Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2013 dwar dwar il-ftuħ u l-mandat tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (COM(2011)0627/3 – C7-0340/2011 – COM(2012)0553 – C7-0313/2012 – 2011/0282(COD) – 2013/2530(RSP))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 70(2) u l-Artikolu 70a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
billi l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva huwa biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil dwar il-proposta għal regolament li tistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;
jiddeċiedi li jiftaħ negozjati interistituzzjonali fuq il-bażi tal-mandat li ġej:
MANDAT
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 1
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Ġustifikazzjoni
Kjarifika. L-istess bażi ġuridika għandha tintuża għall-atti leġiżlattivi kollha tal-pakkett ta' riforma.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Sabiex jiġu żgurati l-bidu immedjat u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-programmi għall-iżvilupp rurali, l-appoġġ mill-FAEŻR għandu jkun ibbażat fuq l-eżistenza ta' kundizzjonijiet ta' qafas amministrattiv tajjeb. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonalitajiet ex ante. Kull Stat Membru għandu jipprepara jewprogramm nazzjonali għall-iżvilupp rurali għat-territorju kollu tiegħu jew sett ta' programmi reġjonali. Kull programm għandu jidentifika strateġija li tilħaq il-miri b'rabta mal-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali u għażla ta' miżuri. L-ipprogrammar għandu jikkonforma mal-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, filwaqt li jkun adattat għal kuntesti nazzjonali u jikkumplimenta l-politiki l-oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-politika tas-suq agrikolu, il-politika ta' koeżjoni u l-politika komuni tas-sajd. L-Istati Membri li jagħżlu sett ta' programmi reġjonali għandhom ikunu kapaċi li jħejju wkoll qafas nazzjonali, mingħajr allokazzjoni baġitarja separata, sabiex jiffaċilitaw il-koordinazzjoni fost ir-reġjuni biex jindirizzaw l-isfidi nazzjonali.
(8) Sabiex jiġu żgurati l-bidu immedjat u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-programmi għall-iżvilupp rurali, l-appoġġ mill-FAEŻR għandu jkun ibbażat fuq l-eżistenza ta' kundizzjonijiet ta' qafas amministrattiv tajjeb. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonalitajiet ex ante. Kull Stat Membru għandu jipprepara jewprogramm nazzjonali għall-iżvilupp rurali għat-territorju kollu tiegħu jew sett ta' programmi reġjonali. Kull programm għandu jidentifika strateġija li tilħaq il-miri b'rabta mal-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali u għażla ta' miżuri. L-ipprogrammar għandu jikkonforma mal-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, filwaqt li jkun adattat għal kuntesti nazzjonali u jikkumplimenta l-politiki l-oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-politika tas-suq agrikolu, il-politika ta' koeżjoni u l-politika komuni tas-sajd. L-Istati Membri li jagħżlu sett ta' programmi reġjonali għandhom ikunu kapaċi li jħejju wkoll programm nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-livell nazzjonali jew qafas nazzjonali, sabiex jiffaċilitaw il-koordinazzjoni fost ir-reġjuni biex jindirizzaw l-isfidi nazzjonali.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti regoli għall-ipprogrammar u għar-reviżjoni ta' programmi ta' żvilupp rurali. Għandha tiġi prevista proċedura eħfef għar-reviżjonijiet li taffettwax l-istrateġija tal-programmi jew il-kontribuzzjonijiet finanzjarji rispettivi tal-Unjoni.
(12) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti regoli għall-ipprogrammar u għar-reviżjoni ta' programmi ta' żvilupp rurali. Għandha tiġi prevista proċedura semplifikata għar-reviżjonijiet li taffettwax l-istrateġija tal-programmi jew il-kontribuzzjonijiet finanzjarji rispettivi tal-Unjoni.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta' emendi fil-programm, is-setgħa li jiġu adottati atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-kriterji li fuq il-bażi tagħhom il-bidliet proposti tal-miri kwantifikati tal-programmi għandhom jitqiesu bħala ewlenin, biex b'hekk jagħtu bidu għall-modifiki tal-programm permezz ta' att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 91 ta' dan ir-Regolament.
(13) Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta' emendi fil-programm, is-setgħa li jiġu adottati atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-kriterji li jiddefinixxu stabbiliment mill-ġdid maġġuri tal-miri kwantifikati.
Ġustifikazzjoni
Il-bidliet fil-programmi mhumiex purament deċiżjonijiet tekniċi.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) Is-servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli jgħinu lill-bdiewa, lis-sidien tal-foresti u lill-SMEs f'żoni rurali biex itejbu l-ġestjoni sostenibbli u l-prestazzjoni kumplessiva tal-azjenda jew in-negozju tagħhom. Għaldaqstant, għandu jiġi mħeġġeġ kemm it-twaqqif ta' dawn is-servizzi u kif ukoll l-użu ta' servizzi ta' konsulenza minn bdiewa, sidien tal-foresti u SMEs. Sabiex jittejbu l-kwalità u l-effikaċja tal-pariri offruti, għandhom jiġu previsti l-kwalifiki minimi u t-taħriġ regolari tal-konsulenti. Is-servizzi konsultattivi tal-biedja, kif provduti fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru HR/2012 ta' …, għandhom jgħinu lill-bdiewa biex jivvalutaw il-prestazzjoni tal-azjenda agrikola tagħhom u jidentifikaw it-titjib meħtieġ fir-rigward tar-rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni, il-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba, il-prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent stabbiliti fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru DP/2012 ta' …, ir-rekwiżiti jew l-azzjonijiet relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-bijodiversità, il-protezzjoni tal-ilma, in-notifikar ta' mard tal-annimali u l-innovazzjoni, għall-inqas kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru HR/2012. Fejn ikun rilevanti, il-pariri għandhom ikopru wkoll l-istandards tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol. Il-pariri jistgħu jkopru wkoll kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni ekonomika, agrikola u ambjentali tal-azjenda jew l-intrapriża. Is-servizzi ta' ġestjoni u ta' għajnuna b'rabta mal-azjendi agrikoli għandhom jgħinu lill-bdiewa jtejbu u jiffaċilitaw il-ġestjoni tal-azjenda tagħhom.
(16) Is-servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli jgħinu lill-bdiewa, lis-sidien tal-foresti u lill-SMEs f'żoni rurali biex itejbu l-ġestjoni sostenibbli u l-prestazzjoni kumplessiva tal-azjenda jew in-negozju tagħhom. Għaldaqstant, għandu jiġi mħeġġeġ kemm it-twaqqif ta' dawn is-servizzi u kif ukoll l-użu ta' servizzi ta' konsulenza minn bdiewa, sidien tal-foresti u SMEs. Sabiex jittejbu l-kwalità u l-effikaċja tal-pariri offruti, għandhom jiġu previsti l-kwalifiki minimi u t-taħriġ regolari tal-konsulenti. Is-servizzi konsultattivi tal-biedja, kif provduti fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru HR/2013 ta' …, għandhom jgħinu lill-bdiewa biex jivvalutaw il-prestazzjoni tal-azjenda agrikola tagħhom u jidentifikaw it-titjib meħtieġ fir-rigward tar-rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni, il-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba, il-prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent stabbiliti fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru PD/2013 ta' …, ir-rekwiżiti jew l-azzjonijiet relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-bijodiversità, il-protezzjoni tal-ilma, in-notifikar ta' mard tal-annimali u l-innovazzjoni, għall-inqas kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru HR/2013. Meta rilevanti, il-pariri għandhom ikopru wkoll l-istandards tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol jew l-azjenda agrikola. Il-pariri jistgħu jkopru wkoll l-appoġġ għall-istabbiliment ta' bdiewa żgħażagħ, l-iżvilupp sostenibbli tal-attivitajiet ekonomiċi tal-azjenda, l-ipproċessar lokali u kwistjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni relatati mal-prestazzjoni ekonomika, agrikola u ambjentali tal-azjenda jew l-intrapriża. Is-servizzi ta' ġestjoni u ta' għajnuna b'rabta mal-azjendi agrikoli għandhom jgħinu lill-bdiewa jtejbu u jiffaċilitaw il-ġestjoni tal-azjenda tagħhom.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjendi agrikoli u l-intrapriżi rurali, sabiex tittejjeb l-effikaċja tas-settur tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, sabiex tiġi provduta l-infrastruttura meħtieġa għall-iżvilupp fl-agrikoltura u sabiex jiġu appoġġjati l-investimenti mhux remunerattivi meħtieġa għall-ilħuq tal-għanijiet ambjentali, għandu jingħata appoġġ lill-investimenti fiżiċi li jikkontribwixxu għal dawn l-għanijiet. Matul il-perjodu ta' pprogrammar 2007-2013, varjetà ta' miżuri koprew oqsma differenti ta' intervent. Fl-interess tas-simplifikazzjoni iżda wkoll biex il-benefiċjarji jkunu jistgħu jfasslu u jwettqu proġetti integrati b'iżjed valur miżjud, miżura waħda għandha tkopri t-tipi kollha ta' investimenti fiżiċi. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu limitu minimu għall-azjendi agrikoli eliġibbli għall-għajnuna għal investimenti relatati mal-appoġġ tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli abbażi tar-riżultati tal-analiżi tal-preġji, id-dgħjufijiet, l-opportunitajiet u t-theddid (“SWOT” - Strengths, Weaknesses, Opportunities and Threats) bħala mezz biex l-għajnuna tkun indirizzata.
(19) Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjendi agrikoli u l-intrapriżi rurali, sabiex tittejjeb l-effikaċja tas-settur tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, sabiex tiġi provduta l-infrastruttura meħtieġa għall-iżvilupp fl-agrikoltura u sabiex jiġu appoġġjati l-investimenti mhux remunerattivi meħtieġa għall-ilħuq tal-għanijiet ambjentali, għandu jingħata appoġġ lill-investimenti fiżiċi li jikkontribwixxu għal dawn l-għanijiet. Matul il-perjodu ta' pprogrammar 2007-2013, varjetà ta' miżuri koprew oqsma differenti ta' intervent. Fl-interess tas-simplifikazzjoni iżda wkoll biex il-benefiċjarji jkunu jistgħu jfasslu u jwettqu proġetti integrati b'iżjed valur miżjud, miżura waħda għandha tkopri t-tipi kollha ta' investimenti fiżiċi.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 21
(21) Il-ħolqien u l-iżvilupp ta' attività ekonomika ġdida fil-forma ta' azjendi agrikoli ġodda, negozji ġodda jew investimenti ġodda f'attivitajiet mhux agrikoli huma essenzjali għall-iżvilupp u l-kompetittività taż-żoni rurali. Miżura għall-iżvilupp tal-azjendi agrikoli u n-negozji għandha tiffaċilita l-istabbiliment inizjali ta' bdiewa żgħażagħ u l-aġġustament strutturali tal-azjendi tagħhom wara t-twaqqif inizjali, id-diversifikazzjoni tal-bdiewa f'attivitajiet mhux agrikoli u t-twaqqif u l-iżvilupp ta' SMEs mhux agrikoli f'żoni rurali. Għandu jkun inkoraġġit ukoll l-iżvilupp ta' azjendi agrikoli żgħar li potenzjalment huma ekonomikament vijabbli. Sabiex tkun żgurata l-vijabbiltà ta' attivitajiet ekonomiċi ġodda appoġġjati minn din il-miżura, l-appoġġ għandu jkun kundizzjonali fuq it-tressiq ta' pjan ta' negozju. L-appoġġ għal bidu ta' negozju għandu jkopri biss il-perjodu inizjali tal-ħajja ta' negozju u ma għandux isir għajnuna għall-operat. Għalhekk, meta l-Istati Membri jagħżlu li jagħtu għajnuna f'pagamenti, dawn ħandhom ikunu għal perjodu ta' mhux iktar minn ħames snin. Barra minn hekk, sabiex ikun inkoraġġit ir-ristrutturar tas-settur agrikolu, għandu jkun ipprovdut appoġġ fil-forma ta' pagamenti annwali għall-bdiewa parteċipanti fl-iskemi ta' bdiewa żgħar stabbilita bit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru DP/2012 li jimpenjaw ruħhom li jitrasferixxu l-impriża kollha tagħhom u l-intitolamenti ta' pagament korrispondenti għal bidwi ieħor li ma jipparteċipax fl-iskema.
(21) Il-ħolqien u l-iżvilupp ta' attività ekonomika ġdida fil-forma ta' azjendi agrikoli ġodda, fergħat kummerċjali ġodda, negozji ġodda relatati mal-agrikoltura jew il-forestrija jew investimenti ġodda f'attivitajiet mhux agrikoli, investimenti ġodda fl-agrikoltura soċjali u investimenti ġodda fl-attivitajiet turistiċi, huma essenzjali għall-iżvilupp u l-kompetittività taż-żoni rurali. Miżura għall-iżvilupp tal-azjendi agrikoli u n-negozji għandha tiffaċilita l-istabbiliment inizjali ta' bdiewa żgħażagħ u l-aġġustament strutturali tal-azjendi tagħhom wara t-twaqqif inizjali, u għandha tippromwovi l-intraprenditorija fost in-nisa, inkluż fir-rigward tad-diversifikazzjoni tal-bdiewa f'attivitajiet mhux agrikoli u t-twaqqif u l-iżvilupp ta' SMEs mhux agrikoli f'żoni rurali. Għandu jkun inkoraġġit ukoll l-iżvilupp ta' impriżi żgħar relatati mal-agrikoltura u mal-forestrija li potenzjalment huma ekonomikament vijabbli. Sabiex tkun żgurata l-vijabbiltà ta' attivitajiet ekonomiċi ġodda appoġġjati minn din il-miżura, l-appoġġ għandu jkun kundizzjonali fuq it-tressiq ta' pjan ta' negozju. L-appoġġ għal bidu ta' negozju għandu jkopri biss il-perjodu inizjali tal-ħajja ta' negozju u ma għandux isir għajnuna għall-operat. Għalhekk, meta l-Istati Membri jagħżlu li jagħtu għajnuna f'pagamenti, dawn ħandhom ikunu għal perjodu ta' mhux iktar minn ħames snin. Barra minn hekk, sabiex ikun inkoraġġit ir-ristrutturar tas-settur agrikolu, għandu jkun ipprovdut appoġġ għall-bdiewa li jimpenjaw ruħhom li jitrasferixxu l-impriża kollha tagħhom u l-intitolamenti ta' pagament korrispondenti għal bidwi ieħor. Sabiex din il-miżura tkun aktar attraenti, tali appoġġ għandu jingħata bħala pagament ta' darba.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 22
(22) L-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija rurali tal-Unjoni. L-iżvilupp tan-negozju tal-biedja u dak mhux agrikolu għandu jkun immirat lejn il-promozzjoni tal-impjiegi u l-ħolqien ta' xogħlijiet ta' kwalità fiż-żoni rurali, iż-żamma tax-xogħlijiet li diġà jeżistu, it-tnaqqis taċ-ċaqliq staġjonali b'rabta mal-impjiegi, l-iżvilupp ta' setturi mhux agrikoli barra l-agrikoltura u l-ipproċessar agrikolu u tal-ikel filwaqt li fl-istess ħin jitrawmu l-integrazzjoni tan-negozju u r-rabtiet intersettorjali lokali. Għandhom jiġu mħeġġa wkoll proġetti li fl-istess ħin jintegraw l-agrikoltura, it-turiżmu rurali permezz tal-promozzjoni ta' turiżmu sostenibbli u responsabbli fiż-żoni rurali, il-wirt naturali u kulturali kif ukoll l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli.
(22) L-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija sostenibbli rurali tal-Unjoni. L-iżvilupp tan-negozju tal-biedja u dak mhux agrikolu għandu jkun immirat lejn il-promozzjoni tal-impjiegi u l-ħolqien ta' xogħlijiet ta' kwalità fiż-żoni rurali, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ, kif ukoll iż-żamma tax-xogħlijiet li diġà jeżistu, it-tnaqqis taċ-ċaqliq staġjonali b'rabta mal-impjiegi, l-iżvilupp ta' setturi mhux agrikoli barra l-agrikoltura u l-ipproċessar agrikolu u tal-ikel filwaqt li fl-istess ħin jitrawmu l-integrazzjoni tan-negozju u r-rabtiet intersettorjali lokali f'konformità mal-iżvilupp reġjonali sostenibbli. Għandhom jiġu mħeġġa wkoll proġetti li fl-istess ħin jintegraw l-agrikoltura, it-turiżmu rurali permezz tal-promozzjoni ta' turiżmu sostenibbli u responsabbli fiż-żoni rurali, il-wirt naturali u kulturali kif ukoll l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli. L-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali għandu jissaħħaħ billi jiġu promossi r-rabtiet urbani u rurali u l-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 27
(27) Gruppi ta' produtturi jgħinu lill-bdiewa jaffaċċjaw b'mod konġunt l-isfidi li jirriżultaw minn iktar kompetizzjoni u mill-konsolidazzjoni tas-swieq downstream b'relazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tagħhom inkluż fis-swieq lokali. It-twaqqif ta' gruppi ta' produtturi għandu għaldaqstant jiġi mħeġġeġ. Sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji limitati, il-gruppi ta' produtturi li jikkwalifikaw bħala SMEs biss għandhom jibbenefikaw mill-appoġġ. Sabiex ikun żgurat li grupp ta' produtturi jsir entità vijabbli, għandu jitressaq pjan ta' negozju bħala kundizzjoni għar-rikonoxximent ta' grupp ta' produtturi minn Stati Membri. Sabiex ikun evitat li tiġi pprovduta għajnuna operattiva u jinżamm ir-rwol inċentiv ta' appoġġ, it-tul massimu tiegħu għandu jkun limitat għal ħames snin.
(27) Gruppi u organizzazzjonijiet ta' produtturi jgħinu lill-bdiewa jaffaċċjaw b'mod konġunt l-isfidi li jirriżultaw minn iktar kompetizzjoni u mill-konsolidazzjoni tas-swieq downstream b'relazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tagħhom inkluż fis-swieq lokali. It-twaqqif u l-iżvilupp ta' gruppi ta' produtturi għandu għaldaqstant jiġi mħeġġeġ. Sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji limitati, il-gruppi ta' produtturi li jikkwalifikaw bħala SMEs biss għandhom jibbenefikaw mill-appoġġ. Sabiex ikun żgurat li grupp ta' produtturi jsir entità vijabbli, għandu jitressaq pjan ta' negozju bħala kundizzjoni għar-rikonoxximent ta' grupp ta' produtturi minn Stati Membri. Sabiex ikun evitat li tiġi pprovduta għajnuna operattiva u jinżamm ir-rwol inċentiv ta' appoġġ, it-tul massimu tiegħu għandu jkun limitat għal ħames snin.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 28
(28) Il-pagamenti agroambjentali klimatiċi għandhom ikomplu jkollhom irwol prominenti fl-appoġġ tal-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali u fir-reazzjoni għad-domanda dejjem tiżdied tas-soċjetà għal servizzi ambjentali. Għandhom jinkoraġġixxu iktar lill-bdiewa u lill-maniġers tal-art biex iservu lis-soċjetà kollha billi jintroduċu jew ikomplu japplikaw prattiki agrikoli li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u li jkunu kompatibbli mal-ħarsien u t-titjib tal-ambjent, il-pajsaġġ u l-karatteristiċi tiegħu, ir-riżorsi naturali, il-ħamrija u d-diversità ġenetika. F'dan il-kuntest, il-konservazzjoni tar-risorsi ġenetiċi fl-agrikoltura u l-bżonnijiet addizzjonali tas-sistemi tal-agrikoltura li għandhom valur naturali għoli għandhom jingħataw attenzjoni speċifika. Il-pagamenti għandhom jikkontribwixxu biex ikopru spejjeż addizzjonali u dħul mitluf b'konsegwenza tal-impenn li jkun ittieħed, u għandhom ikopru biss impenji li jmorru lil hinn mill-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji rilevanti, skont il-prinċipju ta' “min iħammeġ iħallas”. F'ħafna sitwazzjonijiet, is-sinerġiji li jirriżultaw mill-impenji li ttieħdu b'mod konġunt minn grupp ta' bdiewa jimmoltiplikaw il-benefiċċju ambjentali u tal-klima. Madankollu, azzjoni konġunta twassal għal spejjeż addizzjonali għat-tranżazzjonijiet li għandhom ikun kkumpensati b'mod xieraq. Sabiex ikun żgurat li l-bdiewa u maniġers oħra tal-art huma f'pożizzjoni li jimplimentaw b'mod korrett l-impenji li ħadu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jipprovdulhom il-ħiliet u l-għarfien meħtieġa. L-Istati Membri għandhom iżommu l-livell tal-isforz li għamlu matul il-perjodu ta' programmazzjoni l-2007 u l-2013 u għandhom jonfqu minimu ta' 25 % tal-kontribuzzjoni totali mill-FAEŻR għal kull programm ta' żvilupp rurali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, permezz tal-miżuri agroambjentali klimatiċi, il-biedja organika u pagamenti għal żoni li jaffaċċjaw limitazjonijiet naturali jew speċifiċi oħra.
(28) Il-pagamenti agroambjentali klimatiċi għandhom ikomplu jkollhom irwol prominenti fl-appoġġ tal-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali u fir-reazzjoni għad-domanda dejjem tiżdied tas-soċjetà għal servizzi ambjentali. Dawn għandhom, bħala prijorità, jinkoraġġixxu lill-bdiewa biex iservu lis-soċjetà kollha billi jintroduċu jew ikomplu japplikaw prattiki agrikoli li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u li jkunu kompatibbli mal-ħarsien u t-titjib tal-ambjent, il-pajsaġġ u l-karatteristiċi tiegħu, ir-riżorsi naturali, il-ħamrija u d-diversità ġenetika. F'dan il-kuntest, il-konservazzjoni tar-risorsi ġenetiċi fl-agrikoltura u l-bżonnijiet addizzjonali tas-sistemi tal-agrikoltura li għandhom valur naturali għoli għandhom jingħataw attenzjoni speċifika. Il-pagamenti għandhom jikkontribwixxu biex ikopru spejjeż addizzjonali u dħul mitluf b'konsegwenza tal-impenn li jkun ittieħed. Ir-riżultat ta' miżuri agroalimentari rikonoxxuti għandhom iservu biex ikunu ssodisfati l-impenji ekoloġiċi fil-kuntest tal-iskema tal-pagamenti diretti. F'ħafna sitwazzjonijiet, is-sinerġiji li jirriżultaw mill-impenji li ttieħdu b'mod konġunt minn grupp ta' bdiewa jimmoltiplikaw il-benefiċċju ambjentali u tal-klima. Madankollu, azzjoni konġunta twassal għal spejjeż addizzjonali għat-tranżazzjonijiet li għandhom ikun kkumpensati b'mod xieraq. Sabiex ikun żgurat li l-bdiewa huma f'pożizzjoni li jimplimentaw b'mod korrett l-impenji li ħadu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jipprovdulhom il-ħiliet u l-għarfien meħtieġa. L-Istati Membri għandhom iżommu l-livell tal-isforz li għamlu matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007–2013. Huma għandhom ukoll jintalbu jonfqu minimu ta' 25 % tal-kontribuzzjoni totali mill-FAEŻR għal kull programm ta' żvilupp rurali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, permezz tal-miżuri agroambjentali klimatiċi, il-biedja organika u pagamenti għal żoni li jaffaċċjaw limitazzjonijiet naturali jew speċifiċi oħra. Il-ġestjonarji tal-azjendi agrikoli għandhom ikunu eliġibbli għal din il-miżura bħala prijorità.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 30
(30) Il-pagamenti għall-konverżjoni lejn jew il-ħarsien tal-biedja organika għandhom jinkoraġġixxu lill-bdiewa biex jipparteċipaw f'dawn l-iskemi u b'hekk iwieġbu għad-domanda li qed tiżdied fis-soċjetà għall-użu ta' prattiki tal-biedja li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u għal standards għolja ta' benessri tal-annimali. Sabiex tiżdied is-sinerġija b'rabta mal-benefiċċji tal-bijodiversità mogħtija b'din il-miżura, għandhom jiġu mħeġġa kuntratti kollettivi jew kollaborazzjoni bejn il-bdiewa biex jiġu koperti żoni ikbar li jmissu ma' xulxin. Sabiex jiġi evitat li ħafna bdiewa jmorru lura għall-biedja konvenzjonali, għandhom jiġu appoġġjati kemm miżuri ta' konverżjoni u kif ukoll miżuri ta' żamma. Il-pagamenti għandhom jikkontribwixxu biex ikopru spejjeż addizzjonali mġarrba u dħul mitluf b'konsegwenza tal-impenn li jkun ittieħed, u għandhom ikopru biss l-impenji li jmorru lil hinn mill-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji rilevanti.
(30) Il-pagamenti għall-konverżjoni lejn jew il-ħarsien tal-biedja organika għandhom jinkoraġġixxu lill-bdiewa biex jipparteċipaw f'dawn l-iskemi u b'hekk iwieġbu għad-domanda li qed tiżdied fis-soċjetà għall-użu ta' prattiki tal-biedja li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u għal standards għolja ta' benessri tal-annimali. Sabiex tiżdied is-sinerġija b'rabta mal-benefiċċji tal-bijodiversità mogħtija b'din il-miżura, għandhom jiġu mħeġġa kuntratti kollettivi jew kooperazzjoni bejn il-bdiewa u ġestjonarji oħra tal-art biex jiġu koperti żoni ikbar li jmissu ma' xulxin. Sabiex jiġi evitat li ħafna bdiewa jmorru lura għall-biedja konvenzjonali, għandhom jiġu appoġġjati kemm miżuri ta' konverżjoni u kif ukoll miżuri ta' żamma. Il-pagamenti għandhom jikkontribwixxu biex ikopru spejjeż addizzjonali mġarrba u dħul mitluf b'konsegwenza tal-impenn li jkun ittieħed, u għandhom ikopru biss l-impenji li jmorru lil hinn mill-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji rilevanti.
Ġustifikazzjoni
Ara l-emenda korrispondenti għall-Artikolu 30.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 33
(33) Sabiex ikun żgurat użu effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni u trattament ugwali għall-bdiewa fl-Unjoni, iż-żoni muntanjużi u ż-żoni li jaffaċċjaw limitazzjonijiet naturali jew speċifiċi oħra għandhom ikunu definiti f'konformità ma' kriterji oġġettivi. Fil-każ ta' żoni li jaffaċċjaw limitazzjonijiet naturali, dawn għandhom ikunu kriterji bijofiżiċi sostnuti b'evidenza xjentifika qawwija. Għandhom ikunu adottati arranġamenti tranżizzjonali sabiex tkun iffaċilitata t-tneħħija gradwali ta' pagamenti f'żoni li mhux se jibqgħu jkunu meqjusa bħala li jaffaċċjaw limitazzjonijiet naturali bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji.
(33) Sabiex ikun żgurat użu effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni u trattament ugwali għall-bdiewa fl-Unjoni, iż-żoni muntanjużi u ż-żoni li jaffaċċjaw limitazzjonijiet naturali jew speċifiċi oħra għandhom ikunu definiti f'konformità ma' kriterji oġġettivi. Fil-każ ta' żoni li jaffaċċjaw limitazzjonijiet naturali, dawn għandhom ikunu kriterji bijofiżiċi sostnuti b'evidenza xjentifika qawwija. Sal-31 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar l-istabbiliment ta' kriterji bijofiżiċi obbligatorji u l-valuri ta' limitu minimu korrispondenti li għandhom jiġu applikati għad-delimitazzjoni ġejjiena, kif ukoll ir-regoli xierqa għat-titjib tad-dettalji u għal arranġamenti tranżitorji.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 37
(37) Illum il-bdiewa huwa esposti għal riskji ekonomiċi u ambjentali dejjem jiżdiedu bħala konsegwenza għat-tibdil fil-klima u l-volatilità tal-prezzijiet dejjem tiżdied. F'dan il-kuntest, il-ġestjoni effettiva tar-riskji għandha importanza ikbar għall-bdiewa. Għal din ir-raġuni, għandha tiġi stabbilita miżura għall-ġestjoni tar-riskju li tgħin lill-bdiewa jindirizzaw l-iktar riskji komuni affaċċjati minnhom. Għalhekk, din il-miżura għandha tappoġġja lill-bdiewa biex ikopru l-primjums li jħallsu għall-assigurazzjoni tal-uċuħ tar-raba, tal-annimali u tal-pjanti kif ukoll l-istabbiliment ta' fondi mutwi u l-kumpens imħallas minn dawn il-fondi lill-bdiewa għat-telf li jġarrbu bħala riżultat ta' tifqigħ ta' mard tal-annimali jew tal-pjanti jew minħabba inċidenti ambjentali. Għandha tkopri wkoll strument għall-istabbilizzazzjoni tas-suq fil-forma ta' fond mutwu bħala appoċċ lill-bdiewa li jaffaċċjaw tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom. Sabiex ikun żgurat li hemm trattament ugwali fost il-bdiewa fl-Unjoni, li ma hemmx tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u li l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni huma rispettati, għandhom jiġu pprovduti kundizzjonijiet speċifiċi għall-għoti ta' apoġġ taħt dawn il-miżuri. Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u effettiv tar-riżorsi baġitarji tal-FAEŻR, is-setgħa li jiġu adottati atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni tat-tul ta' żmien minimu u massimu tas-self kummerċjali lill-fondi mutwi.
(37) Illum il-bdiewa huwa esposti għal riskji ekonomiċi u ambjentali dejjem jiżdiedu bħala konsegwenza għat-tibdil fil-klima u l-volatilità tal-prezzijiet dejjem tiżdied. F'dan il-kuntest, il-ġestjoni effettiva tar-riskji għandha importanza ikbar għall-bdiewa. Għal din ir-raġuni, għandha tiġi stabbilita miżura għall-ġestjoni tar-riskju li tgħin lill-bdiewa jindirizzaw l-iktar riskji komuni affaċċjati minnhom. Għalhekk, din il-miżura għandha tappoġġja lill-bdiewa jew gruppi ta' bdiewa biex ikopru l-primjums li jħallsu għall-assigurazzjoni tal-uċuħ tar-raba', tal-annimali u tal-pjanti kif ukoll l-istabbiliment ta' fondi mutwi u l-kumpens imħallas minn dawn il-fondi lill-bdiewa għat-telf li jġarrbu bħala riżultat ta' tifqigħ ta' mard tal-annimali jew tal-pjanti, organiżmi dannużi, minħabba inċidenti ambjentali jew avvenimenti klimatiċi avversi. Għandha tkopri wkoll strument għall-istabbilizzazzjoni tas-suq fil-forma ta' fond mutwu jew kuntratt tal-assigurazzjoni bħala appoġġ lill-bdiewa li jaffaċċjaw tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom. Sabiex ikun żgurat li hemm trattament ugwali fost il-bdiewa fl-Unjoni, li ma hemmx tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u li l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni huma rispettati, għandhom jiġu pprovduti kundizzjonijiet speċifiċi għall-għoti ta' apoġġ taħt dawn il-miżuri. Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u effettiv tar-riżorsi baġitarji tal-FAEŻR, is-setgħa li jiġu adottati atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni tat-tul ta' żmien minimu u massimu tas-self kummerċjali lill-fondi mutwi.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 38
(38) L-approċċ LEADER għall-iżvilupp lokali, fuq medda ta' snin, ta prova tal-utilità tiegħu fil-promozzjoni tal-iżvilupp ta' żoni rurali billi jikkunsidra b'mod sħiħ il-ħtiġijiet multisettorjali għal żvilupp rurali endoġeniku permezz tal-approċċ minn isfel għal fuq tiegħu. Il-LEADER għandu għaldaqstant jitkompla fil-futur u l-applikazzjoni tiegħu għandha tibqa' obbligatorja għall-programmi kollha ta' żvilupp rurali.
(38) L-approċċ LEADER għall-iżvilupp lokali, fuq medda ta' snin, ta prova tal-utilità tiegħu fil-promozzjoni tal-iżvilupp ta' żoni rurali billi jikkunsidra b'mod sħiħ il-ħtiġijiet multisettorjali għal żvilupp rurali endoġeniku permezz tal-approċċ minn isfel għal fuq tiegħu. Il-LEADER għandu għaldaqstant jitkompla fil-futur u l-applikazzjoni tiegħu għandha tibqa' obbligatorja għall-programmi kollha ta' żvilupp rurali. Għandhom jiġi esplorati iktar is-sinerġiji permezz tal-kooperazzjoni mal-atturi tal-iżvilupp lokali fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, filwaqt li jiġi rrispettat bis-sħiħ l-għarfien tradizzjonali kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika, bil-għan li jiġu promossi prattiki agrikoli sostenibbli, kompatibbli mal-ħarsien u t-titjib tal-ambjent, il-ħamrija u d-diversità ġenetika.
Ġustifikazzjoni
L-għarfien tradizzjonali u lokali u l-innovazzjoni bbażata fuq il-komunità jikkostitwixxu qasam estensiv ta' għarfien prattiku akkumulat u kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-għarfien meħtieġ jekk l-għanijiet ta' sostenibilità u żvilupp iridu jintlaħqu. L-esplorazzjoni tas-sinerġiji permezz tal-kooperazzjoni mal-atturi tal-iżvilupp lokali għandha kif xieraq tkun konformi mal-prinċipji stabbiliti fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar il-Bijodiversità u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni fir-rigward tal-ħarsien tal-għarfien tradizzjonali u l-prattiki tal-komunitajiet indiġeni u lokali.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 40
(40) L-appoġġ għall-iżvilupp lokali tal-LEADER mill-FAEŻR għandu jkopri l-aspetti kollha tal-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-iżvilupp lokali u l-operat tal-gruppi ta' azzjoni lokali kif ukoll il-kooperazzjoni fost territorji u gruppi li jwettqu żvilupp lokali minn isfel għal fuq u mmexxi mill-komunità. Sabiex sħab f'żoni rurali li għadhom mhux qed japplikaw il-LEADER ikunu jistgħu jittestjaw u jippreparaw għat-tfassil u l-operat ta' strateġija tal-iżvilupp lokali, għandu jiġi ffinanzjat ukoll “kitt tal-bidu tal-LEADER”. Sabiex jiġi żgurat użu effiċjenti u effettiv tar-riżorsi baġitarji tal-FAEŻR, is-setgħa li jiġu adottati atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tipi tad-definizzjoni dettaljata tal-ispejjeż għall-attivitajiet eliġibbli tal-gruppi ta' azzjoni lokali.
(40) L-appoġġ għall-iżvilupp lokali tal-LEADER mill-FAEŻR għandu jkopri l-aspetti kollha tal-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-iżvilupp lokali u l-operat tal-gruppi ta' azzjoni lokali li fihom it-teħid tad-deċiżjonijiet huwa mmexxi mill-komunità u jseħħ bi sħubija mal-atturi relevanti l-oħra, kif ukoll il-kooperazzjoni fost territorji u gruppi li jwettqu żvilupp lokali minn isfel għal fuq u mmexxi mill-komunità. Sabiex sħab f'żoni rurali li għadhom mhux qed japplikaw il-LEADER ikunu jistgħu jittestjaw u jippreparaw għat-tfassil u l-operat ta' strateġija tal-iżvilupp lokali, għandu jiġi ffinanzjat ukoll “kitt tal-bidu tal-LEADER”. Sabiex jiġi żgurat użu effiċjenti u effettiv tar-riżorsi baġitarji tal-FAEŻR u l-implimentazzjoni tal-approċċ LEADER, is-setgħa li jiġu adottati atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tipi tad-definizzjoni dettaljata tal-ispejjeż għall-attivitajiet eliġibbli tal-gruppi ta' azzjoni lokali u għall-fini li jiġu adottati regoli sabiex ikun żgurat li l-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ l-approċċ rigward it-tmexxija mill-komunità.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 50
(50)Il-FAEŻR għandu juri r-rikonoxximent tal-Unjoni tal-metodi li bihom l-approċċi lejn l-iżvilupp lokali u d-dimensjoni transnazzjonali jistgħu jsaħħu lil xulxin, speċjalment meta jiġi applikat spirtu innovattiv. Huwa għandu jagħmel dan billi jagħti premji lil numru limitat ta' proġetti li jagħtu eżempju ta' dawn il-karatteristiċi. Il-premji għandhom jikkumplimentaw sorsi oħra ta' finanzjament disponibbli permezz tal-politika għall-iżvilupp rurali billi jagħtu rikonoxximent lil kwalunkwe proġett ewlieni li jkun adegwat, irrispettivament minn jekk dak il-proġett ikunx ġie ffinanzjat ukoll permezz ta' programm ta' żvilupp rurali.
imħassar
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 51
(51) Il-programmi ta' żvilupp rurali għandhom jipprovdu għal azzjonijiet innovattivi li jippromwovu settur agrikolu li juża r-riżorsi b'mod effiċjenti, li jkun produttiv u li jkollu livell baxx ta' emissjonijiet, bl-appoġġ tas-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola. Is-SEI għandu jkollha l-għan li tippromwovi t-traspożizzjoni iżjed veloċi u usa' ta' soluzzjonijiet innovattivi fil-prattika. Is-SEI għandha toħloq valur miżjud billi ttejjeb l-użu u l-effikaċja ta' strumenti marbuta mal-innovazzjoni u permezz tat-titjib tas-sinerġiji bejniethom. Is-SEI għandha timla d-diskrepanzi permezz ta' rabta ikbar bejn ir-riċerka u l-biedja fil-prattika. .
(51) Il-programmi ta' żvilupp rurali għandhom jipprovdu għal azzjonijiet innovattivi li jippromwovu settur agrikolu li juża r-riżorsi b'mod effiċjenti, li jkun produttiv u li jkollu livell baxx ta' emissjonijiet, bl-appoġġ tas-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola. Is-SEI għandu jkollha l-għan li tippromwovi t-traspożizzjoni iżjed veloċi u usa' ta' soluzzjonijiet innovattivi fil-prattika. Is-SEI għandha toħloq valur miżjud billi ttejjeb l-użu u l-effikaċja ta' strumenti marbuta mal-innovazzjoni u permezz tat-titjib tas-sinerġiji bejniethom. Is-SEI għandha timla d-diskrepanzi permezz ta' rabta ikbar bejn ir-riċerka u l-biedja fil-prattika, filwaqt li jiġi ffaċilitat id-djalogu.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 52
(52) L-implimentazzjoni ta' proġetti innovattivi fil-kuntest tas-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola għandha sseħħ minn gruppi operazzjonali li jgħaqqdu flimkien bdiewa, riċerkaturi, konsulenti, negozji u atturi oħra kkonċernati permezz tal-innovazzjoni fis-settur agrikolu. Sabiex jiġi żgurat li r-riżultat ta' dawn il-proġetti jkunu ta' profitt għas-settur kollu inġenerali, ir-riżultati tagħhom għandhom jiġu mxerrda.
(52) L-implimentazzjoni ta' proġetti innovattivi fil-kuntest tas-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola għandha sseħħ minn gruppi operazzjonali li jgħaqqdu flimkien bdiewa, riċerkaturi, konsulenti, negozji u atturi oħra kkonċernati permezz tal-innovazzjoni fis-settur agrikolu. Sabiex jiġi żgurat li r-riżultat ta' dawn il-proġetti jkunu ta' profitt għas-settur kollu inġenerali, id-disseminazzjoni tar-riżultati tagħhom għandha tiġi inkoraġġita u l-attivitajiet ta' disseminazzjoni għandhom ikunu ffinanzjati minn diversi sorsi anke mill-assistenza teknika. Il-kooperazzjoni man-netwerks tal-innovazzjoni f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, li għandhom għanijiet simili, għandha titħeġġeġ, b'mod partikolari dawk li jappoġġjaw riċerka parteċipattiva deċentralizzata u t-tixrid tal-għarfien dwar l-aħjar prattiki agrikoli sostenibbli, inklużi skemi mfassla speċifikament għan-nisa.
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d
(d) “operazzjoni”: proġett, grupp ta' proġetti, kuntratt jew arranġament, jew azzjoni oħra magħżula skont kriterji stabbiliti għall-programm ta' żvilupp rurali kkonċernat u implimentat minn wieħed jew aktar mill-benefiċjarji li jippermetti l-ilħuq ta' wieħed jew iżjed mill-għanijiet prijoritarji tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali;
(d) “operazzjoni”: proġett, grupp ta' proġetti, kuntratt jew arranġament, jew azzjoni oħra magħżula skont kriterji stabbiliti għall-programm ta' żvilupp rurali kkonċernat u implimentat minn wieħed jew aktar mill-benefiċjarji li jippermetti l-ilħuq ta' wieħed jew iżjed mill-għanijiet prijoritarji tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, inkluża l-possibilità li l-appoġġ mill-fondi differenti tal-Qafas Strateġiku Komuni (QSK), inkluż fi ħdan linja prijoritarja unika ta' programmi kofinanzjati mill-FEŻR u l-FSE kif stipulat fl-Artikolu 87(1) tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [QSK];
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f
(f) “sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni”: approċċ ġenerali żviluppat mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri li jiddefinixxi għadd limitat ta' indikaturi komuni relatati mas-sitwazzjoni bażi u l-eżekuzzjoni finanzjarja, l-eżiti, ir-riżultati u l-impatti tal-programmi;
(f) “sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni”: approċċ ġenerali żviluppat mill-Kummissjoni u l-Istati Membri li jiddefinixxi għadd limitat ta' indikaturi komuni relatati mas-sitwazzjoni bażi, il-prodotti, l-eżiti, ir-riżultati u l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-programmi; is-sistema ma jeħtiġilhiex li jkollha bażi esklużivament metrika, u tali approċċ jista', meta jkun neċessarju u bl-użu ta' metodi adegwati, ikun sostitwit b'approċċ ibbażat fuq il-kwalità għall-eżiti tal-programmi;
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)
(ja) “reġjuni ta' tranżizzjoni”: reġjuni li l-prodott domestiku gross (PDG) per capita tagħhom huwa bejn 75 % u 90 % tal-PDG medju tal-UE-27;
Ġustifikazzjoni
Ir-reġjuni ta' tranżizzjoni għandhom jitqiesu skont l-emenda għall-Artikolu 65 dwar il-kontribuzzjoni mill-fond.
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt l
(l) “spiża tat-tranżazzjoni”: spiża konnessa ma' impenn iżda mhux direttament attribwibbli għall-implimentazzjoni tiegħu;
(l) “spiża tat-tranżazzjoni”: spiża konnessa ma' impenn li tkun iġġenerata indirettament mill-implimentazzjoni tiegħu; din tista' tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' kost standard;
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
(la) “sistema ta' produzzjoni”: kumpless ta' art u inputs ġestiti b'mod komuni;
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ma (ġdid)
(ma) “agroforestrija”: sistema ta' produzzjoni li fiha s-siġar u l-pjanti kkultivati jew tar-ragħa jitkabbru flimkien, madwar jew fl-istess meded ta' art;
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt o
(o) “avveniment klimatiku negattiv”: kundizzjonijiet tat-temp, bħal ġlata, maltempati u silġ, xita qawwija jew nixfa kbira, li jixbhu lil diżastru naturali;
(o) “avveniment klimatiku negattiv”: kundizzjonijiet tat-temp, bħal ġlata, maltempati, ċikluni, silġ, xita qawwija jew nixfa kbira, li jixbhu lil diżastru naturali;
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt r
(r) “diżastru naturali”: avveniment naturali ta' natura bijotika jew abijotika li jwassal għal tfixkil kbir fis-sistemi ta' produzzjoni agrikola u fl-istrutturi tal-foresti, u eventwalment jikkawżaw ħsara ekonomika kbira lis-setturi tal-biedja u tal-foresti;
(r) “diżastru naturali”: avveniment naturali ta' natura bijotika jew abijotika li jwassal għal tfixkil kbir fis-sistemi ta' produzzjoni agrikola u fl-istrutturi tal-foresti, u eventwalment jikkawżaw ħsara ekonomika kbira lis-setturi tal-biedja jew tal-foresti;
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt s
(s) “avveniment katastrofiku”: avveniment mhux previst ta' natura bijotika jew abijotika kkawżat minn azzjoni umana li jwassal għal tfixkil kbir fis-sistemi ta' produzzjoni agrikola u fl-istrutturi tal-foresti, u eventwalment jikkawżaw ħsara ekonomika kbira lis-setturi tal-biedja u tal-foresti;
(s) “avveniment katastrofiku”: avveniment mhux previst ta' natura bijotika jew abijotika kkawżat minn azzjoni umana li jwassal għal tfixkil kbir fis-sistemi ta' produzzjoni agrikola u fl-istrutturi tal-foresti, u eventwalment jikkawżaw ħsara ekonomika kbira lis-setturi tal-biedja jew tal-foresti;
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt t
(t) “katina tal-provvista qasira”: katina tal-provvista li tinvolvi numru limitat ta' operaturi ekonomiċi, impenjati lejn il-kooperazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku lokali, u relazzjonijiet ġeografiċi u soċjali mill-viċin bejn il-produtturi u l-konsumaturi;
(t) “katina qasira tal-provvista”: katina tal-provvista li tinvolvi numru limitat ta' operaturi ekonomiċi f'bejgħ dirett, swieq lokali u agrikoltura appoġġjata mill-komunità, impenjati lejn il-kooperazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku lokali, permezz ta' strateġija lokali ta' żvilupp, u relazzjonijiet ġeografiċi u soċjali mill-viċin bejn il-produtturi, il-proċessuri u l-konsumaturi;
Ġustifikazzjoni
Sabiex ikun promoss approċċ olistiku għall-iżvilupp ta' katina tal-provvista qasira u jiġu indirizzati direttament il-ħtiġijiet tal-komunitajiet rurali, id-definizzjoni ta' katina tal-provvista qasira għandha tagħmel referenza speċifika għall-kanali kummerċjali bħall-bejgħ dirett, is-swieq lokali u agrikoltura appoġġjata mill-komunità bħala mezz sabiex il-bdiewa u l-produtturi jikkummerċjalizzaw prodotti tal-ikel ta' kwalità għolja.
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt u
(u) “bidwi żgħażugħ”: bidwi li jkollu inqas minn 40 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, li jkollu ħiliet u kompetenzi tax-xogħol xierqa u li jkun qiegħed jistabbilixxi ruħu għall-ewwel darba f'azjenda agrikola bħala l-kap tal-azjenda.
(u) “bidwi żagħżugħ”: bidwi li jkollu 40 sena jew anqas fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, li jkollu ħiliet u kompetenzi tax-xogħol xierqa u li jkun il-kap tal-azjenda;
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt xa (ġdid)
(xa) “bidwi”: bidwi attiv skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [PD].
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt xb (ġdid)
(xb) ''żvilupp lokali mmexxi mill-komunità'': governanza deċentralizzata minn isfel għal fuq u azzjoni ta' sħubija fil-livell lokali u sottoreġjonali, li jinkoraġġixxu lill-atturi rurali jippjanaw u jwettqu strateġiji ta' żvilupp lokali multisettorjali bbażati fuq iż-żona, għall-promozzjoni tas-sjieda tal-komunità, il-bini tal-kapaċità u l-innovazzjoni;
1a.Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [PD] għandhom japplikaw ukoll għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2
2. Fir-rigward tad-definizzjoni ta' bidwi żgħażugħ stabbilita fil-paragrafu 1(u), il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 90 dwar il-kundizzjonijiet li skonthom persuna legali tista' tkun ikkunsidrata bħala 'bidwi żagħżugħ', inkluż l-istabbiliment ta' perjodu addizzjonali għall-akkwist ta' ħiliet fuq ix-xogħol.
2. Fir-rigward ta' bdiewa żgħażagħ u azjendi agrikoli żgħar, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 90 dwar il-kundizzjonijiet li skonthom persuna legali tista' tkun ikkunsidrata bħala 'bidwi żagħżugħ', jew bidwi żgħir, inkluż l-istabbiliment ta' perjodu addizzjonali għall-akkwist ta' ħiliet fuq ix-xogħol, u b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi speċjali ta' kull Stat Membru.
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 3
Il-FAEŻR għandu jikkontribwixxi għall-Istrateġija Ewropa 2020 billi jippromwovi l-iżvilupp rurali sostenibbli fl-Unjoni b'mod kumplimentari mal-istrumenti l-oħra tal-politika agrikola komuni (iktar 'il quddiem “PAK”), mal-politika ta' koeżjoni u mal-politika komuni tas-sajd. Huwa għandu jikkontribwixxi għal settur agrikolu tal-Unjoni li jkun innovattiv, iżjed bilanċjat fil-livell territorjali u ambjentali, li ma jagħmilx ħsara lill-klima u li jkun reżistenti.
Il-FAEŻR għandu jikkontribwixxi għall-Istrateġija Ewropa 2020, fil-qafas ta' strateġija Ewropea għall-iżvilupp rurali, billi jippromwovi l-iżvilupp rurali sostenibbli fl-Unjoni b'mod kumplimentari mal-istrumenti l-oħra tal-politika agrikola komuni (iktar 'il quddiem “PAK”), b'koordinazzjoni mal-politika ta' koeżjoni u mal-politika komuni tas-sajd u bħala żieda għalihom. Huwa għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' settur agrikolu u ta' forestrija tal-Unjoni li jkun iżjed bilanċjat fil-livell territorjali u ambjentali, ma jagħmilx ħsara lill-klima u jkun reżistenti, kompettiv, produttiv u innovattiv u għal territorji rurali vitali.
Ġustifikazzjoni
Minħabba li l-objettivi tal-FAEŻR imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 jirrigwardaw ukoll miżura li jiffukaw fuq territorji rurali lil hinn mis-settur agrikolu, il-missjoni tal-FAEŻR għandha tkun imfassla b'mod aktar inklussiv.
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 4
Fi ħdan il-qafas ġenerali tal-PAK, l-appoġġ għal żvilupp rurali għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi li ġejjin:
Fi ħdan il-qafas ġenerali tal-PAK, l-appoġġ għal żvilupp rurali għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi li ġejjin:
(1) il-kompetittività fl-agrikoltura;
(1) it-trawwim tal-kompetittività fl-agrikoltura u l-forestrija;
(2) il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni favur il-klima;
(2) l-iżgurar tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni favur il-klima;
(3) l-iżvilupp territorjali ibbilanċjattaż-żoni rurali.
(3) il-kisba ta' żvilupp territorjali bbilanċjattal-ekonomiji u tal-komunitajiet rurali li joħloq u jżomm l-impjiegi.
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 5
Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' żvilupp rurali li jikkontribwixxu għall-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, għandhom jiġu segwiti s-sitt prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, li jisarrfu fl-Objettivi Tematiċi rilevanti tal-QSK:
Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' żvilupp rurali li jikkontribwixxu għall-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, għandhom jiġu segwiti s-sitt prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, li jisarrfu fl-Objettivi Tematiċi rilevanti tal-QSK:
(1) it-trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali, b'enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
(1) it-trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali, b'enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
(a) it-trawwim tal-innovazzjoni u l-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali;
(a) it-trawwim tal-innovazzjoni, modi ġodda ta' kooperazzjoni, u l-iżvilupp tal-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali;
(b) it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-agrikoltura u l-forestrija u r-riċerka u l-innovazzjoni
(b) it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-agrikoltura u l-forestrija u r-riċerka u l-innovazzjoni
(c) it-trawwim tat-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija.
(c) it-trawwim tat-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija, anke fir-rigward tal-għarfien dwar is-sikurezza tal-azjendi agrikoli;
(2) it-titjib tal-kompetittività tat-tipi kollha ta' agrikoltura u t-titjib tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli, b'enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
(2) it-titjib tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli u tal-kompetittività tat-tipi kollha ta' agrikoltura u forestrija u tas-settur tal-ikel, b'enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
(a) l-iffaċilitar tar-ristrutturar tal-azjendi agrikoli li jiffaċċjaw problemi strutturali ewlenin, speċjalment azjendi agrikoli b'livell baxx ta' parteċipazzjoni fis-suq, azjendi agrikoli orjentati lejn is-suq f'setturi partikolari u azjendi agrikoli li jeħtieġu diversifikazzjoni agrikola;
(a) it-tħeġġiġ tal-investiment f'teknoloġiji innovattivi tal-azjendi agrikoli u l-iffaċilitar tat-tixrid u tal-użu tagħhom;
(b) l-iffaċilitar tad-dħul fis-settur tal-biedja ta' persuni ġodda, imħarrġa għal kollox, anke permezz tat-tiġdid ġenerazzjonali;
(ba) it-titjib tal-prestazzjoni ekonomika tal-azjendi agrikoli kollha, u ż-żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq, l-orjentament u d-diversifikazzjoni;
(bb) l-iffaċilitar tar-ristrutturar u l-modernizzazzjoni ta' azjendi agrikoli;
(bc) il-konservazzjoni ta' agrikoltura produttiva fiż-żoni tal-muntanji jew żvantaġġati, jew f'reġjuni ultraperiferiċi;
(bd) it-titjib tal-kompetittività tas-settur tal-ipproċessar agroalimentari, anke billi tiżdied l-effiċjenza, u l-valur miżjud għall-prodotti agrikoli.
(3) il-promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-katina tal-ikel u l-ġestjoni tar-riskji fl-agrikoltura, b'enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
(3) il-promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-katina tal-ikel u l-ġestjoni tar-riskji fl-agrikoltura, b'enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
(a) integrazzjoni aħjar tal-produtturi primarji fil-katina tal-ikel permezz ta' skemi tal-kwalità, promozzjoni fis-swieq lokali u ċirkwiti tal-provvista qosra, gruppi tal-produtturi u organizzazzjoni interprofessjonali;
(a) integrazzjoni aħjar tal-produtturi primarji fil-katina tal-ikel permezz ta' skemi tal-kwalità, promozzjoni fis-swieq lokali u ċirkwiti tal-provvista qosra, gruppi tal-produtturi u organizzazzjoni interprofessjonali;
(b) l-appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-azjendi agrikoli:
(4) l-irkupru, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-ekosistemi dipendenti fuq l-agrikoltura u l-forestrija, b'enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
(4) l-irkupru, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-ekosistemi influenzati mill-agrikoltura u l-forestrija, b'enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
(a) l- u l-preservazzjoni tal-bijodiversità, Inklużi ż-żoni f'Natura 2000 u l-biedja li għandha valur naturali għoli u l-istat tal-pajsaġġi Ewropej;
(a) l- u l-preservazzjoni tal-bijodiversità, Inklużi ż-żoni f'Natura 2000 u l-biedja li għandha valur naturali għoli u l-istat tal-pajsaġġi Ewropej;
(aa) it-titjib tal-benessri tal-annimali;
(b) it-titjib tal-ġestjoni tal-ilma;
(b) it-titjib tal-ġestjoni tal-ilma;
(c) it-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija.
(c) it-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija.
(5) il-promozzjoni tal-effikaċja tar-riżorsi u l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżistenti għat-tibdil fil-klima fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija, b'enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
(5) il-promozzjoni tal-effikaċja tar-riżorsi u l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżistenti għat-tibdil fil-klima fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija, b'enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
(a) iż-żieda tal-effikaċja fl-użu tal-ilma permezz tal-agrikoltura;
(a) iż-żieda tal-effikaċja fl-użu tal-ilma permezz tal-agrikoltura;
(b) iż-żieda tal-effikaċja fl-użu tal-enerġija fl-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel;
(b) iż-żieda tal-effikaċja fl-użu tal-enerġija fl-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel;
(c) l-iffaċilitar tal-provvista u l-użu ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli, prodotti sekondarji, skart, residwi u materja prima oħra mhux tal-ikel għal skopijiet tal-bijoekonomija;
(c) l-iffaċilitar tal-provvista u l-użu ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli, prodotti sekondarji, skart, residwi u materja prima oħra mhux tal-ikel għal skopijiet tal-bijoekonomija;
(d) it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu u tal-metanu mill-agrikoltura;
(d) it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tal-ammonja mill-agrikoltura u t-titjib tal-kwalità tal-arja;
(e) it-trawwim tal-ġbir tal-karbonju fl-agrikoltura u l-forestrija;
(e) it-trawwim tal-konservazzjoni u tal-ġbir tal-karbonju fl-agrikoltura u l-forestrija;
(ea) l-iffaċilitar tal-użu ta' prodotti u metodi u proċessi applikattivi ġodda bbażati fuq ir-riċerka fil-katina tal-valur agroalimentari għat-titjib tal-ġestjoni tal-bijodiversità u tal-effiċjenza fir-riżorsi;
(6) il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali, b'enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
(6) il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali, b'enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
(a) l-iffaċilitar tad-diversifikazzjoni, il-ħolqien ta' intrapriżi żgħar ġodda u l-ħolqien tal-impjiegi;
(a) l-iffaċilitar tad-diversifikazzjoni, il-ħolqien ta' intrapriżi żgħar ġodda u l-ħolqien tal-impjiegi;
(b) it-trawwim tal-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali;
(b) it-trawwim tal-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali;
(c) it-titjib fl-aċċessibbiltà għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT), fl-użu u l-kwalità tagħhom fiż-żoni rurali
(c) it-titjib fl-aċċessibbiltà għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT), fl-użu u l-kwalità tagħhom fiż-żoni rurali
Dawn il-prijoritajiet kollha għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi trasversali tat-trawwim tal-innovazzjoni u tal-kontribut lejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.
Dawn il-prijoritajiet kollha għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi trasversali tat-trawwim tal-innovazzjoni u tal-kontribut lejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1
1. Għandu jkun hemm konsistenza bejn l-appoġġ mill-FAEŻR u l-miżuri ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija.
1. Għandu jkun hemm konsistenza bejn l-appoġġ mill-FAEŻR u l-miżuri ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija, jew strumenti oħra ta' finanzjament tal-Unjoni.
Emenda 173 Proposta għal regolament Artikolu 6a (ġdid)
Artikolu 6a
Il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp
Ir-riforma għandha tiżgura li, b'konformità mal-Artikolu 208 tat-TFUE, l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, inklużi dawk approvati fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn, jitqiesu mill-PAK. Miżuri meħuda skont dan ir-Regolament m'għandhomx jipperikolaw il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel fuq perjodu twil ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari dawk l-anqas żviluppati (LDCs), u għandhom jikkontribwixxu għall-kisba tal-impenji tal-Unjoni sabiex jittaffa t-tibdil fil-klima. Fil-promozzjoni ta' agrikoltura sostenibbli, l-Unjoni għandha tibni fuq il-konklużjonijiet tal-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Għarfien, Xjenzi u Teknoloġiji Agrikoli għall-Iżvilupp (IAASTD).
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 7
1. l-FAEŻR għandu jaġixxi fl-Istati Membri permezz ta' programmi ta' żvilupp rurali. Dawn il-programmi għandhom jimplimentaw strateġija għall-iżvilupp rurali li tilħaq il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali permezz ta' sett ta' miżuri definiti fit-Titolu III, li biex jitwettqu, se tintalab l-għajnuna tal-FAEŻR.
1. l-FAEŻR għandu jaġixxi fl-Istati Membri permezz ta' programmi ta' żvilupp rurali. Dawn il-programmi għandhom jimplimentaw strateġija għall-iżvilupp rurali li tilħaq il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali permezz ta' sett ta' miżuri definiti fit-Titolu III, li biex jitwettqu, se tintalab l-għajnuna tal-FAEŻR.
2. Stat Membru jista' jissottometti progamm wieħed għat-territorju kollu tiegħu jew inkella sett ta' programmi reġjonali.
2. Stat Membru jista' jissottometti progamm wieħed għat-territorju kollu tiegħu jew inkella sett ta' programmi reġjonali, jew it-tnejn li huma. Miżuri implimentati fil-livell nazzjonali m'għandhomx jiġu implimentati permezz ta' programmi reġjonali.
3. L-Istati Membri li jkollhom programmi reġjonali jistgħu jissottomettu wkoll qafas nazzjonali għall-approvazzjoni li jkun fih elementi komuni għal dawn il-programmi mingħajr allokazzjoni baġitarja separata.
3. L-Istati Membri li jkollhom programmi reġjonali jistgħu jissottomettu wkoll qafas nazzjonali għall-approvazzjoni li jkun fih elementi komuni għal dawn il-programmi mingħajr allokazzjoni baġitarja separata.
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 8
1. L-Istati Membri jistgħu jinkludu sottoprogrammi tematiċi fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom, li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, indirizzati biex jindirizzaw ħtiġijiet speċifiċi identifikati, b'mod partikolari b'rabta ma':
1. Bil-għan li jikkontribwixxu għall-kisba tal-prijoritajiet għall-iżvilupp rurali, l-Istati Membri jistgħu jinkludu sottoprogrammi tematiċi fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom li jindiri zzaw ħtiġijiet speċifiċi. Sottoprogrammi tematiċi bħal dawn jistgħu, fost l-oħrajn, ikunu relatati ma':
(a) bdiewa żgħażagħ;
(a) bdiewa żgħażagħ;
(b) azjendi agrikoli żgħar kif imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 20(2);
(b) azjendi agrikoli żgħar kif imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 20(2);
(c) żoni bil-muntanji kif imsemmija fl-Artikolu 33(2);
(c) żoni bil-muntanji kif imsemmija fl-Artikolu 33(2);
(d) ktajjen tal-provvista qosra.
(d) ktajjen qosra tal-provvista;
(da) in-nisa fiż-żoni rurali.
Lista indikattiva ta' miżuri u tipi ta' operazzjonijiet ta' rilevanza partikolari għal kull sottoprogramm tematiku hija stabbilita fl-Anness III.
Lista indikattiva ta' miżuri u tipi ta' operazzjonijiet ta' rilevanza partikolari għal kull sottoprogramm tematiku hija stabbilita fl-Anness III.
2. Is-sottoprogrammi tematiċi jistgħu jindirizzaw ukoll ħtiġijiet speċifiċi marbuta mar-ristrutturar tas-setturi agrikoli b'impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp ta' żona rurali speċifika.
2. Is-sottoprogrammi tematiċi jistgħu jindirizzaw ukoll ħtiġijiet speċifiċi marbuta mar-ristrutturar tas-setturi agrikoli b'impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp ta' żona rurali speċifika jew ħtiġijiet speċifiċi oħrajn identifikati mill-Istat Membru.
3. Ir-rati tal-appoġġ stabbiliti fl-Anness I jistgħu jiġu miżjuda b'10 punti perċentwali għal operazzjonijiet appoġġjati fil-qafas ta' sottoprogrammi tematiċi li jikkonċernaw azjendi agrikoli żgħar u ktajjen tal-provvista qosra. Fil-każ ta' bdiewa żgħażagħ u żoni muntanjużi, ir-rati tal-appoġġ massimi jistgħu jiżdiedu f'konformità mal-Anness I. Madankollu, ir-rata massima tal-appoġġ ikkombinata ma tistax taqbeż id-90 %.
3. Ir-rati tal-appoġġ stabbiliti fl-Anness I jistgħu jiġu miżjuda b'10 punti perċentwali għal operazzjonijiet appoġġjati fil-qafas ta' sottoprogrammi tematiċi li jikkonċernaw azjendi agrikoli żgħar u ktajjen tal-provvista qosra. Fil-każ ta', inter alia, bdiewa żgħażagħ u żoni muntanjużi, ir-rati tal-appoġġ massimi jistgħu jiżdiedu f'konformità mal-Anness I. Madankollu, ir-rata massima tal-appoġġ ikkombinata ma tistax taqbeż id-90 %.
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c – subparagrafu 2 – punt vii
(vii) ikunu ġew ippjanati inizjattivi għas-sensibilizzazzjoni u l-animazzjoni ta' azzjonijiet innovattivi u għall-istabbiliment ta' gruppi operazzjonali tas-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola;
(vii) ikunu ġew ippjanati inizjattivi għas-sensibilizzazzjoni u l-animazzjoni ta' azzjonijiet innovattivi u għall-istabbiliment ta' gruppi operazzjonali tas-SEI għall-produzzjoni, il-vijabilità ekonomika u s-sostenibbiltà agrikola;
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt d
d) l-evalwazzjoni tal-kundizzjonalitajiet ex ante u, fejn meħtieġ, l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) Nru [CSF/2012]u l-punti ewlenin stabbiliti għall-finijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru [CSF/2012];
(d) l-evalwazzjoni tal-kundizzjonalitajiet ex ante applikabbli għall-iżvilupp rurali msemmija fl-Anness IV li huma rilevanti għall-programm u, meta jkun meħtieġ, l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [QSK];
Ġustifikazzjoni
Il-kundizzjonalitajiet ex ante għall-programmi ta' żvilupp rurali ma għandhomx jaffettwaw oqsma li ma jidħlux fl-ambitu tal-Politika ta' Żvilupp Rurali, u għandhom jintużaw biss għall-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet direttament relatati max-xogħol tal-programm.
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt f
(f) b'rabta mal-iżvilupp lokali, deskrizzjoni speċifika tal-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni bejn l-istrateġiji tal-iżvilupp lokali, il-miżura tal-kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 36, il-miżura tas-servizzi bażiċi u t-tiġdid tal-villaġġ fiż-żoni rurali msemmija fl-Artikolu 21 u l-appoġġ għal attivitajiet mhux agrikoli fiż-żoni rurali taħt il-miżura tal-iżvilupp tal-azjendi agrikoli u n-negozju fiż-żoni rurali msemmija fl-Artikolu 20;
(f) b'rabta mal-iżvilupp lokali, deskrizzjoni speċifika tal-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni bejn l-istrateġiji tal-iżvilupp lokali, il-miżura rigward il-kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 36, il-miżura rigward is-servizzi bażiċi u t-tiġdid tal-villaġġ fiż-żoni rurali msemmija fl-Artikolu 21, inklużi r-rabtiet urbani u rurali u l-koperazzjoni bejn ir-reġjuni u l-appoġġ għal attivitajiet mhux agrikoli fiż-żoni rurali taħt il-miżura rigward l-iżvilupp tal-azjendi agrikoli u n-negozju fiż-żoni rurali msemmija fl-Artikolu 20;
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt g
(g) deskrizzjoni tal-approċċ lejn l-innovazzjoni fid-dawl tat-titjib tal-produttività u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi u l-kontribut biex jintlaħqu l-objettivi tas-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola msemmija fl-Artikolu 61;
(g) deskrizzjoni tal-approċċ lejn l-innovazzjoni fid-dawl tat-titjib tal-produzzjoni mill-azjendi agrikoli, il-vijabilità ekonomika tagħhom u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi u l-kontribut biex jintlaħqu l-objettivi tas-SEI għall-produzzjoni, il-vijabilità ekonomika u s-sostenibbiltà agrikola msemmija fl-Artikolu 61;
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt j
(j) pjan ta' indikaturi li jinkludi, għal kull waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali rilevanti, l-indikaturi tal-miri u l-miżuri magħżula bl-eżiti ppjanati u bin-nefqa ppjanata, maqsuma bejn dawk pubbliċi u dawk privati;
(j) pjan ta' indikaturi li jinkludi, għal kull waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali rilevanti, l-indikaturi tal-miri u l-miżuri magħżula bl-eżiti ffokati fuq il-proċess u l-politika li huma ppjanati u bin-nefqa ppjanata, maqsuma bejn dawk pubbliċi u dawk privati;
Ġustifikazzjoni
Biex tkun żgurata rabta ċara bejn l-objettivi tal-poitika għall-iżvilupp rurali u l-evidenza fid-dokumenti tal-programmazzjoni li jiġġustifikaw objettivi speċifiċi fejn hi meħtieġa intervenzjoni, jeħtieġ li jinżamm fokus fuq l-objettivi tal-politika fil-kejl tar-riżultati miksuba mill-programm.
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt m
(m) informazzjoni dwar il-kumplimentarjetà mal-miżuri ffinanzjati mill-istrumenti l-oħra tal-politika agrikola komuni, permezz tal-politika ta' koeżjoni jew mill-EMFF;
(m) informazzjoni dwar il-kumplimentarjetà mal-miżuri ffinanzjati mill-istrumenti l-oħra tal-politika agrikola komuni, dwar il-mekkaniżmi li jiżguraw il-koordinazzjoni mal-miżuri appoġġjati minn fondi oħratal-QSK, u dwar l-applikazzjoni tal-istrumenti finanzjarji msemmija fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [QSK/2013].
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c
(c) pjan ta' indikaturi speċifiku separat, bl-eżiti ippjanati u bin-nefqa ppjanata, maqsuma bejn pubbliċi u privati.
(c) pjan ta' indikaturi speċifiku separat, bl-eżiti ffokati fuq il-proċess u l-politika li huma ippjanati u bin-nefqa ppjanata, maqsuma bejn pubbliċi u privati.
Ġustifikazzjoni
Biex tkun żgurata rabta ċara bejn l-objettivi tal-poitika għall-iżvilupp rurali u l-evidenza fid-dokumenti tal-programmazzjoni li jiġġustifikaw objettivi speċifiċi fejn hi meħtieġa intervenzjoni, jeħtieġ li jinżamm fokus fuq l-objettivi tal-politika fil-kejl tar-riżultati miksuba mill-programm.
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 10
Minbarra l-kundizzjonalitajiet ex ante msemmija fl-Anness IV, għandhom japplikaw għall-FAEŻR il-kundizzjonalitajiet ex ante ġenerali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru [CSF/2012].
Il-kundizzjonalitajiet ex ante msemmija fl-Anness IV għandhom japplikaw għall-FAEŻR jekk dawn inkunu rilevanti għalih, u jkunu applikabbli għall-miri speċifiċi, li jiġu segwiti mill-prijoritajiet tal-programm.
Ġustifikazzjoni
Il-politika għall-iżvilupp fil-qasam agrikolu tista' tittraskura l-ilħuq tar-rekwiżiti f'oqsma politiki oħra. Il-kundizzjonalità ex ante ta' din il-politika previsti għall-prijoritajiet essenzjali biss għandha tikkostitwixxi rekwiżit.
2a.Il-Kummissjoni tista' tapprova programm ta' żvilupp rurali qabel l-adozzjoni tal-Kuntratt ta' Sħubija mal-Istat Membru f'dawk il-każi meta l-Kummissjoni tqis li l-elementi kollha tal-programm ta' żvilupp rurali jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u ma' dawk il-partijiet tal-Kuntratt ta' Sħubija li jappartjenu għall-FAEŻR.
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt ii
(ii) bidla fir-rata tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR ta' miżura waħda jew iżjed;
imħassar
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a – punt iv
(iv) trasferiment ta' fondi bejn miżuri implimentati taħt rati ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR differenti.
imħassar
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 12 - paragrafu 1 – punt a – subpunt iva (ġdid)
(iva) trasferiment tal-fondi bejn programmi bi ħsieb li jiġi evitat it-telf ta' riżorsi tal-FAEŻR .
Ġustifikazzjoni
Bil-ħsieb li jiġi evitat it-telf ta' fondi tal-UE mill-Istati Membri, l-allokazzjoni mill-ġdid ta' riżorsi bejn programmi ta' żvilupp rurali fl-istess Stat Membru għandu jiġi permess fejn l-analiżi ta' implimentazzjoni turi li hemm riskju ta' diżimpenn awtomatiku.
Dawk il-bdiewa biss li huma bdiewa attivi kif definit fir-Regolament (UE) Nru .../2012 [PD] għandhom jibbenefikaw minn miżuri mmirati lejn l-impriżi agrikoli.
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 15
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri t-taħriġ vokazzjonali u l-azzjonijiet relatati mal-kisba ta' ħiliet, l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni u l-azzjonijiet ta' informazzjoni. It-taħriġ vokazzjonali u l-azzjonijiet relatati mal-kisba ta' ħiliet jistgħu jinkludu korsijiet ta' taħriġ, workshops u kkowċjar.
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri t-taħriġ vokazzjonali u l-azzjonijiet relatati mal-kisba ta' ħiliet, l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni u l-azzjonijiet ta' informazzjoni. It-taħriġ vokazzjonali u l-azzjonijiet relatati mal-kisba ta' ħiliet jistgħu jinkludu korsijiet ta' taħriġ, workshops u kkowċjar.
L-appoġġ jista' jkopri wkoll skambju tal-ġestjoni ta' azjenda agrikola għal żmien qasir u żjara f'azjenda agrikola.
L-appoġġ jista' jkopri wkoll skambju tal-ġestjoni ta' azjenda agrikola u foresta għal żmien qasir kif ukoll żjajjar f'azjenda agrikola u fil-foresta.
2. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkun għall-benefiċċju tal-persuni involuti fis-settur agrikolu, tal-ikel u tal-forestrija, il-persuni responsabbli mill-ġestjoni tal-art u atturi ekonomiċi oħra li jkunu SMEs li joperaw f'żoni rurali.
2. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkun għall-benefiċċju tal-persuni involuti fis-settur agrikolu, tal-ikel u tal-forestrija, il-persuni responsabbli mill-ġestjoni tal-art u atturi ekonomiċi oħra li jkunu SMEs li joperaw f'żoni rurali. Meta jingħata appoġġ b'konformità ma' din il-miżura għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, tista' tingħata prijorità lill-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju marbuta mas-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija.
Il-fornitur tat-taħriġ jew ta' azzjoni oħra tat-trasferiment tal-għarfien u l-informazzjoni għandu jkun il-benefiċjarju tal-appoġġ.
Il-fornitur tat-taħriġ jew ta' azzjoni oħra tat-trasferiment tal-għarfien u l-informazzjoni, li jista' jkun korp pubbliku, għandu jkun il-benefiċjarju tal-appoġġ.
3. L-appoġġ taħt din il-miżura m'għandux jinkludi korsijiet ta' struzzjoni jew taħriġ, li jiffurmaw parti mill-programmi jew is-sistemi edukattivi normali fil-livelli sekondarji jew ogħla.
3. L-appoġġ taħt din il-miżura m'għandux jinkludi korsijiet ta' struzzjoni jew taħriġ, li jiffurmaw parti mill-programmi jew is-sistemi edukattivi normali fil-livelli sekondarji jew ogħla.
Il-korpi li jipprovdu servizzi ta' trasferiment tal-għarfien u tal-informazzjoni għandu jkollhom il-kapaċitajiet xierqa fil-forma ta' kwalifiki tal-persunal u taħriġ regolari biex iwettqu dan il-kompitu.
Il-korpi li jipprovdu servizzi ta' trasferiment tal-għarfien u tal-informazzjoni għandu jkollhom il-kapaċitajiet xierqa fil-forma ta' kwalifiki tal-persunal u taħriġ regolari biex iwettqu dan il-kompitu.
4. L-ispejjeż eliġibbli taħt din il-miżura għandhom ikunu l-ispejjeż tal-organizzazzjoni u t-twassil tat-trasferiment tal-għarfien jew l-azzjoni ta' informazzjoni. Fil-każ ta' proġetti ta' dimostrazzjoni, l-appoġġ jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-investiment relatati. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż għas-sussistenza tal-parteċipanti kif ukoll l-ispiża għas-sostituzzjoni tal-bdiewa għandhom ikunu eliġibbli wkoll.
4. L-ispejjeż eliġibbli taħt din il-miżura għandhom ikunu l-ispejjeż tal-organizzazzjoni u t-twassil tat-trasferiment tal-għarfien jew l-azzjoni ta' informazzjoni. Fil-każ ta' proġetti ta' dimostrazzjoni, l-appoġġ jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-investiment relatati. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż għas-sussistenza tal-parteċipanti kif ukoll l-ispiża għas-sostituzzjoni tal-bdiewa għandhom ikunu eliġibbli wkoll.
5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 90 b'rabta mal-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-ispejjeż eliġibbli, il-kwalifiki minimi tal-korpi li jipprovdu servizzi ta' trasferiment tal-għarfien u t-tul taż-żmien u l-kontenut tal-iskemi tal-iskambji ta'azjendi agrikoli u ż-żjarat f'azjendi agrikoli.
5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 90 b'rabta mal-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-ispejjeż eliġibbli, il-kwalifiki minimi tal-korpi li jipprovdu servizzi ta' trasferiment tal-għarfien u t-tul taż-żmien u l-kontenut tal-iskemi tal-iskambji ta'azjendi agrikoli u ż-żjarat f'azjendi agrikoli.
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 16
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata sabiex:
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata sabiex:
(a) il-bdiewa, is-sidien tal-foresti u l-SMEs fiż-żoni rurali jiġu megħjuna jibbenefikaw mill-użu ta' servizzi konsultattivi għat-titjib tal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali kif ukoll tal-kapaċità tal-azjenda,l-intrapriża u/jew l-investiment tagħhom li ma jagħmlux ħsara lill-klima u li jkunu reżistenti għat-tibdil fil-klima;
(a) il-bdiewa, is-sidien tal-foresti u l-SMEs fiż-żoni rurali jiġu megħjuna jibbenefikaw mill-użu ta' servizzi konsultattivi għat-titjib tal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali kif ukoll tal-kapaċità tal-azjenda,l-intrapriża u/jew l-investiment tagħhom li ma jagħmlux ħsara lill-klima u li jkunu reżistenti għat-tibdil fil-klima;
(b) jiġi promoss l-istabbiliment ta' servizzi tal-ġestjoni tal-azjendi agrikoli, tas-sostituzzjoni tal-azjendi agrikoli u servizzi ta' konsulenza relatati mal-azjendi agrikoli, inkluża s-Sistema ta' Konsulenza tal-Azjendi Agrikoli msemmija fl-Artikoli 12, 13 u 14 tar-Regolament (UE) Nru HR/2012;
(b) jiġi promoss l-istabbiliment ta' servizzi tal-ġestjoni tal-azjendi agrikoli, tas-sostituzzjoni tal-azjendi agrikoli u servizzi ta' konsulenza relatati mal-azjendi agrikoli, inkluża s-Sistema ta' Konsulenza tal-Azjendi Agrikoli msemmija fl-Artikoli 12, 13 u 14 tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [HR];
(c) jiġi promoss it-taħriġ tal-konsulenti.
(c) jiġi promoss it-taħriġ tal-konsulenti.
(ca) jingħata appoġġ għall-istabbiliment ta' bdiewa żgħażagħ.
2. Il-benefiċjarju tal-appoġġ provdut fil-paragrafu 1(a) u (c) għandu jkun il-fornitur tal-pariri jew tat-taħriġ. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(b) għandu jingħata lill-awtorità jew lill-korp magħżul biex jorganizza l-ġestjoni tal-azjendi agrikoli, is-sostituzzjoni tal-azjendi agrikoli, is-servizz konsultattiv dwar l-azjendi agrikoli jew il-forestrija.
2. Il-benefiċjarju tal-appoġġ provdut fil-paragrafu 1(a), (c) u (ca) għandu jkun il-fornitur tal-pariri jew tat-taħriġ. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(b) għandu jingħata lill-awtorità jew lill-korp magħżul biex jorganizza l-ġestjoni tal-azjendi agrikoli, is-sostituzzjoni tal-azjendi agrikoli, is-servizz konsultattiv dwar l-azjendi agrikoli jew il-forestrija.
3. L-awtoritajiet jew il-korpi magħżula biex jipprovdu pariri għandu jkollhom ir-riżorsi adatti fil-forma ta' persunal imħarreġ regolarment u kkwalifikat, u esperjenza u affidabbiltà fir-rigward tal-oqsma li dwarhom huma jagħtu pariri. Il-benefiċjarji għandhom jintgħażlu permezz ta' sejħa għall-proposti. Il-proċedura tal-għażla għandha tkun oġġettiva u tkun miftuħa għal korpi pubbliċi kif ukoll privati.
3. L-awtoritajiet jew il-korpi magħżula biex jipprovdu pariri għandu jkollhom ir-riżorsi adatti fil-forma ta' persunal imħarreġ regolarment u kkwalifikat, u esperjenza konsultattiva u għandhom juru indipendenza u affidabbiltà fir-rigward tal-oqsma li dwarhom huma jagħtu pariri. Il-benefiċjarji għandhom jintgħażlu permezz ta' sejħa għall-proposti. Il-proċedura tal-għażla għandha tkun regolata bid-dritt pubbliku u għandha tkun miftuħa għal korpi kemm pubbliċi kif ukoll privati. Din għandha tkun oġġettiva u għandha teskludi kandidati b'kunflitti ta' interess.
Meta jagħtu l-pariri, is-servizzi konsultattivi għandhom jirrispettaw l-obbligi ta' nuqqas ta' divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru HR/2012
Meta jagħtu l-pariri, is-servizzi konsultattivi għandhom jirrispettaw l-obbligi ta' nuqqas ta' divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [HR].
3a.Is-Sistema ta' Konsulenza tal-Azjendi Agrikoli għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [HR]. Appoġġ addizzjonali għas-servizzi konsultattivi għandu jingħata biss jekk l-Istat Membru jkun waqqaf Sistema ta' Konsulenza tal-Azjendi Agrikoli skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [HR].
4. Il-pariri lill-bdiewa għandhom ikunu marbuta mill-inqas ma' prijorità waħda tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali u għandhom ikopru mill-inqas wieħed mill-elementi li ġejjin:
4. Il-pariri lill-bdiewa għandhom ikunu marbuta ma' żewġ prijoritajiet jew aktar tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali u għandhom ikopru tnejn jew aktar mill-elementi li ġejjin:
(a) wieħed jew aktar mir-rekwiżiti u/jew l-istandards statutorji dwar il-ġestjoni li jistabbilixxu kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin provduti fil-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru HR/2012;
(a) wieħed jew aktar mir-rekwiżiti u/jew l-istandards statutorji dwar il-ġestjoni li jistabbilixxu kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin provduti fil-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [HR];
(b) fejn applikabbli, prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent taħt il-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru DP/2012 u l-manutenzjoni taż-żona agrikola kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru DP/2012;
(b) fejn applikabbli, prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent taħt il-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [PD]u l-manutenzjoni taż-żona agrikola kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [PD];
(c) ir-rekwiżiti jew l-azzjonijiet relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-bijodiversità, il-ħarsien tal-ilma u tal-ħamrija, in-notifika dwar il-mard tal-annimali u l-innovazzjoni kif stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru HR/2012;
(c) ir-rekwiżiti jew l-azzjonijiet relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-bijodiversità, il-ħarsien tal-ilma u tal-ħamrija, in-notifika dwar il-mard tal-annimali u l-innovazzjoni kif stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru .../2013 [HR];
(d) l-iżvilupp sostenibbli tal-attività ekonomika tal-azjendi żgħar kif definit mill-Istati Membri jew mill-inqas l-azjendi agrikoli parteċipanti fl-iskema Bdiewa Żgħar imsemmija fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru DP/2012; or
(d) l-iżvilupp sostenibbli tal-attività ekonomika tal-azjendi żgħar kif definit mill-Istati Membri jew mill-inqas l-azjendi agrikoli parteċipanti fl-iskema Bdiewa Żgħar imsemmija fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [PD]; or
(e) fejn rilevanti, l-istandards tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ibbażati fuq il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
(e) meta jkun rilevanti, l-istandards tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jew tas-sigurtà tal-azjenda agrikola bbażati fuq il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali;
(ea) appoġġ għall-istabbiliment ta' bdiewa żgħażagħ jew ta' bdiewa ġodda, aċċess għall-art u self għat-twaqqif ta' azjenda agrikola, jew xi waħda minn dawn;
(eb) l-iżvilupp sostenibbli tal-attività ekonomika tal-azjendi agrikoli f'konformità mal-miżuri kollha proposti fil-programmi ta' żvilupp rurali, inklużi l-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli, il-bini tal-kompetittività, l-integrazzjoni settorjali u l-iżvilupp tal-biedja organika;
(ec) servizzi konsultattivi speċifiċi li jappoġġjaw l-ipproċessar lokali u l-kummerċjalizzazzjoni fuq distanza qasira inklużi t-taħriġ u l-implimentazzjoni ta' regoli tal-iġjene adattati u ta' standards tas-sikurezza tal-ikel;
Il-pariri jistgħu jkopru wkoll kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni ekonomika, agrikola u ambjentali tal-azjenda agrikola.
Il-pariri jistgħu jkopru wkoll kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni ekonomika, agrikola u ambjentali tal-azjenda agrikola.
5. Il-pariri lis-sidien tal-foresti għandhom ikopru bħala minimu l-obbligi rilevanti skont id-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE, u 2000/60/KE. Dawn il-pariri jistgħu jkopru wkoll kwistjonijiet konnessi mal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjenda tal-forestrija.
5. Il-pariri lis-sidien tal-foresti għandhom ikopru bħala minimu l-obbligi rilevanti skont id-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE u 2000/60/KE. Dawn il-pariri jistgħu jkopru wkoll kwistjonijiet konnessi mal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjenda tal-forestrija.
6. Il-pariri lill-SMEs jistgħu jkopru kwistjonijiet marbuta mal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-intrapriża.
6. Il-pariri lill-SMEs jistgħu jkopru kwistjonijiet marbuta mal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-intrapriża. Tista' tingħata prijorità lill-mikrointrapriżi u lill-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju konnessi mas-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija.
7. Fejn ikun ġustifikat u xieraq, il-pariri jistgħu jiġu provduti parzjalment fi grupp, filwaqt li jiġu kkunsidrati s-sitwazzjonijiet tal-utenti individwali tas-servizzi konsultattivi parteċipanti.
7. Fejn ikun ġustifikat u xieraq, il-pariri jistgħu jiġu provduti parzjalment fi grupp, filwaqt li jiġu kkunsidrati s-sitwazzjonijiet tal-utenti individwali tas-servizzi konsultattivi parteċipanti.
8. L-appoġġ taħt il-paragrafi 1(a) u (c) għandu jkun limitat għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness I. Skont il-paragrafu 1(b), l-appoġġ għandu jkun digressiv fuq perjodu massimu ta' ħames snin mill-istabbiliment tiegħu.
8. L-appoġġ taħt il-paragrafi 1(a) u (c) għandu jkun limitat għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness I. Skont il-paragrafu 1(b), l-appoġġ għandu jkun digressiv fuq perjodu massimu ta' ħames snin mill-istabbiliment tiegħu.
9. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 90 dwar l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-kwalifiki minimi tal-awtoritajiet jew tal-korpi li jipprovdu pariri.
9. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 90 dwar l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-kwalifiki minimi tal-awtoritajiet jew tal-korpi li jipprovdu pariri.
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 17
1. L-appoġġ skont din il-miżura għandu jkopri l-parteċipazzjoni ġdida mill-bdiewa fi:
1. L-appoġġ skont din il-miżura għandu jkopri l-parteċipazzjoni ġdida mill-bdiewa, gruppi tal-produtturi u organizzazzjonijiet tal-produtturi fi:
(a) skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli, qoton jew oġġetti tal-ikel stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
(a) skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli, qoton jew oġġetti tal-ikel stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
(b) skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli, qoton jew oġġetti tal-ikel rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:
(b) skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli, qoton jew oġġetti tal-ikel rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:
(i) l-ispeċifiċità tal-prodott finali taħt dawn l-iskemi tirriżulta minn obbligi ċari biex jiġu ggarantiti:
(i) l-ispeċifiċità tal-prodott finali taħt dawn l-iskemi tirriżulta minn obbligi ċari biex jiġu ggarantiti:
– il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti , jew
– il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti , jew
– il-metodi speċifiċi tal-biedja jew tal-produzzjoni, jew
– il-metodi speċifiċi tal-biedja jew tal-produzzjoni, jew
– il-kwalità tal-prodott finali li tmur b'mod sinifikanti lil hinn mill-istandards tal-komodità kummerċjali fir-rigward tas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti, il-benessri tal-annimali jew il-protezzjoni ambjentali;
– il-kwalità tal-prodott finali li tmur b'mod sinifikanti lil hinn mill-istandards tal-komodità kummerċjali fir-rigward tas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti, il-benessri tal-annimali jew il-protezzjoni ambjentali; jew
– ktajjen qosra lokali ta' provvista tal-ikel
(ii) l-iskema hi miftuħa għall-produtturi kollha;
(ii) l-iskema hi miftuħa għall-produtturi kollha;
(iii) l-iskema tinvolvi speċifikazzjonijiet vinkolanti tal-prodotti, u l-konformità ma' dawk l-ispeċifikazzjonijiet hi vverifikata mill-awtoritajiet pubbliċi jew minn korp ta' spezzjoni indipendenti;
(iii) l-iskema tinvolvi speċifikazzjonijiet vinkolanti tal-prodotti, u l-konformità ma' dawk l-ispeċifikazzjonijiet hi vverifikata mill-awtoritajiet pubbliċi jew minn korp ta' spezzjoni indipendenti;
(iv) l-iskema hi trasparenti u tiżgura traċċabbiltà totali tal-prodotti;
(iv) l-iskema hi trasparenti u tiżgura traċċabbiltà totali tal-prodotti;
jew
jew
(c) skemi volontarji ta' ċertifikazzjoni tal-prodotti agrikoli rikonoxxuti mill-Istati Membri li jilħqu l-linji gwida tal-aħjar prattiki tal-Unjoni għall-operat ta' skemi ta' ċertifikazzjoni volontarji marbuta ma' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.
(c) skemi volontarji ta' ċertifikazzjoni tal-prodotti agrikoli u tal-azjendi agrikoli rikonoxxuti mill-Istati Membri li jilħqu l-linji gwida tal-aħjar prattiki tal-Unjoni għall-operat ta' skemi ta' ċertifikazzjoni volontarji marbuta ma' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.
1a.L-appoġġ jista' jkopri wkoll spejjeż għall-bdiewa jew gruppi tal-produtturi jew organizzazzjonijiet tal-produtturi li jirriżultaw minn attivitajiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni tal-prodotti taħt l-iskemi ta' kwalità msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b).
2. L-appoġġ għandu jingħata bħala pagament annwali ta' inċentiv, li l-livell tiegħu għandu jiġi determinat skont il-livell tal-ispejjeż fissi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fi skemi appoġġjati, għal perjodu massimu ta' ħames snin.
2. L-appoġġ għandu jingħata bħala pagament annwali ta' inċentiv, li l-livell tiegħu għandu jiġi determinat skont il-livell tal-ispejjeż fissi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fi skemi appoġġjati, għal perjodu massimu ta' ħames snin.
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-appoġġ jista' jingħata wkoll lill-benefiċjarji li ħadu sehem fi skema simili matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007–2013, bil-kundizzjoni li ħlasijiet doppji huma esklużi u li jkun hemm konformità mal-perjodu massimu totali ta' ħames snin. L-appoġġ għandu jitħallas kull sena fuq preżentazzjoni ta' dokumenti li jagħtu prova tal-parteċipazzjoni fl-iskema. Madankollu, il-produttur għandu jagħmel applikazzjoni waħda li tkopri perjodu ta' ħames snin.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “spejjeż fissi” tfisser l-ispejjeż magħmula għas-sħubija fi skema tal-kwalità appoġġjata u l-kontribuzzjoni annwali għall-parteċipazzjoni f'dik l-iskema, inkluża, fejn meħtieġ, in-nefqa għall-verifiki meħtieġa biex tiġi ċċekkjata l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-iskema.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “spejjeż fissi” tfisser l-ispejjeż magħmula għas-sħubija fi skema tal-kwalità appoġġjata u l-kontribuzzjoni annwali għall-parteċipazzjoni f'dik l-iskema, inkluża, fejn meħtieġ, in-nefqa għall-verifiki meħtieġa biex tiġi ċċekkjata l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-iskema.
3. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammont massimu stabbilit fl-Anness I.
3. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammont massimu stabbilit fl-Anness I. Meta jkun provdut appoġġ lil gruppi tal-produtturi bi qbil mal-paragrafu 1a, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw ammont massimu differenti.
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 90 b'rabta mal-iskemi tal-kwalità tal-Unjoni speċifiċi li għandhom ikunu koperti mill-paragrafu 1(a).
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 90 b'rabta mal-iskemi tal-kwalità tal-Unjoni speċifiċi li għandhom ikunu koperti mill-paragrafu 1(a).
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 18
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri investimenti tanġibbli u/jew intanġibbli li:
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri investimenti tanġibbli u/jew intanġibbli li:
(a) itejbu l-prestazzjoni globali u s-sostenibbiltà tal-azjenda agrikola, inklużi l-effiċjenza tagħha fl-użu tar-riżorsi u l-bilanċ tal-gassijiet serra;
(b) jikkonċernaw l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u/jew l-iżvilupp tal- prodotti agrikoli koperti mill-Anness I għat-Trattat jew il-qoton. L-eżitu tal-proċess ta' produzzjoni jista' jkun prodott mhux kopert minn dak l-Anness;
(b) jikkonċernaw l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, il-konservazzjoni jew l-iżvilupp tal-prodotti agrikoli koperti mill-Anness I għat-Trattat jew il-qoton, inklużi prodotti bħal dawn koperti minn skemi ta' kwalità kif imsemmija fl-Artikolu 17; l-eżitu tal-proċess ta' produzzjoni jista' jkun prodott mhux kopert minn dak l-Anness; jista' jingħata appoġġ għall-istabbiliment jew l-iżvilupp ta' biċċeriji żgħar;
(c) jikkonċernaw infrastruttura marbuta mal-iżvilupp u l-adattament tal-agrikoltura, inkluż l-aċċess għal azjendi agrikoli u foresti, il-konsolidazzjoni u t-titjib tal-art, il-provvista tal-enerġija u l-ġestjoni tal-ilma; jew
(c) jikkonċernaw infrastruttura marbuta mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament tal-agrikoltura, inkluż l-aċċess għal azjendi agrikoli u foresti, il-konsolidazzjoni u t-titjib tal-art, il-provvista u l-iffrankar tal-enerġija u l-ġestjoni kollettiva tal-art u tal-ilma, jew
(d) ikunu investimenti mhux produttivi marbuta mall-issodisfar tal-impenji agroambjentali u agroforestali, l-istatus ta' konservazzjoni tal-bijodiversità ta' speċijiet u ħabitats kif ukoll mat-titjib tal-valur, f'termini ta' benefiċċju għall-pubbliku, ta' żona tan-Natura 2000 jew żona oħra ta' valur naturali għoli li għandhom jiġu definiti fil-programm.
(d) ikunu investimenti mhux produttivi marbuta mall-issodisfar tal-impenji agroambjentali u agroforestali, l-istatus ta' konservazzjoni tal-bijodiversità ta' speċijiet u ħabitats u l-ġestjoni sostenibbli ta' riżorsi cineġetiċi u ġenetiċi, kif ukoll mat-titjib tal-valur, f'termini ta' benefiċċju għall-pubbliku, ta' żona tan-Natura 2000 jew żona oħra ta' valur naturali għoli li għandhom jiġu definiti fil-programm.
2. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(a) għandu jingħata lill-azjendi agrikoli. Fil-każ ta' investimenti li jappoġġjaw ir-ristrutturar ta' azjenda agrikola, għandhom ikunu eliġibbli biss l-azjendi agrikoli li ma jaqbżgħux ċertu daqs, li għandu jiġi definit mill-Istati Membri fil-programm ibbażat fuq l-analiżi SWOT imwettqa b'rabta mal-prijorità tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali tal-“kompetittività tal-vijabbiltà tal-agrikoltura u l-azjendi agrikoli”.
2. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(a) għandu jingħata lill-azjendi agrikoli jew lill-gruppi u lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
3. L-appoġġ skont din il-miżura għandu jkun limitat għar-rati massimi tal-appoġġ stabbiliti fl-Anness I. Dawn ir-rati massimi jistgħu jiġu miżjuda għall-bdiewa żgħażagħ, għall-investimenti kollettivi u għall-proġetti integrati li jinvolvu appoġġ għal iżjed minn miżura waħda, l-investimenti f'żoni li għandhom restrizzjonijiet naturali kif imsemmi fl-Artikolu 33(3) u operazzjonijiet appoġġjati fil-qafas tas-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikoli skont ir-rati ta' appoġġ stabbiliti fl-Anness I. Madankollu, ir-rata ta' appoġġ massima kkombinata ma tistax taqbeż id-90%.
3. L-appoġġ skont din il-miżura għandu jkun limitat għar-rati massimi tal-appoġġ stabbiliti fl-Anness I. Dawn ir-rati massimi jistgħu jiġu miżjuda għall-bdiewa żgħażagħ għall-proġetti ta' kooperazzjoni bejn il-bdiewa ż-żgħar biex itejbu l-produttività sostenibbli tal-azjendi tagħhom u jinkoraġġuhom jiddiversifikaw lejn sorsi alternattivi ta' dħul inkluż l-ipproċessar; għall-bdiewa jew gruppi ta' bdiewa li qed jinvestu f'sistemi ta' produzzjoni agroekoloġiċi; għall-investimenti kollettivi u għall-proġetti integrati li jinvolvu appoġġ għal iżjed minn miżura waħda; għall-investimenti f'żoni li għandhom restrizzjonijiet naturali kif imsemmi fl-Artikolu 33(3) u għall-operazzjonijiet appoġġjati fil-qafas tas-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikoli skont ir-rati ta' appoġġ stabbiliti fl-Anness I.Madankollu, ir-rata ta' appoġġ massima kkombinata ma tistax taqbeż id-90%.
4a.Jista' jingħata appoġġ fir-rigward ta' investimenti li saru minn bdiewa biex ikunu konformi ma' standards ġodda tal-Unjoni fl-oqsma tal-ħarsien ambjentali, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, il-benessri tal-annimali u s-sikurezza fuq ix-xogħol adottati wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt a
(a) investimenti f'azzjonijiet preventivi mmirati biex jitnaqqsu l-konsegwenzi ta' diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi probabbli;
(a) investimenti f'azzjonijiet preventivi mmirati biex jitnaqqsu l-konsegwenzi ta' diżastri naturali, kundizzjonijiet ambjentali avversi u avvenimenti katastrofiċi probabbli;
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt b
(b) investimenti għall- tal-art agrikola u l-produzzjoni potenzjalment iddanneġġjata b'diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi.
(b) investimenti għall- tal-art agrikola u l-produzzjoni potenzjalment iddanneġġjata b'diżastri naturali, kundizzjonijiet ambjentali avversi u avvenimenti katastrofiċi.
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 20
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri:
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri:
(a) għajnuna biex jinfetaħ negozju għal:
(a) għajnuna biex jinfetaħ negozju għal:
(i) bdiewa żgħażagħ;
(i) bdiewa żgħażagħ;
(ii) attivitajiet mhux agrikoli f'żoni rurali;
(ii) attivitajiet mhux agrikoli f'żoni rurali u l-fornitura ta' servizzi agrikoli f'żoni rurali;
(iii) l-iżvilupp ta' azjendi agrikoli żgħar;
(iii) l-iżvilupp ta' azjendi agrikoli żgħar;
(b) Investimenti f'attivitajiet mhux agrikoli;
(b) Investimenti f'attivitajiet mhux agrikoli;
(c) Pagamenti annwali għall-bdiewa parteċipanti fl-iskema Bdiewa Żgħar stabbilita bit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru DP/2012 (iktar 'il quddiem “l-iskema Bdiewa Żgħar”) li jittrasferixxu b'mod permanenti l-azjenda tagħhom għal bidwi wieħor.
(c) pagamenti ta' darba għall-bdiewa parteċipanti fl-iskema Bdiewa Żgħar stabbilita bit-Titolu V tar-Regolament(UE) Nru .../2013 [PD] (iktar 'il quddiem “l-iskema Bdiewa Żgħar”) li jittrasferixxu b'mod permanenti l-azjenda tagħhom għal bidwi ieħor;
(ca) pagamenti għall-bdiewa li jittrasferixxu b'mod permanenti l-azjenda tagħhom għal bidwi ieħor bil-għan li joħolqu unitajiet ekonomiċi vijabbli.
2. L-appoġġ skont il-paragrafu 1(a)(i) għandu jingħata lil bdiewa żgħażagħ.
2. L-appoġġ skont il-paragrafu 1(a)(i) għandu jingħata lil bdiewa żgħażagħ.
L-appoġġ skont il-paragrafu 1(a)(ii) għandu jingħata lill-bdiewa jew lill-membri tal-familja ta' azjenda agrikola li jiddiversifikaw f'attivitajiet mhux agrikoli u lil mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar mhux agrikoli f'żoni rurali.
L-appoġġ skont il-paragrafu 1(a)(ii) għandu jingħata lill-bdiewa jew lill-membri tal-familja ta' azjenda agrikola li jiddiversifikaw f'attivitajiet mhux agrikoli u lil mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar mhux agrikoli f'żoni rurali, anke lil dawk impenjati fit-turiżmu.
L-appoġġ skont il-paragrafu 1(a)(iii) għandu jingħata lil azjendi agrikoli żgħar kif definit mill-Istati Membri.
L-appoġġ skont il-paragrafu 1(a)(iii) għandu jingħata lil azjendi agrikoli żgħar kif definit mill-Istati Membri.
L-appoġġ skont il-paragrafu 1(b) għandu jingħata lil mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar mhux agrikoli f'żoni rurali jew lill-bdiewa jew lill-membri tal-familja ta' azjenda agrikola.
L-appoġġ skont il-paragrafu 1(b) għandu jingħata lil mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar mhux agrikoli f'żoni rurali jew lill-bdiewa jew lill-membri tal-familja ta' azjenda agrikola.
L-appoġġ skont il-paragrafu 1(c) għandu jingħata lill-bdiewa parteċipanti fl-iskema 'Bdiewa zgħar', fiż-żmien tat-tressiq tal-applikazzjoni tagħhom għall-appoġġ, għal mill-inqas sena u li jimpenjaw ruħhom li jitrasferixxu b'mod permanenti l-azjenda kollha tagħhom u l-intitolamenti ta' ħlas korrispondenti lil bidwi ieħor. L-appoġġ għandu jitħallas mid-data tat-trasferiment sal-31 ta' Diċembru 2020.
L-appoġġ skont il-paragrafu 1(c) għandu jingħata lill-bdiewa parteċipanti fl-iskema 'Bdiewa zgħar', fiż-żmien tat-tressiq tal-applikazzjoni tagħhom għall-appoġġ, għal mill-inqas sena u li jimpenjaw ruħhom li jitrasferixxu b'mod permanenti l-azjenda kollha tagħhom u l-intitolamenti ta' ħlas korrispondenti lil bidwi ieħor. L-appoġġ għandu jiġi kkalkulat mid-data tat-trasferiment sal-31 ta' Diċembru 2020.
L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(ca) għandu jingħata lill-bdiewa bil-kundizzjoni li huma:
(a) pprattikaw il-biedja għal mill-inqas 10 snin,
(b) jimpenjaw ruħhom li jittrasferixxu b'mod permanenti l-azjenda kollha tagħhom u l-intitolamenti ta' ħlas korrispondenti għal bidwi ieħor u
(c) iwaqqfu definittivament kull attività kummerċjali ta' biedja.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji addizzjonali għall-vijabbiltà tal-unitajiet ekonomiċi, li jistgħu jkunu suġġetti għall-appoġġ taħt il-paragrafu 1(ca).
2a.Meta l-appoġġ huwa pprovdut taħt il-paragrafi 1(a)(ii) jew 1(b), tista' tingħata prijorità lill-attivitajiet mhux agrikoli marbuta mal-agrikoltura u l-forestrija, kif ukoll lill-attivitajiet żviluppati minn sħubijiet lokali mmexxija mill-komunità.
3. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, irrispettivament mill-istatus legali mogħti lill-grupp u lill-membri tagħha/tiegħu taħt il-liġi nazzjonali, t/jista' t/jitqies bħala membru ta' azjenda agrikola, bl-eċċezzjoni ta' ħaddiema f'azjenda agrikola. Meta persuna ġuridika jew grupp ta' persuni ġuridiċi t/jitqies bħala membru tal-azjenda agrikola, dak il-membru għandu jkun qed jagħmel attività agrikola fl-azjenda agrikola fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-appoġġ.
3. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, irrispettivament mill-istatus legali mogħti lill-grupp u lill-membri tagħha/tiegħu taħt il-liġi nazzjonali, t/jista' t/jitqies bħala membru ta' azjenda agrikola, bl-eċċezzjoni ta' ħaddiema f'azjenda agrikola. Meta persuna ġuridika jew grupp ta' persuni ġuridiċi t/jitqies bħala membru tal-azjenda agrikola, dak il-membru għandu jkun qed jagħmel attività agrikola fl-azjenda agrikola fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-appoġġ.
4. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(a) għandu jkun jiddependi fuq is-sottomissjoni ta' pjan tan-negozju. L-implimentazzjoni tal-pjan tan-negozju għandha tibda fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni li tingħata l-għajnuna.
4. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(a) għandu jkun jiddependi fuq is-sottomissjoni ta' pjan tan-negozju. L-implimentazzjoni tal-pjan tan-negozju għandha tibda fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni li tingħata l-għajnuna.
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-limiti massimi u minimi biex l-azjendi agrikoli jingħatalhom aċċess għal appoġġ skont il-paragrafi 1(a)(i) u 1(a)(iii) rispettivament. Il-limitu minimu għall-appoġġ taħt il-paragrafu 1(a)(i) għandu jkun ogħla b'mod sinifikanti mil-limitu massimu għall-appoġġ taħt il-paragrafu 1(a)(iii). L-appoġġ għandu, madankollu, ikun limitat għall-azjendi li jaqgħtu taħt id-definizzjoni ta' mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar.
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-limiti massimi u minimi biex l-azjendi agrikoli jingħatalhom aċċess għal appoġġ skont il-paragrafi 1(a)(i) u 1(a)(iii) rispettivament. Il-limitu minimu għall-appoġġ taħt il-paragrafu 1(a)(i) għandu jkun ogħla b'mod sinifikanti mil-limitu massimu għall-appoġġ taħt il-paragrafu 1(a)(iii). L-appoġġ għandu, madankollu, ikun limitat għall-azjendi li jaqgħtu taħt id-definizzjoni ta' mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar.
L-appoġġ skont il-paragrafu 1(a)(i) jista' jkun immirat ukoll lejn qbiela tal-art għal bdiewa żgħażagħ, fil-forma ta' garanzija bankarja għall-kuntratti tal-qbiela u appoġġ għar-rati tal-imgħax.
5. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(a) għandu jkun fil-forma ta' pagament b'rata fissa, li jista' jitħallas f'mill-inqas żewġ pagamenti fuq perjodu massimu ta' ħames snin. Il-pagamenti jistgħu jkunu digressivi. Il-ħlas tal-aħħar pagament taħt il-paragrafu 1(a)(i) u (ii) għandu jkun jiddependi fuq l-implimentazzjoni korretta tal-pjan tan-negozju.
5. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(a) għandu jkun fil-forma ta' pagament b'rata fissa, li jista' jitħallas f'mill-inqas żewġ pagamenti fuq perjodu massimu ta' ħames snin. Il-pagamenti jistgħu jkunu digressivi. Il-ħlas tal-aħħar pagament taħt il-paragrafu 1(a)(i) u (ii) għandu jkun jiddependi fuq l-implimentazzjoni korretta tal-pjan tan-negozju.
6. L-ammont massimu ta' appoġġ għall-paragrafu 1 (a) huwa stabbilit fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-ammont ta' appoġġ taħt il-paragrafu 1(a)(i) u (ii) b'kunsiderazzjoni wkoll għas-sitwazzjoni soċjoekonomika taż-żona ta' programmazzjoni.
6. L-ammont massimu ta' appoġġ għall-paragrafu 1 (a) huwa stabbilit fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-ammont ta' appoġġ taħt il-paragrafu 1(a)(i) u (ii) b'kunsiderazzjoni wkoll għas-sitwazzjoni soċjoekonomika taż-żona ta' programmazzjoni.
7. L-appoġġ skont il-paragrafu 1 (c) għandu jkun ekwivalenti għal 120 % tal-pagament annwali li l-benefiċjarju jkun irċieva mill-iskema 'Bdiewa żgħar'.
7. L-appoġġ skont il-paragrafu 1(c) għandu jkun ekwivalenti għal 120 % tal-pagament annwali li l-benefiċjarju jkun irċieva mill-iskema 'Bdiewa żgħar', ikkalkulat għall-perjodu mid-data tat-trasferiment sal-31 ta' Diċembru 2020. L-ammont korrispondenti għandu jitħallas bħala pagament ta' darba.
7a.L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(ca) għandu jingħata bħala pagament ta' darba bl-ammont massimu stabbilit fl-Anness I.
8. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 90 dwar il-kontenut minimu tal-pjanijiet tan-negozju u l-kriterji li għandhom jintużaw mill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-limiti minimi msemmija fil-paragrafu 4.
8. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 90 dwar il-kontenut minimu tal-pjanijiet tan-negozju u l-kriterji li għandhom jintużaw mill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-limiti minimi msemmija fil-paragrafu 4.
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 21
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri b'mod partikolari:
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri b'mod partikolari:
(a) it-tfassil u l-aġġornament ta' pjanijiet għall-iżvilupp tal-muniċipalitajiet fiż-żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom u tal-pjanijiet ta' protezzjoni u ġestjoni b'rabta mas-siti tan-NATURA 2000 u żoni oħra ta' valur naturali għoli;
(a) it-tfassil u l-aġġornament ta' pjanijiet għall-iżvilupp tal-muniċipalitajiet fiż-żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom u tal-pjanijiet ta' protezzjoni u ġestjoni b'rabta mas-siti tan-NATURA 2000 u żoni oħra ta' valur naturali għoli;
(b) investimenti fil-ħolqien, it-titjib jew l-espansjoni tat-tipi kollha ta' infrastruttura fuq skala żgħira, inklużi investiment fl-enerġija rinnovabbli;
(b) investimenti fil-ħolqien, it-titjib jew l-espansjoni tat-tipi kollha ta' infrastruttura fuq skala żgħira, inklużi l-iżvilupp u l-espansjoni tal-kummerċjalizzazzjoni lokali u l-agroturiżmu; u investimenti fl-enerġija rinnovabbli, fis-sistemi għall-iffrankar tal-enerġija u fis-sistemi għal riżorsi sostenibbli u għall-immaniġġjar tal-iskart;
(c) infrastruttura tal-broadband, inkluż il-ħolqien, it-titjib u l-espansjoni tagħha, l-infrastruttura tal-broadband passiv u l-provvista ta' aċċess għal broadband u soluzzjonijiet tal-gvern elettroniku għall-pubbliku;
(c) infrastruttura tal-broadband, inkluż il-ħolqien, it-titjib u l-espansjoni tagħha, l-infrastruttura tal-broadband passiv u l-provvista ta' aċċess għal broadband u soluzzjonijiet tal-gvern elettroniku għall-pubbliku;
(d) investimenti fl-istabbiliment, it-titjib jew l-espansjoni ta' servizzi bażiċi lokali għall-populazzjoni rurali, inkluż dawk relatati mad-divertiment u l-kultura, u l-infrastruttura relatata;
(d) investimenti fl-istabbiliment, it-titjib jew l-espansjoni ta' servizzi bażiċi lokali għall-populazzjoni rurali, inkluż dawk relatati mad-divertiment u l-kultura, u l-infrastruttura relatata;
(e) investimenti mill-korpi pubbliċi f'infrastruttura rikreattiva, informazzjoni għat-turisti u t-twaħħil ta' sinjali f'siti turistiċi;
(e) investimenti għall-benefiċċju pubbliku f'infrastruttura rikreattiva, informazzjoni għat-turisti, infrastruttura tat-turisti fuq skala żgħira, il-kummerċjalizzazzjoni ta' servizzi tat-turiżmu rurali u t-twaħħil ta' sinjali f'siti turistiċi;
(f) studji u investimenti assoċjati mal-manutenzjoni, ir-restawr u l-ammeljorament tal-wirt kulturali u naturali tal-villaġġi u l-pajsaġġi rurali, inklużi aspetti soċjoekonomiċi relatati;
(f) studji u investimenti assoċjati mal-manutenzjoni, ir-restawr u l-ammeljorament tal-wirt kulturali u naturali tal-villaġġi u l-pajsaġġi rurali, inklużi aspetti soċjoekonomiċi relatati;
(g) investimenti li jolqtu r-rilokazzjoni ta' attivitajiet u l-konverżjoni ta' bini jew faċilitajiet oħra li jinsabu viċin żoni rurali, bl-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja jew iżidu il-prestazzjoni ambjentali taż-żona.
(g) investimenti li jolqtu r-rilokazzjoni ta' attivitajiet u l-konverżjoni ta' bini jew faċilitajiet oħra li jinsabu viċin żoni rurali, bl-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja jew iżidu il-prestazzjoni ambjentali taż-żona.
Tista' tingħata prijorità għall-investiment f'inizjattivi ta' żvilupp lokali mmexxija mill-komunità u l-proġetti ta' investiment li huma soġġetti għall-proprjetà u l-kontroll tal-komunità.
2. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jikkonċerna biss infrastruttura fuq skala żgħira, kif definit minn kull Stat Membru fil-programm. Madankollu, il-programmi ta' żvilupp rurali jistgħu jipprovdu għal derogi speċifiċi minn din ir-regola għal investimenti fil-broadband u l-enerġija rinnovabbli. F'dan il-każ, għandhom jiġu provduti kriterji ċari li jiżguraw il-kumplimentarjetà mal-appoġġ taħt strumenti oħra tal-Unjoni.
2. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jikkonċerna biss infrastruttura fuq skala żgħira, kif definit minn kull Stat Membru fil-programm. Madankollu, il-programmi ta' żvilupp rurali jistgħu jipprovdu għal derogi speċifiċi minn din ir-regola għal investimenti fil-broadband u l-enerġija rinnovabbli. F'dan il-każ, għandhom jiġu provduti kriterji ċari li jiżguraw il-kumplimentarjetà mal-appoġġ taħt strumenti oħra tal-Unjoni.
3. L-investimenti taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ meta l-operazzjonijiet rilevanti jiġu implimentati skont il-pjanijiet għall-iżvilupp tal-muniċipalitajiet fiż-żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom, fejn jeżistu tali pjanijiet, u għandhom ikunu konsistenti ma' kwalunkwe strateġija ta' żvilupp lokali jekk tkun teżisti.
3. L-investimenti taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ meta l-operazzjonijiet rilevanti jiġu implimentati skont il-pjanijiet għall-iżvilupp tal-muniċipalitajiet fiż-żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom, fejn jeżistu tali pjanijiet, u għandhom ikunu konsistenti ma' kwalunkwe strateġija ta' żvilupp lokali jekk tkun teżisti.
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 90 dwar id-definizzjoni tat-tipi ta' infrastruttura tal-enerġija rinnovabbli li għandhom ikunu eliġibbli taħt din il-miżura.
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 90 dwar id-definizzjoni tat-tipi ta' infrastruttura tal-enerġija rinnovabbli li għandhom ikunu eliġibbli taħt din il-miżura.
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 22
Artikolu 22
Artikolu 22
Investimenti fl-iżvilupp taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti
Investimenti fl-iżvilupp sostenibbli taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti
1. L-appoġġ skont din il-miżura għandu jikkonċerna:
1. L-appoġġ skont din il-miżura għandu jikkonċerna:
(a) l-afforestazzjoni u l-ħolqien ta' żoni msaġġra;
(a) l-afforestazzjoni u l-ħolqien ta' żoni msaġġra;
(b) l-istabbiliment ta' sistemi tal-agroforestrija;
(b) l-istabbiliment ta' sistemi tal-agroforestrija;
(c) il-prevenzjoni u l-irkuru tal-ħsara lill-foresti minn nirien tal-foresti u diżastri naturali, inklużi t-tifrix ta' organiżmi li jagħmlu ħsara u ta' mard, avvenimenti katastrofiċi u t-theddidiet marbuta mal-klima;
(c) il-prevenzjoni u l-irkuru tal-ħsara lill-foresti minn nirien tal-foresti u diżastri naturali, inklużi t-tifrix ta' organiżmi li jagħmlu ħsara u ta' mard, avvenimenti katastrofiċi u t-theddidiet marbuta mal-klima;
(d) investimenti li jtejbu r-reżistenza u l-valur ambjentali kif ukoll il-potenzjal ta' mitigazzjon tal-ekosistemi tal-foresti;
(d) investimenti li jtejbu r-reżistenza u l-valur ambjentali kif ukoll il-potenzjal ta' mitigazzjon tal-ekosistemi tal-foresti;
(e) investimenti f'teknoloġiji ġodda tal-forestrija u fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-forestrija.
(e) investimenti f'teknoloġiji mtejba tal-forestrija u fl-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-forestrija.
2. Il-limitazzjonijiet fuq is-sjieda tal-foresti provduti fl-Artikoli 36 sa 40 m'għandhomx japplikaw għall-foresti tropikali jew subtropikali u msaġar fit-territorji tal-Ażores, il-Madejra, il-Gżejjer Kanarji, il-Gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 d-dipartimenti Franċiżi Extrakontinentali.
2. Il-limitazzjonijiet fuq is-sjieda tal-foresti provduti fl-Artikoli 23 sa 27 m'għandhomx japplikaw għall-foresti tropikali jew subtropikali u msaġar fit-territorji tal-Ażores, il-Madejra, il-Gżejjer Kanarji, il-Gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 tad-19 ta' Lulju 1993 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-Gżejjer żgħar tal-Eġew fir-rigward ta' ċerti prodotti agrikoli u tad-dipartimenti Franċiżi extrakontinentali.
Għal dak li jirrigwarda azjendi li jaqbżu ċertu daqs li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri fil-programm, l-appoġġ għandu jkun jiddependi mit-tressiq ta' pjan għall-ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti f'konformità mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif definit fil-Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa tal-1993 (iktar 'il quddiem “il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti”).
Għal dak li jirrigwarda azjendi li jaqbżu ċertu daqs li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri fil-programm, l-appoġġ għandu jkun jiddependi fuq il-preżentazzjoni tal-informazzjoni rilevanti minn pjan għall-ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti f'konformità mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif definit fil-Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa tal-1993 (iktar 'il quddiem “il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti”).
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 90 b'rabta mal-kundizzjonijiet li jistabbilixxu l-okkorrenza ta' diżastru naturali jew meta jseħħ it-tifrix ta' organiżmi li jagħmlu ħsara u ta' mard, u d-definizzjoni tat-tipi ta' azzjonijiet ta' prevenzjoni eliġibbli.
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 90 b'rabta mal-kundizzjonijiet li jistabbilixxu l-okkorrenza ta' diżastru naturali jew meta jseħħ it-tifrix ta' organiżmi li jagħmlu ħsara u ta' mard, u d-definizzjoni tat-tipi ta' azzjonijiet ta' prevenzjoni eliġibbli.
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 23
1. L-appoġġ skont l-Artikolu 22(1)(a) għandu jingħata lil sidien privati tal-art u lil min qiegħed fil-kera, lill-muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u għandu jkopri l-ispejjeż tal-istabbiliment u primjum annwali għal kull ettaru li l-ispejjeż ta' manutenzjoni, inkluż tindif kmieni u tard, għal perjodu massimu ta' għaxar snin.
1. L-appoġġ skont l-Artikolu 22(1)(a) għandu jingħata lil sidien privati tal-art u lil min qiegħed fil-kera, lill-muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u għandu jkopri l-ispejjeż tal-istabbiliment u primjum annwali għal kull ettaru biex ikopri l-ispejjeż ta' manutenzjoni, inkluż tindif kmieni u tard, għal perjodu massimu ta' ħmistax-il sena.
2. Kemm l-art agrikola kif ukoll l-art mhux agrikola għandhom ikunu eliġibbli. Speċijiet imħawwlin għandhom ikunu adattati għall-kundizzjonijiet ambjentalu u klimatiċi taż-żona u jissodisfaw rekwiżiti ambjentali minimi. L-ebda appoġġ ma għandu jingħata għat-tħawwil ta' msaġar b'newba qasira, tas-siġar tal-Milied jew għas-siġar li jikbru malajr għall-produzzjoni tal-enerġija. F'żoni fejn l-afforestazzjjoni hija diffiċli minħabba kundizzjonijiet pedoklimatiċi, l-appoġġ jista' jingħata għat-tħawwil ta' siġar perenni bħal arbuxelli jew buxxijiet adattati għall-kundizzjonijiet lokali.
2. Kemm l-art agrikola kif ukoll l-art mhux agrikola għandhom ikunu eliġibbli. Speċijiet imħawlin għandhom ikunu adattati għall-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi taż-żona u jkunu konformi ma' rekwiżiti ambjentali minimi. L-ebda appoġġ ma għandu jingħata għat-tħawwil ta' siġar għat-tkabbir ta' msaġar b'newba qasira, tas-siġar tal-Milied jew għas-siġar li jikbru malajr għall-produzzjoni tal-enerġija. F'żoni fejn l-afforestazzjjoni hija diffiċli minħabba kundizzjonijiet pedoklimatiċi, l-appoġġ jista' jingħata għat-tħawwil ta' siġar perenni bħal arbuxelli jew buxxijiet adattati għall-kundizzjonijiet lokali. Sabiex jiġu evitati impatti ta' ħsara fuq l-ambjent jew il-bijodiversità, l-Istati Membri jistgħu jinnominaw żoni bħala żoni mhux adattati għall-afforestazzjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 90 dwar id-definizzjoni tar-rekwiżiti ambjentali minimi msemmija fil-paragrafu 2.
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 90 li jistabbilixxu d-definizzjoni tar-rekwiżiti ambjentali minimi msemmija fil-paragrafu 2, li għandhom jikkunsidraw id-diversità ta' ekosistemi tal-foresti fl-Unjoni.
Emendi 65 u 169 Proposta għal regolament Artikolu 24
1. L-appoġġ skont l-Artikolu 22(1)(b) għandu jingħata lil sidien privati tal-art u lil min qiegħed fil-kera, lill-muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u għandu jkopri l-ispejjeż tal-istabbiliment u primjum annwali għal kull ettaru li l-ispejjeż ta' manutenzjoni, għal perjodu massimu ta' tliet snin.
1. L-appoġġ skont l-Artikolu 22(1)(b) għandu jingħata lil sidien privati tal-art u lil min qiegħed fil-kera, lill-muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u għandu jkopri l-ispejjeż tal-istabbiliment u primjum annwali għal kull ettaru li jkopri l-ispejjeż ta' manutenzjoni, għal perjodu massimu ta' ħames snin.
2. “Is-sistemi tal-agroforestrija” għandhom ifissru sistemi ta' użu tal-art fejn jitkabbru s-siġar flimkien ma' agrikoltura estensiva fuq l-istess art. L-għadd massimu ta' siġar li għandu jitħawwel għal kull ettaru għandu jkun determinat mill-Istati Membri b'kunsiderazzjoni għall-kundizzjonijiet pedoklimatiċi, l-ispeċijiet tal-forestrija u l-bżonn li jkun żgurat użu agrikolu tal-art.
2. “Is-sistemi tal-agroforestrija” għandhom ifissru sistemi ta' użu tal-art fejn jitkabbru s-siġar flimkien ma' agrikoltura fuq l-istess art. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-għadd minimu u massimu ta' siġar għal kull ettaru li għandu jitħawwel jew jiġi preservat, b'kunsiderazzjoni għall-kondizzjonijiet pedoklimatiċi u ambjentali lokali, l-ispeċi tal-forestrija u l-ħtieġa li jkun żgurat użu agrikolu sostenibbli tal-art.
3. L-appoġġ għandu jkun limitat għar-rata massima tal-appoġġ stabbilita fl-Anness I.
3. L-appoġġ għandu jkun limitat għar-rata massima tal-appoġġ stabbilita fl-Anness I.
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 25
1. L-appoġġ skont l-Artikolu 22(1)(c) għandu jingħata lil sidien privati, semipubbliċi u pubbliċi tal-foresti, lill-muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u għandu jkopri l-ispejjeż għall:
1. L-appoġġ skont l-Artikolu 22(1)(c) għandu jingħata lil sidien privati, semipubbliċi u pubbliċi tal-foresti, lill-muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u għandu jkopri l-ispejjeż għall:
(a) L-istabbiliment ta' infrastruttura protettiva. Fil-każ ta' fire breaks (strixxi mingħajr siġar biex in-nar ma jitħalliex jinfirex fil-foresta), l-appoġġ jista' jkopri wkoll għajnuna li tikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-manutenzjoni. M'għandu jingħata ebda appoġġ għal attivitajiet relatati mal-agrikoltura f'żoni koperti minn impenji agroambjentali.
(a) L-istabbiliment ta' infrastruttura protettiva. Fil-każ ta' fire breaks (strixxi mingħajr siġar biex in-nar ma jitħalliex jinfirex fil-foresta), l-appoġġ jista' jkopri wkoll għajnuna li tikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-manutenzjoni. M'għandu jingħata ebda appoġġ għal attivitajiet relatati mal-agrikoltura f'żoni koperti minn impenji agroambjentali. Appoġġ jista' jingħata għall-bdiewa li jrabbu l-bhejjem, li l-bhejjem tagħhom, meta jirgħu, jevitaw in-nirien.
(b) attivitajiet lokali ta' prevenzjoni fuq skala żgħira kontra nirien jew perikli naturali oħra;
(b) attivitajiet lokali ta' prevenzjoni fuq skala żgħira kontra nirien jew perikli naturali oħra;
(c) istabbiliment u titjib ta' faċilitajiet għall-monitoraġġ tan-nirien fil-foresti, tal-organiżmi li jagħmlu ħsara u ta' mard u tagħmir ta' komunikazzjoni;
(c) istabbiliment u titjib ta' faċilitajiet għall-monitoraġġ tan-nirien fil-foresti, tal-organiżmi li jagħmlu ħsara u ta' mard u tagħmir ta' komunikazzjoni; kif ukoll
(d) l- tal-potenzjal ta' foresta li tkun saritilu ħsara minn nirien jew diżastri naturali oħra inklużi organiżmi li jagħmlu ħsara, mard u avvenimenti marbuta mat-tibdil fil-klima.
(d) l- tal-potenzjal ta' foresta li tkun saritilu ħsara minn nirien jew diżastri naturali oħra inklużi organiżmi li jagħmlu ħsara, mard u avvenimenti marbuta mat-tibdil fil-klima.
F'żoni kategorizzati bħala b'riskju għoli, l-introduzzjoni ta' tagħmir għall-prevenzjoni tan-nirien tal-foresti hi pre-rekwiżit għall-appoġġ.
2. Fil-każ ta' azzjonijiet preventivi li jikkonċernaw organiżmi li jagħmlu ħsara u mard, ir-riskju li jseħħ diżastru rilevanti għandu jkun appoġġjat b'evidenza xjentifika u rikonoxxut minn organizzazzjonijiet xjentifiċi pubbliċi. Fejn ikun rilevanti, għandha tiġi provduta fil-programm il-lista tal-ispeċijiet ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti li jistgħu jikkawżaw diżastru.
2. Fil-każ ta' azzjonijiet preventivi li jikkonċernaw organiżmi li jagħmlu ħsara u mard, ir-riskju li jseħħ diżastru rilevanti għandu jkun appoġġjat b'evidenza xjentifika u rikonoxxut minn organizzazzjonijiet xjentifiċi pubbliċi. Fejn ikun rilevanti, għandha tiġi provduta fil-programm il-lista tal-ispeċijiet ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti li jistgħu jikkawżaw diżastru.
L-operazzjonijiet eliġibbli għandhom ikunu konsistenti ma' pjan għall-protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istati Membri. Għal azjendi li jaqbżu ċertu daqs li għandu jiġi determinat mill-Istati Membri fil-programm, l-appoġġ għandu jkun jiddependi mis-sottomissjoni ta' pjan tal-ġestjoni tal-foresti li jipprovdi dettalji dwar l-objettivi ta' prevenzjoni
L-operazzjonijiet eliġibbli għandhom ikunu konsistenti ma' pjan għall-protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istati Membri. Għal azjendi li jaqbżu ċertu daqs li għandu jiġi determinat mill-Istati Membri fil-programm, l-appoġġ għandu jkun jiddependi mis-sottomissjoni ta' pjan tal-ġestjoni tal-foresti li jipprovdi dettalji dwar l-objettivi ta' prevenzjoni.
Żoni forestali klassifikati bħala riskju medju sa għoli skont il-pjan għall-protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istati Membri, għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ relatat mal-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti. Żoni forestali klassifikati bħala riskju medju sa għoli skont il-pjan għall-protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istati Membri, għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ relatat mal-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti.
Żoni forestali klassifikati bħala riskju medju sa għoli skont il-pjan għall-protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istati Membri, għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ relatat mal-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti. Żoni forestali klassifikati bħala riskju medju sa għoli skont il-pjan għall-protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istati Membri, għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ relatat mal-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti.
3. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(d) għandu jkun suġġett għar-rikonoxximent formali tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istati Membri li jkun seħħ diżastru naturali u li dan id-diżastru jew il-miżuri adottati skont id-Direttiva 2000/29/KE biex jiġu eradikati jew ikkontrollati mard jew organiżmi ta' ħsara kkawżaw il-qerda ta' mill-inqas 30 % tal-potenzjal tal-foresti rilevanti. Dan il-perċentwal għandu jiġi determinat fuq il-bażi tal-potenzjal tal-foresti eżistenti fil-perjodu ta' tliet snin immedjatament qabel id-diżastru jew fuq il-medja tal-perjodu ta' ħames snin immedjatament qabel id-diżastru, minbarra l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa.
3. L-appoġġ taħt il-paragrafu 1(d) għandu jkun suġġett għar-rikonoxximent formali tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istati Membri li jkun seħħ diżastru naturali u li dan id-diżastru jew il-miżuri adottati skont id-Direttiva 2000/29/KE biex jiġu eradikati jew ikkontrollati mard ta' pjanti jew organiżmi ta' ħsara, ikkawżaw il-qerda sinifikanti tal-potenzjal tal-foresti rilevanti b'limitu li għandu jkun definit mill-Istati Membri. Il-grad sa liema kien hemm dannu għandu jiġi determinat fuq il-bażi tal-potenzjal tal-foresti eżistenti fil-perjodu ta' tliet snin immedjatament qabel id-diżastru jew fuq il-medja tal-perjodu ta' ħames snin immedjatament qabel id-diżastru, minbarra l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa.
4. L-ebda appoġġ taħt din il-miżura m'għandu jingħata għal telf ta' dħul li jirriżulta mid-diżastru naturali.
4. L-ebda appoġġ taħt din il-miżura m'għandu jingħata għal telf ta' dħul li jirriżulta mid-diżastru naturali.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpens żejjed b'konsegwenza tal-kombinazzjoni ta' din il-miżura u strumenti oħra ta' appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni jew skemi tal-assigurazzjoni privata jiġi evitat.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpens żejjed b'konsegwenza tal-kombinazzjoni ta' din il-miżura u strumenti oħra ta' appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni jew skemi tal-assigurazzjoni privata jiġi evitat.
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 27
Artikolu 27
Artikolu 27
Investimenti f'teknoloġiji ta' forestrija ġodda u fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-forestrija
Investimenti f'teknoloġiji ta' forestrija mtejba u fl-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-forestrija
1. L-appoġġ skont l-Artikolu 22(1)(e) għandu jingħata lil sidien ta' foresti privati, muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u lill-SMEs għal investimenti li jtejbu l-potenzjal tal-forestrija jew li jkunu relatati mal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni li jżidu l-valur tal-prodotti tal-forestrija. Fit-territorji tal-Gżejjer Azores, il-Madejra, il-Gżejjer Kanarji, il-Gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 u d-Dipartimenti Franċiżi Extrakontinentali, l-appoġġ jista' jingħata wkoll lil intrapriżi li mhumiex SMEs.
1. L-appoġġ skont l-Artikolu 22(1)(e) għandu jingħata lil sidien ta' foresti privati, muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u lill-SMEs għal investimenti li jtejbu l-potenzjal tal-forestrija jew li jkunu relatati mal-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni li jżidu l-valur tal-prodotti tal-forestrija. Fit-territorji tal-Gżejjer Azores, il-Madejra, il-Gżejjer Kanarji, il-Gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 u d-Dipartimenti Franċiżi Extrakontinentali, l-appoġġ jista' jingħata wkoll lil intrapriżi li mhumiex SMEs.
Għandu jingħata appoġġ biss għal investimenti u teknoloġiji li huma konformi mar-Regolament (UE) Nru 995/2010 u li ma jagħmlux ħsara lill-bijodiversità jew lil servizzi oħra tal-ekosistemi tal-foresti.
2. L-investimenti marbuta mat-titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti għandhom ikunu fil-livell tal-azjenda tal-forestrija u jistgħu jinkludu l-investimenti relatati ma' makkinarju u prattiki tal-ħsad li ma jagħmlux ħsara lill-ħamrija u lir-riżorsi.
2. L-investimenti marbuta mat-titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti għandhom ikunu fil-livell tal-azjenda tal-forestrija u jistgħu jinkludu l-investimenti relatati ma' makkinarju u prattiki tal-ħsad li ma jagħmlux ħsara lill-ħamrija u lir-riżorsi.
3. L-investimenti marbuta mal-produzzjoni u l-użu tal-injam bħala materja prima jew sors ta' enerġija għandhom ikunu limitati għall-operazzjonijiet ta' ħidma kollha qabel l-ipproċessar industrijali.
3. L-investimenti marbuta mal-produzzjoni u l-użu tal-injam bħala materja prima jew sors ta' enerġija għandhom ikunu limitati għall-operazzjonijiet ta' ħidma kollha qabel l-ipproċessar industrijali.
4. L-appoġġ għandu jkun limitat għar-rati ta' appoġġ massimu stabbiliti fl-Anness I.
4. L-appoġġ għandu jkun limitat għar-rati ta' appoġġ massimu stabbiliti fl-Anness I.
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 28
Artikolu 28
Artikolu 28
Stabbiliment ta' gruppi ta' produtturi
Stabbiliment ta' gruppi u organizzazzjonijiet ta' produtturi
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata sabiex jiffaċilita l-istabbiliment ta' gruppi ta' produtturi fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija għall-finijiet ta':
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata sabiex jiffaċilita l-istabbiliment ta' u l-iżvilupp ta' gruppi u organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija għall-finijiet ta':
(a) l-adattament tal-produzzjoni u l-eżitu tal-produtturi membri ta' dawn il-gruppi għar-rekwiżiti tas-suq;
(a) l-adattament tal-produzzjoni u l-eżitu tal-produtturi membri ta' dawn il-gruppi għar-rekwiżiti tas-suq;
(b) it-tqegħid konġunt ta' oġġetti fis-suq, inkluża l-preparazzjoni għall-bejgħ, iċ-ċentralizzazzjoni tal-bejgħ u l-provvista lil xerrejja bl-ingrossa;
(b) it-tqegħid konġunt ta' oġġetti fis-suq, inkluża l-preparazzjoni għall-bejgħ, iċ-ċentralizzazzjoni tal-bejgħ u l-provvista lil xerrejja bl-ingrossa;
(c) l-istabbiliment ta' regoli komuni dwar l-informazzjoni fuq il-produzzjoni, b'attenzjoni partikolari għall-ħsad u d-disponibbiltà; kif ukoll
(c) l-istabbiliment ta' regoli komuni dwar l-informazzjoni fuq il-produzzjoni, b'attenzjoni partikolari għall-ħsad u d-disponibbiltà; kif ukoll
(d) attivitajiet oħra li jistgħu jitwettqu minn gruppi ta' produtturi, bħall-iżvilupp ta' ħiliet tan-negozju u tal-kummerċjalizzazzjoni u l-organizzazzjoni u l-iffaċilitar tal-proċessi tal-innovazzjoni.
(d) attivitajiet oħra li jistgħu jitwettqu minn gruppi ta' produtturi, bħall-iżvilupp ta' ħiliet tan-negozju u tal-kummerċjalizzazzjoni u l-organizzazzjoni u l-iffaċilitar tal-proċessi tal-innovazzjoni.
2. L-appoġġ għandu jingħata lil gruppi ta' produtturi li huma uffiċjalment rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri fuq il-bażi ta' pjan tan-negozju. Dan għandu jkun limitat għal gruppi ta' produtturi li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' SMEs.
2. L-appoġġ għandu jingħata lil gruppi ta' produtturi li huma uffiċjalment rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri fuq il-bażi ta' pjan tan-negozju. Tista' tingħata prijorità lill-gruppi ta' produtturi ta' prodotti ta' kwalità koperti mill-Artikolu 17 kif ukoll lill-mikrointrapriżi. L-ebda appoġġ m'għandu jingħata lil gruppi ta' produtturi li ma jissodisfawx il-kriterji stipulati fid-definizzjoni ta' intrapriżi ta' daqs żgħir u medju.
L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-objettivi tal-pjan ta' negozju jkunu ntlaħqu fi żmien ħames snin mir-rikonoxximent tal-grupp ta' produtturi.
L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-objettivi tal-pjan ta' negozju jkunu ntlaħqu fi żmien ħames snin mir-rikonoxximent tal-grupp ta' produtturi.
3. L-appoġġ għandu jitħallas bħala għajnuna ta' rata fissa f'pagamenti annwali għall-ewwel ħames snin mid-data li fiha l-grupp ta' produtturi jkun ġie rikonoxxut fuq il-bażi tal-pjan tan-negozju tiegħu. Dan għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-produzzjoni kummerċjalizzata annwali tal-grupp. L-Istati Membri għandhom iħallsu l-aħħar pagament biss wara li jkunu vverifikaw l-implimentazzjoni korretta tal-pjan tan-negozju.
3. L-appoġġ għandu jitħallas bħala għajnuna ta' rata fissa f'pagamenti annwali għall-ewwel ħames snin mid-data li fiha l-grupp ta' produtturi jkun ġie rikonoxxut fuq il-bażi tal-pjan tan-negozju tiegħu. Dan għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-produzzjoni kummerċjalizzata annwali tal-grupp. L-Istati Membri għandhom iħallsu l-aħħar pagament biss wara li jkunu vverifikaw l-implimentazzjoni korretta tal-pjan tan-negozju.
Fl-ewwel sena, l-Istati Membri jistgħu jħallsu appoġġ lill-grupp ta' produtturi kkalkulat fuq il-bażi tal-valur annwali medju tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-membri tiegħu fit-tliet snin qabel ma ngħaqdu fil-grupp. Fil-każ ta' gruppi ta' produtturi fis-settur tal-forestrija, l-appoġġ għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-produzzjoni kkumerċjalizzata medja tal-membri tal-grupp fuq l-aħħar ħames snin qabel ir-rikonoxximent, eskluż l-ogħla valur u dak l-iktar baxx.
Fl-ewwel sena, l-Istati Membri jistgħu jħallsu appoġġ lill-grupp ta' produtturi kkalkulat fuq il-bażi tal-valur annwali medju tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-membri tiegħu fit-tliet snin qabel ma ngħaqdu fil-grupp. Fil-każ ta' gruppi ta' produtturi fis-settur tal-forestrija, l-appoġġ għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-produzzjoni kkumerċjalizzata medja tal-membri tal-grupp fuq l-aħħar ħames snin qabel ir-rikonoxximent, eskluż l-ogħla valur u dak l-iktar baxx.
4. L-appoġġ għandu jkun limitat għar-rati u l-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness I
4. L-appoġġ għandu jkun limitat għar-rati u l-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness I
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 29
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-għajnuna taħt din il-miżura fit-territorji tagħhom, skont il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet speċifiċi nazzjonali, reġjonali jew lokali tagħhom. L-inklużjoni ta’ din il-miżura fil-programmi għall-iżvilupp rurali għandha tkun obbligatorja.
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-għajnuna taħt din il-miżura fit-territorji tagħhom, skont il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet speċifiċi nazzjonali, reġjonali jew lokali tagħhom. Din il-miżura għandha tkun immirata għall-preservazzjoni kif ukoll il-promozzjoni tal-bidliet meħtieġa fil-prattiki agrikoli li jagħtu kontribut pożittiv għall-ambjent u l-klima. L-inklużjoni tagħha fil-programmi għall-iżvilupp rurali għandha tkun obbligatorja.
2. Il-pagamenti agroambjentali u tal-klima għandhom jingħataw lil bdiewa, gruppi ta’ bdiewa u partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjoni li tikkonsisti f'impenji agroambjentali klimatiċi wieħed jew aktar fuq l-art agrikola. Meta jkun debitament ġustifikat biex jintlaħqu objettivi ambjentali, il-pagamenti agroambjentali klimatiċi jistgħu jingħataw lil partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art jew gruppi ta’ partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art.
2. Il-pagamenti agroambjentali u tal-klima għandhom jingħataw lil bdiewa, gruppi ta’ bdiewa jew gruppi ta’ bdiewa jew partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjonijiet li jikkonsistu minn impenn agroambjentali klimatiku wieħed jew aktar fuq l-art agrikola jew fuq art adattata għall-agrikoltura. Programmi agroambjentali għandhom jimmiraw għal eżempji tal-aħjar prattiki (skont il-“prinċipju prekursur”), inklużi dawk relatati mal-ġestjoni tal-ħamrija, ġestjoni tal-ilma, bijodiversità, riċiklaġġ tan-nutrijenti u żamma tal-ekosistema, u jipprijoritizzaw l-investiment f’dawn it-tekniki. Il-programmi għandhom ifittxu li jferrxu l-aħjar prattiki fit-territorju kollu tal-programm. L-iskemi klimatiċi għandhom ikunu mmirati biex jiksbu t-titjib tal-prestazzjoni fit-tnaqqis tal-gassijiet tas-serra tal-azjenda agrikola kollha kemm hi jew tas-sistema agrikola kollha kemm hi. Meta jkun debitament ġustifikat biex jintlaħqu objettivi ambjentali, il-pagamenti agroambjentali klimatiċi jistgħu jingħataw lil partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art jew gruppi ta’ partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art.
3. Il-pagamenti agroambjentali klimatiċi jkopru biss dawk l-impenji li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti permezz tal-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru HR/2012 u obbligi rilevanti oħra stabbiliti taħt il-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru DP/2012, rekwiżiti minimi rilevanti għal fertilizzanti u l-użu ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Dawn ir-rekwiżiti obbligatorji kollha għandhom ikunu identifikati fil-programm.
3. Il-pagamenti agroambjentali u tal-klima jkopru biss dawk l-impenji li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti permezz tal-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru HR/2012 u l-obbligi kollha rilevanti stabbiliti taħt il-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru DP/2012, rekwiżiti minimi rilevanti għal fertilizzanti u l-użu ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Dawn ir-rekwiżiti obbligatorji kollha għandhom ikunu identifikati fil-programm.
4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jipprovdu lill-persuni li jimpenjaw ruħhom li jwettqu operazzjonijiet taħt din il-miżura l-għarfien u l-informazzjoni meħtieġa biex jimplimentawhom, inkluż permezz ta’ pariri esperti relatati mal-impenn u/jew billi l-appoġġ taħt din il-miżura jingħata bil-kundizzjoni li jittieħed it-taħriġ rilevanti.
4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jipprovdu lill-persuni li jimpenjaw ruħhom li jwettqu operazzjonijiet taħt din il-miżura l-għarfien u l-informazzjoni meħtieġa biex jimplimentawhom, inkluż permezz ta’ pariri esperti relatati mal-impenn u/jew billi l-appoġġ taħt din il-miżura jingħata bil-kundizzjoni li jittieħed it-taħriġ rilevanti.
5. L-impenji skont din il-miżura għandhom jittieħdu għal perjodu ta’ bejn ħames u seba’ snin. Madankollu, fejn ikun meħtieġ biex jinkisbu jew jinżammu l-benefiċċji ambjentali mixtieqa, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom għal tipi ta’ impenji partikolari, inkluż billi tiġi prevista estensjoni annwali wara t-terminazzjoni tal-perjodu inizjali.
5. L-impenji skont din il-miżura għandhom jittieħdu għal perjodu ta’ bejn ħames u seba’ snin. Madankollu, fejn ikun meħtieġ biex jinkisbu jew jinżammu l-benefiċċji ambjentali mixtieqa, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom għal tipi ta’ impenji partikolari, inkluż billi tiġi prevista estensjoni annwali wara t-terminazzjoni tal-perjodu inizjali. Fir-rigward ta’ impenji ġodda li jsegwu direttament l-impenn imwettaq fil-perjodu inizjali, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu iqsar fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom.
6. Il-pagamenti għandhom jingħataw kull sena u għandhom jikkumpensaw lill-benefiċjarji għal spejjeż addizzjonali u dħul mitluf li jirriżultaw mill-impenji meħuda. Fejn ikun meħtieġ, dawn jistgħu jkopru wkoll spejjeż ta’ tranżazzjoni sa valur massimu ta’ 20% tal-primjum imħallas għall-impenn agroambjentali klimatiċi. Meta l-impenji jittieħdu minn gruppi ta’ bdiewa, il-livell massimu għandu jkun 30%.
6. Il-pagamenti għandhom jingħataw kull sena u għandhom jikkumpensaw lill-benefiċjarji għal spejjeż addizzjonali u dħul mitluf li jirriżultaw mill-impenji meħuda. Fejn ikun meħtieġ, dawn jistgħu jkopru wkoll spejjeż ta’ tranżazzjoni sa valur massimu ta’ 20% tal-primjum imħallas għall-impenn agroambjentali klimatiċi. Meta l-impenji jaqgħu taħt azzjoni kollettiva, il-livell massimu għandu jkun 30 %.
M’għandu jingħata l-ebda appoġġ mill-FAEŻR għal impenji koperti mill-Kapitolu 2 tat- Titolu III tar-Regolament (UE) Nru DP/2012.
6a.Għall-operazzjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni ambjentali, l-Istati Membri jistgħu, f’każijiet debitament ġustifikati, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 6, jagħtu l-appoġġ bħala rata fissa jew bħala pagament ta’ darba għal kull unità fir-rigward ta’ impenji li jirrinunzjaw l-użu kummerċjali ta’ żoni. Appoġġ bħal dan għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-ispejjeż addizzjonali mġarrba u d-dħul mitluf.
7. Fejn meħtieġ għall-iżgurar tal-applikazzjoni effiċjenti tal-miżura, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(3) għall-għażla tal-benefiċjarji.
7. Fejn meħtieġ għall-iżgurar tal-applikazzjoni effiċjenti tal-miżura, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(3) għall-għażla tal-benefiċjarji.
8. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness I.
8. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness I.
L-ebda appoġġ skont din il-miżura ma jista’ jingħata għal impenji li huma koperti taħt il-miżura tal-biedja organika.
L-ebda appoġġ skont din il-miżura ma jista’ jingħata għal impenji li huma koperti taħt il-miżura tal-biedja organika.
9. L-appoġġ jista’ jiġi provdut għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura għal operazzjonijiet mhux koperti mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 8.
9. L-appoġġ jista’ jiġi provdut għall-konservazzjoni u għall-użu u l-iżvilupp sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura għal operazzjonijiet mhux koperti mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 8.
10. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 90 b’rabta mal-estensjoni annwali tal-impenji wara l-perjodu inizjali tal-operazzjoni, il-kundizzjonijiet applikabbli għal impenji għall-estensifikazzjoni u l-ġestjoni b’mod differenti tat-trobbija tal-bhejjem, il-limitazzjoni ta’ fertilizzanti, prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti jew inputs oħra, it-trobbija ta’ razez lokali fil-periklu li jintilfu minħabba skopijiet agrikoli jew għall-preservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi tal-pjanti kif ukoll b’rabta mad-definizzjoni tal-operazzjonijiet eliġibbli taħt il-paragrafu 9.
10. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 90 b’rabta mal-estensjoni annwali tal-impenji wara l-perjodu inizjali tal-operazzjoni, il-kundizzjonijiet applikabbli għal impenji għall-estensifikazzjoni u l-ġestjoni b’mod differenti tat-trobbija tal-bhejjem, il-limitazzjoni ta’ fertilizzanti, prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti jew inputs oħra, it-trobbija ta’ razez lokali fil-periklu li jintilfu minħabba skopijiet agrikoli jew għall-preservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi tal-pjanti kif ukoll b’rabta mad-definizzjoni tal-operazzjonijiet eliġibbli taħt il-paragrafu 9.
Emendi 70 u 145 Proposta għal regolament Artikolu 30 - paragrafu 2
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata għal kull ettaru ta' ŻAU lill-bdiewa jew gruppi ta’ bdiewa li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja li jikkonvertu jew iżommu prattiki u metodi tal-biedja organika kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007.
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata għal kull ettaru ta' ŻAU lill-bdiewa jew gruppi ta’ bdiewa li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja li jikkonvertu jew iżommu prattiki u metodi tal-biedja organika kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 u tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u l-ittikkettar tal-prodotti organiċi.
2. L-appoġġ għandu jingħata biss għal impenji lil jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti l-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru HR/2012, rekwiżiti minimi rilevanti għall-użu ta’ fertilizzanti u prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Dawn ir-rekwiżiti kollha għandhom jiġu identifikati fil-programm.
2. L-appoġġ għandu jingħata biss għal impenji li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru HR/2012, l-obbligi rilevanti kollha stabbiliti taħt il-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru DP/2012, rekwiżiti minimi rilevanti għall-użu ta’ fertilizzanti u prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti mil-liġi nazzjonali. Dawn ir-rekwiżiti kollha għandhom jiġu identifikati fil-programm.
3. L-impenji skont din il-miżura għandhom jittieħdu għal perjodu ta’ bejn ħames u seba’ snin. Meta l-appoġġ jingħata għaż-żamma tal-biedja organika, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom għal estensjoni annwali wara t-terminazzjoni tal-ewwel perjodu ta’ ħames snin.
3. L-impenji skont din il-miżura għandhom jittieħdu għal perjodu ta’ bejn ħames u seba’ snin. Sabiex jitħeġġeġ l-użuta' din il-miżura wkoll wara l-2015, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmu għall-appoġġ tal-bdiewa permezz ta' miżura ta' segwitu wara l-2020. Meta l-appoġġ jingħata għaż-żamma tal-biedja organika, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom għal estensjoni annwali wara t-terminazzjoni tal-ewwel perjodu ta’ ħames snin.
4. Il-pagamenti għandhom jingħataw kull sena u għandhom jikkumpensaw lill-benefiċjarji għal spejjeż addizzjonali u dħul mitluf li jirriżultaw mill-impenji meħuda. Fejn hu meħtieġ, dawn jistgħu jkopru wkoll spejjeż ta’ tranżazzjonijiet sa valur massimu ta’ 20% tal-primjum imħallas għall-impenn. Meta l-impenji jittieħdu minn gruppi ta’ bdiewa, il-livell massimu għandu jkun 30%.
4. Il-pagamenti għandhom jingħataw kull sena u għandhom jikkumpensaw lill-benefiċjarji għal spejjeż addizzjonali u dħul mitluf li jirriżultaw mill-impenji meħuda. Fejn hu meħtieġ, dawn jistgħu jkopru wkoll spejjeż ta’ tranżazzjonijiet sa valur massimu ta’ 20% tal-primjum imħallas għall-impenn. Meta l-impenji jittieħdu minn gruppi ta’ bdiewa jew gruppi ta' maniġers oħra tal-artijiet, il-livell massimu għandu jkun 30%.
5. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness I.
5. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness I.
5a.Fil-programmi tagħhom għall-iżvilupp rurali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif din il-miżura tista' tiġi kkombinata ma' miżuri oħra, u b'mod partikolari mal-miżuristabbiliti fl-Artikoli 17, 18, 28, 29, 31 u 36, sabiex tespandi l-biedja organikau biex tilħaq objettivi tal-ambjent u objettivi ekonomiċi rurali.
Emendi 71 u 146 Proposta għal regolament Artikolu 31
1. L-appoġġ skont din il-miżura għandu jingħata kull sena u għal kull ettaru ta’ ŻAU jew għal kull ettaru ta’ foresti sabiex jikkumpensa l-benefiċjarji għal spejjeż imġarrba u d-dħul mitluf li jirriżulta mill-iżvantaġġi fiż-żoni kkonċernati, marbuta mal-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE, u 2000/60/KE.
1. L-appoġġ skont din il-miżura għandu jingħata kull sena u għal kull ettaru ta’ ŻAU jew għal kull ettaru ta’ foresti sabiex jikkumpensa l-benefiċjarji għal spejjeż imġarrba u d-dħul mitluf li jirriżulta mill-iżvantaġġi fiż-żoni kkonċernati, marbuta mal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa1, id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi2, u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li jistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma3.
Għar-rekwiżiti ta’ natura permamenti, l-appoġġ jista’ jieħu l-forma ta’ pagament ta’ darba għal kull ettaru ta’ ŻAU jew foresta ħalli jkun kopert il-kumpens sħiħ. F'dan il-każ ir-rekwiżiti għandhom jiġu rreġistrati bħala servitujiet dwar l-użufutur tal-art f'reġistru nazzjonali tal-artijiet. Fil-każijiet li jkunu debitament ġustifikati l-appoġġ jista’ jingħata abbażi ta’ kostijiet unitarji għajr skont l-etturu, bħalma huma skont il-kilometru ta’ mġieri.
L-appoġġ jista’ jkopri l-investimenti mhux produttivi tanġibbli u/jew intanġibbli li huma neċessarji għall-konformità mar-rekwiżiti marbutin mad-Direttivi 2009/147/KE, 92/43/KEE u 2000/60/KE.
2. L-appoġġ għandu jingħata lil bdiewa u lil sidien tal-foresti privati u l-assoċjazzjonijiet tas-sidien tal-foresti rispettviament. F’każijiet debitament ġustifikati, jista’ jingħata lil maniġers oħra tal-art.
2. L-appoġġ għandu jingħata lil bdiewa u lil sidien tal-foresti privati u l-assoċjazzjonijiet tas-sidien tal-foresti rispettviament. F’każijiet debitament ġustifikati, jista’ jingħata lil maniġers oħra tal-art.
3. L-appoġġ lill-bdiewa, marbut mad-Direttiva 92/43/KEE u 2009/147/KE għandu jingħata biss b’rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw minn rekwiżiti li jmorru lil hinn mill-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba pprovduta fl-Artikolu 94 u l-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru HR/2012.
3. L-appoġġ lill-bdiewa, marbut mad-Direttiva 92/43/KEE u 2009/147/KE għandu jingħata biss b’rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw minn rekwiżiti li jmorru lil hinn mill-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba pprovduta fl-Artikolu 94 u l-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru HR/2013 u l-obbligi rilevanti stabbiliti skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru DP/2013. Dispożizzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu previsti fil-programm ta’ żvilupp rurali għall-każijiet fejn dawn l-obbligi mhumiex kompatibbli fl-azjenda kkonċernata mal-objettivi ta’ dawk id-Direttivi.
4. L-appoġġ lill-bdiewa, marbut mad-Direttiva 2000/60/KE, għandu jingħata biss b’rabta ma’ rekwiżiti speċifiċi li:
4. L-appoġġ lill-bdiewa, marbut mad-Direttiva 2000/60/KE, għandu jingħata biss b’rabta ma’ rekwiżiti speċifiċi li:
(a) ikunu ġew introdotti mid-Direttiva 2000/60/KE, li jkunu f’konformità mal-programmi ta’ miżuri tal-pjanijiet ta’ ġestjoni taż-żoni idrografiċi għall-finijiet tal-ilħuq tal-għanijiet ambjentali ta’ dik id-Direttiva u li jmorru lil hinn mill-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ilma;
(a) ikunu ġew introdotti mid-Direttiva 2000/60/KE, li jkunu f’konformità mal-programmi ta’ miżuri tal-pjanijiet ta’ ġestjoni taż-żoni idrografiċi għall-finijiet tal-ilħuq tal-għanijiet ambjentali ta’ dik id-Direttiva u li jmorru lil hinn mill-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ liġi oħra tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ilma;
(b) imorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-ġestjoni statutorji u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba pprovduta mill-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru HR/2012 u l-obbligi stabbiliti skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru DP/2012.
(b) imorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-ġestjoni statutorji u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba pprovduta mill-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru HR/2013 u l-obbligi stabbiliti skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru DP/2013;
(c) imorru lil hinn mil-livell tal-protezzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti fiż-żmien li d-Direttiva 2000/60/KE ġiet adottata kif stabbilit fl-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2000/60/KE; u
(c) imorru lil hinn mil-livell tal-protezzjoni tal-liġi tal-Unjoni eżistenti fiż-żmien li d-Direttiva 2000/60/KE ġiet adottata kif stabbilit fl-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2000/60/KE; u
(d) jimponu bidliet radikali fit-tip ta' użu tal-art, u/jew restrizzjonijiet ewlenin fi prattika tal-biedja li tirriżulta f’telf sinifikanti ta' dħul.
(d) jimponu bidliet radikali fit-tip ta' użu tal-art, u/jew restrizzjonijiet ewlenin fi prattika tal-biedja li tirriżulta f’telf sinifikanti ta' dħul.
5. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu identifikati fil-programm.
5. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu identifikati fil-programm.
6. Iż-żoni li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-pagamenti:
6. Iż-żoni li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-pagamenti:
(a) żoni agrikoli u tal-foresti tan-Natura 2000 identifikati skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE ;
(a) żoni agrikoli u tal-foresti tan-Natura 2000 identifikati skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE ;
(b) żoni oħra delimitati ta’ protezzjoni tan-natura b’restrizzjonijiet ambjentali applikabbli għal biedja jew foresti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE. Dawn iż-żoni, skont il-programm ta' żvilupp rurali, m’għandhomx jaqbżu 5% taż-żoni identifikati tan-Natura 2000 koperti bl-ambitu territorjali tiegħu;
(b) żoni oħra delimitati ta’ protezzjoni tan-natura b’restrizzjonijiet ambjentali applikabbli għal biedja jew foresti li jikkontribwixxu għat-titjib tal-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet skont l-Anness IV għad-Direttiva 92/43/KEE, għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE u għall-ispeċijiet tal-għasafar skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/147/KE. Dawn iż-żoni, skont il-programm ta' żvilupp rurali, m’għandhomx jaqbżu 7% taż-żoni identifikati tan-Natura 2000 koperti bl-ambitu territorjali tiegħu;
(c) żoni agrikoli inklużi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni taż-żoni idrografiċi skont id-Direttiva 2000/60/KE.
(c) żoni agrikoli u forestali inklużi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni taż-żoni idrografiċi skont id-Direttiva 2000/60/KE.
7. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness I.
7. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness I.
L-Istati Membri jistgħu,fil-pjanijiet ta' finanzjament tagħhom, jippreżentaw baġits separati għall-pagamenti skont żoni agrikoli Natura 2000, żoni forestali Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.
–––––––––––––––
1 ĠU L 206, 22.7.1992, p.7.
2 ĠU L 20, 26.1.2010, p.7.
3 ĠU L 327, 22.12.2000, p.1.
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 32
1. Il-pagamenti lill-bdiewa f’żoni bil-muntanji u żoni oħra li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra, għandhom jingħataw kull sena għal kull ettaru ta’ ŻAU sabiex jikkumpensaw lill-bdiewa għal spejjeż addizzjonali u dħul mitluf b’rabta mar-restrizzjonijiet għal produzzjoni agrikola fiż-żona kkonċernata.
1. Il-pagamenti lill-bdiewa f’żoni bil-muntanji u żoni oħra li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra, għandhom jingħataw kull sena għal kull ettaru ta’ ŻAU sabiex jikkumpensaw lill-bdiewa għal spejjeż addizzjonali u dħul mitluf b’rabta mar-restrizzjonijiet għal produzzjoni agrikola fiż-żona kkonċernata.
L-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf għandhom jiġu kkalkulati bi tqabbil ma’ żoni li mhumiex affetwati minn restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-pagamenti skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru DP/2012.
L-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf għandhom jiġu kkalkulati bi tqabbil ma’ żoni li mhumiex affetwati minn restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed minħabba l-kombinazzjoni ta’ din il-miżura ma’ strumenti oħra tal-appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni.
Meta jiġu kkalkulati l-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf, l-Istati Membri jistgħu, fejn debitament ġustifikat, jagħmlu distinzjoni sabiex iqisu:
- is-sitwazzjoni u l-objettivi għall-iżvilupp partikolari għal reġjun;
- is-severità ta' kwalunkwe xkiel permanenti naturali li jaffettwa l-attivitajiet tal-biedja;
- it-tip ta' produzzjoni u, fejn xieraq, l-istruttura ekonomika tal-azjenda.
2. Il-pagamenti għandhom jingħataw lil bdiewa li jimpenjaw ruħhom li jwettqu attività tal-biedja fiż-żoni magħżula skont l-Artikolu 33.
2. Il-pagamenti għandhom jingħataw lil bdiewa li jimpenjaw ruħhom li jwettqu attività tal-biedja fiż-żoni magħżula skont l-Artikolu 33.
3. Il-pagamenti għandhom ikunu stabbiliti bejn l-ammont minimu u massimu stabbilit fl-Anness I.
3. Il-pagamenti għandhom ikunu stabbiliti bejn l-ammont minimu u massimu stabbilit fl-Anness I.
L-Istati Membri jistgħu, meta ġġustifikat, jagħtu pagamenti individwali barra u minn fuq l-ammont massimu stabbilit fl-Anness I, bil-kundizzjoni li l-ammont massimu jiġi rrispettat fuq medja fil-livell ta' programmar.
4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-digressività tal-pagamenti ’l fuq minn livell minimu ta’ żona għal kull azjenda, li għandu jiġi ddefinit fil-programm.
4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-digressività tal-pagamenti ’l fuq minn livell minimu ta’ żona għal kull azjenda, li għandu jiġi ddefinit fil-programm.
5. L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti skont din il-miżura bejn l-2014 u l-2017 lil bdiewa f’żoni li kienu eliġibbli skont l-Artikolu 36(a)(ii) tar-Regolament (KE) 1698/2005 matul il-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013 iżda li m’għadhomx eliġibbli wara d-delimitazzjoni l-ġdida msemmija fl-Artikolu 33(3). Dawn il-pagamenti għandhom ikunu digressivi billi jibdew fl-2014 bi 80 % tal-pagament li jasal fl-2013 u li jintemmu fl-2017 b’20%.
5. L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti skont din il-miżura għal perjodu ta' erba' snin lil bdiewa f’żoni li kienu eliġibbli skont l-Artikolu 36(a)(ii) tar-Regolament (KE) 1698/2005 matul il-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013 iżda li m’għadhomx eliġibbli wara delimitazzjoni ġdida msemmija fl-Artikolu 33(3). Dawn il-pagamenti għandhom ikunu digressivi billi jibdew fl-ewwel sena, bi 80 % tal-pagament li jasal matul il-perjodu ta' pprogrammar 2007-2013 u li jintemmu fir-raba' sena, b’20%.
6.Fi Stati Membri li ma lestewx id-delimitazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(3) qabel l-1 ta’ Jannar 2014, il-paragrafu 5 għandu japplika għal bdiewa li jirċievu pagamenti f’żoni li kienu eliġibbli għal dawn il-pagamenti matul il-perjodu 2007-2013. Wara t-tlestija tad-delimitazzjoni, il-bdiewa f’żoni li jibqgħu eliġibbli għandhom jirċievu pagamenti taħt din il-miżura. Il-bdiewa f’żoni li m’għadhomx eliġibbli għandhom jibqgħu jirċievu l-pagamenti skont il-paragrafu 5.
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 33
1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu żoni, abbażi tal-paragrafi 2, 3 u 4, li huma eliġibbli għal pagamenti provduti fl-Artikolu 32 taħt il-kategoriji li ġejjin:
1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu żoni, abbażi tal-paragrafi 2, 3 u 4, li huma eliġibbli għal pagamenti provduti fl-Artikolu 32 taħt il-kategoriji li ġejjin:
(a) żoni bil-muntanji;
(a) żoni bil-muntanji;
(b) żoni, minbarra żoni bil-muntanji, li huma affetwati minn restrizzjonijiet naturali sinifikanti; u
(b) żoni, minbarra żoni bil-muntanji, li huma affetwati minn restrizzjonijiet naturali sinifikanti; u
(c) żoni oħra affetwati minn restrizzjonijiet speċifiċi;
(c) żoni oħra affetwati minn restrizzjonijiet speċifiċi;
2. Sabiex ikunu eliġibbli għal pagamenti skont l-Artikolu 32, iż-żoni bil-muntanji għandhom ikunu karatterizzati minn limitazzjoni konsiderevoli tal-possibbiltajiet għall-użu tal-art u b’żieda apprezzabbli fl-ispejjeż tal-produzzjoni minħabba:
2. Sabiex ikunu eliġibbli għal pagamenti skont l-Artikolu 32, iż-żoni bil-muntanji għandhom ikunu karatterizzati minn limitazzjoni konsiderevoli tal-possibbiltajiet għall-użu tal-art u b’żieda apprezzabbli fl-ispejjeż tal-produzzjoni minħabba:
(a) l-eżistenza, ikkawżata mill-altitudni, ta’ kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli ħafna, li l-effett tagħhom iqassar sostanzjalment l-istaġun tal-kultivazzjoni;
(a) l-eżistenza, ikkawżata mill-altitudni, ta’ kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli ħafna, li l-effett tagħhom iqassar sostanzjalment l-istaġun tal-kultivazzjoni;
(b) fl-iktar altitudni baxxa, il-preżenza fuq il-parti l-kbira taż-żona inkwistjoni ta’ tlajja’ u inżul wisq inklinati għall-użu ta’ makkinarju jew fejn ikun hemm bżonn, li jirrikjedu l-użu ta' tagħmir speċjali li jiswa ħafna flus, jew kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ fatturi, fejn ir-restrizzjonijiet li jirriżultaw mit-tnejn li huma separatament ikunu inqas gravi iżda l-kombinazzjoni tagħhom it-tnejn twassal għal restrizzjonijiet ekwivalenti.
(b) fl-iktar altitudni baxxa, il-preżenza fuq il-parti l-kbira taż-żona inkwistjoni ta’ tlajja’ u inżul wisq inklinati għall-użu ta’ makkinarju jew fejn ikun hemm bżonn, li jirrikjedu l-użu ta' tagħmir speċjali li jiswa ħafna flus, jew kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ fatturi, fejn ir-restrizzjonijiet li jirriżultaw mit-tnejn li huma separatament ikunu inqas gravi iżda l-kombinazzjoni tagħhom it-tnejn twassal għal restrizzjonijiet ekwivalenti.
Iż-żoni fit-tramuntana tat-62 parallel u ċertu nħawi biswit għandhom ikunu meqjusa bħala żoni muntanjużi.
Iż-żoni fit-tramuntana tat-62 parallel u ċertu nħawi biswit għandhom ikunu meqjusa bħala żoni muntanjużi.
3. Sabiex ikunu eliġibbli għal pagamenti skont l-Artikolu 32, żoni, minbarra żoni muntanjużi, għandhom jitqiesu li huma affettwati minn restrizzjonijiet naturali sinifikanti jekk mill-inqas 66% tal-ŻAU tissodisfa mill-inqas waħda mill-kriterji elenkati fl-Anness II fil-valur minimu indikat. L-issodisfar ta’ din il-kundizzjoni għandu jiġi żgurat fil-livell xieraq tal-unitajiet amministrattivi lokali (il-livell tal-“LAU 2” – Local Administrative Units 2).
3.L-Istati Membri għandhom jagħżlu żoni, minbarra żoni muntanjużi, jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali sinifikanti, kif eliġibbli għall-pagamenti skont l-Artikolu 32. Dawn iż-żoni għandhom ikunu kkaratterizzati permezz ta' restrizzjonijiet naturali sinifikanti, b'mod notevoli minn produttività baxxa tal-ħamrija jew kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena u mill-fatt li ż-żamma tal-attività tal-biedja estensiva hija importanti għall-ġestjoni tal-art.
Meta jagħmlu d-delimitazzjoni taż-żoni kkonċernati b’dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom iwettqu eżerċizzju ta’ rfinar, ibbażat fuq kriterji oġġettivi, bl-għan li jiġu esklużi żoni li fihom ġew dokumentati restrizzjonijiet naturali sinifikanti skont l-ewwel subparagrafu iżda li ġew megħluba b’investimenti jew b’attività ekonomika.
Sal-31 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva għal kriterji bijofiżiċi mandatorji u l-valuri ta' limitu korrispondenti li għandhom jiġu applikatigħal delimitazzjoni futura, kif ukoll regoli xierqa għal arranġamenti ta' rfinar u arranġamenti transizzjonali.
4. Iż-żoni minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu eliġibbli għall-pagamenti skont l-Artikolu 32 jekk ikunu affettwati minn restrizzjonijiet speċifiċi u fejn il-ġestjoni tal-art għandha titkompla sabiex jitħares jew jittejjeb l-ambjent, tiġi mħarsa l-kampanja u jiġi ppreservat il-potenzal turistiku taż-żona jew sabiex tiġi protetta l-kosta.
4. Iż-żoni minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu eliġibbli għall-pagamenti skont l-Artikolu 32 jekk ikunu affettwati minn restrizzjonijiet speċifiċi, inkluża densità tal-popolazzjoni baxxa ħafna, u fejn il-ġestjoni tal-art għandha titkompla sabiex jitħares jew jittejjeb l-ambjent, tiġi mħarsa l-kampanja u jiġi ppreservat il-potenzal turistiku taż-żona jew sabiex tiġi protetta l-kosta.
Iż-żoni affettwati minn restrizzjonijiet speċifiċi għandhom jinkludu żoni ta’ biedja li huma omoġenji mill-persettiva tal-protezzjoni naturali u li l-firxa totali tagħhom m’għandhix taqbeż 10% taż-żona tal-Istat Membru kkonċernat.
Iż-żoni affettwati minn restrizzjonijiet speċifiċi għandhom jinkludu żoni ta’ biedja li huma omoġenji mill-persettiva tal-protezzjoni naturali u li l-firxa totali tagħhom m’għandhix taqbeż 10% taż-żona tal-Istat Membru kkonċernat.
5. L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-programmi għall-iżvilupp rurali tagħhom:
5. L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-programmi għall-iżvilupp rurali tagħhom id-delimitazzjoni eżistenti jew emendata skont il-paragrafi 2, 3 u 4.
(a) id-delimitazzjoni eżistenti jew emendata skont il-paragrafi 2 u 4;
(b) id-delimitazzjoni ġdida taż-żoni msemmija fil-paragrafu 3.
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 2
2. Il-pagamenti għall-benesseri tal-annimali jkopru biss dawk l-impenji li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru HR/2012 u rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti bil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Dawn ir-rekwiżiti rilevanti għandhom jiġu identifikati fil-programm.
2. Il-pagamenti għall-benesseri tal-annimali jkopru biss dawk l-impenji li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru…/2013 [HR] u rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti bil-liġi nazzjonali. Dawn ir-rekwiżiti rilevanti għandhom jiġu identifikati fil-programm.
Dawn l-impenji għandhom jittieħdu għal perjodu ta’ sena li jiġġedded.
Dawn l-impenji għandhom jittieħdu għal perjodu ta’ bejn sena u seba' snin li jiġġedded.
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata għal kull ettaru ta’ foresta lil sidien privati ta’ foresti, sidien ta’ foresti, muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom li jimpenjaw ruħhom fuq bażi volontarja li jwettqu operazzjonijiet li jikkonsistu f'impenji ambjentali wieħed jew aktar b’rabta mal-foresti. Il-korpi li jiġġestixxu foresti proprjetà tal-istat jistgħu jibbenefikaw ukoll minn appoġġ sakemm ikunu indipendenti mill-baġit tal-istat.
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata għal kull ettaru ta’ foresta esklussivament lil sidien privati ta’ foresti, sidien ta’ foresti, muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom li jimpenjaw ruħhom fuq bażi volontarja li jwettqu operazzjonijiet li jikkonsistu f'impenji ambjentali wieħed jew aktar b’rabta mal-foresti. Il-korpi li jiġġestixxu foresti proprjetà tal-istat jistgħu jibbenefikaw ukoll minn appoġġ sakemm ikunu indipendenti mill-baġit tal-istat.
Għal dak li jirrigwarda azjendi forestali li jaqbżu ċertu limitu minimu li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri fil-programmi tagħhom ta' żvilupp rurali, l-appoġġ taħt il-paragrafu 1 għandu jkun jiddependi mit-tressiq ta’ pjan tal-ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti f’konformità mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti.
imħassar
Ġustifikazzjoni
Diġà hemm dispożizzjoni statutorja xierqa fil-livell nazzjonali għall-ġestjoni progressiva ta' boskjiet u foresti irrispettivament mid-daqs tal-azjendi konċernati. Li sidien ta' foresti jintalbu jfasslu pjanijiet ta' ġestjoni jfissir biss aktar burokrazija.
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 3
3. Il-pagamenti għandhom jikkumpensaw lill-benefiċjarji għal spejjeż addizzjonali u dħul mitluf li jirriżultaw mill-impenji meħuda. Fejn meħtieġ, dawn jistgħu jkopru wkoll spejjeż ta’ tranżazzjoni sal-valur massimu ta’ 20 % tal-primjum imħallas għall-impenn agroambjentali forestali. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammont massimu stabbilit fl-Anness I.
3. Il-pagamenti għandhom jikkumpensaw lill-benefiċjarji għal spejjeż addizzjonali u dħul mitluf li jirriżultaw mill-impenji meħuda. Fejn meħtieġ, dawn jistgħu jkopru wkoll spejjeż ta’ tranżazzjoni sal-valur massimu ta’ 20 % tal-primjum imħallas għall-impenn agroambjentali forestali. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammont massimu stabbilit fl-Anness I. F'każijiet ġustifikati b'mod ċar, l-appoġġ għall-ftehimiet biex ma jintużawx is-siġar jew stands ta' siġar jista' jingħata wkoll fil-forma ta' pagamenti ta' darba biss jew ta' ammonti b'rata fissa għal kull proġett, ikkalkulati fuq il-bażi tal-ispejjeż addizzjonali relevantiu telf tad-dħul.
Ġustifikazzjoni
Fl-ekosistemi forestali huwa ta' spiss aktar effiċjenti biex telabora finanzjament permezz ta' proġetti diversi, aktar milli permezz ta' finanzjament ibbażat fuq id-daqs. Rata fissa uniformi ta' 200,--/ha ma tidhirx li tkun ekwivalenti li tkopri l-ispejjeż reali peress li l-foresti għandhom perjodu ta' veġetazzjoni twil.
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 36
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jippromwovi forom ta’ kooperazzjoni li jinvolvu mill-inqas żewġ entitajiet u b’mod partikolari:
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jippromwovi forom ta’ kooperazzjoni li jinvolvu mill-inqas żewġ entitajiet u b’mod partikolari:
(a) approċċi ta’ kooperazzjoni fost atturi differenti fil-katina agrikola u tal-ikel tal-Unjoni, is-settur tal-forestrija u fost atturi oħra li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-politika ta’ żvilupp rurali, inklużi organizzazzjonijiet interprofessjonali;
(a) approċċi ta’ kooperazzjoni fost atturi differenti fil-katina agrikola u tal-ikel tal-Unjoni, is-settur tal-forestrija u fost atturi oħra li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-politika ta’ żvilupp rurali, inklużi gruppi ta' produtturi, kooperattivi u organizzazzjonijiet interprofessjonali;
(b) il-ħolqien ta’ raggruppamenti u netwerks;
(b) il-ħolqien ta’ raggruppamenti u netwerks u punti ta' koordinament;
(c) l-istabbiliment u l-operat ta’ gruppi operazzjonali tas-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola kif imsemmija fl-Artikolu 62.
(c) l-istabbiliment u l-operat ta’ gruppi operazzjonali tas-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola kif imsemmija fl-Artikolu 62.
(c a) innovazzjoni u kooperazzjoni permezz ta' ġemellaġġ bejn netwerks fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi;
2. Il-kooperazzjoni taħt il-paragrafu 1 għandha tkun marbuta b’mod partikolari ma’ dawn il-punti li ġejjin:
2. Il-kooperazzjoni taħt il-paragrafu 1 għandha tkun marbuta b’mod partikolari ma’ dawn il-punti li ġejjin:
(a) proġetti pilota;
(a) proġetti pilota, proġetti ta' dimostrazzjoni u proġetti ewlenin;
(b) l-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-setturi tal-agrikoltura u tal-ikel u tal-forestrija
(b) l-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-setturi tal-agrikoltura u tal-ikel u tal-forestrija inklużi dawk għat-tnaqqis tal-iskart;
(c) kooperazzjoni fost operaturi żgħar fl-organizzazzjoni ta’ proċessi konġunti tax-xogħol , li jaqsmu l-faċilitajiet u r-riżorsi;
(c) kooperazzjoni fost operaturi żgħar fl-organizzazzjoni ta’ proċessi konġunti tax-xogħol , li jaqsmu l-faċilitajiet u r-riżorsi;
(d) kooperazzjoni orizzontali u vertikali fost atturi tal-katina tal-provvista għall-istabbiliment ta’ pjattaformi loġistiċi għall-promozzjoni ta’ ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali;
(d) kooperazzjoni orizzontali u vertikali fost atturi tal-katina tal-provvista għall-istabbiliment ta’ pjattaformi loġistiċi għall-promozzjoni ta’ ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali u reġjonali;
(e) attivitajiet ta’ promozzjoni f’kuntest lokali marbuta mal-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali;
(e) attivitajiet ta’ promozzjoni f’kuntest lokali marbuta mal-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali u reġjonali u tal-prodotti taħt skemi tal-kwalità;
(f) azzjoni konġunta bl-għan li jittejjeb il-potenzjal ta’ mitigazzjoni jew bl-għan li jsir adattament għat-tibdil fil-klima;
(f) azzjoni konġunta bl-għan li jittejjeb il-potenzjal ta’ mitigazzjoni jew bl-għan li jsir adattament għat-tibdil fil-klima;
(g) approċċi kollettivi għal proġetti ambjentali u prattiki ambjentali kontinwi;
(g) approċċi koordinati għal proġetti ambjentali u prattiki ambjentali kontinwi; inkluża ġestjoni effiċjenti tal-ilma, l-użu ta' enerġija rinnovabbli u l-preservazzjoni tal-pajsaġġ agrikolu;
(h) kooperazzjoni orizzontali u vertikali bejn l-atturi tal-katina tal-provvista għall-produzzjoni sostenibbli tal-bijomassa għall-użu fl-ikel, l-industrija fil-produzzjoni tal-enerġija u fil-proċessi industrijali.
(h) kooperazzjoni orizzontali u vertikali bejn l-atturi tal-katina tal-provvista għall-produzzjoni sostenibbli tal-bijomassa għall-użu fl-ikel, l-industrija fil-produzzjoni tal-enerġija u fil-proċessi industrijali.
(i) l-implimentazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ sħubiji pubbliċi privati minbarra dawk definiti fl-Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru [CSF/2012], ta’ strateġiji ta' żvilupp lokali li jindirizzaw prijorità waħda jew iżjed tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali.
(i) l-implimentazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ sħubiji pubbliċi privati minbarra dawk definiti fl-Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament (UE) .../2013 [CSF], ta’ strateġiji ta' żvilupp lokali li jindirizzaw prijorità waħda jew iżjed tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali;
(j) it-tfassil ta' pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti jew strumenti ekwivalenti.
(j) it-tfassil ta' pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti jew strumenti ekwivalenti.
(ja)l-iżvilupp, inkluża l-kummerċjalizzazzjoni, ta' servizzi turistiċi relatati mat-turiżmu rurali;
(jb) l-iżvilupp ta' proġetti“agrikoltura soċjali”.
2a.Meta ikun qed jiġi allokat l-appoġġ, tista' tingħata prijorità lill-kooperazzjoni bejn l-entitajiet li jinvolvu produtturi primarji.
3. L-appoġġ skont il-paragrafu 1(b) għandu jingħata biss lil raggruppamenti u netwerks ġodda u lil dawk li jibdew attività ġdida għalihom.
L-appoġġ għall-operazzjonijiet skont il-paragrafu 2(b) jista’ jingħata wkoll lil atturi individwali meta tiġi pprovduta din il-possibbiltà fil-programm ta' żvilupp rurali.
3. L-appoġġ għall-operazzjonijiet skont il-paragrafu 2(b) jista’ jingħata wkoll lil atturi individwali meta tiġi pprovduta din il-possibbiltà fil-programm ta' żvilupp rurali.
4. Ir-riżultati tal-proġetti pilota u l-operazzjonijiet minn atturi individwali skont il-paragrafu 2(b) għandhom jixxerrdu.
4. Ir-riżultati tal-proġetti pilota u l-operazzjonijiet minn atturi individwali skont il-paragrafu 2(b) għandhom jixxerrdu.
5. L-ispejjeż li ġejjin, konnessi mal-forom ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ taħt din il-miżura:
5. L-ispejjeż li ġejjin, konnessi mal-forom ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ taħt din il-miżura:
(a) studji taż-żona kkonċernata, studji tal-fattibbiltà, u spejjeż għat-tfassil ta’ pjan tan-negozju jew pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew pjan ekwivalenti, jew strateġija tal-iżvilupp lokali minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament UE (Nru) [CSF/2012];
(a) studji taż-żona kkonċernata, studji tal-fattibbiltà, u spejjeż għat-tfassil ta’ pjan tan-negozju jew pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew pjan ekwivalenti, jew strateġija tal-iżvilupp lokali minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament UE (Nru) …/2013 [CSF];
(b) attivitajiet fiż-żona kkonċernata sabiex proġett territorjali kollettiv isir iżjed fattibbli. Fil-każ tar-raggruppamenti, l-attività tista’ tikkonċerna wkoll l-organizzazzjoni ta’ taħriġ, netwerking bejn membri u r-reklutaġġ ta’ membri ġodda;
(b) attivitajiet fiż-żona kkonċernata sabiex proġett territorjali kollettiv isir iżjed fattibbli. Fil-każ tar-raggruppamenti, l-attività tista’ tikkonċerna wkoll l-organizzazzjoni ta’ taħriġ, netwerking bejn membri u r-reklutaġġ ta’ membri ġodda;
(c) spejjeż operazzjonali tal-kooperazzjoni;
(c) spejjeż operazzjonali tal-kooperazzjoni;
(d) spejjeż diretti ta’ proġetti speċifiċi marbuta mal-implimentazzjoni ta’ pjan tan-negozju, strateġija ta’ żvilupp lokali minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament Nru [CSF/2012] jew azzjoni mmirata lejn l-innovazzjoni.
(d) spejjeż diretti ta’ proġetti speċifiċi marbuta mal-implimentazzjoni ta’ pjan tan-negozju, strateġija ta’ żvilupp lokali minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament Nru …/2013 [CSF] jew azzjoni mmirata lejn l-innovazzjoni;
(e) spejjeż ta’ attivitajiet ta’ promozzjoni.
(e) spejjeż ta’ attivitajiet ta’ promozzjoni.
6. Meta jiġu implimentati pjan tan-negozju jew pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew pjan ekwivalenti jew strateġija ta' żvilupp, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-għajnuna bħala ammont globali li jkopri l-ispejjeż tal-kooperazzjoni l-ispejjeż tal-proġetti implimentati jew inkella jistgħu jkopru biss l-ispejjeż tal-kooperazzjoni u jużaw fondi minn miżuri oħra jew Fondi tal-Unjoni oħra għall-implimentazzjoni tal-proġetti.
6. Meta jiġu implimentati pjan tan-negozju jew pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew pjan ekwivalenti jew strateġija ta' żvilupp, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-għajnuna bħala ammont globali li jkopri l-ispejjeż tal-kooperazzjoni l-ispejjeż tal-proġetti implimentati jew inkella jistgħu jkopru biss l-ispejjeż tal-kooperazzjoni u jużaw fondi minn miżuri oħra jew Fondi tal-Unjoni oħra għall-implimentazzjoni tal-proġetti.
7. Kooperazzjoni fost atturi lokali f'reġjuni differentin jew Stati Membri għandha wkoll tkun eliġibbli għall-appoġġ.
7. Kooperazzjoni fost atturi lokali f'reġjuni differentin jew Stati Membri kif ukoll il-kooperazzjoni ma' atturimill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw għandha wkoll tkun eliġibbli għall-appoġġ
8. L-appoġġ għandu jkun limitat għal perjodu massimu ta’ seba’ snin minbarra l-azzjoni ambjentali kollettiva f’każijiet debitament ġustifikati.
8. L-appoġġ għandu jkun limitat għal perjodu massimu ta’ seba’ snin minbarra l-azzjoni ambjentali kollettiva f’każijiet debitament ġustifikati.
9. Il-kooperazzjoni taħt din il-miżura tista’ tiġi kkombinata ma’ proġetti appoġġjati minn fondi tal-Unjoni minbarra l-FAEŻR fl-istess territorju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed minħabba l-kombinazzjoni ta’ din il-miżura ma’ strumenti oħra tal-appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni.
9. Il-kooperazzjoni taħt din il-miżura tista’ tiġi kkombinata ma’ proġetti appoġġjati minn fondi tal-Unjoni minbarra l-FAEŻR fl-istess territorju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed minħabba l-kombinazzjoni ta’ din il-miżura ma’ strumenti oħra tal-appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni.
10. Il-Kummissjonu għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 90 dwar l-ispeċifikazzjonijiet ulterjuri tal-karatteristiċi tal-proġetti pilota, raggruppamenti, netwerks, ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali li se jkunu eliġibbli għall-appoġġ, kif ukoll li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tal-għoti ta' għajnuna lit-tipi ta' operazzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2.
10. Il-Kummissjonu għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 90 dwar l-ispeċifikazzjonijiet ulterjuri tal-karatteristiċi tal-proġetti pilota, raggruppamenti, netwerks, ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali li se jkunu eliġibbli għall-appoġġ, kif ukoll li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tal-għoti ta' għajnuna lit-tipi ta' kooperazzjoni elenkati fil-paragrafu 2.
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 37
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri:
1. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri:
(a) il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, imħallsa direttament lill-bdiewa, bħala primjums għal assigurazzjoni tal-prodotti tar-raba’, annimali u pjanti kontra telf ekonomiku kkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi jew mard tal-annimali jew tal-pjanti jew infestazzjoni tal-organiżmi li jagħmlu ħsara;
(a) il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, imħallsa direttament lill-bdiewa jew lil gruppi ta' bdiewa, bħala primjums għal assigurazzjoni tal-prodotti tar-raba’, annimali u pjanti kontra telf ekonomiku kkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi jew mard tal-annimali jew tal-pjanti jew infestazzjoni tal-organiżmi li jagħmlu ħsara;
(b) kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi għall-ħlas ta’ kumpens finanzjarju lill-bdiewa, għal telf ekonomiku kkawżat mit-tifrix ta’ mard tal-annimali jew tal-pjanti jew inċident ambjentali;
(b) kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi għall-ħlas ta’ kumpens finanzjarju lill-bdiewa, għal telf ekonomiku kkawżat mit-tifrix ta’ mard tal-annimali jew tal-pjanti, orġaniżmi dannużi, inċident ambjentali jew avvenimenti klimatiċi avversi, inklużi nixfiet fit-tul;
(c) għodda għall-istabilizzazzjoni tad-dħul, fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi, li tipprovdi kumpens lill-bdiewa li jesperjenzaw tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom.
(c) għodda għall-istabilizzazzjoni tad-dħul, fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi jew assigurazzjoni, li tipprovdi kumpens lill-bdiewa li jesperjenzaw tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom jew ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji li jitħallsu direttament lill-bdiewa biex iħallsu primjums tal-assigurazzjoni li jkopru r-riskju ta' tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 punti (b) u (c), “fond mutwu” għandu jfisser skema akkreditata mill-Istat Membru skont il-liġi nazzjonali tiegħu biex il-bdiewa affiljati jassiguraw lilhom infushom, filwaqt li pagamenti ta’ kumpens isiru lil bdiewa affiljati affettwati minn telf ekonomiku kkawżat mit-tifrix ta’ mard tal-annimali jew tal-pjanti jew inċident ambjentali jew li jesperjenzaw tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 punti (b) u (c), “fond mutwu” għandu jfisser skema akkreditata mill-Istat Membru skont il-liġi nazzjonali tiegħu biex il-bdiewa affiljati jassiguraw lilhom infushom, filwaqt li pagamenti ta’ kumpens isiru lil bdiewa affiljati affettwati minn telf ekonomiku kkawżat mit-tifrix ta’ mard tal-annimali jew tal-pjanti, organiżmi dannużi, inċident ambjentali jew avvenimenti klimatiċi avversi jew li jesperjenzaw tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed b’konsegwenza tal-kombinazzjoni ta’ din il-miżura ma’ strumenti oħra tal-appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni jew skemi tal-assigurazzjoni privati. L-appoġġ dirett għad-dħul riċevut taħt il-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni36 (iktar ’il quddiem “FEG”) għandu wkoll jiġi kkunsidrat meta jiġu stmati l-livelli tad-dħul tal-bdiewa.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed b’konsegwenza tal-kombinazzjoni ta’ din il-miżura ma’ strumenti oħra tal-appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni jew skemi tal-assigurazzjoni privati.
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 90 b’rabta mat-tul taż-żmien minimu u massimu tas-self kummerċjali għal fondi mutwi msemmija fl-Artikoli 39(3)(b) u 40(4).
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 90 b’rabta mat-tul taż-żmien minimu u massimu tas-self kummerċjali għal fondi mutwi msemmija fl-Artikoli 39(3)(b) u 40(4).
Il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni intermedjarja dwar l-implimentazzjoni tal-miżura għall-ġestjoni tar-riskju u għandha sussegwentement tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi xierqa għat-titjib tal-implimentazzjoni tal-miżura għall-ġestjoni tar-riskju.
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 38
1. L-appoġġ skont l-Artikolu 37(1)(a) għandu jingħata biss għal kuntratti tal-assigurazzjoni li jkopru t-telf ikkawżat minn avveniment klimatiku negattiv jew minn mard tal-annimali jew tal-pjanti jew infestazzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara jew miżura adottata skont id-Direttiva 2000/29/KE biex jiġu eradikati jew ikkontrollati mard tal-pjanti jew organiżmi ta’ ħsara għalihom li jeqirdu iżjed minn 30 % tal-produzzjonu annwali medja tal-bidwi fil-perjodu preċedenti ta’ tliet snin jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu preċedenti ta’ ħames snin, esklużi l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa.
1. L-appoġġ skont l-Artikolu 37(1)(a) għandu jingħata biss għal kuntratti tal-assigurazzjoni li jkopru t-telf ikkawżat minn avveniment klimatiku negattiv jew minn mard tal-annimali jew tal-pjanti jew infestazzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara jew għal miżura adottata skont id-Direttiva 2000/29/KE biex jiġu eradikati jew ikkontrollati mard tal-pjanti jew organiżmi ta’ ħsara għalihom li jirriżultaw fi tnaqqis annwali tal-produzzjoni ta' iżjed minn 30 % meta mqabbel mal-produzzjoni annwali medja tal-bidwi. Dik il-produzzjoni annwali medja għandha tiġi kkalkolata billi jintużaw iċ-ċifrigħat-tliet snin preċedenti jew għall-ħames snin preċedenti u jiġu esklużi l-ogħla ċifra u dik u l-iktar baxxa, jew, f'ċirkostanzi debitament ġustifikati bħala eċċezzjonali, billi jintużaw iċ-ċifri għal sena speċifika fil-ħames snin preċedenti.
Il-kejltal-qies tat-telf ikkaġunat jista' jiġi adattat għall-karatteristiċi speċifiċi ta' kull tip ta' prodott bl-użu.ta'
(a)indiċibijoloġiċi (kwantità tat-telf tal-bijomassa) jew indiċi ekwivalenti ta' telf fir-rendiment stabbilit fl-livell tal-azjenda agrikola, lokali, reġjonali jew nazzjonali, jew.
(b)indiċi tat-temp(inkluża l-kwantità ta' xita u t-temperatura) stabbiliti fl-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali.
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tirrikonoxxi formalment li jkun seħħ avveniment klimatiku negattivi jew it-tifqigħ ta’ marda tal-annimali jew tal-pjanti jew infestazzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara.
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tirrikonoxxi formalment li jkun seħħ avveniment klimatiku negattivi jew it-tifqigħ ta’ marda tal-annimali jew tal-pjanti jew infestazzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara.
L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jistabbilixxu bil-quddiem il-kriterji li fuq il-bażi tagħhom dan ir-rikonoxximent formali għandu jitqies li ngħata.
L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jistabbilixxu bil-quddiem il-kriterji li fuq il-bażi tagħhom dan ir-rikonoxximent formali għandu jitqies li ngħata.
3. Il-pagamenti tal-assigurazzjoni għandhom jikkumpensaw għal mhux iżjed mit-total tal-ispiża għar-restituzzjoni tat-telf msemmi fl-Artikolu 37(1)(a) u m’għandhomx jirrikjedu jew jispeċifikaw it-tip jew il-kwantità tal-produzzjoni futura.
3. Il-pagamenti tal-assigurazzjoni għandhom jikkumpensaw għal mhux iżjed mit-total tal-ispiża għar-restituzzjoni tat-telf msemmi fl-Artikolu 37(1)(a) u m’għandhomx jirrikjedu jew jispeċifikaw it-tip jew il-kwantità tal-produzzjoni futura.
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont tal-primjum li hu eliġibbli għall-appoġġ billi japplikaw limiti massimi xierqa.
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont tal-primjum li hu eliġibbli għall-appoġġ billi japplikaw limiti massimi xierqa.
4. L-appoġġ għandu jkun limitat għal rata massima stabbilita fl-Anness I.
4. L-appoġġ għandu jkun limitat għal rata massima stabbilita fl-Anness I.
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 39
Artikolu 39
Artikolu 39
Fondi mutwi għall-mard tal-annimali u l-pjanti u inċidenti ambjentali
Fondi mutwi għall-mard tal-annimali u l-pjanti, organiżmi dannużi, u inċidenti ambjentaliu avvenimenti klimatiċi avversi
1. Sabiex ikun eliġibbli għall-appoġġ, il-fond mutwu kkonċernat għandu:
1. Sabiex ikun eliġibbli għall-appoġġ, il-fond mutwu kkonċernat għandu:
(a) jiġi akkreditat mill-awtorità kompetenti skont il-liġi nazzjonali;
(a) jiġi akkreditat mill-awtorità kompetenti skont il-liġi nazzjonali;
(b) ikollu politika trasparenti dwar id-depożiti fil-fond u l-ġbid minnu;
(b) ikollu politika trasparenti dwar id-depożiti fil-fond u l-ġbid minnu;
(c) ikollu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltajiet għal kwalunkwe dejn sostnut;
(c) ikollu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltajiet għal kwalunkwe dejn sostnut;
2. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-regoli għall-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi mutwi, b’mod partikolari għall-għoti ta’ pagamenti ta’ kumpens lill-bdiewa f’każ ta’ kriżi u għall-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawn ir-regoli.
2. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-regoli għall-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi mutwi, b’mod partikolari għall-għoti ta’ pagamenti ta’ kumpens lill-bdiewa f’każ ta’ kriżi u għall-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawn ir-regoli. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jikkomplementaw fondi reċiproċi permezz ta' sistemi ta' assigurazzjoni.
Il-bdiewa għandhom ikunu eliġibbli biss għal ħlasijiet ta' kumpens jekk jkunu ħadu l-miżuri kollha ta' prekawzjoni meħtieġa biex itejbu r-reżistenza tal-azjenda tagħhom kontra l-mard, id-degradazzjoni tal-annimali u tal-pjanti ambjentali, kontra organiżmi dannużi u avvenimenti tat-tibdil fil-klima.
3. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 37(1)(b) jistgħu jkunu marbuta biss ma’:
3. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 37(1)(b) jistgħu jkunu marbuta biss ma’:
(a) l-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment tal-fond mutwu, mifruxa fuq massimu ta’ tliet snin b’mod digressiv;
(a) l-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment tal-fond mutwu, mifruxa fuq massimu ta’ tliet snin b’mod digressiv;
(b) l-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lill-bdiewa. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tkun marbuta mal-interess fuq is-self kummerċjali meħud mill-fond mutwu għall-finijiet tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju lill-bdiewa f’każ ta’ kriżi.
(b) l-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lill-bdiewa. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tkun marbuta mal-interess fuq is-self kummerċjali meħud mill-fond mutwu għall-finijiet tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju lill-bdiewa f’każ ta’ kriżi jew għall-primjums ta' assigurazzjoni għall-poloz li ttieħdu mill-fond reċiproku bi prezz tas-suq.
L-ebda kontribuzzjoni mill-fondi pubbliċi m’għandha ssir lill-kapital azzjonarju inizjali.
L-ebda kontribuzzjoni mill-fondi pubbliċi m’għandha ssir lill-kapital azzjonarju inizjali.
4. Fir-rigward tal-mard tal-annimali, il-kumpens finanzjarju skont l-Artikolu 37(1)(b) jista’ jingħata biss fir-rigward tal-mard imsemmi fil-lista ta’ mard tal-annimali stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali u/jew fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE.
4. Fir-rigward tal-mard tal-annimali, il-kumpens finanzjarju skont l-Artikolu 37(1)(b) jista’ jingħata biss fir-rigward tal-mard imsemmi fil-lista ta’ mard tal-annimali stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali jew fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE.u fir-rigward tal-mard tan-naħal.
5. L-appoġġ għandu jkun limitat għar-rata massima tal-appoġġ stabbilita fl-Anness I.
5. L-appoġġ għandu jkun limitat għar-rata massima tal-appoġġ stabbilita fl-Anness I.
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ispejjeż li huma eliġibbli għall-appoġġ billi japplikaw:
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ispejjeż li huma eliġibbli għall-appoġġ billi japplikaw:
(a) limiti massimi għal kull fond;
(a) limiti massimi għal kull fond;
(b) limiti massimi xierqa għal kull unità.
(b) limiti massimi xierqa għal kull unità.
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 40
1. L-appoġġ taħt l-Artikolu 37(1)(c) jista’ jingħata biss meta t-tnaqqis fid-dħul jeċċedi 30 % tad-dħul annwali medju tal-bidwi individwali fil-perjodu preċedenti ta’ tliet snin jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu preċedenti ta’ ħames snin minbarra l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. Id-dħul għall-finijiet tal-Artikolu 37(1)(c) għandu jirreferi għas-somma tad-dħul li l-bidwi jirċievi mis-suq, inkluż kwalunkwe forma ta’ appoġġ pubbliku, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-inputs. Il-pagamenti mill-fond mutwu lill-bdiewa għandhom jikkumpensaw għal mhux iżjed minn 70 % tad-dħul mitluf.
1. L-appoġġ taħt l-Artikolu 37(1)(c) jista’ jingħata biss meta t-tnaqqis fid-dħul jeċċedi 30 % tad-dħul annwali medju tal-bidwi individwali fil-perjodu preċedenti ta’ tliet snin jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu preċedenti ta’ ħames snin minbarra l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. Id-dħul għall-finijiet tal-Artikolu 37(1)(c) għandu jirreferi għas-somma tad-dħul li l-bidwi jirċievi mis-suq, inkluż kwalunkwe forma ta’ appoġġ pubbliku, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-inputs. Il-pagamenti mill-fond mutwu jew l-assigurazzjoni lill-bdiewa għandhom jikkumpensaw għal mhux iżjed minn 70 % tad-dħul mitluf.
2. Sabiex ikun eliġibbli għall-appoġġ, il-fond mutwu kkonċernat għandu:
2. Sabiex ikun eliġibbli għall-appoġġ, il-fond mutwu kkonċernat għandu:
(a) jiġi akkreditat mill-awtorità kompetenti skont il-liġi nazzjonali;
(a) jiġi akkreditat mill-awtorità kompetenti skont il-liġi nazzjonali;
(b) ikollu politika trasparenti dwar id-depożiti fil-fond u l-ġbid minnu;
(b) ikollu politika trasparenti dwar id-depożiti fil-fond u l-ġbid minnu;
(c) ikollu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltajiet għal kwalunkwe dejn sostnut;
(c) ikollu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltajiet għal kwalunkwe dejn sostnut;
3. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-regoli għall-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi mutwi, b’mod partikolari għall-għoti ta’ pagamenti ta’ kumpens lill-bdiewa f’każ ta’ kriżi u għall-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawn ir-regoli.
3. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-regoli għall-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi mutwi, b’mod partikolari għall-għoti ta’ pagamenti ta’ kumpens lill-bdiewa f’każ ta’ kriżi u għall-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawn ir-regoli.
4. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 37(1)(c) jistgħu jkunu marbuta biss mal-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lill-bdiewa. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tkun marbuta mal-interess fuq is-self kummerċjali meħud mill-fond mutwu għall-finijiet tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju lill-bdiewa f’każ ta’ kriżi.
Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 37(1)(c) għandhom jingħataw bissgħall-poloz tal-assigurazzjoni li jkopru t-telf fid-dħulimsemmi fil-paragrafu 1 jew, alternattivament, għandhom ikunu marbuta biss mal-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lill-bdiewa. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tkun marbuta mal-interess fuq is-self kummerċjali meħud mill-fond mutwu għall-finijiet tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju lill-bdiewa f’każ ta’ kriżi.
L-ebda kontribuzzjoni mill-fondi pubbliċi m’għandha ssir lill-kapital azzjonarju inizjali.
L-ebda kontribuzzjoni mill-fondi pubbliċi m’għandha ssir lill-kapital azzjonarju inizjali.
5. L-appoġġ għandu jkun limitat għal rata massima stabbilita fl-Anness I.
5. L-appoġġ għandu jkun limitat għal rata massima stabbilita fl-Anness I.
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt c
(c) demarkazzjoni ma’ miżuri oħra, konverżjoni lejn unitajiet minbarra dawk użati fl-Anness I, kalkolu tal-ispejjeż tat-tranżazzjoni u konverżjoni jew aġġustament ta’ impenji taħt il-miżura agroambjentali msemmija fl-Artikolu 29, il-miżura tal-biedja organika msemmija fl-Artikolu 30 u s-servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti u l-miżura ta’ konservazzjoni tal-foresti msemmija fl-Artikolu 35;
(c) demarkazzjoni ma’ miżuri oħra, konverżjoni lejn unitajiet minbarra dawk użati fl-Anness I, kalkolu tal-ispejjeż tat-tranżazzjoni u konverżjoni jew aġġustament ta’ impenji taħt il-miżura agroambjentali msemmija fl-Artikolu 29, il-miżura tal-biedja organika msemmija fl-Artikolu 30, il-miżura għall-benessri tal-annimali msemmija fl-Artikolu 34 u s-servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti u l-miżura ta’ konservazzjoni tal-foresti msemmija fl-Artikolu 35;
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu 34 isemmi wkoll spejjeż ta' tranżazzjoni fejn dawn għandhom jiġu deskritti f'dan il-kuntestflimkien mal-ispejjeż tat-tranżazzjoni tal-miżuri l-oħra.
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1
1. Minbarra l-kompiti msemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru [CSF/2012], il-gruppi ta’ azzjoni lokali jistgħu jwettqu kompiti addizzjonali delegati lilhom mill-Awtorità ta’ Ġestjoni u/jew l-aġenzija tal-pagamenti.
1. Minbarra l-kompiti msemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru …/2013 [CSF], il-gruppi ta’ azzjoni lokali jistgħu wkoll:
(a) iwettqu kompiti addizzjonali delegati lilhom mill-Awtorità ta’ Ġestjoni u/jew l-aġenzija tal-pagamenti, jew
(b)jimplimentaw waħedhom jew flimkien mas-sħab, operazzjonijiet b'dimensjoni territorjali wiesgħa, l-hekk imsejħa “proġetti umbrella”, fi ħdan strateġija għall-iżvilupp lokali.
Ġustifikazzjoni
Qed nipproponu li jiġu permessi gruppi ta' azzjoni lokali għall-implimentazzjoni indipendenti tal-proġetti fil-qafas ta' strateġija għall-iżvilupp lokali (SŻL) b'firxa territorjali wiesgħa, bil-parteċipazzjoni ta' sħab miż-żona tal-SŻL. Ir-regolamenti kurrenti jillimitaw ir-rwol tal-gruppi ta' azzjoni lokali għal intermedjarji fit-trasferiment tal-mezzi finanzjarji u animaturi. Donnu li l-possibilità ta' twettiq ta' proġetti emblematiċi fil-qafas ta' strateġija toħloq valur miżjud sinifikanti. Barra minn hekk, l-esperjenzi tagħna juru li hemm talba kbira għal proġetti fuq skala żgħira ta' tul qasir ta' żmien. Sfortunatament, f'sitwazzjoni meta dawn ikollhom jgħaddu mill-istess proċess amministrattiva, ħafna applikanti jaqtgħu qalbhom.. Permezz tal-emenda proposta, dawk is-sħab se jkollhom kuntatt biss ma' grupp ta' azzjoni lokali u mhux se jkollhom bżonn jgħaddu mill-proċess amministrattiv ikkumplikat.
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt b
(b) bini tal-kapaċità, taħriġ u netwerking bl-għan li tiġi preparata u implimentata strateġija ta' żvilupp lokali.
(b) bini tal-kapaċità, taħriġ u netwerking bl-għan li tiġi preparata u implimentata strateġija ta' żvilupp lokali mmexxija mill-komunità.
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)il-possibbiltà li gruppi eżistenti ta' azzjoni lokali jwettqu r-riċerka u l-ippjanar ta' proġetti komunitarji meħtieġa biex japplikawgħal oqsma ġodda li għandhom jiġu koperti mill-programm Leader.
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt (a) – subparagrafu 1
(a) proġetti ta’ kooperazzjoni interterritorjali jew transnazzjonali;
(a) proġetti ta’ kooperazzjoni interterritorjali jew transnazzjonali, inklużi proġetti ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;
Ġustifikazzjoni
Il-PCDjmur lil hinn mill-prinċipju “tagħmilxħsara”, li jimplika li effetti sinerġetiċipossibbli tal-politiki interni tal-UE fir-rigward tal-objettivi ta' żvilupp għandhom jiġu esplorati. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għal qafas ta' Politika dwar is-Sigurtà fl-Ikel jeħtieġ li jinvolvu gruppi ewlenin tal-partijiet interessati, bħal gruppi ta' żvilupp tal-komunità, organizzazzjonijiet tal-bdiewa u assoċjazzjonijiet tan-nisa, fit-tfassil tal-politika dwar l-iżvilupp rurali u agrikoli. Dan jista' wkoll jiġu appoġġjati permezz ta' skambji transnazzjonalifil-kuntest ta' proġetti LEADER.
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)korpi li jsegwu objettivi ta' żvilupp konsistenti mal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 2
2. L-ispejjeż għall-attivitajiet b’rabta mat-territorju msemmija fl-Artikolu 31(d) tar-Regolament (UE) Nru [CSF/2012] huma spejjeż li jkopru azzjonijiet li jipprovdu informazzjoni dwar l-istrateġija għall-iżvilupp lokali kif ukoll kompiti ta’ żvilupp ta’ proġett.
2. L-ispejjeż għall-attivitajiet b’rabta mat-territorju msemmija fl-Artikolu 31(d) tar-Regolament (UE) Nru …/2013 [CSF] huma spejjeż imġarrba biex jiġi faċilitat l-iskambju bejn il-partijiet interessati, li jipprovdu informazzjoni dwar u jippromwovu l-istrateġija għall-iżvilupp lokali u jappoġġjaw benefiċjarji potenzjali fl-iżvilupp ta' proġetti u fit-tħejjija tal-applikazzjonijiet
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 46
1. Sabiex ikunu eliġibbli għal operazzjonijiet tal-FAEŻR, l-investimenti ta’ appoġġ għandhom jiġu preċeduti b’evalwazzjoni tal-impatt ambjentali mistenni f’konformità mal-leġiżlazzjoni speċifika għal dak it-tip ta’ investiment fejn l-investiment aktarx li jkollu effetti negattivi fuq l-ambjent.
1. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-eliġibbiltà tal-operazzjonijiet kondizzjonali fuq evalwazzjoni minn qabel tal-impatt ambjentali mistenni f’konformità mal-liġinazzjonali u tal-Unjoni speċifika għal dak it-tip ta’ investiment. L-Istati Membri jistgħu jagħtu prijorità lil investimenti li:
(a)itejbu sostanzjalment il-prestazzjoni ambjentali, klimatika u tal-benesserital-annimali tal-azjenda:
(b)jgħinu biex jiddiversifikaw is-sorsi ta' dħul tal-bdiewa; jew
(c)jikkonsistu minn attivitajiet konġunti.
2. In-nefqa eliġibbli għandha tkun limitata għal:
2. In-nefqa eliġibbli għandha tkun limitata għal:
(a) il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli;
(a) il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli;
(b) ix-xiri jew ix-xiri bil-kiri ta’ makkinarju u tagħmir ġdid inkluż softwer tal-kompjuter sal-valur fis-suq tal-ass;
(b) ix-xiri jew ix-xiri bil-kiri ta’ makkinarju u tagħmir ġdid inkluż softwer tal-kompjuter sal-valur fis-suq tal-ass;
(c) l-ispejjeż ġenerali relatati man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, studji tal-fattibbiltà, l-akkwist ta’ privattivi jew liċenzji.
(c) l-ispejjeż ġenerali relatati man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, miżati li għandhom x'jaqsmu ma konsulenza dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà, l-akkwist ta’ privattivi jew liċenzji.
3. Fil-każ tal-irrigazzjoni, huma biss l-investimenti li jwasslu għal tnaqqis tal-użu preċedenti tal-ilma ta’ mill-inqas 25% li għandhom jitqiesu bħala nefqa eliġibbli. Permezz ta’ deroga, fl-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni mill-2004 lil hawn, l-investimenti f’installazzjonijiet tal-irrigazzjoni ġodda jistgħu jitqiesu bħala nefqa eliġibbli f’każijiet fejn analiżi ambjentali tagħti prova li l-investiment ikkonċernat hu sostenibbli u m’għandu l-ebda impatt ambjentali negattiv.
3. Fil-każ tal-irrigazzjoni, investimenti ġodda, inkluża l-modernizzazzjoni ta' sistemi eżistenti għat-titjib tal-użu effiċjenti tal-ilma u l-effiċjenza enerġetika, għandhom jitqiesu bħala nefqa eliġibbli. Fl-oqsma fejn il-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-baċin, assoċjati mal-implimentazzjoni, ġew imfassla skont id-Direttiva 2000/60/KE, dawk l-investimenti għandhom jitqiesu biss bħala nefqa eliġibbli jekk ikunu konformi mal-objettivi ambjentali ta' tali pjanijiet.
4. Fil-każ ta’ investimenti agrikoli, ix-xiri ta’ drittijiet ta’ produzzjoni, intitolamenti għal ħlas, annimali, pjanti annwali u t-tħawwil tagħhom, m’għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ tal-investiment. Madankollu, f’każ ta’ rkupru tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola minn diżastri naturali skont l-Artikolu 19(1)(b), in-nefqa għax-xiri tal-annimali tista’ tkun nefqa eliġibbli.
4. Fil-każ ta’ investimenti agrikoli, ix-xiri ta’ drittijiet ta’ produzzjoni, intitolamenti għal ħlas, annimali, pjanti annwali u t-tħawwil tagħhom, m’għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ tal-investiment. Madankollu, f’każ ta’ rkupru tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola minn diżastri naturali skont l-Artikolu 19(1)(b), in-nefqa għax-xiri tal-annimali tista’ tkun nefqa eliġibbli.
5. Il-benefiċjarji ta’ appoġġ relatat mal-investiment jistgħu jitolbu l-ħlas ta’ pagament bil-quddiem sa massimu ta’ 50% tal-għajnuna pubblika marbuta mal-investiment mill-aġenziji tal-pagamenti kompetenti jekk dik il-possibbiltà tkun inkluża fil-programm għall-iżvilupp rurali.
5. Il-benefiċjarji ta’ appoġġ relatat mal-investiment jistgħu jitolbu l-ħlas ta’ pagament bil-quddiem sa massimu ta’ 50% tal-għajnuna pubblika marbuta mal-investiment mill-aġenziji tal-pagamenti kompetenti jekk dik il-possibbiltà tkun inkluża fil-programm għall-iżvilupp rurali.
6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 90 b’rabta mal-kundizzjonijiet li taħthom spejjeż oħra marbuta ma’ kuntratti ta’ kiri, tagħmir użat u investimenti sempliċi f'sostituzzjoni ta' tagħmir, jistgħu jitqiesu bħala nefqa eliġibbli.
6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 90 b’rabta mal-kundizzjonijiet li taħthom spejjeż oħra marbuta ma’ kuntratti ta’ kiri, tagħmir użat u investimenti sempliċi f'sostituzzjoni ta' tagħmir, jistgħu jitqiesu bħala nefqa eliġibbli.
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1
1. L-Awtorità ta’ Ġestjoni tal-programm ta' żvilupp rurali għandha tiddefinixxi l-kriterji għal operazzjonijiet taħt il-miżuri kollha wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Monitoraġġ. Il-kriterji tal-għażla għandu jkollhom l-għan li jiżguraw it-trattament ugwali tal-applikanti, l-użu aħjar ta’ riżorsi finanzjarji u l-indirizzar ta’ miżuri skont il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. Fid-definizzjoni tal-kriterji tal-għażla, il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jiġi kkunsidrat b’rabta ma’ għotjiet żgħar.
1. L-Awtorità ta’ Ġestjoni tal-programm ta' żvilupp rurali għandha tiddefinixxi l-kriterji għal operazzjonijiet taħt il-miżuri kollha wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Monitoraġġ. Il-kriterji tal-għażla għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li l-miżuri mmirati lejn l-azjendi agrikoli japplikaw bissgħal “attiva tal-bdiewa kif iddefinitafir-Regolament (UE) Nru ... /2013 [DP]. Barra minn hekk,dawn il-kriterji għandhom l-għan li jiżguraw użu aħjar ta’ riżorsi finanzjarji u l-indirizzar ta’ miżuri skont il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. Fid-definizzjoni u l-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji l-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jiġi kkunsidrat.
Ġustifikazzjoni
Appoġġpermezz ta' miżuri mmirati lejn l-azjendi agrikoli għandhom biss jibbenefikaw“bdiewa attivi” kif definiti mir-regolament propost dwar il-pagamenti diretti tal-PAK. Jekk din id-distinzjoni ssir fl-ewwel pilastru, għandha ssir ukoll fit-tieni pilastru.
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità ta’ Ġestjoni għandha tiddefinixxi “żona rurali” fil-livell tal-programm.
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità ta’ Ġestjoni għandha tiddefinixxi “żona rurali” fil-livell tal-programm. Hija tista' wkoll tinnomina diversi żoni speċifiċi fi ħdan miżura partikolari fejn hemm ġustifikazzjoni oġġettiva għal dan.
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 2
2.Somma ta’ EUR 30 miljun għandha tinġibed mill-allokazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u tintuża biex tiffinanzja l-premju għal kooperazzjoni innovattiva lokali msemmija fl-Artikolu 56.
3. Fuq inizjattiva tal-Istati Membri, sa massimu ta’ 4 % tal-ammont totali ta’ kull programm ta' żvilupp rurali jista’ jiġi ddedikat għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru [CSF/2012], kif ukoll għal spejjeż b’rabta ma’ xogħol preparatorju għad-delimitazzjoni ta’ żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali msemmija fl-Artikolu 33(3).
3. Fuq inizjattiva tal-Istati Membri, sa massimu ta’ 4 % tal-ammont totali ta’ kull programm ta' żvilupp rurali jista’ jiġi ddedikat għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru …/2013 [CSF], kif ukoll għal spejjeż b’rabta ma’ xogħol preparatorju għad-delimitazzjoni ta’ żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet oħra speċifiċi msemmija fl-Artikolu 33.
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 2 – punt a
(a) iżid l-involviment tal-partijiet interessati fl-agrikoltura, il-forestrija u partijiet interessati rurali oħra fl-implimentazzjoni tal-iżvilupp rurali;
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-istruttura organizzattiva u l-operat tan-Netwerk Ewropew għal Netwerk ta’ Żvilupp Rurali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 91.
4. Il-Kummissjoni għandha, tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 90, dwar l-istruttura organizzattiva u l-operat tan-Netwerk Ewropew għal Netwerk ta’ Żvilupp Rurali.
Ġustifikazzjoni
Din mhijiex deċiżjoni purament teknika.
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 53
1. Għandu jkun hemm Netwerk tas-SEI li jappoġġja s-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola msemmija fl-Artikolu 61, skont l-Artikolu 51(1). Dan għandu jippermetti n-netwerking ta’ gruppi operazzjonali, servizzi konsultattivi u riċerkaturi.
1. Għandu jkun hemm Netwerk tas-SEI li jappoġġja s-SEI għall-produzzjoni, il-vijabbiltà ekonomika u s-sostenibbiltà agrikola msemmija fl-Artikolu 61, skont l-Artikolu 51(1). Dan għandu jippermetti n-netwerking ta’ gruppi operazzjonali, servizzi konsultattivi u riċerkaturi.
2. Il-kompiti tan-Netwerk tas-SEI għandhom ikunu li:
2. Il-kompiti tan-Netwerk tas-SEI għandhom ikunu li:
(a) jipprovdi funzjoni ta’ help desk u jipprovdi informazzjoni lil atturi ewlenin dwar is-SEI;
(a) jipprovdi funzjoni ta’ help desk u jipprovdi informazzjoni lil atturi ewlenin b'mod partikolari produtturiprimarji, dawk li jfornuhom u dawk fornuti minnhom, dwar is-SEI.
(b) janima d-diskussjonijiet fil-livell tal-programm bl-għan li jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta’ gruppi operazzjonali;
(c) jeżamina b’mod analitiku u jirrapporta dwar ir-riżultati tar-riċerka u l-għarfien rilevanti għas-SEI;
(d) jiġbor, jikkonsolida u jxerred prattika tajba rilevanti għall-innovazzjoni;
(d) jiġbor, jikkonsolida u jxerred sejbiet tar-riċerka u teknoloġiji ġodda rilevanti għall-innovazzjoni u għall-iskambju tal-għarfien;
(da)jistabbilixxi djalogu bejn il-bdiewa u l-komunità tar-riċerka;
(e) jorganizza konferenzi u workshops u jxerred informazzjoni fil-qasam tas-SEI.
3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-istruttura organizzattiva u l-operat tan-Netwerk tas-[SEI]. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 91.
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 90, dwar l-istruttura organizzattiva u l-operat tan-Netwerk tas-[SEI].
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-istruttura organizzazzjonali u l-operat tan-netwerk Ewropew għall-evalwazzjoni tal-iżvilupp rurali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 91.
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 90, dwar l-istruttura organizzattiva u l-operat tan-netwerk Ewropew għall-evalwazzjoni tal-iżvilupp rurali.
Ġustifikazzjoni
This is not a purely technical decision.
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 2 – punt c
(c) jinforma lill-pubbliku ġenerali u l-benefiċjarji potenzjali dwar il-politika għall-iżvilupp rurali;
(c) jinforma lill-pubbliku ġenerali u l-benefiċjarji potenzjali dwar il-politika għall-iżvilupp rurali u opportunitajiet ta' finanzjament;
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 2 – punt d
d) irawwem l-innovazzjoni fl-agrikoltura
(d) irawwem l-innovazzjoni fl-agrikoltura u l-forestrija.
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 3 – punt b – parti introduttorja
(b) għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni li jkun fih mill-inqas dan li ġej:
(b) għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni li jista' jkun fih dan li ġej:
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 3 – punt b – punt iii
(iii) appoġġ għal monitoraġġ, b'mod partikolari permezz tal-ġbir u l-qsim ta' feedback rilevanti, rakkomandazzjonijiet u analiżi speċjalment mill-Kumitati għall-Monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru [CSF/2012]. Il-gruppi ta’ azzjoni lokali għandhom ikunu appoġġjati wkoll min-netwerk rurali nazzjonali għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġiji għall-iżvilupp lokali;
imħassar
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 3 – punt b – punt v
(v) ġbir ta’ eżempji ta’ proġetti li jkopru l-prijoritajiet kollha tal-programmi għall-iżvilupp rurali;
imħassar
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 3 – punt b – punt vi
(vi) studji u analiżi kontinwi;
imħassar
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 3 – punt b – punt vii
(vii) attivitajiet ta' netwerking għal gruppi ta' azzjoni lokali u b'mod partikolari assistenza teknika għal kooperazzjoni interterritorjali u transnazzjonali, l-iffaċilitar ta' kooperazzjoni fost gruppi ta' azzjoni lokali u t-tiftix ta' imsieħba għall-miżura msemmija fl-Artikolu 36;
imħassar
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 3 – punt b – punt vii a (ġdid)
(viia) pjan biex jitħeġġu“one-stop-shops” diġitali lokali jew fiżiċi, diġitali jew fiżiċi, biex informazzjoni dwar il-programmi ta' żvilupp ruraliu programmi oħra tal-Fond tas-CSFissir lokalment aċċessibbli għal benefiċjarji potenzjali.
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 3 – punt c
c) it-twaqqif ta’ bord ta’ qabel l-għażla ta’ esperti indipendenti u l-proċess ta’ qabel l-għażla ta’ applikazzjonijiet għall-premju għal kooperazzjoni innovattiva lokali msemmija fl-Artikolu 58(2).
imħassar
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli għall-istabbiliment u l-operat tan-netwerks rurali nazzjonali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 91.
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 90, dwar l-istruttura organizzattiva u l-operat tan-Netwerk tas-[SEI].
Ġustifikazzjoni
Din mhijiex deċiżjoni purament teknika.
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 56
Artikolu 56
imħassar
Premju għal kooperazzjoni innovattiva lokali fiż-żoni rurali
Il-fondi msemmija fl-Artikolu 51(2) għandhom jintużaw għall-finanzjament tal-għoti ta’ premju għal proġetti ta’ kooperazzjoni li jinvolvu mill-inqas żewġ entitajiet li jinsabu fi Stati Membri differenti li jwettqu kunċett lokali innovattiv.
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 57
Artikolu 57
imħassar
Sejħa għal proposti
1.Mhux iżjed tard mill-2015 u wara kull sena, il-Kummissjoni għandha tniedi sejħa għal proposti bl-għan li tagħti l-premju msemmi fl-Artikolu 56. L-aħħar sejħa għal proposti għandha ssir mhux iżjed tard mill-2019.
2.Is-sejħa għal proposti għandha tindika tema għall-proposti li għandha tkunu marbuta ma’ waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. It-tema għandha tkun adattata għall-implimentazzjoni permezz ta’ kooperazzjoni fil-livell transnazzjonali.
3.Is-sejħa għal proposti għandha tikkonċerna kemm gruppi ta’ azzjoni lokali kif ukoll għal entitajiet individwali li jikkooperaw bejniethom għall-finijiet tal-proġett speċifiku.
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 58
Artikolu 58
imħassar
Proċedura ta’ għażla
1.Applikazzjonijiet għall-premju għandhom jitressqu mill-applikanti fl-Istati Membri għan-netwerk rispettiva rurali nazzjonali, li se jkun responsabbli għall-applikazzjonijiet qabel l-għażla.
2.In-netwerks rurali nazzjonali għandhom jistabbilixxu, minn fost il-membri tagħhom, bord ta’ qabel l-għażla magħmul minn esperti indipendenti sabiex jagħżlu l-applikazzjonijiet minn qabel. L-għażla tal-applikazzjonijiet minn qabel għandha ssir fuq il-bażi tal-kriterji tal-esklużjoni, l-għażla u l-għoti definiti fis-sejħa għal proposti. Kull netwerk rurali nazzjonali għandu jagħżel minn qabel mhux iżjed minn għaxar (10) applikazzjonijiet u għandu jittrażmettihom lill-Kummissjoni.
3.Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-għażla ta’ ħamsin proġett rebbieħ fost l-applikazzjonijiet magħżula minn qabel fl-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp tat-tmexxija ad hoc kompost minn esperti indipendenti esterni. Dan il-grupp tat-tmexxija għandu jagħżel minn qabel l-applikazzjonijiet rebbieħa fuq il-bażi tal-kriterji tal-esklużjoni, l-għażla u l-għoti definiti fis-sejħa għal proposti.
4.Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-lista ta’ proġetti li lilhom jingħata l-premju permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 59
Artikolu 59
imħassar
Premju Finanzjarju – kundizzjonijiet u pagament
1.Sabiex il-proġetti jkunu eliġibbli għall-premju, iż-żmien meħtieġ għall-ikkompletar tagħhom m’għandux jaqbeż sentejn mid-data tal-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni għall-għoti tal-premju. Iż-żmien għat-twettiq tal-proġett għandu jiġi definit fl-applikazzjoni.
2.Il-premju għandu jingħata fil-forma ta’ pagament ta’ somma f’daqqa. L-ammont tal-pagament għandu jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, skont il-kriterji definiti fis-sejħa għal proposti filwaqt li titqies l-ispiża stmata għat-twettiq tal-proġett indikat fl-applikazzjoni. Il-premju massimu għal kull proġett m’għandux jaqbeż il-EUR 100 000.
3.L-Istati Membri għandhom iħallsu l-premju lil applikanti rebbieħa wara li jivverifikaw li l-proġett ikun tlesta. In-nefqa rilevanti għandha tiġi rrimborżata mill-Unjoni lill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru HR/2012. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jħallsu, b’mod sħiħ jew parzjalment, l-ammont tal-premju lil applikanti rebbieħa qabel ma jkunu vverifikaw it-tlestija tal-proġett iżda f’dan il-każ, huma għandhom iġorru r-responsabbiltà għan-nefqa sakemm tiġi vverifikata t-tlestija tal-proġett.
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 60
Artikolu 60
imħassar
Regoli dwar il-proċedura, l-iskedi u l-istabbiliment ta’ grupp tat-tmexxija
Il-Kummissjoni għandha permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni tistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-proċeduri u l-iskedi ta’ żmien għall-għażla ta’ proġetti u regoli dwar l-istabbiliment tal-grupp tat-tmexxija ta’ esperti indipendenti msemmija fl-Artikolu 58(3). Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 91.
Emenda 114 Proposta għal regolament Titolu IV
Is-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola.
Is-SEI għall-produzzjoni,il-vijabbiltà ekonomika u s-sostenibbiltà agrikola
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 61
1. Is-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola għandha:
1. Is-SEI għall-produzzjoni, il-vijabbiltà ekonomika u s-sostenibbiltà agrikola għandha:
(a) tippromowvi settur agrikolu b’riżorsi effiċjenti, produttiv, b’livell baxx ta’ emissjonijiet, li ma jagħmilx ħsara lill-klima u reżistenti għat-tibdil fil-klima, li jaħdem f’armonija mar-riżorsi naturali essenzjali li fuqhom tiddependi l-biedja;
(a) tippromowvi settur agrikolu u tal-forestrija b’riżorsi effiċjenti, produttiv, kompetittiv b’livell baxx ta’ emissjonijiet, li ma jagħmilx ħsara lill-klima u reżistenti għat-tibdil fil-klima, li jaħdem f’armonija mar-riżorsi naturali essenzjali li fuqhom tiddependi l-biedja u l-forestrija;
(b) tgħin biex ikun hemm provvista kostanti ta’ ikel, għalf u bijomaterjali, kemm dawk eżistenti u kif ukoll oħrajn ġodda;
(b) tgħin biex tiżdied il-produttività tal-agrikoltura Ewropea u biex ikun hemm provvista kostanti ta’ ikel, għalf u bijomaterjali, kemm dawk eżistenti u kif ukoll oħrajn ġodda;
(c) ittejjeb il-proċessi tal-preservazzjoni tal-ambjent, tippromwovi sistemi ta' produzzjoni agroekoloġiċi, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu u
(d) tibni pontijiet bejn ir-riċerka, l-għarfien u t-teknoloġija avvanzati u l-bdiewa, in-negozji u s-servizzi konsultattivi.
(d) tibni pontijiet bejn ir-riċerka, l-għarfien u t-teknoloġija avvanzati u l-bdiewa, il-maniġers tal-foresti, il-komunitajiet rurali, in-negozji, l-NGOs u s-servizzi konsultattivi.
(da) tiffaċilita l-iskambju tar-riċerka, l-għarfien u t-teknoloġija relevanti għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola bejn l-Unjoniu l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b'attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-azjendi agrikoli żgħar.
2. Is-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola għandha tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha billi:
2. Is-SEI għall-produzzjoni, il-vijabbiltà ekonomika u s-sostenibbiltà agrikola għandha tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha billi:
(a) toħloq valur miżjud billi torbot aħjar ir-riċerka u l-prattiki tal-biedja u billi tinkoraġġixxi l-użu iżjed mifrux ta’ miżuri ta’ innovazzjoni disponibbli;
(a) toħloq valur miżjud billi torbot aħjar ir-riċerka u l-prattiki tal-biedja u billi tinkoraġġixxi l-użu iżjed mifrux ta’ miżuri ta’ innovazzjoni disponibbli permezz ta' approċċ parteċipatorju min-naħa tal-partijiet interessati;
(b) tippromwovi t-traspożizzjoni iżjed mgħaġġla u iżjed mifruxa ta’ soluzzjonijiet innovattivi fil-prattika; u
(b) tippromwovi t-traspożizzjoni iżjed mgħaġġla u iżjed mifruxa ta’ soluzzjonijiet innovattivi fil-prattika;
(c) tinforma lill-komunità xjentifika dwar il-ħtiġijiet ta’ riċerka dwar il-prattiki tal-biedja.
(c) tinforma lill-komunità xjentifika dwar il-ħtiġijiet ta’ riċerka dwar il-prattiki tal-biedja; u
(ca)jikkooperaw ma' netwerks u istituzzjonijiet relevanti fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.
(cb)tidentifika ostakoli regolatorji li jimpedixxu l-innovazzjoni u l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, b'konformità mal-prinċipjistabbiliti fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar “Regolamentazzjoni aħjar għat-tkabbir u l-impjiegi fl-Union Ewropea’1 u dwar ”Regolamentazzjoni intelliġenti fl-Unjoni Ewropea’2.
3. Il-FAEŻR għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet tas-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola permezz tal-appoġġ, f’konformità mal-Artikolu 36, tal-gruppi operazzjonali tas-SEI msemmija fl-Artikolu 62 u n-Netwerk tas-SEI msemmi fl-Artikolu 53.
3. Il-FAEŻR għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet tas-SEI għall-produzzjoni, il-vijabbiltà ekonomika u s-sostenibbiltà agrikola permezz tal-appoġġ, f’konformità mal-Artikolu 36, tal-gruppi operazzjonali tas-SEI msemmija fl-Artikolu 62 u n-Netwerk tas-SEI msemmi fl-Artikolu 53.
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 62
1. Gruppi operazzjonali tas-SEI għandhom jiffurmaw parti mis-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola. Huma għandhom jiġu stabbiliti minn atturi interessati bħal bdiewa, riċerkaturi, konsulenti u negozji involuti fis-settur agrikolu u tal-ikel.
1. Gruppi operazzjonali tas-SEI għandhom jiffurmaw parti mis-SEI għall-produzzjoni, il-vijabbiltà ekonomika u s-sostenibbiltà agrikola. Huma għandhom jiġu stabbiliti minn atturi interessati bħal bdiewa, riċerkaturi, konsulenti u negozji involuti fis-settur agrikolu u tal-ikel. Il-formazzjoni ta' grupp operazzjonali għandha tiġi stabbilita permezz ta' konsensus min-naħa tal-partijiet interessati li jirrappreżentaw il-firxa wiesgħa ta' interessimadwar l-oqsma tal-agrikoltura għall-iżvilupp rurali u r-riċerka. Gruppi operazzjonali ma għandhomx jiġu stabbilitipermezz ta' parti interessata individwali jew minn grupp ta' partijiet interessati li jirrappreżenta biss sett wieħed ta' interessi. Gruppi operazzjonali jistgħu joperaw fi ħdan il-fruntieri ta' Stat Membru, ikollhom membri f'aktar minn Stat Membru wieħed u f'pajjiżi terzi.
2. Il-gruppi operazzjonali għandhom jistabbilixxu proċeduri interni li jiżguraw trasparenza fl-operat tagħhom u jevitaw sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess.
2. Il-gruppi operazzjonali għandhom jistabbilixxu proċeduri interni li jiżguraw trasparenza fl-operat tagħhom u jevitaw sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess.
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 63
1. Il-gruppi operazzjonali tas-SEI għandhom ifasslu pjan li jkun fih dan li ġej:
1. Il-gruppi operazzjonali tas-SEI għandhom ifasslu pjan li jkun fih dan li ġej:
(a) deskrizzjoni tal-proġett innovattiv li għandu jiġi żviluppat, ittestjat, adattat jew implimentat;
(a) deskrizzjoni tal-proġett innovattiv li għandu jiġi żviluppat, ittestjat, adattat jew implimentat;
(b) deskrizzjoni tar-riżultati mistennija u l-kontribut biex jintlaħaq l-għan tas-SEI għat-titjib tal-produttività u l-ġestjoni tar-riżorsi sostenibbli.
(b) deskrizzjoni tar-riżultati mistennija u l-kontribut biex jintlaħaq l-għan tas-SEI għat-titjib tal-produttività u l-ġestjoni tar-riżorsi sostenibbli.
2. Fl-implimentazzjoni tal-proġetti innovattivi tagħhom, il-gruppi operazzjonali għandhom:
2. Fl-implimentazzjoni tal-proġetti innovattivi tagħhom, il-gruppi operazzjonali għandhom:
(a) jieħdu deċiżjonijiet dwar l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet innovattivi; and
(a) jieħdu deċiżjonijiet dwar l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet innovattivi; and
(b) jimplimentaw azzjonijiet innovattivi permezz ta’ miżuri ffinanzjati permezz ta’ programmi ta' żvilupp rurali.
(b) jimplimentaw azzjonijiet innovattivi permezz ta’ miżuri ffinanzjati permezz ta’ programmi ta' żvilupp rurali, jew Orizzont 2020 u programmi ta' riċerka tal-Unjoni oħra, jiffaċilitaw l-applikazzjoni mill-bdiewa tar-riżultati tar-riċerka fil-prattika.
3. Il-gruppi operazzjonali għandhom ixerrdu r-riżultati tal-proġett tagħhom, b’mod partikolari permezz tan-netwerk tas-SEI.
3. Il-gruppi operazzjonali għandhom ixerrdu r-riżultati tal-proġett tagħhom, b’mod partikolari permezz tan-netwerk tas-SEI.
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 64
1. L-ammont totali ta’ appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali taħt dan ir-Regolament għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020, it-tqassim annwali tiegħu u l-ammont minimu li għandu jiġi kkonċentrat fir-reġjuni inqas żviluppati għandu jkun stabbilit mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni skont il-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin mill-2014 sal-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-kooperazzjoni f’affarijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba għall-istess perjodu.
1. L-ammont totali ta’ appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali taħt dan ir-Regolament għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020, it-tqassim annwali tiegħu u l-ammont minimu li għandu jiġi kkonċentrat fir-reġjuni inqas żviluppati għandu jkun stabbilit mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni skont il-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin mill-2014 sal-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-kooperazzjoni f’affarijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba għall-istess perjodu.
2. 0,25% tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ddedikati għall-assistenza teknika għall-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 51(1).
2. 0,25% tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ddedikati għall-assistenza teknika għall-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 51(1).
3. Għall-finijiet tal-ipprogrammar u l-inklużjoni sussegwenti tagħhom fil-baġit ġenerali tal-Unjoni, l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indiċjati bir-rata ta’ 2 % fis-sena.
3. Għall-finijiet tal-ipprogrammar u l-inklużjoni sussegwenti tagħhom fil-baġit ġenerali tal-Unjoni, l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indiċjati bir-rata ta’ 2 % fis-sena.
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tagħmel tqassim annwali skont l-Istat Membru tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1, wara tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 u b'kunsiderazzjoni għat-trasferiment tal-fondi msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru DP/2012. Meta tkun qed tagħmel it-tqassim annwali, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra:
4. It-tqassim annwali skont l-Istat Membru tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1, wara tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 u b'kunsiderazzjoni għat-trasferiment tal-fondi msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru DP/2012 huwa stipulat fl-Anness Ia.
(a)Kriterji oġġettivi marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 4; u
(b) il-prestazzjoni tal-passat.
4a.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 90, u timmodifika, fejn meħtieġ, l-Anness Ia sabiex jiġu inklużi l-fondi trasferiti lill-FAEŻR skont l-Artikoli 7 (2) u 14 tar-Regolament (UE) Nru ... /2013 [DP].
5.Minbarra l-ammonti msemmija fil-paragrafu 4, l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-istess paragrafu għandu jinkludi wkoll il-fondi ttrasferiti lejn il-FAEŻR b'applikazzjoni tal-Artikoli 7(2) u 14(1) tar-Regolament (UE Nru DP/2012) u l-fondi ttrasferiti lejn il-FAEŻR b'applikazzjoni tal-Artikoli 10b u 136 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009* fir-rigward tas-sena kalendarja 2013
6. Għall-finijiet tal-allokazzjoni tar-riserva ta' prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru [CSF/2012], id-dħul assenjat disponibbli miġbur skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru HR/2012 tal-FAEŻR, għandu jiżdied mal-ammonti msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru [CSF/2012]. Huwa għandu jkun allokat lill-Istati Membri b'mod proporzjonat għas-sehem tal-ammont totali tal-appoġġ mill-FAEŻR.
6. Id-dħul disponibbli assenjat miġbur skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [HR] għall-FAEŻR għandu jkun allokat lill-Istati Membri b'mod proporzjonat għas-sehem tal-ammont totali tal-appoġġ mill-FAEŻR.
(Test tal-Kummissjoni fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 64 jinbidel mat-test minn COM (2012) 0553))
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 65
1. Id-deċiżjoni li tapprova programm ta' żvilupp rurali għandha tistabbilixxi l-kontribuzzjoni massima mill-FAEŻR lill-programm. Id-deċiżjoni għandha tidentifika b’mod ċar, fejn ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet allokati lir-reġjuni inqas żviluppati.
1. Id-deċiżjoni li tapprova programm ta' żvilupp rurali għandha tistabbilixxi l-kontribuzzjoni massima mill-FAEŻR lill-programm. Id-deċiżjoni għandha tidentifika b’mod ċar, fejn ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet allokati lir-reġjuni inqas żviluppati.
2. Il-kontribuzzjoni mill-FAEŻR għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-ammont tan-nefqa pubblika eliġibbli.
2. Il-kontribuzzjoni mill-FAEŻR għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-ammont tan-nefqa pubblika eliġibbli.
3. Il-programmi ta' żvilupp rurali għandhom jistabbilixxu rata ta’ kontribuzzjoni mill-FAEŻR applikabbli għall-miżuri kollha. Fejn applikabbli, għandha tiġi stabbilita rata ta’ kontribuzzjoni mill-FAEŻR separata għar-reġjuni inqas żviluppati, u għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93. Ir-rata ta’ kontribuzzjoni massima mill-FAEŻR għandha tkun:
3. Il-programmi ta' żvilupp rurali għandhom jistabbilixxu rata ta’ kontribuzzjoni mill-FAEŻR applikabbli għall-miżuri kollha. Fejn applikabbli, għandha tiġi stabbilita rata ta’ kontribuzzjoni mill-FAEŻR separata għar-reġjuni inqas żviluppati, u għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93. Ir-rata ta’ kontribuzzjoni massima mill-FAEŻR għandha tkun:
(a) 85 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati, fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93;
(a) 85 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati, fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93;
Ir-rata ta’ kontribuzzjoni minima tal-FAEŻR għandha tkun 20 %.
Ir-rata ta’ kontribuzzjoni minima tal-FAEŻR għandha tkun 20 %.
4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, il-kontribuzzjoni massima tal-FAEŻR għandha tkun:
4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, il-kontribuzzjoni massima tal-FAEŻR għandha tkun:
(a) 80% għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 15, 28, u 36, għall-iżvilupp lokali LEADER imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru [CSF/2012] u għal operazzjonijiet taħt l-Artikolu 20(1)(a)(i). Tista’ tiġi miżjuda għal 90% għall-programmi ta’ reġjuni inqas żviluppati, ir-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93;
(a) 80% għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 15, 28, u 36, għall-iżvilupp lokali LEADER imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru [CSF/2012] u għal operazzjonijiet taħt l-Artikolu 20(1)(a)(i). Tista’ tiġi miżjuda għal 90% għall-programmi ta’ reġjuni inqas żviluppati, ir-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93;
(b) 100% għal attivitajiet li jirċievu finanzjament skont l-Artikolu 66.
(c)55% għall-miżuri agro-ambjentali-klimatiċi msemmija fl-Artikolu 29. Tista’ tiġi miżjuda għal 90% għall-programmi ta’ reġjuni inqas żviluppati, ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93;
B'deroga għall-paragrafu3 (b), sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-livelltar-rati ta' kofinanzjament ta' Fondi CSF oħra f'reġjuni ta' tranżizzjoni, l-Istati Membri jistgħujżidu l-kontribuzzjoni massima tal-FAEŻR għall-miżuri eżegwiti skont l-approċċ ta' aktar minn fond wieħed fil-programmi implimentati fir-reġjuni ta' tranżizzjoni kif definit fl-Artikolu82 (2)tar-Regolament (UE) Nru …/2013 [CSF]..
B'deroga mill-paragrafu 3, il-fondi trasferiti lill-FAEŻR bl-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru ... /2013 [DP] jistgħu jkunu soġġetti għal rata ta' kontribuzzjoni ta' 95% tal-FAEŻR jekk Stat Membru jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)Għajnuna finanzjarja mill-Unjoni tkun disponibbli għalih skontir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja1;
(ii)għajnuna finanzjarja għal żmien medju tkun disponibbli għalih f'konformitàmar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri2; jew
(iii) għajnuna finanzjarja fil-forma ta' self MES tkun disponibbli għalihskont it-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà.
4a.Il-fondiġejjin mill-applikazzjoni tal-Artikolu 14(1a) tar-Regolament (UE) Nru ... /2013 [DP] għandhom jiġu riżervati għal miżuri skont l-Artikolu 29.
5. Mill-inqas 5 %, u fil-każ tal-Kroazja 2,5%, tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għall-programm ta' żvilupp rurali għandha tkun irriservata għal-Leader.
5. Mill-inqas 5 %, u fil-każ tal-Kroazja 2,5%, tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għall-programm ta' żvilupp rurali għandha tkun irriservata għal-Leader.
5a.Mill-inqas25% tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għall-programm għall-iżvilupp rurali għandu jiġi riservat għall-Artikoli 29 u 30.
6. Nefqa kkofinanzjata mill-FAEŻR m’għandhiex tkun ikkofinanzjata permezz ta’ kontribuzzjoni mill-Fondi Strutturali, il-Fond ta’ Koeżjoni jew kwalunkwe strument finanzjarju ieħor tal-Unjoni.
6. Nefqa kkofinanzjata mill-FAEŻR m’għandhiex tkun ikkofinanzjata permezz ta’ kontribuzzjoni mill-Fondi Strutturali, il-Fond ta’ Koeżjoni jew kwalunkwe strument finanzjarju ieħor tal-Unjoni. Dan ma għandux jirrestrinġi jew jostakola programmar li jikkombina, b'mod koerenti u integrat, l-appoġġ mill-fondi differenti tas-CSF li jistgħu jkunu meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi tematiċi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru ... /2013 [CSF].
6a.Il-kontribuzzjoni nazzjonali għall-infiq pubbliku eliġibbli tista' tiġi sostitwita minn kontribuzzjonijiet privatimhux kummerċjali.
7. In-nefqa pubblika fl-għajnuna lill-intrapriżi għandha tikkonforma mal-limiti tal-għajnuna stabbiliti fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat, sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor.
7. In-nefqa pubblika fl-għajnuna lill-intrapriżi għandha tikkonforma mal-limiti tal-għajnuna stabbiliti fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat, sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor.
1 ĠU L 118, 12.5.2010, p.1.
2 ĠU L 53, 23.2.2002, p.1.
(Test tal-Kummissjoni fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 65 jinbidel mat-test minn COM (2012) 0553))
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 66
Artikolu 66
imħassar
Finanzjament għal proġetti b’kontribuzzjoni sinifikanti għall-innovazzjoni
Il-fondi trasferiti lill-FAEŻR bl-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru DP/2012 għandhom jiġu riservati għal proġetti li jipprovdu kontribuzzjoni sinifikanti għall-innovazzjoni rilevanti għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola, inklużi l-mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.
2. In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR biss meta tkun imġarrba għal operazzjonijiet li ġew deċiżi mill-Awtorità ta’ Ġestjoni tal-programm inkwistjoni jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, skont il-kriterji tal-għażla msemmija fl-Artikolu 49.
2. In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR biss meta tkun imġarrba għal operazzjonijiet li ġew deċiżi mill-Awtorità ta’ Ġestjoni tal-programm inkwistjoni jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, skont il-kriterji tal-għażla msemmija fl-Artikolu 49, bl-eċċezzjoni ta' proposti ppreżentati matul il-perjodu ta' tranżizzjoni bejn iż-żewġ programmi, biex jiġi evitat kwalunkwe hiatus li x'aktarx se jostakola l-investiment.
4a.Fir-rigward tan-nefqa, l-ammonti ta' VAT għandhom ikunu eliġibbli f'każ li dawn ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-VAT .
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 2
2. Meta tingħata għajnuna fuq il-bażi tal-ispejjeż standard jew spejjeż addizzjonali u dħul mitluf, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli rilevanti jkunu xierqa u preċiżi u stabbiliti bil-quddiem fuq il-bażi ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli. Għal dan il-għan, korp li jkun indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli għall-kalkoli u li jkollu l-kompetenza xierqa għandu jipprovdi ċertifikat li jikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli. Dak iċ-ċertifikat għandu jiġi inkluż fil-programm għall-iżvilupp rurali.
2. Meta tingħata għajnuna fuq il-bażi tal-ispejjeż standard jew spejjeż addizzjonali u dħul mitluf, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli rilevanti jkunu xierqa u preċiżi u stabbiliti bil-quddiem fuq il-bażi ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli. Għal dan il-għan, korp li jkun indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli għall-kalkoli u li jkollu l-kompetenza xierqa għandu jipprovdi ċertifikat li jikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli. Dak iċ-ċertifikat għandu jiġi inkluż fil-programm għall-iżvilupp rurali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura, qabel ma tapprova l-programmi, li l-elementi relevanti kollha jkunu inklużi fil-kalkoli, li s-suppożizzjonijiet prinċipali huma raġonevoli u li l-parametri ewlenin ikunu xierqa.
Ġustifikazzjoni
Din il-modifika tirrifletti l-problemi identifikati mill-Qorti rigward l-istabbiliment ta' problemi fl-ammonti ta' għajnuna(ara l-paragrafu 97 fir-RapportSpeċjali 7/2011).
-1.Il-benefiċarji ta' appoġġ, inkluż il-gruppi ta' azzjoni lokali, jistgħu jitolbu l-ħlas ta' ammont minn qabel sa 50% tal-appoġġ pubbliku, jekk ikun hemm dik il-possibilità fil-programm ta' żvilupp rurali.
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 1 – punt b
(b) tipprovdi lill-Kummissjoni, erba’ darbiet f’sena, dejta indikattiva rilevanti dwar l-operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament, inklużi l-karatteristiċi ewlenin tal-benefiċjarju kif ukoll tal-proġett;
(b) tipprovdi lill-Kummissjoni, fuq bażi annwali, dejta indikattiva rilevanti dwar l-operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament, inkluża l-informazzjoni dwar indikaturi ta' eżitu u indikaturi finanzjarji;
Ġustifikazzjoni
Rapport kull tliet xhur iwassal għal żieda enormi fl-amministrazzjoni, li jmur kontra l-isforzi kollha għal simplifikazzjoni.
3a.Fejn Stat Membru għandu aktar minn programm wieħed, korp ta' koordinament jista' jinħatar bil-għan li minn tal-anqas tiġi żgurata l-konsistenza fil-ġestjoni tal-fondi u ta' proveddiment ta' rabta bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta' ġestjoni nazzjonali.
Ġustifikazzjoni
Proposta fil-premessa 5 tar-Regolament 1290/2005 dwar l-iffinanzjament tal-politika agrikola komuni, huwa importanti lijiġi rikonoxxut il-bżonn għal korp li jikkoordina l-aġenziji li qegħdin iħallsu.
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 75 – punt a
(a) li turi l-progress u l-kisbiet tal-politika għall-iżvilupp rurali u li tevalwa l-impatt, l-effikaċja, l-effiċjenza u r-rilevanza tal-interventi tal-politika ta’ żvilupp rurali;
(a) li jiġi valutat b'mod kritiku u objettiv il-progress u l-kisbiet tal-politika għall-iżvilupp rurali u li tevalwa l-impatt, l-effikaċja, l-effiċjenza u r-rilevanza tal-interventi tal-politika ta’ żvilupp rurali
Ġustifikazzjoni
Il-kliem oriġinali huwa preskrittiv wisq.
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 76 – paragrafu 1
1. Għandha tiġi speċifikata lista ta’ indikaturi komuni marbuta mas-sitwazzjoni inizjali kif ukoll mal-eżekuzzjoni finanzjarja, l-eżiti, ir-riżultati u l-impatt u tal-programm u li tkun applikabbli għal kull programm fis-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni provduti fl-Artikolu 74 biex tkun tista’ ssir l-aggregazzjoni tad-dejta fil-livell tal-Unjoni.
1. Għandha tiġi speċifikata lista ta’ indikaturi komuni marbuta mas-sitwazzjoni inizjali kif ukoll mal-eżekuzzjoni finanzjarja, l-eżiti, u r-riżultati tal-programm u li tkun applikabbli għal kull programm fis-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni provduti fl-Artikolu 74 biex tkun tista’ ssir l-aggregazzjoni tad-dejta fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 78 – paragrafu 1
Il-benefiċjarji tal-appoġġ skont il-miżuri għall-iżvilupp rurali u l-gruppi tal-azzjoni lokali għandhom jimpenjaw ruħhom li jipprovdu lill-Awtorità ta’ Ġestjoni u/jew evalwaturi maħtura jew korpi oħra delegati li jwettqu funzjonijiet għan-nom tagħhom, l-informazzjoni kollha meħtieġa li tippermetti l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm, b’mod partikolari biex jintlaħqu għanijiet u prijoritajiet speċifikati.
Il-benefiċjarji tal-appoġġ skont il-miżuri għall-iżvilupp rurali u l-gruppi tal-azzjoni lokali għandhom jimpenjaw ruħhom li jipprovdu lill-Awtorità ta’ Ġestjoni u/jew evalwaturi maħtura jew korpi oħra delegati li jwettqu funzjonijiet għan-nom tagħhom, l-informazzjoni kollha meħtieġa li tippermetti l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm, b’mod partikolari biex jintlaħqu għanijiet u prijoritajiet speċifikati, l-iżgurar li d-drittijiet għall-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tal-persunal għad-data miġbura fil-liġinazzjonali u tal-Unjoni huma rispettati.
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt b
(b) għandu jeżamina l-attivitajiet u l-eżiti relatati mal-pjan ta' evalwazzjoni tal-programm;
(b) għandu jeżamina l-pjan ta' evalwazzjoni ppreżentat mill-Awtorità ta' Ġestjoni u l-progress fl-implimentazzjoni tiegħu.
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1
1. Sal-31 ta' Mejju 2016 u sal-31 ta' Mejju ta' kull sean sussegwenti sa u inkluża l-2023, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta' żvilupp rurali fis-sena kalendarja ta' qabel. Ir-rapport sottomess fl-2016 għandu jkopri s-snin kalendarji 2014 u 2015.
1. Sat-30 ta' Ġunju 2016 u sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena sussegwenti sa u inkluża l-2022, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta' żvilupp rurali fis-sena kalendarja ta' qabel. Ir-rapport ta' implimentazzjoni finali għandha titressaq mill-Istati Membri sal-31 ta' Diċembru 2023. Ir-rapport sottomess fl-2016 għandu jkopri s-snin kalendarji 2014 u 2015
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 85
Fl-2023, għandu jiġi ppreparat rapport ta’ evalwazzjoni ex post mill-Istati Membri għal kull wieħed mill-programmi ta' żvilupp rurali. Dan ir-rapport għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Diċembru 2023.
Fl-2023, għandu jiġi ppreparat rapport ta’ evalwazzjoni ex post mill-Istati Membri għal kull wieħed mill-programmi ta' żvilupp rurali. Dan ir-rapport għandu jiġi komplut sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Diċembru 2023.
2a.Fejn l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE japplikaw, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 90, rigward dispożizzjonijiet għall-eżenzjoni, mir-regoli ta' għajnuna mill-istat, tal-miżuri kollha skont dan ir-Regolament li ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE.
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 89 – titolu
Finanzjament nazzjonali addizzjonali
Finanzjament nazzjonali addizzjonali u għajnuna li ma taqax fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 89 – paragrafu 1
Il-pagamenti magħmula mill-Istati Membri b’rabta mal-operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Tratatt u li huma maħsuba li jipprovdu finanzjament addizzjonali għall-iżvilupp rurali li għalih jingħata l-appoġġ tal-Unjoni, għandhom jiġu nnotifikati mill-Istati Membri u approvati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament bħala parti mill-ipprogrammar imsemmi fl-Artikolu 7. Meta tivvaluta dawn il-pagamenti, il-Kummissjoni għandha tapplika, permezz ta’ analoġija, il-kriterji stabbiliti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-Trattat. L-Istat Membru kkonċernat m’għandux jagħmel il-finanzjament addizzjonali propost għall-iżvilupp rurali qabel ma jkun ġie approvat.
Il-pagamenti magħmula mill-Istati Membri b’rabta mal-operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE u li huma maħsuba li jipprovdu finanzjament addizzjonali għall-iżvilupp rurali li għalih jingħata l-appoġġ tal-Unjoni, u l-pagamenti li saru mill-Istati Membri rigward l-operazzjonijiet li ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Aritkolu 42 tat-TFUE, għandhom jiġu nnotifikati mill-Istati Membri u approvati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament bħala parti mill-ipprogrammar imsemmi fl-Artikolu 7. Meta tivvaluta dawn il-pagamenti, il-Kummissjoni għandha tapplika, permezz ta’ analoġija, il-kriterji stabbiliti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-TFUE. L-Istat Membru kkonċernat m’għandux jagħmel il-finanzjament addizzjonali propost għall-iżvilupp rurali qabel ma jkun ġie approvat.
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 90 – paragrafu 2
2. Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija f’dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija f’dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tal-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.
.
Ġustifikazzjoni
Il-Parlament Ewropew għandu jikkonferma b'mod attiv id-delega tas-setgħat lill-Kummissjoni u, f'każ ta' dubju, ma għandux ikollu jiġġieled biex iġib lura d-drittijiet leġiżlattivi tiegħu.
Emenda 135 Proposta għal regolament ANNESS I – Artikolu 18(3)
Test propost mill Kummissjoni
18(3)
Investiment f’assi fiżiċi
50 %
75 %
65 %
40 %
50 %
75 %
65 %
40 %
Is-settur agrikolu
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni inqas żviluppati
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda
Tal-ammont tal-investiment eliġibbli fil-gżejjer żgħar tal-Eġew
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni oħra
Ir-rati ta' hawn fuq jistgħu jiżdiedu b’20 %, sakemm l-appoġġ massimu kkombinat ma jaqbiżx id-90 %, għal:
- Bdiewa żgħażagħ li qegħdin jistabbilixxu
- Investimenti kollettivi u proġetti integrati
- Żoni li qegħdin jaffrontaw restrizzjonijiet naturali kif imsemmija fl-Artikolu 33.
- Operazzjonijiet appoġġjati fil-qafas tas-SEI
L-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-Anness I
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni inqas żviluppati
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda
Tal-ammont tal-investiment eliġibbli fil-gżejjer żgħar tal-Eġew
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni oħra
Ir-rati ta’ hawn fuq jistgħu jiżdiedu b’20 %, sakemm l-appoġġ massimu kkombinat ma jaqbiżx id-90 %, għal operazzjonijiet appoġġjati fil-qafas tas-EIP
Text amended
18(3)
Investiment f’assi fiżiċi
50 %
75 %
75 %
40 %
50 %
75 %
75 %
40 %
Is-settur agrikolu
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni inqas żviluppati
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda
Tal-ammont tal-investiment eliġibbli fil-gżejjer żgħar tal-Eġew
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni oħra
Ir-rati ta' hawn fuq jistgħu jiżdiedu b’20 %, sakemm l-appoġġ massimu kkombinat ma jaqbiżx id-90 %, għal:
- Bdiewa żgħażagħ li qegħdin jistabbilixxu
- Investimenti kollettivi u proġetti integrati
- Żoni li qegħdin jaffrontaw restrizzjonijiet naturali kif imsemmija fl-Artikolu 33.
- Operazzjonijiet appoġġjati mill-qafas tas-SEI
- Bdiewa organiċi
- miżuri għall-ilħuq ta' Natura 2000 u d-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma
- skemi agri-ambjentali
L-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-Anness I
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni inqas żviluppati
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda
Tal-ammont tal-investiment eliġibbli fil-gżejjer żgħar tal-Eġew
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni oħra
Ir-rati ta' hawn fuq jistgħu jiżdiedu b'20% sakemm l-appoġġ massimu pprovdut ma jaqbiżx 90% għal operazzjonijiet appoġġjati fil-qafas tas-SEI u f'investimenti kollettivi u proġetti integrati
Emenda 136 Proposta għal regolament ANNESS I – Artikolu 24(3)
Test propost mill Kummissjoni
24(3)
Stabbiliment ta’ sistemi tal-agroforestrija
80 %
Tal-ammont tal-invesiment eliġibbli għall-istabbiliment ta’ sistemi tal-agroforestrija
Test emandat
24(3)
Stabbiliment ta’ sistemi tal-agroforestrija
100 %
Tal-ammont tal-invesiment eliġibbli għall-istabbiliment ta’ sistemi tal-agroforestrija
Emenda 137 Proposta għal regolament ANNESS I – Artikolu 27(5)
Test propost mill Kummissjoni
27(5)
Investimenti f’teknoloġiji ġodda tal-forestrija u fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-forestrija
50 %
75 %
65 %
40 %
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni inqas żviluppati
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda
Tal-ammont tal-investiment eliġibbli fil-gżejjer żgħar tal-Eġew
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni oħra
Emenda
27(5)
Investimenti f’teknoloġiji ġodda tal-forestrija u fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-forestrija
50 %
75 %
75 %
40 %
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni inqas żviluppati
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda
Tal-ammont tal-investiment eliġibbli fil-gżejjer żgħar tal-Eġew
Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni oħra
Emenda 138 Proposta għal regolament ANNESS I – Artikolu 32(3)
Test propost mill Kummissjoni
Art. 32(3)
Pagamenti lil żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra
25
250(*)
300(*)
Minimu għal kull ettaru fis-sena
Massimu għal kull ettaru fis-sena
Massimu għal kull ettaru fis-sena fiż-żoni bil-muntanji kif definit fl-Artikolu 46(2)
Test emandat
Art. 32(3)
Pagamenti lil żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra
25
250(*)
450(*)
Minimu għal kull ettaru fis-sena
Massimu għal kull ettaru fis-sena
Massimu għal kull ettaru fis-sena fiż-żoni bil-muntanji kif definit fl-Artikolu 46(2)
Emenda 139 Proposta għal regolament Anness Ia
Emenda
ANNESS Ia
Pakketti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 64
(f'miljuni ta' EUR)
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020
Il-Belġju
73.838
73.838
73.838
73.838
73.838
73.838
73.838
Il-Bulgarija
400.215
400.215
400.215
400.215
400.215
400.215
400.215
Ir-Repubblika Ċeka
432.820
432.820
432.820
432.820
432.820
432.820
432.820
Id-Danimarka
87.536
87.536
87.536
87.536
87.536
87.536
87.536
Il-Ġermanja
1.355.922
1.355.922
1.355.922
1.355.922
1.355.922
1.355.922
1.355.922
L-Estonja
109.623
109.623
109.623
109.623
109.623
109.623
109.623
L-Irlanda
377.842
377.842
377.842
377.842
377.842
377.842
377.842
Il-Greċja
595.667
595.667
595.667
595.667
595.667
595.667
595.667
Spanja
1.219.781
1.219.781
1.219.781
1.219.781
1.219.781
1.219.781
1.219.781
Franza
1.148.806
1.148.806
1.148.806
1.148.806
1.148.806
1.148.806
1.148.806
L-Italja
1.361.055
1.361.055
1.361.055
1.361.055
1.361.055
1.361.055
1.361.055
Iċ-Ċipru
24.926
24.926
24.926
24.926
24.926
24.926
24.926
Il-Latvja
159.703
159.703
159.703
159.703
159.703
159.703
159.703
Il-Litwanja
267.461
267.461
267.461
267.461
267.461
267.461
267.461
Il-Lussemburgu
14.383
14.383
14.383
14.383
14.383
14.383
14.383
L-Ungerija
584.679
584.679
584.679
584.679
584.679
584.679
584.679
Malta
11.762
11.762
11.762
11.762
11.762
11.762
11.762
Il-Pajjiżi l-Baxxi
89.850
89.850
89.850
89.850
89.850
89.850
89.850
L-Awstrija
609.744
609.744
609.744
609.744
609.744
609.744
609.744
Il-Polonja
2.029.504
2.029.504
2.029.504
2.029.504
2.029.504
2.029.504
2.029.504
Il-Portugall
614.811
614.811
614.811
614.811
614.811
614.811
614.811
Ir-Rumanija
1.435.645
1.435.645
1.435.645
1.435.645
1.435.645
1.435.645
1.435.645
Is-Slovenja
138.743
138.743
138.743
138.743
138.743
138.743
138.743
Is-Slovakkja
302.467
302.467
302.467
302.467
302.467
302.467
302.467
Il-Finlandja
326.416
326.416
326.416
326.416
326.416
326.416
326.416
L-Iżveja
291.736
291.736
291.736
291.736
291.736
291.736
291.736
Ir-Renju Unit
362.465
362.465
362.465
362.465
362.465
362.465
362.465
Emenda 140 Proposta għal regolament Anness II
Anness imħassar
Emenda 141 Proposta għal regolament ANNESS III – Sub-programm tematiku 1 – punt 1a (ġdid)
Sħubijiet pubbliċi-privati biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni bejn ġenerazzjoni u oħra
Ġustifikazzjoni
Waħda mill-kwistjonijiet maġġuri li jħabbtu wiċċhom magħha l-bdiewa żgħażagħ meta jiddeċiedu li jibdew l-attività tagħhom hija l-ispejjeż u l-ostakli amministrattivi biex jieħdu f'idejhom l-attivitajiet tal-biedja tal-anzjani tagħhom. Dawn l-elementi differenti joħolqu tranżizzjoni ġenerazzjonali diffiċli u huma fost ir-raġunijiet għaliex l-età medja tal-bdiewa hija 'l fuq minn 50 sena fl-UE. It-tħaffif tat-tranżizzjoni ġenerazzjonali permezz ta' sħubijiet pubbliċi-privati għandu jkun integrat fil-lista indikattiva ta' miżuri u operazzjonijiet ta' relevanza partikolari għal sottoprogrammi tematiċi sabiex dan l-element jitqies meta jiġu żviluppati l-għodod ta' żvilupp rurali fil-livell nazzjonali.
Emenda 142 Proposta għal regolament Annex V – section 3
Artikolu 17 Skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
Artikolu 17 Skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
Artikolu 32-33 Pagamenti għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra
Artikolu 32-33 Pagamenti għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra
Artikolu 34 Benessri tal-Annimali
Ġustifikazzjoni
Il-bdiewa li jipproduċu b'benessri tajjeb jirrispondu għad-domanda tas-suq u jistgħu jitolbu prezzijiet għaljin għall-prodotti tagħhom, u b'hekk itejbu l-kompetittività tagħhom. Għandhom jiġu appoġġjati biex jikkonvertu għal dawn is-sistemi ta' produzzjoni.