Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0386(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0173/2012

Testi mressqa :

A7-0173/2012

Dibattiti :

PV 12/06/2012 - 5
CRE 12/06/2012 - 5

Votazzjonijiet :

PV 13/06/2012 - 7.5
CRE 13/06/2012 - 7.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 12/03/2013 - 10.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0243
P7_TA(2013)0070

Testi adottati
PDF 309kWORD 31k
It-Tlieta, 12 ta' Marzu 2013 - Strasburgu
Dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro ***I
P7_TA(2013)0070A7-0173/2012
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (COM(2011)0821 – C7-0448/2011 – 2011/0386(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0821),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 136 u 121(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0448/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Svediż u s-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Marzu 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Frar 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0173/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2)

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 141, 17.5.2012, p. 7.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-13 ta' Ġunju 2012 (Testi adottati, P7_TA(2012)0243).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2013 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro
P7_TC1-COD(2011)0386

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 473/2013.)


AnneSS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea

Meta l-leġiżlazzjoni proposta mill-Kummissjoni dwar it-“Two-Pack” tiġi adottata, il-Kummissjoni beħsiebha tieħu passi fi żmien qasir lejn UEM profonda u ġenwina kif deskritt fil-pjan. Il-passi għal żmien qasir (6 sa 12-il xahar) se jinkludu:

   Fil-pjan tagħha għal UEM Profonda u Ġenwina, il-Kummissjoni kkunsidrat li, fit-terminu l-medju, fond ta' ammortament u eurobills jistgħu jkunu elementi possibbli ta’ UEM profonda u ġenwina taħt ċerti kundizzjonijiet rigorużi. Il-prinċipju ewlieni jkun li kwalunkwe pass biex ikompli l-mutwalizzazzjoni tar-riskju għandu jimxi id f’id ma’ aktar dixxiplina fiskali u aktar integrazzjoni. L-integrazzjoni meħtieġa aktar profonda tar-regolazzjoni finanzjarja, tal-politika fiskali u ekonomika u tal-istrumenti korrispondenti trid tkun akkumpanjata minn integrazzjoni politika proporzjonata li tiżgura leġittimità u responsabbiltà demokratika.

Il-Kummissjoni se tistabbilixxi Grupp ta’ Esperti biex japprofondixxu l-analiżi dwar il-merti, ir-riskji, ir-rekwiżiti u l-ostakli potenzjali tas-sostituzzjoni parzjali tal-ħruġ nazzjonali tad-dejn permezz ta' ħruġ konġunt f’forma ta’ fond ta' ammortament u eurobills. Il-Grupp se jingħata l-kompitu li janalizza b’mod sħiħ, x’jistgħu jkunu l-karatteristiċi tagħhom f’termini ta’ dispożizzjonijiet legali, arkitettura finanzjarja u l-qafas baġitarju u ekonomiku kumplimentari meħtieġ. Ir-responsabbiltà demokratika se tkun kwistjoni ċentrali li għandha tiġi kkunsidrata.

Il-Grupp se jqis ir-riforma kontinwa ta’ governanza baġitarja u ekonomika Ewropea u jivvaluta l-valur miżjud għal dawn l-istrumenti f’dan il-kuntest. Il-Grupp se jagħti attenzjoni partikolari lir-riformi riċenti u li għaddejjin bħalissa, bħalma huma l-implimentazzjoni tat-“two-Pack”, l-MES u kwalunkwe strumenti rilevanti oħra.

Fl-analiżi tiegħu l-Grupp se jagħti attenzjoni partikolari għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, biex ikun evitat il-periklu morali, kif ukoll kwistjonijiet ċentrali oħra, bħall-istabbiltà finanzjarja, l-integrazzjoni finanzjarja u t-trażmissjoni tal-politika monetarja.

Il-membri tal-Grupp se jkunu esperti fil-liġi u fl-ekonomija, fil-finanzi pubbliċi, fis-swieq finanzjarji u fil-ġestjoni tad-dejn sovran. Il-Grupp se jiġi mistieden biex jippreżenta r-rapport finali tiegħu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn Marzu 2014. Il-Kummissjoni se tivvaluta r-rapport u, jekk xieraq, tagħmel proposti qabel tmiem il-mandat tagħha.

   Stħarriġ ta’ modi ulterjuri fil-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir biex takkomoda taħt ċerti kundizzjonijiet, mhux rikorrenti, programmi ta’ investiment pubbliku b'impatt approvat fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi magħmula mill-Istati Membri fil-valutazzjoni tal-Programmi ta’ Stabbiltà u ta’ Konverġenza tagħhom; dan se jsir fir-Rebbiegħa-Sajf 2013 fil-kuntest tal-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni tagħha dwar kalendarju ta’ konverġenza lejn l-Objettiv ta' Terminu Medju;
   Wara d-deċiżjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss tal-UE u qabel tmiem l-2013, il-Kummissjoni se tressaq il-proposti li ġejjin biex tikkomplementa l-qafas eżistenti għal governanza ekonomika: (i) miżuri biex jiżguraw iktar koordinazzjoni ex-ante ta’ proġetti ta' riforma ewlenin u (ii) il-ħolqien ta’ “strument ta’ konverġenza u kompetittività” biex jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni f’waqtha tar-riformi strutturali għat-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli. Din is-sistema l-ġdida, kompletament konformi mal-metodu Komunitarju, tkun tibni fuq il-proċeduri ta’ sorveljanza eżistenti tal-UE. Tgħaqqad flimkien l-integrazzjoni aktar profonda tal-politika ekonomika mal-appoġġ finanzjarju, u b’hekk tirrispetta l-prinċipju li skontu l-passi lejn aktar responsabbiltà u dixxiplina ekonomika jingħaqdu flimkien b'aktar solidarjetà. L-għan partikolari ta' din huwa li ttejjeb il-kapaċità ta’ Stat Membru biex jassorbi x-xokkijiet assimetriċi. Dan l-istrument ikun iservi bħala l-fażi inizjali lejn l-istabbiliment ta’ kapaċità fiskali aktar b’saħħitha.
   Barra minn hekk, il-Kummissjoni timpenja ruħha li ssegwi kemm jista' jkun malajr u b’mod komprensiv dwar: (i) il-pjan ta’ azzjoni tagħha biex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa, partikolarment fid-dawl tar-reviżjoni tad-direttivi identifikati fil-pjan ta’ azzjoni kif ukoll dwar (ii) il-miżuri u proposti mħabbra mill-Kummissjoni dwar il-pakkett tagħha tal-2012 dwar l-impjieg u l-qasam tal-politika soċjali.
   Wara l-adozzjoni tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, il-preżentazzjoni ta' proposta għal Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni, li jkun responsabbli għar-ristrutturar u r-riżoluzzjoni tal-banek ġewwa l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-Unjoni Bankarja;
   Qabel tmiem l-2013, il-preżentazzjoni ta' proposta skont l-Artikolu 138(2) TFUE biex tistabbilixxi pożizzjoni unifikata biex tikseb status ta’ osservatur taż-żona tal-euro fil-bord eżekuttiv tal-FMI, u mbagħad għal siġġu uniku.

Filwaqt li tibni fuq it-terminu qasir passi imħabbra fil-Pjan tagħha li tista' titwettaq permezz ta’ leġiżlazzjoni sekondarja, il-Kummissjoni hija impenjata li tressaq ideat espliċiti għal tibdil fit-Trattat kmieni biżżejjed biex ikun hemm dibattitu qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li jmiss tal-2014 bil-ħsieb li titfassal bażi leġiżlattiva għall-passi previsti fit-terminu l-medju, li tipprevedi l-ħolqien ta’ sorveljanza ekonomika u baġitarja msaħħa sostanzjalment u qafas ta’ kontroll, kapaċità fiskali Ewropea aktar żviluppata li tappoġġja s-solidarjetà u l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali li jsaħħu t-tkabbir sostenibbli, kif ukoll integrazzjoni aħjar tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’oqsma ta’ politika bħat-tassazzjoni u s-swieq tax-xogħol bħala strument ta’ solidarjetà importanti.

Avviż legali - Politika tal-privatezza