Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0253(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0433/2012

Testi mressqa :

A7-0433/2012

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 06/02/2013 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0043

Testi adottati
PDF 288kWORD 20k
L-Erbgħa, 6 ta' Frar 2013 - Strasburgu
Il-Fond tal-Fruntieri Esterni ***I
P7_TA(2013)0043A7-0433/2012
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE bil-ħsieb li tiżdied ir-rata ta’ kofinanzjament tal-Fond tal-Fruntieri Esterni għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbilità finanzjarja tagħhom (COM(2012)0527 – C7-0301/2012 – 2012/0253(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0527),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0301/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regola 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0433/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Frar 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE bil-ħsieb li tiżdied ir-rata ta' kofinanzjament tal-Fond għall-Fruntieri Esterni għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom
P7_TC1-COD(2012)0253

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni Nru 259/2013/UE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza