Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0074(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0033/2013

Testi mressqa :

A7-0033/2013

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/03/2013 - 10.1
CRE 12/03/2013 - 10.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0068

Testi adottati
PDF 687kWORD 63k
It-Tlieta, 12 ta' Marzu 2013 - Strasburgu
Sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ***I
P7_TA(2013)0068A7-0033/2013
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat
 Anness
 Anness
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (COM(2012)0147 – C7-0105/2012 – 2012/0074(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2012)0147),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0105/2012),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0033/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 145.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillli tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE[Em. 1]
P7_TC1-COD(2012)0074

IL-KUNSILLIL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrakkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomikadwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 31 u 32l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-propostakkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni, imfassla wara li nkisbet l-opinjoni ta' grupp ta' persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku minn fost esperti xjentifiċi fl-Istati Membri, skont l-Artikolu 31 tat-TrattatEwropea,

Wara li kkunsidrakkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkonsulta l-Parlament EwropewFilwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2), [Em. 2]

Billi:

(-1)  F'konformità mal-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent għandha tkun imsejsa fuq il-prinċipji tal-prekawzjoni u tal-azzjoni preventiva u tgħin fil-kisba tal-objettivi bħall-preservazzjoni, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. [Em. 3]

(1)  L-inġestjoni tal-ilma hija waħda mill-mogħdijiet ta' inkorporazzjoni ta' sustanzi radjuattivili jagħmlu l-ħsara fil-ġisem tal-bniedem. L-inġestjoni ta’ iżotopi radjuattivi jew radjunuklidi tista’ twassal għal numru ta’ problemi tas-saħħa. Skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom(3), il-kontribuzzjoni għall-esponiment tal-popolazzjoni b'mod ġenerali, filwaqt li jitqies l-esponiment kumulattiv fuq żmien fit-tul, minn prattiki li jinvolvu riskju minn radjazzjoni jonizzanti għandha tinżamm fl-iktar livell baxx li jista' jinkiseb b'mod raġonevolipossibbli. [Em. 4]

(1a)  Bl-iffiltrar tal-iżotopi radjuattivi mill-ilma, il-filtri jsiru skart radjuattiv li għandhom imbagħad jintremew b'attenzjoni kbira u skont il-proċeduri fis-seħħ. [Em. 5]

(1b)  Il-proċess tat-tneħħija tal-iżotopi radjuattivi mill-ilma jiddependi fuq il-laboratorji nazzjonali, l-aġġornament regolari tal-kejl u r-riċerka. [Em. 6]

(1c)  L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fir-rapport ta’ kull tliet snin dwar id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb mhijiex kompluta jew hi nieqsa fir-rigward tal-livelli ta' radjuattività fl-ilma tax-xorb. [Em. 7]

(1d)  Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trattament tal-ilma tax-xorb, jinħtieġu miżuri preventivi. [Em. 8]

(2)  Fid-dawl tal-importanza għas-saħħa tal-bniedem tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedemSabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku, jeħtieġ li f'livell Komunitarju jiġu stabbiliti standards ta' kwalitàjkollhom funzjonikomuni għalll-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jservu ta' indikatur u jipprovdu l-monitoraġġ tal-konformità ma' dawk l-istandards. [Em. 9]

(3)  Il-parametri indikaturi diġà ġew stabbiliti fl-Anness I, il-Parti C fir-rigward ta' sustanzi radjuattivi, kif ukoll fid-dispożizzjonijiet ta' monitoraġġ relatati fl-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE(4). Madankollu, dawk il-parametri jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istandards bażiċi ddefiniti fl-Artikolu 30 tat-Trattat Euratom. [Em. 10]

(3a)  Il-valuri parametriċi huma bbażati fuq l-għarfien xjentifiku disponibbli, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-prekawzjoni. Dawk il-valuri ngħażlu biex ikun żgurat li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jista' jiġi kkunsmat bla periklu matul il-ħajja kollha, bir-referenza tkun iċ-ċittadini l-aktar vulnerabbli, u għalhekk jiġi żgurat ukoll livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa. [Em. 11]

(4)  Ir-rekwiżiti għal-livelli ta' monitoraġġ ta' radjuattività fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom għalhekk jiġu adottatiikunu korrelatati mar-rekwiżiti stabbiliti f'leġiżlazzjoni li tiżguraeżistenti għal sustanzi kimiċi oħra li jinsabu fl-ilma, li jagħmlu l-ħsara lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem. Din il-miżura tkun tiżgura l-uniformità, il-koerenza u l-kompletezza tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni mir-radjazzjonitas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent taħt it-TFUE. [Em. 12]

(5)  Id-dispożizzjonijiet ta' Din id-Direttiva adottata skont it-Trattat Euratom għandhom jieħdu post dawktaġġorna l-parametri indikaturi stabbiliti fl-Anness I, parti C għad-Direttiva 98/83/KE fir-rigward tal-kontaminazzjoni tal-ilma tax-xorb minnu tistabbilixxi regoli dwar il-monitoraġġ tal-preżenza ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma tax-xorb. [Em. 13]

(6)  F'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' parametru li għandu funzjoni ta' indikatur, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun obbligat jiddetermina l-kawża, jivvaluta jekk dan in-nuqqas ta' konformità huwiex se jimponil-livell ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem fejn neċessarju,inkluż fuq żmien fit-tul kif ukoll il-possibbiltajiet ta’ intervent, u skont dawn ir-riżultati, jieħu azzjoni ta' rimedju biex jiġi żgurat li l-provvista il-kwalità tal-ilma tiġi rrestawrata ssir konformi mal-kriterji tal-kwalità definiti minn din id-Direttiva mill-aktar fis possibbli. Din l-azzjoni ta' rimedju meħtieġa tista' tinkludi saħansitra l-għeluq tal-faċilità kkonċernata jekk il-kwalità tal-ilma tkun teħtieġ azzjoni bħal din. Azzjoni li tirrettifika l-problema fl-oriġini tagħha għandha tingħata prijorità. Il-konsumaturi għandhom jiġu infurmati minnufih dwar ir-riskji, il-miżuri li diġà ttieħdu mill-awtoritajiet u l-ħin meħtieġ biex l-azzjoni ta’ rimedju tidħol fis-seħħ. [Em. 14]

(7)  Il-konsumaturi għandhom ikunu infurmati b'mod adegwatsħiħ u xieraq dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem permezz ta' pubblikazzjonijiet faċilment aċċessibbli. Informazzjoni aġġornata dwar żoni f'riskju minħabba sorsi potenzjali ta' kontaminazzjoni radjuattiva, kif ukoll dwar il-kwalità tal-ilma reġjonali, għandha tkun disponibbli għall-konsumaturi fi kwalunkwe ħin mill-amministrazzjonijiet lokali. [Em. 15]

(7a)  Huwa meħtieġ li fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jiġi inkluż l-ilma użat fl-industrija tal-ikel. [Em. 16]

(8)  Huwa meħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta' din id-Direttiva l-ilmijiet minerali naturali u l-ilmijiet li huma prodotti mediċinali, peress li ġew stabbiliti regoli speċjali għal dawk it-tipi ta' ilma fid-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) u d-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6). Madankollu l-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, tressaq proposta sabiex tirrevedi d-Direttiva 2009/54/KE, sabiex tallinja r-rekwiżiti ta' kontroll għall-ilmijiet minerali naturali mar-rekwiżiti previsti f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 98/83/KE. Il-monitoraġġ tal-ilma li jitqiegħed fi fliexken jew kontenituri maħsuba għall-bejgħ, għajr l-ilma minerali naturali, għall-fini li jiġi kkontrollat li l-livelli ta’ sustanzi radjuattivi jikkonformaw mal-valuri parametriċi stipulati f’din id-Direttiva għandu jitwettaq skont il-prinċipji tal-analiżi tal-periklu u l-punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP) kif meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7). [Em. 17]

(9)  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi programmi ta’ monitoraġġ b’saħħithom biex jivverifika b'mod regolari li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. [Em. 18]

(10)  Il-metodi użati biex tiġi analizzata l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem iridu jkunu tali li jiżguraw li r-riżultati miksuba huma ta' min joqgħod fuqhom u komparabbli. Tali programmi ta' monitoraġġ għandhom ikunu xierqa għaċ-cirkustanzi lokali u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta' monitoraġġ stipulati f'din id-Direttiva. [Em. 19]

(10a)  Jeħtieġ li jkun hemm ġestjoni differenti, u skont kriterji dożimetriċi distinti, tal-livelli tar-radjuattività naturali u l-kontaminazzjoni kkawżata mill-bniedem. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet nukleari ma jwasslux għal kontaminazzjoni tar-riżorsi tal-ilma tax-xorb. [Em. 20]

(11)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/928/Euratom(8) titratta l-kwalità radjoloġika tal-provvisti tal-ilma tax-xorb fir-rigward tar-radon u l-prodotti li jirriżultaw mid-diżintegrazzjoni tar-radon ta' ħajja twila, u huwa xieraq li dawn ir-radjonuklidi jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(11a)  Sabiex tkun żgurata l-koerenza tal-politika Ewropea dwar l-ilma, il-valuri parametriċi, il-frekwenzi u l-metodi għall-monitoraġġ ta' sustanzi radjuattivi f'din id-Direttiva jeħtieġ li jkunu kompatibbli mad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) u mad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura li meta jsir rieżami tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) u tad-Direttiva 2006/118/KE, għandha ssir referenza għal din id-Direttiva biex it-tipi kollha ta' ilma jiġu protetti bis-sħiħ mill-kontaminazzjoni b'sustanzi radjuattivi,[Em. 21]

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxitikkonċerna r-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħaarmonizzati fir-rigward tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, bil-għan li s-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Tistipula valuri parametriċi, frekwenzi u metodi għall-monitoraġġ ta'tiġi protetta mill-effetti negattivi tal-kontaminazzjoni ta' dan l-ilma minn sustanzi radjuattivi. [Em. 22]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/83/KE.

Flimkien mad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

   (1) 'sustanza radjuattiva' tfisser kwalunkwe sustanza li fiha radjunuklidu wieħed jew aktar li l-attività jew il-konċentrazzjoni tagħhom ma tistax tiġi injorata fir-rigward tal-protezzjoni mir-radjazzjoni;
   (2) 'doża indikattiva totali' (TID) tfisser id-doża effettiva impenjata għal sena ta’ inġestjoni li tirriżulta mir-radjunuklidi kollha li l-preżenza tagħhom fi provvista tal-ilma tkun ġiet identifikata, kemm ta’ oriġini naturali kif ukoll artifiċjali, minbarra l-potassju-40, ir-radon u prodotti li jirriżultaw mid-diżintegrazzjoni tar-radon ta' ħajja qasira;
   (3) 'valur parametriku' jfisser il-valur li għandu jkun konformi miegħu l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Jekk il-limiti ta' valur parametriku jinqabżu, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-livell ta' riskju assoċjat mal-preżenza ta' sustanzi radjuattivi u, skont ir-riżultati ta' din il-valutazzjoni, għandhom jieħdu azzjoni ta' rimedju immedjata biex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva. [Em. 23]

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/83/KE, bl-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1) ta' dik id-Direttiva u stabbiliti skont l-Artikolu 3(2) tagħha. [Em. 24]

Artikolu 4

Obbligi ġenerali

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(3)a tad-Direttiva 96/29/Euratom, L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jistabbilixxu programm ta' monitoraġġ xieraq biex jiġi żgurat li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ikun konformi mal-valuri parametriċi stabbiliti b'din id-Direttiva. Gwida tal-aħjar prattiki għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni lill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex tiġi implimentata din id-Direttiva fl-ebda ċirkostanza ma jkollhom l-effett li jippermettu, direttament jew indirettament, la xi tnaqqis tal-kwalità preżenti tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u lanqas xi żieda fit-tniġġis ta' tipi ta' ilma użat għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb. [Em. 25]

Għandhom jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda li jnaqqsu l-ħin meħtieġ biex jiġi iżolat l-iskart nukleari mill-ambjent li jirriżulta wara diżastru naturali. [Em. 26]

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-iskart radjuattiv mill-ilma tax-xorb iffiltrat jintrema skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida dwar dan il-proċess lill-Istati Membri. [Em. 27]

L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju ta' depożiti tal-iskart radjuattiv li jista' jkollhom impatt fuq l-ilma ta' taħt l-art jew sorsi oħra tal-ilma tax-xorb jew li jistgħu jiġu pperikolati minn diżastri naturali. [Em. 28]

Il-Kummissjoni għandha twettaq studju dwar l-“effetti kkumbinati” ta’ sustanzi kimiċi oħra mħallta ma' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Abbażi tar-riżultati ta' dak l-istudju, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-leġiżlazzjoni rilevanti. [Em. 29]

Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE fl-Istati Membri. [Em. 30]

Artikolu 5

Valuri parametriċi

L-Istati Membri għandhom jistipulaw valuri parametriċi applikabbli għall-monitoraġġ ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem skont l-Anness I; għall-ilma li jitqiegħed fi fliexken jew kontenituri maħsuba għall-bejgħ dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tal-analiżi tal-periklu u l-punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP) kif meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Artikolu 6

Monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw monitoraġġ regolari u preċiż tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem skont l-Anness II sabiex jivverifikaw li l-konċentrazzjonijiet ta' sustanzi radjuattivi ma jaqbżux il-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5. Il-monitoraġġ għandu jqis l-esponiment kumulattiv tal-popolazzjoni fuq żmien fit-tul u għandu jitwettaq bħala parti mill-kontrolli msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Huwa għandu jinkludi analiżi ta' referenza maħsuba biex jistabbilixxu l-kontenut radjuattiv tal-ilma u jottimizzaw l-istrateġija ta' analiżi u l-analiżi perjodiċi f'konformità mal-metodi stipulati fl-Anness III. Il-frekwenza ta' monitoraġġ għall-analiżi perjodiċi tista' tiġi adattata permezz ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju, skont ir-riżultati tal-analiżi ta' referenza li għandhom ikunu obbligatorji fil-każijiet kollha. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-bażi tad-deċiżjoni tagħhom kif ukoll ir-riżultati tal-analiżi ta' referenza kkonċernati, u dawn għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. [Em. 31]

Artikolu 7

Postijiet tat-teħid ta' kampjuni

L-Istati Membri jistgħu jieħdu kampjuni:

   (a) fil-każ ta' ilma li jkun ġej minn netwerk ta' distribuzzjoni, fil-punt ġewwa ż-żona tal-provvista jew minn fejn ikunu qed isiru x-xogħlijiet ta' trattament jekk ikun jista' jintwera li dan it-teħid ta' kampjuni jagħti l-istess valur imkejjel jew valur ogħla tal-parametri kkonċernati;
   (b) fil-każ ta' ilma li jkun ġej minn tanker, fil-punt minn fejn joħroġ mit-tanker;
   (c) fil-każ ta' ilma li jitqiegħed fi fliexken jew f’kontenituri maħsuba għall-bejgħ, fil-punt li fih l-ilma jitqiegħed fi fliexken jew f’kontenituri;
   (d) fil-każ ta’ ilma użat f'impriża ta' produzzjoni tal-ikel, fil-punt li fih l-ilma jintuża fl-impriża.

Artikolu 8

Teħid ta' kampjuni u analiżi

1.  Għandhom jittieħdu kampjuni rappreżentattivi tal-kwalità tal-ilma kkonsmat matul is-sena u jiġu analizzati skont il-metodi stipulati fl-Anness III.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-laboratorji kollha li janalizzaw il-kampjuni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ikollhom sistema analitika tal-kontroll tal-kwalità. Dawn għandhom jiżguraw li dik is-sistema tkun soġġetta għal verifiki okkażjonalikażwali, tal-anqas darba fis-sena, minn kontrollur indipendenti approvat mill-awtorità kompetenti għal dak il-għan. [Em. 32]

2a.  Il-finanzjament tal-kontrolli jitwettaq skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11). F'każ ta' tniġġis li jkun ġej minn attivitajiet tal-bniedem, l-ispejjeż jitħallsu minn min iniġġes. [Em. 33]

Artikolu 9

Azzjoni ta' rimedju u notifika lill-konsumaturi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5 jiġi investigat immedjatament sabiex tiġi identifikata l-kawża.

1a.  Informazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta' impjanti nukleari u ż-żoni ta' madwarhom, fir-rigward tas-sustanzi radjuattivi fl-ilma għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. [Em. 34]

1b.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-preżenza ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tiġi inkluża fir-rapport ta' kull tliet snin dwar il-kwalità tal-ilma, kif imsemmi fl-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 98/83/KE. [Em. 35]

2.  Meta jseħħjkun hemm nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5definiti għar-radon u għat-TID minn sorsi naturali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jivvaluta l-possibbiltà li n-nuqqas ikunminnufih il-livell ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem. F'każ li jkun hemm riskju bħal danu l-possibbiltajiet ta' intervent, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali. Skont dawn ir-riżultati, dak, l-Istat Membru għandu jieħu azzjoni ta' rimedju biex il-kwalitàbiex jiżgura li l-provvista tal-ilma tiġi rrestawratatkun konformi mal-kriterji tal-kwalità stipulati f'din id-Direttiva.

2a.  Fil-każ tan-nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi stabbiliti għat-tritju u t-TID li joriġina mill-attivitajiet tal-bniedem, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-investigazzjoni li għandha titwettaq immedjatament tistabbilixxi n-natura, il-firxa u l-impatt dożimetriku tat-tniġġis. L-investigazzjoni għandha tqis l-ambjenti kollha li x'aktarx jiġu affettwati u l-mogħdijiet kollha tal-esponiment. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa sabiex l-ilma jerġa' jissodisfa l-valuri parametriċi. Is-soluzzjonijiet għandhom ikunu ffokati fuq it-trattament tat-tniġġis minn fejn joriġina. Din l-azzjoni ta' rimedju meħtieġa tista' tinkludi saħansitra l-għeluq tal-faċilità kkonċernata jekk il-kwalità tal-ilma tkun teħtieġ azzjoni bħal din. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-ispejjeż tal-azzjoni ta' rimedju jitħallsu minn min iniġġes. [Em. 36]

3.  L-Istat Membru għandu jiżgura li r-riżultati tal-analiżi mwettqa skont l-Artikolu 8 jkunu ppubblikati, magħmula disponibbli għall-pubbliku mill-aktar fis possibbli u inklużi fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 98/83/KE. Fejn ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem ma jkunx jista' jitqies bħala wieħed trivjali, l-Istat Membru kkonċernat għandu flimkien mal-attur jew l-atturi responsabbli, jiżgura li l-konsumaturi jiġu nnotifikatimwissija minnufih u mogħtija informazzjoni sħiħa marbuta mar-riskju għas-saħħa tal-bniedem u dwar kif għandhom iġibu ruħhom quddiem il-problemi li jiltaqgħu magħhom, liema informazzjoni għandha tiġi ppubblikata u mqiegħda fuq l-Internet mill-aktar fis possibbli. Huma għandhom jiżguraw ukoll li jiġu pprovduti mingħajr dewmien provvisti tal-ilma alternattivi mhux kontaminati. [Em. 37]

Artikolu 9a

Emendi għad-Direttiva 98/83/KE

Id-Direttiva 98/83/KE hija emendata kif ġej:

(1)  Fl-Anness I, parti C, titħassar it-taqsima “Radjuattività”.

(2)  Fl-Anness II, Tabella (A), paragrafu 2, jitħassru l-aħħar żewġ sentenzi. [Em. 38]

Artikolu 9b

Rieżami tal-annessi

1.  Tal-anqas darba kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-annessi fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku. Għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 9c biex tadotta l-annessi li jirriflettu dak il-progress.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-raġunijiet li għalihom hi tkun iddeċidiet li tadatta jew le l-annessi, filwaqt li tagħmel referenza għar-rapporti xjentifiċi kkunsidrati. [Em. 39]

Artikolu 9c

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 9b hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn ….(12) Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa delegata mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 9b tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 9b għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 40]

Artikolu 9d

Informazzjoni u rapportar

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li informazzjoni adegwata u aġġornata dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tkun disponibbli għall-konsumaturi u mhux biss meta riskju għas-saħħa tal-bniedem ma jkunx jista' jitqies bħala trivjali.

2.  Kull Stat Membru b'sistemi tal-ilma li jinsabu f'żoni li għandhom sorsi potenzjali ta' kontaminazzjoni radjuattiva – naturali jew ikkawżata mill-bniedem – għandu jinkludi informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fir-rapport triennali tiegħu dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, kif imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 98/83/KE.

3.  Il-Kummissjoni, fir-rapport tagħha dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fil-Komunità, kif imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 98/83/KE, għandha tinkludi r-riżultati tal-Istati Membri dwar is-sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. [Em. 41]

Artikolu 10

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [sena wara d-data msemmija fl-Artikolu 11 – id-data speċifika għandha tiddaħħal mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet](13) Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. [Em. 42]

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 12

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

(1) ĠU C 229,31.7.2012., p. 145.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013.
(3) Direttiva 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1).
(4) Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum uman (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).
(5) Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009.dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45).
(6) Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(8) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/928/Euratom tal-20 ta' Diċembru 2001 dwar il-ħarsien tal-pubbliku mill-esponiment għar-radon fil-provvisti tal-ilma tax-xorb (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 85).
(9) Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).
(10) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
(12)* Data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(13)* Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


ANNESS I

Valuri parametriċi għar-radon u t-tritju u valuri parametriċi għad-Doża Indikattiva Totali, għal sustanzi radjuattivi oħra, fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

Radjuattività

Parametru

Valur parametriku

Unità

Rimarki

Radon222 Rn

10020

Bq/l

Tritju

10020

Bq/l

Doża indikattiva totali (minn sorsi naturali)

0,10

mSv/sena

(Nota 1)

Doża indikattiva totali (minn sorsi relatati mal-attivitajiet tal-bniedem)

0,01

mSv/sena

Nota 1: Bl-esklużjoni tat-tritju, il-potassju -40, ir-radon u l-prodotti li jirriżultaw mid-diżintegrazzjoni tar-radon ta’ ħajja qasira [Em. 43]


ANNESS II

Monitoraġġ ta' sustanzi radjuattivi

1.  Prinċipji ġenerali u frekwenzi ta' monitoraġġ

Stat Membru mhuwiexhuwa meħtieġ li jimmonitorja l-ilma tax-xorb għat-tritju jew ir-radjuattività biex jistabbilixxiu r-radon bil-għan li jistabbilixxi d-doża (TID) doża indikattiva totali meta jkun sodisfatt abbażi ta' monitoraġġ ieħor li l-livelli kemm tat-tritju kif ukoll tad-doża indikattiva totali kkalkulata huma ferm inqas mill-valur parametriku. Il-monitoraġġ tal-ilma tax-xorb għar-radon mhuwiex meħtieġ fejn Stat Membru jkun issodisfat abbażi ta’ monitoraġġ ieħor li l-livelli tar-radon huma ferm inqas mill-valur parametriku. F'dawk il-każijiet, għandu jikkomunika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu lill-Kummissjoni, u jinkludi r-riżultati tal-monitoraġġ l-ieħor imwettaqgħar-radjuattività naturali u għar-radjuattività li tkun ġejja mill-attivitajiet tal-bniedem.

Il-monitoraġġ għandu jinkludi analiżi ta' referenza u analiżi perjodiċi.

L-analiżi ta' referenza jridu jitwettqu fil-qafas tal-eżami tat-talba għal awtorizzazzjoni ta' distribuzzjoni ta' ilma tax-xorb. Għan-netwerks tad-distribuzzjoni li diġà jitħaddmu, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu t-termini taż-żmien li fihom iridu jitwettqu dawn l-analiżi skont il-volumi ta' ilma distribwiti u l-livell ta' riskju potenzjali, kemm għar-radjuattività naturali kif ukoll għall-impatt radjoloġiku tal-attivitajiet tal-bniedem. L-analiżi ta' referenza għandhom jippermettu li jiġu investigati u kwantifikati r-radjunuklidi naturali u artifiċjali relevanti kollha.

Għar-radjuattività naturali, trid tal-anqas tiġi kwantifikata l-attività tad-9 radjunuklidi li ġejjin: l-uranju 238, l-uranju 234, ir-radju 226, ir-radon 222, iċ-ċomb 210, il-polonju 210, ir-radju 228 (jekk ikun meħtieġ permezz tad-dixxendent dirett tiegħu, l-attinju 228), l-attinju 227 (jekk ikun meħtieġ permezz tad-dixxendent dirett tiegħu, it-torju 227).

Fir-rigward tal-impatt tal-attivitajiet tal-bniedem, is-sorsi potenzjali ta' kontaminazzjoni jridu jkunu investigati, u l-lista tar-radjunuklidi li jridu jiġu kkontrollati tiġi stabbilita skont ir-riżultati ta' din ir-riċerka. Apparti l-kontrolli speċifiċi marbuta mal-investigazzjoni, l-analiżi ta' referenza għandhom jinkludu f'kull każ il-kejl tat-tritju, tal-karbonju–14, tal-istronzju–90 u tal-isotopi tal-plutonju, kif ukoll analiżi bl-ispettrometrija gamma li tippermetti li tiġi vverifikata l-attività tar-radjunuklidi artifiċjali ewlenin li jemettu raġġi gamma (partikolarment il-kobalt 60, il-jodju 131, iċ-ċesju 134, iċ-ċesju 137 u l-ameriċju 241).

Ir-riżultat tal-analiżi ta' referenza għandu jintuża biex tiġi ddefinita l-istrateġija analitika li għandha tiġi implimentata matul il-perjodi ta' monitoraġġ. Suġġett għar-riżultat tal-analiżi ta' referenza, li jista' jwassal biex tissaħħaħ il-miżura, il-kontrolli perjodiċi għandhom jitwettqu skont il-frekwenza ta' awditjar imsemmija fil-punt 4. [Em. 44]

2.  Radon u Tritju

Il-monitoraġġ tal-ilma tax-xorb għar-radon u t-tritju għandu jitwettaq fejn ikun hemm preżenti sors tar-radon jew tat-tritju fejn jinġabar l-ilma u fejn abbażi ta' programmi ta' sorveljanza jew investigazzjonijiet oħra ma jistax jintwera li l-livell tar-radon jew tat-tritju huwa ferm inqas mill-valur tal-indikatur parametriku tiegħu ta' 100 Bq/l. Fejn ikun meħtieġ monitoraġġ għar-radon u t-tritju, dan għandu jitwettaq fil-frekwenza tal-awditjar.

3.  Doża Indikattiva Totali

Il-monitoraġġ tal-ilma tax-xorb għad-Doża Indikattiva Totali (Total Indicative Dose, TID) għandu jitwettaq fejn hemm preżenti sors ta' radjuattività artifiċjali jew radjuattività naturali ta' livell għoli fejn jinġabar l-ilma u fejn abbażi ta' programmi ta' sorveljanza jew investigazzjonijiet oħra ma jistax jintwera li l-livell tad-TID huwa ferm inqas mill-valur tal-indikatur parametriku tiegħu ta' 0.1 mSv/sena. Fejn ikun meħtieġ monitoraġġ tal-livelli tar-radjunuklidi artifiċjali, dan għandu jitwettaq fil-frekwenza tal-awditjar indikata fit-tabella. Fejn ikun meħtieġ monitoraġġ tal-livelli tar-radjunuklidi naturali, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-frekwenza tal-monitoraġġ filwaqt li jikkunsidraw l-informazzjoni kollha rilevanti disponibbli dwar il-varjazzjonijiet temporali tal-livelli tar-radjunuklidi naturali f'tipi differenti ta' ilmijiet. Skont il-varjazzjonijiet mistennija, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista' tvarja minn kejl ta' verifika unika għall-frekwenza tal-awditjar. Fejn tkun meħtieġa biss verifika unika għar-radjuattività naturali, għandha tkun meħtieġa verifika mill-ġdid tal-anqas fejn ikun hemm kwalunkwe tibdil fir-rigward tal-provvista li x'aktarx tinfluwenza l-konċentrazzjonijiet ta' radjunuklidi fl-ilma tax-xorb.

Fejn ġew applikati metodi għat-tneħħija tar-radjunuklidi mill-ilma tax-xorb sabiex jiġi żgurat li l-valur parametriku ma jinqabiżx, il-monitoraġġ għandu jitwettaq fil-frekwenza tal-awditjar.

Fejn jintużaw riżultati minn programmi ta' sorveljanza jew investigazzjonijiet oħra għajr dawk meħtieġa kif previst fl-ewwel paragrafu ta' dan il-punt biex tiġi żgurata l-konformità ma' din id-Direttiva, l-Istat Membru għandu jikkomunika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu lill-Kummissjoni, inkluż ir-riżultati rilevanti ta' dawn il-programmi ta' monitoraġġ jew investigazzjonijiet.[Em. 45]

4.  Il-frekwenza tal-awditjar tal-monitoraġġ għandha tkun skont kif inhi stipulata fit-tabella li ġejja:

TABELLA

Il-frekwenza tal-awditjar tal-monitoraġġ għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ipprovdut minn netwerk ta' distribuzzjoni

Il-volum ta' ilma mqassam jew prodott kull ġurnata f'żona ta' provvista

(Noti 1 u 2)

L-għadd ta’ kampjuni

kull sena

(Nota 3)

≤ 100

(Nota 4)

> 100 ≤ 1 000

1

> 1 000 ≤ 10 000

1

+ 1 għal kull 3 300 m³/d

u parti mill-volum totali

> 10 000 ≤ 100 000

3

+ 1 għal kull 10 000 m³/d

u parti mill-volum totali

> 100 000

10

+ 1 għal kull 25 000 m³/d

u parti mill-volum totali

Nota 1: Żona ta' provvista hija żona ġeografika ddefinita li minn ġo fiha jkun ġej ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem minn sors wieħed jew aktar u li fiha l-kwalità tal-ilma tista' titqies li hi bejn wieħed u ieħor uniformi.

Nota 2: Il-volumi huma kkalkulati bħala medji tul sena kalendarja. Stat Membru jista' juża l-għadd ta' abitanti f'żona ta' provvista minflok il-volum ta' ilma biex jiddetermina l-frekwenza minima, filwaqt li wieħed jassumi konsum ta' ilma ta' 200 l/ġurnata/capita bil-kundizzjoni li l-ilma kkonċernat ma jkunx mibjugħ jew distribwit barra miż-żona kkonċernata. [Em. 46]

Nota 3: Sa fejn hu possibbli, l-għadd ta' kampjuni għandu jkollu distribuzzjoni ndaqs skont il-ħin u l-post.

Nota 4: Il-frekwenza għanda tkun deċiża mill-Istat Membru kkonċernat.


ANNESS III

Metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi

1.  Radjuattività naturali

1.1.  L-iskrinjar għall-konformità mad-doża indikattiva totali (TID) għar-radjuattività naturali

L-Istati Membri jistgħu jużaw metodi ta' skrinjar għal attività grossa tat-tip alfa u attività grossa tat-tip beta biex jimmonitorjaw għall-valur tal-indikatur parametriku għat-TID, bl-esklużjoni tat-tritju, il-potassju–40, ir-radon u tal-prodotti li jirriżultaw mid-diżintegrazzjoni tar-radon ta' ħajja qasira.biex jidentifikaw ilma li potenzjalment ikun fih eċċess ta' TID u li jkun jeħtieġ analiżi ulterjuri. L-Istati Membri għandhom juru li l-metodu adottat ma jwassalx għal negattivi foloz (ilma li jitqies li jikkonforma mat-TID filwaqt li l-konsum tiegħu jwassal għal livelli ta' doża ogħla mill-valur parametriku ta' 0.1 mSv/sena). L-istrateġija ta' monitoraġġ għandha tqis ir-riżultat tal-analiżi ta' radjuattività ġenerali tal-ilma.[Em. 47]

Jekk l-attività grossa tat-tip alfa u dik grossa tat-tip beta tkun inqas minn 0.1 Bq/l u 1.0 Bq/l rispettivament, l-Istat Membru jista' jassumi li t-TID hija inqas mill-valur tal-indikatur parametriku ta' 0.1 mSv/sena u ma tkun meħtieġa ebda investigazzjoni radjoloġika sakemm ma jsirx magħruf minn sorsi oħra ta' informazzjoni li hemm il-preżenza ta' radjonuklidi speċifiċi fil-provvista tal-ilma u li jistgħu jikkawżaw TID li taqbeż 0.1 mSv/sena. L-Istati Membri li jixtiequ jirrikorru għal tekniki ta’ skrinjar ibbażati fuq il-kejl ta' attività globali tat-tip alfa u beta jridi joqgħodu attenti għal xi limiti metroloġiċi (bħan-nuqqas li jieħdu inkunsiderazzjoni r-radjazzjoni beta b'enerġija baxxa, pereżempju), jagħżlu l-valur gwida korrett li taħtu l-ilma jkun meqjus konformi, speċjalment għall-attività globali tat-tip beta, u b’kunsiderazzjoni tal-impatt kumulattiv tal-attivitajiet tat-tip beta u alfa. [Em. 48]

Jekk l-attività grossa tat-tip alfa taqbeż 0.1 Bq/l jew l-attività grossa tat-tip beta taqbeż 1.0 Bq/l, għandha tkun meħtieġa analiżi għar-radjonuklidi speċifiċi. Ir-radjonuklidi li jridu jitkejlu għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri filwaqt li jikkunsidraw l-informazzjoni kollha rilevanti dwar sorsi probabbli ta' radjuattività. Peress li l-livelli għolja tat-tritju jistgħu jindikaw il-preżenza ta' radjunuklidi artifiċjali oħra, fl-istess kampjun għandhom jitkejlu wkoll it-tritju, l-attività grossa tat-tip alfa u l-attività grossa tat-tip beta.

Bħala sostituzzjoni tal-iskrinjar għal attività grossa tat-tip alfa u attività grossa tat-tip beta diskussa hawn fuq, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li juża metodi ta’ min joqgħod fuqhom oħrajn ta' skrinjar għal radjonuklidi biex tkun indikata l-preżenza ta' radjuattività fl-ilma tax-xorb. Jekk waħda mill-konċentrazzjonijiet ta' attività taqbeż l-20 % tal-konċentrazzjoni ta' referenza tagħha jew il-konċentrazzjoni tat-tritju taqbeż il-valur parametriku tagħha ta' 100 Bq/l, għandu jkun meħtieġ skrinjar tar-radjonuklidi addizzjonali. Ir-radjonuklidi li jridu jitkejlu għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri filwaqt li jikkunsidraw l-informazzjoni kollha rilevanti dwar is-sorsi probabbli ta' radjuattività.

1.1.1.  L-għażla tal-valur gwida

Fir-rigward tal-attività totali tat-tip beta u l-attività totali residwa tat-tip beta (wara li jitnaqqas il-komponent tal-potassju–40), l-użu ta' valur gwida ta' 1 Bq/l mhuwiex neċessarjament garanzija tal-konformità mal-valur parametriku ta' 0.1 mSv/sena. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-konċentrazzjoni tal-attività ta’ ċomb-210 u radju-228, żewġ radjunuklidi b’radjutossiċità għolja ħafna li jittrażmettu l-beta. Għal konsumatur adult, it-TID ta’ 0.1 mSv/sena tintlaħaq meta l-konċentrazzjoni tal-attività fl-ilma tilħaq 0.2 Bq/l (għall-attività kumulattiva ta’ radju–228 u ċomb–210), jiġifieri wieħed minn ħamsa tal-valur gwida ta’ 1 Bq/l; għall-grupp kritiku ta' tfal ta' inqas minn sena, b'konsum ipotetiku ta' 55 cl ta’ ilma kuljum, it-TID tintlaħaq meta l-attività ta' radju–228 tkun qrib 0.02 Bq/l jew dik taċ-ċomb–210 tkun kważi 0.06 Bq/l.

Rigward l-attività alfa globali, l-Istat Membru għandu jivverifika l-komponent tal-polonju–210 minħabba li l-użu tal-valur gwida ta' 0.1 Bq/l mhuwiex neċessarjament garanzija tal-konformità mal-valur parametriku ta' 0.1 mSv/sena. Għall-grupp kritiku ta’ tfal ta’ inqas minn sena, b'konsum ipotetiku ta' 55 cl ta' ilma kuljum, it-TID tinqabeż meta l-konċentrazzjoni tal-attività ta' polonju–210 tkun ta' 0.02 Bq/l, jiġifieri wieħed minn ħamsa tal-valur gwida ta' 0.1 Bq/l. [Em. 49]

1.1.2.  Kunsiderazzjoni tal-komponenti kumulattivi tal-alfa u l-beta

It-TID tirriżulta mid-dożi ġġenerati mir-radjunuklidi kollha preżenti fl-ilma, irrispettivament jekk humiex alfa jew beta. Ir-riżultati tal-kontrolli tal-attività alfa globali u beta globali għandhom għalhekk jiġu kkunsidrati globalment biex jiġi vvalutat jekk tkunx inqabżet it-TID.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-formola li ġejja tkun rispettata:

Attività alfa globali/valur gwida alfa globali + attività beta globali/valur gwida beta globali < 1. [Em. 50]

2.1.2.  Kalkolu tat-TID

It-TID hija d-doża effettiva impenjata għal sena waħda ta' inġestjoni li tirriżulta mir-radjonuklidi naturali kollha li l-preżenza tagħhom ġiet individwata fi provvista tal-ilma, kemm f'oriġini naturali kif ukoll f'oriġini artifiċjali, bl-esklużjoni tat-tritju, il-potassju–40, ir-radon u tal-prodotti li jirriżultaw mid-diżintegrazzjoni tar-radon ta’ ħajja qasira. It-TID għandha tiġi kkalkulata mill-konċentrazzjonijietmir-rati volumetriċi tal-attività tar-radjonuklidi u l-koeffiċjenti tad-doża għall-adulti stipulati fl-Anness III, it-Tabella A tad-Direttiva 96/29/Euratom jew informazzjoni aktar riċenti rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru. Il-kalkolu għandu jitwettaq għall-grupp tal-popolazzjoni l-aktar espost għar-riskju, abbażi tal-konsumi tipiċi stabbiliti mill-Kummissjoni. Għar-radjunuklidi naturali, il-grupp kritiku għandu jkun magħmul mit-tfal ta' anqas minn sena. Fejn il-formula li ġejja tiġi ssodisfata, l-Istati Membri jistgħu jassumu li t-TID hija inqas mill-valur tal-indikatur parametriku ta' 0.1 mSv/sena u ma tkun meħtieġa ebda investigazzjoni ulterjuri: [Em. 51]

20130312-P7_TA(2013)0068_MT-p0000001.fig (1)

fejn

Ci(obs) = konċentrazzjoni osservata ta' radjonuklidi i

Ci(ref) = konċentrazzjoni ta' referenza ta' radjonuklidi i

n = għadd ta' radjonuklidi individwati.

Fejn il-formula ma tiġix issodisfata, il-valur parametriku għandu jiġu kkunsidrat biss li nqabeż jekk ir-radjonuklidi jkunu preżenti b'mod persistenti f'konċentrazzjonijiet ta' attività simili għal sena sħiħa.għandhom jitwettqu analiżi addizzjonali sabiex jiġi żgurat li r-riżultat miksub ikun wieħed rappreżentattiv. Il-kontrolli għandhom jitwettqu f'termini taż-żmien li jistgħu jitqassru skont il-grad ta' kemm il-valur parametriku jkun inqabeż. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-limitu tal-ħtieġa ta' teħid mill-ġdid ta' kampjuni, u l-iskadenzi li jridu jiġu rrispettati, biex jiġi żgurat li l-valuri mkejla jkunu rappreżentattivi għal konċentrazzjoni ta' attività medja għal sena sħiħa.verament ikun inqabeż il-valur parametriku definit għat-TID. [Em. 52]

Konċentrazzjonijiet ta' referenza għar-radjuattività ta' oriġini naturali fl-ilma tax-xorb1

Oriġini

Nuklidi

Konċentrazzjoni

ta' referenza

Età kritika:

Naturali

U-2382

3.0 Bq/l1.47 Bq/l

inqas minn sena

U-2342

2.8 Bq/l1.35 Bq/l

inqas minn sena

Ra-226

0.5 Bq/l0.11 Bq/l

inqas minn sena

Ra-228

0.2 Bq/l0.02 Bq/l

inqas minn sena

Pb-210

0.2 Bq/l0.06 Bq/l

inqas minn sena

Po-210

0.1 Bq/l0.02 Bq/l

inqas minn sena

Artifiċjali

C-14

240 Bq/l

Sr-90

4.9 Bq/l

Pu-239/Pu-240

0.6 Bq/l

Am-241

0.7 Bq/l

Co-60

40 Bq/l

Cs-134

7.2 Bq/l

Cs-137

11 Bq/l

I-131

6.2 Bq/l

1 Din it-tabella tinkludi l-aktar radjonuklidi naturali u artifiċjali komuni. Il-konċentrazzjonijiet ta' referenza għal radjonuklidi oħrajn jistgħu jiġu kkalkulati permezz tal-koeffiċjenti tad-doża għall-adulti stipulati fl-Anness III, it-Tabella A tad-Direttiva 96/29/Euratom jew informazzjoni aktar riċenti rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru, u billi wieħed jassumi dħul ta' 730 litru fis-sena.Il-kalkolu jrid jitwettaq għall-grupp tal-età l-aktar espost għar-riskju b'mod li tiġi żgurata l-konformità mad-doża indikattiva totali ta' 0.1 mSv, irrispettivament mill-età tal-konsumatur. Il-Kummissjoni tiddefinixxi r-rati ta' konsum tal-ilma għal etajiet differenti.

2 Milligramma ta' uranju naturali fiha 12.3 Bq ta' U-238 u 12.3 Bq ta' U-234. Din it-tabella tqis biss il-proprjetajiet radjoloġiċi tal-uranju, mhux it-tossiċità kimika tiegħu.[Em. 53]

2a.  L-impatt radjoloġiku tal-attivitajiet tal-bniedem

Ir-radjonuklidi li għandhom jitkejlu huma stabbiliti mill-Istati Membri abbażi tal-informazzjoni kollha miġbura fuq is-sorsi potenzjali ta' radjuattività antropoġenika.

2a.1.  Monitoraġġ tat-Tritju

Għandha titwettaq analiżi speċifika biex jiġi kwantifikat il-livell ta' tritju bħala parti mill-analiżi ta' referenza, u meta jkun jinħtieġ kontroll perjodiku ta' dan il-parametru. Konċentrazzjoni tal-attività ta' aktar minn 10 Bq/l tindika anomalija li l-oriġini tagħha teħtieġ tiġi investigata u li tista’ tindika l-preżenza ta' radjonuklidi artifiċjali oħra. Il-valur parametriku ta’ 20 Bq/l huwa l-limitu li meta jinqabeż jeħtieġ tiġi investigata l-oriġini tal-kontaminazzjoni u jiġi infurmat il-pubbliku. Il-konċentrazzjoni ta’ referenza li tikkorrispondi għall-valur parametriku ta’ 0.01 mSv/sena hija ta’ 680 Bq/l (ta’ 500 Bq/l jekk wieħed iqis il-fetu).

2a.2.  Kalkolu tat-TID għal sorsi relatati mal-attivitajiet tal-bniedem

It-TID hija d-doża effettiva impenjata għal sena ta' konsum li tirriżulta mir- radjonuklidi antropoġeniċi kollha li l-preżenza tagħhom fl-ilma tax-xorb ġiet identifikata, inkluż it-tritju.

It-TID għandha tiġi kkalkolata mill-konċentrazzjoni tal-attività ta’ radjonuklidi u l-koeffiċjenti tad-doża stabbiliti fit-Tabella (A) fl-Anness III għad-Direttiva 96/29/Euratom, jew informazzjoni aktar riċenti rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru. Il-kalkolu għandu jsir għall-aktar grupp tal-popolazzjoni fir-riskju, imsejjaħ il-grupp kritiku, abbażi tar-rati tipiċi ta' konsum stabbiliti mill-Kummissjoni.

L-Istati Membri jistgħu jużaw il-konċentrazzjonijiet ta’ referenza li jikkorrispondu għall-kisba tal-valur parametriku ta' 0.01 mSv/sena. F’dan il-każ, meta l-formula li ġejja tiġi segwita, l-Istati Membri jistgħu jassumu li l-valur parametriku ma jkunx inqabeż u li ma tkunx meħtieġa investigazzjoni ulterjuri:

20130312-P7_TA(2013)0068_MT-p0000002.fig

fejn

Ci(obs) = konċentrazzjoni osservata ta' radjonuklidi i

Ci(ref) = konċentrazzjoni ta' referenza ta' radjonuklidi i

n = numru ta’ radjonuklidi identifikati.

Meta din il-formula ma tiġix segwita, l-analiżi addizzjonali għandha ssir minnufih sabiex jiġi żgurat li r-riżultat huwa wieħed validu u biex jiġi stabbilit is-sors tat-tniġġis. [Em. 54]

Konċentrazzjonijiet ta' referenza għar-radjuattività ta’ oriġini antropoġenika fl-ilma tax-xorb1

Nuklidi

Referenza:

konċentrazzjoni

Età kritika

H3

680 Bq/l/500 Bq/l

sentejn sa seba' snin / fetu

C-14

21 Bq/l

sentejn sa seba' snin

Sr-90

0.22 Bq/l

inqas minn sena

Pu-239/Pu-240

0.012 Bq/l

inqas minn sena

Am-241

0.013 Bq/l

inqas minn sena

Co-60

0.9 Bq/l

inqas minn sena

Cs-134

0.7 Bq/l

Adult

Cs-137

1.1 Bq/l

Adult

I-131

0.19 Bq/l

sena sa sentejn

1 Din it-tabella tinkludi l-aktar radjonuklidi artifiċjali komuni. Il-konċentrazzjonijiet ta' referenza għar-radjonuklidi l-oħrajn jistgħu jiġu kkalkulati bl-użu ta' koeffiċjenti tad-doża stabbiliti fit-Tabella A tal-Anness III għad-Direttiva 96/29/Euratom, jew b'użu ta’ informazzjoni iktar riċenti rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru kkonċernat. Il-kalkolu għandu jsir għall-aktar grupp ta' età espost għar-riskju sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-doża indikattiva totali ta' 0.01 mSv, tkun xi tkun l-età tal-konsumaturi. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-konsum tal-ilma għall-gruppi tal-età differenti.

[Em. 55]

3.  Karatteristiċi ta' prestazzjoni u metodi ta' analiżi

Għall-parametri ta' radjuattività li ġejjin, il-karatteristiċi tal-prestazzjoni speċifikati huma li l-metodi ta' analiżi użati għandhom, bħala minimu, ikunu kapaċi jkejlu konċentrazzjonijiet ugwali għall-valur parametriku b'limitu ta' individwazzjoni speċifikat.

ParametriNuklidi

Limitu ta' individwazzjoni

(Nota 1)

Noti

Radon

10 Bq/l

Noti 2, 3

Tritju

10 Bq/l

Noti 2, 3

Alfa grossatotali

Beta grossatotali

0.04 Bq/l

0.4 Bq/l

Noti 2, 4

Noti 2, 4

U-238

0.02 Bq/l

Noti 2, 66

U-234

0.02 Bq/l

Noti 2, 66

Ra-226

0.04 Bq/l

Nota 2

Ra-228

0.08 Bq/l0.1 Bq/l

NotiNota 2, 5

Pb-210

0.02 Bq/l

Nota 2

Po-210

0.01 Bq/l

Nota 2

C-14

20 Bq/l

Nota 2

Sr-90

0.4 Bq/l0.1 Bq/l

Nota 2

Pu-239/Pu-240

0.04 Bq/l0.1 Bq/l

Nota 2

Am-241

0.06 Bq/l0.1 Bq/l

Nota 2

Co-60

0.5 Bq/l0.1 Bq/l

Nota 2

Cs-134

0.5 Bq/l0.1 Bq/l

Nota 2

Cs-137

0.5 Bq/l0.1 Bq/l

Nota 2

I-131

0.5 Bq/l0.1 Bq/l

Nota 2

Nota 1: il-limitu ta' individwazzjoni għandu jiġi kkalkulat skont l-ISO.11929-7, Determinazzjoni tal-limitu ta' individwazzjoni u l-valuri tal-limiti massimi tad-deċiżjoni għall-kejl tar-radjazzjoni jonizzanti-Parti 7: Prinċipji Fundamentali u applikazzjonijiet ġenerali, bi probabbiltajiet ta' żbalji tal-ewwel (1) u t-tieni(2) tip ta' 0.05 kull wieħed

Nota 2: l-inċertezzi ta' kejl għandhom jiġu kkalkulati u rrappurtati bħala inċertezzi standard kompleti, jew bħala inċertezzi standard estiżi b'fattur ta' espansjoni ta' 1.96, skont il-Gwida ISO għall-Espressjoni ta' Inċertezza fil-Kejl (ISO Guide for the Expression of Uncertainty in Measurement, ISO, Geneva 1993, ripubblikazzjoni kkoreġuta Geneva, 1995)

Nota 3: il-limitu ta' individwazzjoni għar-radon u t-tritju huwa ta' 1050 % tal-valur parametriku tiegħu ta' 100 20 Bq/l

Nota 4: il-limitu ta' individwazzjoni għall-attivitajiet grossital-attività tat-tip alfa globali u grossi l-attività tat-tip beta globali huwa ta' 40 % tal-valuri tal-iskrinjar ta' 0.1 u 1.0 Bql rispettivament.
Dawn il-valuri jistgħu jintużaw biss wara li jiġi eskluż li jkun hemm kontribut sinifikanti ta' radjunuklidi ta' tossiċità radjuattiva għolja (ċomb–210, radju–228 u polonju–210).

Nota 5: Dan il-Limitu ta' Individwazzjoni japplika biss għall-iskrinjar ta' rutina; għal sors tal-ilma ġdid li għalih ikun plawsibbli li l-Ra-228 jaqbeż l-20 % tal-konċentrazzjoni ta' referenza, il-limitu ta' individwazzjoni għall-ewwel verifika għandu jkun 0.02 Bq/l għall-kejl speċifiku tan-nuklidi Ra-228. Dan għandu japplika wkoll fejn tkun meħtieġa verifika mill-ġdid sussegwenti.

Nota 6: Il-valur baxx tal-limitu ta' individwazzjoni speċifikat għal U huwa tali minħabba li tqieset il-kimotossiċità tal-uranju. [Em. 56]

Avviż legali - Politika tal-privatezza