Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-ftuħ u l-mandat tan-negozjati interistutuzzjonali dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni (COM(2011)0625/3 – C7-0336/2011 – COM(2012)0552 – C7-0311/2012 – 2011/0280(COD) – 2013/2528(RSP))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 70(2) u l-Artikolu 70a tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
billi l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva huwa biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil rigward il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;
Jiddeċiedi li jiftaħ negozjati interistituzzjonali fuq il-bażi tal-mandat li ġej:
MANDAT
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali” tistabbilixxi sfidi, objettivi u orjentazzjonijiet potenzjali għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) wara l-2013. Fid-dawl tad-dibattitu dwar dik il-Komunikazzjoni, il-PAK għandha tkun irriformata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Dik ir-riforma għandha tkopri l-istrumenti ewlenin kollha tal-PAK, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni tar-riforma, huwa xieraq li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 u jinbidel b’test ġdid. Ir-riforma għandha wkoll, kemm jista’ jkun, tagħmel id-dispożizzjonijiet konformi u sempliċi.
(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali” tistabbilixxi sfidi, objettivi u orjentazzjonijiet potenzjali għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) wara l-2013. Fid-dawl tad-dibattitu dwar dik il-Komunikazzjoni, il-PAK għandha tkun irriformata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Dik ir-riforma għandha tkopri l-istrumenti ewlenin kollha tal-PAK, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni tar-riforma, huwa xieraq li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 u jinbidel b’test ġdid. Ir-riforma għandha wkoll, kemm jista’ jkun, tagħmel id-dispożizzjonijiet konformi u sempliċi.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdida)
(1a)Jeħtieġ li jkun hemm PAK b'saħħitha, appoġġjata minn baġit suffiċjenti b’żieda f’termini reali fuq il-perjodu 2007 sal-2013 sabiex l-Unjoni Ewropea, f'kull mument, tkun tista' tipproduċi l-kwantità u l-varjetà meħtieġa ta' prodotti tal-ikel ta' kwalità għolja u biex tgħin fil-promozzjoni tal-impjiegi, tippreserva u tipproduċi beni ambjentali, tikkumbatti t-tibdil fil-klima u tiġġestixxi t-territorju. Il-PAK, barra minn hekk, għandha tkun ibbażata fuq dispożizzjonijiet li jinftiehmu mill-ewwel mill-bdiewa, mill-partijiet l-oħra kkonċernati u miċ-ċittadini b'mod ġenerali, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fl-implimentazzjoni, ikun jista' jkun hemm sorveljanza u jitnaqqsu l-ispejjeż għall-operaturi u l-amministraturi.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 1b (ġdida)
(1b)Wieħed mill-objettivi u r-rekwiżiti ewlenin tar-riforma tal-PAK huwa t-tnaqqis fil-piż amministrattiv. Dan l-għan għandu jitqies sew meta jitfasslu d-dispożizzjonijiet rilevanti għall-iskema ta’ appoġġ dirett. In-numru ta’ skemi ta’ appoġġ ma għandux jaqbeż il-limitu meħtieġ, filwaqt li l-bdiewa u l-Istati Membri għandhom ikunu f’pożizzjoni li jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-obbligi rispettivi mingħajr burokrazija żejda. Il-piż amministrattiv futur tal-Istati Membri u tal-benefiċjarji għandu jitnaqqas permezz ta’ livelli ta’ tolleranza orjentati lejn il-prattika, limiti de minimis u bilanċ xieraq bejn il-fiduċja u l-kontroll.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Biex titqies leġiżlazzjoni ġdida dwar skemi ta’ appoġġ li jistgħu jkunu adottati wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-emendar tal-lista ta’ skemi ta’ appoġġ koperta b'dan ir-Regolament.
(8) Biex titqies leġiżlazzjoni ġdida dwar skemi ta’ appoġġ li jistgħu jkunu adottati wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa biex l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-emendar tal-lista ta’ skemi ta’ appoġġ stipulata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Biex jitqiesu elementi ġodda speċifiċi u biex tkun garantita l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-istipular ta’ aktar definizzjonijiet dwar l-aċċess għall-appoġġ skont dan ir-Regolament, u jiġi stabbilit qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-attivitajiet minimi li għandhom jitwettqu f’żoni li b'mod naturali jinżammu fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni kif ukoll il-kriterji li jridu jilħqu l-bdiewa biex jitqies li rrispettaw l-obbligu taż-żamma taż-żona agrikola fi stat tajjeb għall-produzzjoni u l-kriterju biex tiġi determinata l-predominanza ta' ħxejjex u foraġġ erbaċew ieħor fir-rigward tal-bwar permanenti.
(9) Biex jitqiesu elementi ġodda speċifiċi u biex tkun garantita l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-kriterji li bihom l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-attivitajiet minimi li għandhom jitwettqu f’żoni li b'mod naturali jinżammu fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni kif ukoll il-qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji li jridu jilħqu l-bdiewa biex jitqies li rrispettaw l-obbligu taż-żamma taż-żona agrikola fi stat tajjeb għall-produzzjoni.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 10
(10)Biex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni ta' regoli dwar il-bażi tal-kalkolu ta’ tnaqqis li għandhom ikunu applikati mill-Istati Membri lill-bdiewa skont l-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja.
imħassar
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) L-esperjenza mill-applikazzjoni tad-diversi skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa uriet li, f'għadd ta' każijiet, l-appoġġ ingħata lill-benefiċjari li l-fini tan-negozju tagħhom ma kinitx immirata lejn l-attività agrikola, jew kienet immirata b’mod marġinali biss, bħall-ajruporti, il-kumpaniji ferrovjarji, il-kumpaniji ta’ proprjetà immobbli u l-kumpaniji ta’ ġestjoni tal-grawnds tal-isports. Biex jiżguraw l-immirar aħjar tal-appoġġ, l-Istati Membri għandhom jevitaw li jagħtu pagamenti diretti lil persuni fiżiċi u ġuridiċi bħal dawn. Il-bdiewa part-time żgħar jikkontribwixxu direttament għall-vitalità taż-żoni rurali, u għalhekk ma għandhomx jiċċaħħdu milli jingħataw pagamenti diretti.
(13) L-esperjenza mill-applikazzjoni tad-diversi skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa uriet li, f'għadd ta' każijiet, l-appoġġ ingħata lil persuni fiżiċi u ġuridiċi li l-fini tan-negozju tagħhom ma kinitx immirata lejn l-attività agrikola. Biex jiġi żgurat li l-appoġġ ikun immirat aħjar u is-sitwazzjonijiet reali jkunu riflessi mill-qrib kemm jista’ jkun, huwa importanti li r-responsabilità għad-definizzjoni ta’ “bidwi attiv” tingħata lill-Istati Membri. Dawn għandhom, għalhekk, jevitaw li jagħtu pagamenti diretti lil entitajiet bħall-kumpaniji tat-trasport, l-ajruporti, il-kumpaniji ta’ proprjetà immobbli, il-kumpaniji ta’ ġestjoni tal-grawnds tal-isports, l-operaturi tas-siti tal-kampeġġ u l-kumpaniji tat-tħaffir fil-minjieri; sakemm entitajiet bħal dawn ma jistgħux jippruvaw li huma jissodisfaw il-kriterji għad-definizzjoni bħala bdiewa attivi. Il-bdiewa part-time żgħar jikkontribwixxu direttament għall-vitalità taż-żoni rurali, u għalhekk ma għandhomx jiċċaħħdu milli jingħataw pagamenti diretti.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Id-distribuzzjoni ta’ appoġġ dirett għad-dħul fost il-bdiewa hija kkaratterizzata mill-allokazzjoni ta’ ammonti sproporzjonati ta’ pagamenti lil għadd relattivament żgħir ta’ benefiċjarji kbar. Minħabba ekonomiji tal-qies, benefiċjarji akbar ma jeħtiġux l-istess livell ta’ appoġġ unitarju biex l-objettiv ta’ appoġġ għad-dħul jintlaħaq b’mod effiċjenti. Barra minn hekk, il-potenzjal għall-adattament jagħmilha eħfef għal benefiċjarji akbar biex joperaw b’livelli aktar baxxi ta’ appoġġ unitarju. Għalhekk, ikun ġust li tiddaħħal sistema għall-benefiċjarji kbar fejn il-livell ta’ appoġġ jinżel gradwalment u fl-aħħar nett ikollu limitu massimu biex titjieb id-distribuzzjoni ta’ pagamenti bejn il-bdiewa. Madankollu, sistema bħal din għandha tqis l-intensità tax-xogħol bil-paga biex ikunu evitati effetti sproporzjonati fuq azjendi agrikoli kbar b’ħafna impjegati. Dawk il-livelli massimi ma għandhomx japplikaw għal pagamenti mogħtijin lil prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent minħabba li l-objettivi ta’ benefiċċju li huma jsegwu jistgħu jonqsu b’riżultat t’hekk. Biex il-limitu massimu jkun effikaċi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu xi kriterji biex jevitaw operazzjonijiet abbużivi minn bdiewa li jfittxu li jevadu l-effetti tiegħu. Ir-rikavat mit-tnaqqis u mil-limitu massimu ta’ pagamenti lil benefiċjarji kbar għandu jibqa’ fl-Istati Membri fejn kien iġġenerat u għandu jintuża għall-finanzjament ta’ proġetti b’kontribut sinifikanti ta’ innovazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’….dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) [RDR].
(15) Id-distribuzzjoni ta’ appoġġ dirett għad-dħul fost il-bdiewa hija kkaratterizzata mill-allokazzjoni ta’ ammonti sproporzjonati ta’ pagamenti lil għadd relattivament żgħir ta’ benefiċjarji kbar. Minħabba ekonomiji tal-qies, benefiċjarji akbar ma jeħtiġux l-istess livell ta’ appoġġ unitarju biex l-objettiv ta’ appoġġ għad-dħul jintlaħaq b’mod effiċjenti. Barra minn hekk, il-potenzjal għall-adattament jagħmilha eħfef għal benefiċjarji akbar biex joperaw b’livelli aktar baxxi ta’ appoġġ unitarju. Għalhekk, ikun ġust li tiddaħħal sistema għall-benefiċjarji kbar fejn il-livell ta’ appoġġ jinżel gradwalment u fl-aħħar nett ikollu limitu massimu biex titjieb id-distribuzzjoni ta’ pagamenti bejn il-bdiewa. Madankollu, sistema bħal din għandha tqis ix-xogħol impjegat, inklużi s-salarji u l-ispejjeż tal-kuntratturi, biex ikunu evitati effetti sproporzjonati fuq azjendi agrikoli kbar b’ħafna impjegati. Dawk il-livelli massimi ma għandhomx japplikaw għal pagamenti mogħtijin lil prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent minħabba li l-objettivi ta’ benefiċċju li huma jsegwu jistgħu jonqsu b’riżultat t’hekk. Biex il-limitu massimu jkun effikaċi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu xi kriterji biex jevitaw operazzjonijiet abbużivi minn bdiewa li jfittxu li jevadu l-effetti tiegħu. Ir-rikavat mit-tnaqqis u mil-limitu massimu ta’ pagamenti lil benefiċjarji kbar għandu jibqa’ fl-Istati Membri fejn kien iġġenerat u għandu jintuża għall-finanzjament ta’ proġetti b’kontribut sinifikanti għall-innovazzjoni u l-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’….dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) [RDR]. Imbagħad ikun possibbli li l-Istati Membri jallokaw is-somom ġenerati mil-limitu massimu lill-benefiċjarji ikbar, li kienu suġġetti għall-eżerċizzju tal-limitu massimu, għal iskopijiet ta' investiment fl-innovazzjoni.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) Biex tkun żgurata distribuzzjoni aħjar ta’ appoġġ fost artijiet agrikoli fl-Unjoni, inkluż f’dawk l-Istati Membri li applikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 73/2009, skema ġdida ta’ pagament bażiku għandha tissostitwixxi l-iskema ta’ pagament uniku stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa , u li ssoktat bir-Regolament (KE) Nru 73/2009, li għaqqad mekkaniżmi ta’ appoġġ eżistenti qabel fi skema waħda ta’ pagamenti diretti diżakkoppjati. Pass bħal dan għandu jġib miegħu l-iskadenza ta’ drittijiet għall-pagament miksubin skont dawk ir-Regolamenti u l-allokazzjoni ta’ oħrajn ġodda, għalkemm ikunu għadhom ibbażati fuq l-għadd ta’ ettari eliġibbli għad-dispożizzjoni tal-bdiewa fl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tal-iskema.
(20) Biex tkun żgurata distribuzzjoni aħjar ta’ appoġġ fost artijiet agrikoli fl-Unjoni, inkluż f’dawk l-Istati Membri li applikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 73/2009, skema ġdida ta’ pagament bażiku għandha tissostitwixxi l-iskema ta’ pagament uniku stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa , u li ssoktat bir-Regolament (KE) Nru 73/2009, li għaqqad mekkaniżmi ta’ appoġġ eżistenti qabel fi skema waħda ta’ pagamenti diretti diżakkoppjati. L-Istati Membri għandhom jimmodifikaw is-sistemi ta' appoġġ eżistenti tagħhom sabiex jallinjawhom ma' dan ir-Regolament, mingħajr ma jabolixxu neċessarjament il-mudelli ta' pagament dirett attwali tagħhom.
Emenda 139 Proposta għal regolament Premessa 21
(21) Minħabba l-integrazzjoni suċċessiva ta’ diversi setturi fl-iskema ta’ pagament uniku u l-perjodu ta’ wara ta’ aġġustament mogħti lill-bdiewa, sar dejjem iżjed diffiċli biex wieħed jiġġustifika l-preżenza ta' differenzi individwali sinifikanti fil-livell ta' appoġġ għal kull ettaru li jirriżulta mill-użu ta' referenzi storiċi. Għalhekk l-appoġġ għad-dħul dirett għandu jkun imqassam b’mod iktar ekwu bejn l-Istati Membri, billi titnaqqas ir-rabta mar-referenzi storiċi u jiġi kkunsidrat il-kuntest kumplessiv tal-baġit tal-Unjoni. Biex tiġi żgurata distribuzzjoni iktar ekwa ta’ appoġġ dirett, filwaqt li jitqiesu d-differenzi li għad hemm fil-livelli salarjali u l-ispejjeż tad-dħul, il-livelli tal-appoġġ dirett għal kull ettaru għandhom jiġu aġġustati progressivament. Matul dan il-perjodu, l-Istati Membri kollha b’pagamenti diretti inqas minn 90 % tal-medja għandhom jagħlqu terz mid-distakk bejn il-livell attwali tagħhom u dan il-livell. Din il-konverġenza għandha tiġi ffinanzjata b’mod proporzjonali mill-Istati Membri kollha b’pagamenti diretti 'l fuq mill-medja tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-drittijiet kollha għall-pagamenti attivati fl-2019 fi Stat Membru jew f’reġjun għandu jkollhom valur ta’ unità uniformi wara konverġenza lejn dan il-valur li għandha sseħħ matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni fi stadji lineari. Madankollu, biex ikunu evitati konsegwenzi finanzjarji ta’ tfixkil għall-bdiewa, l-Istati Membri, wara li jkunu użaw l-iskema ta’ pagament uniku, u partikolarment il-mudell storiku, għandhom ikunu jistgħu jqisu fatturi storiċi b’mod parzjali meta jikkalkulaw il-valur tad-drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema l-ġdida. Id-dibattitu dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss għall-perjodu li se jibda fl-2021 għandu jiffoka wkoll fuq l-objettiv ta' konverġenza kompleta permezz tad-distribuzzjoni ekwa tal-appoġġ dirett mal-Unjoni Ewropea kollha matul dak il-perjodu.
(21) Flimkien mal-konverġenza ta’ pagamenti ta’ appoġġ fil-livell nazzjonali u reġjonali, il-pakketti nazzjonali għall-pagamenti diretti għandhom jiġu aġġustati biex fl-Istati Membri b’livell attwali ta’ pagamenti diretti għal kull ettaru inferjuri għal 70 % tal-medja tal-Unjoni, dak id-distakk jitnaqqas bi 30 %. Fl-Istati Membri b’livell ta’ pagamenti diretti bejn 70 % u 80 % tal-medja, id-differenza ta’ inferjorità għandha titnaqqas b’25 % u f’dawk l-Istati Membri fejn il-livell huwa ogħla minn 80 % tal-medja għandha titnaqqas b’10 %. Wara l-applikazzjoni ta’ dawn il-mekkaniżmi, il-livell riċevut, fl-ebda Stat Membru ma għandu jkun inferjuri għal 55 % tal-medja tal-Unjoni fl-2014 u 75 % tal-medja tal-Unjoni fl-2019. Fil-każ ta’ Stati Membri b’livelli ta’ pagamenti ’l fuq mill-medja tal-Unjoni, l-isforz tal-konverġenza ma għandux iniżżel dawk il-livelli taħt il-medja. Il-konverġenza għandha tiġi ffinanzjata b’mod proporzjonali mill-Istati Membri kollha b’pagamenti diretti 'l fuq mill-medja tal-Unjoni.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 21a (ġdida)
(21a)Flimkien mal-konverġenza ta’ pagamenti ta’ appoġġ fil-livell nazzjonali u reġjonali, il-pakketti nazzjonali għall-pagamenti diretti għandhom jiġu aġġustati biex fl-Istati Membri b’livell attwali ta’ pagamenti diretti għal kull ettaru inferjuri għal 70% tal-medja tal-Unjoni, dak id-distakk jitnaqqas bi 30%. Fl-Istati Membri b’livell ta’ pagamenti diretti bejn 70% u 80% tal-medja, id-differenza ta’ inferjorità għandha titnaqqas b’25% u f’dawk l-Istati Membri fejn il-livell huwa ogħla minn 80% tal-medja għandha tjitnaqqas b’10%. Wara li jkunu saru dawn l-aġġustamenti, il-livell irċevut ma għandux, fl-ebda Stat Membru, ikun inferjuri għal 65% tal-medja tal-Unjoni. Fil-każ ta’ Stati Membri b’livelli ta’ pagamenti ’l fuq mill-medja tal-Unjoni, l-isforz tal-konverġenza ma għandux jirriżulta b’mod li dawk il-livelli jaqgħu taħt il-medja. Din il-konverġenza għandha tiġi ffinanzjata b’mod proporzjonali mill-Istati Membri kollha b’pagamenti diretti ’l fuq mill-medja tal-Unjoni.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 22
(22) L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku turi li xi wħud mill-elementi ewlenin tagħha għandhom jinżammu, inkluża d-determinazzjoni ta' limiti massimi nazzjonali biex ikun żgurat li l-livell totali ta' appoġġ ma jaqbiżx ir-restrizzjonijiet baġitarji attwali. L-Istati Membri għandhom ukoll ikomplu joperaw riżerva nazzjonali li tkuntista’ tintuża biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ bdiewa żgħażagħ ġodda fl-iskema jew jistgħu jintużaw biex jitqiesu ħtiġijiet speċifiċi f’ċerti reġjuni. Għandhom jinżammu regoli dwar it-trasferiment u l-użu ta' drittijiet għall-pagament, iżda fejn ikun possibbli, b'mod simplifikat.
(22) L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku turi li xi wħud mill-elementi ewlenin tagħha għandhom jinżammu, inkluża d-determinazzjoni ta' limiti massimi nazzjonali biex ikun żgurat li l-livell totali ta' appoġġ ma jaqbiżx ir-restrizzjonijiet baġitarji attwali. L-Istati Membri, mill-inqas fl-ewwel sena tal-iskema l-ġdida ta' pagamenti bażiċi, għandhom ukoll ikomplu joperaw riżerva nazzjonali li tista’ tiġi ġestita reġjonalment u ligħandha tintuża biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda fl-iskema jew tista’ tintuża biex jitqiesu ħtiġijiet speċifiċi f’ċerti reġjuni. Għandhom jinżammu regoli dwar it-trasferiment u l-użu ta' drittijiet għall-pagament, iżda fejn ikun possibbli, b'mod simplifikat.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 22a (ġdida)
(22a)L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiffissaw koeffiċjent ta’ tnaqqis, li jista’ jkun iffissat għal valur żero sabiex ikollhom l-opportunità li jnaqqsu l-erjas eliġibbli b’potenzjal ta’ rendiment aktar baxx jew għal produzzjonijiet speċifiċi.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) Biex tkun garantita l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji u biex ikunu kkjarifikati s-sitwazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jinqalgħu fl-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni ta’ regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess fir-rigward tal-iskema ta’ pagament bażiku għall-bdiewa fil-każ ta’ wirt u wirt antiċipat, wirt taħt kirja, bidla fl-istatus legali jew fid-denominazzjoni jew fil-każ ta' fużjoni jew diviżjoni fl-impriża; l-adozzjoni ta’ regoli dwar il-kalkolu tal-valur u l-għadd jew dwar iż-żieda fil-valur ta’ drittijiet għall-pagament b’rabta mal-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament, inklużi regoli dwar il-possibbiltà ta’ valur u għadd provviżorju jew ta’ żieda provviżorja ta’ drittijiet għall-pagament allokati abbażi tal-applikazzjoni mill-bidwi, dwar il-kundizzjonijiet biex ikunu stabbiliti l-valur u l-għadd provviżorju u definittiv tad-drittijiet għall-pagament u dwar il-każijiet fejn kuntratt ta’ bejgħ jew kiri jista’ jaffettwa l-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament; l-adozzjoni ta’ regoli biex ikunu stabbiliti u kkalkulati l-valur u l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament riċevuti mir-riżerva nazzjonali; l-adozzjoni ta’ regoli dwar il-modifika tal-valur tal-unità ta’ drittijiet għall-pagament fil-każ ta’ frazzjonijiet ta’ drittijiet għall-pagament u kriterji għall-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament skont l-użu tar-riżerva nazzjonali u għall-bdiewa li ma applikawx għall-appoġġ fl-2011.
(23) Biex tkun garantita l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji u biex ikunu kkjarifikati s-sitwazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jinqalgħu fl-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni ta’ regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess fir-rigward tal-iskema ta’ pagament bażiku għall-bdiewa fil-każ ta’ wirt u wirt antiċipat, wirt taħt kirja, bidla fl-istatus legali jew fid-denominazzjoni jew fil-każ ta' fużjoni jew diviżjoni fl-impriża; l-adozzjoni ta’ regoli dwar il-kalkolu tal-valur u l-għadd jew dwar iż-żieda fil-valur ta’ drittijiet għall-pagament b’rabta mal-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament, inklużi regoli dwar il-possibbiltà ta’ valur u għadd provviżorju jew ta’ żieda provviżorja ta’ drittijiet għall-pagament allokati abbażi tal-applikazzjoni mill-bidwi, dwar il-kundizzjonijiet biex ikunu stabbiliti l-valur u l-għadd provviżorju u definittiv tad-drittijiet għall-pagament u dwar il-każijiet fejn kuntratt ta’ bejgħ jew kiri jista’ jaffettwa l-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament; l-adozzjoni ta’ regoli biex ikunu stabbiliti u kkalkulati l-valur u l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament riċevuti mir-riżerva nazzjonali; l-adozzjoni ta’ regoli dwar il-modifika tal-valur tal-unità ta’ drittijiet għall-pagament fil-każ ta’ frazzjonijiet ta’ drittijiet għall-pagament u kriterji għall-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament skont l-użu tar-riżerva nazzjonali u għall-bdiewa li ma applikawx għall-appoġġ fil-perjodu bejn l-2009 u l-2011.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 24a (ġdida)
(24a)L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li jużaw parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom biex jagħtu pagament annwali kumplimentari fuq l-ewwel ettari lill-bdiewa sabiex tiġi kkunsidrata aħjar id-diversità tal-azjendi agrikoli fir-rigward tal-kobor ekonomiku tagħhom, tal-għażla ta’ produzzjoni tagħhom u tal-impjiegi.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 26
(26) Wieħed mill-objettivi tal-PAK il-ġdida huwa t-titjib ta’ prestazzjoni ambjentali permezz ta’ komponent ta’ “titjib ekoloġiku” obbligatorju ta’ pagamenti diretti li għandu jkun ta’ appoġġ għal prattiki agrikoli li jkunu ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent applikabbli mal-Unjoni kollha. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal pagamenti diretti biex jagħtu pagament annwali flimkien mal-pagament bażiku, għal prattiki obbligatorji li għandhom ikunu segwiti mill-bdiewa li jindirizzaw, bħala prijorità, miri ta’ politika kemm dwar il-klima kif ukoll l-ambjent. Dawk il-prattiki għandhom jieħdu l-għamla ta’ azzjonijiet sempliċi, ġeneralizzati, mhux kuntrattwali u annwali li jmorru lil hinn mill-kundizzjonalità u għandhom rabta mal-agrikoltura bħad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’, il-manutenzjoni ta’ bwar permanenti u żoni ta’ fokus ekoloġiku. In-natura obbligatorja ta’ dawn il-prattiki għandha tinteressa wkoll lill-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu għalkollox jew parzjalment f’żoni ta’ “Natura 2000” koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u bid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, sakemm dawn il-prattiki jkunu kompatibbli mal-objettivi ta’ dawk id-Direttivi. Il-bdiewa li jħarsu b’mod sħiħ il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandhom jibbenefikaw mill-komponent ta’ “titjib ekoloġiku” mingħajr ma jħarsu kull obbligu ieħor, meta jitqiesu l-benefiċċji ambjentali rikonoxxuti tas-sistemi ta’ biedja organika. In-nuqqas ta’ ħarsien tal-komponent ta’“titjib ekoloġiku” għandu jwassal għal penalitajiet abbażi tal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR].
(26) Wieħed mill-objettivi tal-PAK il-ġdida huwa t-titjib tal-prestazzjoni ambjentali. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal pagamenti diretti biex jagħtu pagament annwali għal prattiki obbligatorji li għandhom ikunu segwiti mill-bdiewa li jindirizzaw, bħala prijorità, miri ta’ politika kemm dwar il-klima kif ukoll l-ambjent. Dawk il-prattiki għandhom jieħdu l-għamla ta’ azzjonijiet sempliċi, ġeneralizzati, mhux kuntrattwali u annwali li jmorru lil hinn mill-kundizzjonalità u għandhom rabta mal-agrikoltura bħad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’, il-manutenzjoni ta’ bwar permanenti u mergħat permanenti u żoni ta’ fokus ekoloġiku. Il-bdiewa li jħarsu b’mod sħiħ il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91, benefiċjarji ta’ pagamenti agroambjentali-klimatiċi stabbiliti skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru [...] [RDR] u bdiewa li l-impriżi tagħhom jinsabu f’żoni “Natura 2000” għandhom jibbenefikaw mill-komponent ta’ “titjib ekoloġiku” mingħajr ma jħarsu ebda obbligu ieħor. F’ċerti kundizzjonijiet, bdiewa li l-impriża tagħhom hija ċertifikata taħt skemi ta’ ċertifikazzjoni ambjentali nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-komponent ta’ “titjib ekoloġiku”. Il-bdiewa għandhom ikunu eżentati mill-obbligu ta’ diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u mill-obbligi marbuta ma’ erjas b’fokus ekoloġiku, fejn mill-anqas 75% tar-farm tagħhom ikun kopert minn bur jew mergħa permanenti jew uċuħ tar-raba’ taħt l-ilma. Din l-eżenzjoni għandha tapplika biss fejn ir-raba’ li jinħarat tal-art agrikola eliġibbli li fadal ma jaqbiżx il-50 ettaru.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 28
(28) Biex ikun żgurat li l-art taħt bwar permanenti tinżamm bħala tali mill-bdiewa, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni ta’ regoli dwar l-applikazzjoni tal-miżura.
(28) Biex ikun żgurat li l-art taħt bwar permanenti u mergħat permanenti tinżamm bħala tali mill-Istati Membri, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni ta’ regoli dwar l-applikazzjoni tal-miżura.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 29
(29) Biex tkun żgurata l-implimentazzoni tal-miżura dwar erjas b’fokus ekoloġiku b’mod effikaċi u koerenti, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifitajiet tal-Istati Membri, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini ta' aktar definizzjoni tat-tipi ta' erjas b'fokus ekoloġiku msemmija skont dik il-miżura u ż-żieda u d-definizzjoni ta' tipi oħra ta' erjas b'fokus ekoloġiċi li jistgħu jitqiesu biex jiġi rispettat il-perċentwali msemmi f’dik il-miżura.
(29) Biex tkun żgurata l-implimentazzoni tal-miżura dwar erjas b’fokus ekoloġiku b’mod effikaċi u koerenti, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifitajiet tal-Istati Membri, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ definizzjoni aktar fil-fond tat-tipi ta' erjas b'fokus ekoloġiku msemmija skont dik il-miżura, iż-żieda u d-definizzjoni ta' tipi oħra ta' erjas b'fokus ekoloġiċi li jistgħu jitqiesu biex jiġi rispettat il-perċentwali msemmi f’dik il-miżura u biex jiġi stabbilit qafas fl-UE kollha ta’ koeffiċjenti ta’ ponderazzjoni biex jiġu kkalkulati l-ettari rappreżentati minn varji tipi ta’ erjas b’fokus ekoloġiku.
Emenda 104 Proposta għal regolament Premessa 29a (ġdida)
(29a)Bl-iskop li jitjieb l-ambjent, tiġi miġġielda l-bidla klimatika u jitjiebu l-kondizzjonijiet agronomiċi, il-Kummissjoni għandha tissottometti, mingħajr dewmien, pjan strateġiku għall-għoti ta’ proteini veġetali, li wkoll għandhom jippermettu lill-UE tnaqqas id-dipendenza kbira tagħha mill-għejun esterni ta’ fornitura. Il-pjan għandu jipprovdi biex jitkabbru aktar għelejjel ta’ proteina taż-żejt mill-ħxejjex u legumi skont il-politika agrikola komuni u għandu jinkoraġġixxi r-riċerka agronomika f’varjetajiet xierqa u produttivi.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 33
(33) L-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal pagamenti diretti għal appoġġ akkoppjat f’ċerti setturi f’każijiet definiti b’mod ċar. Ir-riżorsi li jistgħu jintużaw għal kwalunkwe appoġġ akkoppjat għandhom ikunu limitati għal livell xieraq, waqt li appoġġ bħal dan jitħalla jingħata fl-Istati Membri jew fir-reġjuni speċifiċi tagħhom li jħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet partikolari, fejn tipi speċifiċi ta’ biedja jew setturi agrikoli speċifiċi jkunu partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi, ambjentali u/jew soċjali. L-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw sa 5 % mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal dan l-appoġġ, jew 10 % fil-każ li l-livell tagħhom ta’ appoġġ akkoppjat f’sena waħda mis-snin tal-perjodu mill-2010 sal-2013 ikun aktar minn 5 %. Madankollu, f’każijiet ġustifikati kif imiss fejn jintwerew ċerti ħtiġijiet sensittivi f’reġjun, u wara approvazzjoni mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw aktar minn 10 % tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom. L-appoġġ akkoppjat għandu jingħata biss sakemm ikun meħtieġ biex jinħoloq inċentiv biex jinżammu l-livelli attwali ta’ produzzjoni f’dawk ir-reġjuni. Dan l-appoġġ għandu wkoll ikun disponibbli għall-bdiewa li jkollhom, fil-31 ta’ Diċembru 2013, drittijiet speċjali għall-pagamenti allokati skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 73/2009 u li ma jkollhomx ettari eliġibbli għall-attivazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament. Fir-rigward tal-approvazzjoni tal-appoġġ akkoppjat volontarju li jkun aktar minn 10 % tal-limitu massimu nazzjonali ffissat għal kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa biex tadotta atti ta' implimentazzjoni mingħajr ma tapplika r-Regolament (UE) Nru 182/2011.
(33) L-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal pagamenti diretti għal appoġġ akkoppjat f’ċerti setturi f’każijiet definiti b’mod ċar. Ir-riżorsi li jistgħu jintużaw għal kwalunkwe appoġġ akkoppjat għandhom ikunu limitati għal livell xieraq, waqt li appoġġ bħal dan jitħalla jingħata fl-Istati Membri jew fir-reġjuni speċifiċi tagħhom li jħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet partikolari, fejn tipi speċifiċi ta’ biedja jew setturi agrikoli speċifiċi jkunu partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi, ambjentali u/jew soċjali. L-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw sa 15 % mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal dan l-appoġġ. Din il-perċentwali tista’ tiżdied bi tliet punti perċentwali għal dawk l-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw mill-inqas 3% tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom sabiex jappoġġaw il-produzzjoni ta' uċuħ tal-proteina. L-appoġġ akkoppjat għandu jingħata biss sakemm ikun meħtieġ biex jinħoloq inċentiv biex jinżammu l-livelli attwali ta' produzzjoni f'dawk ir-reġjuni, minbarra fejn l-iskop tal-appoġġ huwa ambjentali. Dan l-appoġġ għandu wkoll ikun disponibbli għall-bdiewa li jkollhom, fil-31 ta’ Diċembru 2013, drittijiet speċjali għall-pagamenti allokati skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 73/2009 u li ma jkollhomx ettari eliġibbli għall-attivazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament. Fir-rigward tal-approvazzjoni tal-appoġġ akkoppjat volontarju, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati għandha tingħata lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 38
(38) Għandha tiġi stabbilita skema sempliċi u speċifika għall-bdiewa żgħażagħ biex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi marbuta mal-ġestjoni u l-kontroll tal-appoġġ dirett. Għal dan il-għan, għandu jiġi stabbilit ħlas ta’ ammont f’daqqa li jissostitwixxi l-pagamenti diretti kollha. Għandhom jiddaħħlu regoli ta’ simplifikazzjoni tal-formalitajiet biex jitnaqqsu, fost affarijiet oħra, l-obbligi imposti fuq il-bdiewa żgħar bħal dawk relatati mal-applikazzjoni għall-appoġġ, ma’ prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent, ma’ kundizzjonalità u ma’ kontrolli kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], mingħajr ma jkun hemm periklu għall-kisba tal-objettivi globali tar-riforma, hekk kif jinftiehem li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kif imsemmija fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR] tapplika għall-bdiewa żgħar. L-objettiv ta' dik l-iskema għandu jkun li tappoġġa l-istruttura agrikola eżistenti tal-azjendi agrikoli żgħar fl-Unjoni mingħajr ma tmur kontra l-iżvilupp lejn strutturi aktar kompetittivi. Għal dik ir-raġuni, l-aċċess għall-iskema għandu jkun limitat għall-impriżi eżistenti.
(38) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu skema sempliċi u speċifika għall-bdiewa żgħażagħ biex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi marbuta mal-ġestjoni u l-kontroll tal-appoġġ dirett. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu ħlas ta’ ammont f'daqqa jew pagament annwali fiss għal kull benefiċjarju li jissostitwixxi l-pagamenti diretti kollha. Bdiewa b’pagament annwali ta’ mhux aktar minn EUR 1 500 għandhom jiġu inklużi awtomatikament f’din l-iskema. Għandu jkun hemm il-possibilità li jiddaħħlu regoli ta’ simplifikazzjoni tal-formalitajiet biex jitnaqqsu, fost affarijiet oħra, l-obbligi imposti fuq il-bdiewa żgħar bħal dawk relatati mal-applikazzjoni għall-appoġġ, ma’ prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent, ma’ kundizzjonalità u ma’ kontrolli kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], mingħajr ma jkun hemm periklu għall-kisba tal-objettivi globali tar-riforma, hekk kif jinftiehem li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kif imsemmija fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR] tapplika għall-bdiewa żgħar. L-objettiv ta' dik l-iskema għandu jkun li tappoġġa l-istruttura agrikola eżistenti tal-azjendi agrikoli żgħar fl-Unjoni mingħajr ma tmur kontra l-iżvilupp lejn strutturi aktar kompetittivi. Għal dik ir-raġuni, l-aċċess għall-iskema għandu jkun limitat għall-impriżi eżistenti.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 40
(40) Fl-interess tas-simplifikazzjoni u biex titqies is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-pagamenti diretti f’dawk ir-reġjuni għandhom ikunu mmaniġġati fil-programmi ta’ appoġġ stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 247/2006. Bħala konsegwenza, id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament relatati mal-iskema ta’ pagament bażiku u ma’ pagamenti relatati u ma’ appoġġ akkoppjat ma għandhomx japplikaw għal dawk ir-reġjuni.
(40) Fl-interess tas-simplifikazzjoni u biex titqies is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-pagamenti diretti f’dawk ir-reġjuni għandhom ikunu mmaniġġati fil-programmi ta’ appoġġ stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 247/2006. Bħala konsegwenza, id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament relatati mal-iskema ta’ pagament bażiku u ma’ pagamenti relatati u ma’ appoġġ akkoppjat ma għandhomx japplikaw għal dawk ir-reġjuni. Madankollu, għandha ssir valutazzjoni tal-impatt li kwalunkwe tibdil għal dan ir-Regolament jista’ jkollu fuq dawn ir-reġjuni.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 40a (ġdida)
(40a)F’ċerti żoni iżolati, id-diversità tas-settur tal-biedja, flimkien mal-preżenza ta’ sistemi ta’ produzzjoni ineffiċjenti tiġġustifika l-użu ta’ strumenti speċifiċi tal-politika agrikola, li bihom l-Unjoni għandha esperjenza suffiċjenti, sabiex is-settur ikun aktar orjentat lejn is-suq, jonqos l-impatt fuq l-ambjent permezz tal-abbandun tal-attività agrikola u jiġu ppreservati l-komunitajiet rurali f’konformità mal-objettiv tas-sostenibilità. Arranġamenti speċifiċi għal dawk it-territorji gżejjer tal-Unjoni li għandhom fatturi simili għal territorji li fihom tali strumenti ta’ politika agrikola taw prova ta’ suċċess għandhom jiġu studjati fil-fond.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 43
(43) Bil-ħsieb li tissaħħaħ il-politika tal-iżvilupp rurali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jittrasferixxu fondi mil-limitu massimu tagħhom tal-pagamenti diretti għall-appoġġ assenjat għall-iżvilupp rurali. Fl-istess ħin, l-Istati Membri fejn il-livell ta’ appoġġ dirett għadu aktar baxx minn 90 % tal-livell medju ta' appoġġ tal-Unjoni għandhom jingħataw il-possibbiltà li jittrasferixxu fondi mill-appoġġ tagħhom assenjat għall-iżvilupp rurali għal-limitu massimu tagħhom tal-pagamenti diretti. Dawn it-tipi ta’ għażliet għandhom isiru darba u għall-perjodu kollu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fi ħdan ċerti limiti.
(43) Bil-ħsieb li tissaħħaħ il-politika tal-iżvilupp rurali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jittrasferixxu fondi mil-limitu massimu tagħhom tal-pagamenti diretti għall-appoġġ assenjat għall-iżvilupp rurali. L-Istati Membri kollha għandhom ikunu kapaċi li jissupplimentaw it-trasferiment b’somma proporzjonali għall-flus li ma ntefqux għat-“titjib ekoloġiku” sabiex jingħata appoġġ addizzjonali għal miżuri agroambjentali-klimatiċi. . Fl-istess ħin, l-Istati Membri fejn il-livell ta’ appoġġ dirett għadu aktar baxx minn 90 % tal-livell medju ta' appoġġ tal-Unjoni għandhom jingħataw il-possibbiltà li jittrasferixxu fondi mill-appoġġ tagħhom assenjat għall-iżvilupp rurali għal-limitu massimu tagħhom tal-pagamenti diretti. Dawn it-tipi ta’ għażliet għandhom isiru, sa ċerti limiti, u għandhom jiġu riveduti jew sal-1 ta’ Awwissu 2015 jew sal-1 ta’ Awwissu 2017.
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b – punt iiia (ġdid)
(iiia) skema ġdida ffinanzjata mill-Unjoni ta’ pagamenti għal kolonji tan-naħal fis-settur tal-apikoltura;
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 2
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 55 għall-fini tal-adattament tal-lista ta’ skemi ta’ appoġġ stipulata fl-Anness I.
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 li jemenda l-lista ta' skemi ta’ appoġġ stipulata fl-Anness I sal-punt neċessarju li jiġu kkunsidrati atti leġiżlattivi ġodda dwar skemi ta' appoġġ li jistgħu jiġu adottati wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – inċiż 1
it-trobbija jew it-tkabbir ta' prodotti agrikoli inklużi l-ħsad, it-taħlib, it-trobbija tal-annimali u ż-żamma tal-annimali għall-finijiet ta’ biedja,
produzzjoni agrikola li tinkludi t-trobbija jew it-tkabbir ta' prodotti agrikoli inklużi l-ħsad, it-taħlib, it-trobbija tal-annimali u ż-żamma tal-annimali għall-finijiet ta’ biedja,
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – inċiż 2
iż-żamma ta’ żona agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni mingħajr ebda azzjoni partikolari li tmur lil hinn mill-metodi u makkinarji agrikoli standard, jew
iż-żamma ta’ żona agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni; din il-manutenzjoni hija suġġetta, fil-każ ta’ żoni agrikoli preservati fi stat bħal dan b’mod naturali, għall-istabbiliment ta’ attività minima mill-Istati Membri;
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – inċiż 3
it-twettiq ta’ attività minima li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri fuq żoni agrikoli li huma miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni;
it-twettiq ta’ attività minima, fuq il-bażi ta’ densità ta’ stokk minima fejn xieraq, li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri, fuq żoni agrikoli li huma miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni;
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e
(e) “żona agrikola” tfisser kull żona meħuda minn raba’ li jinħarat, bwar permanenti jew uċuħ tar-raba’ permanenti;
(e) “żona agrikola” tfisser kull żona meħuda minn raba’ li jinħarat, bwar u mergħat permanenti jew uċuħ tar-raba’ permanenti;
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt g
(g) “uċuħ tar-raba’” permanenti“ tfisser uċuħ tar-raba’ li mhumiex taħt sistema ta’ rotazzjoni ħlief bwar permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew iżjed u jagħtu ħsad repetut, inklużi mixtliet, u msaġar b’rotazzjoni qasira;
(g) “uċuħ tar-raba’” permanenti“ tfisser uċuħ tar-raba’ li mhumiex taħt sistema ta’ rotazzjoni ħlief bwar permanenti u mergħat permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew iżjed u jagħtu ħsad repetut, inklużi mixtliet, ġonna tas-siġar tal-frott u msaġar b’rotazzjoni qasira;
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt h
(h) “bwar permanenti” tfisser art użata biex jitkabbru ħxejjex jew foraġġ erbaċew ieħor b’mod naturali (jitilgħu waħedhom) jew permezz ta’ kultivazzjoni (jinżergħu) u li ma jkunux inklużi fir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ tal-impriża għal ħames snin jew aktar; jistgħu jinkudu speċijiet oħrajn tajbin għar-ragħa sakemm il-ħxejjex u foraġġ erbaċew ieħor jibqgħu predominanti.
(h) “bwar permanenti u mergħat permanenti” tfisser art użata biex jitkabbru pjanti ta’ foraġġ erbaċew, arbuxelli u/jew siġar jew kwalunkwe speċi adattata għar-ragħa, b’mod naturali (jitilgħu waħedhom) jew permezz ta’ kultivazzjoni (jinżergħu), u li mhumiex inklużi fir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ tal-impriża u mhux maħruta għal seba’ snin jew aktar; jistgħu jinkludu fatturi oħrajn ta’ importanza għall-karatterizzazzjoni tal-art bħala mergħa permanenti;
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt i
(i) “ħxejjex jew foraġġ erbaċew ieħor” tfisser il-pjanti kollha erbaċej tradizzjonalment misjuba f’mergħat naturali u normalment inklużi f’taħlitiet ta’ żrieragħ għall-mergħat jew meded tal-art għar-ragħa fl-Istat Membru (kemm jekk jintużaw għall-annimali li jirgħu jew le).
imħassar
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)
(ja) “ġonna tas-siġar tal-frott tradizzjonali” tfisser art li fuqha jikbru siġar tal-frott li hija ta’ importanza ambjentali u kulturali;
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a
(a) l-istipular ta’ aktar definizzjonijiet dwar l-aċċess għall-appoġġ skont dan ir-Regolament;
imħassar
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
(b) l-istabbiliment ta’ qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-attivitajiet minimi li għandhom jitwettqu f’żoni li jinżammu fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni;
(b) l-istabbiliment ta’ kriterji li fihom l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-attivitajiet minimi li għandhom jitwettqu f’żoni li jinżammu fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni;
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c
(c) l-istabbiliment tal-kriterji li għandhom jintlaħqu mill-bdiewa biex ikun meqjus li rrispettaw l-obbligu taż-żamma taż-żona agrikola fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1(c);
(c) l-istabbiliment tal-qafas li fi ħdanu l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji li għandhom jintlaħqu mill-bdiewa biex ikun meqjus li rrispettaw l-obbligu taż-żamma taż-żona agrikola fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1(c);
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d
(d) l-istabbiliment tal-kriterji li jiddeterminaw il-predominanza tal-ħxejjex u foraġġ erbaċew ieħor għall-fini tal-paragrafu 1(h).
imħassar
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2
2. Għal kull Stat Membru u għal kull sena, il-prodott stmat ta’ limitu massimu kif imsemmi fl-Artikolu 11, li jkun rifless fid-differenza bejn il-limiti massimi nazzjonali stabbiliti fl-Anness II, li magħhom jiżdied l-ammont disponibbli skont l-Artikolu 44, u l-limiti massimi netti stabbiliti fl-Anness III, isir disponibbli bħala appoġġ tal-Unjoni għal miżuri skont programmar ta’ żvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR].
2. Għal kull Stat Membru u għal kull sena, il-prodott stmat ta’ limitu massimu kif imsemmi fl-Artikolu 11, li jkun rifless fid-differenza bejn il-limiti massimi nazzjonali stabbiliti fl-Anness II, li magħhom jiżdied l-ammont disponibbli skont l-Artikolu 44, u l-limiti massimi netti stabbiliti fl-Anness III, isir disponibbli bħala appoġġ tal-Unjoni għal miżuri li għandhom jintagħżlu mill-Istat Membru skont programmar ta’ żvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR].
Emenda 197 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1
1. Ir-rata ta' aġġustament iddeterminata skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR] għandha tapplika biss għall-pagamenti diretti li jkunu aktar minn EUR 5 000 li għandhom jingħataw lill-bdiewa fis-sena kalendarja korrispondenti.
1. Ir-rata ta’ aġġustament iddeterminata skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru [...] (HZR) għandha tapplika għall-pagamenti diretti kollha li għandhom jingħataw lill-bdiewa fis-sena kalendarja korrispondenti.
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3
3.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar regoli għall-bażi tal-kalkolu tat-tnaqqis li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri lill-bdiewa skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
imħassar
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 9
Artikolu 9
Artikolu 9
Bdiewa attivi
Bdiewa attivi
1. Ma għandu jingħata ebda pagament dirett lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lil gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, fejn japplika wieħed minn dawn li ġejjin:
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw qafas legali u definizzjonijiet, ibbażati fuq kriterji oġġettivi u non-diskriminatorji biex ikun żgurat, fejn hu xieraq, li l-pagamenti diretti jingħataw biss lil bdiewa li ż-żoni ta’ agrikoltura tagħhom huma fil-maġġor parti żoni miżmuma b’mod naturali fi stat li huwa adattat għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, sakemm f'dawn iż-żoni huma jwettqu l-attività minima stabbilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4(1)(c).
(a) l-ammont annwali tal-pagamenti diretti huwa inqas minn 5 % tal-irċevuti totali li nkisbu minn attivitajiet mhux agrikoli fis-sena fiskali l-aktar riċenti; or
(b) iż-żoni agrikoli tagħhom huma fil-biċċa l-kbira żoni miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni u ma jwettqux l-attività minima stabbilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4(1)(c) f'dawk iż-żoni.
Entitajiet bħal kumpaniji tat-trasport, ajruporti, kumpaniji tal-proprjetà immobbli, kumpaniji li għandhom il-ġestjoni ta’ grawnds tal-isports, operaturi ta’ siti għall-kampeġġ u kumpaniji tat-tħaffir fil-minjieri jew intrapriżi mhux agrikoli oħra, li għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, ma għandhomx jiġu meqjusa, a priori, bħala bdiewa attivi u lanqas ma għandhom ikunu l-benefiċjarji ta’ xi pagament dirett. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dawn l-entitajiet ikunu jistgħu jiddikjaraw li huma eliġibbli jekk dawn jistgħu jipprovdu provi verifikabbli li l-attivitajiet agrikoli tagħhom jifformaw parti sinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi ġenerali tagħhom jew li n-negozju ewlieni jew l-għanijiet tal-kumpanija tagħhom jikkonsistu fl-eżerċizzju ta’ attività agrikola.
Wara li jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu jew jirtiraw mil-lista tagħhom ta’ entitajiet eliġibbli entitajiet oħra għajr dawk imniżżla fit-tieni subparagrafu sakemm jipprovdu bażi ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva u mhux diskriminatorja li timmotiva d-deċiżjoni tagħhom.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-bdiewa li jkunu rċevew anqas minn EUR 5 000 f’pagamenti diretti għas-sena ta’ qabel.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan l-Artikolu għall-bdiewa li jkunu rċevew anqas minn EUR 5 000 f’pagamenti diretti għas-sena ta’ qabel.
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 tat-Trattat għall-finijiet tal-istipular ta’:
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 tat-Trattat għall-finijiet tal-istipular ta’ kriterji biex jiġi stabbilit meta ż-żona agrikola ta' bidwi għandha titqies bħala prinċipalment żona li tinżamm naturali fi stat xieraq għar-ragħa jew il-kultivazzjoni.
(a) kriterji biex jiġi stabbilit l-ammont ta’ pagamenti diretti rilevanti għall-fini tal-paragrafi 1 u 2, b’mod partikolari fl-ewwel sena tal-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti fejn il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti għadu mhux stabbilit b'mod definittiv kif ukoll għall-bdiewa żgħażagħ;
(b) eċċezzjonijiet mir-regola li l-irċevuti matul l-aktar sena fiskali riċenti għandhom jitqiesu meta dawk iċ-ċifri mhumiex disponisbbli; kif ukoll
(c) kriterji biex jiġi stabbilit meta ż-żona agrikola ta’ bidwi għandha titqies bħala żona li prinċipalment hija miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni.
1a.Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward ta’ kooperattivi jew entitajiet legali oħra li jiġbru flimkien numru ta’ benefiċjarji ta’ pagamenti diretti u li jirċievu u jgħaddu l-pagamenti qabel ma jqassmuhom integralment lill-membri tagħhom, li, bħala individwi, huma suġġetti għall-paragrafu 1.
Emendi 44 u 105 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2
2. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat billi jitnaqqsu s-salarji effettivament imħallsin u ddikjarati mill-bidwi fis-sena ta’ qabel, inklużi taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali relatati mal-impjiegi, mill-ammont totali ta’ pagamenti diretti dovuti inizjalment lill-bidwi mingħajr ma jitqiesu l-pagamenti li għandhom jingħataw skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament.
2. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat billi jitnaqqsu s-salarji effettivament imħallsin u ddikjarati mill-bidwi fis-sena ta’ qabel, inklużi taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali relatati mal-impjiegi, kif ukoll l-ispejjeż imġarrba bħala riżultat tal-użu ta' kuntratturi għal operazzjonijiet agrikoli speċifiċi, mill-ammont totali ta’ pagamenti diretti dovuti inizjalment lill-bidwi mingħajr ma jitqiesu l-pagamenti li għandhom jingħataw skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament.
3a.Kwalunkwe ffinanzjar minn tnaqqis progressiv jew limitazzjoni massima għandu jibqa’ fir-reġjun jew fl-Istat Membru fejn jinkiseb u għandu jintuża għal miżuri taħt it-tieni pilastru;
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 14
Artikolu 14
Artikolu 14
Flessibbiltà bejn il-pilastri
Flessibbiltà bejn il-pilastri
1. Qabel l-1 ta' Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli appoġġ addizzjonali għal miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR], sa 10% tal-limiti nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji mill-2014 sal-2019 kif stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-għoti tal-pagamenti diretti.
1. Qabel l-1 ta' Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli appoġġ addizzjonali għal miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAE¯R kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR], sa 15% tal-limiti nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji mill-2014 sal-2019 kif stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-għoti tal-pagamenti diretti.
Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni sad-data msemmija f'dak is-subparagrafu.
Il-perċentwali nnotifikat skont is-subparagrafu preċedenti għandu jkun l-istess għas-snin imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
1a.L-Istati Membri jistgħu jżidu fondi mhux allokati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 33 għat-trasferimenti favur miżuri għall-iżvilupp rurali msemmija fl-ewwel subparagrafu fil-forma ta’ appoġġ mill-Unjoni għal miżuri agroambjentali-klimatiċi fil-qafas tal-ipprogrammar għall-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR].
2. Qabel l-1 ta' Awwissu 2013, il-Bulgarija, l-Estonja, il-Finlandja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti skont dan ir-Regolament, sa 5% tal-ammont allokkat bħala appoġġ għall-miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR għall-perjodu 2015-2020 kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR]. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-miżuri ta' appoġġ skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali.
2. Qabel l-1 ta' Awwissu 2013, il-Bulgarija, l-Estonja, il-Finlandja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti skont dan ir-Regolament, sa 10% tal-ammont allokkat bħala appoġġ għall-miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAE¯R għall-perjodu 2015-2020 kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR]. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-miżuri ta' appoġġ skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali.
Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni sad-data msemmija f'dak is-subparagrafu.
Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni sad-data msemmija f'dak is-subparagrafu.
Il-perċentwali nnotifikat skont it-tieni subparagrafu għandu jkun l-istess għas-snin imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.
2a.Fil-każ ta' implimentazzjoni reġjonali, jistgħu japplikaw rati perċentwali differenti għal kull reġjun.
2b.L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta' Awwissu 2015 jew l-1 ta' Awwissu 2017, li jerġgħu jeżaminaw id-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija f'dan l-Artikolu b'seħħ mis-sena ta' wara.
- 1.Sabiex tivvaluta l-PAK il-ġdid, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tal-implimentazzjoni tar-riformi u l-impatt tagħhom fuq l-ambjent u l-produzzjoni agrikola sa tmiem l-2017.
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 15
L-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ reviżjoni f’kull żmien fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi u s-sitwazzjoni baġitarja.
L-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal reviżjoni possibbli fi kwalunkwe żmien permess ta’ att leġislattiv, fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi u s-sitwazzjoni baġitarja.
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2
Artikolu 18
Artikolu 18
Drittijiet għall-pagament
Drittijiet għall-pagament
1. L-appoġġ skont l-iskema ta’ pagament bażiku għandu jkun disponibbli għall-bdiewa jekk huma jiksbu drittijiet għall-pagament skont dan ir-Regolament permezz ta’ allokazzjoni skont l-Artikolu 17b(4), tal-ewwel allokazzjoni skont l-Artikolu 21, mir-riżerva nazzjonali skont l-Artikolu 23, jew permezz ta’ trasferiment skont l-Artikolu 27.
1. L-appoġġ skont l-iskema ta’ pagament bażiku għandu jkun disponibbli għall-bdiewa jekk huma jiksbu drittijiet għall-pagament skont dan ir-Regolament permezz ta’ allokazzjoni skont l-Artikolu 17b(4), tal-ewwel allokazzjoni skont l-Artikolu 21, mir-riżerva nazzjonali skont l-Artikolu 23, jew permezz ta’ trasferiment skont l-Artikolu 27.
2. Id-drittijiet għall-pagament miksubin skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2013.
2. B'deroga mill-paragrafu 1:
(a)L-Istati Membri li fil-31 ta’ Diċembru 2013 ikunu qed joperaw l-iskema ta’ pagament uniku fuq il-bażi tal-mudell reġjonali stabbilit fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta’ Awwissu 2013, li jżommu d-drittijiet ta’ pagament allokati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u/jew ir-Regolament (KE) Nru 73/2009,
(b)Listati Membri li fil-31 ta’ Diċembru 2013 ikunu qed joperaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja jistgħu, sal-1 ta’ Awwissu 2013, jiddeċiedu li jżommu l-iskema eżistenti tagħhom bħala sistema tranżizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2020.
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 19
Artikolu 19
Artikolu 19
Limitu massimu għall-iskema ta' pagament bażiku
Limitu massimu għall-iskema ta' pagament bażiku
1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament bażiku billi jitnaqqsu mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II l-ammonti annwali li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikoli 33, 35, 37 u 39. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2).
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw għal kull Stat Membru l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament bażiku billi jitnaqqsu mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II l-ammonti annwali li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikoli 33, 35, 37 u 39. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2).
2. Għal kull Stat Membru u għal kull sena, il-valur totali tad-drittijiet kollha għall-pagamenti allokati u tar-riżerva nazzjonali għandu jkun ugwali għal-limitu massimu nazzjonali rispettiv adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.
2. Għal kull Stat Membru u għal kull sena, il-valur totali tad-drittijiet kollha għall-pagamenti allokati u tar-riżerva nazzjonali għandu jkun ugwali għal-limitu massimu nazzjonali rispettiv adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.
3. F’każ ta’ modifika tal-limitu massimu adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 kif imqabbel mas-sena ta’ qabel, Stat Membru għandu b’mod lineari inaqqas jew iżid il-valur tad-drittijiet kollha għall-pagament biex tkun żgurata konformità mal-paragrafu 2.
3. F’każ ta’ modifika tal-limitu massimu adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 kif imqabbel mas-sena ta’ qabel, Stat Membru għandu b’mod lineari inaqqas jew iżid il-valur tad-drittijiet kollha għall-pagament biex tkun żgurata konformità mal-paragrafu 2.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn tali emenda hija dovuta għall-applikazzjoni tal-Artikolu 17b(2).
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn tali emenda hija dovuta għall-applikazzjoni tal-Artikolu 17b(2).
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 20
Artikolu 20
Artikolu 20
Allokazzjoni reġjonali tal-limiti massimi nazzjonali
Allokazzjoni reġjonali tal-limiti massimi nazzjonali
1. Qabel l-1 ta' Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l-iskema ta' pagament bażiku f'livell reġjonali. F’dak il-każ huma għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-karatteristiċi agronomiċi u ekonomiċi tagħhom u l-potenzjal agrikolu reġjonali tagħhom, jew l-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva tagħhom.
1. Qabel l-1 ta' Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l-iskema ta' pagament bażiku f'livell reġjonali. F’dak il-każ huma għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-karatteristiċi agronomiċi, ambjentali u soċjoekonomiċi tagħhom u l-potenzjal agrikolu reġjonali tagħhom, jew l-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva tagħhom.
2. L-Istati Membri għandhom jaqsmu l-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 19(1) bejn ir-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
2. L-Istati Membri għandhom jaqsmu l-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 19(1) bejn ir-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-limiti massimi reġjonali għandhom ikunu suġġetti għal modifiki progressivi annwali skont stadji annwali stabbiliti minn qabel u skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-potenzjal agrikolu jew il-kriterji ambjentali.
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-limiti massimi reġjonali għandhom ikunu suġġetti għal modifiki progressivi annwali skont stadji annwali stabbiliti minn qabel u skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-potenzjal agrikolu jew il-kriterji ambjentali.
4. Sakemm ikun meħtieġ biex jitħarsu l-limiti massimi reġjonali applikabbli stabbiliti skont il-paragrafu 2 jew 3, l-Istati Membri għandhom iwettqu tnaqqis jew żieda lineari fil-valur tad-drittijiet għall-pagament f’kull wieħed mir-reġjuni tagħhom.
4. Sakemm ikun meħtieġ biex jitħarsu l-limiti massimi reġjonali applikabbli stabbiliti skont il-paragrafu 2 jew 3, l-Istati Membri għandhom iwettqu tnaqqis jew żieda lineari fil-valur tad-drittijiet għall-pagament f’kull wieħed mir-reġjuni tagħhom.
5. Sal-1 ta’ Awwissu 2013 l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, flimkien mal-miżuri meħuda għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3.
5. Sal-1 ta’ Awwissu 2013 l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, flimkien mal-miżuri meħuda għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3.
Emendi 52 u 161 Proposta għal regolament Artikolu 21
Artikolu 21
Artikolu 21
L-ewwel allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament
L-ewwel allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament
1. Suġġetti għall-paragrafu 2, id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu allokati lill-bdiewa jekk japplikaw għall-allokazzjoni għad-drittijiet għall-pagament taħt l-iskema ta’ pagament bażiku sal-15 ta’ Mejju 2014 ħlief fil-każ ta’ force majeure u ċirkustanzi eċċezzjonali.
1. Suġġetti għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(2), id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu allokati lill-bdiewa jekk japplikaw għall-allokazzjoni għad-drittijiet għall-pagament taħt l-iskema ta’ pagament bażiku sal-15 ta’ Mejju 2014 ħlief fil-każ ta’ force majeure u ċirkustanzi eċċezzjonali.
2. “Il-bdiewa li, fl-2011, jew fil-każ tal-Kroazja fl-2013, attivaw tal-inqas dritt għall-pagament wieħed taħt l-iskema ta' pagament uniku, jew talbu appoġġ taħt l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, it-tnejn li huma skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jirċievu drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku sakemm huma jkunu intitolati għall-għoti ta’ pagamenti diretti skont l-Artikolu 9.”
2. Il-bdiewa li:
fi kwalunkwe waħda mit-tliet snin 2009, 2010 jew 2011, li għandha tingħażel mill-Istati Membri, jew fil-każ tal-Kroazja fl-2013, attivaw tal-inqas dritt għall-pagament wieħed taħt l-iskema ta' pagament uniku, jew talbu appoġġ taħt l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, it-tnejn li huma skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, jew
fl-2012 irċevew drittijiet għal pagament skont l-Artikoli 41 u 63 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew
li ssottomettew provi ta’ produzzjoni attiva ta’ razzett u li fl-2011 rabbew jew kabbru prodotti agrikoli inklużi ħsad, ħalib, taħlib, tgħammir jew trobbija ta’ annimali jew żammew annimali għal skopijiet ta’ biedja, għandhom jirċievu drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku sakemm huma jkunu intitolati għall-għoti ta’ pagamenti diretti skont l-Artikolu 9.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-bdiewa għandhom jirċievu drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku, sakemm ikunu intitolati għall-għoti ta’ pagamenti diretti skont l-Artikolu 9, u sakemm fl-2011:
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-bdiewa għandhom jirċievu drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku, sakemm ikunu intitolati għall-għoti ta’ pagamenti diretti skont l-Artikolu 9, u sakemm fl-2011:
(a) ma jkunu attivaw ebda dritt taħt l-iskema ta’ pagament bażiku, iżda pproduċew b’mod esklussiv frott, ħaxix u/jew ikkultivaw vinja b’mod esklussiv;
(a) ma jkunu attivaw ebda dritt taħt l-iskema ta’ pagament bażiku, iżda pproduċew b’mod esklussiv frott, ħaxix, żerriegħa u patata taż-żrigħ tal-ikel, pjanti ornamentali u/jew ikkultivaw vinja b’mod esklussiv;
(b) ma jkunu talbu ebda appoġġ taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja u kellhom biss art agrikola li ma kinitx f'kundizzjoni agrikola tajba fit-30 ta' Jannar 2003 kif hemm ipprovut fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,
(b) ma jkunu talbu ebda appoġġ taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja u kellhom biss art agrikola li ma kinitx f'kundizzjoni agrikola tajba fit-30 ta' Ġunju 2003 kif hemm ipprovut fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,
B'eċċezzjoni fil-każ ta’ force majeure jew ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament allokati għal kull bidwi għandu jkun ugwali għall-għadd ta’ ettari eliġibbli, skont it-tifsira tal-Artikolu 25(2), li l-bidwi jiddikjara skont l-Artikolu 26(1) għall-2014.
B'eċċezzjoni fil-każ ta’ force majeure jew ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament allokati għal kull bidwi għandu jkun ugwali għall-għadd ta’ ettari eliġibbli, skont it-tifsira tal-Artikolu 25(2), li l-bidwi jiddikjara skont l-Artikolu 26(1) għall-2014.
Bħala deroga mis-subparagrafu preċedenti, fejn in-numru totali ta' ettari ddikjarati fi Stat Membru bi qbil mal-Artikolu 26(1) għall-2014 jinvolvi żieda ta' iktar minn 45 % tan-numru totali ta' ettari eliġibbli ddikjarati fl-2009 bi qbil mal-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numru ta' drittijiet għall-pagament li se jiġu allokati fl-2014 għal 145 % tan-numru totali ta' ettari ddikjarati fl-2009 bi qbil mal-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
3. Fil-każ li parti mill-impriża jew l-impriża kollha tinbiegħ jew tinkera, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma konformi mal-paragrafu 2 jistgħu, b'kuntratt iffirmat qabel il-15 ta' Mejju 2014, jittrasferixxu d-dritt biex wieħed jirċievi d-drittijiet għall-pagament kif imsemmi fil-paragrafu 1 lil bidwi wieħed biss sakemm dan tal-aħħar ikun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9.
Meta jużaw din l-għażla, l-Istati Membri għandhom jallokaw numru mnaqqas ta' drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li għandu jiġi kkalkulat billi jiġi applikat tnaqqis proporzjonat għan-numru addizzjonali ta' ettari eliġibbli ddikjarat minn kull bidwi fl-2014 meta mqabbel man-numru ta' ettari eliġibbli bi qbil mal-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li jkun indika fl-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna fl-2011 bi qbil mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
3. Fil-każ li parti mill-impriża jew l-impriża kollha tinbiegħ, tingħaqad, tinfired jew tinkera, il-bdiewa li huma konformi mal-paragrafu 2 jistgħu, b'kuntratt iffirmat qabel il-15 ta' Mejju 2014, jittrasferixxu d-dritt biex wieħed jirċievi d-drittijiet għall-pagament kif imsemmi fil-paragrafu 1 lill-bdiewa li jirċievu l-impriża jew parti minnha sakemm dawn tal-aħħar ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9.
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli dwar l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti ppreżentati fis-sena tal-allokazzjoni tad-drittijiet tal-pagamenti fejn dawk id-drittijiet tal-pagamenti jistgħu ma jkunux għadhom stabbiliti b'mod definittiv u fejn l-allokazzjoni hija affettwata minn ċirkustanzi speċifiċi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2).
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli dwar l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti ppreżentati fis-sena tal-allokazzjoni tad-drittijiet tal-pagamenti fejn dawk id-drittijiet tal-pagamenti jistgħu ma jkunux għadhom stabbiliti b'mod definittiv u fejn l-allokazzjoni hija affettwata minn ċirkustanzi speċifiċi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2).
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 22
Artikolu 22
Artikolu 22
Valur tad-drittijiet għall-pagament u l-konverġenza
Valur tad-drittijiet għall-pagament u l-konverġenza
1. Għall kull sena rilevanti, il-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali jkun diviż skont l-Artikoli 19 jew 20, wara applikazzjoni tat-tnaqqis lineari msemmi fl-Artikolu 23(1), bil-għadd ta’ drittijiet għall-pagament allokati f’livell nazzjonali jew reġjonali skont l-Artikolu 21(2) għall-2014.
1. Għall kull sena rilevanti, il-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali jkun diviż skont l-Artikoli 19 jew 20, wara applikazzjoni tat-tnaqqis lineari msemmi fl-Artikolu 23(1), bil-għadd ta’ drittijiet għall-pagament allokati f’livell nazzjonali jew reġjonali skont l-Artikolu 21(2) għall-2014.
2. L-Istati Membri li jkunu applikaw l-iskema ta’ pagament uniku kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 73/2009, jistgħu jillimitaw il-kalkolu tal-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament previsti fil-paragrafu 1 għal ammont li jkun jikkorrispondi sa mhux anqas minn 40% mil-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali stabbilit skont l-Artikoli 19 jew 20, wara applikazzjoni tat-tnaqqis lineari msemmi fl-Artikolu 23(1).
2. L-Istati Membri li jkunu applikaw l-iskema ta’ pagament uniku kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 73/2009, jistgħu jillimitaw il-kalkolu tal-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament previsti fil-paragrafu 1 għal ammont li jkun jikkorrispondi sa mhux anqas minn 10% mil-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali stabbilit skont l-Artikoli 19 jew 20, wara applikazzjoni tat-tnaqqis lineari msemmi fl-Artikolu 23(1).
3. L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-possibbiltà pprovduta fil-paragrafu 2 għandhom jużaw il-parti tal-limitu massimu li tibqa’ wara l-applikazzjoni ta’ dak il-paragrafu biex iżidu l-valur tad-drittijiet għall-pagament f’każijiet fejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament miżmum minn bidwi skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 ikun anqas mill-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fil-31 ta’ Diċembru 2013, skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009. Għal dan il-għan, il-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali ta’ kull wieħed mid-drittijiet għall-pagament tal-bidwi konċernat għandu jiżdied b’sehem tad-differenza bejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 u l-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fil-31 ta’ Diċembru 2013 skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009.
3. L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-possibbiltà pprovduta fil-paragrafu 2 għandhom jużaw il-parti tal-limitu massimu li tibqa’ wara l-applikazzjoni ta’ dak il-paragrafu biex iżidu l-valur tad-drittijiet għall-pagament f’każijiet fejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament miżmum minn bidwi skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 ikun anqas mill-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fil-31 ta’ Diċembru 2013, skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009. Għal dan il-għan, il-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali ta’ kull wieħed mid-drittijiet għall-pagament tal-bidwi konċernat għandu jiżdied b’sehem tad-differenza bejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 u l-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fil-31 ta’ Diċembru 2013 skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009.
Għall-kalkolu taż-żieda, Stat Membru jista’ jqis ukoll l-appoġġ mogħti fis-sena kalendarja 2013 skont l-Artikoli 52, 53(1) u 68(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru ma jkunx iddeċieda li japplika l-appoġġ akkoppjat volontarju skont it-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament għas-setturi rilevanti.
Għall-kalkolu taż-żieda, Stat Membru jista’ jqis ukoll l-appoġġ mogħti fis-sena kalendarja 2013 skont l-Artikoli 52, 53(1) u 68(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru ma jkunx iddeċieda li japplika l-appoġġ akkoppjat volontarju skont it-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament għas-setturi rilevanti.
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, bidwi jitqies li jkollu drittijiet għall-pagament fil-31 ta' Diċembru 2013 fejn id-drittijiet għall-pagament ikunu ġew allokati jew ittrasferiti definittivament sa dik id-data.
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, bidwi jitqies li jkollu drittijiet għall-pagament fil-31 ta' Diċembru 2013 fejn id-drittijiet għall-pagament ikunu ġew allokati jew ittrasferiti definittivament sa dik id-data.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, Stat Membru jista', abbażi ta' kriterji oġġettivi, jipprevedi, f'każijiet ta' bejgħ jew għotja jew skadenza ta' kirja sħiħa jew parti minnha ta' erjas agrikoli wara d-data ffissata skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u qabel id-data ffissata skont l-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament, li ż-żieda, jew parti miż-żieda, fil-valur tad-drittijiet għall-pagament li jkollhom ikunu allokati lill-bidwi kkonċernat għandhom jitreġġgħu lura għar-riżerva nazzjonali fejn iż-żieda għandha twassal għal profitt mhux mistenni għall-bidwi konċernat.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, Stat Membru jista', abbażi ta' kriterji oġġettivi, jipprevedi, f'każijiet ta' bejgħ jew għotja jew skadenza ta' kirja sħiħa jew parti minnha ta' erjas agrikoli wara d-data ffissata skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u qabel id-data ffissata skont l-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament, li ż-żieda, jew parti miż-żieda, fil-valur tad-drittijiet għall-pagament li jkollhom ikunu allokati lill-bidwi kkonċernat għandhom jitreġġgħu lura għar-riżerva nazzjonali fejn iż-żieda għandha twassal għal profitt mhux mistenni għall-bidwi konċernat.
Dawk il-kriterji oġġettivi għandhom ikunu stabbiliti b'mod li jkun żgurat trattament indaqs bejn il-bdiewa u biex ikunu evitati distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni u għandhom jinkludu, tal-anqas, dan li ġej:
Dawk il-kriterji oġġettivi għandhom ikunu stabbiliti b'mod li jkun żgurat trattament indaqs bejn il-bdiewa u biex ikunu evitati distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni u għandhom jinkludu, tal-anqas, dan li ġej:
(a) tul ta' żmien minimu għall-kirja;
(a) tul ta' żmien minimu għall-kirja;
(b) il-proporzjon tal-pagament riċevut li għandu jitreġġa' lura għar-riżerva nazzjonali.
(b) il-proporzjon tal-pagament riċevut li għandu jitreġġa' lura għar-riżerva nazzjonali.
5. Mhux aktar tard mis-sena ta’ talba 2019, id-drittijiet kollha għall-pagament fi Stat Membru jew, fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20, f’reġjun, għandu jkollhom valur ta’ unità uniformi.
5. Mhux aktar tard mis-sena ta’ talba 2019, id-drittijiet kollha għall-pagament fi Stat Membru jew, fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20, f’reġjun:
(a) għandu jkollhom valur ta’ unità uniformi;
(b) jistgħu jiddevjaw mill-valur ta’ unità medju b’massimu ta’ 20%.
Meta japplikaw il-paragrafi 2, 3 u dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jiżguraw li, fejn id-drittijiet għall-pagamenti fil-livell ta’ azjenda agrikola jitnaqqsu, il-livell ta’ dawk id-drittijiet attivat fl-2019 ma jkunx aktar minn 30% taħt dak tal-2014.
6. Meta jkunu applikati l-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri, waqt li jaġixxu b’konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jersqu lejn approssimazzjoni tal-valur tad-drittijiet għall-pagament f’livell nazzjonali jew reġjonali. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiffissaw il-passi li għandhom jittieħdu sal-1 ta’ Awwissu 2013. Dawk il-passi għandhom jinkludu modifiki progressivi annwali tad-drittijiet għall-pagament skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
6. Meta jkunu applikati l-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri, waqt li jaġixxu b’konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jersqu lejn approssimazzjoni tal-valur tad-drittijiet għall-pagament f’livell nazzjonali jew reġjonali. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiffissaw il-passi li għandhom jittieħdu sal-1 ta’ Awwissu 2013. Dawk il-passi għandhom jinkludu modifiki progressivi annwali tad-drittijiet għall-pagament skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
Il-passi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni sad-data msemmija f’dak is-subparagrafu.
Il-passi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni sad-data msemmija f’dak is-subparagrafu.
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 22a (ġdid)
Artikolu 22a
Konverġenza Interna
1.B'deroga mill-Artikolu 22, l-Istati Membri jistgħu japprossimaw il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti fil-livell nazzjonali jew reġjonali sabiex il-valur tal-unità tad-drittijiet jersaq parzjalment, iżda mhux kompletament, lejn il-valuri nazzjonali jew reġjonali uniformi mis-sena ta' talba 2021. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-formula għall-konverġenza esterna bejn l-Istati Membri meta japplikaw din l-għażla. Din il-konverġenza għandha tkun iffinanzjata bis-saħħa tat-tnaqqis tal-valuri tad-drittijiet tal-2013 fuq limitu minimu identifikat mill-Istati Membri jew ’il fuq il-medja nazzjonali.
2.L-Istati Membri li japplikaw id-deroga msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiddeċiedu li l-pagament għall-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmija fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III, li għandu jirrappreżenta 30% tal-pakkett nazzjonali skont l-Artikolu 33(1), huwa pagabbli lil bdiewa bħala perċentwali relattiv għall-pagament bażiku tagħhom.
3.Meta tiġi applika d-deroga msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri, sal-1 ta’ Awwissu 2013, għandhom jistipulaw il-passi li għandhom jittieħdu, filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni. Dawn il-passi għandhom jinkludu modifiki progressivi tad-drittijiet tal-pagament skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
Il-passi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2013.
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 23
Artikolu 23
Artikolu 23
Stabbiliment u użu tar-riżerva nazzjonali
Stabbiliment u użu tar-riżerva nazzjonali
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi riżerva nazzjonali. Għal dak il-għan, fl-ewwel sena ta' applikazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, l-Istati Membri għandhom jipproċedu għal tnaqqis lineari tal-perċentwali tal-limitu massimu tal-iskema ta' pagamenti f'livell nazzjonali biex jikkostitwixxu r-riżerva nazzjonali. Dan it-tnaqqis ma għandux ikun ogħla minn 3 % ħlief, jekk ikun meħtieġ, biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ allokazzjoni stipulati fil-paragrafu 4 għas-sena 2014.
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi riżerva nazzjonali. Għal dak il-għan, fl-ewwel sena ta' applikazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, l-Istati Membri għandhom jipproċedu għal tnaqqis lineari tal-perċentwali tal-limitu massimu tal-iskema ta' pagamenti f'livell nazzjonali biex jikkostitwixxu r-riżerva nazzjonali. Għas-sena 2014, dan it-tnaqqis ma għandux ikun ogħla minn 3 % ħlief, jekk ikun meħtieġ, biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ allokazzjoni stipulati fil-paragrafu 4. Għas-snin ta’ wara, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw kull sena l-limitu massimu ta’ tnaqqis fuq il-bażi tal-ħtiġijiet ta’ allokazzjoni.
2. L-Istati Membri jistgħu jamministraw ir-riżerva nazzjonali fuq livell reġjonali.
2. L-Istati Membri jistgħu jamministraw ir-riżerva nazzjonali fuq livell reġjonali.
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali skont kriterji oġġettivi u b’mod li jkun żgurat trattament indaqs bejn il-bdiewa u biex ikun evitat tagħwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali skont kriterji oġġettivi u b’mod li jkun żgurat trattament indaqs bejn il-bdiewa u biex ikun evitat tagħwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżerva nazzjonali biex jallokaw drittijiet għall-pagament, bħala kwistjoni ta’ prijorità, lill-bdiewa żgħażagħ li jibdew l-attività agrikola tagħhom.
4. L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżerva nazzjonali biex jallokaw drittijiet għall-pagament, bħala kwistjoni ta’ prijorità, lill-bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda li jibdew l-attività agrikola tagħhom.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, “bdiewa żgħażagħ li jibdew l-attività agrikola tagħhom’ tfisser bdiewa li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 36(2) li ma kienu jagħmlu ebda attività agrikola f’isimhom proprju u għar-riskju tagħhom infushom jew li ma kellhomx il-kontroll ta’ persuna ġuridika li kienet teżerċita attività agrikola fil-ħames (5) snin ta’ qabel il-bidu tal-attività agrikola ġdida. F’każ ta’ persuna ġuridika, il-persuna/i fiżika/ċi li jkollha/jkollhom il-kontroll tal-persuna ġuridika ma għandhiex/għandhomx tkun/ikunu għamlet/għamlu ebda attività agrikola f’isimha/isimhom proprju u għar-riskju tagħha/tagħhom stess jew kellha/kellhom il-kontroll ta’ persuna ġuridika li kienet teżerċita attività agrikola fil-ħames (5) snin ta’ qabel il-bidu tal-attività agrikola mill-persuna ġuridika.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, “bdiewa żgħażagħ li jibdew l-attività agrikola tagħhom’ tfisser bdiewa li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 36(2) li ma kienu jagħmlu ebda attività agrikola f’isimhom proprju u għar-riskju tagħhom infushom jew li ma kellhomx il-kontroll ta’ persuna ġuridika li kienet teżerċita attività agrikola fil-ħames (5) snin ta’ qabel il-bidu tal-attività agrikola ġdida. F’każ ta’ persuna ġuridika, il-persuna/i fiżika/ċi li jkollha/jkollhom il-kontroll tal-persuna ġuridika ma għandhiex/għandhomx tkun/ikunu għamlet/għamlu ebda attività agrikola f’isimha/isimhom proprju u għar-riskju tagħha/tagħhom stess jew kellha/kellhom il-kontroll ta’ persuna ġuridika li kienet teżerċita attività agrikola fil-ħames (5) snin ta’ qabel il-bidu tal-attività agrikola mill-persuna ġuridika.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, “bdiewa ġodda li jibdew l-attività agrikola tagħhom’ tfisser persuni fiżiċi li qatt ma ngħataw drittijiet. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji addizzjonali li bdiewa ġodda għandhom jissodisfaw, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ħiliet xierqa, esperjenza u/jew rekwiżiti ta’ taħriġ.
5. L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali biex:
5. L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali biex:
(a) jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa f’żoni suġġetti għal ristrutturar u/jew għal programmi ta’ żvilupp relatati ma’ għamla ta’ intervent pubbliku biex l-art ma titħalliex tkun abbandunata u/jew biex jingħata kumpens lill-bdiewa għal żvantaġġi speċifiċi f’dawk iż-żoni;
(a) jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa f’żoni suġġetti għal ristrutturar u/jew għal programmi ta’ żvilupp relatati ma’ għamla ta’ intervent pubbliku biex l-art ma titħalliex tkun abbandunata u/jew biex jingħata kumpens lill-bdiewa għal żvantaġġi speċifiċi f’dawk iż-żoni;
(aa) jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li l-impriża tagħhom tinsab fi Stat Membru li ddeċieda li japplika l-għażla stabbilita fl-Artikolu 18(2) u li ma kisbux dritt għall-pagament skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew it-tnejn li huma, meta jiddikjaraw żoni agrikolu eliġibbli għas-sena 2014.
(ab) jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li bdew l-attività agrikola tagħhom wara l-2011 u li joperaw f’setturi agrikoli speċifiċi li għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji;
(ac) iżidu l-valur tad-drittijiet għall-pagament taħt l-iskema tal-pagament bażiku sal-valur ta’ unità medja nazzjonali jew reġjonali tad-drittijiet għall-pagament lil bdiewa li b’riżultat tat-tranżizzjoni għall-iskema tal-pagament bażiku jitpoġġew f’sitwazzjoni speċjali bis-saħħa tal-valur baxx tad-drittijiet għall-pagament storiċi taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, jew iżidu l-valur ta’ drittijiet għall-pagament lil bdiewa li kellhom drittijiet speċjali fil-31 ta’ Diċembru 2013;
(ad) jagħtu lill-bdiewa, fuq bażi annwali, kumpens – li jista’ jiżdied b’pagament addizzjonali għal bdiewa żgħar – għat-tneħħija tal-benefiċċju ta’ EUR 5000 imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
(b) iżidu b’mod lineari l-valur tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku f’livell nazzjonali jew reġjonali jekk ir-riżerva nazzjonali tkun aktar minn 3 % f’sena partikolari tkun liema tkun, bil-kundizzjoni li jibqgħu disponibbli ammonti biżżejjed għal allokazzjonijiet skont il-paragrafu 4, il-punt (a) ta' dan il-paragrafu u l-paragrafu 7.
(b) iżidu b’mod lineari l-valur tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku f’livell nazzjonali jew reġjonali jekk ir-riżerva nazzjonali tkun aktar minn 3 % f’sena partikolari tkun liema tkun, bil-kundizzjoni li jibqgħu disponibbli ammonti biżżejjed għal allokazzjonijiet skont il-paragrafu 4, il-punt (a) ta' dan il-paragrafu u l-paragrafu 7. Madanakollu, meta jiżdied il-valur tad-drittijiet għall-pagament taħt dan il-punt. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw metodu alternattiv għall-metodu lineari.
6. Meta japplikaw il-paragrafi 4 u 5(a), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur tad-drittijiet għall-pagament allokati lill-bdiewa abbażi tal-valur medju nazzjonali jew reġjonali ta’ drittijiet għall-pagament fis-sena ta’ allokazzjoni.
6. Meta japplikaw il-paragrafi 4 u 5(a), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur tad-drittijiet għall-pagament allokati lill-bdiewa abbażi tal-valur medju nazzjonali jew reġjonali ta’ drittijiet għall-pagament fis-sena ta’ allokazzjoni.
7. Fejn bidwi jkollu d-dritt jirċievi drittijiet għall-pagament jew iżid il-valur ta’ dawk eżistenti bis-saħħa ta’ deċiżjoni definittiva ta’ qorti jew bis-saħħa ta’ att amministrattiv definittiv tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, il-bidwi għandu jirċievi l-għadd u l-valur tad-drittijiet għall-pagament stabbiliti f’dik id-deċiżjoni jew f’dak l-att f’data li għandha tkun iffissata mill-Istat Membru. Madankollu, din id-data ma għandhiex tkun aktar tard mill-aħħar data għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-iskema ta’ pagament bażiku wara d-data tad-deċiżjoni tal-qorti jew tal-att amministrattiv, filwaqt li titqies l-applikazzjoni tal-Artikoli 25 u 26.
7. Fejn bidwi jkollu d-dritt jirċievi drittijiet għall-pagament jew iżid il-valur ta’ dawk eżistenti bis-saħħa ta’ deċiżjoni definittiva ta’ qorti jew bis-saħħa ta’ att amministrattiv definittiv tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, il-bidwi għandu jirċievi l-għadd u l-valur tad-drittijiet għall-pagament stabbiliti f’dik id-deċiżjoni jew f’dak l-att f’data li għandha tkun iffissata mill-Istat Membru. Madankollu, din id-data ma għandhiex tkun aktar tard mill-aħħar data għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-iskema ta’ pagament bażiku wara d-data tad-deċiżjoni tal-qorti jew tal-att amministrattiv, filwaqt li titqies l-applikazzjoni tal-Artikoli 25 u 26.
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1
1. L-appoġġ skont l-iskema ta’ pagament bażiku għandu jingħata lill-bdiewa mal-attivazzjoni, permezz ta’ dikjarazzjoni skont l-Artikolu 26(1), ta' dritt għall-pagament għal kull ettaru eliġibbli fl-Istat Membru fejn ikun ġie allokat. Id-drittijiet għall-pagament attivati għandhom jagħtu dritt għall-pagament annwali tal-ammonti ffissati hemmhekk, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dixxiplina finanzjarja, limitu massimu u tnaqqis progressiv, tnaqqis lineari skont l-Artikoli 7, 37(2) u 51(1), u kull tnaqqis u esklużjoni imposti skont ir-Regolament (UE) Nru [...] [HZR].
1. L-appoġġ skont l-iskema ta’ pagament bażiku għandu jingħata lill-bdiewa mal-attivazzjoni, permezz ta’ dikjarazzjoni skont l-Artikolu 26(1), ta' dritt għall-pagament għal kull ettaru eliġibbli fl-Istat Membru fejn ikun ġie allokat. Id-drittijiet għall-pagament attivati għandhom jagħtu dritt għall-pagament annwali tal-ammonti ffissati hemmhekk, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dixxiplina finanzjarja, limitu massimu u tnaqqis progressiv, tnaqqis lineari skont l-Artikoli 7, 37(2) u 51(1), u kull tnaqqis u esklużjoni imposti skont ir-Regolament (UE) Nru [...] [HZR]. B’deroga mill-ewwel sentenza, l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja fl-2013 jistgħu jkomplu japplikaw il-mudell biex jimplimentaw l-iskema ta' pagament bażiku.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw, skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, koeffiċjent ta’ tnaqqis għal żoni b’potenzjal ta’ rendiment aktar baxx jew produzzjonijiet speċifiċi meta tiġi determinata ż-żona agrikola eliġibbli.
2a.Fejn id-drittijiet għall-pagament jinbiegħu mingħajr l-art, l-Istati Membri, filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, jistgħu jiddeċiedu li parti mid-drittijiet għall-pagament mibjugħa tmur lura fir-riżerva nazzjonali jew li l-valur tal-unità tagħha jitnaqqas favur ir-riżerva nazzjonali.
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt e
(e) kriterji li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri biex jallokaw id-drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li ma attivaw ebda dritt fl-2011 jew li ma talbux appoġġ taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja fl-2011 kif ipprovdut fl-Artikolu 21(2) u biex jallokaw id-drittijiet għall-pagament fil-każ tal-applikazzjoni tal-klawżola tal-kuntratt imsemmija fl-Artikolu 21(3);
(e) kriterji li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri biex jallokaw id-drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li ma attivaw ebda dritt fl-ebda waħda mis-snin 2009, 2010 jew 2011 jew li ma talbux appoġġ taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja fl-ebda waħda mis-snin 2009, 2010 jew 2011 kif ipprovdut fl-Artikolu 21(2) u biex jallokaw id-drittijiet għall-pagament fil-każ tal-applikazzjoni tal-klawżola tal-kuntratt imsemmija fl-Artikolu 21(3), bl-eċċezzjoni ta' dawk li jkunu daħlu ġodda u l-bdiewa żgħażagħ;
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 28 – punt g
(g) regoli dwar id-dikjarazzjoni u l-attivazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament;
(g) regoli dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni u dwar ir-rekwiżiti għall-attivazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament;
Emenda 61 Proposta għal regolament Kapitolu 1a (ġdid)
KAPITOLU 1A
PAGAMENT KUMPLIMENTARI GĦALL-EWWEL ETTARI
Artikolu 28a
Regoli ġenerali
1.L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu pagament kumplimentari annwali lil bdiewa li huma intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fil-Kapitolu 1.
2.L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw in-numru tal-ewwel ettari eliġibbli għal din id-dispożizzjoni, li għandu jikkorrispondi għan-numru ta’ intitolamenti attivati mill-bidwi skont l-Artikolu 26(1), sa massimu ta’ 50 ettaru.
3.Sabiex jiffinanzjaw din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw ammont sa massimu ta’ 30% tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stipulat fl-Anness II.
4.L-Istati Membri kull sena għandhom jikkalkulaw l-ammont ta’ pagament kumplimentari għall-ewwel ettari billi jiddividu l-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 bin-numru totali ta’ ettari li qed jibbenefikaw minn dan il-pagament.
5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jingħata ebda pagament lil bdiewa li, wara l-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal dan ir-Regolament, bil-provi, ikunu ħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet biex jibbenefikaw mill-pagament imsemmi f’dan l-Artikolu.
6.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Awwissu 2013, bid-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3.
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 30
Artikolu 30
Artikolu 30
Diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba'
Diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba'
1. Fejn ir-raba’ li jinħarat tal-bidwi jkopri aktar minn 3 ettari u ma jkunx użat kollu għall-produzzjoni ta’ ħaxix (miżrugħ jew naturali), jitħalla kollu mistrieħ jew ikkultivat kollu b’uċuħ tar-raba’ taħt l-ilma għal parti kbira tas-sena, il-kultivazzjoni tar-raba’ li jinħarat għandha tkun magħmula minn tal-anqas tliet uċuħ tar-raba’ differenti. Ebda wieħed minn dawk l-uċuħ tar-raba’ ma għandu jkopri anqas minn 5 % tar-raba’ li jinħarat u dak ewlieni ma għandux ikopri aktar minn 70 % tar-raba’ li jinħarat.
1. Fejn ir-raba’ li jinħarat tal-bidwi jkopri bejn 10 u 30 ettaru, il-kultivazzjoni tar-raba’ li jinħarat għandha tkun magħmula minn tal-anqas żewġ uċuħ tar-raba’ differenti. Ebda wieħed minn dawk l-uċuħ tar-raba’ ma għandu jkopri aktar minn 80% tar-raba’ li jinħarat.
Fejn ir-raba’ li jinħarat tal-bidwi jkopri aktar minn 30 ettaru, il-kultivazzjoni tar-raba’ li jinħarat għandha tkun magħmula minn tal-anqas tliet uċuħ tar-raba’ differenti ħlief għal impriżi li jinsabu fit-Tramuntana tat-62 parallel. Il-wiċċ prinċipali ma għandux ikopri aktar minn 75% tar-raba’ li jinħarat u flimkien iż-żewġ uċuħ prinċipali ma għandhomx ikopru aktar minn 95% tar-raba’ li jinħarat.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 li jistipula d-definizzjoni ta’ “uċuħ tar-raba’” u r-regoli dwar l-applikazzjoni tal-kalkolu preċiż tal-ishma tal-uċuħ tar-raba’ differenti.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 li jistipula d-definizzjoni ta’ “uċuħ tar-raba’” u r-regoli dwar l-applikazzjoni tal-kalkolu preċiż tal-ishma tal-uċuħ tar-raba’ differenti.
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 31
Artikolu 31
Artikolu 31
Bwar permanenti
Bwar permanenti u mergħat permanenti
1. Il-bdiewa għandhom iżommu bħala bwar permanenti ż-żoni tal-impriżi tagħhom iddikjarati hekk fl-applikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 74(1) tar-Regolament (UE) Nru XXX (HZ) għas-sena ta’ talba 2014, minn issa ’l quddiem imsejħin “żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti’.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżamm il-proporzjon tal-art taħt bwar u mergħat permanenti meta mqabbla mal-erja agrikola totali. L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan l-obbligu fil-livell nazzjonali, reġjonali jew subreġjonali.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-art taħt bwar u mergħat permanenti għandha titqies li tikkorrespondi għal żoni tal-impriżi tagħhom iddikjarati hekk fl-applikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 74(1) tar-Regolament (UE) Nru XXX (HZ) għas-sena ta’ talba 2014, minn issa ’l quddiem imsejħin “żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti u mergħat permanenti”.
Iż-żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti għandhom jiżdiedu f'każijiet fejn il-bidwi għandu obbligu li jerġa' jbiddel iż-żoni lura għal bwar permanenti fl-2014 u/jew fl-2015 kif imsemmi fl-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru […] [HZR].
Iż-żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti u mergħat permanenti għandhom jiżdiedu f'każijiet fejn il-bidwi għandu obbligu li jerġa' jbiddel iż-żoni lura għal bwar permanenti fl-2014 u/jew fl-2015 kif imsemmi fl-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru […][HZR].
2. Il-bdiewa għandhom ikunu jistgħu jbiddlu lura sa massimu ta’ 5 % taż-żoni ta’ referenza tagħhom ta’ bwar permanenti. Dak il-limitu ma għandux japplika f’każ ta’ force majeure jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali.
2. Il-bidla lura ta’ massimu ta’ 5 % taż-żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti u mergħat permanenti għandha tkun permessa, bl-eċċezzjoni ta’ ħamrija b’ħafna karbonju, artijiet mistagħdra u bwar u mergħat seminaturali. Taħt kundizzjonijiet eċċezzjonali dan il-perċentwali jista' jiżdied għal 7%.
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 li jistabbilixxi regoli dwar iż-żieda taż-żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti kif stipulat fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, it-tiġdid ta’ bwar permanenti, il-bidla mill-ġdid ta’ żoni agrikoli fi bwar permanenti f’każ li t-tnaqqis awtorizzat imsemmi fil-paragrafu 2 jinqabeż, kif ukoll għall-modifika taż-żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti f’każ ta’ trasferiment tal-art.
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 li jistabbilixxi regoli dwar iż-żieda taż-żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti u mergħat permanenti kif stipulat fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, it-tiġdid ta’ bwar permanenti u mergħat permanenti, il-bidla mill-ġdid ta’ żoni agrikoli fi bwar permanenti u mergħat permanenti f’każ li t-tnaqqis awtorizzat imsemmi fil-paragrafu 2 jinqabeż, kif ukoll fir-rigward taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 2, kif ukoll għall-modifika taż-żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti u mergħat permanenti f’każ ta’ trasferiment tal-art.
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 32
Artikolu 32
Artikolu 32
Erja b'fokus ekoloġiku
Erja b'fokus ekoloġiku
1. Il-bdiewa għandhom jiżguraw li tal-anqas 7 % tal-ettari eleġibbli tagħhom kif definiti fl-Artikolu 25(2), esklużi żoni ta’ bwar permanenti, huma erjas b’fokus ekoloġiku bħala art li titħalla mistrieħa, terrazzi, iż-żamma ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ, strixex ta’ lqugħ u żoni afforestati kif imsemmi fl-Artikolu 25(2)(b)(ii).
1. Fejn l-art li tinħarat tkopri aktar minn 10 ettari, il-bdiewa għandhom jiżguraw, matul l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tar-Regolament preżenti, li tal-anqas 3% tal-ettari eleġibbli tagħhom kif definiti fl-Artikolu 25(2), esklużi żoni ta’ bwar permanenti u mergħat permanenti u uċuħ tar-raba’ permanenti, huma erjas b’fokus ekoloġiku bħala art li titħalla mistrieħa, terrazzi, iż-żamma ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ inklużi arbuxxelli, fosos, ħitan tas-sejjieħ, siġar fl-għelieqi, għadajjar, art b’uċuħ tar-raba’ li jkissru n-nitroġenu, strixex ta’ lqugħ u żoni afforestati kif imsemmi fl-Artikolu 25(2)(b)(ii). Il-bdiewa jistgħu japplikaw din il-miżura fl-impriża kollha tagħhom.
Il-bdiewa jistgħu jużaw erja b’fokus ekoloġiku għall-produzzjoni mingħajr l-użu tal-applikazzjoni ta’ pestiċidi u fertilizzanti.
Mill-1 ta’ Jannar 2016, il-perċentwali indikat fl-ewwel subparagrafu għandu jiżdied għal 5%.
1a.Qabel il-31 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ valutazzjoni tal-miżuri taħt il-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill; flimkien mal-proposti leġiżlattivi meħtieġa, sabiex, jekk ikun xieraq, il-perċentwali msemmi fil-paragrafu 1 jiżdied għal 7% għas-sena 2018 u wara li jiġi kkunsidrat l-impatt fuq l-ambjent u l-produzzjoni agrikola.
1b.B’deroga mill-paragrafu 1, mill-1 ta’ Jannar 2016, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jimplimentaw sa 3 punti perċentwali tal-erjas b'fokus ekoloġiku fuq livell reġjonali sabiex jakkwistaw erjas b'fokus ekoloġiku adjaċenti.
1c.Il-bdiewa jistgħu jerġgħu jikru lura mingħand l-awtorità lokali erja agrikola ta’ valur naturali għoli li tkun saret proprjetà pubblika bħala riżultat tal-konsolidazzjoni tal-art jew proċeduri simili u jistgħu jikklassifikawha bħala erja b’fokus ekoloġiku sakemm tilħaq il-kriterji tal-paragrafu 1.
1d.L-erjas b’fokus ekoloġiku jistgħu jitkejlu abbażi tas-sinifikat ekoloġiku tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tapprova s-sett ta’ koeffiċjenti ta’ ponderazzjoni sottomessi mill-Istati Membri b’kunsiderazzjoni tal-kriterji ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatiċi ekwivalenti.
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tiddefinixxi aktar it-tipi ta' erjas b’fokus ekoloġiku msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u biex iżżid u tiddefinixxi tipi oħrajn ta' erjas b’fokus ekoloġiku li jistgħu jitqiesu biex jiġi rispettat il-perċentwali msemmi f'dak il-paragrafu.
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tiddefinixxi aktar it-tipi ta' erjas b’fokus ekoloġiku msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, biex tistabbilixxi qafas fl-UE kollha ta’ koeffiċjenti ta’ ponderazzjoni bil-ħsieb li jiġu kkalkulati l-ettari rappreżentati mill-varji tipi ta’ erja b’fokus ekoloġiku msemmija fil-paragrafu 1d ta’ dan l-Artikolu, u biex iżżid u tiddefinixxi tipi oħrajn ta' erjas b’fokus ekoloġiku li jistgħu jitqiesu meta jiġi vvalutat il-perċentwali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u tiddefinixxi l-livell reġjonali msemmi fil-paragrafu 1b ta’ dan l-Artikolu.
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 4
4. Il-pagament għal kull ettaru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 35 ikun diviż bl-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 26(1) li jinsabu fiż-żoni li l-Istati Membri jkunu ddeċidew li jagħtuhom pagament skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-pagament għal kull ettaru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 35 ikun diviż bl-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 26(1) li l-Istati Membri jkunu ddeċidew li jagħtuhom pagament skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Jekk japplikaw l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu n-numru massimu ta’ ettari għal kull impriża li għandu jiġi kkunsidrat għall-pagament.
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 2
2. Skont il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali li għandu jintuża mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu massimu korrispondenti għal dak il-pagament fuq bażi annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2).
2. Skont il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali li għandu jintuża mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, f’konformità mal-Artikolu 55, tadotta atti delegati biex tiffissa l-limitu massimu korrispondenti għal dak il-pagament fuq bażi annwali.
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 36
Artikolu 36
Artikolu 36
Regoli ġenerali
Regoli ġenerali
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu pagament annwali lill-bdiewa żgħażagħ li huma intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fil-Kaptiolu 1.
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu pagament annwali, skont il-kundizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, lill-bdiewa żgħażagħ li huma intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fil-Kaptiolu 1.
2. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “bdiewa żgħażagħ”, għandha tfisser:
2. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “bdiewa żgħażagħ”, għandha tfisser:
(a) persuni fiżiċi li qed jistabbilixxu għall-ewwel darba impriża agrikola bħala kap tal-impriża, jew li diġà stabbilixxew tali impriża fil-ħames snin preċedenti għall-ewwel preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall-iskema ta’ pagament bażiku kif msemmija fl-Artikolu 73(1) tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], u
(a) persuni fiżiċi li qed jistabbilixxu għall-ewwel darba impriża agrikola bħala kap tal-impriża, jew li diġà stabbilixxew tali impriża fil-ħames snin preċedenti għall-ewwel preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall-iskema ta’ pagament bażiku kif msemmija fl-Artikolu 73(1) tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], u
(b) ikollhom inqas minn 40 sena fl-età fil-mument meta jissottomettu l-applikazzjoni msemmija fil-punt (a).
(b) ikollhom inqas minn 40 sena fl-età fil-mument meta jissottomettu l-applikazzjoni msemmija fil-punt (a).
(ba)L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji addizzjonali li bdiewa żgħażagħ għandhom jissodisfaw, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ħiliet xierqa, esperjenza u/jew rekwiżiti ta’ taħriġ.
3. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, it-tnaqqis u l-istabbiliment ta' limiti massimi progressivi u t-tnaqqis lineari msemmija fl-Artikolu 7, u kull tnaqqis u esklużjoni imposti skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jingħata fuq bażi annwali mal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament mill-bdiewa.
3. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, it-tnaqqis u l-istabbiliment ta' limiti massimi progressivi u t-tnaqqis lineari msemmija fl-Artikolu 7, u kull tnaqqis u esklużjoni imposti skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jingħata fuq bażi annwali mal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament mill-bdiewa.
4. Il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata għal kull bidwi għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames snin. Dak il-perjodu għandu jitnaqqas bl-għadd ta’ snin li jgħaddu bejn meta bidwi żagħżugħ jistabbilixxi lilu nnifsu u l-ewwel preżentazzjoni tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a).
4. Il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata għal kull bidwi għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames snin. Dak il-perjodu għandu jitnaqqas bl-għadd ta’ snin li jgħaddu bejn meta bidwi żagħżugħ jistabbilixxi lilu nnifsu u l-ewwel preżentazzjoni tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a).
5. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw kull sena l-ammont tal-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 billi jimmultiplikaw ċifra li tikkorrispondi għal 25 % tal-valur medju tad-drittijiet għall-pagament li għandu l-bidwi mal-għadd ta’ drittijiet li l-bidwi attiva skont l-Artikolu 26(1).
5. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw kull sena l-ammont tal-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 billi jimmultiplikaw ċifra li tikkorrispondi għal 25% tal-valur medju tad-drittijiet għall-pagament fl-Istat Membru jew reġjun ikkonċernat mal-għadd ta’ drittijiet li l-bidwi attiva skont l-Artikolu 26(1).
Meta japplikaw l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-limiti massimi li ġejjin fl-għadd ta' drittijiet għall-pagament attivati li għandhom jitqiesu:
Meta japplikaw l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiffissaw limitu li jista’ jkun sa massimu ta’ 100 ettaru.
(a) massimu ta’ 25 ettaru fl-Istati Membri fejn id-daqs medju tal-impriżi agrikoli kif stipulat fl-Anness VI huwa inqas minn, jew daqs, 25 ettaru;
(b) massimu li ma għandux ikun inqas minn 25 ettaru u mhux iktar mid-daqs medju, fl-Istati Membri fejn id-daqs medju tal-impriżi agrikoli kif stipulat fl-Anness VI huwa akbar minn 25 ettaru.
6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar il-kundizzjonijiet li skonthom persuna legali tista' tiġi kkunsidrata eliġibbli biex tirċievi l-pagament imsemmi fil-paragrafu 1, b’mod partikolari l-applikazzjoni tal-limitu tal-età stipulat fil-paragrafu 2(b) għal persuna fiżika waħda jew aktar li qed jipparteċipaw f’isem il-persuna ġuridika.
6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar il-kundizzjonijiet li skonthom persuna legali tista' tiġi kkunsidrata eliġibbli biex tirċievi l-pagament imsemmi fil-paragrafu 1, b’mod partikolari l-applikazzjoni tal-limitu tal-età stipulat fil-paragrafu 2(b) għal persuna fiżika waħda jew aktar li qed jipparteċipaw f’isem il-persuna ġuridika.
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 37
Artikolu 37
Artikolu 37
Dispożizzjonijiet finanzjarji
Dispożizzjonijiet finanzjarji
1. Biex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi fl-Artikolu 36, l-Istati Membri għandhom jużaw il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali annwali stipulat fl-Anness II li ma għandux ikun ogħla minn 2 %. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Awwissu 2013, bl-istima tal-perċentwali meħtieġ biex jiffinanzjaw dak il-pagament.
1. Biex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi fl-Artikolu 36, l-Istati Membri għandhom jużaw 2% tal-limitu massimu nazzjonali annwali stipulat fl-Anness II.
Fejn il-perċentwali stmat meħtieġ biex jiffinanzja l-pagament imsemmi fl-Artikolu 36 huwa anqas minn 2%, l-Istati Membri jistgħu jallokaw il-bqija tal-ammonti rispettivi biex iżidu b’mod lineari l-valur tad-drittijiet għall-pagament tar-riżerva nazzjonali, bi prijorità għal bdiewa żgħażagħ u ġodda skont l-Artikolu 23(4).
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-perċentwali msemmi f’dak is-subparagrafu sabiex jagħtu prijorità lill-benefiċjarji magħżula fil-livell nazzjonali, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. Tali deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2013.
Sal-1 ta’ Awwissu 2016, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw mill-ġdid l-istima tal-perċentwali tagħhom b’effett mill-1 ta’ Jannar 2017. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-perċentwali riveduta sal-1 ta' Awwissu 2016.
Sal-1 ta’ Awwissu 2016, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw mill-ġdid l-istima tal-perċentwali tagħhom meħtieġa biex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi fl-Artikolu 36 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2017. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-perċentwali riveduta sal-1 ta' Awwissu 2016.
2. Mingħajr preġudizzju għall-massimu ta’ 2 % stipulat skont il-paragrafu 1, fejn l-ammont totali tal-pagament li jkun hemm applikazzjoni għalih fi Stat Membru f'sena partikolari jaqbeż il-limitu massimu stabbilit skont il-paragrafu 4, u fejn dak il-limitu massimu huwa inqas minn 2 % tal-limitu massimu nazzjonali stipulat fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari lill-pagamenti kollha li jkunu se jingħataw lill-bdiewa kollha skont l-Artikolu 25.
2. Mingħajr preġudizzju għall-massimu ta’ 2 % stipulat skont il-paragrafu 1, fejn l-ammont totali tal-pagament li jkun hemm applikazzjoni għalih fi Stat Membru f'sena partikolari jaqbeż il-limitu massimu stabbilit skont il-paragrafu 4, u fejn dak il-limitu massimu huwa inqas minn 2 % tal-limitu massimu nazzjonali stipulat fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari lill-pagamenti kollha li jkunu se jingħataw lill-bdiewa kollha skont l-Artikolu 25.
3. Fejn l-ammont totali tal-pagament li jkun hemm applikazzjoni għalih fi Stat Membru f'sena partikolari jaqbeż il-limitu massimu skont il-paragrafu 4, u fejn dak il-limitu massimu jammonta għal 2 % tal-limitu massimu annwali stipulat fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari għall-ammonti li għandhom jitħallsu skont l-Artikolu 36 biex ikunu konformi ma' dak il-limitu massimu.
3. Fejn l-ammont totali tal-pagament li jkun hemm applikazzjoni għalih fi Stat Membru f'sena partikolari jaqbeż il-limitu massimu skont il-paragrafu 4, u fejn dak il-limitu massimu jammonta għal 2 % tal-limitu massimu annwali stipulat fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari għall-ammonti li għandhom jitħallsu skont l-Artikolu 36 biex ikunu konformi ma' dak il-limitu massimu.
4. Abbażi tal-istima tal-perċentwali nnotifikat mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu massimu korrispondenti għall-pagament imsemmi fl-Artikolu 36 fuq il-bażi ta’ sena b’sena. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2).
4. Abbażi tal-istima tal-perċentwali nnotifikat mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu massimu korrispondenti għall-pagament imsemmi fl-Artikolu 36 fuq il-bażi ta’ sena b’sena. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2).
L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata lis-setturi u l-produzzjonijiet li ġejjin ta’: ċereali, żrieragħ taż-żjut, uċuħ tar-raba’ li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, ross, ġewż, patata b’karboidrati, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex u msajġar b’rotazzjoni qasira.
L-Appoġġ akkoppjat jista' jingħata lis-setturi u l-produzzjonijiet imsemmija fl-Anness I tat-Trattat, bl-eċċezzjoni ta' prodotti tas-sajd.
Approprjazzjonijiet maħsuba għal pagamenti akkoppjati għandhom jiġu allokati bħala prijorità lil produzzjonijiet li għalihom saru pagamenti akkoppjati matul il-perjodu 2010-2013 skont l-Artikoli 68, 101 u 111 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
3a.L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lil bdiewa bi drittijiet speċjali fl-2010 f’konformità mal-Artikoli 60 u 65 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 indipendentement mill-pagament bażiku msemmi fit-Titolu III, Kapitolu 1 ta’ dan ir-Regolament.
3c.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 waqt li tistipula miżuri tranżitorji li għandhom jiġu applikati għal dawn il-bdiewa.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-limitu għall-għoti ta’ appoġġ akkoppjat jista’ jiġi estiż lil hinn minn dak meħtieġ biex jinżammu l-livelli ta’ produzzjoni attwali, sakemm l-iskop tal-appoġġ akkoppjat ikun wieħed ambjentali. L-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi tali limitu f’konformità ma’ objettivi jew sfidi ambjentali speċifiċi. Il-limitu stipulat b’dan il-mod għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 40 u għandu jiġi approvat f’konformità mal-Artikolu 41.
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1
1. Biex jiffinanzjaw l-appoġġ akkoppjat volontarju, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta’ Awwissu tas-sena ta’ qabel l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni ta’ appoġġ bħal dan, li jużaw sa 5 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II.
1. Biex jiffinanzjaw l-appoġġ akkoppjat volontarju, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta’ Awwissu tas-sena ta’ qabel l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni ta’ appoġġ bħal dan, li jużaw sa 15 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II.
1a.Il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiżdied bi tliet punti perċentwali għal dawk l-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw mill-inqas 3% tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom kif definit fl-Anness II sabiex tiġi appoġġata l-produzzjoni ta' uċuħ tal-proteina skont dan il-Kapitolu.
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 2
2.B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw sa 10 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stipulat fl-Anness II sakemm:
imħassar
(a) sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma jkunu applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja kif stipulat fit-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jew ikunu ffinanzjaw miżuri skont l-Artikolu 111 ta’ dak ir-Regolament, jew huma kkonċernati bid-deroga li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 69(5), jew fil-każ ta’ Malta, fl-Artikolu 69(1) ta’ dak ir-Regolament; u/jew
(b) sa 10%, jekk ikunu allokaw, matul tal-inqas sena waħda matul il-perjodu 2010-2013, aktar minn 5 % tal-ammont disponibbli tagħhom għall-għoti ta’ pagamenti diretti li hemm provvediment għalihom fit-Titoli III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, għall-iffinanzjar tal-miżuri stipulati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-appoġġ li hemm provvediment għalih fil-punti (i) sa (iv) tal-paragrafu 1(a) u l-paragrafi 1(b) u (e) tal-Artikolu 68 ta' dak ir-Regolament, jew il-miżuri skont il-Kapitolu 1, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6, tat-Titolu IV ta' dak ir-Regolament.
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4. Sal-1 ta’ Awwissu 2016, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw mill-ġdid id-deċiżjoni tagħhom skont il-paragrafi 1, 2 u 3 u jiddeċiedu, b’effett mill-2017:
4. Sal-1 ta’ Awwissu 2016, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw mill-ġdid id-deċiżjoni tagħhom skont il-paragrafi1 u 1a u jiddeċiedu, b’effett mill-2017:
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt a
(a) li jżidu l-perċentwali ffissat skont il-paragrafi 1, 2 u 3, fil-limiti stabbiliti hemmhekk u fejn japplika, u, fejn ikun jixraq, jimmodifikaw il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ;
(a) li jżidu l-perċentwali ffissat skont il-paragrafi 1 u 1a, fil-limiti stabbiliti hemmhekk u fejn japplika, u, fejn ikun jixraq, jimmodifikaw il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ;
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 5
5. Abbażi tad-deċiżjoni meħuda minn kull Stat Membru skont il-paragrafi 1 u 4 dwar il-proporzjon tal-limitu massimu nazzjonali li jkollu jintuża, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu massimu korrispondenti għall-appoġġ fuq bażi annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2).
5. Abbażi tad-deċiżjoni meħuda minn kull Stat Membru skont il-paragrafi 1, 1a u 4 dwar il-proporzjon tal-limitu massimu nazzjonali li jkollu jintuża, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa skont l-Artikolu 55 li tadotta atti delegati biex tiffissa l-limitu massimi korrispondenti għall-appoġġ fuq bażi annwali.
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 39a (ġdid)
Artikolu 39a
Appoġġ nazzjonali addizzjonali mhux obbligatorju
1.L-Istati Membri li jiddeċiedu li jintroduċu appoġġ akkoppjat volontarju fis-settur tal-baqar li jreddgħu skont l-Artikolu 38, jistgħu jagħtu primjum addizzjonali nazzjonali lill-bdiewa sabiex dawn ikomplu jżidu mal-appoġġ akkoppjat li jirċievu għall-istess sena kalendarja.
2.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-bdiewa dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti ta' dan l-appoġġ addizzjonali nazzjonali fl-istess ħin u bl-użu tal-istess arranġamenti bħal dawk għan-notifika ta' appoġġ akkoppjat.
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tapprova d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 39(3), jew, fejn huwa xieraq, fl-Artikolu 39(4), meta tintwera waħda mill-ħtiġijiet li ġejjin fir-reġjun jew fis-settur ikkonċernat:
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tapprova d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 39(4)(a), meta tingħata prova tal-eżistenza ta’ waħda mill-ħtiġijiet li ġejjin fir-reġjun jew fis-settur ikkonċernat:
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 47
Artikolu 47
Artikolu 47
Regoli ġenerali
Regoli ġenerali
1. Il-bdiewa li għandhom drittijiet għall-pagament allokati fl-2014 skont l-Artikolu 21 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 10(1) jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw fi skema simplifikata taħt kundizzjonajiet stipulati f’dan it-Titolu, minn issa 'l quddiem imsejħa “skema għall-bdiewa żgħar’.
1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skema simplifikata għall-bdiewa żgħar skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan it-Titolu. Jekk l-Istat Membru japplika skema bħal din, il-bdiewa li għandhom drittijiet għall-pagament allokati fl-2014 skont l-Artikolu 21 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 10(1) għandhom jipparteċipaw fl-iskema simplifikata taħt kundizzjonijiet stipulati f’dan it-Titolu (“skema għall-bdiewa żgħar’).
Bdiewa intitolati għal pagamenti ta’ anqas minn EUR 1 500 skont it-Titoli III u IV għandhom awtomatikament jiġu inklużi fl-iskema għall-bdiewa żgħar.
2. Il-pagamenti taħt l-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jissostitwixxu l-pagamenti li għandhom jingħataw skont it-Titoli III u IV.
2. Il-pagamenti taħt l-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jissostitwixxu l-pagamenti li għandhom jingħataw skont it-Titoli III u IV.
3. Il-bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom ikunu eżenti mill-prattiki agrikoli stabbiliti skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III.
3. Il-bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom ikunu eżenti mill-prattiki agrikoli stabbiliti skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ebda pagament ma jingħata lill-bdiewa li għalihom ikun stabbilit li, mid-data tal-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal dan ir-Regolament, ikunu qasmu l-impriża tagħhom bl-għan waħdieni li jibbenefikaw mill-iskema għall-bdiewa żgħar. Dan għandu japplika wkoll għall-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu r-riżultat ta’ qsim bħal dan.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ebda pagament ma jingħata lill-bdiewa li għalihom ikun stabbilit li, mid-data tal-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal dan ir-Regolament, ikunu qasmu l-impriża tagħhom bl-għan waħdieni li jibbenefikaw mill-iskema għall-bdiewa żgħar. Dan għandu japplika wkoll għall-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu r-riżultat ta’ qsim bħal dan.
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 48
Artikolu 48
Artikolu 48
Parteċipazzjoni
Parteċipazzjoni
Il-bdiewa li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jippreżentaw applikazzjoni sal-15 ta’ Ottubru 2014.
Il-lista ta’ bdiewa msemmija fl-Artikolu 47(1) għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet nazzjonali sal-15 ta’ Ottubru 2014.
Il-bdiewa li ma japplikawx għall-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa żgħar sal-15 ta’ Ottubru 2014 jew li jiddeċiedu li jirtiraw minnha wara dik id-data jew li jintagħżlu għall-appoġġ skont l-Artikolu 20(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru […] [RDR], ma għandux jibqagħlhom id-dritt li jipparteċipaw f'dik l-iskema.
Il-bdiewa msemmija fl-Artikolu 47(1) li jiddeċiedu li jirtiraw mill-iskema għall-bdiewa żgħar wara dik id-data jew li jintagħżlu għall-appoġġ skont l-Artikolu 20(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru […] [RDR], ma għandux jibqagħlhom id-dritt li jipparteċipaw f'dik l-iskema.
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 49
Artikolu 49
Artikolu 49
Ammont tal-pagament
Ammont tal-pagament
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont tal-pagament annwali għall-iskema għall-bdiewa żgħar f’wieħed mil-livelli li ġejjin, suġġett għall-paragrafi 2 u 3:
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont tal-pagament annwali għall-iskema għall-bdiewa żgħar f’wieħed mil-livelli li ġejjin, suġġett għall-paragrafi 2 u 3:
(a) ammont li ma jkunx aktar minn 15% tal-pagament medju nazzjonali għal kull benefiċjarju;
(a) ammont li ma jkunx aktar minn 25% tal-pagament medju nazzjonali għal kull benefiċjarju;
(b) ammont li jkun jikkorrispondi mal-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru mmultiplikat b’figura li tikkorrispondi għall-għadd ta’ ettari b’massimu ta’ tliet ettari.
(b) ammont li jkun jikkorrispondi mal-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru mmultiplikat b’figura li tikkorrispondi għall-għadd ta’ ettari b’massimu ta’ ħames ettari.
B’deroga mis-subparagrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-pagament annwali jkun daqs l-ammont li l-bidwi jkun intitolat għalih taħt l-Artikolu 18, l-Artikolu 29, l-Artikolu 34, l-Artikolu 36 u l-Artikolu 38 fis-sena tad-dħul fl-iskema, iżda mhux aktar minn EUR 1 500.
Il-medja nazzjonali msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u skont l-għadd ta’ bdiewa li jkunu kisbu drittijiet għall-pagament skont l-Artikolu 21(1).
Il-medja nazzjonali msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u skont l-għadd ta’ bdiewa li jkunu kisbu drittijiet għall-pagament skont l-Artikolu 21(1).
Il-medja nazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u skont l-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarata skont l-Artikolu 26 fl-2014.
Il-medja nazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u skont l-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarata skont l-Artikolu 26 fl-2014.
2. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux ikun inqas minn EUR 500 u mhux aktar minn EUR 1,000. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51(1), fejn l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tirriżulta f’ammont anqas minn EUR 500 jew ogħla minn EUR 1,000, l-ammont għandu jiżdied jew jitnaqqas għall-eqreb numru sħiħ, rispettivament, għall-ammont minimu jew massimu.
2. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux ikun inqas minn EUR 500 u mhux aktar minn EUR 1 500. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51(1), fejn l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tirriżulta f’ammont anqas minn EUR 500 jew ogħla minn EUR 1 500, l-ammont għandu jiżdied jew jitnaqqas għall-eqreb numru sħiħ, rispettivament, għall-ammont minimu jew massimu.
3. B’deroga mill-paragrafu 2, fil-Kroazja, Ċipru u Malta, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi stabbilit f’valur anqas minn EUR 500, iżda mhux anqas minn EUR 200.
3. B’deroga mill-paragrafu 2, fil-Kroazja, Ċipru u Malta, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi stabbilit f’valur anqas minn EUR 500, iżda mhux anqas minn EUR 200.
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 51
Artikolu 51
Artikolu 51
Dispożizzjonijiet finanzjarji
Dispożizzjonijiet finanzjarji
1. Sabiex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi f'dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammonti li jikkorrispondu mal-ammonti illi kieku kienu jkunu intitolati għalihom il-bdiewa żgħar bħala pagament bażiku msemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III, bħala pagament għall-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmi fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III u, fejn huwa applikabbli, bħala pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali msemmi fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III, bħala pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmi fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III u bħala appoġġ akkoppjat imsemmi fit-Titolu IV mill-ammonti totali disponibbli għall-pagamenti rispettivi.
1. Sabiex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi f'dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammonti li jikkorrispondu mal-ammonti illi kieku kienu jkunu intitolati għalihom il-bdiewa żgħar bħala pagament bażiku msemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III, bħala pagament għall-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmi fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III u, fejn huwa applikabbli, bħala pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali msemmi fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III, bħala pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmi fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III u bħala appoġġ akkoppjat imsemmi fit-Titolu IV mill-ammonti totali disponibbli għall-pagamenti rispettivi.
Id-differenza bejn is-somma tal-pagamenti kollha dovuti skont l-iskema għall-bdiewa żgħar u l-ammont totali ffinanzjat skont l-ewwel subparagrafu għandha tiġi ffinanzjata bl-applikazzjoni ta' tnaqqis lineari fuq il-pagamenti kollha li għandhom jingħataw skont l-Artikolu 25.
Id-differenza bejn is-somma tal-pagamenti kollha dovuti skont l-iskema għall-bdiewa żgħar u l-ammont totali ffinanzjat skont l-ewwel subparagrafu għandha tiġi ffinanzjata bl-applikazzjoni ta' tnaqqis lineari fuq il-pagamenti kollha li għandhom jingħataw skont l-Artikolu 25.
L-Istati Membri li jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(1) jistgħu japplikaw rati ta’ tnaqqis differenti fil-livell reġjonali.
L-elementi li abbażi tagħhom huma stabbiliti l-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jibqgħu l-istess għat-tul ta' żmien kollu tal-parteċipazzjoni tal-bidwi fl-iskema.
L-elementi li abbażi tagħhom huma stabbiliti l-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jibqgħu l-istess għat-tul ta' żmien kollu tal-parteċipazzjoni tal-bidwi fl-iskema.
2. Jekk l-ammont totali tal-pagamenti dovuti skont l-iskema għall-bdiewa żgħar jaqbeż l-10 % tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari fuq l-ammonti li għandhom jitħallsu skont dan it-Titolu sabiex jiġi rispettat dak il-perċentwali.
2. Jekk l-ammont totali tal-pagamenti dovuti skont l-iskema għall-bdiewa żgħar jaqbeż il-15% tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari fuq l-ammonti li għandhom jitħallsu skont dan it-Titolu sabiex jiġi rispettat dak il-perċentwali.
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da) arranġamenti għall-ġestjoni tal-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata, kif ukoll regoli dwar il-kontenut, il-forma, il-ħin, il-frekwenza u l-iskadenzi tan-notifiki;
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
(b) arranġamenti għall-ġestjoni tal-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata, kif ukoll regoli dwar il-kontenut, il-forma, il-ħin, il-frekwenza u l-iskadenzi tan-notifiki;
imħassar
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri li jkunu kemm meħtieġa kif ukoll ġustifikabbli f’emerġenza, għar-riżoluzzjoni ta’ problemi speċifiċi. Miżuri bħal dawn jistgħu jidderogaw minn dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda biss sakemm, u għal dak il-perjodu li fih ikunu strettament meħtieġa. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2).
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 li jkunu kemm meħtieġa kif ukoll ġustifikabbli f’emerġenza, għar-riżoluzzjoni ta’ problemi speċifiċi. Atti delegati bħal dawn jistgħu jidderogaw minn dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda biss sakemm, u għal dak il-perjodu li fih ikunu strettament meħtieġa.
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 2
2. Għal raġunijiet indispensabbli b’mod ġustifikat ta’ urġenza relatati mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 56(3).
2. Fejn, b’relazzjoni mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jesiġu dan, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 55a għal atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 2
2. Id-delega ta’ setgħa msemmija f’dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Is- setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli [...] għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgha ddelegata mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul ta’ żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew l-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 55a (ġdid)
Artikolu 55a
Proċedura ta' urġenza
1.Atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.
2.Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 55(5). F’każ ta’ dan it-tip, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 58a (ġdid)
Artikolu 58a
Rappurtar
Sal-1 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ proposti leġiżlattivi adatti.