Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0065(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0037/2013

Testi mressqa :

A7-0037/2013

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2013 - 8.3
CRE 13/03/2013 - 8.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 08/10/2013 - 9.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0080
P7_TA(2013)0397

Testi adottati
PDF 531kWORD 48k
L-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2013 - Strasburgu
Responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-infurzar tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu ***I
P7_TA(2013)0080A7-0037/2013

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-infurzar tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE (COM(2012)0134 – C7-0083/2012 – 2012/0065(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  Minkejja li d-Direttiva 2009/21/KE tirregola r-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera billi tinkorpora l-iskema ta’ awditjar tal-Istat tal-bandiera tal-IMO fil-liġi tal-Unjoni u billi tintroduċi ċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-awtoritajiet marittimi internazzjonali; direttiva separata li tkopri l-istandards marittimi tax-xogħol hija meqjusa aktar xierqa u aktar ċara sabiex tirrifletti l-iskopijiet u l-proċeduri differenti,
(10)  Minkejja li d-Direttiva 2009/21/KE tirregola r-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera billi tinkorpora l-iskema ta’ awditjar tal-Istat tal-bandiera tal-IMO fil-liġi tal-Unjoni u billi tintroduċi ċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-awtoritajiet marittimi internazzjonali; direttiva separata li tkopri l-istandards marittimi tax-xogħol hija meqjusa aktar xierqa u aktar ċara sabiex tirrifletti l-iskopijiet u l-proċeduri differenti, Għalhekk, id-Direttiva 2009/21/KE, li d-dispożizzjonijiet tagħha japplikaw biss għall-Konvenzjonijiet tal-IMO, m'għandhiex tkun affettwata minn din id-Direttiva. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jkomplu jiżviluppaw, jimplimentaw u jżommu sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għall-partijiet operattivi tal-attivitajiet relatati mal-Istat tal-bandiera tal-amministrazzjoni marittima tiegħu, li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Id-Direttiva 2009/13/KE tapplika għall-baħħara abbord bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dik id-Direttiva mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom.
(11)  Id-Direttiva 2009/13/KE tapplika għall-baħħara abbord bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-twettiq effikaċi tal-obbligi tagħhom bħala Stati tal-bandiera fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-partijiet rilevanti tal-MLC 2006 li jikkorrispondu għall-elementi kif imniżżlin fl-Anness ta' dik id-Direttiva dwar il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. Permezz tal-istabbiliment ta' sistema effikaċi għall-monitoraġġ tal-mekkaniżmi, fosthom spezzjonijiet, Stat Membru jista' jagħti awtorizzazzjoni lill-istituzzjonijiet pubbliċi jew organizzazzjonijiet oħra skont it-tifsira tal-MLC 2006.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 13a (ġdid)
(13a)  L-applikazzjoni u/jew l-interpretazzjoni ta' din id-Direttiva m'għandha, taħt l-ebda ċirkostanza, twassal għal tnaqqis fil-livell ta' protezzjoni li attwalment igawdu minnu l-ħaddiema skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Artikolu 1
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli sabiex tiżgura li l-Istati Membri jwettqu b’mod effettiv l-obbligi tagħhom bħala Stati tal-bandiera sabiex jissorveljaw il-konformità tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom mad-Direttiva 2009/13/KE. Din id-Direttiva hija mingħajr ħsara għad-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli sabiex tiżgura li l-Istati Membri jwettqu b’mod effettiv l-obbligi tagħhom bħala Stati tal-bandiera sabiex jissorveljaw il-konformità tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom mad-Direttiva 2009/13/KE u l-Ftehim tal-Imsieħba Soċjali anness magħha. Din id-Direttiva hija mingħajr ħsara għad-Direttiva 2009/21/KE1.

1 ĠU L131, 28.5.2009, p. 132.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – punt ba (ġdid)
Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

(ba) “Direttiva 2009/13/KE” tfisser id-Direttiva u l-Ftehim tal-Imsieħba Soċjali anness magħha;
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – punt bb (ġdid)
(bb) “iċ-ċertifikat ta' xogħol marittimu”, “iċ-ċertifikat ta' xogħol marittimu interim” u “d-dikjarazzjoni tal-konformità tax-xogħol marittimu” jfissru d-dokumenti rispettivi msemmija fil-paragrafu 9 tal-Istandard A5.1.3, tal-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, 2006, imfassla f'format li jaqbel mal-mudelli mogħtija fl-Anness A5-II ta' dik il-Konvenzjoni;
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – titolu
Monitoraġġ tal-Konformità

Monitoraġġ u ċertifikazzjoni tal-Konformità

Emenda 8
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura l-infurzar tal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2009/13/KE dwar il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Fl-istabbiliment ta' sistema effikaċi għall-ispezzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' xogħol marittimu, l-Istati Membri jistgħu, fejn ikun xieraq, jawtorizzaw istituzzjonijiet pubbliċi jew organizzazzjonijiet oħra (inklużi dawk ta' Stat Membru ieħor, jekk dan tal-aħħar jaqbel) li jirrikonoxxu li huma kompetenti u indipendenti biex iwettqu spezzjonijiet jew joħorġu ċertifikati jew jagħmlu t-tnejn li huma. Fil-każijiet kollha, l-Istati Membri għandhom jibqgħu kompletament responsabbli għall-ispezzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja tal-baħħara kkonċernati fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema effikaċi għall-ispezzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-kondizzjonijiet tax-xogħol marittimu, f'konformità mar-Regolamenti 5.1.3 u 5.1.4 u l-Istandards A5.1.3 u A5.1.4 tal-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, filwaqt li jiżgura li l-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja tal-baħħara abbord bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jissodisfaw u jkomplu jissodisfaw l-istandards f'dik il-Konvenzjoni.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1c (ġdid)
1c.  Ċertifikat ta' xogħol marittimu, ikkumplimentat b'dikjarazzjoni ta' konformità ta' xogħol marittimu, għandu jikkostitwixxi evidenza prima facie li l-bastiment ġie spezzjonat kif xieraq mill-Istat Membru li l-bandiera tiegħu jtajjar u li r-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja tal-baħħara ġew issodisfati sal-punt ċertifikat.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1d (ġdid)
1d.  Informazzjoni dwar is-sistema msemmija fil-paragrafu 1b ta' dan l-Artikolu, inkluż il-metodu użat għall-valutazzjoni tal-effikaċja tiegħu, għandha tiġi nkluża fir-rapporti tal-Istati Membri lill-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol skont l-Artikolu 22 tal-Kostituzzjoni ta' dak l-Uffiċċju.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1e (ġdid)
1e.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi objettivi u standards ċari li jkopru l-amministrazzjoni tal-ispezzjoni u tas-sistemi ta' ċertifikazzjoni tiegħu, kif ukoll proċeduri ġenerali adegwati għall-valutazzjoni tal-limitu li permezz tagħhom jinkisbu dawk l-objettivi u l-istandards.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1f (ġdid)
1f.  Kull Stat Membru għandu jirrikjedi li l-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera tiegħu jkollhom kopja tad-Direttiva 2009/13/KE u tal-Ftehim tal-Imsieħba Soċjali anness magħha disponibbli abbord.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1g (ġdid)
1g.  L-intervall bejn l-ispezzjonijiet ma għandux jeċċedi t-tliet snin.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – titolu
Persunal inkarigat mill-monitoraġġ tal-konformità

Organizzazzjonijiet rikonoxxuti u l-persunal tagħhom inkarigat mill-monitoraġġ tal-konformità

Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal inkarigat mill-verifika tal-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva 2009/13/KE jkollu t-taħriġ, il-kompetenza, it-termini ta’ referenza, is-setgħat, l-istatus u l-indipendenza meħtieġa jew mixtieqa sabiex jippermettulu jwettaq dik il-verifika u jiżgura konformità ma’ dik id-Direttiva.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet oħra (“organizzazzjonijiet rikonoxxuti”) imsemmija fl-Artikolu 3(1b) u dawk il-membri tal-persunal tagħhom inkarigati mill-verifika tal-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva 2009/13/KE jkollhom it-taħriġ, il-kompetenza, it-termini ta’ referenza, is-setgħat, l-istatus u l-indipendenza meħtieġa jew mixtieqa sabiex jippermettulhom iwettqu dik il-verifika u jiżguraw konformità ma’ dik id-Direttiva. L-ispezzjoni jew il-funzjonijiet ta' ċertifikazzjoni li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jistgħu jkunu awtorizzati li jwettqu għandhom jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet li huma espressament imsemmija fil-paragrafi 1b sa 1d imwettqa mill-Istat Membru jew organizzazzjoni rikonoxxuta.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) tista' tassisti lill-Istati Membri fis-superviżjoni ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jwettqu kompiti ta' ċertifikazzjoni f'isimhom skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/15/KE, mingħajr ħsara għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati tal-bandiera.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Kull awtorizzazzjoni mogħtija rigward l-ispezzjonijiet għandha, tal-anqas, tagħti s-setgħa lill-organizzazzjoni rikonoxxuta li tirrikjedi li n-nuqqasijiet li tidentifika fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja tal-baħħara jitranġaw u li twettaq ispezzjonijiet f'dan ir-rigward fuq talba tal-Istat tal-port.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1c (ġdid)
1c.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi:
(a) sistema biex jiżgura l-adegwatezza tal-ħidma mwettqa mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti. Dik is-sistemi għandha tinkludi informazzjoni dwar il-liġijiet kollha nazzjonali applikabbli u l-istrumenti internazzjonali rilevanti; kif ukoll
(b) proċeduri għall-komunikazzjoni ma' dawn l-organizzazzjonijiet u s-sorveljanza tagħhom.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1d (ġdid)
1d.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol b'lista attwali ta' kull organizzazzjoni rikonoxxuta li hija awtorizzata taġixxi f'ismu u għandu jżomm din il-lista aġġornata. Il-lista għandha tispeċifika l-funzjonijiet li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti ġew awtorizzati jwettqu.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 4a (ġdid)
Artikolu 4a

Ċertifikat tax-Xogħol Marittimu

4a.  Kull Stat Membru għandu jirrikjedi lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li jwettqu u jżommu ċertifikat ta' xogħol marittimu li jiċċertifika li l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja tal-baħħara fuq il-bastiment, inklużi l-miżuri għall-konformità kontinwa li għandha tkun inkluża fid-dikjarazzjoni tal-konformità tax-xogħol marittimu, ġew spezzjonati u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-liġijiet nazzjonali jew regolamenti jew miżuri oħra li jimplimentaw id-Direttiva 2009/13/KE u l-Ftehim tal-Imsieħba Soċjali anness magħha.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 1 (ġdid)
Artikolu 4b

Ispezzjoni u Infurzar

1.  Kull Stat Membru għandu jivverifika, permezz ta' sistema effikaċi u kkoordinata ta' spezzjonijiet regolari, monitoraġġ u miżuri ta' kontroll oħrajn, li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE kif implimentati fil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Regolament 5.1.4, paragrafu 1.

Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 2 (ġdid)
2.  Rekwiżiti dettaljati dwar l-ispezzjoni u s-sistema ta' nfurzar imsemmija fil-paragrafu 1 huma stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 18 hawn taħt.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 3 (ġdid)
3.  Kull Stat Membru għandu jżomm sistema ta' spezzjoni tal-kundizzjonijiet tal-baħħara fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li għandha tinkludu verifika li l-miżuri relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja, kif stabbilit fid-dikjarazzjoni tal-konformità ta' xogħol marittimu, fejn ikun applikabbli, qed jiġu segwiti, u li r-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE ġew sodisfati.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 4 (ġdid)
4.  Stat Membru għandu jinnomina numru biżżejjed ta' spetturi kwalifikati biex jissodisfaw ir-responsabilitajiet tiegħu skont il-paragrafu 3. Meta organizzazzjonijiet rikonoxxuti jkunu ġew awtorizzati jwettqu spezzjonijiet, Stat Membru għandu jirrikjedi li l-persunal li jwettaq l-ispezzjoni jkun kwalifikat biex iwettaq dawn l-obbligi u għandu jipprovdilu l-awtorità legali meħtieġa biex iwettaq dawn l-obbligi.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 5 (ġdid)
5.  Għandha ssir dispożizzjoni adegwata biex jiġi żgurat li l-ispetturi jkollhom it-taħriġ, il-kompetenza, it-termini ta' referenza, is-setgħa, l-istatus u l-indipendenza neċessarja jew mixtieqa li jippermettulhom iwettqu l-verifika u jiżguraw il-konformità msemmija fil-paragrafu 3.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 6 (ġdid)
6.  Jekk Stat Membru jirċievi lment li huwa ma jqisx li huwa manifestament bla bażi jew inkella jikseb prova li bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu ma jikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE jew li hemm nuqqasijiet serji fl-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fid-dikjarazzjoni ta' konformità tax-xogħol marittimu, l-Istat Membru għandu jieħu l-passi meħtieġa sabiex jinvestiga l-kwistjoni u jiżgura li tittieħed azzjoni sabiex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet kollha identifikati.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 7 (ġdid)
7.  Għandhom jiġu pprovduti u nfurzati b'mod effikaċi regoli adegwati minn kull Stat Membru sabiex jiggarantixxu li l-ispetturi jkollhom l-istatus u l-kundizzjonijiet ta' servizz li jiżguraw li huma indipendenti mill-bidliet tal-gvernijiet u influwenzi esterni mhux xierqa.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 8 (ġdid)
8.  Ispetturi li jingħataw linji gwida ċari fir-rigward tal-kompiti li għandhom jitwettqu u li jkollhom il-kredenzjali adegwati, għandhom jingħataw is-setgħa:
(a) li jitilgħu abbord vapur li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru;
(b) li jwettqu kwalunkwe eżami, test jew inkjesta li huma jistgħu jqisu bħala neċessarji sabiex ikunu sodisfatti li l-istandards qegħdin jiġu osservati b'mod strett; kif ukoll
(c) li jitolbu rimedju għal kull nuqqas, meta jkollhom raġunijiet għalfejn jemmnu li n-nuqqasijiet jikkostitwixxu ksur serju tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE (inkluż id-drittijiet tal-baħħara) jew li jirrappreżentaw periklu sinifikanti għas-sikurezza, is-saħħa u s-sigurtà tal-baħħara, li jipprojbixxu lil vapur milli jħalli l-port sakemm jitwettqu l-azzjonijiet neċessarji.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 9 (ġdid)
9.  Kull azzjoni meħuda skont il-paragrafu 8(c) għandha tkun soġġetta għal kull dritt ta' appell li jista' jeżisti għal awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 10 (ġdid)
10.  L-ispetturi għandu jkollhom id-diskrezzjoni li jagħtu pariri minflok ma jniedu jew ma jirrakkomandaw proċedimenti meta ma jkunx hemm ksur ċar tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE li jipperikolaw is-sikurezza, is-saħħa u s-sigurtà tal-baħħara kkonċernati u meta ma jkunx diġà sar ksur simili fil-passat.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 11 (ġdid)
11.  L-ispetturi għandhom jittrattaw bħala kunfidenzjali s-sors ta’ kwalunkwe rapport jew ilment li jallega periklu jew nuqqas fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jew tal-ħajja tal-baħħara jew ksur tal-liġijiet u r-regolamenti u bl-ebda mod ma għandhom jgħarrfu lis-sid ta’ bastiment, lir-rappreżentant tas-sid ta’ bastiment jew lill-operatur ta’ bastiment li saret spezzjoni bħala konsegwenza ta’ rapport jew ilment bħal dan.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 12 (ġdid)
12.  L-ispetturi ma għandhomx jiġu fdati b'kompiti li jistgħu, minħabba n-numru u n-natura tagħhom, jinterferixxu fl-ispezzjoni effettiva jew li jistgħu jippreġudikaw bi kwalunkwe mod, l-awtorità jew l-imparzjalità tagħhom fir-relazzjonijiet tagħhom mas-sidien tal-bastimenti, mal-baħħara u ma' partijiet interessati oħrajn.
B'mod partikolari, l-ispetturi għandhom:

(a) jiġu pprojbiti milli jkollhom kwalunkwe interess dirett jew indirett fi kwalunkwe attività li huma jiġu mitluba jispezzjonaw; kif ukoll
(b) mingħajr ħsara għal sanzjonijiet xierqa jew miżuri dixxiplinarji, ma jiżvelawx, anke wara li jitilqu mis-servizz, kwalunkwe sigriet kummerċjali jew proċessi ta' ħidma kunfidenzjali jew informazzjoni ta' natura personali li jistgħu jsiru jafu dwarha waqt il-qadi tad-dmirijiet tagħhom.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 13 (ġdid)
13.  L-ispetturi għandhom iressqu rapport dwar kull ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Kopja waħda tar-rapport bl-Ingliż jew fil-lingwa ta' ħidma tal-vapur, għandha tiġi pprovduta lill-kaptan tal-vapur u kopja oħra għandha titqiegħed għal informazzjoni tal-baħħara fuq il-bord ta' avviżi tal-vapur, u meta mitlub tista' tintbagħat lir-rapprezentanti.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 14 (ġdid)
14.  L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha żżomm rekords tal-ispezzjonijiet dwar il-kondizzjonijiet tal-baħħara fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu. Għandha tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' spezzjoni f'perjodu raġonevoli ta' żmien, li ma jaqbiżx is-sitt xhur, wara t-tmiem tas-sena.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 15 (ġdid)
15.  Fil-każ ta' investigazzjoni wara inċident maġġuri, ir-rapport għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn xahar wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 16 (ġdid)
16.  Meta titwettaq ispezzjoni jew meta jittieħdu miżuri skont dan l-Artikolu, għandu jitwettaq kwalunkwe sforz raġonevoli biex ikun evitat li vapur jinżamm jew jittardja mingħajr raġuni.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 17 (ġdid)
17.  Il-kumpens għandu jitħallas bi qbil mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali għal kwalunkwe telf jew ħsara mġarrba bħala riżultat ta' użu żbaljat tas-setgħat tal-ispetturi. Fi kwalunkwe każ l-oneru tal-prova għandu jaqa' fuq il-kwerelant.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b – paragrafu 18 (ġdid)
18.  Kull Stat Membru għandu jistipula u jinforza b'mod effikaċi pieni adegwati u miżuri korrettivi oħrajn għal ksur tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE (inkluż id-drittijiet tal-baħħara) u meta l-ispetturi jiġu ostakolati fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Jekk Stat Membru jirċievi ilment li huwa ma jqisx li huwa manifestament infondat jew inkella jikseb prova li bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu ma jikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE jew li hemm nuqqasijiet serji fil-miżuri ta’ implimentazzjoni, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-passi meħtieġa sabiex jinvestiga l-kwistjoni u jiżgura li tittieħed azzjoni sabiex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet kollha identifikati.
1.  Jekk Stat Membru jirċievi ilment li huwa ma jqisx li huwa manifestament infondat skont il-liġi internazzjonali tax-xogħol bħal pereżempju l-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu jew skont id-Direttiva 2009/13/KE, hu għandu jieħu l-passi neċessarji biex jinvestiga l-kwistjoni u jiżgura li tittieħed azzjoni biex issolvi n-nuqqasijiet li jkunu nstabu.
Jekk Stat Membru jikseb prova, permezz ta' investigazzjoni, li bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu ma jikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE jew li hemm nuqqasijiet serji fil-miżuri ta’ implimentazzjoni, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-passi meħtieġa sabiex jinvestiga l-kwistjoni u jiżgura li tittieħed azzjoni sabiex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet kollha identifikati.

Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Il-persunal inkarigat mill-ġestjoni tal-ilmenti għandu jittratta bħala kunfidenzjali s-sors ta’ kwalunkwe rapport jew ilment li jallega periklu jew nuqqas fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jew tal-għajxien tal-baħħara jew ksur tal-liġijiet u r-regolamenti u bl-ebda mod ma għandu jgħarraf lis-sid ta’ bastiment, lir-rappreżentant tas-sid ta’ bastiment jew lill-operatur ta’ bastiment li saret spezzjoni bħala konsegwenza ta’ rapport jew ilment bħal dan.
2.  Il-persunal għandu jittratta bħala kunfidenzjali s-sors ta’ kwalunkwe rapport jew ilment li jallega periklu jew nuqqas fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jew tal-għajxien tal-baħħara jew ksur tal-liġijiet u r-regolamenti u bl-ebda mod ma għandu jgħarraf lis-sid ta’ bastiment, lir-rappreżentant tas-sid ta’ bastiment jew lill-operatur ta’ bastiment li saret spezzjoni bħala konsegwenza ta’ rapport jew ilment bħal dan.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 5a – paragrafu 1 (ġdid)
Artikolu 5a

Proċeduri għal ilmenti abbord

1.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, ikollhom proċeduri abbord biex jitrattaw b'mod ġust, effikaċi u malajr ilmenti ta' baħħara li jallegaw ksur tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE (inkluż id-drittijiet tal-baħħara).
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 5a – paragrafu 2 (ġdid)
2.  L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu u jippenalizzaw kwalunkwe tip ta’ vittimizzazzjoni ta’ baħħar talli ressaq ilment.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 5a – paragrafu 3 (ġdid)
3.  Id-dispożizzjonijiet f’dan l-Artikolu huma mingħajr ħsara għad-dritt ta’ baħħar li jfittex rimedju permezz ta’ kwalunkwe mezz legali li l-baħħar iqis adegwat.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 5a – paragrafu 4 (ġdid)
4.  Mingħajr ħsara għall-ambitu usa' li jista' jingħata fil-liġijiet jew regolamenti nazzjonali jew mill-ftehimiet kollettivi, il-proċeduri abbord jistgħu jintużaw mill-baħħara biex iressqu lmenti marbutin ma' kwalunkwe kwistjoni li tikkostitwixxi ksur tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE (inkluż id-drittijiet tal-baħħara).
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 5a – paragrafu 5 (ġdid)
5.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li, fil-liġijiet jew ir-regolamenti tiegħu, ikunu previsti proċeduri adegwati ta’ lmenti abbord biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3. Proċeduri bħal dawn għandhom ifittxu li jirrisolvu l-ilmenti fl-inqas livell possibbli. Madankollu, fi kwalunkwe każ, il-baħħara għandu jkollhom dritt li jilmentaw direttament mal-kaptan u, meta jikkunsidraw li jkun xieraq, mal-awtoritajiet esterni adegwati.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 5a – paragrafu 6 (ġdid)
6.  Il-proċeduri ta’ lmenti abbord għandhom jinkludu d-dritt tal-baħħar li jkun akkumpanjat jew rappreżentat matul il-proċeduri ta’ lment, kif ukoll salvagwardji kontra l-possibbiltà ta’ vittimizzazzjoni tal-baħħara għaliex iressqu l-ilment. It-terminu “vittimizzazzjoni” jkopri kwalunkwe azzjoni negattiva li ssir minn kwalunkwe persuna f’konfront ta’ baħħar għaliex ressaq ilment li ma jkunx magħmul b’mod manifestament vessatorju jew malizzjuż.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 5a – paragrafu 7 (ġdid)
7.  B'żieda mal-kopja tal-ftehim ta' impjieg bħala baħħara, il-baħħara kollha għandhom jingħataw kopja tal-proċeduri ta' lment abbord applikabbli fuq il-vapur. Dan għandu jinkludi informazzjoni ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti fl-Istat tal-bandiera u meta dan ikun differenti fil-pajjiż ta' residenza tal-baħħara, u l-isem tal-persuna jew persuni abbord il-vapur li jistgħu, fuq bażi kunfidenzjali, jipprovdu lill-baħħara b'parir imparzjali dwar l-ilment tagħhom u jassistuhom fit-tkomplija tal-proċeduri ta' lment disponibbli għalihom abbord il-vapur.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b – paragrafu 1 (ġdid)
Artikolu 5b

Responsabilitajiet għall-provvediment tal-ħaddiema

1.  Mingħajr ħsara għall-prinċipju ta' responsabilità ta' kull Stat Membru għall-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol tal-baħħara fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, l-Istat Membru għandu wkoll ir-responsabilità li jiżgura l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu dwar ir-reklutaġġ u t-tqegħid tal-baħħara kif ukoll il-protezzjoni tas-sigurtà soċjali tal-baħħara li huma ċittadini tiegħu jew huma residenti jew inkella domiċiljati fit-territorju tiegħu, sal-punt li tali responsabilità tkun ipprovduta f'dan l-Artikolu.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b – paragrafu 2 (ġdid)
2.  Kull Stat Membru għandu jinforza r-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu applikabbli għall-operat u l-prattika tar-reklutaġġ tal-baħħara u s-servizzi ta' impjieg stabbiliti fit-territorju tiegħu permezz ta' sistema ta' spezzjoni u monitoraġġ u proċedimenti legali għal ksur tar-rekwiżiti ta' liċenzjar u rekwiżiti operazzjonali oħra pprovduti fil-paragrafi 4 sa 6.
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b - paragrafu 3 (ġdid)<
3.  Rekwiżiti dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 huma stabbiliti fil-paragrafi 7 sa 18 hawn taħt.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b – paragrafu 4 (ġdid)
4.  Kull Stat Membru li jopera servizz pubbliku ta' reklutaġġ u ta' impjieg tal-baħħara għandu jiżgura li s-servizz jkun operat b'mod ordnat li jipproteġi u jippromwovi d-drittijiet ta' impjieg tal-baħħara kif ipprovdut fid-Direttiva 2009/13/KE.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b - paragrafu 5 (ġdid)
5.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi spezzjoni effettiva u sistema ta' monitoraġġ għall-infurzar tar-responsabilitajiet tiegħu skont dan l-Artikolu biex jipprovdi l-ħaddiema.
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b – paragrafu 6 (ġdid)
6.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandu jissorvelja mill-qrib u jikkontrolla s-servizzi ta' reklutaġġ u impjieg tal-baħħara kollha li joperaw fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. Il-liċenzji jew iċ-ċertifikati jew l-awtorizzazzjonijiet simili kollha għall-operat ta' servizzi privati fit-territorju jingħataw jew jiġġeddu biss wara verifika li s-servizz ta' reklutaġġ u impjieg tal-baħħara jissodisfa r-rekwiżiti tal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b - paragrafu 7 (ġdid)
7.  Informazzjoni dwar is-sistema msemmija fil-paragrafu 4, inkluż il-metodu użat għall-valutazzjoni tal-effettività tagħha, għandha tkun inkluża fir-rapporti tal-Istat Membru lill-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol skont l-Artikolu 22 tal-Kostituzzjoni ta' dak l-Uffiċċju.
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b - paragrafu 8 (ġdid)
8.  Il-baħħara kollha għandhom ikollhom aċċess għal sistema effiċjenti, adegwata u responsabbli għas-sejba ta' impjieg abbord bastiment mingħajr ma jkollhom iħallsu.
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b - paragrafu 9 (ġdid)
9.  Is-servizzi ta' reklutaġġ u ta' tqegħid tal-baħħara li joperaw fit-territorju ta' Stat Membru għandhom ikunu konformi mal-istandards stabbiliti fil-paragrafi 7 sa 18.
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b - paragrafu 10 (ġdid)
10.  Kull Stat Membru għandu jirrikjedi, fir-rigward tal-baħħara li jaħdmu fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, li s-sidien tal-bastimenti li jużaw is-servizzi ta' reklutaġġ u ta' tqegħid tal-baħħara li huma bbażati f'pajjiżi jew territorji fejn il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu tal-2006 ma tapplikax, jiżguraw li dawk is-servizzi jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 7 sa 18.
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b - paragrafu 11 (ġdid)
11.  Meta Stat Membru jkollu servizzi privati ta' reklutaġġ u ta' tqegħid ta' baħħara li joperaw fit-territorju tiegħu li l-għan prinċipali tagħhom ikun ir-reklutaġġ u t-tqegħid ta' baħħara jew li jirreklutaw jew iqiegħdu numru sinifikanti ta' baħħara, dawn għandhom ikunu operati biss f'konformità ma' sistema standardizzata ta' liċenzjar jew ċertifikazzjoni jew forma oħra ta' regolament. Din is-sistema għandha tkun stabbilita, modifikata jew mibdula biss wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet ikkonċernati tas-sidien tal-bastimenti u l-baħħara. F’każ ta’ dubju dwar jekk l-Artikolu japplikax għal servizz privat ta' reklutaġġ u tqegħid, il-kwistjoni għandha tkun deċiża mill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet ikkonċernati tas-sidien tal-bastimenti u tal-baħħara. Proliferazzjoni bla ħtieġa tas-servizzi privati ta' reklutaġġ u tqegħid ta' baħħara m'għandhiex titħeġġeġ.
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b - paragrafu 12 (ġdid)
12.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 11 għandhom ukoll japplikaw - sal-punt li jitqiesu li jkunu xierqa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, f'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet ikkonċernati tas-sidien tal-bastimenti u tal-baħħara – fil-kuntest tas-servizzi ta' reklutaġġ u tqegħid operati minn organizzazzjoni tal-baħħara fit-territorju tal-Istat Membru għall-provvediment ta' baħħara li huma ċittadini ta' dak l-Istat Membru li l-bastiment itajjar il-bandiera tiegħu. Is-servizzi koperti minn dan il-paragrafu huma dawk li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) is-servizz ta' reklutaġġ u tqegħid ikun operat skont ftehim ta' negozjar kollettiv bejn l-organizzazzjoni u s-sid tal-bastiment;
(b) kemm l-organizzazzjoni tal-baħħara u s-sid tal-bastiment ikunu bbażati fit-territorju tal-Istat Membru;
(c) l-Istat Membru jkollu liġijiet nazzjonali jew regolament jew proċedura biex jawtorizza jew jirreġistra ftehim ta' negozjar kollettiv li jippermetti l-operazzjoni tas-servizz ta' reklutaġġ u tqegħid. kif ukoll
(d) is-servizz ta' reklutaġġ u tqegħid ikun operat b'mod ordnat u jkun hemm miżuri stabbiliti biex jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet ta' impjieg tal-baħħara b'paragun ma' dawk ipprovduti fil-paragrafu 14.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b - paragrafu 13 (ġdid)
13.  Il-paragrafi 1 sa 18 m'għandhomx jitqiesu li:
(a) jipprevjenu Stat Membru milli jżomm servizz pubbliku ta' reklutaġġ u tqegħid bla ħlas għall-baħħara fil-qafas ta' politika biex jiġu sodisfati l-ħtiġijiet tal-baħħara u s-sidien tal-bastimenti, indipendentement mill-fatt jekk is-servizz jiffurmax parti ta' jew huwiex ikkoordinat ma' servizz pubbliku ta' impjieg għall-ħaddiema u l-impjegaturi kollha; jew
(b) jimponu fuq Stat Membru l-obbligu li jistabbilixxi sistema għall-operazzjoni ta' servizz privat ta' reklutaġġ jew tqegħid ta' baħħara fit-territorju tiegħu.
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b - paragrafu 14 (ġdid)
14.  Stat Membru li jadotta sistema msemmija fil-paragrafu 11(a) ta' dan l-Artikolu għandu, fil-liġijiet u regolamenti tiegħu jew miżuri oħra, tal-anqas
(a) jipprojbixxi servizzi ta' reklutaġġ u tqegħid ta' baħħara milli jużaw mezzi, mekkaniżmi jew listi maħsuba biex jipprevjenu jew jiskoraġġixxu lill-baħħara milli jiksbu xogħol li jkunu kkwalifikati għalih;
(b) jirrikjedi li l-ebda tariffa jew ħlas ieħor għar-reklutaġġ jew tqegħid ta' baħħara jew għall-provvediment ta' impjieg lill-baħħara ma jitħallsu direttament jew indirettament, mill-baħħara, għajr l-ispiża tal-baħħara biex jinkiseb ċertifikat mediku statutorju nazzjonali, il-ktieb nazzjonali tal-baħħara u passaport jew dokumenti ta' vvjaġġar personali oħra simili, u mhux inkluża, l-ispiża ta' viżi, li għandha titħallas mis-sid tal-bastiment; kif ukoll
(c) jiżgura li s-servizzi ta' reklutaġġ u tqegħid li joperaw fit-territorju tiegħu:
(i) iżommu reġistru aġġornat tal-baħħara kollha reklutati jew imqiegħda permezz tagħhom, li jkun disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru;
(ii) jiżguraw li l-baħħara jkunu infurmati bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont il-ftehimiet ta' impjieg tagħhom qabel jew fil-proċess ta' reklutaġġ u li jsiru arranġamenti xierqa għall-baħħara biex jeżaminaw il-ftehimiet ta' impjiegi tagħhom qabel u wara li jiffirmaw u għalihom li jirċievu kopja tal-ftehimiet;
(iii) jivverifikaw li l-baħħara reklutati jew imqiegħda minnhom ikunu kwalifikati u jkollhom id-dokumenti neċessarji għax-xogħol ikkonċernat, u li l-ftehimiet ta' impjieg tal-ħaddiema jkunu konformi mal-liġijiet u r-regolament applikabbli u kull ftehim ta' negozjar kollettiv li jifforma parti mill-ftehim ta' impjieg;
(iv) jiżguraw, b'mod kemm jista' jkun prattiku, li s-sid tal-bastiment ikollu l-mezzi biex jipproteġi lill-baħħara milli jitħallew f'port barrani;
(v) jeżaminaw u jirrispondu għal kull ilment dwar l-attivitajiet tagħhom u jagħtu pariri lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru b'kull ilment mhux solvut;
(vi) jistabbilixxu sistema ta' protezzjoni, permezz ta assigurazzjoni jew miżura xierqa ekwivalenti, biex jikkumpensaw lill-baħħara għat-telf monetarju li jistgħu jġarrbu minħabba l-falliment tas-servizz ta' reklutaġġ jew tqegħid jew minħabba li s-sid tal-bastiment rilevanti skont il-ftehim ta' impjieg tal-baħħara jonqos milli jissodisfa l-obbligi lejhom.
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b - paragrafu 15 (ġdid)
15.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tiżgura li jeżistu l-makkinarju u l-proċeduri adegwati għall-investigazzjoni, jekk ikun meħtieġ, tal-ilmenti dwar l-attivitajiet tas-servizzi ta' reklutaġġ u tqegħid tal-baħħara, li jinvolvu, kif xieraq, rappreżentanti tas-sidien tal-bastimenti u l-baħħara.
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b - paragrafu 16 (ġdid)
16.  Meta Stat Membru jkun irratifika l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu tal-2006 u jkun għadda perjodu ta' tnax-il xahar, li jibda jgħodd mill-jum wara r-reġistrazzjoni tar-ratifika tiegħu mad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Internazzjonali għax-Xogħol, hu għandu, kemm jista' jkun, jagħti parir liċ-ċittadini dwar il-problemi possibbli tal-iffirmar fuq bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat li ma jkunx irratifika l-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu tal-2006 sakemm jiġi ssodisfat li l-istandards ekwivalenti għal dawk stabbiliti minn dak l-Artikolu qed jiġu applikati. Miżuri meħuda għal dan l-għan mill-Istat Membru m'għandhomx imorru kontra l-prinċipju tal-moviment ħieles tal-ħaddiema stipulat mit-trattati li jistgħu jkunu firmatarji tagħhom l-Istat Membru u l-pajjiż l-ieħor.
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b - paragrafu 17 (ġdid)
17.  Kull Stat Membru li għalih japplika l-paragrafu 16 għandu jirrikjedi lis-sidien tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li jużaw is-servizzi ta' reklutaġġ u ta' tqegħid ta' baħħara bbażati f'pajjiżi jew territorji fejn il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu tal-2006 ma tapplikax, jiżguraw kemm jista' jkun, li dawk is-servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi 7 sa 18.
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b - paragrafu 18 (ġdid)
18.  Il-paragrafi 5 sa 18 m'għandhomx jinftiehmu li jnaqqsu l-obbligi u r-responsabbiltajiet tas-sidien tal-bastimenti jew ta' Stat Membru fir-rigward ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu.
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 5c (ġdid)
Artikolu 5c

Klawsola rendez-vous

Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġi inkorporat fil-liġi tal-Unjoni u jiġi applikat mill-Istati Membri. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji.

Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 5d (ġdid)
Artikolu 5d

Rapporti

Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Dan ir-rapport għandu jivvaluta l-prestazzjoni tal-Istati Membri bħala Stati tal-Bandiera u jipproponi miżuri addizzjonali neċessarji sabiex jittrasponi, u jiżgura konformità mal-Konvenzjoni

(1)1 Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli biex jerġà jiġi kkunsidrat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57 (A7-0037/2013).

Avviż legali - Politika tal-privatezza