 sena falla u li r-riforma attwali għandha toħloq deċentralizzazzjoni sinifikanti; jemmen li r-riforma tal-PKS trid toħloq kundizzjonijiet li jippermettu speċifiċitajiet lokali, reġjonali u nazzjonali; jenfasizza li l-ġestjoni lokali, bl-appoġġa tat-tagħrif xjentifiku u tal-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tas-settur fid-definizzjoni, l-implimentazzjoni, il-koġestjoni u l-evalwazzjoni tal-politika, tikkostitwixxi t-tip ta' ġestjoni li jissodisfa l-aħjar il-bżonnijiet tas-sajd u li jipprovdi l-akbar inċentivi għal imġiba preventiva fost is-sajjieda;
9. Jikkunsidra li l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs), fil-kuntest il-ġdid ta' PKS deċentralizzata u reġjonalizzata, għandhom jaqdu rwol akbar fil-Politika Komuni tas-Sajd futura;
10. Iqis li huwa fundamentali li jissaħħaħ ir-rwol tal-kumitati konsultattivi u li tiġi kkontemplata kollaborazzjoni fil-ġestjoni konġunta tar-riżorsi b’tali mod li tiġi ppreżervata n-natura ta’ dawn il-kumitati u li l-valur tagħhom jissaħħaħ sabiex jinbidlu f’forum ta’ ġestjoni mingħajr setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet iżda li fih ikunu jistgħu jipparteċipaw il-protagonisti tas-settur u tal-NGOs, u b’hekk ikunu permessi jindirizzaw kwistjonijiet orizzontali marbuta mal-problemi speċifiċi tas-sajd artiġjanali;
11. Iqis li l-impożizzjoni ta’ mudell ta’ ġestjoni uniku għall-Istati Membri kollha, bħall-konċessjonijiet trasferibbli tas-sajd (TFCs), mhijiex soluzzjoni adegwata, fid-dawl tad-diversità kbira li tikkaratterizza s-sajd fl-UE;
12. Iqis li huwa vantaġġjuż li jkun hemm mudelli differenti ta’ ġestjoni tas-sajd disponibbli għall-Istati Membri u/jew ir-reġjuni f’sistema volontarja, fejn huma liberi li jagħżlu għalihom infushom f’qafas ta’ PKS reġjonalizzata;
13. Jopponi bil-qawwa n-natura obbligatorja tal-implimentazzjoni tat-TFCs għal kwalunkwe tip ta’ flotta; jemmen li d-deċiżjoni għall-adozzjoni jew le tat-TFCs u ta’ liema setturi tal-flotta għandhom jiġu inklużi f’din l-iskema għandha titħalla f’idejn l-Istati Membri bi ftehim mar-reġjuni kompetenti u b’kunsiderazzjoni tad-diversità tas-sitwazzjonijiet u l-opinjonijiet tal-partijiet interessati; jemmen li huwa diġà possibbli li l-Istati Membri jwaqqfu sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom;
14. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-sistema tat-TFCs ma tistax titqies bħala miżura infallibbli għar-riżoluzzjoni tal-problemi ta’ sajd żejjed u kapaċità eċċessiva; jenfasizza li approċċ regolatorju, li jkun kapaċi jagħmel l-aġġustamenti meħtieġa għall-kapaċità tas-sajd, huwa dejjem alternattiva possibbli għal approċċ tas-suq;
15. Iqis li, ladarba jiġu stabbiliti l-objettivi ġenerali tal-ġestjoni, għandha tiġi konċessa flessibilità lill-Istati Membri u lir-reġjuni kompetenti biex jiddeċiedu fuq ir-regoli ta’ ġestjoni l-aktar adatti biex jintlaħqu dawn l-objettivi fil-qafas tar-reġjonalizzazzjoni, speċjalment fir-rigward tad-dritt tal-aċċess għar-riżorsi tas-sajd, wara li jkunu ġew ikkunsidrati l-karatteristiċi partikolari tal-flotot, is-sajd u r-riżorsi tagħhom;
16.Jinnota l-importanza li jiġi żgurat li l-partijiet interessati rilevanti kollha jiġu involuti fl-iżvilupp tal-politiki dwar is-sajd kostali fuq skala żgħira u s-sajd artiġjanali;
17. Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li tiġi kkunsidrata mhux biss il-kwantità tal-flotta, iżda wkoll l-impatt kumulattiv tagħha fuq ir-riżorsi u s-selettività u s-sostenibbiltà tal-metodi tas-sajd tagħha; iqis li l-PKS futura għandha tħeġġeġ żieda fis-sostenibbiltà tal-flotta fil-livell ambjentali, ekonomiku u soċjali (l-istat tat-tiswija u s-sigurtà, l-abitabbiltà, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-ħżin tal-ħut, eċċ.), billi tippromwovi l-prevalenza gradwali tas-setturi u tal-operaturi li jużaw tekniki tas-sajd selettivi u rkaptu tas-sajd b'inqas impatt fuq ir-riżorsi u l-ambjent marittimu, u b'benefiċċji aktar importanti għall-komunitajiet li jappartjenu għalihom, f’termini ta’ ħolqien ta' impjiegi u tal-kwalità ta’ dawn l-impjiegi; jiddefendi bilanċ sostenibbli bejn il-protezzjoni tar-riżorsi eżistenti tas-sajd fiż-żoni marittimi u l-protezzjoni tan-nisġa soċjoekonomika lokali li tiddependi mis-sajd u mis-sajd tal-frott tal-baħar;
Karatteristiċi tal-flotta
18. Jirrifjuta tnaqqis ġenerali u nondiskriminatorju fil-kapaċità tal-flotta u jenfasizza li l-aġġustament tagħha meta jkun meħtieġ ma jistax jiġi ddeterminat biss u b’mod obbligatorju mill-kriterji tas-suq; iqis li tali aġġustamenti jridu jkunu bbażati fuq approċċ ekosistemiku, li fih id-deċiżjonijiet speċifiċi rigward il-ġestjoni tal-flotta fuq skala żgħira jittieħdu fil-livell reġjonali, waqt li jkun rispettat il-prinċipju tas-sussidjarità, ikun żgurat reġim ta’ sajd adattat li jagħti prijorità ta’ aċċess għar-riżorsi u jipproteġi l-flotot fuq skala żgħira u jkun żgurat li jiġu involuti l-komunitajiet lokali; jappella sabiex jitwettaq b'urġenza studju dwar l-istat tal-kapaċità tal-flotta fl-UE;
19. Jirrifjuta kwalunkwe tnaqqis ġenerali fil-kapaċità ta' flotta partikolari, iddeterminata biss u b’mod obbligatorju mill-kriterji tas-suq u imposta minn infurzar potenzjali u mhux mixtieq ta’ konċessjonijiet trasferibbli tas-sajd;
20. Jenfasizza l-importanza ta’ aktar riċerka fil-qasam tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali; jinnota l-ħtieġa ta’ statistika u indikaturi fil-livell Ewropew li jipprovdu data ambjentali, xjentifika u soċjoekonomika affidabli u rilevanti biżżejjed, inkluża valutazzjoni wiesgħa tal-istokkijiet u l-qabdiet tal-ħut, kemm fis-sajd professjonali kif ukoll rikreattiv, u jappella għall-provvista ta’ riżorsi suffiċjenti biex dan jinkiseb; jemmen li tali data għandha wkoll tirrefletti l-firxa sħiħa tad-differenzi ġeografiċi, kulturali u reġjonali;
21.Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-kapaċità tal-flotta tal-UE sabiex tippermetti li jiġu adottati l-aktar deċiżjonijiet xierqa;
22.Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja u taġġusta l-limiti massimi tal-kapaċità tal-flotta għall-Istati Membri sabiex ikunu f’konformità ma’ data affidabbli u jiġu kkunsidrati avvanzi tekniċi;
23. Jindika li n-numru kbir ta’ bastimenti involuti u l-varjetà kbira ta’ metodi u sajd qed jagħmlu l-ġestjoni tas-sajd fuq skala żgħira aktar impenjattiva u ta’ sfida; jenfasizza li d-disponibbiltà tal-informazzjoni hija kruċjali għal ġestjoni effikaċi u li hija meħtieġa aktar informazzjoni u informazzjoni aħjar dwar is-sajd fuq skala żgħira;
24. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-Istati Membri, l-RACs u l-partijiet interessati, tkompli ttejjeb il-karatterizzazzjoni tas-sajd fuq skala żgħira fl-UE għall-finijiet tal-ġestjoni tas-sajd; jħeġġeġ b’mod partikolari lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-Istati Membri, twettaq studju eżawrjenti u rigoruż dwar id-daqs, il-karatteristiċi u d-distribuzzjoni tas-setturi differenti tas-sajd fuq skala żgħira, u tanalizza bl-aktar mod rigoruż fejn, meta u kif jistadu, sabiex jiġu identifikati s-setturi tal-flotta fejn hemm kapaċità żejda u l-kawżi ta' dan;
25. Jindika li bħalissa l-Komunità tikkofinanzja mhux aktar minn 50 % tal-baġit għall-ġbir, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta’ data bijoloġika, li hija użata biex tappoġġja ġestjoni bbażata fuq l-għarfien; jitlob, għaldaqstant, żieda fl-isforzi tal-Komunità f’dan il-qasam billi jiżdied il-livell massimu permissibbli għall-kofinanzjament;
26. Iwissi dwar il-ħtieġa li jkun approfondit il-fehim dwar il-pożizzjoni attwali tas-sajd rikreattiv u l-iżvilupp tiegħu, inkluż l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tiegħu; jiġbed l-attenzjoni għal sitwazzjonijiet li fihom is-sajd rikreattiv imur lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu u jikkompeti b’mod illeġittimu mas-sajd professjonali fil-qbid u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ħut, u b'hekk jikkawża tnaqqis fil-kwota tas-suq fil-livell lokali u reġjonali u jnaqqas il-prezzijiet tal-ewwel bejgħ;
Miżuri ta’ appoġġ
27. Jirrikonoxxi li l-FEMS il-ġdid tfassal b’mod li jippermetti l-kisba ta’ fondi partikolarment għall-partijiet tal-flotta kostali u artiġjanali; jirrikonoxxi li, abbażi tal-qafas ġenerali ffaċilitat mill-FEMS, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-prijoritajiet ta’ finanzjament tagħhom b'tali mod li jsolvu l-problemi speċifiċi ta' dan is-settur u jappoġġjaw ġestjoni lokali u sostenibbli tas-sajd ikkonċernat;
28. Jiddefendi l-ħtieġa taż-żamma ta’ fond li jkollu l-prinċipju ta’ appoġġ akbar għall-attivitajiet kofinanzjati fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, kif ukoll il-preservazzjoni tal-istrumenti ta’ kumpens speċifiċi għall-ispejjeż żejda assoċjati mal-attività u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tas-sajd, meta jitqiesu l-limitazzjonijiet strutturali li jolqtu lis-settur tas-sajd f’dawn ir-reġjuni;
29. Jenfasizza l-fatt li, minħabba s-sitwazzjoni prekarja u d-deklin ta’ numru ta' komunitajiet kostali li jiddependu mis-sajd, kif ukoll in-nuqqas ta’ alternattivi għad-diversifikazzjoni ekonomika, l-istrumenti, il-fondi u l-mekkaniżmi eżistenti għandhom jissaħħu sabiex tiġi żgurata koeżjoni f’termini ta’ impjiegi u sostenibbiltà ekoloġika; jemmen li għandu jkun hemm rikonoxximent speċifiku ta’ dan fil-PKS il-ġdida u fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali; jenfasizza wkoll il-bżonn ta’ konċentrazzjoni fuq ġestjoni konġunta akbar u l-involviment tas-settur tas-sajd artiġjanali fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, billi ssir promozzjoni ta’ strateġiji lokali u reġjonali u kooperazzjoni transkonfinali f’dan il-qasam, li tkopri proġetti ta’ żvilupp, riċerka u taħriġ, bil-fondi xierqa mill-FEMS, mill-FSE u mill-FEŻR;
30. Jistieden lill-Istati Membri jqisu l-importanza tar-rwoli ekonomiċi, soċjali u kulturali tan-nisa fl-industrija tas-sajd, sabiex in-nisa jkun jista' jkollhom aċċess għall-benefiċċji soċjali; jenfasizza li l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa fl-attivitajiet relatati mas-sajd tikkontribwixxi, l-ewwel nett, għaż-żamma ta' tradizzjonijiet u prattiki kulturali speċifiċi u, it-tieni nett, għas-sopravivenza tal-komunitajiet tagħhom, u b’hekk tiġi wkoll issalvagwardata d-diversità kulturali tar-reġjuni kkonċernati;
31. Iqis li r-regoli dwar l-implimentazzjoni tal-FEMS il-ġdid għandhom jippermettu li jiġu ffinanzjati azzjonijiet, fost l-oħrajn, fl-oqsma li ġejjin:
–
titjib fis-sigurtà, il-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord, titjib fil-preservazzjoni tal-qbid, bastimenti aktar sostenibbli fil-livell ekonomiku u ambjentali (għażla tat-tekniki, effiċjenza fl-użutal-enerġija, eċċ.) mingħajr żieda fil-kapaċità tas-sajd tagħhom;
–
investiment f’irkaptu tas-sajd aktar sostenibbli;
–
il-promozzjoni ta' parteċipazzjoni akbar taż-żgħażagħ fl-attivitajiet tas-settur u ż-żamma tal-involviment tagħhom permezz ta' skema speċjali ta' inċentivi b'reazzjoni għall-isfidi li s-settur qed jiffaċċja b'relazzjoni mal-impjiegi u s-sostenibbiltà, kif ukoll permezz ta' pakketti ta' għajnuna tal-bidiu maħsuba biex jiżguraw id-dħul ta' ġenerazzjoni ġdida ta' sajjieda fis-settur tas-sajd fuq skala żgħira;
–
il-bini ta’ portijiet tas-sajd speċjalizzati u faċilitajiet speċifiċi għall-inżul, il-ħżin u l-bejgħ ta’ prodotti tas-sajd;
–
l-appoġġ għall-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-kooperattivi tal-professjonisti tas-settur;
–
il-promozzjoni ta' politiki ta’ kwalità;
–
il-promozzjoni tal-koeżjoni tan-nisġa ekonomika u soċjali tal-komunitajiet kostali li jiddependu l-iktar mis-sajd fuq skala żgħira, b’enfasi partikolari fuq ir-reġjuni l-aktar imbiegħda, sabiex jiġi stimulat l-iżvilupp ta’ dawn ir-reġjuni kostali;
–
appoġġ għal prattiki sostenibbli ta' sajd tal-frott tal-baħar, fost l-oħrajn billi tingħata għajnuna lil dawk involuti f'din l-attività, ħafna minnhom nisa, li jbatu minn mard relatat max-xogħol;
–
appoġġ għall-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd artiġjanali u l-akkwakultura estensiva, premezz tal-ħolqien ta' tikketta Ewropea li tiddistingwi u tidentifika l-prodotti tas-sajd artiġjanali u tal-frott tal-baħar Ewropej, dejjem sakemm dawn jirrispettaw prattiki tajbin ta’ sostenibbiltà u l-prinċipji tal-Politika Komuni tas-Sajd;
–
appoġġ għal kampanji ta’ edukazzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni sabiex il-konsumaturi u ż-żgħażagħ isiru konxji mill-valur li jiġi kkunsmat ħut li ġej mis-sajd fuq skala żgħira, inklużi l-effetti pożittivi tiegħu fuq l-ekonomija lokali u l-ambjent;
–
l-allokazzjoni ta' finanzjament fil-qafas tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd b'tali mod li taġevola aktar lin-nisa fis-settur tas-sajd billi s-settur jitfassal mill-ġdid u billi jiġu pprovduti faċilitajiet xierqa (bħal pereżempju changing rooms fuq il-vapuri jew fil-portijiet);
–
appoġġ għall-assoċjazzjonijiet tan-nisa bħalma huma dawk li jagħmlu x-xbieki, dawk li jaħdmu fil-portijiet u dawk li jieħdu ħsieb l-imballaġġ;
–
it-taħriġ vokazzjonali, inkluż taħriġ għan-nisa li jaħdmu fis-settur tas-sajd, sabiex jingħataw aċċess aħjar għall-impjiegi maniġerjali u tekniċi relatati mas-sajd;
–
it-tisħiħ tar-rwol tan-nisa fis-sajd, b’mod partikolari billi jingħata appoġġ għall-attivitajiet li jitwettqu fuq l-art, għall-professjonisti relatati u għall-attivitajiet assoċjati mas-sajd, kemm upstream kif ukoll downstream;
32. Jenfasizza li l-aċċess għall-fondi mill-FEMS futur għandu jiffavorixxi proġetti li joffru soluzzjonijiet integrati li minnhom jibbenefikaw il-komunitajiet kostali inġenerali, aktar milli dawk li minnhom jibbenefikaw biss numru żgħir ta’ operaturi; iqis li l-aċċess għall-fondi tal-FEMS għandu jkun garantit għas-sajjieda u l-familji tagħhom u mhux biss għas-sidien tal-bastimenti;
33. Jenfasizza li l-organizzazzjoni komuni tas-suq (OKS) tal-prodotti tas-sajd u tal-akwakultura għandha tikkontribbwixxi biex tippermetti produzzjoni aħjar tas-sajd fuq skala żgħira, l-istabbiltà tas-swieq, titjib fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u żieda fil-valur miżjud tagħhom; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-possibbiltà li jitneħħew l-istrumenti pubbliċi li għadhom jeżistu fil-qasam tar-regolamentazzjoni tas-swieq, korpi regolatorji pubbliċi u appoġġi għall-ħżin fuq l-art, u jappella għal riforma ambizzjuża, li ssaħħaħ l-istrumenti tal-OKS biex jintlaħqu dawn l-għanijiet;
34. Jipproponi l-ħolqien ta’ tikketta Ewropea li tippremja l-prodotti tas-sajd fuq skala żgħira miksuba skont il-prinċipji tal-PKS, sabiex tinkoraġġixxi l-aħjar prattika;
35. Jiddefendi l-ħolqien ta’ mekkaniżmi li jiżguraw rikonoxximent tal-hekk imsejħa esternalitajiet iġġenerati minn sajd fuq skala żgħira li mhumiex imħallsa mis-suq, f’termini kemm tal-ambjent kif ukoll tal-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-komunitajiet kostali;
36. Iqis li hija importanti l-promozzjoni ta' tqassim ġust u adegwat tal-valur miżjud tul il-katina ta' valur tas-settur kollha kemm hi;
37. Jitlob monitoraġġ strett u ċertifikazzjoni tal-prodotti tas-sajd importati minn pajjiżi terzi biex jiġi żgurat li joriġinaw minn sajd sostenibbli u li jikkonformaw mal-istess rekwiżiti li l-produtturi Komunitarji jridu jikkonformaw magħhom (pereżempju fir-rigward tat-tikkettar, it-traċċabbiltà, ir-regolamenti fitosanitarji u d-daqsijiet minimi);
38. Jiddefendi l-ħolqien (fil-qafas tal-FEMS jew ta' strumenti oħrajn) ta' mekkaniżmi speċifiċi u temporanji ta’ appoġġ, li għandhom jiġu implimentati f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, bħal diżastri naturali (tixrid taż-żejt, tniġġis tal-ilma, eċċ.), il-waqfien mill-attività minħabba pjanijiet ta' riġenerazzjoni tal-istokkijiet, jew żidiet f’daqqa fuq perjodu qasir fil-prezzijiet tal-fjuwil;
39. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw miżuri biex jiggarantixxu li n-nisa jkunu jistgħu jgawdu paga ugwali u drittijiet soċjali u ekonomiċi oħra, inkluża l-assigurazzjoni li tkopri r-riskji li huma esposti għalihom minħabba x-xogħol fis-settur tas-sajd u r-rikonoxximent ta’ patoloġiji speċifiċi bħal mard okkupazzjonali;
40. Jirrikonoxxi li projbizzjonijiet temporanji fuq is-sajd, magħrufin ukoll bħala perjodi ta’ mistrieħ bijoloġiku, huma mhux biss mezz importanti u ppruvat għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, iżda wkoll strument essenzjali għall-ġestjoni sostenibbli ta’ sajd speċifiku; jirrikonoxxi li l-istabbiliment ta’ projbizzjonijiet fuq is-sajd waqt fażijiet kritiċi speċifiċi fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ speċi jippermetti li l-istokkijiet jiżviluppaw b’mod li huwa kompatibbli mas-sajd barra l-perjodu ta’ mistrieħ; jemmen li dan huwa ġust u neċessarju taħt dawn iċ-ċirkustanzi biex jikkumpensa finanzjarjament lis-sajjieda waqt il-perjodu ta’ inattività, jiġifieri permezz tal-FEMS;
41. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jikkontemplaw modi ta’ diskriminazzjoni pożittiva li jiffavorixxu s-sajd fuq skala żgħira kontra s-sajd fuq skala kbira u flotot ta’ natura aktar industrijalizzata, filwaqt li jiġi żgurat li l-ġestjoni tas-sajd inġenerali tkun effikaċi u sostenibbli; iqis li s-segregazzjoni spazjali ta’ tekniki differenti tas-sajd, u għaldaqstant id-definizzjoni ta' żoni riservati esklużivament għas-sajd fuq skala żgħira, huma waħda mill-għażliet li jridu jiġu kkunsidrati;
42. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu passi biex jippromwovu u jiksbu rikonoxximent akbar, kemm fuq livell legali kif ukoll soċjali, għax-xogħol tan-nisa fis-settur tas-sajd, u biex jiżguraw li n-nisa li jaħdmu full-time jew part-time għal impriżi familjari jew li jgħinu lill-konjuġi tagħhom u li jikkontribwixxu b’dal-mod għas-sostenibbiltà ekonomika tagħhom stess u tal-familja, jingħataw l-istess rikonoxximent legali jew benefiċċji soċjali li jgawdu minnhom persuni li jaħdmu għal rashom, b'mod partikolari billi tiġi applikata d-Direttiva 2010/41/UE, u biex jiġu żgurati d-drittijiet soċjali u ekonomiċi tagħhom, inkluża l-ugwaljanza fis-salarji, il-benefiċċji tal-qgħad fil-każ li jitilfu l-impjiegi tagħhom (b'mod temporanju jew definittiv), id-dritt għal pensjoni, il-bilanċ bejn il-ħajja professjonali u tal-familja, l-aċċess għal-liv tal-maternità, l-aċċess għas-sigurtà soċjali u għas-servizzi tas-saħħa mingħajr ħlas, u l-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, u drittijiet soċjali u ekonomiċi oħra, inkluża assigurazzjoni li tkopri r-riskji fuq il-baħar;
43. Jirrakkomanda li r-reġim ta' aċċess speċjali għas-sajd fuq skala żgħira jinżamm fi ħdan iż-żona ta' tnax-il mil;
44. Iqis li huwa neċessarju li matul l-iskambji dwar l-ippjanar tal-ispazju taż-żona ta' tnax-il mil jiġi involut b’mod partikolari s-sajd fuq skala żgħira, fejn il-prattiki huma ġeneralment aktar numerużi u fejn it-turbini tar-riħ offshore kif ukoll l-estrazzjoni tal-granulati u ż-żoni marittimi protetti ħafna drabi jkollhom jikkoeżistu mal-attivitajiet tas-sajd fl-istess żona;
45. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ involviment u parteċipazzjoni akbar ta’ professjonisti tas-sajd fuq skala żgħira fil-ġestjoni, id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki tas-sajd; jenfasizza l-importanza li jingħata appoġġ akbar għall-gruppi tas-sajjieda u l-organizzazzjonijiet professjonali li huma lesti li jaqsmu r-responsabbiltà tal-applikazzjoni tal-PKS, bl-għan li tiġi ddeċentralizzata aktar il-PKS; iħeġġeġ lill-operaturi tas-sajd fuq skala żgħira biex jew jingħaqdu ma’ organizzazzjonijiet tal-produtturi eżistenti jew jiffurmaw organizzazzjonijiet tal-produtturi ġodda;
o o o
46. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2011 dwar id-Dimensjoni Esterna tal-Politika Komuni għas-Sajd (il-Komunikazzjoni) (COM(2011)0424),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 (UNCLOS),
– wara li kkunsidra l-Ftehim tal-1995 dwar l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 relatati mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Transżonali u Stokkijiet ta’ Ħut li Jpassi Ħafna,
– wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta għal Sajd Responsabbli tal-Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikoltura (FAO), adottat f’Ottubru 1995 mill-Konferenza tal-FAO (il-Kodiċi ta’ Kondotta),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja f'Materji Ambjentali, adottata f’Ġunju 1998 f’Aarhus,
– wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO għall-Ġestjoni tal-Kapaċità tas-Sajd, approvat mill-Kunsill tal-FAO f’Novembru 2000 (Kapaċità IPOA),
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-FAO dwar il-Qagħda tas-Sajd u tal-Akkwakultura fid-Dinja tal-2010,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux rapportat u mhux irregolat (ir-Regolament IUU)(1) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (ir-Regolament dwar l-Awtorizzazzjonijiet tas-Sajd)(2),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (ir-Regolament Bażiku) (COM(2011)0425),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Novembru 2011 dwar il-ġlieda kontra s-sajd illegali fil-livell dinji – ir-rwol tal-UE(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Frar 2010 dwar il-Green Paper dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2010 dwar is-sistema ta' importazzjoni fl-UE ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fid-dawl tar-riforma futura tal-PKS(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd UE-Mawritanja(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2011, dwar il-Protokoll futur li jistabbilixxi l-possibbiltajiet tas-sajd u l-kontraparti finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk(7),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill tal-Agrikoltura u tas-Sajd fid-19 u l-20 ta’ Marzu 2012 dwar id-dimensjoni esterna tal-PKS,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0290/2012),
A. billi żewġ terzi mill-oċeani fid-dinja huma inħawi li ma jaqgħux taħt ġurisdizzjoni nazzjonali u kwalunkwe reġim legali komprensiv u eżawstiv għall-ġestjoni tal-ħut irid ikun ibbażat fuq il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1982 u fuq strumenti legali relevanti; billi l-ġestjoni sostenibbli tas-sajd hija ta' importanza strateġika għall-komunitajiet tax-xtut li jiddependu fuq is-sajd kif ukoll għas-sigurtà tal-ikel;
B. billi 85 % tal-ftit stokkijiet tal-ħut fid-dinja li għalihom hemm informazzjoni disponibbli huma rrappurtati bħala sfruttati għalkollox jew sfruttati żżejjed, skont il-valutazzjoni l-aktar reċenti mill-FAO, anke jekk ir-rapport tal-FAO tal-2010 jindika progress fl-irkupru ta’ stokkijiet sfruttati żżejjed u ekosistemi marini madwar id-dinja minħabba l-implimentazzjoni ta’ prattiki ta’ ġestjoni tajba;
C. billi l-UE hija waħda mill-atturi tas-sajd ewlenin u għandha preżenza qawwija u attivitajiet sinifikanti fl-oċeani kollha tad-dinja bis-saħħa ta' kombinazzjoni ta’ attivitajiet tal-flotta, investimenti minn ċittadini tal-UE, ftehimiet bilaterali dwar is-sajd u l-parteċipazzjoni fl-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs) ewlenin kollha, filwaqt li tinkuraġġixxi l-prattiki tajba u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem;
D. billi l-UE hija wieħed mis-swieq l-aktar importanti tal-prodotti tas-sajd u l-akbar importatur dinji ta’ prodotti tas-sajd, tikkonsma 11 % tal-produzzjoni tal-ħut fid-dinja f’termini ta’ volum u timporta 24 % tal-prodotti tas-sajd f’termini ta’ valur, anki jekk tirrappreżenta biss 8 % tal-qabda dinjija (jew 2 % meta jitqiesu biss ibħra barranin);
E. billi l-kwoti fl-RFMOs kienu primarjament ibbażati fuq qabdiet storiċi, li wasslu għal aċċess preferenzjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-istokkijiet tal-ħut fid-dinja; billi dawn issa jridu jikkunsidraw is-sajd li jitwettaq minn pajjiżi li qed jiżviluppaw b'komunitajiet fuq ix-xtut li għal ġenerazzjonijiet sħaħ kienu jiddependu fuq riżorsi tas-sajd fil-viċin, fatt li jrid jiġi rrispettat mill-UE;
F. billi l-UE trid timmira għal koerenza politika għall-iżvilupp abbażi tal-Artikolu 208(1) tat-TFUE li jgħid li “L-Unjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-objettivi ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x’aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw’;
G. billi l-UE trid tapplika b'mod ekwu l-politiki l-oħra kollha tagħha fir-rigward tal-pajjiżi mhux membri - inkluż is-sajd, is-saħħa, il-kummerċ, l-impjiegi, l-ambjent, l-objettivi komuni tal-politika esterna u l-milja tal-Istrateġija Ewropa 2020 - b'mod konsistenti u kkoordinat;
H. billi, sabiex ikun hemm garanzija ta' sajd sostenibbli, f’ħafna każijiet hemm il-ħtieġa li tittejjeb id-data dwar l-istokkijiet tal-ħut li l-UE qed tistad, jew li huma destinati għas-suq tal-UE, f'termini tal-istatus tagħhom, u li jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-qabdiet totali mill-flotot lokali u flotot oħra ta’ pajjiżi terzi tkun disponibbli;
I. billi se jkunu meħtieġa li jsiru studji xjentifiċi rigorużi sabiex jiġi determinat f'liema tip ta' sajd qed ikun hemm, jew jista' jkun hemm, kapaċità żejda tal-flotot;
J. billi l-PKS għandha tikkostitwixxi għodda li tippermetti lill-UE turi lid-dinja kif tista' titwettaq attività ta' sajd responsabbli u kif tippromwovi t-titjib tal-ġestjoni internazzjonali tal-attivitajiet tas-sajd billi jiġu implimentati standards Ewropej ta’ ġestjoni għall-flotot;
K. billi l-UE għandha terfa’ responsabbiltà ewlenija fil-mobilizzazzjoni tal-komunità internazzjonali għall-ġlieda kontra s-sajd IUU;
1. Jilqa’ l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni u l-ħafna proposti pożittivi li tinkludi biex tinkoraġġixxi s-sostenibilità tal-attivitajiet tas-sajd u l-attivitajiet relatati tal-UE barra l-ilmijiet tal-UE, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi; iqis, madankollu, li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dokument mhuwiex estensiv biżżejjed, billi jikkonċentra wisq fuq ftehimiet bilaterali u organizzazzjonijiet multilaterali, u li dan għandu jieħu approċċ integrat lejn attivitajiet oħrajn li għandhom l-għan li jipprovdu prodotti maħsuba għas-suq tal-UE;
2. Jinsisti dwar il-ħtieġa li l-UE taħdem fuq il-bażi tal-koerenza politika tal-Unjoni li twassal għal titjib tal-governanza tas-sajd internazzjonali;
3. Iqis li l-koordinazzjoni bejn il-politika esterna u l-politika ta’ kooperazzjoni hija importanti ħafna sabiex jiġu stabbiliti ftehimiet tas-sajd sostenibbli u jingħataw is-sinerġiji meħtieġa għall-kontribuzzjoni, b’mod aktar effettiv, għall-iżvilupp tal-pajjiżi terzi assoċjati;
4. Iqis li d-daqs tas-suq tal-UE għall-prodotti tas-sajd u l-medda ġeografika tal-attivitajiet minn bastimenti li jtajru bandiera tal-UE u bastimenti b'sjieda fl-UE jimponi livell għoli ta’ responsabbiltà fuq l-Unjoni biex tiżgura li l-impronta ekoloġika tas-sajd u l-impatt soċjoekonomiku jkunu sostenibbli, tipprovdi prodotti tas-sajd ta’ kwalità għolja lill-konsumaturi fl-Ewropa u f'pajjiżi oħra fejn prodotti tas-sajd u prodotti relatati oħra Ewropej jiġi kkummerċjalizzat, u tikkontribwixxi għal nisġa soċjali u ekonomika tal-komunitajiet tas-sajd tal-kosta kemm ġewwa l-UE kif ukoll fi bnadi oħra;
5. Jemmen li s-sajd minn impriżi jew sajjieda tal-UE ġewwa u barra l-ilmijiet tal-Unjoni, u l-prodotti tas-sajd destinati għas-suq tal-UE, għandhom ikunu bbażati fuq l-istess standards f’termini ta’ sostenibilità ekoloġika u soċjali u ta' trasparenza, u li dawn l-istess prinċipji għandhom jitħarsu u mitluba mill-pajjiżi terzi, kemm fuq livell bilaterali kif ukoll multilaterali; u jqis li l-projbizzjoni fuq il-ħut skartat għanda tkun applikata b’mod parallel mal-introduzzjoni tagħha fl-ilmijiet tal-UE, applikabbli għall-istess speċijiet, permezz ta’ monitoraġġ minn CCTV u osservaturi, b’derogi xierqa sabiex jiġu evitati varjazzjonijiet fil-prezzijiet għal prodotti kkunsmati lokalment;
6. Ifakkar fil-bżonn li l-politiki tal-UE jkunu koerenti mal-obejttivi tal-iżvilupp kif stipulati fl-Artikolu 208 tat-TFUE; jinnota li tali koerenza teħtieġ koordinament mhux biss fil-Kummissjoni stess iżda wkoll fi ħdan il-gvernijiet tal-Istati Membri kif ukoll bejn il-Kummissjoni u l-gvernijiet tal-Istati Membri individwali;
7. Itenni, bil-għan li jtejjeb il-koerenza fid-deċiżjonijiet tiegħu, li l-azzjonijiet tal-UE għandhom jintegraw l-aspetti relatati mal-politiki tagħha dwar il-kummerċ, is-saħħa, l-impjiegi, il-viċinat, l-ambjent, il-politika marittima, il-politika esterna u l-milja tal-Istrateġija Ewropa 2020;
8. Ifakkar li l-Pjan ta' Azzjoni Internazzjonali għall-Ġestjoni tal-Kapaċità tas-Sajd (Kapaċità IPOA) impenja lill-UE, sa mhux aktar tard mill-2005, li tiżviluppa u timplimenta sistema għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd; jitlob lill-Kummissjoni tispjega għaliex tidher li qed issegwi approċċi kontradittorji lejn il-ġestjoni tal-kapaċità billi tipproponi l-iffriżar f’ċerti RFMOs filwaqt li tipproponi t-tneħħija tal-limiti regolatorji ewlenin għall-kapaċità fi ħdan il-flotot Ewropej; jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi mekkaniżmi bilaterali u multilaterali sabiex il-kapaċità tas-sajd tiġi aġġustata gġar-riżorsi disponibbli, identifikati bħala neċessarji għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi mill-flotot kollha li joperaw f’dawn iż-żoni;
9. Jikkunsidra li l-għanijiet u l-prinċipji tad-dimensjoni esterna tal-PKS għandhom ikunu stipulati fir-Regolament Bażiku;
Dispożizzjonijiet Ġenerali
10. Jenfasizza li ż-żamma tal-ftehimiet tas-sajd fis-seħħ u t-tfittxija għal opportunitajiet ġodda tas-sajd f’pajjiżi terzi, għandhom ikunu objettiv prijoritarju fil-politika esterna tas-sajd, filwaqt li jiġi rikonoxxut li meta l-flotta tal-UE ma tibqax topera fil-postijiet tas-sajd ta’ pajjiż terz, dawn il-possibbiltajiet tas-sajd normalment jiġu distribwiti mill-ġdid lil flotot oħra li għandhom standards ta’ konservazzjoni, ġestjoni u sostenibilità ħafna aktar baxxi minn dawk meħtieġa u protetti mill-UE;
11. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġa prinċipji u għanijiet definiti b’mod ċar għal sajd sostenibbli għall-ambjent, ekonomikament u soċjalment fl-ibħra miftuħa u fl-ilmijiet taħt ġurisdizzjoni nazzjonali fil-fora kollha internazzjonali li fihom l-UE hija parti kontraenti, u biex timplimenta malajr u b’mod effettiv id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu fihom;
12. Jenfasizza li l-UE għandha tiżviluppa strateġija speċifika fil-qasam tas-sajd u l-ġestjoni ta’ riżorsi tal-baħar ħajjin, li tinvolvi l-istati kostali kollha mhux Ewropej tal-Mediterran.
13. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tmexxi 'l quddiem l-aġenda globali u multilaterali li tippromwovi s-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tal-bijodiversità tal-baħar, filwaqt li tittrasforma d-djalogi tagħha mal-pajjiżi ewlenin bħall-Istati Uniti, il-Ġappun, ir-Russja, iċ-Ċina u pajjiżi terzi oħrajn bi preżenza b'saħħitha tas-sajd fl-oċeani dinjija, fi sħubiji effikaċi biex jiġu indirizzati kwistjonijiet kruċjali bħall-eradikazzjoni ta' sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat, it-tnaqqis, fejn ikun meħtieġ, kemm tas-sajd żejjed kif ukoll tal-kapaċità tal-flotta, u t-tisħiħ tal-kontroll u l-governanza tal-ibħra miftuħa b'mod konsistenti mal-prinċipji tal-UNCLOS u ma' strumenti oħra relevanti;
14. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-liġi internazzjonali, b'mod partikolari l-UNCLOS u l-parteċipazzjoni fil-konvenzjonijiet tal-ILO, u biex timmoniterja l-konformità ma' dawn ir-regoli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkoopera ma’ pajjiżi terzi fil-fora kollha xierqa, speċjalment fl-RFMOs;
15. Jemmen li l-UE għandha tniedi inizjattiva fil-livell tan-NU biex tistabbilixxi skema ta' dokumentazzjoni dwar il-qabdiet u traċċabbiltà dinjija għall-ispeċijiet kollha tal-ħut li jidħlu fis-suq internazzjonali, imsejsa fuq il-prinċipju tar-responsabbiltà tal-Istat tal-bandiera u kompatibbli mar-regolament dwar l-IUU, bħala għodda prinċipali biex issaħħaħ il-konformità mal-miżuri eżistenti ta' konservazzjoni u ġestjoni u biex tiġġieled is-sajd IUU biex b'hekk tippromwovi l-konsum responsabbli;
16. Jistieden lill-Kummissjoni aktar kuraġġ fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 dwar is-sajd IUU, speċjalment rigward il-partijiet kontraenti tar-RFMOs li ma jikkollaborawx b’mod attiv fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi prinċipali tal-ġlieda kontra s-sajd IUU;
17. Jikkunsidra li l-UE għandha tkun attiva fis-sistema tan-NU biex tesplora mezzi għall-komunità dinjija biex tindirizza:
–
il-ħtieġa għal governanza dinjija tal-oċeani aktar reġjonalizzata u integrata, li tirrigwarda kemm ir-riżorsi tal-baħar ħajjin u riżorsi oħra,
–
it-tniġġis u l-impatti tat-tibdil fil-klima fuq l-oċeani, inklużi l-protezzjoni u r-rijabilitazzjoni ta’ bjar “blu” prezzjużi ta' assorbiment tal-karbonju, u
–
l-istandards soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol;
18. Jinnota l-importanza tan-negozjati fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar id-dixxiplina tas-sussidji fis-settur tas-sajd u jitlob lill-UE tieħu rwol aktar attiv f’dawn id-diskussjonijiet;
19. Jinnota l-ħtieġa li jinħolqu mekkaniżmi li jippromwovu l-prodotti tas-sajd b’oriġini sostenibbli mil-lat ekoloġiku u ġusta mil-lat soċjali fi ħdan u barra mill-UE;
20. Jinnota li wieħed mill-objettivi prijoritarji tad-dimensjoni esterna tal-PKS għandu jkun li jiġi assigurat il-futur tal-flotta Ewropea li tbaħħar fuq distanzi twal, b’mod partikolari sakemm ikollha drittijiet tas-sajd li servew bħala bażi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi fejn topera;
Ftehimiet Bilaterali tas-Sajd
21. Iqis li l-ftehimiet bilaterali, jew Ftehimiet dwar Sajd Sostenibbli (SFA) kif il-Kummissjoni tipproponi li ssejħilhom, innegozjati bejn is-sħab u implimentati b'mod ekwu, għandhom ikunu bbażati fuq l-isfruttament responsabbli u sostenibbli tar-riżorsi mill-bastimenti tal-UE u jkunu ta' benefiċċju għaż-żewġ partijiet, jiffaċilitaw il-provvista ta' riżorsi ekonomiċi, għarfien speċjalizzat tekniku u xjentifiku u appoġġ għal ġestjoni tas-sajd imtejba u governanza tajba lill-pajjiż terz, filwaqt li jippermettu l-kontinwazzjoni ta' attivitajiet tas-sajd li huma importanti mil-lat soċjoekonomiku u sors ta’ provvista għall-UE u għas-swieq ta’ ċerti pajjiżi li qed jiżviluppaw, kemm tal-prodotti friski kif ukoll ta’ dawk ipproċessati;
22. Jappella lill-UE biex timmira lejn il-konklużjoni, kemm jista’ jkun malajr, ta’ Ftehimijiet ta’ Kooperazzjoni dwar Sajd Sostenibbli ma’ pajjiżi ġirien fejn l-UE tipprovdi l-finanzjament u l-appoġġ tekniku sabiex tinkiseb politika iktar miftiehma u koerenti, bl-għan li tinkiseb politika armonizzata u sostenibbli tas-sajd fil-baċiri tal-baħar komuni kollha, biex b'hekk tiżdied l-effikaċja tal-PKS fir-reġjuni kollha kkonċernati; jappella sabiex dawn il-ftehimiet ikunu konklużi fi spirtu ta’ kooperazzjoni ġusta u ekwa u fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u biex jimmiraw għall-kondiviżjoni ġusta ta’ responsabbiltajiet bejn l-Unjoni u l-pajjiż sieħeb rispettiv;
23. Jistieden lill-UE, bil-għan li ttejjeb kemm il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi ġirien kif ukoll il-ġestjoni tal-istokkijiet kondiviżi, biex timmira li tikkonkludi ftehimiet ta’ kooperazzjoni dwar sajd sostenibbli ma’ dawn il-pajjiżi li m’għandhomx jimmiraw lejn il-kisba ta’ drittijiet għas-sajd għal bastimenti tal-UE iżda lejn il-kisba ta’ sitwazzjoni fejn l-UE tkun tista' tipprovdi l-finanzjament u l-appoġġ tekniku bil-għan li, fil-pajjiż terz sieħeb, jiġu implimentati regoli ta’ ġestjoni sostenibbli paragunabbli bħall-UE;
24. Ifakkar li fil-valutazzjoni tal-impatt ta’ dawk li issa huma msejħa Ftehimiet dwar Sajd Sostenibbli (SFAs), huwa importanti li ssir distinzjoni korretta bejn l-għajnuna mmirata lejn l-iżvilupp tas-settur tas-sajd f’pajjiżi terzi u dik li tirriżulta mill-ħlas għal drittijiet tas-sajd;
25. Jiddispjaċih, madanakollu, li l-ftehimiet bilaterali tal-UE mhux dejjem kisbu l-benefiċċji soċjali msemmija hawn fuq, u jenfasizza l-ħtieġa li jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt għar-reġjuni ultraperiferiċi, kull meta dawn ikunu involuti, b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 349 tat-Trattat, filwaqt li jirrikonoxxi li sar ħafna progress mill-aħħar riforma; iqis li l-evalwazzjoni xjentifika mtejba tal-istokkijiet, it-trasparenza il-konformità mal-objettivi, il-benefiċċji għall-popolazzjoni lokali, u t-titjib tal-governanza tas-sajd huma essenzjali għal ftehimiet ta' suċċess;
26. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tinkludi diversi dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali futuri, inkluż: ir-rispett għall-prinċipju ta’ limiti fuq l-aċċess għar-riżorsi li huma ppruvati xjentifikament li huma żejda għall-Istat tal-kosta, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS; is-salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem b'konformità mal-ftehimiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; il-klawsola ta' esklużività, għalkemm din jeħtieġ li tissaħħaħ u ssir rikonoxxuta formalment permezz tal-ftehimiet, li tiżgura, fil-każijiet kollha, ir-rispett rigoruż għall-prinċipji demokratiċi;
27. Jikkunsidra li ftehimijiet bilaterali tal-UE iridu jirrispettaw mhux biss l-Artikolu 62 tal-UNCLOS fir-rigward tal-istokkijiet żejda iżda wkoll l-Artikoli 69 u 70 dwar id-drittijiet ta’ stati mingħajr kosta u ġeografikament żvantaġġati fi ħdan ir-reġjun, speċjalment fir-rigward tal-ħtiġijiet nutrizzjonali u soċjoekonomiċi ta’ popolazzjonijiet lokali;
28. Huwa tal-fehma li l-klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem għandha tiġi implimentata mingħajr diskriminazzjoni u għandha tapplika fil-pajjiżi kollha bl-istess mod, mhux biss għall-ftehimiet tas-sajd, iżda wkoll għall-ftehimiet kummerċjali; iqis li permezz tad-WTO, irridu nippenalizzaw il-produzzjoni f’dawk il-pajjiżi li għadhom ma jirrispettawx id-drittijiet tal-bniedem jew iħaddmu t-tfal għall-produzzjoni industrijali, kif ukoll li jiddiskriminaw kontra n-nisa billi ma jagħtuhomx ħlas jew ma jirrikonoxxux l-attivitajiet tagħhom u l-kontribut ekonomiku tagħhom fis-sajd u fl-akkwakultura;
29. Jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni ta’ ġestjoni integrata bbażata fuq ekosistema fil-ftehimiet ġodda u eżistenti;
30. Jikkunsidra li l-kontribut miżjud mogħti mill-impriżi lil ftehimiet futuri tas-sajd għandu jkun konformi ma’ kapaċità akbar ta' influwenza tas-settur skont il-miżuri tekniċi u l-istandards li l-Kummissjoni tinnegozja f’dawn il-ftehimiet;
31. Iqis li r-Regolament dwar l-Awtorizzazzjonijiet tas-Sajd għandu jiġi emendat sabiex il-bastimenti li jtajru bandiera tal-UE li telqu temporanjament ir-reġistru ta’ Stat Membru biex ifittxu opportunitajiet ta’ sajd band’oħra ma jitħallewx jibbenefikaw għal 24 xahar minn opportunitajiet ta’ sajd taħt l-SFA u l-protokolli fis-seħħ meta dawn jiddereġistraw jekk dawn sussegwentement jirritornaw għal reġistru tal-UE; iqis li l-istess għandu jsir għat-tibdil temporanju tal-bnadar tal-bastimenti waqt li jitwettaq sajd fil-qafas tal-RFMOs;
32. Iqis li l-klawżola soċjali li qed tintuża fil-preżent għandha tissaħħaħ biex tinkludi r-rispett għall-Konvenzjoni 188 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), ir-Rakkomandazzjoni 199 tal-ILO dwar il-ħidma fis-sajd, kif ukoll it-tmien Konvenzjonijiet Fundamentali tal-ILO(8), u jiġi żgurat li kondizzjonijiet tax-xogħol għal membri tal-ekwipaġġ domiċiljati barra mill-UE u li jaħdmu abbord bastimenti li jtajru bandiera tal-UE għandhom ikunu ugwali għal dawk ta’ ħaddiema domiċiljati fl-UE;
33. Jemmen li s-SFAs għandhom jikkontribbwixxu għall-iżvilupp sostenibbli f’pajjiżi terzi sħab u jinkoraġġixxu lis-settur privat lokali, b’enfasi partikolari fuq is-sajd fuq skala żgħira u l-SMEs, u għal dan l-għan jitlob żieda fl-impjieg ta’ sajjieda lokali u l-iżvilupp ta’ industriji tal-ipproċessar lokali u attivitajiet ta’ kumerċjalizzazzjoni sostenibbli;
34. Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tikseb data dejjem iżjed kompluta u affidabbli mill-Istat tal-kosta dwar l-ammont totali ta’ sajd, inklużi l-qabdiet, li jseħħ fl-ilmijiet tiegħu, bħala rekwiżit għall-kompitu diffiċli li jiġu identifikati r-riżorsi eċċessivi u sabiex jiġi evitat l-isfruttament żejjed; jinnota li l-politiki tal-UE dwar is-sajd u dwar l-iżvilupp jistgħu jippromwovu t-titjib meħtieġ fil-kapaċità ta' pajjiżi terzi li jagħtu din l-informazzjoni;
35. Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tippromwovi trasparenza akbar meta tiġi biex tiddetermina ll-livell ta’ sfruttar tal-istokkijiet tal-ħut f’ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ stati kostali;
36. Jafferma mill-ġdid li, skont il-prinċipju tar-rispett tar-rabta tradizzjonali bejn il-komunitajiet tal-kosta u l-ibħra fejn stadu storikament, il-bastimenti tal-UE ma għandhomx jikkompetu mas-sajjieda lokali għall-istess riżorsi jew fuq l-istess swieq lokali, u li l-kooperazzjoni bejn l-operaturi lokali u tal-UE għandha tiġi ffaċilitata, u b’hekk jenfasizza l-ħtieġa ta’ kalkolu preċiż tar-riżorsi eċċessivi;
37. Jemmen li l-UE għandha żżid l-isforzi tagħha biex tgħin tipprovdi l-pajjiżi terzi li magħhom tinnegozja ftehimiet bilaterali b’data u informazzjoni biżżejjed għal valutazzjonijiet affidabbli tal-istokkijiet, u li jekk tipprovdi finanzjament tal-UE għal bastiment tar-riċerka xjentifika fir-reġjun fejn il-flotta tal-UE hija attiva tissaħħaħ b’mod konsiderevoli l-analiżi xjentifika dwar l-istokkijiet tal-ħut, li huwa prerekwiżit għal kwalunkwe SFA;
38. Jitlob li l-kampanji ta’ riċerka mwettqa minn bastimenti ta’ Stati Membri differenti f'inħawi fejn tistad il-flotta tal-UE jitħeġġu kemm jista' jkun possibbli u jitwettqu f'kooperazzjoni mal-istati kostali kkonċernati, inkluż l-għoti ta' aċċess għax-xjentisti lokali; jappella għal kooperazzjoni akbar fost l-Istati Membri u l-Kummissjoni f’dan ir-rigward, u li jiġi miżjud il-finanzjament għall-estenzjoni tar-riċerka xjentifika fl-ilmijiet barra l-UE;
39. Jemmen li, fl-istess ħin, għandhom jiżdiedu l-isforzi sabiex tinkiseb id-data meħtieġa minn pajjiżi terzi li magħhom l-UE għandha ftehimijiet bilaterali tas-sajd, sabiex tiġi vvalutata l-effikaċja tal-ftehim u jekk il-kundizzjonijiet huma jiġu sodisfati, eż li huma għandhom ikunu ta' benefiċċju għall-popolazzjoni lokali;
40. Jenfasizza l-importanza tal-gruppi xjentifiċi konġunti għall-għoti ta’ opinjonijiet xjentifiċi dwar il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli sabiex ikun evitat is-sajd żejjed, minħabba li s-settur tas-sajd, u b’mod partikolari s-settur tas-sajd artiġjanali, għandu rwol ewlieni fis-salvagwardja tas-sigurtà tal-ikel f'ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw; jinsisti li dawn il-gruppi għandu jkollhom riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani xierqa sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ħidmiet tagħhom u jaħdmu flimkien mal-RFMOs;
41. Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi t-tisħiħ ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknika mmirata b’mod ġenerali fl-SFAs, inkluż billi jissaħħaħ ir-rwol tal-Komunitajiet Xjentifiċi Konġunti; jappella wkoll biex isiru sforzi biex tinkiseb armonizzazzjoni bejn il-kundizzjonijiet sanitarji u iġjeniċi tal-UE u l-pajjiżi terzi;
42. Jappoġġa bis-sħiħ il-kunċett ta’ diżakkoppjament tal-kumpens finanzjarju għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd mill-appoġġ settorjali għall-iżvilupp; jinsisti bil-qawwa li s-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu proporzjon ġust u bbażat fuq is-suq tal-ispejjeż meta jakkwistaw drittijiet għal aċċess fil-qafas ta’ ftehim bilaterali dwar sajd; jitlob li ssir analiżi dettaljata tas-sehem li jrid jitħallas mis-sidien tal-bastimenti għal awtorizzazzjoni għal sajd, inklużi l-qabdiet potenzjali u l-ispejjeż tal-operat; jemmen li s-superviżjoni mtejba tal-appoġġ settorjali hija essenzjali, inkluża l-possibbiltà tas-sospensjoni tal-pagamenti f'każijiet fejn l-istat tal-kosta jonqos li jissodisfa l-impenji tiegħu;
43. Jinsisti li l-pakkett finanzjarju maħsub għall-appoġġ tas-settur għandu jkun aktar effettiv u jikseb aktar riżultati u ta’ kwalità aħjar, b’enfasi b’mod partikolari fuq ir-riċerka xjentifika, il-ġbir tad-data u l-kontroll u l-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd;
44. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-allokazzjonijiet għall-appoġġ settorjali fil-qafas tal-SFAs ikunu maħsuba biex jappoġġaw il-kapaċità amministrattiva u xjentifika ta’ pajjiżi terzi u jassistu l-impriżi żgħar u medji, isaħħu l-objettivi ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, u jkunu konformi mal-pjan ta' żvilupp nazzjonali tal-pajjiż firmatarju; jitlob biex dawn l-allokazzjonijiet ma jieħdux post il-kooperazzjoni fl-industrija tas-sajd prevista fi ftehimiet u fi strumenti ta’ kooperazzjoni oħra, iżda jikkomplimentawha b’mod koerenti, trasparenti, effikaċi u aktar immirat;
45. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex matul in-negozjati tas-SFAs tipprova tiżgura li l-istat tal-kosta jiddedika parti minima tal-appoġġ settorjali għall-iżvilupp mogħti taħt is-SFA lil proġetti li għandhom bħala l-objettiv tagħhom ir-rikonoxximent, il-promozzjoni u d-diversifikazzjoni tar-rwol tan-nisa fis-settur tas-sajd, filwaqt illi tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament u opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel b’mod partikolari fir-rigward tat-taħriġ u l-aċċess għall-finanzjament u s-self;
46. Jemmen li l-appoġġ settorjali għall-iżvilupp għandu jiġi kkunsidrat meta jittieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti fil-futur;
47. Jinsisti li l-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-ftehimiet bilaterali, permezz ta' rapporti annwali li jintbagħtu lill-Parlament u lill-Kunsill, u li evalwazzjonijiet imwettqa minn esperti esterni u indipendenti jintbagħtu lill-koleġislaturi fil-ħin dovut qabel in-negozjati tal-protokolli l-ġodda; dawn kollha għandhom ikunu fid-dominju pubbliku, soġġetti għar-regoli relevanti dwar il-protezzjoni tad-data u jkunu disponibbli f'tal-inqas tliet lingwi uffiċjali tal-UE;
48. Jenfasizza l-ħtieġa li l-Parlament ikun involut b’mod adegwat fil-proċess tat-tħejjija u tan-negozjati u fil-monitoraġġ fit-tul u l-valutazzjoni tal-funzjonament tal-ftehimiet bilaterali skont id-dispożizzjonijiet tat-TFUE; jinsisti li l-Parlament ikun infurmat immedjatament u bis-sħiħ fuq l-istess livell tal-Kunsill fl-istadji kollha tal-proċedura relatati mal-FPAs, skont l-Artikoli 13(2) u 218(10) TFUE; ifakkar il-konvinzjoni tiegħu li l-Parlament għandu jkun irrappreżentat minn osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt previsti fil-ftehimiet tas-sajd, u jinsisti li s-soċjetà ċivili, inklużi r-rappreżentanti tas-settur tas-sajd tal-UE kif ukoll ta’ pajjiżi terzi, tattendi wkoll bħala osservatur f'dawn il-laqgħat;
49. Jappoġġa t-twettiq ta’ verifiki xjentifiċi għall-evalwazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut qabel in-negozjar tal-ftehimiet u jistieden lill-pajjiż terz jagħti notifika dwar l-isforz tas-sajd imwettaq fl-ilmijiet tiegħu mill-flotot ta’ pajjiżi oħra; sabiex dawn l-għanijiet ikunu effettivi;
50. Huwa konvint li trasparenza sħiħa dwar il-qabdiet, il-pagamenti u l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali tkun għodda indispensabbli għall-iżvilupp ta' sajd responsabbli u sostenibbli, ibbażat fuq il-governanza tajba, il-ġlieda kontra l-użu mhux xieraq tal-appoġġ tal-UE u kontra l-korruzzjoni;
51. Jenfasizza, bl-istess mod, il-ħtieġa li titjieb it-trasparenza kemm waqt in-negozjati kif ukoll waqt il-perjodu ta’ validità tal-Ftehimiet tas-Sajd, kemm min-naħa tal-UE kif ukoll tal-pajjiżi terzi;
52. Jinsisti li l-Istati Membri jirrappurtaw il-qabdiet lill-istati kostali ta' kuljum u li huma jikkonformaw bis-sħiħ mar-regoli applikabbli fl-ilmijiet tal-pajjiżi sħab;
53. Jemmen bil-qawwa li l-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha li n-negozjati ma’ pajjiżi terzi li jipprevedu ftehimiet jew protokolli ġodda għal ftehimiet bilaterali dwar sajd jinbdew ħafna qabel id-data tal-iskadenza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet; f’dan il-kuntest jenfasizza l-importanza tal-involviment bikri tal-Parlament sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni proviżorja ta’ dawn id-dispożizzjonijiet li jwasslu għal faits accomplis irreversibbli, li la huma fl-interess tal-UE u lanqas tal-pajjiż terz;
54. Jemmen li l-industrija Ewropea tas-sajd għandha tidħol għal sehem finanzjarju konsiderevoli tal-ispejjeż meta takkwista drittijiet għal aċċess għal żoni tas-sajd li mhumiex fl-UE fil-qafas ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali dwar sajd;
55. Jemmen li għandu jkun hemm approċċ reġjonali lejn in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet bilaterali tal-UE, partikolarment f’dawk li jaffettwaw il-flotta tad-dgħajes tat-tonn, u, fejn xieraq, rabta ċara bejn it-termini li fihom u l-miżuri ta' ġestjoni u l-prestazzjoni tar-RFMOs rilevanti;
56. Iħoss il-bżonn li, fuq livell reġjonali, jesprimi d-diżappunt tiegħu lill-Kummissjoni dwar il-fatt li kien hemm treġġigħ lura tal-politika fir-rigward tal-miżuri relatati mal-kirja ta’ baħħara, minħabba li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet kien hemm qalba lura għall-politika insostenibbli li dawn il-membri tal-ekwipaġġ jiġu reklutati skont in-nazzjonalità tagħhom u mhux skont l-oriġini tagħhom fil-pajjiżi tal-AKP b’mod ġenerali;
57. Huwa tal-fehma li għandhom jiġu introdotti konvenzjonijiet bilaterali li jiffavorixxu l-investimenti tal-Unjoni fis-settur tas-sajd f’dawk il-pajjiżi fejn attwalment ma jeżistux ftehimiet ta’ assoċjazzjoni, peress li ma jeżistux possibbiltajiet ta’ sajd eċċessiv, u biex b'hekk jikkontribwixxu għas-sajd sostenibbli; iqis ukoll li, f’dawn il-każijiet, il-koordinazzjoni bejn il-fondi Ewropej għall-iżvilupp u l-fondi għall-ftehimiet bilaterali għandha tkun prijorità ewlenija;
58. Iħeġġeġ lill-UE tieħu l-inizjattiva biex issaħħaħ ir-RFMOs sabiex itejbu l-prestazzjoni tagħhom, inkluż permezz ta’ rieżamijiet regolari minn korpi indipendenti tal-punt safejn dawn jiksbu l-objettivi tagħhom, u biex tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet li jsiru f’tali rieżamijiet jiġu implimentati malajr u b’mod sħiħ; iħeġġeġ lill-UE taħdem sabiex jiġi żgurat li l-RFMOs kollha jkollhom kumitat ta’ konformità effettiv u jemmen li każijiet ippruvati ta’ nuqqas ta’ konformità minn stati għandhom iwasslu għal sanzjonijiet dissważivi, proporzjonati u nondiskriminatorji, inkluż tnaqqis fil-kwoti, l-isforz, il-kapaċità permessa, eċċ;
59. Jitlob lill-Kummissjoni talloka aktar fondi lill-RFMOs, peress li dawn għadhom rwol kruċjali fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux dikjarat u mhux regolat;
60. Jikkunsidra li l-UE għandha taħdem lejn sistema mtejba ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fl-RFMOs sabiex tmur lil hinn mill-approċċ tad-“denominatur komuni l-aktar baxx’ li jista' jirriżulta minn kunsens, filwaqt li jagħraf il-ħtieġa għal dibattitu qabel ma ssir votazzjoni meta ma jkun jista' jinkiseb ebda kunsens; iqis li l-pjanijiet multiannwali għandhom jiġu promossi;
61. Huwa tal-fehma li l-Unjoni trid tikkordina aħjar il-politiki tas-sajd u tal-iżvilupp tagħha u timpenja ruħha f’djalogi u sħubiji sistematiċi, fit-tul u fil-fond ma’ stati oħra tal-bandiera, tas-suq u tal-kosta, sabiex jinkisbu ġestjoni tas-sajd u sigurtà fl-ikel imtejba madwar id-dinja;
62. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu t-tmexxija biex tippromwovi l-ħolqien ta' netwerk komprensiv ta' kopertura tar-RFMOs sabiex is-sajd kollu fl-ibħra miftuħa jiġi ġestit b’mod effikaċi mal-approċċ ekosistemiku u l-approċċ prekawzjonali li jippromwovu l-konservazzjoni tar-riżorsi; għal dak il-għan, ifakkar l-appoġġ tiegħu għat-twaqqif ta' RFMOs ġodda fejn dawn ma jeżistux, u għal żieda fil-kompetenza tal-RFMOs eżistenti billi ssir reviżjoni tal-konvenzjonijiet tagħhom;
63. Jinnota li bħala konsegwenza tat-tibdil fil-klima u tal-bidliet fid-distribuzzjoni tal-ispeċijiet, qed jinfetħu nħawi ġodda għas-sajd fl-ilmijiet Artiċi; iqis li l-UE għandha tieħu inizjattivi sabiex tiżgura li l-operazzjonijiet tas-sajd jiġu ġestiti b’mod effikaċji (mir-RFMOs eżistenti jew il-ħolqien ta’ wieħed ġdid) għal ġestjoni sostenibbli u l-konservazzjoni ta’ stokkijiet f’dawn l-ilmijiet; jemmen li s-sajd għandu għall-ewwel jiġi ristrett sabiex jippermetti valutazzjonijiet xjentifiċi ta’ ħażniet Artiċi u s-sajd li jistgħu jappoġġjaw b’mod sostenibbli;
64. Jinnota li l-Baħar Iswed għandu jibbenefika minn RFMO ġdid, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien tiegħu;
65. Jemmen li r-RFMOs għandhom jiżviluppaw sistemi ta’ ġestjoni sostenibbli, bil-għan li l-istokkijiet jinżammu 'l fuq mill-MSY (rendiment massimu sostenibbli), li jipprovdu allokazzjoni tar-riżorsi trasparenti u ġusta bl-użu ta' inċentivi bbażati fuq kriterji ambjentali u soċjali, kif ukoll fuq il-qabdiet storiċi, għall-kisba ta’ opportunitajiet tas-sajd, biex b'hekk jiġu inklużi kemm id-drittijiet / l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-istati li qed jiżviluppaw kif ukoll l-aspettattivi tal-flotot li stadu b'mod sostenibbli f’dawk l-ilmijiet, filwaqt li jassiguraw li l-miżuri ta’ ġestjoni u konservazzjoni jiġu implimentati kompletament mill-membri kollha;
66. Jopponi bis-saħħa li l-UE tippromwovi l-adozzjoni ta' skemi ta' Konċessjonijiet Trasferibbli tas-Sajd (TFC) fl-RFMOs; iqis li kwalunkwe sistema ta' ġestjoni bbażata fuq id-drittijiet adottata fl-RFMOs m’għandhiex tipperikola l-għajxien ta’ komunitajiet tas-sajd dipendenti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
67. Jemmen li l-involviment tal-partijiet kkonċernati kollha, mit-tfassil tal-politiki sal-introduzzjoni tagħhom, iwassal għal governanza tajba;
68. Jitlob li ssir valutazzjoni dettaljata tal-kapaċità tas-sajd tal-flotot tal-UE awtorizzati li jistadu barra mill-ilmijiet tal-UE, bl-użu ta’ indikaturi affidabbli tal-kapaċità tal-bastimenti li jaqbdu l-ħut b’kunsiderazzjoni tal-avvanzi teknoloġiċi bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Konsultazzjoni Teknika tal-FAO tal-1999 dwar il-kejl tal-kapaċità tas-sajd(9); jemmen li l-UE għandha tidentifika l-RFMOs li għandhom problemi ta’ kapaċità żejda, u tiżgura l-iffriżar u l-aġġustament tal-kapaċità tal-flotot b’kunsiderazzjoni speċjali għad-drittijiet tal-pajjiżi tal-kosta;
Aspetti Oħra tad-Dimensjoni Esterna
69. Jemmen li minkejja l-attivitajiet esterni tal-impriżi tal-UE jistgħu jaqbżu d-dimensjoni esterna tal-PKS, l-attivitajiet kummerċjali u l-ftehimiet privati bejn is-sidien tal-bastimenti tal-UE u pajjiżi terzi, inklużi dawk imwettqa fil-qafas tal-politiki ta' kooperazzjoni bilaterali, għandhom ikunu rispettati u protetti b’mod leġittimu sakemm dawn jitwettqu fil-qafas tal-liġi internazzjonali;
70. Iqis li l-investimenti tas-sajd Ewropej għandhom jiġu inklużi bħala t-tielet komponent fid-dimensjoni esterna tal-PKS, flimkien mal-ftehimiet tas-sajd u r-RFMOs, u li l-PKS għandha tinkuraġġixxi l-investiment f'sajd estern sostenibbli;
71. Jemmen li l-PKS għandha tippromwovi l-istrateġiji ta’ Responsabbiltà Soċjali Korporattiva, sabiex nerfgħu bis-sħiħ r-responsabbiltà soċjali tagħna b'konformità mal-Istrateġija tal-UE għall-2011-2014 dwar ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva;
72. Jemmen li l-informazzjoni dwar il-ftehimiet privati bejn is-sidien tal-bastimenti tal-UE u pajjiżi terzi, kif ukoll dwar l-impriżi konġunti f’pajjiżi terzi, inklużi n-numru u t-tip ta’ bastimenti li joperaw fl-ambitu ta' ftehimiet u impriżi konġunti bħal dawn, kif ukoll il-qabdiet tagħhom, għandhom jibqgħu jingħataw mill-Istat Membru lill-Kummissjoni u jkunu disponibbli pubblikament skont ir-regoli tal-protezzjoni tad-data individwali u kummerċjali, kif stipulat fir-Regolament dwar l-Awtorizzazzjonijiet tas-Sajd;
73. Jistieden lill-UE tippromwovi aġenda globali u multilaterali li tinkorpora r-responsabbiltà fl-iżvilupp ta’ attività tas-sajd sostenibbli;
74. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu kunsiderazzjoni serja lill-metodi biex jinħolqu inċentivi b'saħħithom sabiex bastimenti li jtajru bandiera tal-UE jibqgħu fuq ir-reġistru tal-UE, sakemm ma jingħatawx bandiera fi stati ta' reputazzjoni tajba fl-RFMOs kollha rilevanti; iqis li l-aħjar mod biex jinkiseb dan huwa li jiġi żgurat li jkun hemm kompetizzjoni ġusta bejn il-bnadar tal-UE u l-bnadar ta' stati barra l-UE, billi jintalbu l-istess standards f’termini ta’ sostenibilità ekoloġika u soċjali mill-pajjiżi terzi, kemm bilateralment kif ukoll multilateralment, kif ukoll bl-użu ta' miżuri relatati mas-suq;
75. Jesprimi l-impazjenza tiegħu mal-Kummissjoni talli ma żiditx bastimenti li jridu jiġu inklużi fil-lista IUU tal-UE ħlief dawk elenkati mir-RFMO, u talli lanqas ipproponiet lista ta’ pajjiżi li mhux qed jikkooperaw, minkejja li r-Regolament IUU ilu fis-seħħ għal aktar minn sentejn, u jħeġġiġha tagħmel dan mill-aktar fis; jinsisti fuq il-ħtieġa li jitfittex appoġġ mingħand is-sħab ewlenin tagħna sabiex jinġieb fi tmiemu s-sajd IUU fl-oċeani kollha;
76. Jinsisti li l-Kummissjoni, aktar milli l-pajjiżi terzi, għandha tkun l-awtorità li tagħti ċertifikati fitosanitarji lil bastimenti ta’ pajjiżi terzi li jippermettu l-esportazzjoni diretta ta’ prodotti tas-sajd lill-UE;
77. Jirrimarka dwar il-ħtieġa li jiġi adottat approċċ maħsub individwalment għall-ġestjoni tal-limiti tal-kapaċità tal-flotta esterna tal-UE, b’kooperazzjoni mal-RFMOs, u li jitqies il-kuntest differenti li fih topera dan is-settur tal-flotta;
78. Jinkoraġġixxi lill-banek u istituzzjonijiet oħra tas-self jinkorporaw valutazzjonijiet tas-sostenibilità ekonomika, soċjali u ambjentali tal-attivitajiet, u mhux sempliċement il-profittabilità tagħhom fuq perjodu qasir, qabel ma jagħtu aċċess għall-kapital;
79. Jemmen li l-politika tal-kummerċ tal-UE tista’ wkoll tikkontribwixxi biex jiġi żgurat sajd sostenibbli madwar id-dinja permezz tal-promozzjoni tal-aderenza ma’ konvenzjonijiet u ftehimiet internazzjonali rilevanti rigward il-governanza tas-sajd fil-qafas tal-ftehimiet kummerċjali preferenzjali;
80. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jissaħħaħ il-kummerċ ġust, trasparenti u sostenibbli fil-ħut fil-ftehimiet ta’ kummerċ bilaterali u multilaterali tal-UE;
81. Iqis, fl-istess ħin, li għandhom jitfasslu inċentivi sabiex il-pajjiżi terzi li m’għandhomx l-istandards tal-UE jadottaw prattiki tajba, u, jekk ikun applikabbli, jistabbilixxu miżuri kummerċjali bħal projbizzjoni tal-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd illegali, mhux iddikjarati u mhux irregolati (IUU), u tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura mwettqa mingħajr rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u għall-konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ix-xogħol (ILO) u n-navigazzjoni (IMO);
82. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-kollaborazzjoni internazzjonali kontra s-sajd IUU billi turi liż-żewġ pajjiżi l-oħrajn li flimkien mal-UE jikkostitwixxu s-swieq ewlenin tas-sajd fid-dinja, jiġifieri l-Istati Uniti u l-Ġappun, li mezz wieħed biex titwettaq din l-azzjoni komuni jkun permezz tal-implimentazzjoni ta’ Numru Uniku ta’ Identifikazzjoni għal kull bastiment sabiex tiġi assigurata t-traċċabiltà sħiħa tal-prodott b’mod totalment trasparenti;
83. Jenfasizza li ksur serju u sistematiku minn pajjiż sieħeb tal-objettivi adottati mill-RFMOs jew kull ftehim internazzjonali li tiegħu l-UE hija parti rigward il-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd jista’ jwassal għat-tneħħija temporanja ta’ tariffi preferenzjali; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta b’mod regolari lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet marbuta mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tas-sajd, inklużi fil-proposta tagħha għall-iskema riveduta ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (GSP);
84. Iqis li l-UE għandha tiżgura li l-prodotti importati permezz tal-kummerċ internazzjonali jikkonformaw ma’ regoli u regolamenti li huma identiċi għal dawk applikati għall-prodotti tal-UE;
85. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ħut u l-prodotti tas-sajd li jiġu minn pajjiżi terzi jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet sanitarji u tal-iġjene kif ukoll li jiġu minn industriji tas-sajd sostenibbli, biex b'hekk jinħolqu kundizzjonijiet ugwali ta' kompetizzjoni bejn l-industriji tas-sajd ta' pajjiżi tal-UE u dawk mhux tal-UE;
87. Jinsisti li l-ftehimiet kummerċjali bilaterali u multilaterali nnegozjati mill-UE għandhom:
–
ikunu akkumpanjati minn valutazzjonijiet tal-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali fir-rigward tat-theddida tal-isfruttament eċċessiv tar-riżorsi, kemm għall-pajjżi tal-UE kif ukoll għal dawk mhux tal-UE. filwaqt li jitqiesu n-netwerks diġà stabbiliti minn ftehimiet diġà eżistenti,
–
jirrispettaw ir-regoli tal-oriġini,
–
jeħtieġu t-traċċabilità tal-prodott biex jiżguraw li jiġi minn sajd legali u sostenibbli,
–
ma jostakolawx ir-Regolament IUU jew dispożizzjonijiet oħra tal-PKS,
–
jinkludu dispożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li jiġu kummerċjalizzati biss il-prodotti tas-sajd li jiġu minn industriji tas-sajd ġestiti sew;
–
ma jwasslux għal żieda fil-kummerċ, li jirriżulta fi sfruttament żejjed u tnaqqis tar-riżorsi,
–
jiżguraw li prodotti li jinqabdu b’mod mhux sostenibbli ma jidħlux fis-suq tal-UE,
–
jinkludu dispożizzjonijiet għas-sospensjoni u r-reviżjoni tal-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif ukoll dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-protokoll f’każ li jkun hemm ksur tad-dispożizzjonijiet essenzjali u fundamentali dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif stabbilit pereżempju mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou, jew nuqqas ta' konformità mad-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol;
88. Ifakkar li minħabba l-leġiżlazzjonijiet differenti ta’ ħafna sħab tal-UE fil-kummerċ, il-kwistjoni ta’ regoli tal-oriġini u l-kumulazzjoni tagħhom hija suġġett kontroversjali u sensittiv fin-negozjati kummerċjali; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tagħti kunsiderazzjoni partikolari lill-kwistjoni u biex tinnegozja soluzzjonijiet ibbilanċjati li ma jippenalizzawx is-setturi tas-sajd tal-UE;
89. Jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni għal miżuri relatati mal-kummerċ bħar-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni tas-sajd u prodotti tas-sajd li għandhom jiġu applikati għall-pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli, filwaqt li tiġi żgurata l-kompatibilità tagħhom mar-regoli tad-WTO;
90. Iħeġġeġ lill-UE tiżviluppa u timplimenta strateġiji reġjonali bbażati fuq l-oċeani u l-baħar, b’mod partikolari għal dawk li fihom is-sajd sostenibbli jista’ jiġi garantit biss permezz ta’ kooperazzjoni internazzjonali;
o o o
91. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, 1930 (Nru 29),il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u Protezzjoni tad-Dritt ta' Organizzazzjoni, 1948 (Nru 87), il-Konvenzjoni dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv, 1949 (Nru 98), il-Konvenzjoni dwar Remunerazzjoni Ugwali, 1951 (Nru 100), il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, 1957 (Nru 105), il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni (Impjieg u Xogħol)), 1958 (Nru 111), il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima, 1973 (Nru 138), il-Konvenzjoni dwar l-Agħar Forom ta’ Tħaddim tat-Tfal, 1999 (Nru 182);
– wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tal-Att rigward l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 1976, kif emendata(1),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2012 dwar l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi fil-livell tal-Unjoni, iċ-ċittadini huma rappreżentati direttament mill-Membri tal-Parlament Ewropew;
B. billi l-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni;
C. billi l-President tal-Kummissjoni Ewropea jiġi elett mill-Parlament fuq proposta mill-Kunsill Ewropew, li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kwalifikata, li għandu jqis ir-riżultat tal-elezzjonijiet għall-Parlament u jkun wettaq il-konsultazzjonijiet xierqa qabel ma jagħmel in-nomina tiegħu;
D. billi l-Kummissjoni, bħala korp, għandha tkun obbligata tagħti rendikont ta' għemilha lill-Parlament Ewropew.
E. billi l-Parlament il-ġdid jeħtieġ biżżejjed żmien biex jorganizza ruħu qabel l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni;
F. billi biex il-Kummissjoni l-ġdida tkun lesta li tibda fil-kariga tagħha fl-1 ta' Novembru 2014, l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni għandha ssir f'Lulju 2014 matul is-sessjoni parzjali kostitwenti tal-Parlament;
G. billi l-Parlament jivvota l-approvazzjoni tiegħu tal-kulleġġ sħiħ tal-Kummissarji wara li jkun sema' lill-kandidati proposti mill-Kunsill bi qbil komuni mal-President elett, abbażi tas-suġġerimenti magħmula mill-Istati Membri;
1. Iħeġġeġ lill-partiti politiċi Ewropej jinnominaw kandidati għall-Presidenza tal-Kummissjoni u jistenna li dawk il-kandidati jkollhom rwol ewlieni fil-kampanja elettorali tal-Parlament; , b'mod partikulari billi personalment jippreżentaw il-programm tagħhom fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni; jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ il-leġittimità politika kemm tal-Parlament kif ukoll tal-Kummissjoni billi tinħoloq rabta bejn l-elezzjonijiet rispettivi tagħhom u l-għażla tal-votanti;
2. Jitlob sabiex kemm hu possibbli jittieħdu membri għall-Kummissjoni li jmiss mill-Membri tal-Parlament Ewropew, biex ikun rifless il-bilanċ bejn iż-żewġ kmamar tal-leġiżlatura;
3. Jistieden lill-President futur tal-Kummissjoni jiżgura li jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fil-Kulleġġ fil-Kummissjoni Ewropea; jirrakkomanda li kull Stat Membru jipproponi kemm kandidat femminili u kemm maskili għall-Kulleġġ tal-Kummissarji li jmiss;
4. Iqis, fid-dawl tal-arranġamenti l-ġodda għall-elezzjoni tal-Kummissjoni Ewropea introdotti bit-Trattat ta' Lisbona u r-relazzjoni li qed tinbidel bejn il-Parlament u l-Kummissjoni li se tinħoloq minnhom kif ukoll mill-elezzjonijiet tal-2014, li maġġoranzi affidabbli fil-Parlament se jkunu ta' importanza kbira għall-istabilità tal-proċeduri leġiżlattivi u l-funzjonament tajjeb tal-eżekuttiv tiegħu, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex jistabbilixxu fil-liġi elettorali tagħhom, bi qbil mal-Artikolu 3 tal-Att dwar l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Assemblea b'vot dirett universali, limiti minimi proporzjonati u xierqa għall-allokazzjoni ta' siġġijiet sabiex jirriflettu b'mod xieraq l-għażliet taċ-ċittadini kif espressi fl-elezzjonijiet filwaqt li wkoll ikunu effettivi biex jissalvagwardaw il-funzjonalità tal-Parlament;
5. Jitlob lill-Kunsill jikkonsulta mal-Parlament dwar l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet jew bejn il-15 u t-18 ta' Mejju jew inkella bejn it-22 u l-25 ta' Mejju 2014;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.
Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/ECSC, KEE, EURATOM (ĠU L 278, 8.10.1976, p. 1.) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/81 (ĠU L 33, 9.2.1993, p. 15.) u b’Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, EURATOM (ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1.).
Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, b'mod partikolari leżekuzzjonijiet tal-massa u l-mewt reċenti tal-blogger Sattar Beheshti
224k
24k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2012 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, b'mod partikolari l-eżekuzzjonijiet tal-massa u l-mewt riċenti tal-blogger Sattar Behesthi (2012/2877(RSP))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iran, b'mod partikolari dawk dwar id-drittijiet tal-bniedem,
– wara li kkunsidra l-istqarrija tat-23 ta’ Ottubru 2012 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar għaxar eżekuzzjonijiet riċenti fl-Iran,
– wara li kkunsidra l-istqarrija tal-11 ta’ Novembru 2012 mill-kelliem tal-VP/RGħ dwar il-mewt tal-blogger Iranjan Sattar Behesthi li seħħet waqt li kien fi stat ta' arrest,
– wara li kkunsidra r-rapport tat-13 ta' Settembru 2012 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran,
– wara li kkunsidra l-ħelsien mill-ħabs ta' Pastor Youcef Nadarkhani f'Settembru 2012,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 62/149 tat-18 ta' Diċembru 2007 u 63/168 tat-18 ta' Diċembru 2008 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar moratorju fuq l-użu tal-piena kapitali,
– wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR), il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali (CERD), u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC), li l-Iran huwa firmatarju tagħhom ilkoll,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) u l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi s-sitwazzjoni attwali tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran hi kkaratterizzata minn xejra kontinwa ta' ksur sistematiku tad-drittijiet fundamentali; billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (b'mod partikolari, attivisti għad-drittijiet tan-nisa, tat-tfal u tal-minoranzi), ġurnalisti, bloggers, artisti, mexxejja studenti, avukati, trejdunjonisti u ambjentalisti għadhom qegħdin jgħixu taħt pressjoni qawwija u taħt theddida kontinwa ta' arrest;
B. billi l-blogger Sattar Beheshti, li kkritika r-reġim Iranjan fuq l-internet ġie arrestat fit-30 ta' Ottubru 2012 mill-unità tal-pulizija speċjalizzata fiċ-ċiberkriminalità – magħrufa bħala FATA – għal allegati atti ta' ċiberkriminalità, u miet waqt li kien fi stat ta' arrest; billi ċ-ċirkustanzi preċiżi ta' mewtu għadhom ma ġewx stabbiliti u billi diversi rapporti jindikaw li miet b'riżultat ta' tortura f'faċilità ta' detenzjoni Iranjana;
C. billi membri tal-familja ta' Sattar Beheshti li jgħixu fl-Iran ġew mhedda li jiġu arrestati jekk jitkellmu mal-midja dwar mewtu jew jekk jiftħu kawża kontra l-persuni allegatament responsabbli għat-tortura;
D. billi l-mewt ta' Sattar Beheshti hija eżempju traġiku ieħor tal-prattika kontinwa tat-tortura, it-trattament ħażin u ċ-ċaħda tad-drittijiet bażiċi li l-priġunieri tal-kuxjenza huma regolarment soġġetti għalihom fl-Iran filwaqt li l-aġenti tas-sigurtà u tas-servizzi sigrieti joperaw f'atmosfera ta' impunità totali;
E. billi, wara diversi jiem ta' silenzju dwar mewt Sattar Beheshti, il-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-ġudikatura Iranjana ddikjara l-impenn tiegħu li jirrivedi l-aspetti kollha tal-każ u li jħarrek b'mod rigoruż lil dawk kollha involuti fil-każ;
F. billi fil-11 ta' Novembru 2012 d-Deputat President Parlamentari Iranjan Mohammad Hasan Abutorabifard iddikjara li l-Kumitat tal-Parlament Iranjan għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija se jinvestiga l-każ;
G. billi r-Rapporteurs Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, dwar l-eżekuzzjonijiet sommarji, dwar it-tortura u dwar il-libertà tal-espressjoni laqgħu d-deċiżjonijiet tal-Parlament u tal-ġudikatura Iranjana li jinvestigaw il-mewt tas-Sur Beheshti, filwaqt li nnotaw ukoll li ġew irrappurtati għadd ta' każijiet fl-Iran fejn id-detenuti allegatament mietu fi stat ta' arrest minħabba trattament ħażin jew tortura, nuqqas ta' kura medika jew negliġenza;
H. billi fit-22 ta' Ottubru 2012 Saeed Sedighi u disa' rġiel oħra ġew iġġustizzjati fuq akkużi ta' reati marbutin mad-droga; billi l-biċċa l-kbira ta' dawn l-irġiel ma rċevewx proċess gust u kienu soġġetti għal tortura waqt id-detenzjoni tagħhom;
I. billi wara l-eżekuzzjoni tas-Sur Sedeghi, l-awtoritajiet wissew lill-membri tal-familja tiegħu biex ma jitkellmux mal-midja u ma ħallewhomx jorganizzaw ċerimonja tal-funeral pubblika wara d-difna tiegħu;
J. billi dawn l-aħħar snin fl-Iran ġiet irreġistrata żieda drammatika fl-eżekuzzjonijiet, inkluż ta' minorenni, u ġew irreġistrati aktar minn 300 eżekuzzjoni mill-bidu tal-2012 'l hawn; billi l-piena tal-mewt tiġi imposta regolarment f'każijiet fejn l-akkużati jkunu miċħuda d-drittijiet tagħhom għal proċess ġust u għal delitti li ma jaqgħux taħt il-kategorija tal-“aktar delitti gravi” skont l-istandards internazzjonali;
K. billi l-awtoritajiet Iranjani qed ikomplu l-isforzi tagħhom biex jibnu “internet ħalal”, u b'hekk effettivament jiċħdu lill-Iranjani l-aċċess għall-World Wide Web, u biex jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni biex jattakkaw il-libertajiet fundamentali, bħal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-għaqda; billi l-Iran jirrestrinġi l-libertà tal-internet billi jimponi limitazzjonijiet fuq il-medda ta' frekwenzi disponibbli permezz tal-iżvilupp ta' servers immexxijja mill-istat u protokolli tal-internet (IPs), il-fornituri tas-servizz tal-internet (ISPs) u magni tat-tiftix speċifiċi, u billi jimblokka s-siti internazzjonali u nazzjonali ta' netwerking soċjali;
L. billi l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2012 ingħata lil żewġ attivisti Iranjani, l-avukata Nasrin Sotoudeh u d-direttur tal-films Jafar Panahi; billi Nasrin Sotoudeh qed tiskonta sentenza ta' ħabs għax-xogħol li wettqet biex tenfasizza l-abbużi fuq id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran u bdiet strajk tal-ġuħ wara li ċaħduha miż-żjajjar familjari; billi Jafar Panahi qed tappella sentenza ta' ħabs ta' sitt snin, projbizzjoni ta' 20 sena fuq il-produzzjoni ta' films u l-projbizzjoni tal-ivvjaġġar imposti fuqu.
1. Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar id-deterjorament kontinwu tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, in-numru dejjem jikber ta' priġunieri politiċi u priġunieri tal-kuxjenza, in-numru kostantement għoli ta' eżekuzzjonijiet, inkluż ta’ minorenni, il-prattika mifruxa tat-tortura, il-proċessi inġusti, is-somom ta' flus eżorbitanti mitluba għal pleġġ, kif ukoll ir-restrizzjonijiet qawwija fuq il-libertà tal-informazzjoni, tal-espressjoni, tal-għaqda, tar-reliġjon, tal-edukazzjoni u tal-moviment;
2. Huwa mħasseb serjament dwar il-mewt ta' Sattar Beheshti li ġrat il-ħabs; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jwettqu inkjesta rigoruża dwar il-każ, sabiex jistabbilixxu ċ-ċirkustanzi preċiżi ta' mewtu;
3. Huwa mħasseb serjament dwar ir-rapporti li jindikaw li Sattar Beheshti safa vittma tat-tortura waqt li kien il-ħabs; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jiżguraw li ssir inkjesta f'kull każ fejn jiġu allegati tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti fil-faċilitajiet ta' detenzjoni, u li l-awturi ta' dawn l-atti jinżammu responsabbli għal għemilhom; ifakkar li l-użu ta' kastigi korporali – li huma ekwivalenti għat-tortura – mhuwiex kompatibbli mal-Artikolu 7 tal-ICCPR;
4. Jikkundanna bil-qawwa l-użu tal-piena kapitali fl-Iran u jistieden lill-awtoritajiet Iranjani biex, f'konformità mar-Riżoluzzjonijiet 62/149 u 63/168 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, jistabbilixxu moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet sakemm tiġi abolita l-piena kapitali; iħeġġeġ lill-Gvern Iranjan jipprojbixxi l-eżekuzzjoni tal-minorenni u jikkunsidra li jibdel is-sentenzi kapitali għal dawk il-minorenni li qed jiffaċċjaw sentenza tal-mewt; iħeġġeġ lill-Gvern Iranjan jippubblika statistika dwar il-piena tal-mewt u l-fatti dwar l-amministrazzjoni tal-ġustizzja f'każijiet ta' piena tal-mewt;
5. Jiddeplora bis-sħiħ in-nuqqas ta' ġustizzja u trasparenza tal-proċess ġudizzjarju u ċ-ċaħda tad-drittijiet għal proċess ġust fl-Iran; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jiggarantixxu rispett rigoruż ta' proċess ġust u ekwu lid-detenuti kollha, kif stabbilit fl-ICCPR;
6. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jeħilsu lill-priġunieri politiċi u lill-priġunieri tal-kuxjenza kollha mill-ħabs, inklużi Nasrin Sotoudeh, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov u Jafar Panahi, u jħalluhom jiġu l-Parlament Ewropew f'Diċembru 2012 biex jiġbru l-premjijiet tagħhom; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-deterjorament tal-kundizzjoni tas-saħħa ta' Nasrin Sotoudeh; jistieden lill-ġudikatura u lill-awtoritajiet tal-ħabs tal-Iran biex ma jkomplux jittrattaw ħażin lil Nasrin Sotoudeh; jesprimi s-simpatija u s-solidarjetà sħiħa tiegħu fir-rigward tat-talbiet imressqa minn Nasrin Sotoudeh; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jħallu lill-priġunieri kollha aċċess għall-avukati tal-għażla tagħhom, għall-kura medika meħtieġa u għaż-żjajjar familjari, li huma intitolati għalihom bis-saħħa tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, u jittrattawhom b'dinjità u rispett;
7. Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jaċċettaw il-protesti paċifiċi u jindirizzaw l-ammont kbir ta' problemi li qed jiffaċċja l-poplu Iranjan;
9. Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani juru li huma impenjati bis-sħiħ biex jikkooperaw mal-komunità internazzjonali sabiex itejbu s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran u jitlob lill-Gvern Iranjan iwettaq l-obbligi kollha tiegħu, kemm skont il-liġi internazzjonali kif ukoll skont il-konvenzjonijiet internazzjonali li hu firmatarju tagħhom;
10. Jemmen li żjara minn Rapporteur Speċjali tan-NU tista' tgħin biex tiġi stabbilita stampa ġenerali tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran; jinnota bi tħassib li l-Iran ilu mill-2005 ma jaċċetta żjajjar mir-Rapporteurs Speċjali tan-NU jew mill-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU; jistieden lill-Iran jonora l-intenzjoni ddikjarata tiegħu li matul l-2012 jippermetti żjara mir-Rapporteur Speċjali tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-Iran, id-Dott. Ahmed Shaheed;
11. Jistieden lill-Kummissjoni biex, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament, tagħmel użu effettiv tal-Istrument għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem sabiex jiġu appoġġati d-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, fosthom il-libertà tal-espressjoni onlajn;
12. Jistieden lir-Rappreżentanti tal-UE u lill-VP/RGħ jħeġġu lill-awtoritajiet Iranjani biex jerġgħu jimpenjaw ruħhom fi djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem; isostni mill-ġdid ir-rieda tiegħu li jimpenja ruħu fi djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-Iran fil-livelli kollha abbażi tal-valuri universali kif minquxa fil-Karta tan-NU u fil-konvenzjonijiet internazzjonali;
13. Jappoġġa l-approċċ binarju fir-rigward tal-Iran (taħlita ta' sanzjonijiet u diplomazija) iżda fl-istess ħin jinsab imħasseb dwar l-effetti negattivi tas-sanzjonijiet estensivi kontra l-Iran fuq il-poplu Iranjan, fosthom żieda fl-inflazzjoni u skarsezza ta' oġġetti neċessarji, b'mod partikolari l-mediċini;
14. Jistieden lill-Kunsill isaħħaħ il-miżuri mmirati kontra individwi u entitajiet Iranjani, fosthom istituzzjonijiet tal-istat, li huma responsabbli jew involuti fi ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u restrizzjonijiet tal-libertajiet fundamentali, b'mod partikolari permezz tal-użu ħażin tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-internet u ċ-ċensura tal-midja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-assi kollha fl-UE, inkluża l-proprjetà immobbli, li jappartjenu għal persuni Iranjani milquta mill-miżuri restrittivi jiġu ssekwestrati u ffriżati;
15. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummisjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, u biex din ir-riżoluzzjoni tiġi tradotta bil-Farsi.
Is-sitwazzjoni f'Burma, partikolarment il-vjolenza kontinwa fl-Istat ta' Rakhine
222k
24k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2012 dwar is-sitwazzjoni f'Burma/il-Mjanmar, partikolarment il-vjolenza kontinwa fl-Istat ta' Rakhine (2012/2878(RSP))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Burma/il-Mjanmar, b'mod partikolari dawk tal-20 ta’ April 2012(1) u tat-13 ta’ Settembru 2012(2),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-24 ta’ Awwissu 2012 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’Burma/il-Mjanmar,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/225/PESK tas-26 ta' April 2012,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President Thein Sein lill-Parlament ta’ Burma tas-17 ta’ Awwissu 2012 dwar is-sitwazzjoni fl-Istat ta’ Rakhine,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar is-sitwazzjoni fl-Istat ta’ Rakhine f’Burma/il-Mjanmar,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliem tar-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton tas-26 ta’ Ottubru 2012 dwar il-qawmien mill-ġdid tal-vjolenza fl-Istat ta’ Rakhine f’Burma/il-Mjanmar,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta ffirmata fit-3 ta’ Novembru 2012 mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, u l-Ministru tal-Uffiċċju tal-President ta’ Myanmar, is-Sur U Aung Min fiċ-Ċentru għall-Paċi ta’ Burma/Myanmar, f’Yangon,
– wara li kkunsidra l-appell tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, Navi Pillay, tad-9 ta’ Novembru 2012 lill-Gvern ta’ Burma/il-Mjanmar, fejn talbitu jieħu l-passi meħtieġa biex ir-Rohingya jingħataw drittijiet ta’ ċittadini u trattament indaqs,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-President Thein Sein tas-16 ta’ Novembru 2012 mibgħuta lis-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon, li fiha l-President ta’ Burma/il-Mjanmar wiegħed li jikkunsidra li jagħti ċ-ċittadinanza lill-Musulmani Rohingya apolidi,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tal-1967 tagħha,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 18 sa 21 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) tal-1948,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 25 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet minn diversi rappreżentanti tal-Gvern u l-oppożizzjoni ta’ Burma, inkluża Aun San Suu Kyi, li jiċħdu d-drittijiet ta’ ċittadini lill-minoranza etnika Rohingya u jimminimizzaw ir-responsabilità tal-awtoritajiet tal-istat fil-konfronti vjolenti riċenti,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ Awwissu 2012 tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem ta’ Burma/il-Mjanmar, li tgħid li l-persekuzzjoni tar-Rohingya u l-avvenimenti li seħħew fl-Istat ta’ Rakhine ma jagħmlux parti mir-responsabilitajiet tagħha,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi minkejja li sa minn kmieni fis-sena 2011 il-Gvern ta' Burma/il-Mjanmar ħa passi sinifikanti biex jrodd lura l-libertajiet ċivili, l-atroċitajiet riċenti fl-Istat ta' Rakhine jenfasizzaw id-diffikultajiet enormi li għad iridu jingħelbu;
B. billi t-tensjoni fl-Istat ta’ Rakhine għadha qed tinħass: sa minn Ġunju 2012 mill-inqas 110 000 ruħ ġew sfurzati jaħarbu minn djarhom, filwaqt li minn meta reġgħet bdiet il-vjolenza f’Ottubru, inqatlu 89 ruħ u nqerdu aktar minn 5 300 binja, bejn djar u binjiet reliġjużi;
C. billi l-parti l-kbira tal-persuni spostati huma Rohingya, li qed jgħixu fil-kampijiet f'kundizzjonijiet inaċċettabbli ta’ ffullar qawwi, livelli allarmanti ta’ malnutriment tat-tfal, provvista tal-ilma u sanitarja totalment inadegwata, nuqqas kważi totali ta’ skejjel disponibbli u nuqqas ta’ aċċess umanitarju adegwat;
D. billi fl-Istat ta’ Rakhine ġie stabbilit stat ta’ emerġenza – li jippermetti l-introduzzjoni tal-liġi marzjali – minn Ġunju 2012, meta bdew il-konfronti bejn il-membri ta’ komunitajiet differenti, filwaqt li fl-aħħar ta’ Ottubru l-Gvern iddikjara kerfjufiż-żoni konċernati u ġew skjerati forzi tas-sigurtà addizzjonali, miżuri li s’issa ma rnexxilhomx iwaqqfu l-vjolenza;
E. billi d-diskriminazzjoni kontra l-minoranza Rohingya għadha għaddejja; billi l-awtoritajiet lokali allegatament kienu kompliċi fl-attakki kontra r-Rohingya u qed isegwu politika attiva għat-tkeċċija tagħhom mill-pajjiż; billi l-komunità internazzjonali ħeġġet lill-Gvern ta' Burma jagħmel rieżami tal-Liġi taċ-Ċittadinanza tal-1982 biex ikun żgurat li r-Rohingya ma jibqgħux apolidi u li jiġu trattati l-għeruq tad-diskriminazzjoni kontra r-Rohingya, li ilha għaddejja żmien twil;
F. billi Rakhine huwa t-tieni l-ifqar stat f’Burma/il-Mjanmar, li hu wieħed mill-pajjiżi l-inqas żviluppati fid-dinja fejn il-faqar u r-ripressjoni kellhom rwol fit-tkebbis tal-vjolenza bejn il-membri ta’ komunitajiet differenti, rwol li kellhom ukoll il-memorji storiċi qarsin taż-żewġ komunitajiet;
G. billi fil-31 ta’ Ottubru 2012 tliet esperti tan-NU esprimew it-tħassib serju tagħhom dwar il-vjolenza bejn il-membri ta’ komunitajiet differenti li għadha għaddejja fl-Istat ta’ Rakhine, filwaqt li stiednu lill-Gvern jindirizza b’urġenza l-kawżi sottostanti tat-tensjoni u l-kunflitt bejn il-komunitajiet Buddisti u Musulmani fir-reġjun;
H. billi l-Gvern ta’ Burma/il-Mjanmar ħoloq kummissjoni ta’ investigazzjoni f’Awwissu 2012, mingħajr ma inkluda rappreżentant mill-komunità Rohingya, biex tanalizza r-raġunijiet għalfejn faqqgħet il-vjolenza settarja u tagħmel proposti biex din tintemm, iżda s’issa l-ħidma tagħha ma ħallietx frott;
I. billi, ikkonfrontati minn vjolenza persistenti, hu stmat li miljun Rohingya ħarbu lejn pajjiżi ġirien tul is-snin, fosthom 300 000 lejn il-Bangladexx u 92 000 lejn it-Tajlandja, u huwa stmat li madwar 54 000 persuna ifittxu asil mhux reġistrati f’disa’ kampijiet mal-fruntiera bejn it-Tajlandja u Burma/l-Mjanmar;
J. billi mill-inqas 4 000 ruħ ħarbu bid-dgħajjes lejn Sittwe, il-kapitali tal-Istat ta’ Rakhine, fejn il-Musulmani, inklużi r-Rohingya, ġew separati mill-bqija tal-popolazzjoni u mpoġġija f’kampijiet mill-gvern; u billi hu mifhum li mill-inqas 3 000 persuna Rohingya ħarbu bil-baħar lejn il-fruntiera bejn Burma/il-Mjanmar u l-Bangladexx, fejn minn Ġunju l-forzi tas-sigurtà tal-Bangladexx ġew ordnati jimbuttaw lura lil kull minn jersaq lejn il-fruntiera;
K. billi l-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso offra lil Burma/il-Mjanmar EUR 78 miljun f’għajnuna għall-iżvilupp tal-UE waqt iż-żjara tiegħu fil-kapitali ta’ Burma/il-Mjanmar, Nay Pyi Taw, u enfasizza li l-UE tinsab lesta biex timmobilizza EUR 4 miljun għal għajnuna umanitarja immedjata, kemm-il darba jkun garantit aċċess għaż-żoni milquta;
1. Jinsab allarmat li l-vjolenza etnika f’Rakhine reġgħet qamet – vjolenza li kkawżat ħafna mwiet, korrimenti, qerda ta’ proprjetà u spostament tal-popolazzjonijiet lokali, u jesprimi t-tħassib tiegħu li l-konfronti bejn membri ta’ komunitajiet differenti jistgħu jheddu t-tranżizzjoni tal-pajjiż lejn id-demokrazija u jaf ikollhom riperkussjonijiet usa’ fir-reġjun kollu;
2. Jirrikonoxxi r-riformi tad-drittijiet politiċi u ċivili li għadhom għaddejjin f'Burma/il-Mjanmar, iżda jħeġġeġ lill-awtoritajiet jintensifikaw l-isforzi tagħhom, fosthom billi jeħilsu l-priġunieri politiċi li għad baqa’, u jindirizzaw il-vjolenza bejn membri ta’ komunitajiet differenti u l-konsegwenzi tagħha bħala kwistjoni urġenti;
3. Jemmen li ż-żieda attwali fil-vjolenza bejn membri ta’ komunitajiet differenti fl-Istat ta’ Rakhine hi konsegwenza tal-politiki diskriminatorji kontra r-Rohingya, li ilhom għaddejja żmien twil; jenfasizza li ftit ittieħdu passi biex jiġu evitati jew indirizzati l-kawżi sottostanti tat-tensjoni bejn il-membri ta’ komunitajiet differenti u tad-diskriminazzjoni etnika;
4. Jinnota l-istqarrijiet tal-Gvern li se jwettaq investigazzjoni sħiħa u indipendenti tal-avvenimenti li seħħew u li se tittieħed azzjoni kontra min instiga l-vjolenza; jistieden lill-Gvern ta’ Burma/il-Mjanmar jieħu miżuri immedjati biex itemm il-vjolenza u d-diskriminazzjoni etnika u biex jittieħdu passi legali kontra l-atturi tal-konfronti vjolenti u abbużi oħra relatati fl-Istat ta’ Rakhine;
5. Jistieden lill-partijiet kollha jsibu mezzi sostenibbli biex isolvu l-kwistjonijiet bejn il-komunitajiet, u jtenni l-istedina tiegħi lill-forzi politiċi biex jieħdu pożizzjoni ċara favur soċjetà pluralisitika bi djalogu inklużiv mal-komunitajiet lokali;
6. Jistieden lill-Gvern ta’ Burma/il-Mjanmar itemm il-prattiki diskriminatorji kontra r-Rohingya; itenni t-talbiet tiegħu għal emenda jew revoka tal-Liġi taċ-Ċittadinanza tal-1982 biex ikun żgurat li r-Rohingya jkollhom aċċess indaqs għaċ-ċittadinanza ta’ Burma/il-Mjanmar;
7. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet ta’ Burma/il-Mjanmar jieħdu azzjoni aktar vigoruża dwar il-kwistjonijiet tad-drittijiet taċ-ċittadini, partikolarment l-aċċess għall-edukazzjoni, il-permessi tax-xogħol u l-moviment ħieles għall-minoranza Rohingya;
8. Jistieden lill-Gvern ta’ Burma/il-Mjanmar jipprovdi lill-aġenziji tan-NU u l-NGOs umanitarji, kif ukoll lill-ġurnalisti u lis-servizzi diplomatiċi, aċċess bla xkiel għaż-żoni kollha tal-pajjiż, inkluż l-Istat ta’ Rakhine, u jagħti aċċess mhux ristrett għall-għajnuna umanitarja għall-popolazzzjonijiet kollha milquta; barra minn hekk jistieden lill-awtoritajiet ta’ Burma jtejbu l-kundizzjonijiet tal-kampijiet ta’ spostament tar-Rohingya bħala kwistjoni ta’ urġenza;
9. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jipprovdu assistenza umanitarja u jappoġġaw lill-Gvern ta’ Burma fl-isforzi tiegħu biex jistabbilizza s-sitwazzjoni u jimplimenta l-programmi ta’ riforma b’aktar ħeffa u b’modi li jinkorporaw l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-binedem u l-libertà politika;
10. Jilqa’ l-proposti magħmula mill-Kumitat tal-Istat tad-Dritt tal-Parlament ta’ Burma/il-Mjanmar u jħeġġeġ lill-Gvern jimplimenta riformi leġiżlattivi, istituzzjonali u politiċi b’ħeffa biex itemm il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem f’żoni milquta minn kunflitti etniċi u kunflitti oħra armati u biex jittratta l-impunità kontinwa għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari meta dawn jitwettqu mill-forzi tal-istat;
11. Jilqa’ l-ħelsien, fis-17 ta’ Settembru 2012, ta’ 514-il priġunier, inkluż 90 priġunier politiku, u l-ħelsien fid-19 ta’ Novembru 2012 ta’ 66 priġunier, inkluż mill-inqas 44 priġunier politiku, f’amnestija li kkoinċidiet maż-żjara tal-President Obama tal-Istati Uniti f’Burma/il-Mjanmar; jistieden lill-Gvern ta’ Burma/il-Mjanmar jeħles lill-priġunieri tal-kuxjenza kollha, jgħid kemm minnhom għadhom qed jinżammu l-ħabs u jieħu passi biex jiżgura l-integrazzjoni mill-ġdid fis-soċjetà tal-priġunieri meħlusa;
12. Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2012 dwar Burma/il-Mjanmar, li jinkludu s-sospensjoni tal-miżuri restrittivi imposti fuq il-Gvern, bl-eċċezzjoni tal-embargo fuq l-armi, u x-xewqa tal-UE li tkompli l-appoġġ tagħha għat-tranżizzjoni tal-pajjiż; billi l-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem huma element ċentrali tat-tħassib tal-UE: l-għajnuna għall-proċess ta’ riforma, kontribut għall-iżvilupp ekonomiku, politiku u soċjali, l-istabbiliment tal-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali, b’mod partikolari l-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda; jilqa’ f’dan ir-rigward iż-żjara riċenti tal-President tal-Kummissjoni Ewropea u ż-żieda immedjata fil-finanzjament umanitarju tal-Kummissjoni għall-2012 biex jgħin lill-poplu tal-Istat ta’ Rakhine;
13. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Parlament ta’ Burma/il-Mjanmar, lir-Rappreżentant Għoli tal-UE, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tal-ASEAN, lill-Kummissjoni Intergovernattiva tal-ASEAN dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, lir-Rappreżentant Speċjali tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem f’Burma/il-Mjanmar, lill-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-NU u lill-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU.
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 Rigward l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tal-1967 tagħha,
– wara li kkunsidra r-ratifikazzjoni mil-Libja tal-Konvenzjoni tal-Unjoni Afrikana li tirregola l-Aspetti Speċifiċi tal-Problemi tar-Rifuġjati fl-Afrika tal-25 ta' April 1981,
– wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u l-protokoll tagħha dwar it-twaqqif ta' Qorti Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, ratifikati mil-Libja fis-26 ta' Marzu 1987 u fid-19 ta' Novembru 2003 rispettivament,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Libja, partikolarment dik tal-15 ta' Settembru 2011(1),
– wara li kkunsidra l-Pakkett tal-PEV dwar il-Libja tal-15 ta' Mejju 2012,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjoni tas-sigurtà fir-reġjun tas-Sahel(2),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-23 ta' Lulju 2012,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni(3),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet dwar il-Libja mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tat-19 ta' Lulju 2012 u tat-3 ta' Novembru 2012,
– wara li kkunsidra r-Rapport tas-Segretarju Ġenerali dwar il- Missjoni ta' Appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti adottat fit-30 ta' Awwissu 2012,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Libja żammet l-ewwel elezzjonijiet demokratiċi u ħielsa f'Lulju 2012 b'mod notevolment paċifiku u ordnat; billi fid-9 ta' Awwissu 2012 l-pajjiż ra l-ewwel trasferiment paċifiku ta' poter fl-istorja tiegħu mill-Kunsill Transizzjonali Nazzjonali għall-Kungress Nazzjonal Ġeneralii, li hu inkarigat li jadotta Kostituzzjoni u riformi leġiżlattivi ewlenin oħrajn;
B. billi l-ewwel gvern Libjan f'aktar minn ħamsin sena li kien elett f'elezzjonijiet demokratiċi għadu kemm ħa l-ħatra fl-14 ta' Novembru 2012;
C. billi l-Libja qed tiffaċċja perjodu postrivoluzzjonarju, li hu mimli sfidi li jvarjaw mis-sigurtà (id-diżarm, id-demobilizzar u l-integrazzjoni mill-ġdid (DDR) tal-milizzji rivoluzzjonarji u r-riforma tal-armata, tal-pulizija nazzjonali u ta' forzi ta' sigurtà tal-fruntiera u forzi ta' sigurtà statali oħrajn), ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali, il-ġustizzja transizzjonali u l-infurzar tal-istat tad-dritt u l-iżgurar tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u t-tfassil ta' bosta riformi kruċjali oħrajn għall-ħolqien ta' istituzzjonijiet demokartiċi u ta' Stat demokratiku;
D. billi, storikament, il-Libja fdat fuq l-użu ta' ħaddiema migranti f'setturi li jinkludu s-saħħa, l-edukazzjoni, l-agrikoltura u s-servizzi ta' tindif; u billi l-Libja għadha titqies bħala ċentru ewlieni għal dawk li qegħdin ifittxu l-ażil u r-rifuġjati li qegħdin jaħarbu l-kunflitti fl-Afrika, fl-Asja u fil-Lvant Nofsani;
E. billi l-ħila tal-awtoritajiet li jikkontrollaw id-dħul ta' persuni tul l-4 378 km ta' fruntiera tal-art tal-Libja hi estremament limitata;
F. billi bejn 1,5 u 2,5 miljun barrani ħadmu fil-Libja tul it-tmexxija tal-Kurunell Gaddafi; billi sa mill-bidu tal-liberazzjoni fis-17 ta' Frar 2011, bosta migranti kienu sfurzati jingħaqdu fi gruppi ta' merċenarju taħt it-tmexxija ta' Gaddafi u billi bosta minnhom bħalissa jinsabu f'detenzjoni mingħajr proċess jew inkella ħarbu mill-pajjiż; billi skont l-IOM, sa tmiem Novembru 2011 aktar minn 80 000 migrant kien ħarab mill-pajjiż lejn il-pajjiżi ġirien, għalkemm sadanittant ħafna minnhom irritornaw jew waslu;
G. billi l-abbużi u l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, ta' dawk li jfittxu l-ażil u tar-rifuġjati għadhom iseħħu b'mod regolari fil-Libja u billi bosta barranin mingħajr dokumentazzjoni, inklużi dawk li jinsabu f'detenzjoni, għadhom jinsabu fil-perikolu ta' sfruttament, razziżmu, detenzjoni arbitrarja, swat u tortura;
H. billi l-barranin fil-Libja għadhom partikolarment vulnerabbli għall-abbuż, minħabba l-vojt li hemm bħalissa fis-sigurtà, il-proliferazzjoni tal-armi, in-nuqqas ta' leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-ażil u dwar il-ħaddiema migranti, sistema ġudizzjarju mhix adegwata u governanza dgħajfa; billi ċittadini barranin huma miżmuma f'għadd kbir ta' faċilitajiet ta' detenzjoni maħsuba speċifikament għal migranti irregolari jew inkella direttament mill-milizzji, inklużi nisa tqal u nisa bi tfal żgħar, kif ukoll tfal mhux akkumpanjati miżmuma flimkien ma' adulti;
I. billi rapporti reċenti maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem, Migreurop, Amnesty International, u Justice without borders for migrants (JWBM), imsejsa fuq għadd ta' investigazzjonijiet fil-Libja f'Ġunju 2012, jenfasizzaw maltrattamenti ripetuti ta' migranti miżmuma fi tmien ċentri ta' detenzjoni f'Kufra, Tripli, Bengażi u fir-reġjun tal-Muntanji Nafusa;
J. billi l-Libja għadha ma rratifikatx l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 rigward l-Istatus tar-Rifuġjati;
K. billi għalkemm il-UNHCR tinsab fil-Libja, din għad ma għandhiex status ġuridiku;
L. billi ċerti Stati Membri tal-UE ssuktaw taħdidiet mal-Libja dwar il-kontroll tal-migrazzjoni;
M. billi gvern li jiffunzjona bis-sħiħ u demokratika fil-Libja hu prerekwiżit għal negozjati bejn l-UE, in-NU u s-sħab internazzjonali oħrajn dwar kwalunkwe ftehim ta' kooperazzjoni mal-Libja;
1. Jilqa' l-inawgurazzjni tal-ewwel Gvern Libjan li kiseb il-leġittimità tiegħu f'elezzjonijiet demokratiċi u jħeġġeġ lill-membri tiegħu biex jaġixxu b'mod deċiżiv biex jibnu l-pedamenti ta' struttura statali demokratika, responsabbli u li tiffunzjona fil-Libja; jistieden lill-atturi internazzjonali kollha, u b'mod partikolari lill-UE, biex ikunu lesti jappoġġjaw lill-Gvern Libjan u lill-Kungress Nazzjonali Ġenerali (NC) f'dan il-kompitu diffiċli;
2. Jistieden lil-Libja tadotta u timplimenta leġiżlazzjoni li tikkonforma mal-obbligi internazzjonali tagħha, b'mod partikolari billi tiżgura r-rispett tad-drittijiet universali tal-bniedem; jirrikonoxxi madankollu li dawn l-isforzi jeħtieġu ż-żmien, peress li l-gvern elett il-ġdid għadu kif ħa l-ħatra; jirrikonoxxi li hemm bżonn ta' azzjoni determinata u ta' taħriġ adegwat biex jingħeleb il-wirt diżastruż tat-tmexxija oppressiva ta' Gaddafi, u sakemm jiddaħħlu fis-seħħ sistemi legali, ġuridiċi u ta' sigurtà bbażati fuq id-drittijiet li jkunu kompletament responsabbli;
3. Jesprimi t-tħassib tiegħu bis-sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli ta' sigurtà u ta' drittijiet tal-bniedem tal-barranin li jinsabu attwalment fil-Libja, speċjalment dawk li ġejjin mill-Afrika Sub-Saħarjana u mill-Afrika tal-Lvant biex ifittxu x-xogħol jew l-ażil politiku, jew ta' dawk li għadhom il-ħabs; jinsab partikolarment imħasseb bil-kondizzjonijiet ta' għajxien u ta' trattament tad-detenuti migranti li jinsabu f'ċentri ta' detenzjoni, b'mod partikolari f'Kufra, Tripli, Bengażi u fil-Muntanji Nafusa;
4. Jesprimi tħassib serju dwar il-kondizzjonijiet ta' detenzjoni estrema li huma soġġetti għalihom il-persuni barranin, inklużi n-nisa u t-tfal, li bosta minnhom huma vittmi ta' vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, u dwar in-nuqqas ta' rikors tagħhom għal qafas ġuridiku u protezzjoni adegwata, li jwasslu għal detenzjoni indefinita u mingħajr l-ebda possibilità ta' appell kontra d-deportazzjoni;
5. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Libjani jipproteġu ċ-ċittadini barranin kollha mill-vjolenza, l-isfruttament, it-theddid, l-intimidazzjoni u mill-abbuż, irrispettivament mill-istatus ta' immigrazzjoni tagħhom;
6. Jistieden lill-Gvern tal-Libja u lill-Kungress Ġenerali Nazzjonali biex igħaddu leġiżlazzjoni adegwata u istruzzjonijiet lil kwalunkwe struttura nazzjonali jew lokali biex lil kwalunkwe rifuġjat, lil dawk li jfittxu l-ażil u lill-migranti jiżgurawlhom trattament ġust, nondiskriminazzjoni u l-protezzjoni meħtieġa, b'attenzjoni speċjali għas-sigurtà u d-drittijiet tan-nisa u tat-tfal;
7. Jistenna li l-awtoritajiet Libjani ġodda jirratifikaw mingħajr dewmien l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 relatata mal-Istatus tar-Rifuġjati u l-protokoll tal-1967 tiegħu, u li jadotta leġiżlazzjoni dwar l-ażil li tikkonforma mad-dritt u mal-istandards internazzjonali;
8. Jistieden lill-awtoritajiet Libjani l-ġodda sabiex minnufih jagħtu status legali lill-UNHCR u biex jiffaċilitaw il-ħidma tiegħu; iħeġġeġ kooperazzjoni eqreb bejn l-UE, il-UNHCR u l-aġenziji l-oħrajn tan-NU li huma involuti fis-sitwazzjoni ta’ wara l-kunflitt;
9. Jistieden lill-awtoritajiet Libjani l-ġodda biex jiffaċilitaw il-ħidma ta' kwalunkwe organizzazzjoni li tista' tgħin fil-protezzjoni u fl-appoġġ għal dawk li jfittxu l-ażil, ir-rifuġjati u l-migranti;
10. Jistieden lil-Libja timplimenta leġiżlazzjoni li tirregola d-dħul u r-residenza ta' ċittadini barranin fil-pajjiż, inkluża sistema tal-ażil li tiffunzjona; jistieden lill-UE sabiex tagħti assistenza teknika u politika lill-Libja rigward dan l-isforz inkluż it-titjib tal-faċilitajiet ta' detenzjoni attwali;
11. Jistieden lil-Libja timplimenta status legali għall-ħaddiema migranti fil-Libja, billi tagħtihom protezzjoni sħiħa fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom, inkluża dik tad-drittijiet tax-xogħol bi qbil mar-regolament rilevanti tal-ILO;
12. Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jaġixxu b'kunsiderazzjoni meta jinnegozjaw ftehimiet ta' kooperazzjoni futuri u ftehimiet ta' kontroll tal-migrazzjoni flimkien mal-awtoritajiet Libjani l-ġodda, u biex tiżgura li dawn il-ftehimiet jinkludu mekkaniżmi ta' monitoraġġ effikaċi għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, tar-rifuġjati u ta' dawk li jfittxu l-ażil;
13. Jitlob lill-kumpaniji barranin li jaħdmu fil-Libja, b'mod partikolari kumpaniji Ewropej, biex jiżguraw il-konformità sħiħ mar-responsabilitajiet soċjali korporattivi (CSR) tagħhom bħala l-politika ta' prinċipju tul l-attivitajiet kollha tagħhom, u biex jiżguraw l-implimentazzjoni tas-CSR b'mod partikolari fir-rigward tal-ħaddiema migranti;
14. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern Libjan, lill-GNC, lill-UNSG, lil-Lega Għarbija u lill-Unjoni Afrikana.